L-iSports Newsletter issue 57 October 2011

Page 1


50 SENA FL- M.F.A. u bidu ta’ stagun iehor, mimlijin b’fiducja u ottimizmu. l-1961, il-klabb taghna kien accettat bhala membru fi hdan l-Malta Football Association, u hadna sehem fil-league tat-Tielet Divizjoni fl-istagun 1961/62, bl-ewwel loghba tintlaghab fl-1 ta’ Ottubru 1961, kontra Siggiewi (0-1). Ghalhekk dan l-istagun qeghdin niccelebraw il-50 sena, ta’ partecipazzjoni fil-leagues ta’ l-M.F.A. Fl-istess sena jien kont inghaqadt ma dan il-klabb, u bdejt nilghab fit-tim tal-Minors. Avveniment li jien kburi bih, u li f’dawn il-hamsin sena, bqajt nahdem biex il-klabb jibqa jikber, u li jkollu l-ahjar facilitajiet possibbli. L-istorja dak iz-zmien kienet totalment differenti. Bizzejjed nghid li ma kellniex grawnd tal-football, u t-training kien isir fit-toroq tar-rahal. Fl-1964 sar il-grawnd li kien izghar fid-daqs, minghajr dressing rooms, minghajr dawl, u sintendi ma kienx bit-turf artificjali. Il-mixja lejn dak kollu li rnexxielna nwettqu u nibnu f’dawn il-50 sena, kienet iebsa u ta’ tbatija. Battalja kontinwa ma dawk fl-awtorita’ biex fl-1982, tkabbar il-grawnd ghad-daqs li hu llum, u saru dressing rooms godda. Fl-1988 saru l-lampi, qawwijin bizzejjed sabiex stajna nittrenjaw wara nzul ix-xemx. Dawn servew sal-2007, meta inbidlu ma floodlights akbar, wara li kien livellat il-grawnd, bi preparazzjoni ghal meta jigi nstallat it-turf artificjali, li fortunatament ma damx ma wasal, u gie inawgurat fl-2009. Il-progress ma sarx biss fil-facilitajiet sportivi. Il-kazin fi Triq Madonna ta’ Fatima, inxtara fl-1988, twaqqa’ u nbena mill-gdid fl-istess sena, izda fl-2007, beda il-bini tal-kazin il-gdid, fuq l-art biswit il-grawnd li nghatajna b’cens mill-Gvern. L-ewwel fazi tal-bini tlestiet sentejn ilu, u f’Settembru 2009 infetah il-Bar u l-amministrazzjoni tal-klabb bdiet tahdem mill-kazin il-gdid. Ghad fadal x’jinbena t-tieni u t-tielet fazi, li dan l-ahhar hareg il-‘full development permission’ ghalihom. Meta jitlesta, kunu certi li dan il-kumpless ser ikun wiehed mill-aqwa f’Malta, u l-ghira ta’ clubs ohra Maltin. Kull min bhali kellu sehem fil-football matul dawn il-50 sena, jista jhares lura lejn zminijiet ta’ success, u ohrajn mhux daqstant, izda li certament ra progress kbir, fl-amministrazzjoni u organizzazjoni tat-tim. Il-bidu kien iebes, u ghalkemm konna qrib kemm il-darba, kellna nistennew kwazi 30 sena biex ksibna promozzjoni ghat-Tieni Divizjoni. L-ewwel promozzjoni propja konna ksibniha fl-1975/76, mir-Raba’ ghat-Tielet Divizjoni, wara li konna gejna relegati sena qabel ghall-ewwel darba. Fl-istagun 1988/89, ghamilna pass kbir, meta tlajna fit-Tieni Divizjoni, u pass akbar sentejn wara, meta gejna promossi ghall-Ewwel Divizjoni. Izda l-akbar sodisfazzjon flistorja tal-football Melliehi, ksibnih kontra kull mistenni sena wara, meta tlajna fil-Premier. Domna biss sena, izda dawk li kienu involuti f’dawk iz-zminijiet, membri tal-Kumitat, dirigenti, coach u players, ghadhom sal-lum jiftakru u jghidu li ‘dawk kienu zminijiet tad-deheb’.Parti kbira tas-snin disghin, qattajnihom fl-Ewwel divizjoni, u mis-sena 2000 ’l hawn fit-Tieni divizjoni, barra fl-istagun 2007/08, wara li ksibna l-ahhar promozzjoni ghall-Ewwel divizjoni, is-sena ta’ qabel. Dan l-istagun ergajna ser nippartecipaw fit-Tieni divizjoni, wara d-dizappunt ta’ l-istagun l-iehor, fejn minn promotion kwazi certa, bqajna b’xiber imnieher. Il-hsieb ghal dan l-istagun kien li nibdew mill-gdid, u kien ghalhekk li gibna coach ta’ esperjenza u mhux Melliehi; JoJo Bajada. L-istaff tekniku tieghu jinkludi lil Dennis Fenech bhala ‘Technical advisor’, u diga sar hafna xoghol biex it-tim ikun ippreparat tajjeb. Hsieb iehor interessanti kien li ngibu lura dawk il-players Mellehin, li fl-ahhar snin kienu ma timijiet ohra, fosthom lil Keith Fenech, William Borg, Wayne Buttigieg, David Cauchi, Wayne Borg St.John u Albert Aquilina. Ghandna tim totalment Melliehi, taqta’ lit-tliet barranin; Braziljan Tiago Loquete, u l-Inglizi Phil Taylor u Robert Perkins. Ir-rebh tat-tournament Melliehi tassajf, imliena b’kuragg, sabiex tassew nemmnu li jista jkollna success dan l-istagun. Fi klabb zghir bhal taghna, biex tasal tibni skwadra bhal din, kien hemm bzonn ta’ hafna ghajnuna finanzjarja, u grazzi principalment ghal Robert Cutajar, u xi ohrajn, irnexxielna nsibu nies generuzi, u sponsors li offrew li jaghtu kontribut taghhom, jekk mhux permess ta’ flus, permezz ta’ prodotti u servizzi. Il-main sponsors fuq il-flokk taghna ser ikun Lighthouse & Ashley, Zarb Coaches, Powerade, u l-Urban Jungle. Sponsors ohra huma Maritim Antonine Hotel, Transforma Spa, u Kazouki Beauty Clinic. Hemm ohrajn li wieghduna appogg u ghajnuna, fosthom il-Pergola Hotel, u d-Danish Holiday Centre, kif ukoll ir-Riu Seabank Hotel, li f’dawn l-ahhar snin kien wiehed mill-akbar sponsors taghna... (ikompli f’ pagna 2)

L-Isports | Numru 57

01


Naghlaq billi nirringrazzja lil dawn id-ditti kollha, kif ukoll persuni ohra li ma semmejtx, ghaliex il-lista hija tassew twila, u ma nixtieqx li nhalli lil xi hadd barra. Grazzi lic-Chairperson tan-Nursery, John Buttigieg li rega’ accetta li jmexxi lin-Nursery. Grazzi wkoll lil shabu tal-kumitat tan-Nursery, izda r-ringrazzjament tieghi specjali jmur lejn shabi tal-Kumitat, li dahlu ghal sena ohra ta’ hidma impenjattiva fi hdan is-Socjeta, sabiex jaraw li l-Mellieha Sports Club ikompli miexi dejjem ’l quddiem.

Alfred Vella Borg

MELLIEHA S.C. KUMITAT 2011/12 PRESIDENT ONORARJU

EDDIE CAMILLERI

PRESIDENT

ALFRED VELLA BORG

VICI-PRESIDENT ANZJAN

JOE FENECH

VICI-PRESIDENT

JOE CUTAJAR

SEGRETARJU GENERALI

SUNNY ABELA

TEZORIERA

ELIZABETH VELLA

ASST. SEGRETARJU (FOOTBALL)

JOE XUEREB

ASST. SEGRETARJU (AMMINISTRAZZJONI)

PATRICK CUTAJAR

ASSISTENT TEZORIER

ANTON VELLA

P.R.O u I.T. OFFICIAL

ALDO VELLA

KIT MANAGER

CHARLIE FENECH

ASSISTENT KIT - MANAGER

JASON GAUCI

GROUND MANAGER

MICHAEL VELLA

UNDER 19 DELEGATE

JOSEPH VELLA

NURSERY DELEGATE

SALVU VELLA

MEMBRU

SANDRO VELLA

L-Isports | Numru 57

02


FOOTBALL MANAGEMENT BOARD CHAIRMAN

ALFRED VELLA BORG

TEAM MANAGER

SUNNY ABELA

HEAD COACH

JOJO BAJADA

TECHNICAL ADVISOR

DENNIS FENECH

CLUB REPRESENTATIVE AT MFA

JOE FENECH

MEMBERS

ANTON VELLA, SANDRO VELLA JASON GAUCI, ROBERT CUTAJAR, JOE XUEREB

HATRIET OHRA FIL-FOOTBALL ASSISTANT COACH

HUBERT VELLA

GOALKEEPERS COACH

JOE CAUCHI

PHYSIOTHERAPIST

JOYCE GRONOW

KIT MANAGER

CHARLIE FENECH

UNDER 19 COACH

JOE AQUILINA

UNDER 19 ASST. COACH

VICTOR CUTAJAR

UNDER 19 TEAM MANAGER

JOSEPH VELLA

L-Isports | Numru 57

03


KUMITAT NURSERY HON. PRESIDENT

ALFRED BARTOLO

PRESIDENT

ALFRED VELLA BORG

CHAIRPERSON

JOHN BUTTIGIEG

SECRETARY

CHRIS BORG

FINANCIAL CONTROLLER

STEPHEN XUEREB

TREASURER

ODETTE ZAMMIT

NURSERY RECORDS

MIRIAM ABELA

KIT MANAGER

MIKE VELLA

CLUB REPRESENTATIVE

SALVU VELLA

MELLIEHA SQUAD 2011/12 1 2 3 4 5 6 7 8 9 10 11 12 13 14 15 16 17 18 19 20 21 22

WAYNE BORG ST. JOHN WILLIAM BORG SIMON GAUCI KEITH FENECH MATTHEW VELLA WAYNE BUTTIGIEG MARVIN ABELA MARK VELLA PHILL TAYLOR KYLE SIMIANA MARLON BORG TIAGO LOQUETE LUKE CAUCHI DAVID CAUCHI JOSEPH VELLA ROBERT PERKINS KEVIN GAUCI JAMES ABELA FABIAN VELLA DANIEL VELLA ALBERT AQUILINA MARK TRAPANI

L-Isports | Numru 57

PL/SC

TOTAL

2-4 2-0 2-0 2-0 2-1 2-0 2-0 2-0 2-1 2-0 2-0 2-4 1-0 1-0 1-0 1-0 0-0 0-0 0-0 0-0 0-0 0-0

244 180 - 42 75 - 0 74 - 2 56 - 1 48 - 2 36 - 0 23 - 1 20 - 3 19 - 0 7-0 2-4 124 - 1 62 - 3 41 - 4 1-0 361 - 21 36 - 0 61 - 0 2-0 1-0 0-0

04


MATTHEW VELLA Player tas-Sena 2010/11 Matthew Vella, rebah l-unur tal-Player tas-Sena tal-Mellieha S.C., ghall-istagun li ghadda. Kienet l-ewwel darba li dan il-player zaghzugh rebah dan l-unur, u huwa wkoll l-izghar player (19-il sena) li nizzel ismu fuq din it-Trophy prestigjuza ghall-klabb taghna. Wara r-rebh ta’ dan l-unur, Matthew kien nominat ghall-‘Fotballer of the Year’ tat-Tieni divizjoni, u spicca fit-tielet post. Matthew twieled fit-28/03/92, u ddebutta mal-Mellieha fl-istagun 2009/10, kontra Xaghjra Tornadoes, fin-Knock-out tat-Tieni divizjoni, meta kien ghad kellu 17-il sena. Dan l-istagun huwa laghab 25 loghba. L-ammont totali mal-Mellieha, huwa ta’ 54 loghba, li jfisser li ghal dawn l-ahhar sentejn laghab kwazi f’kull loghba kompetittiva tal-Mellieha. Matthew huwa prodott tal-Mellieha Sports Club Football Nursery, fejn beda minn ckunitu, u baqa tiela’ kategorija wara l-ohra, sakemm wasal fil-Minors, minn fejn iddebutta mal-kbar. Il-votazzjoni ghall-Player tas-sena, issir matul l-istagun, billi wara kull loghba, jitqassmu 10 envelopes lill-membri tal-Kumitat, supporters u l-kowc, u kull individwu jaghzel tliet players, fejn l-ahjar player jinghata 5 punti, it-tieni 3 punti u t-tielet punt. Fl-ahhar jinghaddu l-punti komplessivi li kull player ikun gab matul l-istagun. Il-players li spiccaw fl-ewwel hames postijiet fil-klassifika tal-Player tas-Sena 20010/11 tal-Mellieha S.C., kienu dawn : 1. Matthew Vella, 2. Nikolay Filipov, 3. Simon Gauci , 4. Philip Taylor, 5. Luke Cauchi.

MELLIEHA S.C. PLAYER TAS-SENA 1961/62 1962/63 1963/64 1964/65 1965/66 1966/67 1967/68 1968/69 1969/70 1970/71 1971/72 1972/73 1973/74 1975/88 1988/90 1990/91 1991/92 1992/93

JOE BORG EDWIN VELLA JOHN CALLEJA KRISTINU GRIMA GREZZJU GRECH CHARLIE ABELA JOE CAUCHI N/A SALVU ABELA ALFRED FENECH ANTHONY BORG ALFRED VELLA BORG CHARLIE GRIMA Ma naghtax l-unur FRANS VELLA RALPH FARRUGIA RAY VELLA STEPHEN DEGUARA

L-Isports | Numru 57

1993/94 1994/95 1995/96 1996/97 1997/98 1998/99 1999/00 2000/01 2001/02 2002/03 2003/04 2004/05 2005/06 2006/07 2007/08 2008/09 2009/10 2010/11

KEVIN GAMBIN RAY VELLA KEITH FENECH KEVIN GAMBIN KAMAL EDGELI WILLIAM BORG KEVIN GAMBIN KEVIN GAUCI JOSEPH MERCIECA KEVIN GAUCI WAYNE BORG ST. JOHN WAYNE BORG ST. JOHN WILLIAM BORG WAYNE BORG ST. JOHN KEVIN GAUCI DAVID FENECH LUKE CAUCHI MATTHEW VELLA

05


2011/12 2ND. DIV. LEAGUE

MOSTA GROUND

MELLIEHA - 2

17 TA’ SETTEMBRU 2011

ATTARD - 1

Formazzjoni: S. Gauci, M. Abela (60min.M.Borg), W. Buttigieg, Matt. Vella, D. Cauchi, W. Borg (capt.), Ph. Taylor, K. Fenech, K. Simiana (65min.W.Borg St.John), Tiago Loquete, J.Vella (46min. Mk. Vella). 6min. Goal – Attard imorru fil-vantagg, meta free-kick minn fuq ix-xellug jigi devjat minn Simon Gauci, u jispicca f’saqajn Darren Borg, li skorja minn zewg metri ‘l boghod. 16min. Goal – Matthew Vella ikun pront jitfa’ fix-xibka mill-qrib, free-kick ta’ Tiago Loquete minn fuq ix-xellug. 46min. Goal – Appena bdiet it-tieni taqsima, Keith Fenech jitfa’ l-ballun ’l quddiem lejn Tiago, bid-difiza tikklerja lura, u l-istess Tiago bir-ras janticipa lill-goaler, u jiskorja l-goal tar-rebha. Karta Safra: Keith Fenech. Statistika: Kontra Attard lghabna 24 darba. Rbahna 9, draw 7, u tlifna 8. Goals favur 36, kontra 34.

LUXOL GROUND

25 TA’ SETTEMBRU 2011

MELLIEHA - 5

ATTARD - 0

Formazzjoni: S. Gauci, M.Borg (65min.M. Abela), W. Buttigieg, Matt. Vella, L. Cauchi, W. Borg (capt.) , Ph. Taylor, K. Fenech, Mk. Vella (55min. R. Perkins), Tiago Loquete, W. Borg St.John (60min. K. Simiana). 17min. Goal – Tiago Loquete jqabbez il-ballun minn fuq ras difensur, u jgib lil Wayne Borg St.John f’qaghda tajba, u dan skorja b’xutt sabih nofs gholi. 20min. Goal – Tiago Loquete jghaddi tajjeb bejn zewg difensuri fil-kaxxa l-kbira, u jiskorja b’xutt mill-qrib. 64min. Goal – Tiago jiskorja t-tielet gowl minn fuq il-lemin, wara pass preciz ta’ Kyle Simiana. 69min. Goal – Tiago jghaqqad hat-trick personali, wara azzjoni ta’ korner, mahdum tajjeb bejnu u bejn William Borg. 79min. Goal – Phill Taylor jisraq il-ballun lil difensur f’nofs il-ground, u b’azzjoni personali skorja l-hames gowl Melliehi. Statistika: Kontra Senglea lghabna 17-il darba. Rbahna 7, draw 6, u tlifna 4. Goals favur 29, kontra 23. Iddebutta f’din il-loghba l-player Ingliz ta’ 31 sena, Robert Perkins. Ghal William Borg din kienet l-180 loghba tieghu mal-Mellieha, filwaqt li Phill Taylor skorja it-tielet gowl malMellieha, fl-20 loghba tieghu.

L-Isports | Numru 57

06


RIZULTATI OHRA FRIENDLIES MELLIEHA GROUND

MELLIEHA - MTARFA

1-0

Own Goal

MELLIEHA GROUND

MELLIEHA - MDINA KNIGHTS

5-0

Tiago 2, Taylor, D. Cauchi, K. Simiana

MELLIEHA GROUND

MELLIEHA - GHAJNSIELEM

4-0

Joe Vella, Alb. Aquilina 2, K. Simiana

MELLIEHA GROUND

MELLIEHA - SK. WANDERERS

1 -2

Ph. Taylor

MELLIEHA GROUND

MELLIEHA - SIRENS

6-3

MELLIEHA GROUND

MELLIEHA - PIETA H.

0-0

FINAL

MELLIEHA - GZIRA U.

1-0

MELLIEHA CHALLENGE CUP K. Simiana 2, W. Borg 2, Tiago, Mk Vella Ph. Taylor (pen.)

UNDER 19 Dan l-istagun it-tim tal-Under 19, ser ikun immexxi mill-kowc Joe Aquilina, assistit minn Victor Cutajar. Bhala team manager tal-Youths, il-kumitat hatar lil Joseph Vella. Ser nippartecipaw f’sezzjoni ‘C’, wara li konna relegati l-istagun l-iehor, u ghalkemm zgur li ser nergghu niltaqghu bl-istess problemi tas-soltu, fejn ix-xoghol fil-‘catering’ u studju, jahbtu mal-esigenzi tat-training, xorta ninsabu ottimisti li nergghu nakkwistaw postna f’sezzjoni ‘B’. Mid-dehra mhux ahna biss, kien ikollna l-problemi biex nghaqqdu hdax ghal-loghob. Fil-fatt, l-M.F.A., wara li xi snin ilu minn Under18, bidlu l-eta’ ghal Under 19, issa harget regola gdida fejn mal-ewwel hdax jista jkollok sitt players Under 20. Sfortunatament minn din ir-regola ma tantx gawdejna, ghaliex zewg players biss milliskwadra jaqghu taht din il-kategorija. Il-bidu kien wiehed iebes, ghaliex wara draw ta’ 3-3 kontra Zebbug ‘away’, rbahna 2-1 ‘home’ kontra Tarxien, izda tlifna ma Siggiewi 0-2, ‘away’. Il-loghob ser jintlaghab kull nhar ta’ Tnejn, barra xi eccezzjoni, u l-loghob ‘home’ taghna, ser jintlaghab kollu fil-grawnd taghna. ZEBBUG R. - MELLIEHA (3 - 3) Joseph Borg, Mauro Calleja, Ben Bartolo MELLIEHA - TARXIEN R. (2 - 1) Fabian Axisa, Matthew Vella SIGGIEWI - MELLIEHA

L-Isports | Numru 57

(0 - 2)

07


MELLIEHA SPORTS CLUB FOOTBALL NURSERY Naghtu Bidu ghat-22 Stagun tan-Nursery Bl-ghajnuna t’Alla wasalna biex nibdew stagun gdid. Dan huwa t-22 stagun tan-Nursery. Natural-ment ghal darb’ohra se naghmlu hilitna biex anke f’dan l-istagun nkomplu nibnu u nsahhu t-tajjeb li kellna fl-istagun li ghadda. Ghat-tielet sena konsekuttiva s-sur Dennis Fenech rega’ gie mahtur Head Coach tan-nursery, biex bl-ghajnuna tal-kowcis ikompli jsahhah u jibni fuq ix-xoghol li wettaq matul l-istagun li ghadda. Biex ikun jista’ jaghmel dan, l-Amministrazzjoni tan-Nursery ghogobha tahtar lis-sur John Vella bhala As-sistant Head Coach. Is-sur Vella mhux biss se jkun qieghed ighin lis-sur Fenech, imma anke se jkun qieghed ighin lill-kowcis waqt is-sessjonijiet ta’ tahrig li huma jkunu qeghdin jaghmlu mat-tfal. Is-sur Vella se jkun qieghed iwettaq hidma ohra bhala Assistant Coach mal- Under 17. Din is-sena kellna xi ftit ta’problema ta’ kowcis, peress li John Vella mhux se jkollu l-grupp tieghu, Hubert Vella ma setax ikompli jaghti s-servizz tieghu, waqt li l-Bulgaru Nikolai Filipov ma baqax plejer tal-Mellieha. Barra minn hekk ic-Centru Tekniku tal-M.F.A. jesigi li kull ‘Age Group’ ikollu kowc bil-licenzja tal-M.F.A., ghaldaqstant kellna naghmlu xi tibdil minn kif kienu il-kowcis is-sena l-ohra. Din il-problema tista’ tittaffa aktar ‘l quddiem, meta n-Nursery se tibghat 4 ‘Assistant Coaches’ biex f’Ottubru jaghmlu l-kors tal-Coaching Young Footballers, organizzat mic-Centru Tekniku tal-M.F.A. Kif tafu matul l-istagun li ghadda l-Amministrazzjoni tan-Nursery ghamlet certu tibdil sinifikanti fl-istatut tan-Nursery. Dan kellu jsir biex jitnehhew certu anomaliji li kien hemm. Fost it-tibdil li sar kien hemm l-introduzzjoni ta’ zewg klawsoli importanti. Ghallewwel darba l-genituri inghataw id-dritt li jinnominaw minn fosthom, 3 persuni biex iservu fil-Kumitat Amministrattiv ghall-istagun 2011/2012. Barra minn hekk l-istatut il-gdid jesigi li qabel il-bidu tal-istagun tissejjah laqgha ghall-genituri kollha tat-tfal tan-Nursery, fejn waqt din l-istess laqgha jinqara Rapport Amministrattiv mis-segretarju u rapport finanzjarju mill-kontrollur finanzjarju tan-Nursery, b’hekk il-genituri jkunu jafu l-hidma li twettqet min-Nursery, kif ukoll ikunu informati dwar il-qaghda finanzjarja ta’ l-istess Nursery. B’sodisfazzjon nghid li dan it-tibdil intlaqa’ b’mod pozittiv mill-genituri. Minhabba l-attendenza numeruza tal-genituri, l-laqgha saret fis-sala tal-iskola Primarja. It-3 genituri maghzula huma Borg Philip, Vella Joseph u Cutajar Ivan. Dawn flimkien mieghi, Borg Chris(Segretarju), Xuereb Stephen (Kontrollur Finanzjarju), Zammit Odette (Kordinatrici tal-Attivitajiet), Abela Miriam (IT u Records), Vella Michael (Kit & Equipment Manager) u Vella Salvu (Parent Club Representa-tive) se nkunu niffurmaw il-kumitat Amministrattiv tan-Nursery ghas-sena 2011/2012. Naghlaq, billi l-ewwelnett nirringrazzja lil Parent Club li ghal-darb’ohra ghogbu jahtarni Chairman tan-Nursery, lil l-istaff tekniku kollu li qeghdin joffru is-servizz taghhom lin-Nursery, lil shabi tal-Amministrazzjoni u lill-genituri. Lil dawn tal-ahhar nappellalhom biex jaghtu aktar support lin-Nursery. Kunu parti min-Nursery. Minghajr is-support taghkom, in-Nursery ma tkunx tista’ tilhaq l-aspettattivi taghha. Fl-ahharnett aghtu l-itfal l-inkoraggiment mehtieg biex huma jkunu jistghu jizviluppaw l-abbiltajiet taghhom. Nawgura li jkollna stagun sabih minghajr incidenti u l-itfal kollha jiehdu gost jilaghbu.

John Buttigieg - Chairman

L-Isports | Numru 57

08


DJARJU TA’ L-AHHAR TAS-SENA 10 ta’ Gunju

Sar l-End of Season ta’ l-istagun li ghadda, fil-ground tal-futbol. Kien organizzat B-B-Q fil-parti vojta wara l-lasta. Matthew Vella jinghata l-unur ta’ l-Ahjar player ta’ l-Istagun 2010/11. 12 ta’ Gunju Saret l-Laqgha Generali Annwali tal-Club. 16 ta’ Gunju Saret l-ewwel laqgha tal-Kumitat il-gdid ghall-istagun 2011/12 14 ta’ Gunju Il-kowc il-gdid JoJo Bajada jaghmel l-ewwel laqgha tieghu mal-players, u jhabbar l-ewwel sezzjonjiet ta’ training, qabel jibda l-pe-season sabiex jiffamiljarizza ruhu mal-players 30 ta’ Gunju Tombola/Coffee morning fil-kazin. L-ahhar wiehed ta’ l-istagun. 6 ta’ Lulju Jinghata bidu ghat-tombola tas-Sajf, li bdiet tigi organizzata kull nhar ta’ Erbgha filghaxija. 7 ta’ Lulju Laqgha ghall-players man-‘Nutrionionist’ is-sinjura Claire Spiteri, u mal-Psikologista s-Sinjura Adele Muscat. 8 ta’ Lulju Ikla Maltija fil-kazin, organizzata mill-Kumitat. 22 ta’ Lulju Laqgha ghall-players tal-bidu ta’ l-istagun. Il-kowc JoJo Bajada ihabbar il-‘pre-season training programme’. 25 ta’ Lulju Final tal-8-a-side Summer tournament ghad-dilettanti. It-tim ta’ l-Incredibles jeghlbu lil tal-Maritim 4 – 1. Ippartecipaw tmin timijiet. 27 ta’ Lulju Laqgha ghall-players tal-Minors, immexxija mill-kowc il-gdid Joe Aquilina. 30 ta’ Lulju Attendejna ghas-serata tal-Kunsill Lokali Mellieha, fejn jigu ppremjati l-Isportivi Mellehin ghas-sena 2010/11. 30 ta’ Awwissu Final tal-Mellieha Challenge Cup. Mellieha-Gzira 1 – 0. L-ewwel darba li rbahna dan it- tournament. 6 ta’ Settembru Bibita annwali tal-Festa fis-sala tal-kazin. 9 ta’Settembru Bidu tal-partecipazzjoni tal-klabb fit-tlett’ijiem tal-Iljieli Mellehin, permezz ta’ stand fejn inbieghu Ftajjar bil-Majjal. 11 ta’ Settembru Prezentazzjoni ta’ l-Iskwadra tat-Tim Melliehi, minn fuq il-palk fl-Iljieli Mellehin. 12 ta’ Settembru Konferenza stampa fis-sala tal-kazin, fejn gew ipprezentati l-isponsors il-godda, u l-kit il-gdid tat-tim tat-Tieni Divizjoni.

L-Isports | Numru 57

09


TISLIMA LIL GEORGE FENECH Fuq perjodiku tal-Mellieha Sports Club ma nistghux ma nfakkrux it-telfa ta` George Fenech li ghalkemm ma kienx atleta jew plejer, ta kontribut fil-hajja ta’ din is-socjeta`. Il-pregju tieghu jinsab f`xoghol artistiku izda ma jfissirx li dan ma kellux sehem fil-qasam socjali. Qatt ma halla dan id-delizzju talpittura jaqtghu min-nies. Kien metodiku u organizzat hafna b`dak il-hsieb li jibdel f`dak li jkun mehdi biex jistrieh. George lil Mellieha kien ihobbha. Kien jesprimiha bi kliemu, izda ta` artist li kien l-interesss f`rahal twelidu urieh fil-kwadri tieghu. F`hajtu ried ikollu dawk l-esperjenzi li setghet toffrilu l-Mellieha, Minn ckunitu daq l-ghodwiet kmieni b`dawk il-kuluri li x-xemx setghet toffri wara r-raqda tal-lejl. Daq il-mixi lejn lokalitajiet fil-boghod bil-bilbla tghanni fix-xaghri, u s-saghtar ifewwah kull m`hemm. Daq fuq il-bahar jara x-xtajta bil-bahar ibewwisha. Ra l-qighan bil-bhejjem jidirsu, ra l-hassada mghawgin bil-mingel f`idejhom, ra l-bdiewa bil-menza jgorru l-bramel tal-ilma biex iwasslu prodott li jwitihom. Ra wkoll is-sajjieda jgorru ix-xibka biex jitfghuha fejn jinqabad it-tonn u ra wkoll dan il-hut jinqabad. Kollha esperjenzi li ghebu u sparixxaw mix-xena maltija izda li George zammhom hajjin bil-pitturi tieghu. George kellu wahda. Kien jirraguna li d-dinja ma saritx f`salt. L-umilta` tieghu kienet tghidlu li kull mibdi mitmum. Allura jibda biex jasal. Kull kwadru, anke dak li ghamel isem bih, zgur li kellu l-bidu tieghu b`dik l-ewwel pinzilla-ta. Bil-mod il-mod, il-pajsagg beda jiehu l-forma tieghu. Jekk mhux lest meta nizlet ix-xemx, jaghlaq, inaddaf u jinzel sal-Mellieha, kif kien ihobb jghid. Hekk kont nafu. Sehmu fl-Isports Club kien hekk ukoll. Dan il-kazin fil-hamsinijiet ma kienx fil-glorja tieghu. Kien hemm pawsa bla dak il-loghob talballun, fattur ewlieni fil-hajja tas-socjeta`. George kien fil-kumitat jistennew li jerga` jkun hemm qawmien. Kienu jsiru sagrificcji kbar biex il-kazin jiftah u kollox jibqa` fl-ordni specjalment l-mejda tal-biljard. Meta kien hemm caqliqa bil-Mellieha Youth Association, George kien sab kif ikun ta ghajnuna morali u attiva biex tinbena socjeta`. Sar kollox b`dawk il-pinzillati zghar. Meta bdew isiru programmi ghall-edukazjoni taz-zghazagh George beda juri interess . Ghal dik il-kamra tal-kumitat irregala kwadru mill-isbah. u ghal dak il-hsieb li tittella` wirja miz-zghazagh fis-sala tal-Kazin, beda jahdem bis-shih. Dan il-hsieb originali b`gimgha dedikata ghazzghazagh, il-Kazin beda juri ruhhu. Il-kwadru beda l-process tieghu. Habat li dan George gie ppremjat bi scholarship gewwa Regia Accademia di Bella Arti, f`Ruma, u allura kellu jhallina ghal dawk l-erba’ snin 1956-1961. Fis-sajf kien jigi, u kien jaghtina direzzjoni ghall-wirjiet f`Ottubru. Rega gie f`dik l-eta` studenteska mimli entuzjazmu, biz-zghazagh jikklikkjaw mieghu. Hekk gie l-kwadru tal-attivitajiet li kien isebbah post. Wara dan gie dak il-kwadru ta` taht il-bahar, immaginattiv li kien jaghmel is-sala rikka. Ghal-lejla sportiva, ta` Mejju George hareg il-paviljuni blu. Bil-hidma tieghu kien iqajjem entuzjazmu mill-aqwa fost shabu tal-kumitat. Il-prezenza tieghu kienet tghidlek li hemm xi hsieb biex intejbu l-atmosfera. Fil-kumitat qatt ma kien juri dak il-hsieb kompetittiv, qatt dak il-hsieb ta` pika. Kien dejjem jinsisti li kulhadd ghandu t-toroq tieghu. Is-socjeta` tibqa` mixja fid-direzzjoni li tilhaq il-miri taghha. Bla ma tidhol f`kompetizjoni ma hadd. Principju li jghinek hafna. U tistaghgeb kif socjeta` b`dak il-bidu ckejken tasal biex tigbed ammirazjoni minhabba organizzazzjoni f`dak li taghmel. It-telfa ta` nies bhal dan thossha hafna. Dan il-bniedem li lahaq ta l-ahjar impressjoni fejn kien b`li ghamel b`li kien jghid, blezekuzjoni ta` xoghlijiet artistici, bl-atitudini tieghu, itik li tghid lil Alla l-Imbierek, grazzi. Hafna kienu li gawdewh bhal hbieb, studenti, u artisti. U fuq kollox il-familja tieghu. Il-kondoljanzi taghna lil martu Doris, lil uliedu Conrad u martu Maronia, Gilbert u t-tfajla Antoinette, in-neputijiet Camille u Jacques.

Alfred Vella (ex-Vici President)

L-Isports | Numru 57

10


MellieHa Baseball & Softball Club It-taqlib tat-temp jerġa’ jarana nibdew staġun ieħor bi stennija kbira. L-ewwel sezzjoni ta’ taħrig għall-juniors kienet nhar l-24 ta’ Settembru, għan-Northenders nhar il-25 ta’ Settembru filwaqt li għall-Curves kienet nhar it-28 ta’ Settembru. It-taqlib tat-temp jerġa’ jarana nibdew staġun ieħor bi stennija kbira. L-ewwel sezzjoni ta’ taħrig għall-juniors kienet nhar l-24 ta’ Settembru, għan-Northenders nhar il-25 ta’ Settembru filwaqt li għall-Curves kienet nhar it-28 ta’ Settembru. Il-Klabb qed jaħdem fuq attivita’ oħra fejn bi pjaċir ħadu r-responsabbilta’ kif titlob it-tradizzjoni bħala rebbieħa tal-league 2010/2011. Waqt din l-attivita’ ser jitqassmu trofej lill-plejers bħala rikonoxximent skont kif mistħoqq għall-istaġun li għadda. Din il-preżentazzjoni ser tara lillplejers, qraba u ħbieb tagħhom jiltaqgħu ġewwa r-Reflections Sports Bar & Grill, l-isponsors uffiċċjali tat-tim, nhar it-30 ta’ Settembru. Filwaqt li aħna nkomplu naħdmu għall-istaġun li jmiss, nixtiequ nawguraw kull suċċess lill-klabb tal-futbol kif ukoll lil kull dixxiplina oħra ġewwa l-Mellieħa. Bħal dejjem inħeġġu lil kull min hu interessat li jipprova l-baseball minn eta’ ta’ 9 snin –’l fuq, jew softball minn eta’ ta’ 14-il sena, jikkuntatjana fuq 99095560 jew b’e-mail fuq mellieha.baseballsoftball@gmail.com.

NETBALL It-training tan-netball ser jerga jibda nhar it-Tlieta 4 ta’ Ottubru fil-grawnd tal-Mellieha S.C. It-training ikun kull nhar ta’ Tlieta, u nhar ta’ Hamis bejn is-7.00 u t-8.30 ta’ filghaxija. Min hu interessat li jinghaqad mat-tim tanNetball, jikkuntattja lil Tania Bugeja fuq 99427514, jew lil Judith Cilia fuq 99857776.

L-Isports | Numru 57

11


Mellieha Sports Club Tirq Vincenzo Ciappara Mellieha Tel: 21523583 www.melliehasportsclub.org

Iktbilna Jekk tixtieq tikteb f’din in-Newsletter ghandek tibghat il-kummenti tieghek indirizzati : Mellieha Sports Club Triq Vincenzo Ciappara Mellieha

Bord Editorjali Sunny Abela Aldo Vella Anton Vella Proof reading– Alfred Bartolo

Put a kick back into your strategy and creativity.

L-Isports | Numru 57

11


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.