L-iSports May 2011

Page 1

Mejju 2011 Harga 56


L-iSports - Pg1 Normalment meta nigi biex nikteb artiklu ta’ l-ahhar ta’ l-istagun, insib li jkolli tant xi nghid, li ma nkunx naf minn fejn se nibda. Din id-darba l-affarijiet jidhru li huma differenti minhabba li l-hsieb jibqa jiehdok lejn suggett wiehed; in-nuqqas ta’ success fi stagun li kien jipprometti hafna affarijiet sbieh. X’gara?. Ghaliex fallejna? Meta fil-bidu ta’ l-istagun, kien irnexxielna nghaqqdu skwadra, deherilna li kienet kompetittiva bizzejjed, biex seta’ jkollna stagun tajjeb. In-nuqqas li nikkwalifikaw mill-fazi tan-Knock-out, kellu jkun il-bidu ta’ stagun negattiv li dak in-nhar attribwejnieh lejn nuqqas ta’ ghaqda fit-tim, minhabba ‘l hafna elementi godda li kien fih. Fillfatt sa’ tmiem l-ewwel rawnd, konna rkuprajna tajjeb, u konna qeghdin fl-ewwel post tal-klassifika, bi prospetti tajbin hafna ghall-promozzjoni. Dan deher aktar possibbli meta l-MFA ddecidiet li ghal dan l-istagun biss, kienu ser jigu promossi hames timijiet. Kienu mumenti ta’ sodisfazzjon u aspettattiva li ma konniex kapaci nibnu fuqhom fit-tieni rawnd, u bdejna sejrin lura sakemm tlifna t-triq ghal kollox, biex ftit ftit inzilna l-isfel fil-klassifika, fejn finalment spiccajna bl-istess punti daqs St. Patrick’s. Kellna nilaghbu loghba decisiva maghhom ghallpromozzjoni, li tlifna 0-1, u bqajna b’xiber imnieher. Issa wasal iz-zmien li naghmlu l-kontijiet maghna nfusna. Irridu nkunu sincieri u nirrikonoxxu l-fatt li ghalkemm ippuntajna subajna lejn ohrajn, irridu nammettu li ahna wkoll kellna in-nuqqasijiet taghna. Irridu naraw ghaliex fl-ghazla ta’ players strangieri, r-rizultat kien wiehed negattiv, u kien player wiehed biss li ssodisfa, u kien ta’ gwadann veru ghat-tim. Irridu nevalwaw jekk is-support tekniku kienx wiehed sodisfacenti, u jekk is-support materjali kemm fl-aspett finanzjarju, u dak fil-grawnd kienux adekwati bizzejjed. Irridu naraw ghaliex kellna nies b’rashom tant iebsa li baqghu ma ndunawx bil-gwaj li kien gej loghba wara l-ohra, meta l-affarijiet bdew gejjin hazin. Nies egoisti, li baqghu jahsbu biss fissuccess eventwali, minghajr ma rrejalizzaw li laffarijiet setghu jigu hazin. Issa rridu naghmlu sforz biex nitghallmu minn dawn l-izbalji, u nibdew nahsbu bis-serjeta’ ghal stagun gdid b’mentalita’ differenti.

Issa rridu nieqfu u nahsbu mhux biss fuq dak li gara, imma aktar minn kollox, fuq dak li nistghu nirrangaw u naghmlu ahjar. Irridu nippruvaw ninvestu aktar fis-settur tekniku, billi ningaggaw kowc li ghandu esperjenza ta’ tahrig ma players professjonali. Irridu nirrevedu l-istrutturi taghna bhal Football Management Board, u s-supporters Club ghandu jerga’ jibda jiffunzjona. Diga’ bdejna nharsu ’l quddiem biex nippruvaw nirrangaw fejn morna hazin. Sfortunatament filfutbol ma jistax ikun hemm l-ebda garanzija ta’ success, u meta tahseb li tkun wasalt jista jkun ghadek ’l boghod, imma trid tibqa tahdem iebes, sakemm fl-ahhar l-affarijiet jigu ghall-ahjar. Dan kien stagun li rniexxielu jdahhalna f’qoxritna, u jaghmilna konxji mill-possibiltajiet kollha. Ghallimna li rridu nzommu saqajna ma’ l-art ’l hin kollu, u nahdmu iebes u bil-ghaqal biex stagun iehor nippruvaw naghmlu pass ’l quddiem. Jekk kulhadd ikun aktar motivat, u nkunu lesti li nitghallmu min-nuqqasijiet li kellna f’dan listagun,ma nkunux fallejna, imma nkunu wittejna ttriq biex xi darba naslu. Alfred Vella Borg President


L-iSports – Pg 2 Centenary Stadium

27 ta’ Frar 2011

MELLIEHA.......1 ST.PATRICK’S....0 [h.t. 0 - 0] Sko: Connor Muchmore Formazzjoni: S.Gauci, I.Sammut, A.Portelli, L.Cauchi, Matt. Vella, K. Gauci (capt.), R. Filipov, Ph. Camilleri, N. Filipov, D. Cremona(85min. K. Simiana), F. Bassi(75min C. Muchmore). Statistika: Kontra St.Patrick’s lghabna 27 darba. Rbahna 6, draw 11, u tlifna 10. Goals favur 26, kontra 35. Qabel dan l-istagun St.Patrick’s konna rbahnilhom erba’ darbiet biss. Dan listagun irnexxielna naghmlu ‘double’ fuqhom.

Connor Muchmore Centenary Stadium

12 ta’ Marzu 2011

MELLIEHA........0 ZEBBUG R.....3 [h.t. 0 - 1] Formazzjoni: S. Gauci, I Sammut, Mar. Borg, Matt. Vella, N. Filipov, K. Gauci (capt.), R. Filipov (71min F. Bassi), K. Simiana(7min. J. Abela), Ph. Camilleri (54min Mk. Vella),D. Cremona, C. Muchmore. Statistika: Zebbug iltqajna maghhom 29 darba. Rbahna 7, draw 8, u tlifna 14. Goals favur 27, kontra 39. Kienet is-60 loghba ta’ Philip Camilleri mal-Mellieha, u l-20 wahda ta’ Isaac Sammut.

Isaac Sammut


L-iSports – Pg 3 Centenary Stadium

20 ta’ Marzu 2011

MELLIEHA.....0

ZEJTUN C.....1

[h.t. 0 - 0] Formazzjoni: J. Abela, H. Vella, A. Portelli, L. Cauchi, Matt. Vella, Ph. Taylor, N. Filipov, K. Gauci (capt.), R. Filipov (60min. F. Bassi), D.Cremona (77min. Mk. Vella), J. Vella(53min. I. Sammut). Statistika: Zejtun iltqajna maghhom 11-il darba. Rbahna 5, draw 1, tlifna 5. Goals favur 8, kontra 9. Fl-ahhar zewg staguni lghabna kontrihom tliet darbiet, u dejjem rebhulna bl-istess skor ta’ 1 – 0. Kienet l-20 loghba ta’ Nikolay Filipov mal-Mellieha.

Nikolay Filipov Centenary Stadium

3 ta’ April 2011

MELLIEHA.....6

MGARR UTD....0

[h.t. 3 0] Sko: Fab. Bassi, Dan. Cremona 2, Phil. Camilleri, Mark Vella, Kev. Gauci. Formazzjoni: S. Gauci, A. Portelli, L. Cauchi (55min. I. Sammut), Matt. Vella, Hub. Vella, N. Filipov (62min. C. Muchmore), K. Gauci (capt.), R. Filipov, D.Cremona (70min. Mk. Vella), Ph.Camilleri, F. Bassi. Statistika: Kontra Mgarr Utd. lghabna 8 darbiet. Rbahna 7, u draw 1. Goals favur 23, kontra 2. Mark Vella skorja l-ewwel goal tieghu mal-Mellieha. Philip Camilleri u Kevin Gauci skorjaw ghallewwel darba dan l-istagun. Kienet il-120 loghba ta’ Luke Cauchi, l-50 wahda ta’ Alex Portelli u ta’ Matthew Vella. Fabiano Bassi ghaqqad l-20 loghba li fiha skorja l-10 goal personali.

Mark Vella


L-iSports – Pg 4 Centenary Stadium

11 ta’ April 2011

MELLIEHA.......1 SAN GWANN.......2 [h.t. 1 - 1] Sko: Nikolay Filipov. Formazzjoni: S. Gauci, H. Vella, A. Portelli, L. Cauchi, Matt. Vella, N. Filipov, K. Gauci (capt.), R.Filipov(71min. C. Muchmore), Ph.Camilleri, F. Bassi, D. Cremona (46min. J. Vella). Statistika: Lghabna kontra San Gwann 20 darba. Rbahna 8, draw 7, tlifna 5. Goals favur 28, kontra 18. Kienet is-70 loghba ta’ Simon Gauci.

Simon Gauci

Centenary Stadium

19 ta’ April 2011

MELLIEHA.........0 RABAT A.........0 Formazzjoni : S. Gauci, I. Sammut, A. Portelli, L. Cauchi, Matt. Vella, R. Filipov, N. Filipov, K. Gauci (capt.), Mk. Vella (90min. Mar. Borg), F. Bassi (84min. Ph. Taylor), D. Cremona (72min J. Vella). Statistika: Kienet it-24 loghba kontra Rabat Ajax. Rbahna 4, draw 9 u tlifna 11. Goals favur 24, kontra 35. Dan kien it-tielet konfront kontra Rabat dan l-istagun. Ksibna rebha u tnejn draw, u ma rnexxielhomx jiskorjawlna goal. Daniel Cremona laghab l-20 loghba mal-Mellieha. Centenary Stadium

1 ta’ Mejju 2011

MELLIEHA.......0 BIRZEBBUGA...1 [h.t. 0 - 0] Formazzjoni: S. Gauci, Mar. Borg, A. Portelli, H. Vella, Matt. Vella, N. Filipov, K. Gauci (capt.), R. Filipov(84min. C. Muchmore), Mk. Vella, Ph.Camilleri (75min. K. Simiana), F. Bassi (80min. Ph. Taylor). Statistika: Kienet il-32 darba li ltqajna ma Birzebbuga. Rbahna 11, draw 10, tlifna 11. Goals favur 38, kontra 31. Kevin Gauci laghab it-360 loghba tieghu mal-Mellieha. Ghal Hubert Vella kienet il-170 loghba, u l-20 wahda ta’ Rosen Filipov u Mark Vella.

Kevin Gauci


L-iSports – Pg 5

PROMOTION DECIDER Centenary Stadium 9 ta’ Mejju 2011

MELLIEHA.......0 ST.PATRICK’S....1 [h.t. 0 - 0] Formazzjoni: S.Gauci, Mar. Borg ( 70min. J. Vella), A.Portelli, L.Cauchi, Matt. Vella, K. Gauci (capt.), R. Filipov (85min.C. Muchmore), N. Filipov, Mk. Vella, D. Cremona, F. Bassi (86. Min. Ph. Taylor) Statistika: Kontra St.Patrick’s lghabna 28 darba. Rbahna 6, draw 11, u tlifna 11. Goals favur 26, kontra 36.

Nikolay Filipov jirbah l-unur darbtejn. B’rizultat tal-votazzjoni li saret mill-spettaturi, u l-membri tatTechnical Board wara kull loghba, l-aktar player li spikka mal-Mellieha, fil-loghob tat-Tieni Divizjoni matul l-ahhar xahrejn, kien il-Bulgaru Nikolay Filipov. Nikolay gab l-aktar voti kemm f’dik ta’Marzu, kif ukoll f’ta’ April/Mejju. B’kollox dan l-unur inghata hames darbiet matul l-istagun, bir-rebbieha jkunu Phill Taylor, Matthew Vella, Simon Gauci, u l–ahhar darbtejn Nikolay Filipov. Bhal kull sena, fl-End os Season, jithabbar il-Footballer of the Year, wara li jinghaddu l-punti li jkunu gabu l-players kollha matul l-istagun 2010/11.


L-iSports – Pg 6

Meta naghtu harsa lejn l-istatistika ta’ dan l-istagun, naraw li wara li fil-league tat-Tieni divizjoni fl-ewwel rawnd kellna statistika pozittiva hafna, l-folja nqalbet, u t-tieni rawnd kien mimli dizappunti.

26 loghba ufficjali, 23 fil-league, u 3 fin-Knock-out. Rbahna 11, draw 6, u tlifna 9. Goals favur 32, kontra 23. Spiccajna fis-6 post fil-league wara li tlifna

• Lghabna

d-decider ghall-5 post. • Is-sitt post fil-klassifika huwa l-istess li ksibna fl-istaguni 2001/02, u 2008/09, ghalkemm ksibna 3 punti aktar mis-sena l-ohra, u 6 aktar minn sentejn ilu.

25(rekord), izda t-tieni rawnd kien l-aghar wiehed fit-Tieni Divizjoni bi 12-il tim – 11-il punt biss (rekord negattiv).

• Fl-ewwel rawnd ksibna rekord ta’ punti

• Fin–Knock-out tat-Tieni u it-Tielet divizjoni fit-3 loghbiet spiccajna draw, u gejna eliminati mill-ewwel round.

11

• Fil-league rbahna -il loghba, tliet ‘doubles’ fuq, St.Patrick’s, Gzira u Mgarr, u rbahna liz-Zurrieq, Zebbug, San Gwann, Rabat u Senglea. • Fil-league, zewg loghbiet spiccaw draw ta’ 0-0, kontra Birzebbuga u Rabat, u draw iehor ta’ 2–2 kontra Senglea.

22

9

• Il-kowc Kevin Gambin ghamel uzu minn player, li minnhom kien hemm debuttanti, izda l-ebda wiehed fit-tieni rawnd. Dawn kienu:- Nikolay Filipov, Rosen Filipov, Phill Taylor, Fabiano Bassi, Connor Muchmore, Daniel Cremona, Kyle Simiana, Marlon Borg, u Danny Lee Calleja. L-ewwel hamsa huma barranin – Tnejn Bulgari, Braziljan u zewg Inglizi. L-izghar player kien Kyle Simiana li twieled fl-1993.

17-il sena

L-aktar player anzjan kien Philip Camilleri li twieled fl1974.

37 sena.


L-iSports – Pg 7

3

• Hadd ma laghab is-26 loghba, izda players laghbu 25 loghba:- Nikolay Filipov, Alex Portelli u Matthew Vella. • Kevin Gauci kompla sahhah il-pozizzjoni tieghu fit-tieni post fil-klassifika ta’ l-aktar

361 loghba. Players ohra li laghbu dan l-istagun mill-Club100 kienu:-Hubert Vella [170], u Luke Cauchi [123]. Fabiano Bassi spicca t-top-scorer tal-klabb dan l-istagun b’10 goals. Il-goals l-ohra player li laghab mal-Mellieha bi

gew skurjati minn: Daniel Cremona-6, Connor Muchmore-4, Phill Taylor-2, Nikolay Filipov-2, Joseph Vella-2, Isaac Sammut-1, Philip Camilleri-1, Alex Portelli-1, Kevin Gauci-1, Mark Vella-1.

2

penalties favur taghna, u gew skurjati minn Fabiano Bassi, u • Kellna kontrina li gew skurjati wkoll.

2 ohra

7, {Daniel Cremona 2, Nikolay Filipov, Simon Gauci, Joe Vella, Philip Taylor, u Luke Cauchi}. Karti sofor kellna – 37.

• Karti homor kellna

• Ghall-ahhar tliet loghbiet inkluza d-‘decider’, it-tim inghata f’idejn il-player/coach Nikolay Filipov, minflok Kevin Gambin. L-ahhar li nbidel il-kowc matul l-istagun, kien fl-istagun 1996/97, meta kien tnehha Euchar Grech, u floku nhatar player/coach Nefail Zhejani, li kien player barrani wkoll.

ALEX PORTELLI MATTHEW VELLA NIKOLAY FILIPOV LUKE CAUCHI FABIANO BASSI KEVIN GAUCI PHILIP CAMILLERI ISAAC SAMMUT SIMON GAUCI DANIEL CREMONA ROSEN FILIPOV

PL / SC 25 - 1 25 - 0 25 - 2 24 - 0 24 - 10 23 - 1 22 - 1 22 - 1 22 - 0 21 - 6 21 - 0

TOTAL 54 - 2 54 - 0 25 - 2 123 - 1 24 - 10 361 - 21 63 - 5 23 - 1 73 - 0 21 - 6 21 - 0

PHILL TAYLOR KYLE SIMIANA CONNOR MUCHMORE JOSEPH VELLA MARK VELLA JAMES ABELA HUBERT VELLA MARLON BORG DAVID VELLA (ii) MATTHEW BORG [ii] DANNY LEE CALLEJA

PL / SC 18 - 2 17 - 0 16 - 4 14 - 2 14 - 1 5-0 5-0 5-0 3-0 2-0 2-0

TOTAL 18 - 2 17 - 0 16 - 4 40 - 3 21 - 1 36 - 0 170 - 12 5-0 6-0 17 - 0 2-0


Konsiderazzjonijiet ta’ stagun sfortunat

Punt iehor li nahseb effetwa l-istagun, kien meta f’Dicembru thabbar li kienu ser jitilghu hames timijiet. Dan gara meta ahna konna fl-ewwel post, bis-sitt tim disa’ punti tahtna, u kulhadd hass li issa l-promozzjoni hija certa (inkluz jien). Barra minn hekk timijiet li ma kellhomx ambizzjonijiet kbar, f’Jannar sahhew it-tim ghaliex bdew jemmnu li dahlu bic-cans huma wkoll. F’kelma wahda ghamilniha gewwa, u gharralna, specjalment wara r-rebha kontra St.Patrick’s fit-tieni rawnd, li gabitna b’disa’ punti vantagg fuqhom, meta kien fadal sitt konfronti. Issa nixtieq nghid xi haga dwar il-bidla tal-kowc Kevin Gambin ma Nikolay Filipov. Fil-klabb taghna hija haga rari li jinbidel kowc matul l-istagun. Jekk m’hiniex sejjer zball grat darbtejn ohra biss. L-inkwiet kien ilu gej, izda lahaq ilqofol wara t-telfa kontra San Gwann. Fit-training kienet tidher l-apatija, u din it-telfa kompliet tikxef id-differenzi li kien hemm bejn il-kowc u x’uhud mill-players. Il-Kumitat hass li t-tim ma setax jaffronta z-zewg loghbiet importantissmi li kien fadal f’din is-sitwazzjoni, u ddecieda b’vot unanimu li jinbidel il-kowc. Billi kien fadal zewg loghbiet biss, kont xi ftit xettiku dwar din id-decizjoni, izda qbilt ghaliex hassejt li kien hemm bzonn isir xi haga. Kienet decizjoni kuragguza u riskjuza min-naha tal-Kumitat, u sfortunatament ma gabitx il-frott mixtieq. Llum facli tghid li kienet wahda zbaljata, izda dak in-nhar il-maggoranza qablet maghna. Nixtieq naghlaq billi nsellem lil Kevin Gambin, u lil Ray Vella, zewg ex-players u llum coaches li ghamlu hafna ghattim Melliehi matul s-snin. Min jidhol fid-dinja tal-coaching, jaf kemm jista jkun kiefer il-futbol, u jaghmel x’jaghmel, flahhar mill-ahhar huma r-rizultati li jghoddu. J’Alla jkunu fortunati aktar fil-futur. Nawguralhom. La semmejt il-fortuna, ta’ min isemmi li fl-ahhar erba’ loghbiet ma dahkitilna qatt. Kontra San Gwann tlifna b’auto-goal klassiku, kontra Rabat lghabna taqsima bi player inqas, kontra Birzebbuga konna sitt minuti ’l boghod millpromozzjoni, u tlifna d-decider kontra St. Patrick’s fl-ahhar sitt minuti, wara li fl-ewwel taqsima habtulna zewg blalen mal-lasta. Certament il-players, u dawk kollha involuti, kien jixraqilhom ahjar ghas-sagrificcji li ghamlu matul l-istagun. Ma giex is-success izda xorta haqqhom appogg u nkoraggament ghall-istagun li gej. Ma naqtghux qalbna, u nibnu fuq it-tajjeb li kellna.

Difficli li tikteb xi haga bhalissa fuq it-tim Melliehi, wara ddizappunt li kellna dan l-istagun, imma xtaqt naghti lopinjoni u l-konsiderazzjonijiet tieghi, fuq xi fatturi krucjali li nhoss kellhom effett fuq l-andament ta’ dan l-istagun. Dan ma jfissirx li ser noqghod infittex l-iskuzi, imma biss naghti harsa lejn il-fatti, u biex bhal ma qal il-President nitghallmu ghall-futur. Appena bdejna nahdmu ghall-istagun, zewg players stabbiliti Reuben Vella u Wayne Borg St.John, xtaqu li jinghataw cans jilaghbu fil-First Division ma timijiet ohra, u gew trasferiti ghal sena. William Borg, li konna kull sena nisselfuh, dan l-istagun Rabat ma riedux jittrasferixxuh, u ghalhekk bdejna l-istagun bi tliet players regolari nieqsa, blghajta kienet li dan l-istagun Mellieha ser jaqghu. Kulhadd jaf kemm hu difficli biex nakkwistaw player Malti ta’ certu kalibru, ghax ghalkemm ikun hemm min jixtieq jigi, jaqtghu qalbhom biex jitilghu il-Mellieha. Kien aktar facli ghalina nakkwistaw player barrani, u flok b’wiehed, kif originarjament kienu l-pjanijiet taghna, spiccajna bi tlieta. Dan ghaliex akkwistajna zewg players ahwa Bulgari bi prezz ta’ wiehed, u attakkant Braziljan li laghab zewg friendlies tajbin hafna fil-pre-season, fejn f’wahda minnhom kontra Sirens skorja erba’, u ddecidejna li naghmlu sagrificcju u ngibuh ukoll. Kellna maghna wkoll zewg players zghazagh promettenti Inglizi, Connor Muchmore u Phill Taylor. Ergajna akkwistajna lil Philip Camilleri u Alex Portellli, u minghand Lija akkwistajna lil Daniel Cremona. B’dawn il-players flimkien ma ohrajn Mellehin stabiliti, konna konvinti li kellna skwadra b’sahhihta bizzejjed biex ticcallingja ghallpromozzjoni. Taqta’ n-Knock-out, fejn kien jidher car li kien hemm nuqqas ta’ teamwork, u bir-ragun, fil-league bdejna nirbhu loghba wara l-ohra, u konna fuq fomm kulhadd, li konna wiehed mill-ahjar timijiet fis-second. L-inkwiet beda meta gejna infurmati, li l-players Inglizi m’ghadhomx kunsidrati bhala ‘home-grown players’, u kienu meqjusa bhala barranin. B’hekk fil-fatt kellna hames barranin, li minnhom setghu jilaghbu tlieta biss. Personalment inhoss li din kienet it-‘turning point’ negattiva, li effetwat l-iskwadra. Holqot konfront bejn ilplayers barranin, filwaqt li gabet problemi lill-kowc, li nazzarda nghid ma gharafx jiggestixxi sew is-sitwazzjoni partikolari. Sfortunatament, kompliet tiggrava meta nbidel Sunny Abela il-kowc, fl-ahhar tliet loghbiet.

L-iSports – Pg 8


L-iSports – Pg 9

Messagg ta’ tmiem l-istagun Bhal staguni ohra, dan l-istagun kien ukoll wiehed impenjattiv hafna, b’diversi festivals u turnaments, kemm gewwa l-Mellieha, kif ukoll barra mill-Mellieha. Kienu festivals li taw l-opportunita’ li t-tfal kollha ikunu jistghu jilaghbu, jiehdu gost, jaghmlu hbieb godda u l-aktar haga, li fl-opinjoni tieghi hija l-aktar wahda importanti, kienet li jitghallmu juru rispett lejn il-plejers u d-dirigenti tat-timijiet. Kienu festivals li ghenu fl-aspett edukattiv u socjali tattfal. Iz-zewg timijiet tal-Under 15 u l-Under 17, it-tnejn kellhom stagun sodisfacenti. L-Under 15 imexxija mill-kowc Michael Buttigieg u l-assistant kowc Glenn Buttigieg irnexxilhom jitilghu f’Sezzjoni A tal-APS Bank League organizzat mill-Y.F.A. F’din il-kategorija ghandna element tajjeb hafna u li jawgura tajjeb ghall-futur. L-Under 17, imexxija mill-kowc Brian Bartolo irnexxilhom jispiccaw il-hames post ta’ Sezzjoni B.

Mil-lat amministrattiv ukoll konna mpenjati mhux hazin. Fil-bidu tal-istagun il-Kumitat ha d-decizjoni, li nahseb li kienet wahda difficli, pero wahda ghaqlija, li l-kowcis u l-assistenti kollha jinghataw rimunerazzjoni finanzjarja bhala apprezzament ghax-xoghol u hidma li jwettqu mat-tfal. Kienet decizjoni li tefghet piz finanzjarju fuq inNursery u ghaldaqstant hassejna li kellna nghollu l-mizata annwali li jhallsu t-tfal, biex kemm jista’ jkun ntaffu ftit mill-ispejjez. Matul dan l-istagun , l-Kumitat Amministrattiv dar dawra malistatut u ghamel diversi emendi sinifikattivi, fosthom dik li tibda ssir Laqgha Generali fil-bidu tal-istagun ghall-genituri tat-tfal. F’din il-laqgha se jsiru rapporti amministrattivi u finanzjarji, kif ukoll se ssir l-ghazla , permezz tal-elezzjoni, ta’ zewg genituri biex jiffurmaw parti mill-Kumitat Amministrattiv ghall-stagun segwenti. Permezz ta’ dawn l-emendi, l-istatut sar wiehed aktar trasparenti, rapprezentattiv u demokratiku. Niehu din lopportunita’ sabiex nistieden lill-genituri sabiex jattendu u jippartecipaw fl-ewwel Laqgha Generali tan-nursery f’data li tigi ikkomunikata lilkom aktar ‘il quddiem.


ikompli

L-iSports – Pg 10

Din is-sena bil-ghan li nsahhu l-mezz ta’ komunikazzjoni u r-relazzjonijiet pubblici, waqqafna Website gdida, fejn fiha wiehed jista’jsib it-taghrif kollu fuq dak li jkun ghaddej fin-Nursery. Il-Website qeghda tinzamm aggornata bl-ghajnuna volontarja tas-Sur Joseph Agius.Wiehed jista’ jidhol fil-Website tan-nursery fuq www.melliehascfn.org. Ghall-ewwel darba ukoll din is-sena qeghdin nippubblikaw l-Annual Magazine tanNursery. Fih insibu gabra tal-attivitajiet kollha li kellha n-Nursery din is-sena. Ma nistax naghlaq dan il-messagg minghajr ma nirringrazzjax lil shabi kollha tal-Kumitat Amministrattiv ghax-xoghol u l-impenn taghhom b’mod volontarju tul l-istagun. Grazzi wkoll lillPresident u l-kumitat tal-Mellieha Sports Club ghallappogg taghhom. Hdimna tajjeb flimkien u nemmen li bi ftit rieda ohra miz-zewg partijiet, nistghu nkomplu ntejbu s-settur tekniku b’mod holistiku, u dan ghall-benficcju ta’ l-istess klabb. Nirringrazzja wkoll lil Head Coach, is-sur Dennis Fenech, il-kowcis, l-assistenti kowcis, li flimkien mal-Ground & equipment Manager, is-sur Michael Vella, ghal disa’ xhur shah, xemx u xita, kienu mpenjati fit-tahrig tat-tfal. M’hemmx dubju li minghajr ddedikazzjoni u l-impenn ta’ dawn in-nies, in-Nursery taghna ma tistax tkun wahda impennjattiva u zzomm illivell gholi li tgawdi fost in-nurseries Maltin. L-ahhar ringrazzjament inhallih ghat-tfal u l-genituri taghhom ghas-sehem u s-support taghhom fl-attivitajiet li norganizzaw matul is-sena. Filwaqt li nawgura ftit xhur ta’ mistrieh l-itfal kollha, u j’Alla jkollkom sajf sabih, naghmel appuntament maghkom ghal Settembru li gej ,biex naghtu bidu ghall-stagun kalcistiku gdid. Awguri lil kulhadd.

John Buttigieg Chairman

Youths L-Under 19 relegati ghal Section ‘C’ Fil-Minors gara’ dak li hadd ma kien jistenna, meta wara tmien snin f’Section A, jew B, ergajna morna lura f’Section C, fejn l-ahhar li konna kien fl-istagun 2002/03. Nifhmu li l-kowc Ray Vella kellu bicca xoghol iebsa biex inizzel tim kompetittiv, minhabba s-soltu problemi li kull kowc tal-Minors jiltaqa maghhom, specjalment f’dawn l-ahhar snin; nuqqas ta’ interess minn uhud millplayers, u skwadra dejjem ristretta, fejn ikollu juza players ta’ l-Under 17, biex jghaqqad hdax, specjalment flahhar loghbiet. Xorta wahda jibqa l-fatt li kien hemm tliet players, Matthew Vella, Isaac Sammut u Kyle Simiana, li laghbu regolarment mat-tim tal-kbar, u kienu mill-aktar konsistenti, u flimkien ma players ohra interessanti, konna fiducjuzi li kien ser ikollhom stagun tajjeb. Nisperaw li l-istagun li gej l-Under 19, jergghu jqumu fuq saqajhom, u jergghu jiehdu posthom, fejn players ta’ dan il-kalibu jixirqilhom.


L-iSports – Pg 11 F’dawn l-ahhar xhur it-tournaments tal-Bixkla qedin isiru darba kull xahar fil-kazini ta’ l-iSports Club u Imperial B.C. Dan ghaliex ic-Centru Laburista kien maghluq minhabba xi xoghol li sar fih. Ghalhekk f’din l-edizzjoni tan-Newsletter, qieghed ingibu rizultati ta’ l-ahhar zewg serati li saru fl-iSports Club; wahda f’Marzu u ohra f’Mejju. F’ta’ Marzu hadu sehem 16-il tim, u l-protagonisti kienu l-membri tal-familja ta’ Smitt, fejn barra li t-tazza ntrebhet mill-ahwa Reno u Angelo, fil-final kellhom bhala avversarju lil huhom Charlie, u fis-semi-finali ghelbu lil huhom liehor Elio, partner ma hatnu Mario. Is-semi-finali l-ohra kienet bejn ir-rivali antiki Charlie/Natalino u Eddie/Grezzju, li ntrebhet minn ta’ l-ewwel b’mod konvincenti, izda imbaghad tilfu fil-final. Fl-edizzjoni ta’ Mejju, Eddie/Grezzju regghu waslu sas-semi-finali, izda ghal darb’ohra kellhom dizappunt meta sfaw meghluba minn Frans/Fredu, li eventwalment rebhu t-tournament, billi fil-finali ghelbu lil Karmenu/Effie. F’din is-serata hadu sehem 12-il tim biss, u nhasset l-assenza tal-membri tal-familja ta’ Smitt, ghalkemm kienu rapprezentati minn Joe flimkien ma’ Charlie (il-Landier), li rnexxielhom jaslu sas-semi-finali. Issa li jmiss issir gewwa l-Imperial, u fl-iSports Club issir f’Settembru. Niltaqghu. 18/03/11 L-ewwel rawnd : Ray / Peter – Ninu / Joe 6 - 1, Luke / Joe – Joe / Charlie 6 - 3 Natalino / Charlie – Frans / Fredu 6 – 5 Sunny / Raymond - Joe / Joe 6 - 1 Elio / Mario – Joe / Salvu 6 – 4, Charlie / Mike – Karmenu / Effie 6 - 4 Eddie / Grezzju – Chris / Fredu 6 – 5, Reno / Angelo – Martin / Leli 6 - 2 Kwarti-finali : Eddie/Grezzju - Ray/Peter 6 - 5, Mario / Elio - Joe / Luke 6 - 3 Reno/ Angelo - Charlie / Mike 6 – 2, Natalino/Charlie - Sunny / Raymond 6 - 4 Semi-finali: Natalino/Charlie - Eddie/Grezzju 6 – 3, Reno/Angelo – Mario/Elio 6 - 3 FINAL: Reno / Angelo - Natalino / Charlie 6 – 5 ............................................................................................................................................... 13/05/11 L-ewwel rawnd: Sunny/Joe – Natalino/Joe 6 – 2, Frans/Fredu – Mike/Charlie 6 - 4 Eddie/Grezzju – Mario/John 6 – 4, Ninu/Joe – Ray/Ray 6–3 Chris/Fredu – Martin/Leli 6 – 3, Effie/Karmenu – Salvu/Joe 6 – 1 Kwarti-finali: Frans/Fredu – Sunny/Joe 6 – 3, Eddie/Grezzju – Ninu/Joe 6 – 3 Effie/Karmenu – Chris/Fredu 6 – 4, Charlie/Joe – Peter/Ray 6–5 Semi-finali: Frans/Fredu – Eddie/Grezzju 6 – 4, Effie/Karmenu – Charlie/Joe 6 - 4 FINAL: Frans / Fredu - Effie /Karmenu 6–4 ------------------------------------------------------------------------------------------------------------

NIFIRHU LIL WILLIAM CHETCUTI Il-Mellieha Sports Club jifrah lit-tiratur Melliehi William Chetcuti, li dan l-ahhar kellu success fenominali meta rebah Championship Mondjali ficCina. B’dan is-success William ikkwalifika ghalLoghob Olimpiku li jmiss li ser isiru f’Londra fl-2012, u sahhah it-tama tal-isportivi Maltin, li jista jkun lewwel Malti, li jirnexxielu jikseb midalja fl-Olimpjadi.


L-iSports – Pg 12

26 ta’ Frar – Attivitajiet sportivi f’Jum Il-Kunsill Lokali: Half-day Football Tournament bejn Nurseries tal-Mellieha u Ghajnsielem, Over-40’s 7-a-side football tournament bejn Mellieha, Sliema u Zurrieq, u Loghob ta’ Snooker bejn players Mellehin u minn Ghajnsielem. 8 ta’ Marzu – Pizza/Bowling Night organizzat mil-Ladies Circle. 18 ta’ Marzu – Bixkla/Fenkata fil-kazin. 24 ta’ Marzu – Sezzjoni ta’ Qrar fil-Kazin. 30 ta’ Marzu – Tombola/Coffee morning fil-kazin. 21 ta’ April – Vizti tal-Gimgha l-Kbira fil-Knisja Parrokkjali, flimkien ma’ l-Ghaqda tanNar Mellieha. 27 ta’ April – Tombola/Coffe morning fil-kazin. 5 ta’ Mejju – Kommemorazzjoni ta’ l-20 Anniversarju mill-Promozzjoni storika misSecond ghal First Division(1990/91), fuq inizjativa ta’ Dennis Fenech. Loghba 7-a-side bejn players ta’ dak l-istagun, u wara Fenkata fil-kazin. 12 ta’Mejju – 8-a-side tournament ghad-dilettanti bejn 5 timijiet, fil-grawnd taghna. 13 ta’ Mejju – Bixkla/Fenkata fil-kazin. 15 ta’ Mejju – Tberik tal-Ghid tal-kazin mill-Kapillan il-gdid, Dun Joe Caruana. Ghallewwel darba jsir il-Hadd f’12:00. 15 ta’ Mejju – Mellieha Northenders jirbhu l-kampjonat Nazzjonali tal-Baseball. 25 ta’ Mejju – Tombola/Coffee morning fil-kazin. 27 ta’ Mejju – Snooker Competition Final bejn Kevin Vella u Edward Deguara.

Il-Laqgha Generali Annwali 2011 tal-Mellieha Sports Club ser issir nhar il-Hadd 12 ta’ Gunju 2011 fil-10:00 a.m. fil-kazin. Agenda: 1. Introduzzjoni. 2. Qari u approvazzjoni tal-minti tas-sena l-ohra. 3. Qari u approvazzjoni tar-rapport amministrattiv. 4. Qari u approvazzjoni tar-rapport finanzjarju. 5. Hatra ta’ kumitat gdid. 6. Hatra u approvazzjoni tal-Awdituri. 7. Affarijiet ohra. 8. Diskors ta’ gheluq mill-President.


L-iSports – Pg 13

Mellieha Northenders Champions It-tim Melliehi tal-Baseball rebah il-kampjonat Nazzjonali ghat-tielet stagun konsekuttiv, u ghal 11-il darba fl-istorja. Is-Sibt 17 ta’ Mejju intlaghbet l-ewwel loghba tac-Championship Series (best of 3) kontra Mustangs, fil-Marsa Ground. In-Northenders rebhu 6-5 f’loghba akkanita li sasseba’ inning kienu 6-3 minn fuq. L-ghada l-Hadd intlaghbet it-tieni loghba tas-series. Il-Mustangs hargu tajjeb, u tellghu vantagg ta’ 5 runs minghajr risposta, izda mit-tieni inning ‘l quddiem, bdiet ir-rimonta tan-Northenders sakemm spiccaw rebbieha 7-5. Fi tmiem il-loghba, il-President tal-Malta Baseball and Softball Association, is-Sur Mario Debono, ipprezenta t-tazza tac-Champions lil captain Melliehi Keith Bartolo, fost il-ferh taz-zghazagh Mellehin. Prosit lill-players kollha, specjalment lil captain Keith, u prosit ukoll lid-dirigenti fejn jispikka l-entuzjazmu ta’ Ray Bartolo, ghal dan l-isports.


L-iSports – Pg 14

Nhar il-hamis 12 ta Mejju rega gie organizzat one day 8-a-side tournament bil format ta league fejn ippartecipaw 5 timijiet, li kollha laghbu kontra xulxin f`atmosfera amikevoli. Il-loghob kien kollu bilancjat u ir rebbieha kienu it team ta Blue Warriors ( Ritratt ) mmexxija minn Norbert Vella, meta fl-ahhar loghba rnexxielhom jiskurjaw aktar goals mit team tal Mithna wara li iz zewg timijiet kienu rebhu tlett loghbiet kull wiehed. Wara li spicca il-loghob kollu saret prezentazzjoni tat trofej lir-rebbieha mill-President Alfred Vella Borg.


L-iSports – Pg 15

Tirq Vincenzo Ciappara Mellieha Tel: 21523583 info@melliehasportsclub.org www.melliehasportsclub.org

Bord Editorjali Sunny Abela Aldo Vella Anton Vella

SNOOKER COMPETITION 2011 KEVIN VELLA – Champion

Proof reading Alfred Bartolo

Kevin Vella rebah din l-edizzjoni tal-kompetizzjoni tas-Snooker ta’ l-iSports Club, meta fil-finali gheleb lir-rebbieh tas-sena l-ohra Edward Deguara 5 – 2. Il-final intlaghbet il-Gimgha 27 ta’ Mejju, u kif spiccat lPresident Alfred Vella Borg ipprezenta t-tazzi liz-zewg kompetituri. F’din ilkompetizzjoni, miftuha ghal players Mellehin, hadu sehem 18-il player, u rrizultati mill-kwarti-finali ’l quddiem kienu dawn: Kwarti-finali: Natalino Debono–Robet Falzon 3- 1, Edward Deguara–Frans Fenech 3 – 0 Kevin Vella – Joe Cutajar 3 – 0, Wilfred Cross – Charlie Fenech 3 – 2 Semi-finali: Edward Deguara–Wilfred Cross 4 – 0, Kevin Vella–Natalino Debono 4 - 1. FINAL:

Kevin Vella – Edward Deguara 5 – 2.


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.