Inżidu d-dħul tal-familji bit-tnaqqis ta' aktar taxxi - Futur fis-Sod

Page 1

www.mychoice.pn

It-Tlieta, 26 ta’ Frar

SUPPLIMENT

f’din l-Elezzjoni

20 13

Inżidu d-dħul tal-familji bit-tnaqqis ta’ aktar taxxi Minbarra t-tnaqqis fl-income tax, il-Gvern f’din il-leġiżlatura naqqas ukoll l-income tax għal diversi kategoriji oħra fosthom għall-ommijiet, il-ħaddiema u s-sidien ta’ negozji żgħar u medji u l-anzjani Fost l-oħrajn il-Gvern daħħal miżuri biex naqqas l-income tax għall-ommijiet li jibqgħu f’impjieg wara li jkollhom it-tfal Il-Gvern immexxi mill-Partit Nazzjonalista daħħal ukoll miżuri biex naqqas l-income tax għal nisa u ommijiet li jerġgħu jidħlu f’impjieg wara ħames snin. Illum, grazzi għal ħidmet ilGvern, tnaqqset ukoll l-income tax għal dawk il-ġenituri li

ii

jibagħtu lit-tfal tagħhom f’child care centres, fi skejjel privati, għall-edukazzjoni kulturali jew sportiva. Il-Gvern naqqas ukoll l-income tax għal sidien ta’ negozji żgħar u medji li jinvestu aktar jew jimpjegaw aktar ħaddiema magħhom. Mit-tnaqqis tal-income tax gawdew ukoll iżżgħażagħ u l-ħaddiema li jkunu qed isegwu kors ma’ Università barranija f’oqsma

Fatti u Ċifri Koppja li għadha qed trabbi t-tfal tista’ tiffranka €3,000 fis-sena

speċjalizzati. Il-Gvern naqqas l-income tax ukoll għall-familji li jżommu studenti barranin magħhom waqt li jkunu jistudjaw Malta. Anki l-anzjani li joqogħdu fi djar tal-anzjani privati gawdew mit-tnaqqis talincome tax kif ukoll il-qraba tagħhom li jħallsu biex l-anzjani li jiġu minnhom joqogħdu fi djar tal-anzjani privati.

iii

Tajjeb li wieħed ifakkar ukoll li l-Gvern neħħa l-VAT minn fuq is-servizzi provduti lill-anzjani fid-djar tagħhom. Bit-tnaqqis li għamel il-Gvern immexxi mill-Partit Nazzjonalista fl-income tax, illum il-Maltin qed jibqħalhom aktar flus fil-but u b’hekk igawdu kwalità ta’ ħajja aħjar. Il-ħaddiema Maltin huma l-anqas li jħallsu taxxi mqabbel mad-dħul tagħhom

titkellem int Fil-ħames snin li ġejjin il-PN fil-Gvern joħloq 25,000 impjieg ġdid

vi

minn fost il-ħaddiema kollha tal-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea. Filwaqt li l-Gvern naqqas it-taxxi biex il-Maltin qed iħallsu anqas taxxi, investa aktar fl-edukazzjoni, fis-saħħa, fit-taħriġ talħaddiema, fil-prevenzjoni u fil-kura tal-familji, fil-qasam soċjali b’mod partikulari għall-persuni b’diżabbiltà u l-anzjani u fl-ispazji pubbliċi għat-tfal u l-familji.

muscat jagħżel ħażin Muscat għamel agħar minn Toni Abela... imma xorta jibqa’ jirrifjuta li jirriżenja


ii –

www.mychoice.pn

f’din l-Elezzjoni

It-Tlieta, 26 ta’ Frar

20 13

Fatti u Ċifri

€3,000 fis-sena tista’ tiffranka koppja li għadha qed trabbi t-tfal u li tagħmel dikjarazzjoni tat-taxxa separata

€2,000

fis-sena tista’ tiffranka koppja li tagħmel dikjarazzjoni tat-taxxa separata

MILL- PROGRAMM

ELETTORALI TAL-PARTIT NAZZJONALISTA 2013

Qabża oħra ta’ kwalità XOGĦOL

SAĦĦA

EDUKAZZJONI

€1,575 €1,050 Aktar inċentivi biex

fis-sena tista’ tiffranka koppja li timla formola tat-taxxa waħda flimkien

fis-sena tista’ tiffranka kull persuna li tagħmel dikjarazzjoni tat-taxxa għal rasha

5

snin wara xulxin ta’ tnaqqis ta’ taxxi li minnhom gawdew il-ħaddiema u l-familji

Fil-ħames snin li għaddew tnaqqsu ħafna taxxi u dawn wasslu biex il-Maltin illum qed iħallsu anqas income tax, qed jonfqu aktar u għalhekk qed jiżdiedu n-negozju u l-kummerċ f’pajjiżna. Dan qed iwassal għal aktar attività ekonomika u b’hekk qed jiżdiedu l-impjiegi b’pagi tajbin

l-industrija u l-fabbriki jimxu ‘l quddiem u joħolqu l-jobs 17. Miżuri favur l-industrija iv. Inkomplu nassistu lill-industrija ta’ pajjiżna biex tilqa’ għall-isfida tal-prezz tal-enerġija billi l-iskema ta’ investiment High Energy User Scheme għall-fabbriki titwessa’ għallfabbriki kollha għal aktar minn 1GwH fissena u wara dawn ta’ 0.5GwH fis-sena. v. Nagħtu research and innovation grants ta’ 25% tal-investiment meħtieġ b’kundizzjoni li r-riċerka jipparteċipaw fiha riċerkaturi Maltin bi preferenza għal dawk li jwettqu r-riċerka b’kollaborazzjoni mal-Università ta’ Malta u l-MCAST. Il-Gvern se jalloka fond ta’ €10 miljun biex nattiraw €40 miljun riċerka f’pajjiżna. vi. Inkomplu l-investiment fil-BioMalta Campus b’investiment ta’ €38 miljun u li se joffri l-infrastruttura neċessarja għalliżvilupp tal-Life Sciences f’pajjiżna. vii. Nagħtu seed funding u inċentivi biex nattiraw investiment privat fir-riċerka f’dan is-settur.

viii. Il-Malta Enterprise, flimkien mal-MEPA, tagħmel master plan għal kull zona industrijali biex jistabbilixxu l-parametri ta’ żvilupp bl-istudji meħtieġa biex b’hekk kull żvilupp li jsir f’fabbriki u li jsegwi l-parametri stabbiliti ma jkunx meħtieġ proċess normali ta’ ppjanar iżda tintuża s-sistema ta’ DNO biex b’hekk jitħaffef iż-żmien ta’ żvilupp ta’ fabbrika ġdida jew estensjoni approvata mill-ME u ż-żmien li din il-fabbrika tibda topera. ix. Flimkien mal-industrija permezz talPublic Private Partnership noħolqu infrastruttura komuni biex l-industrija jkollha l-apparat meħtieġ biex tagħmel product design u prototyping ta’ prodotti ġodda li qed jiġu kkunsidrati għal kummerċjalizzazzjoni. x. Skemi aktar iffukati fuq il-ħtiġiet talindustrija biex tidentifika swieq ġodda billi ngħinu finanzjarjament fl-ispejjeż li jsiru fuq internationalisation efforts billi jingħata tax credit ta’ 50% tan-nefqa li ssir.


20 13

www.mychoice.pn

It-Tlieta, 26 ta’ Frar

Titkellem

f’din l-Elezzjoni – iii

Il-politika li mexa biha l-Partit Nazzjonalista tul il-ħames snin li għaddew wasslet biex inħolqu 20,000 impjieg ġdid f’diversi setturi tal-ħajja. Il-Partit Nazzjonalista llum qiegħed iwiegħed li fil-ħames snin li ġejjin se joħloq 25,000 impjieg ġdid ieħor għaż-żgħażagħ Maltin u Għawdxin grazzi għall-opportunitajiet li se jinħolqu

Agnes bugeja

Berta camilleri

is-siĠĠiewi

il-marsa

carmelo camilleri il-gudja

Gvern Nazzjonalista b’rekord ta’ nies jaħdmu

20,000 post tax-xogħol f’ħames snin

Wegħda ta’ 25,000 impjieg li se tinżamm

Ix-xogħol kien, għadu u jibqa’ karatteristika importanti ta’ Gvern immexxi mill-Partit Nazzjonalista. Kien biss u jibqa’ biss il-Partit Nazzjonalista li joħloq ix-xogħol u jagħti serħan il-moħħ lil eluf ta’ Maltin u Għawdxin. Il-Gvern Nazzjonalista naqqax kapitlu ġdid fl-istorja ta’ pajjiżna, dak li preżentement hemm aktar minn 153,000 persuna – nisa, irġiel, anzjani u żgħażagħ – jaħdmu bi qligħ u dan ifisser aktar flus fl-idejn b’riżultat ta’ tkattir ekonomiku. Dan kien fattur importanti biex il-Gvern immexxi mill-Partit Nazzjonalista jkun jista’ jkompli jagħti s-servizzi b’xejn filwaqt li jnaqqas it-taxxi u l-income tax.

Filwaqt li pajjiżi oħra bħall-Greċja u Spanja qegħdin jiffaċċjaw kriżi kemm ekonomika kif ukoll tal-ħolqien tax-xogħol, aħna l-iżgħar pajjiż fl-Ewropa, b’riżorsi naturali limitati, mhux biss għelibna l-kriżi iżda saħansitra komplejna noħolqu l-impjiegi, u nħolqu 20,000 post tax-xogħol ġdid. Dan il-ħolqien tax-xogħol kompla jgħin biex bħala poplu, b’aktar flus fil-but, ngħinu biex negħlbu l-kriżi għax bqajna nonfqu l-flus fil-kummerċ u nkattru l-ekonomija. Dan ma kienx b’kumbinazzjoni żgur iżda b’għaqal fit-tmexxija. B’viżjoni li kienet tħares fit-tul tant li ħafna snin ilu ħarriġna studenti li llum l-għerf tagħhom qed nużawh f’kumpaniji barranin li qegħdin jiftħu bħalissa.

Jekk ħloqna 20,000 post tax-xogħol ġdid f’ħames snin mimlijin problemi u kriżijiet ekonomiċi madwar l-Ewropa u d-dinja, aħseb u ara meta għelibna l-kriżi b’wiċċ il-ġid u se nsibu żmien aħjar b’ekonomija Ewropea aħjar. 25,000 impjieg se jfissru familji aktar kuntenti u b’serħan il-moħħ dwar id-dħul tagħhom iżda fuq kollox, żgħażagħ li bħalissa qegħdin jaħdmu biex jibdew jibnu u jwettqu l-ħolm tagħhom, bħal dik li jkollhom familja tagħhom, u dawn il-jobs qegħdin u se jkunu qegħdin jgħinuhom jimxu ’l quddiem f’ħajjithom. Dan ifisser investiment fil-ġenerazzjoni preżenti u dik futura.

charles borg Ħal Balzan

Aktar minn 11,000 anzjan jaħdmu bi qligħ Il-Prim Ministru Lawrence Gonzi semma kif minn 8,000 anzjan li kienu jaħdmu sa ħames snin ilu, illum għandna aktar minn 11,000 anzjan u anzjana li qegħdin jaħdmu mingħajr ma titnaqqsilhom il-pensjoni. Din hi turija ta’ fiduċja mill-Gvern Nazzjonalista fl-anzjani li jħeġġiġhom jibqgħu jgħixu fil-komunità fejn trabbew. Dan jgħin biex l-anzjan li jixtieq ikompli jkun ta’ kontribut fis-soċjetà u jħossu b’saħħtu li jaħdem, jista’ jagħmel dan u fl-istess ħin jgħix ħajja aħjar mimlija b’dak li jixtieq. Dan kien possibbli li jsir permezz tal-viżjoni fit-tul tal-Gvern, dik li beda jħarreġ lill-anzjani tagħna fuq diversi suġġetti fosthom billi fetaħ l-Università u b’hekk baqgħu rilevanti fix-xogħol li jwettqu.

cettina caruana wied il-għajn

Żgħażagħ li jaħdmu ma jitilfux l-istipendju Illum l-istudenti għandhom ferm aktar opportunitajiet milli kellhom l-istudenti fi żminijiet oħra. Dan grazzi kemm għaddeċiżjonijiet tal-Gvern immexxi mill-Partit Nazzjonalista kif ukoll minħabba d-dħul ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea fl-2004 fejn pajjiżna kompla jagħmel passi kbar ‘il quddiem. Il-Gvern, barra l-istipendju, ħeġġeġ liżżgħażagħ biex min irid jista’ jmur jaħdem u l-istipendju jingħata sħiħ u ma jitilfux. Dan għen biex iż-żgħażagħ jaħdmu, jaqilgħu l-paga, iżda fl-istess ħin jonfqu mill-istipendju filwaqt li jġemmgħu biex ’il quddiem isibuhom għal pjani oħra fosthom xiri ta’ post, karozza jew proġetti oħra.


iv –

f’din l-Elezzjoni

www.mychoice.pn

Matul din il-leġiżlatura l-ħaddiema gawdew mit-tnaqqis ta’ bosta taxxi biex hekk żdidilhom id-dħul tagħhom. Il-Gvern immexxi mill-Partit Nazzjonalista hu determinat li matul il-ħames snin li ġejjin ikompli jżid id-dħul tal-ħaddiema u tal-familji tagħhom

Bil-finanzi fis-sod naqqasna diversi taxxi u żidna l-flus fil-bwiet tal-familji

It-Tlieta, 26 ta’ Frar

20 13


20 13

It-Tlieta, 26 ta’ Frar

www.mychoice.pn

f’din l-Elezzjoni – v

Fost il-miżuri li daħlu fis-seħħ matul din il-leġiżlatura bl-iskop li jiżdied id-dħul taż-żgħażagħ, tal-ħaddiema u tal-familji Maltin u Għawdxin il-Gvern immexxi mill-Partit Nazzjonalista naqqas l-income tax għas-sidien tan-negozji ż-żgħar u medji u tneħħew diversi taxxi bħalma huma t-taxxi fuq il-credit cards, il-liċenzja tat-televiżjoni u d-departure tax

Gvern immexxi mill-Partit Nazzjonalista f’dawn il-ħames snin neħħa diversi taxxi u naqqas oħrajn biex hekk id-dħul tal-familji Maltin u Għawdxin żdied u dan wassal biex tkompli titjieb il-ħajja tagħna l-Maltin. Fost l-oħrajn f’din il-leġiżlatura tnaqqset l-income tax għal kulħadd u tnaqqset l-income tax għall-ġenituri

Illum l-anzjani jistgħu jibqgħu jaħdmu u ma jitilfu xejn mill-pensjoni tagħhom. Illum hawn aktar minn 11,600 anzjan li baqgħu jaħdmu u jirċievu l-pensjoni u l-paga. Tajjeb li kulħadd japprezza li llum il-pensjoni żdiedet b’€1,211 mill-2008. Il-Gvern iħeġġeġ lill-anzjani biex kemm-il darba jkunu b’saħħithom, allura jibqgħu jgħixu fil-komunità fejn ikunu trabbew u għexu


vi –

f’din l-Elezzjoni

www.mychoice.pn

It-Tlieta, 26 ta’ Frar

20 13

Muscat jagħżel ħażin... Jiena rrid nagħmel rivoluzzjoni soċjali Jiena rrid innaddaf il-politika Maltija

...u tbati int

Jiena rrid inkun daqs Nerik Mizzi, Dom Mintoff u Fenech Adami f’daqqa Jiena ħbejt reat ta’ traffikar ta’ droga mill-Pulizija

Għedt lill-ġurnalisti li ma kontx naf bid-droga filkażin tal-Labour ta’ Ħal Safi Il-barman tal-każin talLabour ta’ Ħal Safi kien kitibli darbtejn u ltqajt miegħu Imma nibqa’ nsostni li ma gdibtx

MAESTRO PINOCCHIO JMEXXI L-ORKESTA TAL-GIDEB


20 13

f’din l-Elezzjoni – vii

www.mychoice.pn

It-Tlieta, 26 ta’ Frar

LENTI FUQ...

Jiena kandidat, imma ma nitlaqx

Kieku jiena kandidat, ikolli nitlaq

It-tnejn ħbejna reat gravi It-tnejn gdibna, u bil-provi

Muscat jarmi ‘l kulħadd flok jerfa’ l-piż kbir tiegħu u jirriżenja Il-każ tat-traffikar tad-droga fil-każin Laburista ta’ Ħal Safi qed ikompli jċaqqam id-dehra falza li Joseph Muscat irid jibni tiegħu nnifsu billi jqarraq bina u bil-media. U intervista li Muscat kellu nhar il-Ħadd mas-Sunday Times turi x’tip ta’ Prim Ministru jista’ jieħu l-ġurament ġimagħtejn oħra, mhux biss wieħed li gideb biex jgħatti xturu u ħeba reat gravi ħafna mill-Pulizija, imma wkoll wieħed li lest jarmi lil kulħadd, anke liż-żewġ deputy leaders tiegħu, basta ma jerfax il-piż kbir tiegħu. Kompla jgħaxxaqha Fl-intervista mas-Sunday Times, Muscat kompla jgħaxxaqha. F’intervista li għandha tagħmel unur lillġurnalist li għamilha, Christian Peregin, Muscat kompla jħaffer il-ħofra li qiegħed fiha f’dan il-każ li beda tliet snin u nofs ilu imma li Muscat stess

b’għemilu u bi kliemu qed ikompli jiggrava. Giddieb bil-provi Skont Muscat, hu u Toni Abela żbaljaw it-tnejn li huma meta ħbew dan il-każ mill-Pulizija. Allaħares ma jammettix din. Imma Muscat żbalja aktar minn Toni Abela. Għax Muscat żgur żbalja bil-kbir ukoll meta gideb lill-ġurnalisti u lill-poplu li ma kienx jaf bil-każ. Lagħabha tal-iblah biex ma jħallasx dwana, ngħidu bil-Malti. U aħjar: gideb biex jgħatti xturu. U waqt li fl-intervista kompla jiċħad li gideb, b’hekk stess qed ikompli jigdeb. Għax Malta kollha taf li gideb. Muscat biss ma jridx jammetti li hu giddieb bil-provi. U meta Christian Peregin staqsieh jekk hux lest jagħmel libell kontra min qed jgħidlu giddieb, Muscat qal li mhux lest jagħmel libell.

Jarmi lil Toni Abela Muscat fl-intervista biex taparsi jilgħabha tas-serju qal li kieku Toni Abela kien kandidat, kien ikollu jirtira l-kandidatura. Bħalma kellu jirtiraha Joe Cordina li għadu qed jgħid li ma kienx jaf x’tixħim kienu involuti fih il-kumpaniji li kien responsabbli tagħhom dak li kellu f’idejh il-finanzi tal-Labour Party u li hu qrib ħafna ta’ Muscat. Jaċċettalu r-riżenja Fuq il-każ tad-droga, Muscat imur pass ieħor u jgħid li jekk Toni Abela joffri li jirriżenja, jaċċettahielu r-riżenja. Muscat irid ibellagħhielna li hu serju. Ħlief, li jekk isegwi l-loġika, Muscat fl-intervista kompla jħaffer il-ħofra tiegħu stess li ilu jħaffer f’dan il-każ sa minn meta seħħ f’dik il-lejla tas-Sette Giugno 2009 meta Muscat kien qed

jiċċelebra u jintefaħ bir-riżultat li kiseb fil-Parlament Ewropew. Il-loġika fil-każ ta’ Anġlu Farrugia... Il-loġika ma tridx tmur lura ħafna; xahrejn biss. Muscat ġiegħel jirriżenja lil Anġlu Farrugia għax dan tilef dibattitu ma’ Simon Busuttil. Illum nafu għaliex ġiegħlu jirriżenja għax qalilna Alfred Mifsud: biex jibdel player li kien qed jilgħab ħażin. Imma dan id-dibattitu Anġlu Farrugia tilfu għax għad-dibattitu Muscat bagħtu b’kaxxa vojta li biha żgur ma setax imqar jittanta għal draw. It-tort ta’ Muscat kellu jerfgħu Anġlu Farrugia, l-ewwel deputy leader, li ġiegħlu jirriżenja. … messha ssegwi... Issa għandna lit-tieni deputy leader f’każ veru kbir: il-ħabi ta’ reat ta’ droga ta’ ammont li hu traffikar f’każin Laburista fejn

kien hemm żgur ħafna familji u żgħażagħ. Jekk lil Anġlu Farrugia ġiegħlu jirriżenja fuq ħmerija, Muscat messu talab lil Toni Abela jirriżenja fuq il-ħabi ta’ reat li jġorr piena ta’ għomor il-ħabs. … sa fuq nett Jekk f’dal-każ, it-tieni deputy leader, jekk jirriżenja, Muscat jilqagħlu r-riżenja, u kieku kien kandidat ikollu jitlaq, hemm loġika xi ssewgi. Għax, allura, min hu reponsabbli daqs Toni Abela u aktar, għax hekk ammetta hu stess, jiġifieri Muscat li hu l-leader, li ħeba wkoll, u li gideb, x’messu jagħmel Muscat? Muscat għandu jirriżenja u jirtira minn kandidat. Daqshekk hu gravi l-ħabi ta’ reat ta’ traffikar ta’ droga, il-gideb li daħal fih Muscat bil-provi u l-istess loġika ta’ Muscat meta ġiegħel lil Anġlu Farrugia jirriżenja.


viii –

f’din l-Elezzjoni

www.mychoice.pn

It-Tlieta, 26 ta’ Frar

20 13

“Ħidma li rnexxiet matul din il-leġiżlatura kienet li żidna d-dħul tal-familji Maltin u Għawdxin. Dan għamilnieh billi daħħalna fis-seħħ għadd kbir ta’ miżuri li wasslu biex żdiedu l-flus fil-bwiet tan-nies. Naqqasna ħafna taxxi u l-flus baqgħu fil-bwiet tal-ħaddiema, tal-ommijiet, tal-koppji miżżewġin u tal-anzjani. Hekk se nkomplu nagħmlu matul il-ħames snin li ġejjin. Dan l-impenn se nissoktaw bih matul il-ħames snin li ġejjin biex hekk inkomplu nżidu d-dħul tal-familji Maltin u Għawdxin.” - il-Prim Ministru Lawrence Gonzi


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.