Rapport Amministrattiv 2016

Page 1

PARTIT NAZZJONALISTA

RAPPORT

AMMINISTRATTIV

KUNSILL ĠENERALI 2016


ADDRESS Dar Ċentrali Partit Nazzjonalista, Triq Herbert Ganado, Pietà TELEPHONES (+356) 2596 5262 (+356) 2596 5313 EMAIL info@pn.org.mt


PARTIT NAZZJONALISTA Rapport Amministrattiv | Kunsill Ġenerali 2016

IR-RAPPORT Pġ Pġ Pġ Pġ Pġ Pġ Pġ Pġ Pġ Pġ Pġ Pġ Pġ Pġ Pġ Pġ Pġ Pġ Pġ

4 - Messaġġ mill-Kap tal-Partit Nazzjonalista 5 - Viċi Kap għall-Affarijiet Parlamentari 6 - Viċi Kap għall-Affarijiet tal-Partit 7 - Segretarju Ġenerali 8 - President tal-Kunsill Ġenerali 10 - President tal-Kumitat Eżekuttiv 11 - President tal-Kunsill Amministrattiv 13 - Teżorier 14 - Segretarju Internazzjonali 15 - Assistent Segretarju Ġenerali 16 - Segretarju tal-Grupp Parlamentari 17 - Rapporti ta’ Ħidma tal-Membri tal-Parlament Ewropew 18 - Direttur Uffiċċju Informazzjoni 19 - Direttur ELCOM 20 - Media.Link 23 - Librerija Informa 24 - AŻAD 25 - Kuntatt PN 26 - Policy Fora

Pġ Pġ Pġ Pġ Pġ Pġ Pġ Pġ Pġ Pġ Pġ

28 - Moviment Żgħażagħ Partit Nazzjonalista (MŻPN) 29 - Moviment Nisa Partit Nazzjonalista (MNPN) 30 - Solidarjetà Ħaddiema Partit Nazzjonalista (SHPN) 31 - Assoċjazzjoni Pensjonanti Anzjani Nazzjonalisti (APAN) 32 - Forum Negozji Żgħar u Medji tal-Partit Nazzjonalista (FSMEsPN) 33 - Kulleġġ Kunsillera Lokali tal-Partit Nazzjonalista (KKLPN) 34 - Forum Opportunitajiet Indaqs Partit Nazzjonalista (FOIPN) 35 - Forum Professjonisti tal-Partit Nazzjonalista (FPPN) 36 - Kulleġġ Kandidati tal-Partit Nazzjonalista (KKPN) 37 - Kulleġġ tal-eks Deputati tal-Partit Nazzjonalista (KEDPN) 38 - Kumitat Reġjonali Għawdex

3


Messaġġ mill-Kap tal-Partit Nazzjonalista Il-Maltin u l-Għawdxin politika nadifa.

kollha

jridu

Dan il-Kunsill Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista qed inlaqqgħuh waqt li pajjiżna għaddej minn kriżi ta’ korruzzjoni. Pajjiżna għandu bżonn politika nadifa u dan aktar u aktar issa meta Malta ssemmiet fl-ogħla livell ta’ Kastilja stess fl-iskandlu dinji talPanama, l-akbar skandlu internazzjonali ta’ korruzzjoni u ta’ ħasil ta’ flus. Malta għandha bżonn nies ta’ kuraġġ filpartiti kollha li dak li hu ħażin jgħidulu ħażin. Sfortunatament, imma, f’pajjiżna għandna Prim Ministru li qed isodd widnejh għall-opinjoni pubblika ġenerali dwar dak li messu għamel bi sħabu li hemm miegħu f’Kastilja involuti fl-iskandlu tal-Panama. Il-fatt li Joseph Muscat ma keċċiex mill-ewwel lil Konrad Mizzi u lil Keith Schembri, anzi gideb biex jgħattilhom, jagħmlu kompliċi magħhom. Hu għalhekk li ma jridx jisma’, għax hu kompliċi. Hu evidenti dejjem aktar issa li għandna l-aktar Gvern korrott li qatt kellha Malta u Prim Ministru kompliċi ma’ sħabu f’Kastilja. U dan mhux fl-iskandlu talPanama biss imma f’sensiela sħiħa ta’ skandli li laqtu direttament lil Kastilja u personalment lill-Prim Ministru.

4

Quddiem dawn il-fatti gravi, jiena rrid tellieqa lejn il-quċċata tal-indafa, mhux lejn il-qiegħ tal-korruzzjoni. Minkejja li għandna Prim Ministru li ma jrid jisma’ b’xejn – għax hu kompliċi – aħna determinati li l-korruzzjoni niġġildulha bil-qawwa biex flimkien ngħixu f’pajjiż normali li jiġġieled il-korruzzjoni, mhux jippremjaha kif għamel Joseph Muscat. L-opinjoni pubblika diġà sena ilu flelezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali kienet tat sinjal ċar li l-Partit Nazzjonalista kien diġà għamel avanz qawwi ħafna. Issa hemm sinjali ċari li d-distakk li kellna kontrina għelibnieh. Dan jimlina bil-kuraġġ ħalli naħdmu aktar biex fissentejn li ġejjin nibnu distakk favurina. Dan il-Kunsill Ġenerali se jkompli jispjega kif irid ikollna politika nadifa li flok il-miljuni fil-korruzzjoni, titfa’ l-miljuni fi bwiet in-nies. Mhijiex kumbinazzjoni li ħafna kategoriji ta’ ħaddiema Maltin fl-aħħar tliet snin batew pagi jonqsu għax iż-żidiet miżeri li ħadu lanqas biss laħħqu mal-għoli tal-ħajja. Għall-korruzzjoni jħallas kulħadd, speċjalment dawk l-aktar dgħajfin. Dan il-Kunsill Ġenerali se jkabbar fina d-determinazzjoni li Gvern ġdid Nazzjonalista jagħti lil Malta politika nadifa.

Simon Busuttil


PARTIT NAZZJONALISTA Rapport Amministrattiv | Kunsill Ġenerali 2016

Viċi Kap għall-Affarijiet Parlamentari Is-sena li għaddiet kienet ċertament waħda movimentata. Il-Partit Nazzjonalista kompla bil-ħidma tiegħu sabiex isaħħaħ ilpożizzjoni tiegħu bħala gvern alternattiv. Biex inkunu gvern alternattiv irridu nkunu l-vuċi tal-poplu. Jekk irridu nkunu l-vuċi tal-poplu rridu nżommu kuntatt kontinwu mas-soċjetà. Irridu nisimgħu l-weġgħat u l-aspirazzjonijiet li għandhom in-nies. Irridu noffru alternattivi għall-problemi. Irridu nkunu tarka u nipproteġu l-interessi tal-poplu kontra d-deċiżjonijiet ħżiena tal-Gvern. U hekk għamilna mhux l-anqas fil-Parlament fejn użajna l-għodda kollha li ttina din l-istituzzjoni fil-ħidma tagħna biex inkunu Oppożizzjoni effettiva. Ħadna sehem fid-dibattiti b’mod preparat. Fejn deherilna li l-interess Nazzjonali jitlob li naħdmu id f’id malGvern, tajna s-sapport tagħna. Fejn deherilna li l-interess Nazzjonali kien li nirreżistu lill-Gvern, irreżistejna b’mod assolut bħal fil-każ tal-iżvilupp tażŻonqor. Fejn deherilna li l-Gvern kien qiegħed juża r-riżorsi tal-pajjiż ħażin, tlabna nvestigazzjoni mill-Awditur Ġenerali. Il-ħidma tagħna, il-pressjoni li għamilna wasslet biex tittieħed azzjoni mill-Gvern anke jekk din l-azzjoni forsi kienet ftit jew wisq meħuda tard ħafna. Imma l-ħidma tal-Partit Nazzjonalista ma waqfitx hemm. Ħriġna tlett dokumenti li jinkludu bejniethom ‘il fuq minn tlett mitt proposta. Is-sena l-oħra għall-ewwel darba, Partit fl-Oppożizzjoni ħareġ bid-

dokument tiegħu ta’ qabel il-baġit. Ħriġna dokument dwar kif l-ekonomija għandha taħdem għan-nies. U fl-aħħar u ċertament mhux l-anqas, dokument bi proposti ċari u konkreti dwar governanza xierqa. Il-Gvern injora u anke pprova jżeblaħ l-inizjattivi li ħadet l-Oppożizzjoni. Dan mhux talli mhux ser jaqtagħlna qalbna imma talli jżidna bil-kuraġġ biex naħdmu iżjed. Il-poplu qiegħed kull ma jmur jagħaraf ilbidla li qed issir fil-Partit Nazzjonalista. Qiegħed jagħaraf li Partit li sa tlett snin ilu forsi deher li mess il-qiegħ, issa qiegħed jissoda. Partit li forsi kien hemm min ħaseb li għadda l-aħjar żmien tiegħu, illum qiegħed jipproġetta ruħu għall-futur. IlPartit Nazzjonalista huwa marbut malistorja ta’ pajjiżna. Il-Partit Nazzjonalista ser ikompli jaħdem biex jassigura li pajjiżna jilħaq il-milja tiegħu. Biex kull ċittadin iħossu parti mis-soċjetà. Biex kulħadd iħossu li qiegħed jikkontribwixxi lejn il-ġid tal-pajjiż, ġid li jitqassam b’ġustizzja u mhux fejn il-ftit jaħtfu l-ħafna. Il-messaġġ tal-Partit qiegħed jasal għand aktar nies, anke jekk irridu nagħarfu li rridu naħdmu iżjed sabiex nikkovinċu lil dawk li forsi għadhom jistennew iżjed min għandna. Ejja nikkonvinċu mhux permezz tas-sejf jew il-mannara, imma permezz tal-politika tal-persważjoni.

Mario de Marco

5


Viċi Kap għall-Affarijiet tal-Partit Is-sena 2015 kienet sena illi kienet ikkaratterizzata minn ħidma politika u organiżżattiva fuq kull livell tal-Partit. Fuq livell organizzattiv ċentrali, tkompla ittisħiħ ta’ Net television, Radio 101, il-gazzetta in-Nazzjon u il-Mument, u l-qalba għan-news portal ġdida Netnews.com.mt. Kienet sena fejn il-Partit dar fuq il-poplu, talbu s-sostenn tiegħu u il-poplu rrisponda bi ħġaru. L-investiment fir-riżorsi umani kif ukoll fl-apparat irid ikompli fix-xhur u snin li ġejjin sabiex jiġi assigurat illi meta tasal elezzjoni, jkollna l-aqwa mezzi biex inwasslu l-messaġġ tagħna. Fis-sena 2015 komplew wkoll jissaħħu l-Fergħat tal-Partit, fejn esperjenzajna tiġdid kontinwu u attività kbira. Il-ħidma kontinwa tal-Fergħat kienet kruċjali sabiex il-Partit ikompli jilħaq niċeċ tal-popolazzjoni li ħafna drabi ma jkunux interessati filpolitika hekk strutturata b’mod tradizzjonali, iżda jkunu lesti jipparteċipaw f’oqsma partikolari tal-ħajja politika u soċjali tal-pajjiż. Fis-sena 2015, rajna numru kbir ta’ Kumitati Sezzjonali jieħdu inizzjattivi sabiex, anke b’mezzi innovattivi, jitwassal il-messaġġ talParit Nazzjonalista f’kull rokna ta’ pajjiżna. Indubbjament il-Kumitati Sezzjonali talPartit jibqgħu il-ħolqa l-aktar importanti ta’ kuntatt maċ-ċittadin. Jibqgħu il-polz tagħna viċin il-poplu. Matul is-sena 2015, il-Partit Nazzjonalista kellu test elettorali importanti ħafna, dak tal-Kunsilli Lokali li saru f’nofs illokalitajiet ta’ Malta. Il-Partit Nazzjonalista mar għal dawn l-elezzjonijiet b’numru kbir ta’ kandidati għal kull lokalità, determinat illi jtejjeb ir-riżultati tiegħu fuq dawk preċedenti u jirbaħ lura Kunsilli Lokali bħal ta’ San Pawl il-Baħar, u jżomm Kunsilli Lokali kruċjali bħal dak tal-Mosta. Il-Partit Nazzjonalista żied ilvoti prattikament fil-lokalitajiet kollha fejn kien hemm l-elezzjonijijet, ħlief għal xi lokalitajiet

6

f’Għawdex. Ir-riżultat ta’ dawn l-elezzjonijijiet wera biċ-ċar illi l-Partit beda jirkupra ħafna mit-telf li sofra fl-Elezzjoni Ġenerali tal-2013 u intbagħat sinjal ċar mill-poplu Malti lill-Partit Nazzjonalista li lest jerġa jafdah bit-tmexxija ta’ dan il-pajjiż kemm-il darba jkompli jiġġedded, jaħdem, jistinka u jkun oppożizzjoni kostruttiva u fuq kollox b’saħħitha. Tul is-sena 2015, permezz tal-Kummissjoni Għażla Kandidati, saret ħidma kbira biex ikomplu jinstabu kandidati għall-Elezzjoni Ġenerali li jmiss. Bla dubju ta’ xejn din ilKummissjoni għad għandna ħafna xogħol x’tagħmel minn issa sal-Elezzjoni. Il-Partit għad għandu bżonn numru akbar ta’ kandidati u l-proċess ġa mibdi għandna nkomplu naħsdu il-frott tiegħu fix-xhur li ġejjin. Il-Partit Nazzjonalista fis-sena 2015, wara ħafna snin, għażel li jibdel il-post tal-attivitajiet tiegħu għall-festi tal-Indipendenza millFurjana għal ġewwa l-Belt Valletta, fil-pjazza tal-Parlament il-ġdid. Għalkemm kien hemm min kien xettiku dwar din id-deciżjoni, meta wieħed iħares lura jikkonkludi li d-deċiżjoni kienet waħda tajba u ntlaqgħet tajjeb ħafna minn nies. F’dawn il-festi fakkarna l-anniversarju wkoll tal-125 sena mit-twaqqif tal-PN, – Partit Kbir li bidel l-istorja ta’ pajjiżna. Il-ħidma fil-Partit Nazzjonalista hija waħda kontinwa, dinamika u ma tintemm qatt. Issena 2015 kienet sena ta’ konsolidament u tisħiħ tal-organizzazzjoni nterna tiegħu. Organiżżazzjoni li l-Partit Nazzjonalista ser ikompli jaħsad il-frott tagħha fissena 2016 u ‘lil hinn meta allura nmorru għall-Elezzjoni Ġenerali oħra ppreparati, organizzati, u b’rasna mgħollija, konvinti li għandna l-aqwa programm elettorali u fuq kollox viżjoni għall-pajjiżna.

Beppe Fenech Adami


PARTIT NAZZJONALISTA Rapport Amministrattiv | Kunsill Ġenerali 2016

Segretarju Ġenerali Il-Partit Nazzjonalista huwa Partit kbir u b’saħħtu. Huwa Partit li tul l-istorja ta’ pajjiżna ħa pożizzjonijiet għall-ġid tagħna lkoll, pożizzjonijiet li kien hemm min opponihom u attivament ħadem biex ma jseħħux, imma finalment kienu l-pożizzjonijiet li l-istorja turi li kienu ta’ fejda għall-poplu Malti u Għawdxi. Il-Partit Nazzjonalista tul iż-żmien tiegħu fil-Gvern biddel lil Malta u Għawdex minn pajjiż b’infrastruttura qed taqa’ biċċiet, illapazzata bl-iskart ta’ ħaddiehor, minn pajjiż fix-xifer tal-irdum fejn tidħol demokrazija u d-drittijiet fundamentali tal-bniedem, bħal dawk tal-espressjoni u tal-assoċjazzjoni ħielsa, għall-pajjiż b’infrastruttura moderna, ekonomija b’saħħitha b’diversi setturi ġodda li fissru ekonomija dinamika, ħolqien ta’ xogħol u servizzi talogħla kwalità li gawdejna u għadna ngawdu minnhom kollha kemm aħna. Wara l-elezzjoni tal-2013, il-Partit Nazzjonalista kellu sfida ġdida. Ried jirriġenera lilu nnifsu biex jerġa’ jkun f’pożizzjoni li jippreżenta ruħu quddiem il-poplu u jitolbu l-fiduċja. Din mhix biċċa xogħol faċli jew sempliċi. Sa mill-bidu, ilKap il-ġdid tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil, wera t-triq li ried li jieħu dan ilproċess. Insista fuq it-twaqqif ta’ strutturi ġodda fil-Partit, fuq it-twaqqif ta’ pjan għar-ristrutturar finanzjarju tal-Partit, fuq immaniġġjar aktar professjonali talmedia tagħna, fuq proċessi aktar miftuħa u inklussivi ta’ kif issir il-policy tal-Partit.

Dan kollu wassal biex il-Partit mhux biss reġa’ beda jqum fuq saqajh, iżda wkoll beda jkun Oppożizzjoni effettiva, ħabrieka, li anke mill-bankijiet tal-oppożizzjoni fil-Parlament tikkontribwixxi biex pajjiżna jkollu amministrazzjoni effettiva. Oppożizzjoni pożittiva li anke tipproponi liġijiet ġodda, u li ma tiddejjaq xejn li l-idejat tagħha taqsamhom ma’ kulħadd. Dan huwa l-ewwel Kunsill Ġenerali Amministrattiv tiegħi hekk kif issa ili fil-kariga għal kważi sena. Dħalt għal din l-isfida konxja li ma kienitx se tkun mixja faċli, anzi. Illum wara sena qed nara Partit li ħadem u jibqa’ jaħdem qatiegħ u li qed ikompli jibni fuq ixxogħol fejjiedi li sar tul l-aħħar ftit snin biex jagħmel dik il-qabża, issa anke filfiduċja li jgawdi minn nies, fiduċja li qed tiżdied aktar ma jgħaddi ż-żmien. B’saqajna mal-art u b’umiltà nkomplu naħdmu. Dan ir-rapport jixhed il-ħidma bla waqfien li ssir minn mijiet ta’ persuni, impjegati u voluntiera li qed jaħdmu bla heda biex inżommu r-ritmu li qbadna, biex inkunu aktar effettivi fix-xogħol li qed nagħmlu fid-diversi strutturi tal-Partit.

Rosette Thake

7


President tal-Kunsill Ġenerali Kunsill Ġenerali Straordinarju fit-8 ta’ Marzu 2015 bit-tema ‘Nagħmlu Differenza’ F’dan il-Kunsill Ġenerali Straordinarju, bi preparazzjoni għall-elezzjoni tal-Kunsilli Lokali li kienu se jsiru fil-11 ta’ April, tkellmu diversi kandidati. Il-messaġġ komuni tagħhom kien jirrigwarda l-bidla li jixtiequ jagħmlu fil-lokalitajiet li jirrappreżentaw. Il-Kunsill Ġenerali ġie fi tmiemu biddiskors tal-Kap tal-PN Simon Busuttil li qal li l-PN qed jiġri maratona u lest jegħleb l-ostakli kollha biex jasal. Il-PN kien qiegħed jagħmel differenza millOppożizzjoni u kif jista’ jagħmel differenza aktar meta jkun fil-Gvern biex ikun sors ta’ ispirazzjoni, entużjażmu u ta’ onesta’. Elenka l-iskandli ta’ dan il-Gvern fosthom tal-Café Premier. Silet id-differenza bejn il-politika ta’ Joseph Muscat li jara x’jaqbillu u l-politika tiegħu li jqis x’inhu sewwa. Temm id-diskors billi għamel sejħa lill-poplu biex jingħaqad mal-PN f’din il-maratona li twassalna lkoll flimkien. Kunsill Ġenerali li sar fit-22 u 24 ta’ Mejju 2015 bit-tema ‘Inkomplu Nagħmlu Differenza’ Fis-sessjoni tal-Ġimgħa kien hemm l-elezzjoni tat-18 il-membru ġdid talEżekuttiv tal-PN fejn kienu eletti disa’ rġiel u disa’ nisa. Kien hemm ukoll ilkonferma ta’ Paula Mifsud Bonnici bħala President tal-Kunsill Ġenerali.

8

Fis-sessjoni tal-Ħadd, saru l-interventi min-naħa tal-kunsilliera. Indirizzaw ilKunsill Ġenerali, il-kantant u t-Tabib Gianluca Bezzina, u Gayle Lynn Callus, il-President tal-Kunsill tal-Istudenti Universitarji, li kienu l-mistiedna talPN. Gianluca Bezzina tkellem dwar ilbżonn li l-politiċi f’Malta jżommu malvaluri u l-morali, fosthom dawk Insara. Appella lill-PN biex ma jħarisx biss lejn l-Elezzjoni Ġenerali, iżda l-viżjoni tal-PN għandha tkun aktar fit-tul. Gayle Lynn Callus qal li l-investiment propost talUniversita’ Amerikana qajjem numru kbir ta’ mistoqsijiet li juri biċ-ċar li l-istudenti kollha kienu tħallew fid-dlam. Appella lillpolitiċi biex jisimgħu liż-żgħażagħ u saħaq li ż- żgħażagħ mhumiex il-futur imma l-preżent u jistgħu jagħtu ħafna ideat għall-preżent. Saħaq ukoll li l-onesta’ tista’ tħalli nifs ġdid fl-istorja ta’ pajjiżna. Chris Said għamel l-aħħar diskors bħala Segretarju Ġenerali tal-PN. Hu ddeskriva l-Partit bħala partit li qed jiġġedded u jissaħħaħ. Qal li hu kien imsejjeaħ biex iservi l-Partit fl-aktar mumenti diffiċli u spjega kif issa kien ser ikun qed iservi f’Għawdex għaliex il-PN għandu bżonn il-ħidma tiegħu hemmhekk. Temm jgħid li n-nies jibqgħu s-sors tal-motivazzjoni u l-enerġija tal-PN. Tkellmu wkoll il-Viċi-Kapijiet u għalaq il-Kunsill Ġenerali l-Kap tal-PN Simon Busuttil. Tkellem dwar il-proġett talUniversita fuq art ODZ fiż-Żonqor li kien qed iġib miegħu mistoqsijiet ta’ natura ambjentali, edukattiva, kif ukoll in-nuqqas ta’ governanza tajba u trasparenti.


PARTIT NAZZJONALISTA Rapport Amministrattiv | Kunsill Ġenerali 2016

Joseph Musat ħareġ avviż legali li fih baxxa l-kriterji biex istituzzjoni ssir Universita. Dan il-Gvern irnexxielu jdawwar moviment sħiħ ta’ nies kontrih u appella lil Joseph Muscat biex ma jibqax iwebbes rasu fuq dan il-proġett. Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista qal li dan ilproġett kixef il-gideb u l-ingann ta’ Joseph Muscat li qed ibigħ kollox għall-voti. Kunsill Ġenerali f’Għawdex fil-25 ta’ Ottubru 2015 bit-tema ‘Tkabbir Sostenibbli u Dinjita’ għal Kulħadd’ F’dan il-Kunsill Ġenerali ġie diskuss prinċipalment dokument li jittratta l-viżjoni ekonomika tal-PN, ftit jiem wara li ġie ppreżentat il-baġit għas-sena d-dieħla. Fetħet is-sessjoni s-Segretarju Ġenerali. Fissret li l-Kap tal-PN Simon Busuttil hu bniedem determinat, iffukat u jaf fejn irid jasal, irreferiet ghall-esperjenza tagħha waqt il-Kungress tal-Partit Popolari Ewropew f’Madrid u qalet li hi kburija bl-istima li jgawdi Simon Busuttil minn politiċi Ewropej ewlenin. Tkellmet dwar il-politika b’viżjoni fit-tul

li tagħti dinjita’ lil kulħadd u dwar kif ilPN jista’ jwettaq politika li twassal ghal sostenibbilita’ fit-tkabbir ekonomiku blgħan li jitqassam b’ġustizzja u b’dinjita’. Wara l-interventi tal-kunsilliera, li kienu jinkludu wkoll il-kandidati u d-deputati kollha għal Għawdex, tkellmu il-Viċi-Kapijiet Mario de Marco u Beppe Fenech Adami. Il-Kunsill Ġenerali ġie fi tmiemu biddiskors tal-Kap tal-PN Simon Busuttil. Matul id-diskors tiegħu ‘ffoka fuq il-baġit li ddeskrivih bħala baġit li ta ‘ftit għalik, ħafna għalihom’ bla ma joffri tkabbir sostenibbli u dinjita’ għal kulħadd. Fakkar kif l-ambjent lanqas biss issemma’ fil-baġit u ħabbar li l-PN se jkun qed jorganizza t-tieni Konvenzjoni Ġenerali tiegħu bit-tema “Idea Ambjent”. Tkellem ukoll dwar l-iskandli li kkaratteriżżaw il-Gvern ta’ Joseph Muscat. Emfasizza dwar id-differenza li teżisti bejn iż-żewġ partiti u kif il-PN ser ikun qed iħabbar sett ta’ proposti u miżuri għal tmexxija nadifa.

Paula Mifsud Bonniċi

9


President tal-Kumitat Eżekuttiv Din is-sena 2015 kienet impenjattiva ferm. L-eżekuttiv iltaqa’ 13 il-darba u f’dawn il-laqgħat b’mod sistematiku ġew diskussi diversi temi li żviluppaw minn laqgħa għall-oħra. Matul is-sena spikkat id-diskussjoni politika fuq it-tmexxija ħażina li għadda u li għadu għaddej minnha pajjiżna bl-iżvilupp ta’ skandlu wieħed wara l-ieħor li jinvolvu diversi membri tal-Gvern, inkluż il-Prim Ministru nnifsu bħal fil-każ tal-Café Premier. L-Eżekuttiv innota u ddiskuta l-istat patetiku li ġabna fih dan il-Gvern f’dak li jirrigwarda governanza ħażina li dwarha kkumentaw diversi istituzzjonijiet bħall-Ombudsman li kellu jirrikorri għall-Qrati sabiex jingħata aċċess għad-dokumentazzjoni neċessarja fil-konfront tas-sitwazzjoni fl-Armata, bħallOmbudsman tal-Artijiet fil-konfront talapplikazzjoni dwar proprjeta’ li tappartjeni lill-Ministru Ian Borg, bħar-rapport talAwditur Ġenerali fil-konfront tal-iskandlu Gaffarena. Kien hemm ukoll l-istupru tal-art pubblika fiż-Żonqor, l-għotja ta’ promozzjonijiet bla rażan lil nies li mhumhiex denji li jokkupaw dawk il-karigi u fl-istess ħin atteġġjament għal kollox diskriminatorju lejn oħrajn għab-bażi tal-politika li jħaddnu. L-Eżekuttiv kellu diversi deċiżżjonijiet x’jieħu li kienu ta’ natura ta’ politika interna u hawn spikkaw id-diskussjonijiet fl-ewwel kwart tas-sena dwar l-elezzjonijiet talKunsilli Lokali, liema elezzjonijiet raw lillPartit Nazzjonalista jżid sostanzjalment flappoġġ li kien qed igawdi minn l-aħħar elezzjonijiet li kienu saru fl-istess lokalitajiet. Din is-sena kien hemm ukoll l-elezzjoni tal-membri tal-Eżekuttiv mill-Kunsilliera. Din kienet l-ewwel darba li kien hemm żewġ listi, waħda għan-nisa u oħra għallirġiel. Kellhom jintgħażlu 9 nisa u 9 irġiel. Kien hemm ukoll ir-riżenja tas-Segretarju

10

Ġenerali Chris Said, sabiex dan ikun jista’ jiffoka aktar fuq il-ħidma tal-Partit f’Għawdex u rajna l-ħatra ta’ Rosette Thake bħala Segretarju Ġenerali. Saret ukoll ħidma sostanzjali f’dak li jirrigwarda l-proġett il-ġdid tan-Net HD li tnieda b’suċċess. Matul is-sena, l-Eżekuttiv inżamm aġġornat minn Dr. Joe Borg, li jmexxi l-Kummissjoni dwar l-Għażla tal-Kandidati, rigward ilħidma li qed issir minn din il-Kummissjoni. Kien ta’ pjaċir kbir għall-Eżekuttiv li jkun involut fl-approvazzjoni kemm tal-Pre Budget Document, id-Dokument dwar l-Ekonomija għan-nies, kif ukoll tal-Good Governance Document. Il-Pre Budget Document kien każ fejn għall-ewwel darba Partit mill-oppożizzjoni ippreżenta l-proposti tiegħu qabel il-budget; Iddokument dwar l-Ekonomija għan-nies huwa dokument dettaljat dwar kif għanda ssir il-politika dwar l-Ekonomija, bil-focus ikun in-nies, u naturalment id-Dokument dwar Good Governance, kien Dokument profetiku, partikolarment meta wieħed iqis li dan id-Dokument li juri biċ-ċar kif ser jiggverna l-Partit Nazzjonalista u l-prinċipji u l-istandards li ser jimxi bihom, ġie mniedi qabel l-aħħar tas-sena l-oħra u qabel ma faqqa l-iskandlu tal-Panama. Fl-aħħar, biċċa kbira mill-ħidma tiegħi bħala President tal-Eżekuttiv, kienet il-ħidma fir-ristrutturar finanzjarju talPartit. Bi pjaċir kbir ngħid li dan ixxogħol ma qata’ xejn, sibt l-assistenza tal-aħjar nies fis-settur u r-riżultat hu li nedejna programm ta’ ristrutturar studjat u meqjus, mibni fuq 4 pilastri għall-perijodu ta’ 15 il-sena, bir-riżultat, li rnexxielna nerġgħu nirbħu l-fiduċja talistituzzjonijiet finanzjarji ewlenin tal-pajjiż.

Ann Fenech


PARTIT NAZZJONALISTA Rapport Amministrattiv | Kunsill Ġenerali 2016

President tal-Kumitat Amministrattiv Matul is-sena 2015 saru 15-il laqgħa tal-Kunsill Amministrattiv ippresedut mill-President Dr Karol Aquilina. Fil-bidu tas-sena l-Kunsill Amministrattiv kompla għaddej bil-proċess tal-għażla tal-kandidati għall-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali li saru nhar il-11 t’April 2015 f’nofs il-lokalitajiet f’Malta u Għawdex. B’kollox il-Partit Nazzjonalista ppreżenta 185 kandidat li 88 minnhom kienu ġodda u qatt ma kkontestaw elezzjoni f’isem ilPartit. Fost il-kandidati li ġew approvati, 42% minnhom kellhom anqas minn 40 sena filwaqt li 25% minnhom kienu nisa. Saret ukoll l-għażla ta’ numru ta’ kandidati ġodda għall-elezzjoni ġenerali kif ukoll l-konferma ta’ numru ta’ kandidati li kienu diġà kkontestaw f’isem il-Partit Nazzjonalista. Dawn iż-żewġ proċessi ta’ għażla talkandidati ġew konklużi wara ħidma ma taqtà xejn li wettqet il-Kummissjoni għallGħażla tal-Kandidati matul is-sena 2015. Matul is-sena l-Kunsill Amministrattiv ħa d-deċiżjonijiet kollha b’rabta mal-attivitajiet organizzati mill-Partit u l-inizjattivi politiċi kollha li ħa l-Partit matul is-sena 2015. Dawn kienu jinkludu l-attivitajiet organizzati flokkażjoni tal-Indipendenza li għall-ewwel darba saru fil-Belt Valletta minflok fil-Furjana.

Il-Kunsill Amministrattiv iddiskuta wkoll u ħa numru ta’ deċiżjonijiet b’rabta malfinanzi tal-Partit kif ukoll tal-kumpaniji kummerċjali tiegħu u r-ristrutturar li sar fihom. Il-Kunsill għamel numru ta’ ħatriet fil-kumpaniji kummerċjali tiegħu fost dawk tal-membri tal-bord tad-diretturi u diversi uffiċjali. Il-Kunsill ddiskuta u approva wkoll il-proġett NET HD li beda jiġi mwettaq fit-tieni nofs tas-sena 2015 kif ukoll l-iskedi tal-televiżjoni u tar-radju. Minn żmien għal żmien il-Kunsill Amministrattiv għamel ukoll numru ta’ ħatriet fl-istrutturi tal-Partit fosthom dik ta’ Direttur tal-Kunsilli Lokali kif ukoll tal-Assistenti tas-Segreterija. Fl-istess waqt, saru numru ta’ preżentazzjonijiet dwar il-ħidma talFergħat tal-Partit minn rappreżentanti talistess Fergħat. Il-Kunsill żamm ukoll kuntatt regolari mal-Bord ta’ Reviżuri u għal numru ta’ laqgħat tal-Kunsill Amministrattiv kien preżenti ċ-Chairman tal-istess Bord.

Karol Aquilina

Matul is-sena 2015 Il-Kunsill Amministrattiv iddiskuta u ħa deċiżjonijiet dwar numru ta’ każijiet ta’ dixxiplina fil-Partit l-aktar b’rabta mal-ħidma tal-Kumitati Sezzjonali fil-lokalitajiet f’Malta u Għawdex.

11



PARTIT NAZZJONALISTA Rapport Amministrattiv | Kunsill Ġenerali 2016

Teżorier Maratona Ġbir ta’ Fondi Fl-2015 inżammu tlett Maratoni:(i) 31 ta’ Marzu 2015, li fiha nġabru €127,185 ; (ii) 27 ta’ Settembru 2015 li fiha nġabru €160,235 u (iii) 13 ta’ Diċembru 2015 li fiha nġabru €518,038. B’hekk l-ammont totali li nġabar kien ta’ €805,458. Festi Indipendenza Settembru 2015 Din is-sena l-Partit iddeċieda li jorganizza l-festi ċelebrattivi ġewwa l-Belt flinħawi tal-Proġett Piano. Saru mill-ġdid stands bil-parteċipazzjoni ta’ Kumitati Sezzjonali u Fergħat. Għal darb’oħra, ilLotterija Indipendenza kienet suċċess u l-mudell ta’ premjijiet mingħand Scotts Supermarkets kien popolari. Fund Raising Unit L-FRU ħadem kemm fiż-żamma ta’ fund raising events stabbiliti u kif ukoll florganizzazzjoni ta’ attivitajiet bħal coffee mornings; ikliet; kunċert; rappreżentazzjoni teatrali; wirjiet u riċevimenti. Skema P.N. Clubs Fl-2015 inbedà x-xogħol fuq il-preżentazzjoni ta’ skema ġdida ta’ donazzjoni - Skema Clubs P.N ibbażat fuq donazzjonijiet, ta’ għaxra; għoxrin; ħamsin u mitt Ewro kull sena. It-tweġiba kienet pożittiva, u fl-aħħar tmien xhur tas-sena inġabru €29,945. Tesserament Ġie mwaqqaf matul din is-sena t-Tesserament Revamp Team bl-iskop li ssir riorganizzazzjoni tat-Tessera. Matul l-2016 huwa mistenni li dan it-Team joħroġ bi preżentazzjoni tal-kunċett aġġornat.

Kummissjoni tal-Finanzi Matul din is-sena, ix-xogħol tal-Kummissjoni tal-Finanzi baqà għaddej b’mod intensiv, fuq ristrutturazzjoni tad-dejn antik u strutturazzjoni finanzjarja ġenerali. Liġi tal-Finanzjament tal-Partiti Din il-Liġi tidħol fis-seħħ fl-2016 u għalhekk sar Pjan ta’ Ħidma għall-approvazzjoni tal-Kap li jkopri l-aspetti kollha ta’ attivita’ tal-istruttura u attività tal-Partit. L-akbar sforz li sar matul din is-sena kien it-tfassil ta’ sistema komuni sabiex iwassal biex għall-ewwel darba kull settur tal-Partit jibda jippreżenta r-rendikonti finanzjarji tiegħu f’format standard. Xogħol Addizzjonali B’żieda mal-funzjonijiet soliti ta’ Teżorier kif fuq deskritti, kien hemm ukoll ħidma f’Bordijiet ta’ Investigazzjoni taħt il-Kunsill Amministrattiv. Ringrazzjamenti Grazzi lill-Uffiċjali u lill-Membri Parlamentari għall-kooperazzjoni u partikolarment lis-Segretarju Ġenerali, il-President tal-Kumitat Eżekuttiv u lill-Assistent Segretarju Ġenerali, kif ukoll lill-Bord ta’ Reviżuri u lis-CEO tal-Media.Link. L-impenn ta’ Malcolm Custo’, li hu responsabbli għall-Finanzi PN ma jaqtà qatt. Grazzi lil Lino Briffa; Michael Fenech Adami; Paul Spiteri Lucas, Charles Bonello; Margaret Mercieca u lill-voluntiera, (bil-membri tal-VNET fuq quddiem), u l-impjegati kollha li jagħtu mpenn tant essenzjali u lil-Boris Xerri li baqà disponibbli f’kull okkażjoni fejn ġie mitlub.

Alex Perici Calascione 13


Segretarju Internazzjonali Fit-tielet sena ta’ ħidma wara l-ħatra tiegħi bħala Segretarju Internazzjonali, kompliet il-ħidma estensiva sabiex ir-rwol tal-Uffiċċju ta’ Segretarju Internazzjonali jkompli jikber. Wara li s-sena li għaddiet il-Partit Nazzjonalista kiseb id-dritt li jospita l-Kungress tal-Partit Popolari Ewropew għall-ewwel darba fl-istorja tiegħu, din issena bdiet il-ħidma għall-organizzazzjoni ta’ dan il-Kungress. Twaqqaf Kumitat li se jkun qiegħed iħares lejn l-aspetti kollha tal-organizzazjoni ta’ dan l-avveniment daqstant importanti. Saret ukoll l-ewwel żjara mill-EPP f’Malta bħala preparament għal dan l-istess Kungress. Bi pjaċir ninfurmakhom illi sa flaħħar il-probelma relatata malfatt li l-Partit kien ilu ma jħallas ilmiżata lill-EPP mill-2009 ġiet solvuta.

14

Komplew in-numru ta’ laqgħat ma’ partiti oħra li huma membri tal-EPP, u dawn laħqu l-qofol tagħhom matul l-aħħar Kungress tal-Partit Popolari Ewropew li sar f’Madrid f’Ottubru tal-2015, fejn hemmhekk, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil kellu laqgħat bilaterali mal-Prim Ministru Spanjol Mariano Rajoy u anke mal-Viċi Kanċillier Awstrijakk Reinhold Mitterlehner. Il-Laqgħat regolari bejn l-Amministrazzjoni tal-Partit u l-Ambaxxaturi komplew u filperjodu ta’ kważi disà xhur saru aktar minn għaxar laqgħat bejn Ambaxxaturi jew membri tal-istaff tagħhom u l-Kap talPartit jew membri tal-Amministrazzjoni tal-Partit. Spikka wkoll ir-riċeviment li ġie għal darb oħra organizzat f’Jannar għall-Ambaxxaturi u Konsli għal Malta, fejn kellna attendenza ferm numeruża.

Trevor Degiorgio


PARTIT NAZZJONALISTA Rapport Amministrattiv | Kunsill Ġenerali 2016

Assistent Segretarju Ġenerali Kumitati Sezzjonali Dan l-Uffiċċju ħadem kontinwament malKumitati Sezzjonali biex dawn jissoktaw fil-ħidma tagħhom waqt li jiffokaw b’mod partikolari fuq l-Elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali. Il-Kumitati Sezzjonali ħadmu wkoll fuq il-proċess tat-tesserament għall-2015, waqt li għenu fil-ġbir finanzjarju b’risq il-Partit flinizjattivi li kienu organizzati. Il-Kumitati Sezzjonali ħadmu biex fi ħdanhom iwaqqfu strutturi ta‘ Sotto Kumitati biex jiffukaw fuq ħidmiet speċifiċi, skont il-pjani u l-miri talPartit kif kommunikati lilhom fid-dokument imħejji minn dan l-Uffiċċju - ‘Manwal għallKumitati – Triq ‘il Quddiem 2015 – 2017‘.

Fergħat L-Uffiċċju tal-Assistent Segretarju Ġenerali ta l-assistenza kollha meħtieġa lill-fergħat fuq bażi individwali fil-ħidma tagħhom matul is-sena u fid-diversi attivitajiet li organizzaw b’mod kollettiv.

Laqgħat mal-Kumitati Sezzjonali Għal darb’oħra dan l-Uffiċċju kkordina laqgħat mal-Kumitati Sezzjonali li għalihom kienu preżenti l-Kap tal-Partit, is-Segretarju Ġenerali, l-Assistent Segretarju Ġenerali kif ukoll ir-Rappreżentant tal-Kumitati Sezzjonali fil-Kunsill Amministrattiv biex il-Kumitati Sezzjonali jingħatalhom ixxogħol iffukat li kien meħtieġ isir. Għal kull laqgħa dan l-Uffiċċju ħejja rapport ta‘ analiżi fuq kull Kumitat Sezzjonali.

Djalogi, Żjarat tal-Kap u Maratoni L-Uffiċċju tal-Assistent Segretarju Ġenerali ħadem ukoll fuq l-organizzazzjoni u l-parteċipazzjoni fi programm ta’ djalogi li saru mill-Partit. Dan l-Uffiċċju ħa ħsieb ukoll il-koordinazzjoni u l-istedin tan-nies għall-Kunsilli Ġenerali kif ukoll iż-żjarat tal-Kap f’diversi lokalitajiet. Saret ħidma permezz ta’ grupp ta’ voluntiera waqt il-Maratoni b’risq il-Partit li saru matul is-sena li għaddiet li fiha l-Kumitati u l-Attivisti tal-Partit ipparteċipaw b’mod attiv.

Tesserament Fl-ewwel tmien xhur tas-sena kompliet il-ħidma fuq il-proċess tat-tesserament għall-2015. Matul Settembru beda l-proċess ta’ tesserament għas-sena 2016, wara li saret analiżi dettaljata fuq bażi lokali, distrettwali u nazzjonali dwar il-proċess tat-tesserament għas-sena 2015. Matul il-perijodu bejn Jannar 2015 u Diċembru 2015, issieħbu fil-Partit Nazzjonalista madwar 500 tesserat ġdid.

Kunsilli Ġenerali, Kunsill Amministrattiv u Kumitat Eżekuttiv Saret ħidma flimkien ma‘ uffiċċji oħra fil-Partit bi tħejjija għall-Kunsilli Ġenerali li saru matul l-2015. Fil-kariga ta‘ Assistent Segretarju Ġenerali kien konfermat Jean Pierre Debono. Dan l-Uffiċċju kompla jieħu ħsieb ukoll xogħol ta‘ minuti u korrispondenza marbuta mal-Kunsill Amministrattiv kif ukoll tal-Kumitat Eżekuttiv.

Assistenti tas-Segreterija u Rappreżentanti Distrettwali Matul l-2015 l-Uffiċċju tal-Assistenti tas-Segreterija ħadem flimkien matteam ta’ Assistenti tas-Segreterija. Saru laqgħat magħhom li tmexxew misSegretarju Ġenerali waqt li saru l-bidliet meħtieġa fost l-Assistenti tas-Segreterija.

Festi Indipendenza – Belt Valletta Saret ħidma relatata mal-Festi talIndipendenza li għall-ewwel darba saru fil-Belt Valletta. Waqt il-Festi dan l-Uffiċċju ħadem biex kompliet tiddaħħal mill-ġdid il-parteċipazzjoni tal-Kumitati Sezzjonali u l-Fergħat b’mod dirett waqt il-Festi kif ukoll ħadem biex ikun hemm stand għat-tiġdid tat-tesseri.

Jean Pierre Debono

15


Segretarju tal-Grupp Parlamentari Oppożizzjoni li tgħarbel xogħol il-Gvern Din is-sena tellajna in-numru totali ta’ mistoqsijiet parlamentari li d-deputati tagħna staqsew matul din il-leġislatura għal 24,500. Qed inkunu ppreparati meta nkunu qed inpoġġu fuq xi kumitat parlamentari permanenti. Oppożizzjoni kostruttiva Il-ħidma tagħna kompliet tkun iffukata għaliex bħala kelliema qegħdin imqassmin fi gruppi skond tema partikolari. Binnumru ta’ private member’s bills li tressqu din is-sena, in-numru tela għal total ta’ 30. Oppożizzjoni li issa qed tippreżenta ruħha bħala Gvern alternattiv Qegħdin nużaw il-forum parlamentari sabiex nispjegaw id-dokument kruċjali dwar il-governanza tajba. B’hekk nerġgħu nibnu fiduċja filpolitika u x-xogħol tal-politiku. Oppożizzjoni li qed timbotta għal aktar awtonomija parlamentari L-Oppożizzjoni Nazzjonalista bi kliemha, b’għemilha u bid-dokumenti li qed tressaq, qed tenfasizza l-bżonn li l-Parlament verament isir l-ogħla istituzzjoni tal-pajjiż li jkun ta’ skrutinju fuq dak li jkun qed jiġri fil-pajjiż, fl-amministrattiv u fil-ġudizzjarju.

16

Oppożizzjoni li qed timbotta għal standards ogħla fil-ħajja pubblika Aħna l-membri parlamentari lkoll nafu li rridu noqogħdu b’seba’ għajnejn fuq dak li ngħidu u nagħmlu. L-eżempju tagħna qed ikun aprezzat mill-poplu. Kxifna bosta skandli u komplejna nistaqsu dwar dawk l-iskandli li ħarġet il-media indipendenti. Oppożizzjoni magħquda Qegħdin naħdmu ħafna flimkien. Niltaqgħu kull ġimgħa bħala grupp parlamentari. Aħna magħqudin. Magħqudin anke biex insostnu lil xulxin meta xi ħadd minna jgħaddi minn żmien diffili fil-ħajja politika, fis-saħħa jew filfamilja. Fuq kollox aħna magħqudin wara l-kap Simon Busuttil fit-tmexxija tiegħu. Oppożizzjoni li ġabet bidliet Matul din is-sena se nibqgħu fl-istorja bħala dawk li pparteċipajna fis-seduta rekord ta’ 15-il siegħa biex nikxfu l-qerq tal-Gvern u niddefendu l-wirt naturali ta’ pajjiżna. Dan kien monument ħaj li l-Partit Nazzjonalista fil-Parlament huwa parti mill-ħidma kollettiva tal-Fergħat u oqsma oħra talPartit li lkoll flimkien naqqasna d-distakk elettorali tal-aħħar elezzjoni ġenerali.

David Agius


PARTIT NAZZJONALISTA Rapport Amministrattiv | Kunsill Ġenerali 2016

Rapport ta’ Ħidma tal-Membri tal-Parlament Ewropew Is-sena 2015 ppreżentat numru ta’ sfidi kemm fl-Unjoni Ewropea kif ukoll f’Malta. David Casa kompla l-ħidma tiegħu bħala l-Kap tad-Delegazzjoni tal-Membri Parlamentari Ewropej (MPE) tal-Partit Nazzjonalista f’liema rwol huwa responsabbli li jassigura li t-twemmin u l-prinċipji tal-PN ikunu riflessi fid-diskussjonijiet li jinżammu malPresidenza tal-Partit Popolari Ewropew (PPE). Casa jieħu ħsieb u jikkoordina l-interessi, il-ħidma u l-voti tal-MPE l-oħra fi ħdan id-delegazzjoni Nazzjonalista. Ħafna mill-ħidma ta’ Casa fi Brussell hija ffukata mar-rwol li għandu bħala Koordinatur tal-PPE fuq il-Kumitat dwar l-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali. F’dan ir-rwol imexxi MPE oħra li huma membri f’dan il-Kumitat blaktar responsabiltajiet kruċjali jkunu dawk li jassigura li l-pożizzjoni tal-PPE tkun riflessa f’kull dossier li jkun għall-konsiderazzjoni tal-Kumitat. Huwa wkoll responsabbli li jalloka l-abbozzar ta’ dossiers fost l-MPE u jaħdem flimkien ma’ dawk kollha nvoluti fil-proċess, kif ukoll ma’ esperti tekniċi biex jassigura li l-opinjonijiet tagħhom ikunu kkunsidrati meta tkun qed tiġi abbozzata l-leġiżlazzjoni tal-Unjoni Ewropea. David Casa kompla bil-ħidma tiegħu fil-Kumitat Ekonomiku u Monetarju kif ukoll fil-kumitat speċjali dwar TAXE li nħoloq b’reazzjoni għal-LuxLeaks. Il-Kap tad-Delegazzjoni tal-MPE talPN kompla jaħdem fi ħdan il-Kumitat Parlamentari Konġunt bejn l-UE u t-Turkija fejn regolarment argumenta kontra s-sħubija tat-Turkija fi ħdan l-UE.

Casa kompla wkoll il-ħidma tiegħu fi ħdan l-Assemblea Parlamentari Konġunta ACPEU fejn iffoka fuq il-fatturi li jinkoraġġixxu l-emigranti biex jitilqu pajjiżhom u jesplora kif dawn l-istess fatturi jistgħu jiġu ndirizzati. Matul l-2015 David Casa okkupa l-kariga ta’ Viċi President tal-Grupp tal-Ħaddiema fi ħdan l-PPE, liema grupp hu responsabbli biex jiżviluppa politika fuq l-oqsma soċjali u x-xogħol. Din il-politika tiggwida l-ħidma tal-MPE fil-Parlament Ewropew. Kompla wkoll il-ħidma tiegħu fuq materji oħra ta’ importanza għalih permezz tas-sħubija tiegħu fi ħdan l-intergroups dwar l-epilessija, il-qalb u l-intrapriżi żgħar u medji, fost oħrajn. David Casa kien rapporteur dwar l-Opinjoni fuq il-leġiżlazzjoni proposta dwar tagħmir personali protettiv. Din l-Opinjoni tgħin biex tassigura li kull impjegat huwa garantit minn kundizzjonijiet taxxogħol li bl-ebda mod ma jkunu ta’ detriment għas-saħħa u sigurtà tiegħu. Fl-2015, il-PPE beda proċess biex jaġġorna l-pożizzjoni tiegħu fil-qasam soċjali li wasslet għall-abozzar tad-dokument bittitlu Ewropa Soċjali Moderna. Casa ħa rwol ewlieni fil-formulazzjoni ta’ dan iddokument importanti li ġie approvat millGrupp tal-PPE fil-bidu tas-sena 2016. Casa pparteċipa f’numru ta’ dibattiti li nżammu fil-Parlament Ewropew li kienu relatati mal-ħidma tiegħu fi ħdan il-kumitati kif ukoll f’oħrajn li kienu fl-interess ta’ Malta. Ħadem ukoll biex ressaq numru ta’ Mistoqsijiet Parlamentari kemm lill-Kummissjoni Ewropea kif ukoll lill-Kunsill Ewropew.

David Casa

17


Rapport ta’ Ħidma tal-Membri tal-Parlament Ewropew Fil-Kumitat għall-Affarijiet Legali Therese Comodini Cachia ingħatat responsabbilitajiet fil-qasam taddrittijiet tal-proprjetà intellettwali (IPR) u s-settur diġitali. Xogħolha ffoka fuq aspetti tas-Suq Uniku Diġitali, fostom sabiex ikun hemm bilanċ bejn iddrittijiet tal-awturi u l-konsumaturi flaċċess għall-kontenut online bħal kotba, films, mużika u avvenimenti sportivi.

Fil-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni l-ħidma tagħha iffukat fuq il-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-programm Erasmus+ li permezz tiegħu bosta żgħażagħ, persuni sportivi, studenti u edukaturi jipparteċipaw fi skambji u opportunitajiet ta’ studju barra minn xtutna. Bdiet ukoll il-ħidma favur persuni b’diżabilità sabiex ikomplu jiġu ndirizzati l-ostakli li jeżistu għal dawn il-persuni.

Saret ukoll ħidma sabiex l-internet ikun aktar aċċessibbli, sabiex titneħħa diskriminazzjoni bbażata fuq residenza fl-aċċess għal-servizzi u prodotti offruti online u sabiex ikun hemm aktar koordinazzjoni bejn l-Istati u pjattaformi diġitali biex jiġu protetti gruppi vulnerabbli online. Hi ġiet maħtura ambaxxatur tal-eSkills mill-Kummissjoni Ewropea, u rrappreżentat tal-kumitat fl-Internet Governance Forum u fl-aġenzija tal-Unjoni Ewropea għar-reġistrazzjoni tal-IPR.

Fis-sotto kumitat għad-drittijiet talbniedem, Therese Comodini Cachia qed tirrappreżenta lill-Grupp PPE fuq żewġ rapporti dwar it-traffikar tannies u l-immigrazzjoni f’pajjiżi terzi. Qed taħdem ukoll fuq is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fil-Palestina.

18

Therese Commodini Cachia


PARTIT NAZZJONALISTA Rapport Amministrattiv | Kunsill Ġenerali 2016

Rapport ta’ Ħidma tal-Membri tal-Parlament Ewropew Is-sena li għaddiet kienet l-aktar waħda mpenjattiva għal Roberta Metsola, li ġiet eletta fil-Parlament Ewropew fl2013. Dan anki fid-dawl li l-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil ħatar lil Roberta Metsola bħala Shadow Minister għall-Affarijiet Ewropej u Barranin. Fil-Parlament Ewropew Roberta Metsola kienet inkarigata kemm mill-Partit Popolari Ewropew kif ukoll mill-Parlament innifsu biex tfassal diversi rapporti. Dawn eventwalment ġew imressqa quddiem ilParlament. Fil-fatt hi nħatret rapporteur fuq tliet rapporti li ġew approvati millParlament Ewropew; fasslet sitt rapporti bħala kelliema tal-Partit Popolari Ewropew; għamlet 68 mistoqsija parlamentari, 345 diskors u spjegazzjoni tal-vot u kienet involuta bħala ko-awtriċi f’75 riżoluzzjoni. Ir-rapporti, l-interventi u l-mistoqsijiet li għamlet fil-Parlament Ewropew jirriflettu l-aġenda nazzjonali u l-prijoritajiet tal-poplu Malti u Għawdxi fosthom: • il-ħolqien tax-xogħol u ż-żieda fl-investiment biex f’pajjiżna jiżdied l-investiment lokali u barrani u jinħolqu aktar postijiet tax-xogħol b’pagi tajbin; • l-ambjent u s-saħħa fosthom billi anki jittieħdu miżuri biex kimiċi li jikkawżaw il-kanċer ma jkomplux jintużaw aktar; • il-migrazzjoni, biex jinstabu soluzzjonijiet li jindirizzaw il-problema mill-għeruq u mhux billi jittieħdu miżuri ta’ emerġenza meta jkun hemm għarqa u ma jsir xejn meta s-suġġett ma jkunx flaħbarijiet. Ir-rapport li ppreżentat Roberta Metsola, fejn għall-ewwel darba hemm pjan ħolistiku, ġie approvat b’maġġoranza qawwija fil-Parlament Ewropew;

• roaming u digital rights fejn Roberta Metsola ħadmet biex jitneħħew l-ispejjeż żejda meta jsiru telefonati minn pajjiż għallieħor; wara t-tnaqqis f’April li għadda dawn se jispiċċaw għal kollox is-sena d-dieħla; • it-terroriżmu u s-sigurta’ fejn ipparteċipat u tkellmet f’fora biex l-Ewropa tindirizza l-problema talfundamentaliżmu u l-estremiżmu. Fil-Parlament Ewropew, Roberta Metsola inħatret Chairperson ta’ kumitat ġdid dwar is-saħħa responsabbli mirRawmatiżmu u l-Artrite. Ġiet magħżula wkoll Viċi ko-ordinatur tal-EPP dwar it-terroriżmu u s-sigurtà. Roberta Metsola ħadmet ukoll kontra kull forma ta’ diskriminazzjoni u preġudizzju, fosthom anke bħala Viċi Chairperson tal-Intergroup kontra r-razziżmu. Hi membru wkoll ta’ Intergoups differenti dwar il-persuni b’diżabilità u l-LGBTI. Bħala shadow minister għall-Affarijiet Barranin u Ewropej, Roberta Metsola attendiet il-laqgħat tax-shadow cabinet u żammet kuntatt mal-ambaxxaturi u rappreżentanti diplomatiċi f’Malta. Flimkien mal-kelliem tal-Partit Nazzjonalista Tonio Fenech, Roberta Metsola mexxiet ‘il quddiem il-politika Ewropea u barranija tal-Partit Nazzjonalista. Tul l-aħħar sena kienet involuta f’aktar minn 100 laqgħa mas-soċjetà ċivili, għaqdiet u rappreżentanti ta’ setturi differenti.

Roberta Metsola

19


Direttur Uffiċċju Informazzjoni Is-sena 2015 kienet sena impenjattiva ħafna għall-Uffiċċju Informazzjoni, li fost l-oħrajn, inkludiet il-kampanja elettorali tal-elezzjoni tal-Kunsilli Lokali f’April, kif ukoll kampanji u attivitajiet oħra matul is-sena, fosthom tliet Kunsilli Ġenerali, kif ukoll it-tnedija ta’ tliet dokumenti politiċi. L-ewwel tliet xhur tas-sena kienu ffukati fuq ħidma strateġija fil-kampanja elettorali għall-elezzjoni tal-Kunsilli Lokali. Din il-kampanja kkonsistiet f’diversi attivitajiet pubbliċi u żjarat fillokalitajiet, konferenzi tal-aħbarijiet, tnedija tas-sit nagħmludifferenza.com, tqassim ta’ fuljetti fid-djar tal-elettorat, u programm speċjali fuq Net Television, fost affarijiet oħra. L-Uffiċċju Informazzjoni kien f’kuntatt kontinwu mal-184 kandidat fl-34 lokalità biex jiġu promossi malelettorat bl-aħjar mod possibbli. It-tnedija tal-kampanja elettorali saret permezz ta’ Kunsill Ġenerali bit-tema ‘Nagħmlu Differenza’ organizzat fidDar Ċentrali tal-Partit Nazzjonalista. Il-ħidma wara l-elezzjoni tal-Kunsilli Lokali kompliet għaddejja b’ħidma politika ma taqta’ qatt, b’mod speċjali fil-kxif ta’ skandlu wara l-ieħor tal-Gvern Laburista.

20

F’Mejju sar it-tieni Kunsill Ġenerali tas-sena 2015 fid-Dar Ċentrali bittema ‘Inkomplu Nagħmlu Differenza’. Fi tmiem is-Sajf, l-Uffiċċju Informazzjoni ħadem bis-sħiħ biex il-festi talIndipendenza fil-Belt Valletta kienu suċċess. Dawn il-festi laħqu l-qofol tagħhom bil-mass meeting organizzat millKap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil. Fl-aħħar tliet xhur tas-sena, jiġifieri bejn Ottubru u Diċembru, l-Uffiċċju Informazzjoni ħadem fuq it-tnedija ta’ tliet dokumenti politiċi: id-dokument tal-prebudget ‘Żvilupp Sostenibbli u Dinjità għal Kulħadd’, id-dokument talekonomija ‘Ekonomija għan-Nies’, u d-dokument bi proposti għal gvernar tajjeb ‘Nibnu Fiduċja Ġdida fil-Politika’. Matul is-sena kollha, l-Uffiċċju Informazzjoni saħħaħ il-kuntatt malmedia mhux tal-Partit, kif ukoll ħadem bi sħiħ biex il-media tal-Partit tkun tista’ twassal il-messaġġ tal-Partit bl-aqwa mod possibbli. Dan minbarra investiment online, permezz tas-social media.

Matthew Bonett


PARTIT NAZZJONALISTA Rapport Amministrattiv | Kunsill Ġenerali 2016

Direttur ELCOM Matul is-sena 2015, l-Uffiċċju ELCOM reġà kien għal darb’oħra protagonist f’żewġ proċessi elettorali li kellna f’pajjiżna u hawnhekk qiegħed bla dubju ta’ xejn nirreferi għar-Referendum Abrogattiv dwar il-Kaċċa fir-Rebbiegħa u l-Elezzjonijiet talKunsilli Lokali f’erbgħa u tletin lokalità mxerrdin madwar Malta u Għawdex. Minkejja li l-Partiti ewlenin ma kinux involuti direttament fir-Referendum Abrogattiv, xorta waħda wettqu d-dmirijiet tagħhom fissorveljar u l-preparamenti kollha meħtieġa li jġib miegħu tali proċess elettorali u dan naturalment sar ukoll fl-isfond talElezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali li għalihom ilPartit Nazzjonalista ppreżenta 185 kandidat. Ir-riżultati miksuba mill-Partit Nazzjonalista fl-elezzjonijiet lokali komplew kienu nkoraġġanti ħafna meta wieħed iqis minn fejn telaq il-Partit Nazzjonalista sentejn biss qabel. Il-Partit Nazzjonalista rebaħ maġġoranza f’għadd ta’ lokalitajiet, fosthom reġà rebaħ mill-ġdid il-maġġoranza fillokalitajiet tal-Mosta u San Pawl il-Baħar. L-Uffiċċju ELCOM impenja ruħu bis-sħiħ f’dawn il-proċessi elettorali u beda minn kmieni bil-preparamenti kollha meħtieġa minn-naħa tiegħu sabiex isib u jħarreġ lil dawk il-persuni kollha li jagħtu sehemhom fil-proċess elettorali. Hekk insemmu lil dawk responsabbli sabiex jissorveljaw ilproċess tal-istampar tad-dokumenti talvot u tal-poloz tal-votazzjoni, dawk li jissiġillaw il-kaxxi tal-votazzjoni u dawk li jservu ta’ Assistenti Kummissjonarji Elettorali fost l-oħrajn. Il-parteċipazzjoni u d-dedikazzjoni ta’ dawk kollha li jwettqu din il-ħidma hija ferm apprezzata u żgur wieħed ma jridx jinsa jsemmi lill-Kumitati Sezzjonali tal-Partit Nazzjonalista mifruxin fid-diversi lokalitajiet ta’ Malta u Għawdex li reġgħu għal darb’oħra taw is-sehem sħiħ tagħhom sabiex jgħinu f’din il-ħidma.

Wieħed ma jistax jinsa milli jsemmi wkoll il-ħidma kbira li wettqu l-Aġenti tal-Partit Nazzjonalista fis-Sala tal-Għadd tal-Voti, li ħadmu qatiegħ lejl u nhar sabiex il-Partit jikseb ir-riżultati mistħoqqa. Id-dedikazzjoni u l-attenzjoni fil-ħidma ta’ dawn il-persuni dehret bl-aktar mod ċar fir-riżultat miksub fil-lokalità ta’ San Pawl il-Baħar fejn l-għadd ingħalaq b’disà voti differenza biss bejn ilPartit Nazzjonalista u l-Partit Laburista u l-iċken żball f’dan il-proċess kien ifisser li l-Partit Nazzjonalista ma kienx jikseb lura mill-ġdid il-maġġoranza f’din il-lokalità. Apparti l-ħidma kollha relatata marReferendum dwar il-Kaċċa u l-Elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali, matul is-sena li għaddiet l-Uffiċċju ELCOM kompla jkun involut direttament ukoll fid-diskussjonijiet li jsiru kważi b’mod kontinwu bejn il-Partiti ewlenin u l-Kummissjoni Elettorali sabiex inkomplu nsaħħu l-proċessi elettorali f’pajjiżna. Fid-dawl tad-dewmien li kien hemm fl-għadd tal-voti fl-Elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew fis-sena 2014, is-sena li għaddiet il-Kummissjoni Elettorali nediet proġett sabiex tesplora l-possibilità li fis-snin li ġejjin il-proċess talgħadd tal-voti jsir b’mod kompjuteriżżat sabiex il-proċess tal-għadd tal-voti jitwettaq f’anqas ħin u b’aktar preċiżjoni.

Matthew Mangion

21


Media.Link Media.Link Communications hija l-ikbar kumpanija f’Malta tal-media, hija l-unika kumpanija li għandha stazzjon televisiv, stazzjon tar-radio, żewġ gażżetti u l-portal netnews.com.mt. Fis-sena li għaddiet il-kumpanija Media. Link għaddiet minn tibdiliet kbar, dan bil-għan sabiex il-Partit Nazzjonalista jkun jistà jtejjeb il-messaġġ tiegħu hekk ukoll kif riesqa l-elezzjoni ġenerali. Ftit tax-xhur ilu nbidlet radikalment l-istruttura tal-Kumpanija bilħatra ta’ Kap Eżekuttiv, tibdil flistruttura tal-management, u iktar sinerġija bejn il-media differenti. L-ikbar sfida kienet il-qalba ta’ Net Television għall-kwalità HD, biex b’hekk Net TV sar l-ewwel stazzjon televisiv privat li qaleb għal high definition. Dan l-investiment, apparti li serva sabiex ilPartit Nazzjonalista jkun jistà jwassal il-messaġġ tiegħu aħjar u aktar ċar, serva wkoll sabiex il-Kumpanija tkun tistà tikkompeti aħjar f’suq li hu diffiċli ħafna. Dan serva sabiex Net TV iżid l-udjenzi u anki d-dħul finanzjarju tiegħu. Udjenzi Fix-xhur li għaddew kemm NET Television kif ukoll Radio 101 reġgħu żiedu l-udjenzi tagħhom, hekk kif issa qed jersqu viċin ħafna tal-kompetituri tagħhom. Dan sar minħabba diversi raġunijiet, fosthom l-investiment li sar grazzi għad-donazzjonijiet mill-pubbliku, fosthom ukoll għall-programmi ġodda li ġew introdotti u programmi li ssaħħew. L-istess jistà jingħad għal Radio 101 22

fejn l-istazzjon qiegħed kontinwament jipprova jsib il-bilanċ bejn dak li jistennew is-semmiegħa ta’ dan l-istazzjon. Il-Gazzetti M’hemmx dubju li saret ukoll qabża ‘l quddiem fejn jidħlu l-istejjer kemm fuq il-Mument kif ukoll fuq in-Nazzjon, Ilġurnalisti ta’ Media.Link qed ikollhom suċċessi kbar fejn jidħlu stejjer li qed jiġu segwiti sew mill-pubbliku ġenerali. netnews.com.mt Ftit tax-xhur ilu tnediet il-portal ilġdida, netnews.com.mt. Hekk kif iddinja qed tagħmel avvanzi kbar fejn tidħol teknologija ġdida, il-kumpanija ħasset il-bżonn li tniedi portal li jkun aktar addattat għaż-żminiiet tal-llum. Ir-riżultat ta’ din id-deċiżjoni nħasset hekk kif in-numru ta’ nies li jsegwu dan il-portal żdied konsiderevolment. Konklużjoni Media.Link Communications qed tagħmel passi kbar il-quddiem. Dan qed isir l-ewwel u qabel kollox bixxogħol xejn faċli tal-ħaddiema, fejn qed jirnexxielhom jiksbu riżultati tajbin ħafna b’riżorsi limitati mmens, iżda wkoll bissapport tal-eluf ta’ semmiegħa li jsegwu l-istazzjonijiet tagħna ta’ kuljum, grazzi wkoll għal dawk il-mijiet ta’ ażjendi li jirriklamaw magħna. Determinati li din il-Kumpanija tibqà tissaħħaħ b’mod sostenibbli sabiex tkun vettura għall-Partit Nazzjonalista sabiex ikun jistà jwassal ilmessaġġi tiegħu bl-aħjar mod possibbli.

Brian St John


PARTIT NAZZJONALISTA Rapport Amministrattiv | Kunsill Ġenerali 2016

Librerija Informa Il-bidu tal-librerija kif nafuha llum imur lura għall-1982. F’dak iż-żmien il-Partit Nazzjonalista ħass il-bżonn li jkollu post fejn jaħżen l-informazzjoni b’mod organiżżat u effiċċjenti għall-fini ta’ riċerka. L-importanza ta’ dan il-għan baqgħet kull ma jmur tikber u l-librerija għadha taqdi l-funzjoni tagħha fiż-żminijiet preżenti. Il-librerija għandha kollezzjonijiet vasti ta’ gazzetti, pubblikazzjonijiet, rapporti, dokumenti u materjal ieħor li jridu jiġu aġġornati kontinwament. Wieħed irid ukoll jaħseb għal post fejn dawn jiġu maħżuna u ppreservati bl-aħjar mod. Għal dan ilgħan, matul is-sena li għaddiet tkompla x-xogħol fuq l-estenzjoni tal-librerija. Din tikkonsisti f’kamra mdaqqsa fuq il-parti ta’ wara tal-librerija fejn bil-mod il-mod, qed jinbena dak li jissejjaħ stack għall-arkivjar ta’ materjal li ma jintużax spiss ħafna. Dan l-eżerċizzju hu kemmxejn wieħed twil u fatikuż. Jirrikjedi wkoll li ċertu sezzjonijiet jiġu organiżżati mill-ġdid.

Minbarra li tipprovdi għodda siewja għal riċerka li tinfluwenza l-kontenut talaħbar, il-librerija tagħti s-sehem tagħha fis-settur awdjoviżiv permezz taddatabase ta’ filmati li jidhru fuq Net News. Preżentament qed isir sforz biex nirkupraw mill-ħin li tlifna is-sena li għaddiet peress li kienu għaddejjin xogħolijiet tekniċi matul il-proċess ta’ bidla għas-sistema diġitali. L-indexing f’dan il-qasam reġa beda u l-prospetti jidhru pożittivi. Bħala ħaddiema tal-librerija qed inħarsu ‘l quddiem b’ottimiżmu biex flimkien malvolontiera nkomplu naġġornaw ruħna u ntejbu s-servizzi li toffri l-librerija b’ sens ta’ entużjażmu u disponibilità.

Antonella Pace

F’dak li għandu x’jaqsam ma’ riċerka, ilfunzjoni prinċipali tal-librerija hija dik ta’ news library u tilħaq l-apiċi tagħha fid- database li twaqqfet fl-1989. Din id-database hija ċ-ċavetta għal kull riċerka dwar ġrajjiet politiċi u aħbarijiet kurrenti. Primarjament id-database toffri indiċi tal-gazzetti lokali kollha u huwa stmat li sal-aħħar tas-sena 2016 ikollha madwar 950,000 referenzi. Illibrerija għandha wkoll iktar minn 600 files li huma attivi. Dawn huma maqsuma f’erba’ taqsimiet prinċipali, jiġifieri suġġetti, pajjiżi, kelliema u personalitajiet.

23


AŻAD Is-sena 2015 kienet waħda intensiva għallFondazzjoni AŻAD, minkejja l-limitazzjonijiet kbar fir-riżorsi. L-AŻAD kompliet tkabbar u tifrex il-profil tagħha fid-dinja tal-arti u l-kultura li permezz tagħha qegħda wkoll twassal messaġġ politiku ta’ inklużjoni u ta’ libertà tal-espressjoni. Ħaddmet ukoll fis-setturi ta’ edukazzjoni politika, tfassil ta’ strateġiji politiċi u promozzjoni ta’ valuri soċjali u umani Demokristjani. Bdejna b’kors ta’ taħriġ intensiv għallkandidati tal-Kunsilli Lokali u l-Elezzjoni Ġenerali. Mill-istorja tal-Partit għallħiliet neċessarji ta’ komunikazzjoni, minn tagħrif fuq il-liġijiet applikabbli għallinformazzjoni fuq il-valuri u l-prinċipji li jħaddan il-Partit Nazzjonalista. 90% minn dawk li attendew ġew eletti fl-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali ta’ Marzu 2015. Organizzajna numru ta’ attivitajiet artistiċi u kulturali. F’Marzu tellajna ‘Mara Perspettivi’, festival mill-aqwa li kien jinkludi esibizzjoni, ikkurat minn tlett artisti żgħażagħ, sensiela ta’ performances teatrali, kunċert minn studenti u diskussjonijiet. Ġew organizzati wkoll Trap-Ease Micro Theatre Events, li jinvolvu interpretazzjoni teatrali fiżika u mużikali ta’ poeżiji, kif ukoll numru ta’ Salon Events, b’kollaborazzjoni bejn Trap-Ease u l-AŻAD b’elementi ta’ letteratura mħallta ma’ diskussjoni miftuħa. It- temi kienu l-arti u l-letteratura, it-talent, il-ħiliet u l-kreattività. L-AŻAD ospitat ukoll attivitajiet filatropiċi bħal per eżempju diskussjoni u serata b’riżq Do Cambodia, attivitajiet mużikali bħal SOFAR, li hija attività internazzjonali fejn f’atmosfera mill-aktar rilassat kellna

24

performances ta’ artisti żgħar ta’ talent kbir. Minn din il-kolaborazzjoni nibtet CES (Central House Sessions), mużika moderna bil-kollaborazzjoni tal-AŻAD ġewwa t-Teatru prinċipali tad-Dar Ċentrali. L’AŻAD ospitat ukoll numru ta’ workshops b’temi politiċi tal-SDM (Studenti Demokristjani Maltin). L-AŻAD tellgħet l’esibizzjoni Valletta Streetscapes mill-fotografu Jacob Sammut u l-poeta Miriam Calleja, kif ukoll lejla letterarja ad unur ta’ Oliver Friggieri. l- AŻAD ikkollaborat mal-Ambaxxata Awstrijakka f’Malta biex ġiet imtella’ l-esibizzjoni The Boat – Great Risk – Full of Hope mill-artista Awtrijakka Dr Marta Stamenov fuq it-tema tad-destin talimmigrati fl-Ewropa u madwar id-dinja. Attività oħra tal-AŻAD b’tema ta’ promozzjoni tal-valuri soċjali Demokristjani kien il-proġett imtellà l-AŻAD minn RIMA, fejn b’forma ta’ produzzjoni teatrali ġew interpretati l-istejjer talħajja ta’ immigrati li qed jgħixu Malta. L- AŻAD kienet ukoll attiva ħafna fis-settur tat-tfassil ta’ strateġija u politika. Ġew proposti lill-Partit Nazzjonalista policies ġodda fuq it-tema tal-iżvilupp f’artijiet ODZ, sistema ġdida ta’ kuntatt kontinwu u xjentifiku għall-Partit mal-elettorat, kif ukoll narrattiva, viżjoni u politika ġdida għall-Partit f’numru ta’ oqsma mportanti għall-pajjiż. L-AŻAD kienet ukoll strumentali f’Perspettivi, proġett li permezz tiegħu qed jiġu esibiti xogħolijiet artistiċi fl-uffiċċji tal-Kap tal-Partit Nazzjonalista fil-Parlament u d-Dar Ċentrali.

David Grixti


PARTIT NAZZJONALISTA Rapport Amministrattiv | Kunsill Ġenerali 2016

Kuntatt PN L-Uffiċċju Kuntatt PN beda l-ħidma tiegħu f’Marzu 2015, fejn kien il-Kap talPN Simon Busuttil li ħabbar it-twaqqif ta’ dan l-Uffiċċju waqt laqgħa pubblika li saret il-Mosta. Dan l-Uffiċċju, li qed jitmexxa mid-deputat Robert Cutajar, għandu l-għan li jismà t-talbiet tan-nies, u każijiet ta’ inġustizzji u diskriminazzjoni li qed iseħħu taħt il-Gvern Laburista.

Biex dan l-eżerċizzju jigi ffaċilitat għarresidenti Għawdxin, il-PN ħaseb li anke f’Għawdex ikollu l-Uffiċċju tiegħu, liema Uffiċċju qiegħed jikkoordinah iddeputat Għawdxi Fredrick Azzopardi.

Dan l-Uffiċċju qed jitratta wkoll każijiet simili li setgħu seħħew taħt amministrazzjoni preċedenti bl-iskop ewlieni jkun li l-PN jitgħallem mill-iżbalji li setgħu twettqu fil-passat. Il-każijiet li qed jiġu reġistrati fl-Uffiċċju Kuntatt PN ser ikunu qed jiġu ndirizzati meta l-istess PN ikun fil-Gvern.

Wieħed jistà jagħmel kuntatt ma’ dan l-Uffiċċju permezz talemail kuntatt@pn.org.mt jew iċempel fuq 25965312/461/468.

S’issa ġew trattati aktar minn 700 każ fejn fil-maġġor parti tagħhom kienu każijiet ta’ inġustizzji u diskriminazzjoni li qed iseħħu f’dipartimenti u entitajiet governattivi. Dawn ivarjaw fost l-oħrajn minn każijiet fl-Armata, fil-Korp tal-Pulizija, fil-MEPA, fit-Transport Malta, Enemalta, fl-Awtorita tad-Djar , fl-ARMS, fil-PBS, kif ukoll f’numru ta’ dipartimenti oħra tal-Gvern.

Bil-fatti, il-PN qiegħed iwettaq il-missjoni politika ewlenija tiegħu li jaħdem viċin in-nies, għan-nies u man-nies.

Grazzi tmur lil dawk kollha li b’xi mod jew ieħor għenu fil-ħidma ta’ dan l-Uffiċċju mit-twaqqif tiegħu.

Robert Cutajar

25


Policy Fora Il-Policy Fora, li ġew imwaqqfa f’Ottubru tal-2014 qed jissodisfaw iż-żewġt irwoli ewlenin tagħhom, primarjament li jikkontribwixxu għall-pożizzjonijiet politiċi tal-Partit u li jintlaħqu iktar nies. L-għaxar Fora differenti qed jiġu ikkoordinati minn Dr Therese Comodini Cachia. Flistss ħin, kull wieħed miċ-Chairpersons maħtura stiednu persuni kompetenti fi ħdan il-qasam speċifiku tagħhom biex jikkontribwixxu, għalhekk illum, kull Forum għandu it-think tank tiegħu.

Fl-ewwel sena tagħhom, il-Fora iltaqgħu regolarment għal full day workshops u laqgħat iffokati. Kull Forum iffinalizza dokumenti fuq pożizzjonijiet politiċi dwar kwistjonijiet identifikati ta’ importanza sinifikanti fis-sitwazzjoni soċjo-ekonomika tal-pajjiż. Dawn l-istess dokumenti ġew imbagħad ippreżentati lit-tmexxija tal-Partit. Il-Fora organizzaw ukoll programm annwali ta’ workshops li jlaqqgħu flimkien partijiet interessati biex jiġu diskussi temi partikolari.

Laqgħat regolari jiggarantixxu riċerka fil-fond ta’ policies preċedenti u attwali, u jipproponu soluzzjonijiet. Il-Fergħat kollha tal-Partit ġew mistiedna sabiex jikkontribwixxu ideat, proposti u ħidma mal-Policy Fora. Xi Fergħat, bħall-FPPN wettqu wkoll programmi konġunti, bħas-Sotto-Kumitat tal-Edukazzjoni.

Il-Fora jkomplu jikkontribwixxu lejn l-attivitajiet tal-Partit, bħall-Konvenzjoni Ġenerali, laqgħat settorjali, u diskussjonijiet ma’ partijiet interessati biex jintlaħaq settur ikbar tal-popolazzjoni, kif ukoll qed issir ħidma biex jiġu żviluppati ittieni sett ta’ proposti politiċi li għandhom jiġu ppreżentati lit-tmexxija tal-Partit.

Therese Comodini Cachia

26


27


Moviment Żgħażagħ Partit Nazzjonalista (MŻPN) Introduzzjoni F’dawn is-sentejn il-ħidma tal-MŻPN iffukat dwar tiġdid sħiħ u li nfittxu lilna nfusna bħala skop fi ħdan Partit li kien għadu ħiereġ minn telfa elettorali. Media Fil-bidu ta’ dan it-terminu tal-eżekuttiv, inħass il-bżonn li jsir re-branding totali tal-MŻPN. Għalhekk saret kompetizzjoni biex jintgħażel logo ġdid u tinfetaħ Facebook page ġdida tal-MŻPN. Kampanji Elettorali Malli dan l-eżekuttiv ġie elett, sab ruħu f’kampanja elettorali tal-Parlament Ewropew. Fis-sena 2015 kien hemm ukoll l-elezzjonijiet tal-kunsilli lokali. L-MŻPN avviċċina u ressaq numru kbir ta’ kandidati. L-MŻPN ingħata l-inkarigu li kellu jagħmel kampanja sħiħa bl-isem #BeTheChange. New Voters Ingħaqad kumitat ta’ new voters li kien jikkonsisti minn numru ġmielu ta’ żgħażagħ li ħa jkunu qedgħin jivuttaw għallewwel darba fl-elezzjoni ġenerali li ġejja. Indipendenza Fl-2014 tħejjiet produzzjoni minn grupp ta’ żgħażagħ ġodda mill-MCAST dwar il50 sena anniversarju tal-Indipendenza. Fl-2015 l-MŻPN reġà ngħata l-ispazju li jarma l-bar ewlieni u stand waqt dawn il-festi.

Attivajiet Soċjali Oħra Boat Party Fl-aħħar sentejn saru żewġ boat parties annwali tal-MŻPN. L-MŻPN organizza wkoll diversi attivitajiet oħra. Preżenza fl-Attivitajiet u Organi talPartit L-MŻPN kien konsistenti fil-preżenza tiegħu tul il-kalendarju ta’ attivitajiet talPartit. Kien preżenti f’kull Kunsill Ġenerali u Konvenzjoni Ġenerali li ġie organizzat. Involviment fuq livell Internazzjonali Waqt dan it-terminu, l-Uffiċċju Internazzjonali ħadem biex inżommu relazzjoni posittiva ma’ għaqdiet oħra taż-żgħażagħ f’Partiti li għandhom l-istess ideoloġija tagħna. Responsabbilta’ Soċjali Din is-sena għall-ewwel darba l-MŻPN ħadet sehem fl-inizjattiva ta’ Solidaritree. L-MŻPN nediet ukoll il-kampanja Lend-A-Hand. Policy Riforma tad-Droga L-MŻPN inkariga ruħu f’isem ilPartit illi jmexxi l-konsultazzjoni fuq ir-riforma fil-liġi tad-droga. Konsultazzjoni / Politika Oħra Ġew organizzati diversi attivitajiet oħra ta’ konsultazzjoni. Konklużjoni Dawn kienu sentejn ta’ ħidma sfieqa, sabiex jitħejja qafas b’saħħtu għallMŻPN li jrid jakkumpanja l-Partit sal-elezzjoni ġenerali li jmiss.

28


PARTIT NAZZJONALISTA Rapport Amministrattiv | Kunsill Ġenerali 2016

Moviment Nisa Partit Nazzjonalista (MNPN) Il-Moviment Nisa Partit Nazzjonalista ltaqà regolarment mill-anqas darba f’xahar, minbarra laqgħat li saru mal-MEPs nisa talPN, kif ukoll laqgħat ma’ Rosette Thake wara li ġiet eletta Segretarju Ġenerali tal-Partit.

F’Marzu tal-2015, fl-okkażżjoni ta’ Jum ilMara, ġewwa l-Lukanda Excelsior, għamilna diskussjoni dwar is-Saħħa tal-Mara fejn ġie diskuss il-potenzjal u l-empowerment tal-mara fis-soċjetà ta’ llum.

Bejn Jannar u Marzu 2015 saru 12-il laqgħa fil-Kazini tal-PN, fejn stedinna lillkandidati kollha għall-elezzjonijiet talKunsilli Lokali. Saru 10 laqgħat f’Malta u 2 f’Għawdex biex b’hekk koprejna l-34 lokalità fejn kien hemm l-elezzjoni.

Il-President attendiet diversi laqgħat mad-deputati Claudette Buttigieg, Jason Azzoppardi u Clyde Puli, flimkien mal-FOIPN dwar l-Embryo Protection Act u l-Proposti tal-Embryo Freezing li saru minn partitarji Laburisti.

Wara li l-MNPN reġa għamel kuntatti mal-EUW u l-EPP, il-President u s-Segretarju Internazzjonali attendew diversi laqgħat fi Brussels, il-Germanja, f’Żagabrija u Varsavja, mingħajr qatt ma ntużaw fondi tal-Fergħa.

Il-Moviment ħejja diversi press releases li dehru u nstemgħu fil-media tal-Partit, ħadu sehem jew mexxew programmi fuq Radio 101 u Net TV, u kitbu artikli għall-gazzetti. Il-paġna tal-Facebook tal-MNPN tiġi aġġornata regolarment, kemm biex tingħata informazzjoni dwar l-attivitajiet tal-MNPN, kif ukoll biex twassal il-messaġġi tal-Partit u jsiru osservazzjonijiet dwar ġrajjiet kurrenti.

F’Ġunju 2015, is-Summer Academy talEPPW saret ġewwa Malta. Dan kien proġett ta’ livell internazzjonali fejn ilqajna ġewwa pajjiżna 50 membru mara mill-Ewropa kollha. Din is-Summer Academy bit-tema ‘Europe’s Digital Agenda’ kienet tittratta fuq l-iżvilupp diġitali u t-tkabbir ekonomiku ġewwa l-Ewropa. Aħna kburin li konna parti minn dan l-avveniment storiku li kien esklussivament kollu f’isem l-MNPN u li ġie mfaħħar bil-kbir anke fin-Newsletter tal-EPPW li toħroġ minn Brussell.

Saru wkoll attivitajiet soċjali bħall-ħarġiet f’Għawdex u pasta night u ħadna ħsieb ilbar fid-Dar Ċentrali f’diversi okkażjonijiet biex stajna ngħaddu lill-Partit f’dawn l-aħħar sentejn is-somma ta’ €7,300.

Minn Ottubru li għadda bdejna sensiela ta’ laqgħat bil-kollaborazzjoni tal-kumitati Sezzjonali: f’Santa Venera dwar ilPensjonjiet, f’Ħaż-Żabbar dwar is-Servizzi Soċjali u fin-Naxxar dwar is-Saħħa. Bħala main speakers stedinna diversi deputati tal-PN, kif ukoll nies li ħadmu jew jaħdmu fil-qasam speċifiku li kien qed ikun diskuss, anke nies mhumiex Partitarji. Fi Frar saret oħra f’San Ġwann dwar l-Ekonomija.

29


Solidarjetà Ħaddiema Partit Nazzjonalista (SHPN) L-Għan prinċipali tal-Fergħa tal-SHPN hi li taħdem għall-interess tal-ħaddiema. F’dawn l-aħħar sentejn u nofs dan attwajnieh aktar mis- snin ta’ qabel, dan għall-fatt li ħafna ħaddiema minħabba l-kulur politiku tagħhom ġew diskriminati u mwarrba, hekk kif il-Partit Laburista telà fil-Gvern. Aħna ġejna avviċinati minn diversi ħaddiema u għamilna sensiela ta’ laqgħat magħhom. Dawn ġew minn kull qasam u settur, l-aktar mis-settur pubbliku, kif ukoll minn dak privat.

Ħloqna Customer Care Unit b’mobile number u e-mail address tal-SHPN fejn wieħed jistà jagħmel kuntatt dirett magħna. Isir reklamar fuq il-gazzetti tal-Partit. Kellna feedback tajjeb u inkoraġġanti. Bis-saħħa t’hekk iltqajna ma’ ħafna ħaddiema li fetħu qalbhom magħna. Għamilna flyer fejn spjegajna x’inhu r-rwol tagħna bħala SHPN u kif nistgħu nkunu ta’ kontribut u għajnuna għall-ħaddiema. Dan il-flyer kien parti millproġett tagħna fejn tidħol il-customer care.

Ghal dawn il-laqgħat kellna magħna lid-diversi shadow ministers u membri parlamentari li semgħu l-ilmenti u l-weġgħat ta’ dawn il-ħaddiema. Dawn ilħaddiema ngħataw pariri u struzzjonijiet kif l-aħjar li jaġixxu fiċ-ċirkustanzi preżenti.

Għas-sena 2015 għamilna Konferenza Nazzjonali bit-tema ‘Drittijiet Bla’ Biża’ – din kienet tifforma parti mill-Festi talIndipendenza 2015. It-tlett temi kienu: ilPrekarjat, Drittijiet tal-Ħaddiema u r-Rwol talUnions u Impjiegi - iva, imma x’tip ta’ impjiegi? Dawn il-Konferenzi qegħdin fuq l-agenda tagħna għas-snin li ġejjin għax bihom qed nagħtu widen għal ħafna ħaddiema.

Wara dawn il-laqgħat ridna nsemmgħu leħinna biex nuru solidarjetà ma’ dawn ilħaddiema u għalhekk ħriġna sensiela ta’ madwar 40 press release fuq il-mezzi taxxandir. Ħriġna artikli fil-gazzetti, għamilna sensiela ta’ PQ’s, konna mistiedna fuq programmi televiżivi u tar-radju biex inkunu aħna l-vuċi ta’ dawn il-ħaddiema. Ridna nsemmgħu leħinna wkoll fuq issocial media u tnediet il-Facebook page tal-SHPN, b’hekk stajna nilħqu kemm jistà jkun ħaddiema minn kull settur. Appuntajna tlett Konsulenti - Dr. Therese Comodini Cachia, Dr. Roselyn Borg Knight u s-Sur Gejtu Vella – minn hawn nieħdu l-opportunità biex nirringrazzjawhom tas-sapport, tal-pariri siewja tagħhom kif ukoll għall-attenzjoni li taw għal kull każ li ressaqnielhom. L-istess ringrazzjament imur ukoll għal dawk ix-shadow ministers u membri parlamentari li kull meta kellna bżonn l-għajnuna tagħhom dejjem sibnihom hemm għall-ħaddiema Maltin u Għawdxin.

30

Biex dejjem nipproteġu l-biżgħat ta’ ħafna ħaddiema, sfortunatament l-SHPN ma tantx tinstemà, jew ejja ngħidu ma tinstemax kemm għandha tinstemà, pero’ nistà nassigurakom li taħdem ħafna u prova ta’ dan ix-xogħol kollu huwa dokument b’60 proposta li qed naħdmu fuqu bħalissa. L-SHPN hija l-vuċi tal-ħaddiema u qegħda hemm biex tkompli tismà, tgħin u taħdem fl-interess tagħhom. Aħna l-Partit li dejjem iġġenera postijiet tax-xogħol u li dejjem ta lill-ħaddiem id-dinjità tiegħu. U aħna bħala SHPN ħa nkomplu naħdmu flimkien mal-Kap tagħna Dr Simon Busuttil, mat-tmexxija, mal-Fergħat u l-Kumitati Sezzjonali kollha biex naraw li l-ħaddiem jieħu dak li jimmerita lilu bl-aktar mod ġust.


PARTIT NAZZJONALISTA Rapport Amministrattiv | Kunsill Ġenerali 2016

Assoċjazzjoni Pensjonanti Anzjani Nazzjonalisti (APAN) Waqt l-ewwel laqgħa tal-Eżekuttiv talAPAN li saret fil-5 ta’ Marzu 2014, saru l-elezzjonijiet għall-kumitat il-ġdid. Flistess laqgħa ġew appuntati tlett membri fuq il-Kumitat Eżekuttiv tal-Partit, fosthom il-President Dr H. Messina Ferrante bħala ex officio, li huwa wkoll rappreżentant ex officio fuq il-Kunsill Amministrattiv. Huwa jirrapreżenta wkoll l-APAN fuq il-Kunsill Nazzjonali Anzjani (K.N.A). Fil-laqgħa tat-2 t’April 2014, ġie jkellimna is-Segratarju Ġenerali Dr Chris Said, fejn huwa spjega s-sitwazzjoni finanzjarja prekarja li jinsab fiha l-Partit, u li għaldaqstant, id-dħul kollu millattivitajiet għandu jmur għall-Partit. Matul is-sena 2015, il-kumitat iddeċieda li jinħolqu karigi ġodda ta’ Presidenti Onorarji, li fihom ġew maħtura l-eks mexxejja tal-Partit, ilPresident Emeritus Dr Eddie Fenech Adami u l-Onor. Dr Lawrence Gonzi. F’Marzu tal-2015 saret żjara ta’ korteżija lill-Eċċellenza Tagħha l-President ta’ Malta Marie Louise Coleiro Preca. Fiha ddiskutejna l-problemi ta’ faqar u l-abbuż fuq l-anzjani. Finalment ilPresident stiednet lill-membri tagħna jżuru l-Palazz. Il-President Dr Herbert Messina Ferrante rringrazzja lili-President tal-laqgħa kordjali u tal-invit għazżjara li l-APAN bi ħsiebu jorganizza filfutur. Ippreżentalha wkoll donazzjoni ta’ €300 għall-Community Chest Fund.

F’Awissu 2015, permezz tal-ħidma kontinwa tal-kumitat, irnexxielna nħallsu l-kont kollu li l-Partit kellu ma’ F. S. Portelli. Iddiskutejna dwar xi programmi li nistgħu nieħdu parti fihom fuq it-TV u radju. Il-kelliema kellhom jikkoordinaw bejniethom dwar l-għażla tas-suġġetti. F’Ottubru tal-2015, ħames rappreżentanti tal-APAN marru Ċipru biex jattendu Konferenza Internazzjonali tal-Anzjani, fis-South Regional Conference. Waqt din il-konferenza l-President għamel preżentazzjoni dwar l-abbuż mal-anzjani. Din ġiet milqugħa tajjeb minn dawk kollha preżenti. Fil-laqgħa tat-2 ta’ Diċembru 2015, ġiet tkellimna s-Segretarju Ġenerali tal-Partit Ms Rosette Thake. Ħeġġitna ningħaqdu f’organizazzjonijiet varji biex ikollna ċans nisimgħu u nilħqu iktar nies. Fl-ewwel laqgħa ta’ Jannar 2016 sar riċevement żgħir bħala rikonoxximent għall-helpers. Għalkemm in-numru ta’ helpers naqas, qegħdin nagħmlu minn kollox biex inħeġġu iktar nies jingħaqdu magħna, kemm fl-għajnuna u kemm fl-attivitajiet li jiġu organizzati.

31


Forum Negozji Żgħar u Medji tal-Partit Nazzjonalista (FSMEsPN)

Il-Forum tal-intrapriżi żgħar u medji (FSMEPN) ġie ffurmat nhar it-28 ta’ Marzu 2014. Il-Forum hu kompost minn 15-il membru kollha ġejjin minn setturi differenti tan-negozju. Matul dawn issentejn xi membri tal-eżekuttiv inbidlu, peress li kien hemm min irriżenja minħabba raġunijiet personali. F’ Jannar tal-2015 Andre Grech, li kien ilViċi President, inħatar bħala President wara r-riżenja ta’ Ivan Bartolo, b’Anthony Sammut jinħatar bħala Viċi President, Cedric Valletta nħatar bħala teżorier wara ir-riżenja ta’ Connie Sullivan. Marie Claire Zammit baqgħet isservi bħala Segratarja. Il-Forum, li l’għan tiegħu hu li jkun il-vuċi tan-negozjanti Maltin, għamel diversi laqgħat ma’ mprendituri permezz talmembri tiegħu. F’dawn il-laqgħat smajna dwar l’opportunitajiet u l-problemi li qed iħabbtu wiċċhom magħhom innegozjanti Maltin. Smajna dwar innuqqas ta’ bejgħ fis-settur tar-retail, ilproblema tal-cash flow li qiegħda dejjem tikber, kemm il-prezzijiet għoljin tal- fuel u tal-enerġija tal-fuel qed jaffettwaw il-kompetittività u l-mod ta’ kif qed jingħataw it-tenders pubbliċi. Barra dawn il-laqgħat, ġew ukoll organizzati mixjiet fit-toroq fejn flimkien mal-Kap iltqajna ma’ diversi ħwienet f’ġurnata waħda. Smajna wkoll li ċertu setturi sejrin tajjeb ħafna, speċjalment dawk talkostruzzjoni, tat-turiżmu u tal-catering.

32

Biex inżommu kuntatt kontinwu man-negozjanti Maltin, il-Forum ħejja Facebook page fejn illum għandna madwar elf membru. Saru diversi laqgħat mat-tmexxija tal-PN u ma’ Unions u Stakeholders li għandhom l-interess tal-intrapriżi Maltin bħal GRTU, MACM, MEA, Malta Developers Assosciation u l-Gozo Business Chamber. Il-Forum iltaqà 16-il darba formalment flimkien ma’ diversi laqgħat informali fejn ġiet diskussa l- loġistika u l-parteċipazzjoni tal-membri f’attivatjiet li l-Forum organizza jew ipparteċipa.


PARTIT NAZZJONALISTA Rapport Amministrattiv | Kunsill Ġenerali 2016

Kulleġġ Kunsillera Lokali tal-Partit Nazzjonalista (KKLPN) L-Eżekuttiv

tal-KKLPN

iltaqà

diversi

l-fondi

allokati

lill-Kunsilli

Lokali.

Il-

drabi matul l-aħħar sena sabiex jiddiskuti suġġetti relatati mal-kunsilli lokali. Flimkien

KKLPN kien ukoll kontinwament joħroġ press releases b’ideat innovattivi u jagħti

ma’ l-Onor. David Agius, il-Kelliem għallOppożizzjoni għall-Kunsilli Lokali Żgħażagħ

soluzzjoni għal diversi problemi li kienu jgħaddu minnhom il-kunsilliera lokali.

u Sports saret ħidma mifruxa fuq diversi oqsma kemm fejn tidħol il-politika dwar il-kunsilli lokali għall-elezzjoni Saru diversi għall-minority għall-kunsilliera

kif

ukoll preparazzjoni tal-kunsilli lokali.

laqgħat leaders lokali

għas-sindki, kif ukoll kollha.

Il-KKLPN kien strumentali biex jidentifika l-kandidati tal-Partit Nazzjonalista għallelezzjonijiet tal-Kumitat Amministrattivi tal-2013. Il-KKLPN ħadem id f’id malKummissjoni Kandidati biex jidentifika l-aqwa kandidati possibbli fi żmien qasir. IlKKLPN ħa ħsieb ukoll li jiġi kreati materjal li jiġi jitqassam bieb bieb kull fejn kien hemm elezzjoni tal-Kumitat Amministrattiv. F’nofs is-sajf tal-2014, bdiet ħidma biex ilPartit isib kandidati għal dawn l-elezzjonijiet. Anke jekk il-Gvern kien tefà dell fuq dawn l-istess laqgħat li setgħu ma jseħħux. Minnaħa tal- KKLPN kien isir kuntatt ma’ dawn il-kandidati biex isirilhom appuntament mal-Kummissjoni Għażla Kandidati. Il-KKLPN kien strumentali fejn jidħlu press releases fil-qasam tal-kunsilli lokali fejn meta kien hemm bżonn saret kritika diretta lill-Gvern, fost oħrajn biex jiżdiedu

Fl-2015 il-KKLPN kien jippreżenta programm fuq Radio 101 kull nhar ta’ Ġimgħa filgħaxija. Dan il-programm kien waqt il-kampanja tal-kunsilli lokali, għalhekk setgħu jsemmgħu leħinhom il-kandidati kollha li kienu approvati għal din l-elezzjoni. Fl-aħħar terz tal-2015, il-KKLPN iddeċiedali jibdà jiltaqà mal-kunsilliera lokali kollha b’mod distrettwali, biex b’hekk f’kull laqgħa ikun qiegħed jltaqà ma’ kunsilliera li jiġu minn distrett partikolari. Dawn illaqgħat bdew f’Novembru fejn il-KKLPN iltaqà mal-kunsilliera lokali f’Ghawdex ġewwa Sannat. Din il-laqgħa kienet ta’ suċċess fejn kien hemm attendenza ta’ 80% tal-kunsilliera lokali Għawdxin. Tul ix-xhur komplew isiru dawn il-laqgħat ġewwa Malta. Il-KKLPN huwa determinat li jibqà jorganizza dawn il-laqgħat biex jibqà dejjem viċin il-kunsilliera lokali tal-PN. Wara li f’nofs l-2015 saru l-elezzjonijiet tal-Eżekuttiv tal-Partit Nazzjonalista, fejn il-President Graziella Galea u s-Segretarju Amanda Abela ta’ dan il-Kulleġġ ġew eletti, dawn iż-żewġ karigi ġew vakati u mtlew minn Alan Abela Wadge bħala President u Pierre Portelli bħala Segretarju.

33


Forum Opportunitajiet Indaqs Partit Nazzjonalista (FOIPN) L-għan tal-FOIPN huwa li jiġġieled iddiskriminazzjoni, jassigura opportunitajiet indaqs lil kulħadd u jagħti vuċi għallkawżi in konnessjoni ma’ dawn il-kunċetti. Għaldaqstant, l-FOIPN huwa mqassam f’erbà sotto kumitati (Diżabilità, Razza u Reliġjon, Età u Orjentazzjoni Sesswali u Identità tal-Ġeneru) u kull kumitat kellu pjan ta’ ħidma individwali matul is-sena 2015. Fost l-attivitajiet prinċipali li ġew organizzati u / jew kien impenjat fihom l-Forum, insemmu:

1. Fi Frar 2015, Seminar mill-MGRM għall-uffiċjali tal-Partit dwar temi relevanti mal-LGBTI; 2. F’April 2015, attività soċjokulturali għal-LGBTI, flokkażżjoni ta’ Pride Month; 3. F’Mejju fil-mixja

2015, parteċipazzjoni Pride March;

4. F’Lulju 2015, għall-komunità

it-tieni Iftar Musulmana;

5. F’Lulju 2015, ressaqna proposta lil Therese Comodini Cachia u George Pullicino biex l-Edukazzjoni Fiżika tkun aċċessibbli għall-persuni b’diżabilità; 6. F’Settembru / Ottubru 2015, ilForum ġie kkommissjonat mill-Kap biex imexxi studju fuq l-Embryo Freezing, u wara diversi laqgħat, ippreżentajna Evaluation Paper; 7. F’Ottubru 2015, il-Forum ingħata programm fuq Radio 101, ‘Opportunajiet Indaqs’, darba filġimgħa sa Ġunju 2016, dan sabiex inkomplu niżviluppaw il-kuntatt, 34

kif ukoll inwasslu l-vuċi ta’ dawk li għandhom nuqqasijiet, u b’hekk jasal ukoll il-messaġġ għall-ħolqien ta’ soċjetà aktar ġusta u inklussiva; il-programm iservi ukoll bħala eżerċizzju ta’ ġbir ta’ informazzjoni diretta li naqsmuha mal-Partit biex nipproponu policies soċjali reali; 8. F’Ottubru Konferenza

2015, it-tieni tad-Diżabilità;

9. F’Novembru 2015, Inter-Faith Conference 10. F’Novembru Konferenza

l-ewwel f’Malta; 2015, LGBTIQ;

11. F’Diċembru 2015, fl-okkażżjoni ta’ Jum id-Diżabilità, ressaqna proposta f’isem il-kunsilli lokali kollha biex il-Pelican Lights isiru aċċessibbli għallpersuni neqsin mid-dawl; 12. F’Diċembru 2015, fl-okkażżjoni ta’ Disability Week, għamilna mixja simbolika fil-Belt Valletta.

Ta’ min isemmi wkoll li l-FOIPN għandha żewġ rappreżentanti fuq il-Kunsill KonsultattivLGBTItal-Gvernlijipparteċipaw f’laqgħat li jsiru b’mod regolari. Madanakollu, pari passu ma’ dawn l-attivitajiet, il-kuntatt ma’ diversi għaqdiet u NGOs baqà, u jibqà jkun, il-qofol tax-xogħol li jsir mill-FOIPN biex irriżultat tagħna jkun wieħed effettiv u ta’ suċċess, għax ikun jirrifletti dak li tassew qed iseħħ f’diversi setturi soċjali.


PARTIT NAZZJONALISTA Rapport Amministrattiv | Kunsill Ġenerali 2016

Forum Professjonisti tal-Partit Nazzjonalista (FPPN) Il Forum kompla jaħdem permezz tas-sotto kumitati tiegħu li fihom sar xi tibdil sabiex dawn ikunu jistgħu jilħqu aħjar l-iskop tagħhom. Is-sotto kumitati attivi huma : 1.

Is-sotto kumitat tas-servizzi finanzjarji li jinkludi accountants u awdituri;

2.

Is-sotto kumitat li jinkludi nies bankarja u

tal-bankiera mill-industrija ekonomisti;

3.

Is-sotto kumitat tal-edukazzjoni li jinkludi professuri, għalliema u LSAs;

4.

Is-sotto kumitat tas-servizzi tas-saħħa li jinkludi tobba, fiżjoterapisti, infermiera u spiżjara;

5.

Is-sotto kumitat tal-ambjent mibni u l-enerġija li tinkludi periti, civil engineers, land surveyors u nies kwalifikati fil-qasam tal-enerġija;

6.

Is-sotto kumitat tal-avukati u li jinkludi l-avukati u l-prokuraturi legali;

7.

Is-sotto li

8.

Is-sotto kumitat tal-IT u inġinerija;

9.

Is-sotto kumitat tal-marketing li jinkludi nies speċjalizzati filmarketing sabiex dan is-sotto kumitat iservi ta think tank u jagħti ideeat ta’ marketing lill-Partit Nazzjonalista.

kumitat jinkludi

notarili n-nutara;

Kellna diversi laqgħat max-shadow ministers (qabel ir-reshuffle), kif ukoll mat-tmexxija tal-Partit. Ġew ippublikati wkoll diversi stqarrijiet fejn inħass li azzjonijiet tal-Gvern kienu qed ikollhom inpatt negattiv fuq xi professjoni partikolari. Organizzajna fund raising li kkonsista f’gala dinner ġewwa l-Grand Hotel Excelsior nhar is-Sibt 28 ta’ Frar. Waqt l-attività attenda l-Kap tal-Partit flimkien ma’ numru mid-deputati. Organizzajna taħriġ f’public speaking ġewwa d-Dar Ċentrali nhar il-Ġimgħa 5 ta’ Ġunju li kien miftuħ għall-pubbliku, speċjalment lill-membri tal-Forum. Dan sar f’kollaborazzjoni ma’ Toast Masters li minn naħa tagħhom għamlu numru ta’ preżentazzjonijiet. Saret ukoll sessjoni ta’ networking fejn tqassmu té, kafé u xi ikel. Organizzajna fund raising li kkonsista f’barbecue ġewwa l-Hotel Phoenicia nhar is-Sibt l-1 ta’ Awwissu. Waqt l-attività attenda l-Kap tal-Partit flimkien malViċi Kap għall-Affarijiet Parlamentari. Ġew organizzati sensiela ta’ workshops fil-qasam edukattiv f’kollaborazzjoni max-shadow minister u l-kelliem taledukazzjoni. L-ewwel wieħed sar fid29 ta’ Jannar 2016 u tkomplew fit-12 u s-26 ta’ Frar u 11 ta’ Marzu. L-għan ta’ dawn il-workshops hu li jinġabru diversi suġġerimenti mingħand persuni attivi fissettur dwar x’jistà jsir biex dan jiġi mtejjeb.

35


Kulleġġ Kandidati tal-Partit Nazzjonalista (KKPN) Wara li f’Kunsill Ġenerali msejjaħ filbidu tal-2014, il-Partit Nazzjonalista approva numru ta’ emendi għall-istatut, fosthom it-twaqqif tal-Kulleġġ Kandidati, dan il-Kulleġġ beda jiltaqà formalment f’Awwissu 2014, bl-ewwel laqgħa tkun indirizzata mill-Kap tal-Partit Dr Simon Busuttil. F’din il-laqgħa l-Kap spjega dawk li għandhom ikunu l-għanijiet u prinċipji ewlenin li għandhom jiggwidaw lil dan il-Kulleġġ fil-ħidma tiegħu. Inħatru wkoll l-uffiċjali kollha tal-Kulleġġ, fosthom Noel Galea bħala President, Malcolm Mifsud bħala Viċi-President u David Vassallo bħala Segretarju.

Il-membri l-oħra tal-kumitat tat-tmexxija tal-Kulleġġ li attendew l-ewwel laqgħa kienu: Giorgio Schembri, Charles Selvaggi, Ian Spiteri u Evelyn Vella Brincat. Fl-istess laqgħa, intagħżlu wkoll ir-rappreżentanti tal-Kulleġġ fil-Kumitat Eżekuttiv tal-Partit. L-ewwel żewġ prijoritajiet li fuqhom ħadem il-Kulleġġ fl-ewwel xhur mit-twaqqif tiegħu kienu: - Li jsir kuntatt mal-kandidati li kkontestaw l-aħħar Elezzjoni Ġenerali u ma ġewx eletti biex jiġi diskuss l-interess u l-involviment tagħhom fil-Partit; u - Li jistabbilixxi pjan ta’ ħidma għas-snin li ġejjin, ibbażat fuq l-għanijiet li għalihom twaqqaf. Il-Kulleġġ Kandidati ddedika numru ta’ laqgħat biex jiddiskuti b’mod dettaljat dawk li għandhom ikunu l-prijoritajiet fix-xhur li ġejjin. Fost dawn issemmew: - L-importanza ta’ training kontinwu f’diversi oqsma (kemm politiċi 36

b’temi speċifiċi kif ukoll ta’ natura ġenerali) lil dawk li jkunu ġew approvati bħala kandidati; - Il-ħidma biex, anke permezz tal-media u l-istrutturi talPartit, il-kandidati jkunu magħrufa man-nies; u - Li jkun hemm input kontinwu ta’ ideat li eventwalment jintużaw fil-formolazzjoni tal-programm elettorali għall-elezzjoni ġenerali. F’Settembru 2014, il-Kulleġġ laqà tnaxil kandidat ġdid li l-Partit Nazzjonalista approva u ħabbar b’mod uffiċjali waqt il-Festi tal-Indipendenza. Dan il-grupp ta’ kandidati, sitta rġiel u sitta nisa, kienet l-ewwel darba li partit politiku ppreżenta grupp ta’ kandidati li jirrispetta b’mod sħiħ l-ugwaljanza bejn is-sessi. F’Diċembru 2014, il-Kulleġġ ipparteċipa fil-Maratona Ġbir ta’ Fondi b’risq il-Partit. F’Jannar 2015, il-Kulleġġ laqà wieħed u għoxrin kandidat ieħor li l-Partit approva b’mod uffiċjali għall-elezzjoni ġenerali li jmiss. Fl-istess ħin, sellem u rringrazzja lil Dr Malcolm Mifsud li ddeċieda li ma jikkontestax l-elezzjoni ġenerali u allura ma baqax membru tal-Kulleġġ. Minfloku nħatar Kevin Cutajar bħala Viċi-President. Ukoll, Albert Buttigieg beda jifforma parti mill-kumitat ta’ tmexxija tal-Kulleġġ.

Fi Frar 2015, il-Kulleġġ Kandidati ħareġ stqarrija fejn wera s-sodisfazzjon tiegħu għas-sentenza li l-Prim’Awla tal-Qorti Ċivili tat fir-rigward tar-riżultat talElezzjoni Ġenerali 2013 u li permezz tagħha l-Partit Nazzjonalista ngħata rimedju ta’ żieda ta’ żewġ deputati oħra filParlament wara żball li sar waqt l-għadd tal-voti tal-Elezzjoni Ġenerali tal-2013.


PARTIT NAZZJONALISTA Rapport Amministrattiv | Kunsill Ġenerali 2016

Kulleġġ tal-eks Deputati tal-Partit Nazzjonalista (KEDPN) Il-Kumitat organizza żewġ laqgħat għall-membri bl-aġenda prinċipali dik tal-Budget 2015 u l-qagħda politika. L-attendenza kienet diżappuntanti. Fuq talba tas-Segretarju Ġenerali talPN, il-Kulleġġ sponsorja l-arretrati ta’ eks-impjegata tal-Partit billi inġabret issomma indikata mis-Segretarju Ġenerali. Il-Kulleġġ ħa sehem fil-programm talFesti Kommemorattivi tal-Indipendenza 2014 permezz ta’ żewġ attivitajiet. 1. Ħriġna sett ta’ bolli personalizzati li jikkonsistu fil-kartolina kommemorattiva ittimbrata millMaltaPost u cover iffirmata mill-Kap tal-Partit. Din il-ħidma kienet suċċess kemm mill-aspett finanzjarju għallPartit, u speċjalment minn dak ta’ tifkira dejjiema tal-50 Anniversarju tal-Indipendenza ta’ Malta; 2. Ġbarna firem ta’ Maltin u Għawdxin waqt il-jiem taċ-ċelebrazzjoni fuq il-Fosos bħala impenn favur il-valuri politiċi li inkisbu bl-Indipendenza u li bħalissa jinsabu f’periklu li jiġu imdgħajfa bħalma huma drittijiet għallibertà, informazzjoni, governanza nadifa, u ħajja demokratika. Il-Kulleġġ ħa sehem fil-Maratona Ġbir ta’ Fondi tal-Milied 2014 permezz ta’ wirja tal-istorja politika tal-PN b’ritratti miżmumin fl-arkivji talFondazzjoni Fortunato u Enrico Mizzi. Ġiet organizzata attività soċjali filMilied 2014 għall-membri tal-Kulleġġ patroċinata minn Dr Simon Busuttil, Kap tal-PN u s-Sinjorina Kristina Chetcuti. Awissu 2015: Ġiet organizzata attività soċjali għall-membri permezz ta’ pasta night.

Misraħ il-Milied 2015: il-ġabra tal-Kulleġġ mill-membri telgħet għal 1350 ewro li ġew ippreżentati waqt il-Maratona Milied 2015. Bħala parti miċ-ċelebrazzjoni tal-135 Anniversarju mit-Twaqqif tal-PN, il-Kulleġġ tagħna, flimkien mal-Fondazzjoni Fortunato u Enrico Mizzi, organizza tlett attivitajiet dwar l-istorja tal-Partit. Dawn kienu: 1 Ktejjeb dwar li storja tal-PN li tqassam mal-gazzetta Il-Mument fil-ħarġa tal-Ħadd, 25 ta’ Ottubru 2015, editjat minn Richard Muscat. Ġew inklużi artikli dwar aspetti tal- istorja tal-PN minn awturi magħrufin bħal Henry Frendo, Joe Pirotta, Joseph Cassar (Segretarju Ġenerali tal-Kulleġġ) u Oliver Friggieri; 2 Ottubru 2015, ġo Strada Zekka, Valletta, saret serata kommemorattiva li ġiet organizzata fid-dar li fiha għex u miet Fortunato Mizzi, fundatur u l-ewwel Kap tal-Partit. Din kienet l-ewwel darba li saret attività f’din id-dar storika. Prof. Henry Frendo kien il-kelliem ewlieni, u tkellmu wkoll Richard Muscat u Joseph Cassar. Dr Simon Busuttil, Kap talPN, għamel messaġġ tal-għeluq; 3 Novembru 2015, fil-Grand Hotel, Mġarr: F’din is-serata kommemorattiva tkellem Mons. Joe Bezzina, storiku, li tkellem dwar l-għeruq talPN u Għawdex. Tkellmu wkoll Joe Chircop u Richard Muscat. Għalaq Dr Simon Busuttil Kap tal-PN. F’din is-serata tqassmu kopji stampati tal-petizzjoni lil Fortunato Mizzi mill-Għawdxin bid-data tal-15 t’ Awissu 1890.

37


Kumitat Reġjonali Għawdex Il-Kumitat Reġjonali Għawdex jiltaqà b’mod regolari sabiex jikkordina l-ħidma tal-PN ġewwa Għawdex. Il-membri talKumitat Reġjonali li ġew eletti f’Ġunju tal-2014 minn fost it-tesserati talPN Għawdxin, u liema elezzjoni saret l-ewwel darba fi ħdan il-PN huma: 1. Is-Sur

Joe

Chircop

President

2. Is-Sur Brian Azzopardi Viċi President 3. Is-Sur Paul Buttigieg – Segretarju 4. Is-Sur Assistent

Paul

Dimech – Segretarju

5. Is-Sur Joseph Sultana – Kaxxier 6. Is-Sur Mark Attard – Viċi Kaxxier 7. Is-Sinjorina Rachel Azzopardi – PRO

Il-laqgħat tal-Kumitat Reġjonali jsiru regolarment kull ħmistax. Fost il-ħidma mwettqa mill-Kumitat Reġjonali għal Għawdex insibu: 1. Koordinament tal-ħidma talKumitati Sezzjonali kollha Għawdxin; 2. Koordinament tal-ħidma fost is-sindki, kunsilliera u membri tal-kumitati amministrattivi tal-kunsilli lokali Għawdxin; 3. Organizzazzjoni ta’ seminars li jolqtu b’mod dirett lil Għawdex u l-Għawdxin, fosthom seminar dwar ix-xogħol u ieħor dwar it-turiżmu f’Għawdex; 4. Djalogi fil-każini tal-PN li għalihom ikunu mistiedna kemm il-Kap kif ukoll id-deputati Għawdxin; 38

5. Attivitajiet soċjali, fosthom l-ikla tal-ħbieb, coffee mornings, eċċ; 6. Kommemorazzjoni tal-50 sena Anniversarju tal-Indipendenza u l-135 sena mit-twaqqif tal-PN; 7. Koordinament tal-kunsilli lokali ta’ kandidati 8. Tqassim 9. Ġbir ta’ fondi organizzata 10. Koordinament tal-Kap

tal-elezzjoni u għażla Għawdxin;

ta’

tesseri;

f’kull

maratona mill-PN;

ta’

żjarat f’Għawdex.

Il-ħidma mwettqa tinfirex fuq kull sezzjoni tal-ħajja għawdxija u li tkopri kull kumitat, fergħa, kunsilli lokali u kumitati amministrattivi. L-għajnuna miksuba mid-diriġenti tal-PN sabiex il-ħidma talKumitat Reġjonali PN tkun tistà titwettaq, kienet waħda tajba u bl-għajnuna tasSegretarju Ġenerali preċedenti Dr Chris Said u dik preżenti Ms Rosette Thake, il-ħidma ħalliet il-frott mixtieq, speċjalment meta wieħed iqis li dan kien l-ewwel pass ta’ dan il-Kumitat Reġjonali u li l-bidu jkun dejjem iebes sakemm ilħidma tibda tidher u tħalli l-frott mixtieq. F’isem il-membri tal-Kumitat Reġjonali rrid nirringrazzja lil-Kap Dr Simon Busuttil li dejjem emmen fil-Kumitat Reġjonali, dejjem wera fiduċja filmembri li jiffurmaw il-Kumitat Reġjonali u dejjem offrielna s-sapport neċessarju sabiex il-membri kollha jaħdmu bi sħiħ ħalli l-ħidma tal-Kumitat Reġjonali tibda bil-mod il-mod tħalli impatt fuq is-soċjetà Għawdxija u b’mod partikolari fuq in-nazzjonalisti Għawdxin.


39


POLITIKA ONESTA


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.