Biex Uliedek Jirnexxu Lkoll

Page 1

BIEX ULIEDEK JIRNEXXU LKOLL


INFETĦU 8 CHILD CARE CENTRES ĠODDA fis-Siġġiewi,

Pembroke, Santa Venera, Ħal Qormi, Floriana, Bormla, il-Marsa u fl-MCAST.

2

Qed jinbena child care centre ġdid fin-Naxxar u qed jiġu ppjanati child care centres ġodda fil-Gżira, San Ġwann u ż-Żurrieq. 1,028 tifel u tifla jattendu fiċ-child care centres tal-Gvern.


Ġenituri li jibagħtu t-tfal tagħhom f’child care centres jingħataw

TNAQQIS MILL-INCOME TAX.

Fl-2011 2,392 ġenitur ħadu tnaqqis fl-income tax. 3


TMIEN ĊENTRI KLABB 3-16 QED JOFFRU PROGRAMMI GĦAT-TFAL WARA L-ĦIN TAL-ISKOLA. Permezz ta’ dawn iċ-ċentri, it-tfal jingħataw għajnuna fil-homework, fil-kitba u fl-istudji tagħhom. Tul din is-sena skolastika, se jinfetħu 21 ċentru ġdid tal-Klabb 3-16. 4


SARU ESTENSJONIJIET BIEX AKTAR STUDENTI JATTENDU FL-ISKEJJEL PRIMARJI ta’ Marsascala, Ħaż-Żabbar, San Pawl il-Baħar u l-Mosta. Inbnew żewġ swali ġodda fl-Iskola Primarja ta’ Marsaxlokk u fl-Iskola Sekondarja tas-Subien ġewwa Ħal Kirkop. Inbnew ukoll estensjonijiet u laboratorji ġodda fl-Iskola Sekondarja tal-Bniet, iż-Żejtun, fl-Iskola Sekondarja tas-Subien, in-Naxxar, fl-Iskola Sekondarja tal-Bniet, il-Mosta, fl-Iskola Sekondarja tal-Bniet, l-Imrieħel u fl-Iskola Sekondarja tas-Subien, il-Ħamrun.

5


630 TIFEL U TIFLA qed jieħdu għajnuna speċjalizzata biex jegħlbu sfidi soċjali, emozzjonali u ta’ imġieba fl-40 Learning Support Zones u Nurture Groups fil-Kulleġġi tal-Gvern.

3,814 TIFEL U TIFLA qed jingħataw appoġġ dirett u kontinwu minn 2,326 6

Learning Support Assistant.


“F’IDEJN L-GĦALLIEMA TAGĦNA NAFDAW IL-MIMMI T’GĦAJNEJNA, ULIEDNA” Lawrence Gonzi, Prim Ministru

L-għalliema kollha fl-iskejjel tal-Gvern ingħataw laptop biex iħejju l-lezzjonijiet u jwasslu t-tagħlim lill-istudenti.

7


AKTAR TFAL BI BŻONNIJIET SPEĊJALI qegħdin jiġu integrati

fl-iskejjel mainstream biex pajjiżna issa joffri l-iktar edukazzjoni inklussiva fl-Ewropa. L-iskejjel speċjali nbidlu f’Ċentri ta’ Riżorsi u saru bidliet infrastrutturali u faċilitajiet ġodda biex joffru ambjent speċjalizzat lil tfal b’diżabilità severa. 8


INFETAĦ IĊ-ĊENTRU TAL-KREATTIVITÀ fil-Kulleġġ San Benedittu b’investiment ta’ €1.5 miljun.

Din il-blokka hi mgħammra bi swali għat-tagħlim tal-mużika u l-arti, il-lingwi, librerija u sala li tesa’ 600 persuna.

9


NIEĦDU GOST NITGĦALLMU b’2,326 interactive whiteboards fil-klassijiet u laboratorji tal-primarja, is-sekondarja u l-post-sekondarja.

10


B’INVESTIMENT F’TEKNOLOĠIJA ĠDIDA FIL-LABORATORJI TAX-XJENZA fl-iskejjel tal-Gvern, aktar studenti qed ikomplu jistudjaw ix-xjenza.

Saru 163 laboratorji ġodda tax-xjenza, il-home economics u l-arti u d-disinn.

11


Kull sena, il-Gvern qed jagħti medja ta’ €40 MILJUN LILL-ISKEJJEL biex fost l-oħrajn, jitħallsu l-għalliema u l-Learning Support Assistants. 12

TAL-KNISJA


Ġenituri li jibagħtu lit-tfal tagħhom fi

SKEJJEL PRIVATI jieħdu tnaqqis fl-income tax

Għat-tielet sena konsekuttiva, din is-sena l-Gvern żied it-tnaqqis fl-income tax sa €1,600 għal tfal fi skejjel primarji u sa €2,300 għal tfal fi skejjel sekondarji privati.

13


Skola ġdida kull sena... ĦAMES SKEJJEL ĠODDA F’ĦAMES SNIN

2008 Skola Sekondarja tas-Subien fil-Kulleġġ Santa Margerita, Bormla. 14


2009

Skola Primarja 치dida fil-Kulle치치 Santa Klara, Pembroke. 15


2010

Skola Sekondarja tas-Subien fil-Kulleġġ ta’ Għawdex, ir-Rabat. 16


2011

Skola Sekondarja tas-Subien fil-Kulle치치 Maria Regina, il-Mosta. 17


2012

Skola Sekondarja tal-Bniet fil-Kulleġġ San Injazju, Tal-Ħandaq, Qormi. 18


INFETĦET L-EWWEL SKOLA NAZZJONALI TAL-ISPORT f’Ħal Kirkop fil-Kulleġġ San Benedittu, għal tfal b’talent sportiv.

F’din l-iskola, l-istudenti jingħataw taħriġ speċjalizzat fl-isport flimkien mal-istudji akkademiċi tagħhom. 19


AKTAR FAĊILITAJIET SPORTIVI biex tiżdied l-attività fiżika waqt il-ħin tal-iskola u wara. 31,000 tifel u tifla ħadu sehem fi programmi sportivi organizzati mill-iSport Promotion Unit.

20


AKTAR FAĊILITAJIET SPORTIVI GĦAL ULIEDEK.

Infetaħ Kumpless Sportiv f’Ħal Kirkop b’investiment ta’ €3.5 miljun, u sar titjib sostanzjali fil-Kumpless Sportiv tal-Kottonera li ġie ċċertifikat mill-UEFA biex jintlagħbu logħbiet internazzjonali tal-futsal fih. 21


Estensjoni fil-Junior College biex tilqa’ għaż-żieda fl-istudenti li qegħdin jistudjaw fil-Kulleġġ. Librerija, laboratorji u faċilitajiet sportivi ġodda fl-Iskola Sekondarja Ogħla Giovanni Curmi, in-Naxxar.

Illum, 83% tal-istudenti Maltin u Għawdxin qegħdin ikomplu

22

jistudjaw wara s-sekondarja. Fl-1999, 43% kienu jkomplu bl-istudji tagħhom.


L-AQWA EDUKAZZJONI F’GĦAWDEX.

Infetaħ l-Istitut tal-Istudji Turistiċi f’Għawdex. Saru laboratorji ġodda fl-MCAST f’Għawdex u fiċ-Ċentru tal-Università. L-istudenti Għawdxin qed jingħataw għajnuna addizzjonali ta’ €400 kull tliet xhur mal-istipendju biex ikopru l-ispejjeż tagħhom meta jistudjaw Malta. 23


18,800 student u studenta qed jieħdu stipendju billi jkomplu jistudjaw fl-iskejjel post-sekondarji u terzjarji. Fl-2000, l-ammont ta’ studenti li kienu jieħdu stipendju kien 8,000.

24


KAMPUS ĠDID għall-Istitut tal-Istudji Turistiċi f’Pembroke.

B’kampus mgħammar bl-aħjar faċilitajiet u aktar korsijiet ġodda, aktar żgħażagħ jistgħu jibnu karriera fil-qasam tat-turiżmu. 25


Qed jinbena l-kampus ġdid tal-MCAST, f’Raħal Ġdid, b’investiment ta’ €120 miljun.

Illum, 6,240 student u studenta full-time u 4,244 student u

studenta part-time qed ikomplu jistudjaw l-MCAST, erba’ darbiet aktar milli kien hemm fl-ewwel sena tal-MCAST fl-2001. 26


LABORATORJI ĠODDA FL-MCAST fl-oqsma tal-arti u d-disinn, l-inġinerija mekkanika, l-elettriku u l-elettronika u fit-teknoloġija tad-disinn u l-komunikazzjoni.

Bl-aħjar taħriġ prattiku u bil-kollaborazzjoni tal-industrija, l-istudenti tal-MCAST mal-ewwel jagħmlu l-qabża għad-dinja tax-xogħol. 27


FAKULTÀ ĠDIDA TAL-ICT FL-UNIVERSITÀ ta’ Malta biex tilqa aktar studenti u toħloq karrieri ġodda fl-oqsma tat-teknoloġija tal-informatika, b’investiment ta’ €17-il miljun. 28


SPINTA QAWWIJA LIR-RIĊERKA FL-UNIVERSITÀ B’LABORATORJI ĠODDA tal-ogħla kwalità tal-bioloġija u l-kimika, id-disinn u t-teknoloġija u l-inġinerija.

Permezz tal-Life Sciences Park li qed jinbena bħalissa f’San Ġwann, se jkomplu jiżdiedu l-opportunitajiet tar-riċerka fl-oqsma tax-xjenza u l-innovazzjoni. B’hekk jinħolqu aktar impjiegi f’dan il-qasam. 29


AKTAR MINN 2,000 STUDENT U STUDENTA ħadu borża ta’

studju biex ikomplu jispeċjalizzaw barra minn xtutna jew fl-Università ta’ Malta. Ingħataw l-ewwel boroż ta’ studju fil-performing arts u fl-isports. 30


BL-AĦJAR EDUKAZZJONI, IŻ-ŻGĦAŻAGĦ QED JIBBENEFIKAW MINN AKTAR OPPORTUNITAJIET TA’ XOGĦOL, B’PAGI TAJBIN.

F’dawn l-erba’ snin inħolqu 20,000 impjieg ġdid. Permezz ta’ investimenti ġodda, fosthom fil-qasam finanzjarju, fil-gaming, fl-ekonomija tal-kreattività u proġetti ġodda bħas-Safi Aviation Park, fabbriki ġodda fl-elettronika, l-inġinerija u l-farmaċija u l-Life Science Park, aktar żgħażagħ qegħdin jilħqu l-aspirazzjonijiet tagħhom f’impjieg li jagħtihom sodisfazzjon.

31


Novembru 2012

AKTAR XOGĦOL B’PAGI TAJBIN


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.