www.mychoice.pn
L-Erbgħa, 6 ta’ Marzu
SUPPLIMENT
f’din l-Elezzjoni
20 13
Iż-żgħażagħ protagonisti għal għażla fis-sod Il-Partit Nazzjonalista għandu f’idejh il-fatti u r-riżultati. 20,000 impjieg għaż-żgħażagħ u l-ħaddiema. 19,000 student igawdu l-istipendji. Dawn huma l-garanzija għal ħames snin oħra fis-sod Fil-ħames snin li għaddew pajjiżna għamel storja ta’ suċċess fid-diversi oqsma tal-ħajja, fosthom fil-ħolqien tax-xogħol, fit-tkattir ta’ aktar opportunitajiet ta’ studju u taħriġ u fit-tisħiħ tas-servizzi tas-saħħa. Storja ta’ suċċess minkejja ż-żminijiet diffiċli li għaddew minnhom pajjiżna u l-pajjiżi ġirien tagħna, wħud illum fallew u huma mimlija qgħad. Imma grazzi għall-politika tal-Partit Nazzjonalista fil-
ii
Gvern, f’dawn il-ħames snin li għaddew inħolqu 20,000 post tax-xogħol ġdid, 83 fil-mija taż-żgħażagħ qed jissoktaw jistudjaw jew jitħarrġu wara l-età tas-sekondarja u filqasam tas-saħħa pajjiżna ssokta jimxi ‘l quddiem u jagħmel avvanzi mill-aktar importanti b’risq il-pazjenti Maltin u Għawdxin. Dan kollu hu l-pedament li fuqu rridu nkomplu nibnu fil-ħames snin li ġejjin u ż-żgħażagħ iridu jkunu
Fatti u Ċifri €10 miljun f’investiment f’boroż ta’ studju fl-iskema STEPS
l-protagonisti ta’ din l-istorja ta’ suċċess billi nhar isSibt li ġej huma jkunu fuq quddiem biex bil-vot tagħhom jikkonfermaw lil Lawrence Gonzi Prim Ministru ta’ Malta u Gvern Nazzjonalista. Gvern immexxi mill-Partit Nazzjonalista jibqa’ jmexxi lil pajjiżna b’għaqal, bi prudenza u b’viżjoni biex ikompli jitkattar il-ġid u biex jinħolqu aktar opportunitajiet ta’ xogħol. Il-Partit Nazzjonalista qiegħed iwiegħed li fil-ħames
iii
snin li ġejjin joħloq 25,000 impjieg ġdid għaż-żgħażagħ Maltin u Għawdxin u għallħaddiema li jkunu jridu jkomplu jimxu ‘l quddiem. Gvern immexxi millPartit Nazzjonalista jkompli jkabbar il-faċilitajiet filqasam tal-edukazzjoni fejn iż-żgħażagħ ikunu jistgħu jkomplu javvanzaw, jistudjaw u jitħarrġu biex eventwalment isibu l-impjieg li jkunu jixtiequ. Gvern Nazzjonalista jagħti 1,000 ewro liż-żgħażagħ ta’ 21
titkellem int Qabża qawwija ‘l quddiem fil-kwalità tal-ħajja f’dawn l-aħħar ħames snin
vi
biex jiskopru pajjiż Ewropew u jsiru familjari mal-kultura u l-lingwa tiegħu. Gvern Nazzjonalista ma kienx biss fuq in-naħa t-tajba tal-passat meta għażel l-Ewropa, imma hu fuq innaħa t-tajba tal-futur hu u jiftaħ aktar opportunitajiet Ewropej għaż-żgħażagħ. Nhar is-Sibt li ġej iżżgħażagħ se jkunu minn ta’ quddiem – protagonisti – biex pajjiżna jissokta jibni futur fis-sod.
muscat jagħżel ħażin Muscat jipprova jingħoġob sa nhar is-Sibt... wara jwettaq dak li jemmen
ii –
www.mychoice.pn
f’din l-Elezzjoni
L-Erbgħa, 6 ta’ Marzu
20 13
Fatti u Ċifri
1,693
borża ta’ studju fl-2012
€1,000
lil kull żagħżugħ u żagħżugħa ta’ 21 sena biex jiskopru pajjiż Ewropew u jsiru familjari mal-kultura u l-lingwa tiegħu
1,000 54 borża ta’ studju fl-iskemi MGSS u STEPS
borża ta’ studju fl-arti u fl-isport
€10 miljun
f’investiment f’boroż ta’ studju fl-iskema STEPS
Fil-ħames snin li ġejjin il-Gvern immexxi mill-Partit Nazzjonalista hu determinat li jagħti 3,000 borża ta’ studju oħra biex dawk li jridu japprofondixxu fit-talent tagħhom ikollhom kull opportunità li jagħmlu dan
MILL- PROGRAMM
ELETTORALI TAL-PARTIT NAZZJONALISTA 2013
Qabża oħra ta’ kwalità XOGĦOL
SAĦĦA
EDUKAZZJONI
Impenn biex aktar studenti jkomplu l-edukazzjoni fil-livell postsekondarju Wara l-ħidma li saret fil-mixja mill-primarja għas-sekondarja, niffokaw fuq it-transizzjoni mis-sekondarja għal edukazzjoni aktar għolja. L-għan tagħna huwa li nkomplu nżidu l-għadd ta’ studenti li jkomplu bl-istudji tagħhom wara l-livell sekondarju. Dan inwettquh billi: i. Inżidu l-opportunitajiet f’livelli u suġġetti differenti; ii. Nagħtu aktar opportunitajiet biex iżżgħażagħ jiksbu ċertifikati għall-ħiliet tagħhom; iii. Inwessgħu n-numri tas-suġġetti vokazzjonali; iv. Niftħu programmi ġodda li jindirizzaw ilħtiġiet individwali ta’ studenti li għandhom bżonn ta’ programm personali ta’ studju; v. Inwessgħu l-iskemi ta’ apprendistat; vi. Nagħtu rikonoxximent għat-tagħlim informali u mhux formali.
Aktar scholarships f’livell terzjarju Isir aktar investiment, sena wara sena, fi scholarships f’kull livell sabiex joffru lillistudenti Maltin għażla usa’ ta’ korsijiet ta’ edukazzjoni terzjarja f’istituzzjonijiet edukattivi pubbliċi u privati, kemm f’Malta kif ukoll
f’pajjiżi oħrajn tal-Unjoni Ewropea. Matul l-aħħar snin ingħataw 2,000 scholarship. Filħames snin li ġejjin nagħtu 3,000.
Studenti fi skejjel indipendenti i.
Jekk inti ġenitur li tibgħat lit-tfal tiegħek fi skola indipendenti se nkomplu nżidu l-ammont tal-miżata li tista’ tnaqqas middħul taxxabbli tiegħek.
ii. Il-Gvern diġà ħabbar fond ta’ €1 miljun fissena fuq tliet snin biex jipprovdi għajnuna lil skejjel indipendenti jinvestu f’riżorsi marbuta ma’ investiment fis-software u liċenzji tal-IT; titjib f’faċilitajiet ta’ xjenza; titjib f’faċilitajiet sportivi, servizzi marbuta mal-ħtiġiet individwali tal-istudenti; u fl-iżvilupp professjonali tal-għalliema fl-iskejjel privati. Dan il-Fond hu allokat lilliskejjel privati skont in-numru ta’ studenti reġistrati. Dan il-fond issa jiġi estiż għal €2 miljun fis-sena għal ħames snin.
Culture Card għall-istudenti kollha Nifirxu mal-istudenti kollha l-Culture Card li qed tingħata bħalissa lill-istudenti ta’ Form I u Form II. Din tibda tingħata lill-istudenti kollha tal-primarja u s-sekondarja biex ikunu jistgħu jżuru siti storiċi u attivitajiet kulturali.
20 13
f’din l-Elezzjoni – iii
www.mychoice.pn
L-Erbgħa, 6 ta’ Marzu
Titkellem
Kemm fix-xogħol, kemm fl-edukazzjoni, kemm fis-saħħa, kemm fit-turiżmu u fl-ambjent... semmi liema qasam trid u mill-ewwel tirrealizza kif il-Gvern immexxi mill-Partit Nazzjonalista matul din il-leġiżlatura rnexxielu jagħmel storja ta’ suċċess b’risq il-Maltin u l-Għawdxin kollha li huma wkoll taw sehem sħiħ f’dan is-suċċess importanti biex pajjiżna seta’ jimxi ‘l quddiem
manuel micallef
james cassar
birkirkara
zaren debono
il-mosta
Ħal Qormi
L-importanza tal-individwu fil-politika lokali
Aktar għodda lill-kunsilli lokali biex jaħdmu favur ir-residenti
It-tablets għall-istudenti jfissru aktar sigurtà għal saħħithom
Gvern immexxi mill-Partit Nazzjonalista kien dejjem iffukat fuq l-interess tal-individwu, li dan jgħix ħajja ta’ kwalità minn mindu jitwieled sakemm jiġi biex jagħlaq għajnejh. Dan għamlu billi pprovda xogħol, saħħa u edukazzjoni tal-ogħla kwalità b’xejn u għal kulħadd. Poplu b’saħħtu u edukat ifisser aktar opportunitajiet ta’ investiment minn kumpaniji kbar barranin u dan ifisser investiment kbir f’terminu ta’ flus u impjiegi li l-pagi minnhom iwasslu biex l-ekonomija Maltija tkompli taqdef ’il quddiem u b’hekk inkomplu nkabbru l-ġid lokali.
Il-Partit Nazzjonalista waqaf il-kunsilli lokali għax emmen li dawn kienu se jġibu differenza fil-pajjiż u kien il-Partit Nazzjonalista fil-Gvern li kompla jsaħħaħ id dawn l-istituzzjonijiet biex ikompli jħares il-kwalità ta’ ħajjet kull resident. Matul din il-leġiżlatura rajna kif diversi kunsilli lokali madwar Malta u Għawdex impenjaw ruħhom biex bnew aktar toroq u spazji miftuħa biex kull resident fil-lokalità mhux biss iħossu kburi li jagħmel parti minnha iżda jgħix ħajja aktar komda u sigura. Il-kunsilli lokali ġabu titjib f’kull rokna ta’ Malta u Għawdex u minn dan ingawdu aħna.
It-tablets li l-Partit Nazzjonalista qiegħed iwiegħed fil-programm elettorali tiegħu matul din il-kampanja elettorali, huma wegħda ta’ min ifaħħarha, mhux biss għax se ssir qabża ta’ kwalità oħra fil-qasam edukattiv iżda għax dan se jgħin biex il-piż tal-basket jiġi minimizzat. Ħafna tfal li jġorru l-kotba magħhom awtomatikament qegħdin iġorru l-piż fuq daharhom u dan jista’ jwassal għal konsegwenzi ħżiena f’saħħithom. Dan kollu issa se jiġi eliminat permezz tat-tablet għaliex fih se jkun hemm il-materjal kollu neċessarju għalihom.
berta camilleri Patrick balzan is-siĠĠiewi
83 fil-mija tal-istudenti tas-sekondarja jkomplu jistudjaw Li student jagħżel li jistudja flok jaħdem minnu nnifsu diġà hu ta’ min ifaħħru, iżda l-istudent jagħżel din it-triq mhux biss minħabba ambizzjonijiet u xewqat personali li jaħdem u jistinka biex jilħaq dak li jixtieq, iżda għax isib il-fatturi kollha favurih. Fost dawn il-fatturi ssib li Gvern Nazzjonalista ħadem biex kompla jibni skejjel ta’ kwalità fosthom żieda fis-sulari tal-Junior College, stipendji tajbin, flus addizzjonali biex l-istudenti jixtru l-kotba u investiment qawwi fil-korp akkademiku fejn jingħażlu l-aqwa għalliema biex uliedna jieħdu l-aħjar tagħlim. Nemmen li s-serħan il-moħħ għall-istudenti hu permezz tal-Partit Nazzjonalista fil-Gvern li tul din il-leġiżlatura investa bis-sħiħ fiż-żgħażagħ.
il-marsa
Turiżmu rekord f’dawn l-aħħar ħames snin Wieħed mis-sigrieti għala Malta baqgħet miexja ’l quddiem mingħajr intoppi matul din il-kriżi kien il-fatt li kellna influss ikbar fit-turiżmu f’pajjiżna, b’turisti li għażlu lil Malta bħala d-destinazzjoni turistika tagħhom, minn fost għexieren ta’ pajjiżi oħra. Dan kien possibbli għaliex il-Gvern ta’ Lawrence Gonzi ħadem qatigħ mhux biss fir-reklamar tal-pajjiż iżda għax ta l-għodda meħtieġa u fetaħ il-bibien talopportunitajiet, fosthom billi ħarreġ lil aktar studenti fl-ITS, infetħu aktar lukandi, sar titjib fil-kwalità tal-ilma baħar, ġew restawrati mijiet ta’ siti storiċi u fuq kollox, daħħal il-linji tal-low cost u b’hekk aktar turisti bdew jiġu Malta. Il-Gvern immexxi mill-Partit Nazzjonalista fis-snin li għaddew investa ħafna fit-turiżmu u wieħed jieħu gost jara kif anki s-settur privat ta s-sehem sħiħ tiegħu biex pajjiżna kiseb suċċessi importanti fit-turiżmu.
iv –
f’din l-Elezzjoni
www.mychoice.pn
L-Erbgħa, 6 ta’ Marzu
20 13
20,000 job ġdid fil-ħames snin li għaddew u 25,000 job ġdid fil-ħames snin li ġejjin. Dan hu s-suċċess tal-Partit Nazzjonalista fil-Gvern. Dan hu s-serħan tal-moħħ li l-politika tal-Partit Nazzjonalista fil-Gvern iġġib lill-ħaddiema Maltin u Għawdxin kollha. Ħaddieħor dan kollu ma jiggarantihx. Anzi t-track records tiegħu dejjem kienu splużjoni fil-qgħad u fin-nuqqas ta’ opportunitajiet għaż-żgħażagħ
Il-PN hu l-garanzija għaż-żgħażagħ biex ikollhom l-aqwa u l-aħjar opportunitajiet fl-edukazzjoni u fix-xogħol
Il-Prim Ministru Lawrence Gonzi dejjem kien viċin iż-żgħażagħ u dejjem ħeġġiġhom biex jissoktaw bl-istudji jew bit-taħriġ tagħhom ħalli b’hekk jimxu ‘l quddiem. Il-Prim Ministru Lawrence Gonzi dejjem ta importanza kbira liż-żgħażagħ u bil-fatti kattrilhom l-opportunitajiet biex jaħtfuhom u jimxu ‘l quddiem. Tajjeb li wieħed jirrealizza li ħafna missirijiet u ommijiet ta’ dawn l-istess żgħażagħ fi żmienhom ma kellhomx l-opportunitajiet li hawn illum, anzi kienu mċaħħda milli jimxu ‘l quddiem kemm xtaqu għax Gvern Laburista ma kienx jinvesti fl-edukazzjoni
L-eduk quddiem biss ukoll kulħadd - hu jimxi ‘l tal-moħħ liż l-aqwa im
20 13
L-Erbgħa, 6 ta’ Marzu
www.mychoice.pn
Matul dawn il-ħames snin il-Gvern immexxi mill-Partit Nazzjonalista kattar l-ispazji ta’ rikreazzjoni fejn il-familja kollha tista’ tmur tistrieħ u tiddeverti. Spazji ta’ rikreazzjoni anki għaż-żgħażagħ fejn jistgħu jmorru u jieħdu pjaċir billi jipprattikaw l-isport favorit tagħhom. Xejn ma jsir b’kumbinazzjoni, iżda żdiedu dawn il-faċilitajiet għax il-Gvern immexxi mill-Partit Nazzjonalista għandu għal qalbu tassew il-veru ġid tal-familja Maltija u Għawdxija
kazzjoni u t-taħriġ huma l-aqwa ċavetta biex iż-żgħażagħ jimxu ‘l u jagħmlu karriera b’suċċess. L-edukazzjoni u t-taħriġ mhumiex iċ-ċavetta għal impjiegi tajbin li rridu f’pajjiżna, imma wkoll biex min hu u ġej minn liema sfond soċjali ġej - ikun jista’ javvanza u l quddiem. Il-Partit Nazzjonalista fil-Gvern jiggarantixxi s-serħan ż-żgħażagħ li wara li jtemmu l-istudji jew it-taħriġ tagħhom, isibu mpjiegi possibbli bi dħul tajjeb għalihom u għall-familji tagħhom
f’din l-Elezzjoni – v
vi –
www.mychoice.pn
f’din l-Elezzjoni
L-Erbgħa, 6 ta’ Marzu
Muscat jagħżel ħażin... Edward Scicluna, Times, 25.8.2012: Recall Mintoffianomics
Edward Scicluna, Dokument ta’ Qabel il-Budget, 2006-10: Il-pajjiż ma jiflaħx l-iskema tal-istipendji; din l-iskema ma teżisti f’ebda pajjiż ieħor Evarist Bartolo, stqarrija, 3.10.1997: Imkien fid-dinja ma teżisti sistema bħal ta’ Malta li dawk li jistudjaw l-Università, minbarra li ma jħallsux tal-kors li jagħmlu, jingħataw ukoll stipendju Edward Scicluna, Times, 5.2.2009: Wage cuts could save jobs
...u tbati int
Leo Brincat, Parlament, 4.11.1997: L-istipendji jkollhom itiru għalkollox
SA NHAR IS-SIBT jipprova JINGĦOĠOB... (dehret għall-ewwel darba: il-mument 28.10.12)
20 13
20 13
f’din l-Elezzjoni – vii
www.mychoice.pn
L-Erbgħa, 6 ta’ Marzu
LENTI FUQ...
Mal-PN moħħok mistrieħ Tlett ijiem oħra mmorru nivvutaw biex nagħżlu l-Gvern Malti għall-ħames snin li ġejjin. Intqal u jingħad ħafna f’kampanja elettorali, imma flaħħar mill-aħħar, mar-riżultat jibdew ħames snin ġodda li rridu naraw li jkunu tajbin għal Malta u għalina biex inkomplu ngħixu b’moħħna mistrieħ. Proposti għall-ħames snin li ġejjin Il-Partit Nazzjonalista jiġi bilgaranzija tar-riżultati li kiseb fl-aħħar ħames snin; riżultati tajbin minkejja l-mewġ dinji li taħtu għerqu ħafna pajjiżi. L-aqwa riżultat hu l-20,000 impjieg ġdid li minnhom gawdew il-ħaddiema u ż-żgħażagħ. U għax kien qed joħloq ix-xogħol, il-Gvern Nazzjonalista seta’ jinvesti fl-edukazzzjoni, fis-saħħa, flinfrastruttura, fis-solidarjetà u fil-kwalità tal-ħajja. Imma l-Partit Nazzjonalista mhux jistrieħ biss fuq irriżultati. Qed jagħmel ukoll ħafna proposti maħsubin tajjeb biex ikunu effettivi għall-ħames snin li ġejjin.
Ewlenija fosthom li Gvern Nazzjonalista joħloq 25,000 job ġdid li ħafna minnhom jimtlew miż-żgħażagħ li jibdew jaħdmu. 25,000 impjieg ġdid Gvern Nazzjonalista jnaqqas l-income tax għal min jinvesti jew jiftaħ negozju, u jagħmel skemi biex jiżdiedu l-impjiegi fit-turiżmu, fil-fabbriki u flindustrija. Jagħti sentejn bla taxxa liż-żgħażagħ li jiftħu negozju; tliet snin għan-nisa u f’Għawdex. Iż-żgħażagħ fil-qalba tal-proposti Liż-żgħażagħ ta’ 21 sena, Gvern Nazzjonalista fil-ħames snin li ġejjin jagħtihom 1,000 ewro biex jiskopru pajjiż Ewropew u jsiru familjari mal-kultura u l-lingwa tiegħu. Iżid l-istipendji għall-istudenti kollha u jħallsilhom il-bolla ħalli jgawdu aktar snin bilbolla mħallsa. Iżid ukoll l-istipendji għallistudenti b’diżabilità, dawk minn familji bi dħul baxx u f’oqsma speċjalizzati. U jagħti sena xogħol fil-volontarjat
jew fl-isport kemm f’Malta kif ukoll barra għaż-żgħażagħ blistipendju u bil-bolla mħallsa mill-Gvern. Gvern Nazzjonalista jagħti 3,000 scholarship ieħor għal studju ma’ universitajiet barranin. Ikompli jinvesti flUniversità, ilesti l-kampus talMCAST għal 10,000 student, jagħmel kampus tal-ITS u Akkademja għall-Arti. Tnaqqis tat-taxxa Gvern Nazzjonalista jerġa’ jnaqqas l-income tax għal kulħadd u l-ogħla rata jniżżilha minn 35 fil-mija għal 25 filmija. Ineħħi t-taxxa tal-boll fuq il-proprjetà mill-ġenituri lill-ulied b’wirt jew donazzjoni u jnaqqas it-taxxa tal-boll għal min jixtri d-dar tiegħu. Kura tat-tfal u tas-saħħa Gvern Nazzjonalista fil-ħames snin li ġejjin jagħti servizz ta’ childcare b’xejn għat-tfal kollha fiċ-ċentru tal-għażla tiegħek anke privat. Jiftaħ aktar Ċentri Klabb 3-16 biex studenti jsegwu programmi wara l-ħin tal-iskola. Ġenituri jkunu jistgħu jużaw is-sick
leave meta jimirdu t-tfal ukoll. Jiftaħ żewġ ċentri reġjonali tas-saħħa ġodda biex tingħata kura viċin id-dar. Iżid il-mediċini b’xejn. Jifrex l-iscreening kontra l-kanċer u jagħmel ġlieda kontra d-dijabete. Jiftaħ Ċentru ta’ Riabilitazzjoni u ċ-Ċentru għall-Kura tal-Kanċer. L-aqwa edukazzjoni Wara li saru aktar minn 2,300 interactive whiteboard filklassijiet, Gvern Nazzjonalista jagħmel qabża oħra fittagħlim billi jagħti tablet lill-istudenti tal-primarja u s-sekondarja biex jitgħallmu aħjar f’sistema kompletament ġdida ta’ tagħlim b’mezzi diġitali. Ikompli wkoll jibni skola ġdida fis-sena. Jiftaħ Pension Account ta’ 1,000 ewro għal kull tarbija li titwieled. Iżid ir-rata minima taċ-children’s allowance b’100 ewro oħra għal 450 ewro. Jagħmel parks ġodda għat-tfal u l-familji. Jibni outdoor gym f’kull lokalità. Iżid il-faċilitajiet sportivi għażżgħażagħ.
Solidarjetà Pensjonanti li jkomplu jaħdmu jibdew iħallsu nofs il-bolla u jgawdu minn paga u pensjoni sħiħa. Min jirċievi pensjoni privata jew minn barra ma jkollu l-ebda tnaqqis. Pensjonanti tatteżor jingħataw żieda. Gvern Nazzjonalista jagħti allowance ta’ 500 ewro fis-sena lil min għandu 75 sena u aktar u jgħix id-dar jew mal-familja. Jiftaħ mill-anqas dar fissena għal persuni b’diżabbiltà. Il-Gvern jintrabat mal-ġenituri bi Pjan għall-Ħajja biex jagħżlu kif jgħixu wliedhom meta ma jkunux jistgħu jduru bihom. Gvern Nazzjonalista jdaħħal tariffa tal-elettriku orħos għal billejl li tissarraf fi tnaqqis ta’ bejn 7% u 26% bejn l-10pm u s-6am. Jagħmel aktar skemi biex familji, negozji u min hu fl-industrija jgawdi l-enerġija nadifa u rħisa tax-xemx. Dan hu kif Gvern Nazzjonalista se jkompli jiggarantixxi x-xogħol, issaħħa u l-edukazzjoni biex ikompli jagħti futur fis-sod ħalli nkomplu ngħixu b’moħħna mistrieħ.
viii –
f’din l-Elezzjoni
www.mychoice.pn
L-Erbgħa, 6 ta’ Marzu
20 13
“Kulħadd għandu jersaq lejn id-9 ta' Marzu u jaħseb sewwa dwar l-għażla li jrid jagħmel għall-ħames snin li ġejjin. Aħna lesti nservukom għax aħna nemmnu fikom u fil-kapaċità tal-poplu kollu. Din hi kwistjoni ta' għażla, jekk tridux tissugraw u tpoġġu f'riskju dak kollu li ksibna, jew inkella ma nissugrawx u nerġgħu nikkonfermaw it-tmexxija tal-PN għall-ħames snin li ġejjin.” - il-Prim Ministru Lawrence Gonzi