Konvenzjoni Ġenerali 2016 | IdeaAmbjent

Page 1

C O R I N T H I A

-

A T T A R D


Il-Konvenzjoni Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista din is-sena se tittratta u tiddiskuti t-temi wesgħin li huma marbutin mal-ambjent. L-ewwel nett, l-ambjent nistgħu niddefinuh kemm bħala n-natura li hawn madwarna kif ukoll l-ambjent urban li lkoll ingawdu minnhom. It-tieni nett, l-ambjent hu marbut ukoll mal-kultura, mal-istil tal-għajxien tan-nies u mal-bżonn li ngħixu ħajja aħjar. Il-Konvenzjoni Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista se tiddiskuti t-tħassib dwar il-kwalità tal-ħajja tan-nies fl-iżvilupp żejjed, it-tniġġis, il-konġestjoni, komunitajiet anonimi u s-saħħa ambjentali li sejra għall-agħar: dawn kollha jaffettwaw il-kwalità ta’ ħajjitna. Id-diskussjonijiet fil-Konvenzjoni Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista mhux se jidentifikaw biss il-problemi u l-isfidi, imma se jfittxu wkoll it-toroq ’il quddiem u l-opportunitajiet li jtejbu l-valuri politiċi tagħna, l-istrutturi ekonomiċi u kultura sħiħa li toħloq stil aqwa tal-għajxien.

Simon Busuttil Kap tal-Partit Nazzjonalista


Il-Ġimgħa 15 ta’ Jannar 2016 18:30 Diskors mill-Perit Simone Vella Lenicker, President tal-Konvenzjoni Ġenerali 19:00 Diskussjoni bil-parteċipazzjoni ta’ persuni mill-media _

Is-Sibt 16 ta’ Jannar 2016 10:00 Diskussjoni 1: L-Ambjent u s-Saħħa Temi: il-kwalità tal-arja fiż-żoni urbani, l-iskart u l-immaniġġjar tiegħu, l-effett tan-natura fuq is-saħħa fiżika u emottiva, l-effett potenzjali tal-bidla fil-klima fuq is-saħħa, kwistjonijiet ta’ governanza. Diskussjoni 2: Il-Mobilità u l-Aċċessibiltà tal-Ambjent Urban Temi: l-effett ekonomiku, iz-zoni urbani, l-aċċessibilità u l-esklużjoni soċjali, il-kompetittività, kwistjonijiet ta’ governanza. Diskussjoni 3: L-Ekonomija Ambjentali u l-Innovazzjoni Temi: il-bilanċ bejn il-bżonnijiet ekonomiċi u l-limitazzjonijiet ambjentali, sajd, l-inkoraġġiment u l-appoġġ għall-innovazzjoni ambjentali, il-kompetittività f’oqsma li jaħdmu mal-ambjent bħall-biedja, kwistjonijiet ta’ governanza. 11:30 Diskussjoni 4: Malta f’Kultura Dinjija Tinbidel Temi: il-wirt kulturali Malti, l-istorja, il-kultura u l-identità, ideat ġodda u strateġiji għall-governanza, l-innovazzjoni. _

Il-Ħadd 17 ta’ Jannar 2016 09:30 Roundup mill-Perit Simone Vella Lenicker, President tal-Konvenzjoni Ġenerali 10:00 Diskors tal-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil



Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.