www.mychoice.pn
Il-Ħadd, 17 ta’ Frar
SUPPLIMENT
f’din l-Elezzjoni
Stipendju lil 19,000 student Matul din il-leġiżlatura l-Gvern immexxi mill-Partit Nazzjonalista kompla jifrex l-istipendji lill-istudenti biex jissoktaw bl-istudji tagħhom Illum hawn mad-19,000 student li qed ikomplu jistudjaw wara li temmew il-livell sekondarju u għaliex qed ikomplu bl-istudji tagħhom qed jibbenefikaw mill-istipendji li jagħti l-Gvern. L-investiment tal-Gvern fl-istipendji jaqbeż it-€23 miljun. Dan hu investiment dirett fiż-żgħażagħ Maltin u Għawdxin li qed jingħataw l-opportunitajiet kollha biex ikomplu jtejbu t-talenti tagħhom. Grazzi għall-impenn fil-qasam tal-Edukazzjoni, illum f’pajjiżna hawn 4,000 student aktar li qed jieħdu
ii
l-istipendji milli kien hawn ħames snin ilu u l-Gvern qed jivesti fihom €4 miljun aktar milli kien jagħmel fl-2008. Matul din il-leġiżlatura l-Gvern beda jagħti stipendju wkoll lil dawk l-istudenti li għandhom aktar minn tletin sena biex tkun inkoraġġita l-edukazzjoni tul il-ħajja. Beda jingħata wkoll stipendju lil dawk iż-żgħażagħ meqjusa fi żvantaġġ u li qed isegwu xi programm ta’ taħriġ u ħiliet biex huma wkoll itejbu l-kwalitiki tagħhom u jsibu xogħol aħjar. Sadattant, żgħażagħ Għawdxin li jistudjaw f’Malta, minbarra li jingħataw
Fatti u Ċifri Inkomplu ninvestu fl-oqsma kollha tal-edukazzjoni
l-istipendju, mis-sena l-oħra bdew jingħataw ukoll €400 oħra kull tliet xhur biex jagħmlu tajjeb għall-ispejjeż li jkollhom. Appoġġ finanzjarju ieħor importanti qed jingħata lil dawk l-istudenti li l-ġenituri tagħhom ma jaqbżux dħul ta’ €10,000 fis-sena. L-istudenti li qed isegwu kors ta’ degree fl-MCAST qed jingħataw stipendju bħallistudenti fl-Università. Qed jingħata wkoll stipendju lill-istudenti li jsegwu l-Foundation Course fl-MCAST u r-Revision Course fil-Giovanni Curmi Higher Seconday School.
iii
20 13
Aġenzija taż-żgħażagħ biex tgħin liż-żgħażagħ jilħqu l-miri tagħhom Iż-żgħażagħ huma dejjem fiċ-ċentru tal-politika tal-Gvern u impenn millaktar importanti matul din il-leġiżlatura sar meta kienet aġġornata l-Politika Nazzjonali taż-Żgħażagħ li kienet saret fis-snin disgħin. Dan l-aġġornament kien meħtieġ biex din il-politika tirrifletti r-realtajiet, l-iżviluppi u l-opportunitajiet ġodda għaż-żgħażagħ. Sadattant fl-2010, ilGvern waqqaf l-Aġenzija taż-Żgħażagħ li taħdem id f’id mad-Dipartimenti u l-entitajiet kollha tal-Gvern biex l-aspirazzjonijiet tażżgħażagħ ikunu riflessi fil-politika tal-Gvern u biex titwettaq il-Politika Nazzjonali taż-Żgħażagħ, filwaqt li taħdem ukoll mill-qrib mal-għaqdiet
titkellem int F’din il-leġiżlatura ftaħna l-opportunitajiet tat-tagħlim lil kulħadd
vi
taż-żgħażagħ infushom fit-twettiq tal-inizjattivi u l-proġetti tagħhom. Aġenzija Żgħażagħ tamministra wkoll il-programmi ta’ Empowerment għażŻgħażagħ u adolexxenti kemm fuq livell lokali kif ukoll fuq livell nazzjonali. Bil-ħidma li saret f’dawn il-ħames snin aktar żgħażagħ komplew jistudjaw, aktar żgħażagħ qed jieħdu stipendju u aktar żgħażagħ qed ikomplu jispeċjalizzaw fil-professjoni u l-karriera tagħhom. Fl-istess waqt iż-żgħażagħ fid-dinja taxxogħol komplew jiżdiedu. Il-Gvern għamel ukoll skemi ta’ taħriġ indirizzati apposta għaż-żgħażagħ li jkunu f’diffikultajiet.
muscat jagħżel ħażin Bartolo, sieħeb Muscat, kemm-il darba tkellem kontra s-sistema tal-istipendji
ii –
www.mychoice.pn
f’din l-Elezzjoni
Il-Ħadd, 17 ta’ Frar
20 13
Fatti u Ċifri
83%
taż-żgħażagħ qed ikomplu l-edukazzjoni fil-livell postsekondarju
19,000
student qed ikomplu l-istudji tagħhom fil-livell postsekondarju u qed jibbenefikaw mill-istipendji
4,000
student aktar minn ħames snin ilu qed jibbenefikaw mill-istipendji mogħtija mill-Gvern
€23 miljun
f’investiment mill-Gvern fl-istipendji liż-żgħażagħ Maltin u Għawdxin li qed ikomplu jistudjaw
€400
kull tliet xhur flimkien mal-istipendju liż-żgħażagħ Għawdxin li jkunu qed jistudjaw f’Malta
4,000
aktar studenti jieħdu l-istipendju minn 5 snin ilu b’investiment aktar ta’
€4 miljun
MILL- PROGRAMM
ELETTORALI TAL-PARTIT NAZZJONALISTA 2013
Qabża oħra ta’ kwalità XOGĦOL
SAĦĦA
EDUKAZZJONI
Ninvestu aktar fl-MCAST, fl-ITS, fil-Junior College u fis-Sixth Forms privati Inkomplu nibnu fuq is-suċċessi li ksibna fis-snin li għaddew u nagħmlu l-vjaġġ edukattiv minn livell għal ieħor aktar faċli u ta’ frott għall-istudenti kollha 49. Inkomplu ninvestu fl-MCAST Flimkien mal-Università ta’ Malta nintroduċu aktar korsijiet fuq livell ta’ Bachelors Degree li jsiru filgħaxija sabiex kull persuna matul ħajjitha jkollha l-opportunità li takkwista kwalifika terzjarja akkademika, filwaqt li tkun għadha fiddinja tax-xogħol. Pajjiżna għamel progress kbir fl-edukazzjoni ogħla u terzjarja matul l-aħħar snin. Aħna kommessi li nkomplu nibnu fuq dawn is-suċċessi billi: i. Inkomplu ninvestu fl-MCAST u fl-ITS biex ikollna dejjem aktar studenti mħarrġin biex jieħdu l-opportunitajiet li toffrilhom l-industrija, filwaqt li dawk kollha li jixtiequ jkomplu jitħarrġu jsibu mod kif itejbu l-prospetti tagħhom li jsibu xogħol. Nispiċċaw nibnu l-kampus il-ġdid tal-MCAST. ii. Intejbu l-kollaborazzjoni bejn l-Università u l-istituzzjonijiet edukattivi l-oħra biex niffaċilitaw iċ-ċaqliq ta’ studenti bejn istituzzjoni u oħra sabiex kulħadd ikun jista’ jkompli jiżviluppa l-karriera tiegħu.
iii. Naħdmu biex intejbu l-kollaborazzjoni bejn il-Junior College u s-Sixth Forms privati, filwaqt li nistimulaw l-iżvilupp ta’ istituzzjonijiet ta’ edukazzjoni ogħla, partikolarment dawk li jġibu lejn Malta studenti barranin; niffukaw l-isforzi tagħna fuq l-Afrika ta’ Fuq, il-Golf Għarbi, l-Amerika, l-Indja u ċ-Ċina. B’hekk Malta tiżviluppa f’ċentru eċċellenti ta’ Edukazzjoni Għolja flMediterran.
50. Skejjel għall-ġid tal-komunitajiet L-iskejjel pubbliċi kollha jkomplu jaqsmu r-riżorsi tagħhom u jkomplu jiftħu l-infrastruttura li għandhom għall-użu talkomunità li jinsabu fiha. B’hekk l-iskejjel u l-faċilitajiet tagħhom ikunu ta’ servizz akbar għall-komunità u ta’ appoġġ għall-għaqdiet sportivi u għaqdiet u gruppi oħrajn li għandhom bżonn post fejn jiltaqgħu sabiex jagħmlu rehearsals jew taħriġ.
20 13
f’din l-Elezzjoni – iii
www.mychoice.pn
Il-Ħadd, 17 ta’ Frar
Titkellem
Il-Gvern immexxi mill-Partit Nazzjonalista matul din il-leġiżlatura kompla jiftaħ l-opportunitajiet tat-tagħlim u t-taħriġ lil kulħadd. Sa minn età żgħira t-tfal għandhom il-faċilitajiet kollha li jitgħallmu u jimxu ‘l quddiem sakemm isiru żgħażagħ fejn isibu jistennewhom għadd kbir ta’ opportunitajiet li jgħinuhom tul ħajjithom
Doris Bennet
Ian Vassallo
Birkirkara
Joseph Serpina Il-Gudja
Ir-Rabat
Proposti tajbin ħafna favur kull student
Kampus ġdid għall-istudenti tal-MCAST u faċilitajiet akbar
3,700 learning support assistant biex ikomplu jgħinu lill-istudenti
Fl-edukazzjoni nħoss li għamilna progressi kbar, tant li llum m’għadniex inħarsu biss lejn l-istruttura iżda lejn x’nistgħu nżidu ma’ dak li għandna, fosthom IT tal-aħħar teknoloġija u upgrade tal-kurrikulu. Il-proposta tat-tablet u li l-kotba jkunu kollha fih hi ta’ vantaġġ għall-istudent innifsu għax dan, minflok iġorr piż kbir ta’ kotba, iġorr kollox f’tablet ħafif. Min-naħa l-oħra, hemm diversi vantaġġi fosthom dawk ambjentali, minħabba li jonqos l-istampar talkotba u jonqos il-volum ta’ kotba li jintremew wara li ma jibqgħux tajbin, u b’hekk inkunu qed insalvaw l-ambjent.
Kampus ġdid għall-MCAST ifisser aktar organizzazzjoni bejn dipartiment u ieħor filwaqt li aktar kooperazzjoni tfisser aktar servizzi ġodda favur l-istudent. Is-sitwazzjoni bħalissa hi li student li jattendi l-MCAST ta’ post partikulari jkun maqtugħ minn dak li jattendi l-istess istituzzjoni iżda f’Raħal Ġdid. Permezz tal-kampus il-ġdid kollox se jkun miġbur f’post wieħed u meta student tinqalagħlu problema, dan se jmur fl-istess post u mhux kull darba jkollu jmur Raħal Ġdid. Barra minn hekk, qed isir investiment akbar f’kull dipartiment biex l-istudent jitgħallem aħjar.
L-investiment fil-qasam edukattiv hu tajjeb u ta’ kwalità eċċellenti. Minn riżultati reċenti l-Gvern irnexxielu jżid l-ammont ta’ studenti li jibqgħu jistudjaw wara s-sekondarja u dan ifisser li l-istrateġija tal-Gvern favur l-edukazzjoni kienet waħda tajba. Anke li tara l-ammont kbir ta’ LSAs li qegħdin jgħinu lill-istudenti li jsibu diffikultajiet waqt l-istudju hu inkoraġġanti. Hemm mat-3,700 LSA u dan ifisser investiment sostanzjali. Dawn l-istudenti snin ilu kienu jispiċċaw barra mis-sistema edukattiva. Illum dawn jibqgħu jingħataw l-għajnuna sakemm jaslu fejn jixtiequ.
Raymond Mifsud
San Pawl il-Baħar
Boroż ta’ studju biex l-istudenti jkomplu jistudjaw Nemmen li bil-fondi li kiseb il-Gvern mill-Unjoni Ewropea, aktar minn biljun ewro, il-qasam edukattiv se jagħmel qabża kbira ta’ kwalità. Nemmen li bl-investiment li se jsir se nidħlu f’era differenti fil-qasam tat-tagħlim, era aktar favur l-istudenti u l-għalliema fejn l-istudent se jieħu aktar gost filwaqt li jitgħallem aħjar. Fil-passat kont tidħol l-Università bil-parrinu u l-postijiet kienu limitati għal ftit nies. Illum kulħadd jidħol filwaqt li l-Gvern jgħinek waqt l-istudju u anke wara, permezz tal-boroż ta’ studju u għajnuniet addizzjonali biex il-boroż ta’ studju minn 2,000 se jiżdiedu għal 3,000. Dan ifisser aktar taħriġ u professjonisti f’pajjiżna f’oqsma differenti u dan kollu jgħin lill-ekonomija timxi ’l quddiem.
Maria Sultana Il-Kalkara
Aktar minn 20,000 gradwat f’ħames snin L-edukazzjoni minn dejjem kienet għal qalb dan ilGvern immexxi mill-Partit Nazzjonalista tant li matul is-snin rajna u esperjenzajna żieda fil-gradwati, kemm mill-Università, mill-MCAST u minn istituzzjonijiet oħra. Gradwati li f’ħames snin laħqu l-20,000 student u dan ifisser soċjetà aktar attiva u mħarrġa u b’hekk il-kapaċità li nattiraw l-impjiegi u l-investiment lejn pajjiżna hi ferm ikbar. Illum il-ġurnata t-taħriġ ikompli anke wara li wieħed jispiċċa mill-Università jew minn istituzzjonijiet oħra u dan ikompli jagħmel lill-ħaddiem aktar relevanti għall-qasam tax-xogħol.
iv –
f’din l-Elezzjoni
www.mychoice.pn
19,000 student u studenta qed jieħdu l-istipendju għax qed ikomplu jistudjaw. F’dawn l-erba’ snin il-Gvern firex aktar l-istipendju li jingħata lill-istudenti. Din is-sena l-investiment fl-istipendji hu ta’ €23 miljun
Gvern Nazzjonalista biss hu garanzija li l-istipendji jkomplu jingħataw u jissaħħu għax għandna l-finanzi fis-sod
Matul dawn il-ħames snin beda jingħata stipendju wkoll lill-istudenti li għandhom aktar minn 30 sena biex tiġi inkoraġġita l-edukazzjoni tul il-ħajja
Il-Ħadd, 17 ta’ Frar
20 13
20 13
Il-Ħadd, 17 ta’ Frar
www.mychoice.pn L-istudenti li qed isegwu kors ta’ degree fl-MCAST qed jingħataw stipendju bħall-istudenti fl-Università. Qed jingħata stipendju wkoll lill-istudenti li jsegwu l-Foundation Course fl-MCAST u r-Revision Course fil-Giovanni Curmi Higher Secondary School
Kuntrarjament għall-politika ambigwa tal-Malta Labour Party dwar l-istipendji li jingħataw l-istudenti għax ikomplu jistudjaw, il-Gvern immexxi mill-Partit Nazzjonalista kompla jifrex l-istipendji biex hekk aktar studenti jikkwalifikaw għalihom
f’din l-Elezzjoni – v
vi –
www.mychoice.pn
f’din l-Elezzjoni
Il-Ħadd, 17 ta’ Frar
20 13
Muscat jagħżel ħażin... Qabel l-elezzjoni tal-1996, meta l-Partit Nazzjonalista qal li l-Labour Party kien kontra l-istipendji, Evarist Bartolo kiteb fl-Orizzont tal-21 t’Ottubru 1996 – ħamest ijiem qabel l-elezzjoni – u ddikjara hekk: “Fost il-gideb, qed jingħad li Gvern Laburista ġdid ineħħi l-istipendju lill-istudenti universitarji. Dan kollu gideb”. Imma fit-3 t’Ottubru 1997, il-Ministru tal-Edukazzjoni Evarist Bartolo ħareġ stqarrija biex iħabbar li l-istipendju kien se jsir dejn. Il-Ministru tal-Edukazzjoni Evarist Bartolo beda l-istqarrija tiegħu tat-3 t’Ottubru 1997 hekk: “Imkien fid-dinja ma teżisti sistema bħal ta’ Malta li dawk li jistudjaw l-Università, minbarra li ma jħallsux tal-kors li jagħmlu, jingħataw ukoll stipendju biex jgħinhom fl-ispejjeż tal-ħajja ta’ kuljum!”
...u tbati int
MEMORJA MINTOFFYANA TAL-MCAST MAGĦLUQ U L-UNIVERSITÀ MXEKKLA (dehret għall-ewwel darba: il-mument 15.04.12)
Qabel l-elezzjoni tal1996, Evarist Bartolo qal li min kien qed jgħid li l-Labour imiss l-istipendji, kien qed jigdeb... il-fatti wrew min kien tassew il-giddieb
20 13
f’din l-Elezzjoni – vii
www.mychoice.pn
Il-Ħadd, 17 ta’ Frar
LENTI FUQ...
L-MCAST, l-Università, l-ITS, il-Higher Secondary u s-Sixth Form: investiment qawwi ta’ Gvern Nazzjonalista fiċ-ċavetta biex kull student u studenta, ġejjin minn liema sfond soċjali ġejjin, javvanzaw u jirnexxu
Nazzjon wieħed u sħiħ bl-edukazzjoni L-edukazzjoni hi l-mod kif Gvern Nazzjonalista fuq numru ta’ snin ħoloq soċjetà waħda u sħiħa li fiha kulħadd - hu min hu, ġej minn liema sfond soċjali ġej - jista’ javvanza. L-edukazzjoni u t-taħriġ għal impjiegi fis-sod Gvern Nazzjonalista ħoloq 20,000 impjieg ġdid, ħafna minnhom f’industriji ġodda bħall-informatika, l-avjazzjoni, is-servizzi marittimi, l-online gaming u l-farmaċewtika waqt li kabbar sostanzjalment industriji diġà stabbiliti bħasservizzi finanzjarji. Imma dawn l-industriji ġodda u oħrajn stabbiliti għandhom bżonn nies imħarrġin tajjeb. Biex iżżgħażagħ u l-ħaddiema kollha jkollhom futur fis-sod, il-Gvern Nazzjonalista fl-aħħar snin investa bil-kbir fl-edukazzjoni u t-taħriġ ħalli kulħadd ikun jista’ jikseb xogħol tajjeb.
Soċjetà inklużiva sa mill-bank tal-iskola L-edukazzjoni hi minnha nnifisha qasam li għandu jrawwem l-inklużjoni. F’dawn l-aħħar ħames snin, ilGvern Nazzjonalista investa bil-qawwi fl-edukazzjoni inklużiva billi qed iħallas il-pagi tal-Learning Support Assistants fl-iskejjel kollha tiegħu stess, tal-Knisja u privati ħalli 4,000 student u studenta b’abbiltajiet differenti jitgħallmu fil-qalba tas-sistema tal-edukazzjoni u mhux imwarrbin fi skejjel għalihom. Apparat aqwa Il-Gvern Nazzjonalista qed iħallas ukoll il-pagi talgħalliema fl-iskejjel tal-Knisja u investa f’apparat aqwa tat-tagħlim ħalli kull student jitgħallem aħjar. Hu għalhekk li Gvern Nazzjonalista investa bil-qawwi f’soċjetà inklużiva sa mill-bank tal-iskola.
Children’s Alowances u stipendji aqwa għal ulied il-familji bi dħul baxx Għalhekk ukoll, ma’ Gvern Nazzjonalista, ħaddiema bi dħul baxx qed igawdu stipendji aqwa għal uliedhom u Children’s Allowance aktar ukoll. Għax il-Partit Nazzjonalista jemmen li bl-edukazzjoni jista’ jimxi ‘l quddiem kulħadd, hu min hu. Ċans ieħor Il-Partit Nazzjonalista jrid lil kulħadd jimxi ‘l quddiem flimkien. U għalhekk investa ħafna f’istituzzjonijiet edukattivi bħall-Higher Secondary u korsijiet part-time fl-MCAST biex żgħażagħ u ħaddiema jkollhom ċans ieħor jistudjaw, jitħarrġu u jirnexxu. Din hi l-bidla t-tajba b’aktar taħriġ biex kulħadd jimxi ‘l quddiem. U l-Gvern Nazzjonalista qed jinvesti wkoll fit-taħriġ talħaddiema bi dħul anqas mill-
Scholarships biex l-istudenti jkomplu jistudjaw F’dawn il-ħames snin, ilGvern Nazzjonalista ta wkoll aktar minn 2,000 scholarship biex studenti Maltin ikunu L-istipendji biex kull grupp jistgħu jistudjaw barra minn soċjali javvanza Malta jew ma’ universitajiet L-aqwa rahan tat-twemmin barranin fl-oqsma fejn qed tal-Partit Nazzjonalista niġbdu investiment lejn Malta fl-edukazzjoni bħala imma li għandhom bżonn għodda għall-inklużjoni u aktar ħaddiema mħarrġin. opportunitajiet lil kulħadd hu B’dawn l-ischolarships, s-sistema tal-istipendji li Gvern l-istudenti jnaqqsu kemm Nazzjonalista introduċa fl-1987 jista’ jkun il-ħruġ ta’ flus li biex kull grupp soċjali javvanza kieku jxekkilhom milli jkomplu u wliedu jkollhom dħul waqt li jistudjaw speċjalment meta jistudjaw. jkunu ġejjin minn familji bi Illum għandna 20,000 dħul medju jew baxx. student fl-Università, fl-Istitut għall-Istudji Turistiċi u flL-edukazzjoni ċ-ċavetta MCAST igawdu stipendji li biex kulħadd jimxi huma r-rahan tat-twemmin ‘l quddiem qawwi tal-Partit Nazzjonalista Il-Partit Nazzjonalista ma fl-edukazzjoni u t-taħriġ. jemminx fi ġlied bejn ilF’dawn l-aħħar ħames snin, klassijiet, anzi ħoloq nazzjon aktar minn 20,000 student wieħed u sħiħ li fih kulħadd iggradwaw minn dawn jista’ jimxi ‘l quddiem flimkien l-istituzzjonijiet u sabu impjieg. speċjalment bl-edukazzjoni. medja billi, ladarba jgħaddi l-budget, il-ħaddiema li jaqilgħu anqas minn 1,300 ewro fixxahar jieħdu kors u jitħallsu 660 ewro fis-sena.
viii –
f’din l-Elezzjoni
www.mychoice.pn
Il-Ħadd, 17 ta’ Frar
“Il-Gvern Nazzjonalista biss hu garanzija li l-istipendji lill-istudenti kollha jissoktaw jingħataw mingħajr xkiel u taqtigħ il-qalb. Il-Gvern immexxi mill-Partit Nazzjonalista, għax ġenwinament jemmen fiż-żgħażagħ, ikompli jinvesti direttament fihom u jieħu gost jarahom jistudjaw, jitħarrġu u jimxu ‘l quddiem. Kuntrarju għall-politika tal-Malta Labour Party li hu xettiku dwar is-sistema tal-istipendji.”
- il-Prim Ministru Lawrence Gonzi
20 13