www.mychoice.pn
L-Erbgħa, 13 ta’ Frar
SUPPLIMENT
f’din l-Elezzjoni
20 13
Il-kampus il-ġdid tal-MCAST se jkollu 17-il binja Il-Kulleġġ Malti tal-Arti, ix-Xjenza u t-Teknoloġija (MCAST), imwaqqaf fl-2001, hu l-istituzzjoni ta’ taħriġ u edukazzjoni vokazzjonali ewlenija f’Malta Permezz ta’ għaxar istituti differenti f’Malta u Ċentru f’Għawdex, l-MCAST joffri 156 kors fuq bażi full-time u 300 oħra part-time. Dawn ivarjaw minn ċertifikati għal-lawrji (minn Livell 1 sa Livell 6). L-istudenti tal-kulleġġ, madwar sitt elef student full-time u erbat elef student part-time, jiġu preparati għal karrieri fl-
ii
industrija, fl-intrapriża u l-kummerċ, jew biex ikomplu l-istudji tagħhom f’livelli ogħla. Il-Kulleġġ jaħdem id f’id mal-industriji lokali biex jiżgura l-għerf, ħiliet u snajja’ li jwasslu lill-istudenti jkunu adegwati għall-ħtiġijiet ta’ ekonomija dinamika u li taħseb fil-ġejjieni. Din irrelazzjoni tixpruna s-suċċess
Fatti u Ċifri €120 miljun f’bini ta’ kampus ġdid għall-MCAST
tal-Kulleġġ – il-programmi tiegħu huma flessibbli, rilevanti u jilħqu l-ħtiġijiet tal-industriji, hekk kif dawn kontinwament jevolvu biex jilqgħu għall-isfidi tal-bidliet fl-ekonomija dinjija. Ix-xogħol fuq il-proġett il-ġdid tal-MCAST jaħseb biex meta dan il-kampus il-ġdid ikun lest ikollu fih madwar sbatax-il binja differenti.
iii
Mal-elf student jistudjaw il-mużika L-impenn tal-Gvern li jifrex l-opportunitajiet tat-tagħlim, inkluż f’dixxiplini ta’ mużika, arti u drama, wassal biex illum kiber sew l-interess minn tfal u żgħażagħ li qed jistudjaw u jispeċjalizzaw fil-mużika. It-tagħlim tal-mużika nfirex fil-bliet u l-irħula mill-Iskola Johann Strauss u bis-saħħa ta’ hekk l-istudenti tal-mużika żdiedu minn 555 għal 946 fi żmien sena. Żdiedu wkoll l-għalliema tal-mużika fl-iskejjel primarji u l-istudenti qed ikollhom lezzjoni tal-mużika filġimgħa.
titkellem int L-ETC ħarrġet eluf ta’ persuni u għenithom isibu l-impjieg li xtaqu
vi
It-tagħlim tal-mużika kien introdott bħala option fl-iskejjel sekondarji. L-istudenti jistgħu jagħżlu dan is-suġġett bħala suġġett ewlieni u jkomplu jistudjawh sal-livell tasSEC. Sar level rating talkorsijiet tal-iskejjel biex dawn jiġu rikonoxxuti milLivelli tal-MQC;EQF. Ingħatat għajnuna lill-Għaqda tal-Każini tal-Baned u saru korsijiet minn professuri barranin biex jitjieb il-livell tattagħlim tal-mużika filbaned.
muscat jagħżel ħażin Scicluna sieħeb Muscat jistqarr li s-sistema tal-istipendji mhix sostenibbli
ii –
www.mychoice.pn
f’din l-Elezzjoni
L-Erbgħa, 13 ta’ Frar
20 13
Fatti u Ċifri
€120 miljun f’bini ta’ kampus ġdid għall-MCAST
€16-il miljun
f’investiment dirett fl-MCAST għal matul l-2013
6,000 240
student u studenta qed jattendu xi kors full-time jew part-time fl-MCAST matul din is-sena skolastika
student u studenta minn Għawdex qed jattendu korsijiet tal-MCAST
€803,000
lil 59 student li għadhom kemm ħadu scholarship biex jissoktaw bl-istudji tagħhom
MILL- PROGRAMM
ELETTORALI TAL-PARTIT NAZZJONALISTA 2013
Qabża oħra ta’ kwalità XOGĦOL
SAĦĦA
Inkomplu nħeġġu lill-istudenti jissoktaw bl-istudji tagħhom wara s-sekondarja Fil-ħames snin li ġejjin nagħtu 3,000 scholarship 43. Biex aktar studenti jkomplu l-edukazzjoni postsekondarja
44. Aktar scholarships f’livell terzjarju
Wara l-ħidma li saret fil-mixja mill-primarja għas-sekondarja, niffokaw fuq it-transizzjoni mis-sekondarja għal edukazzjoni aktar għolja. L-għan tagħna huwa li nkomplu nżidu l-għadd ta’ studenti li jkomplu bl-istudji tagħhom wara l-livell sekondarju. Dan inwettquh billi: i. Inżidu l-opportunitajiet f’livelli u suġġetti differenti;
Isir aktar investiment, sena wara sena, fi scholarships f’kull livell sabiex joffru lillistudenti Maltin għażla usa’ ta’ korsijiet ta’ edukazzjoni terzjarja f’istituzzjonijiet edukattivi pubbliċi u privati, kemm f’Malta kif ukoll f’pajjiżi oħrajn tal-Unjoni Ewropea. Matul l-aħħar snin ingħataw 2,000 scholarship. Filħames snin li ġejjin nagħtu 3,000.
45. Studenti fi skejjel indipendenti ii. Nagħtu aktar opportunitajiet biex iżżgħażagħ jiksbu ċertifikati għall-ħiliet tagħhom;
8,800
student temmew b’suċċess l-istudji tagħhom f’dawn il-ħames snin li għaddew wara li segwew xi kors fl-MCAST
EDUKAZZJONI
iii. Inwessgħu n-numri tas-suġġetti vokazzjonali; iv. Niftħu programmi ġodda li jindirizzaw il-ħtiġiet individwali ta’ studenti li għandhom bżonn ta’ programm personali ta’ studju; v. Inwessgħu l-iskemi ta’ apprendistat; vi. Nagħtu rikonoxximent għat-tagħlim informali u mhux formali.
i.
Jekk inti ġenitur li tibgħat lit-tfal tiegħek fi skola indipendenti se nkomplu nżidu l-ammont tal-miżata li tista’ tnaqqas middħul taxxabbli tiegħek.
ii. Il-Gvern diġà ħabbar fond ta’ €1 miljun fissena fuq tliet snin biex jipprovdi għajnuna lil Skejjel Indipendenti jinvestu f’riżorsi marbuta ma’ investiment fis-software u liċenzji tal-IT; titjib f’faċilitajiet ta’ xjenza; titjib f’faċilitajiet sportivi, servizzi marbuta mal-ħtiġiet individwali tal-istudenti; u fl-iżvilupp professjonali tal-għalliema fl-iskejjel privati. Dan il-Fond hu allokat lilliskejjel privati skont in-numru ta’ studenti reġistrati. Dan il-fond issa jiġi estiż għal €2 miljun fis-sena għal ħames snin.
20 13
f’din l-Elezzjoni – iii
www.mychoice.pn
L-Erbgħa, 13 ta’ Frar
Titkellem
Il-Korporazzjoni Maltija għax-Xogħol u t-Taħriġ (ETC) matul din il-leġiżlatura kompliet torganizza diversi korsijiet ta’ taħriġ għal dawk li jkunu jridu jsibu impjieg jew li jkunu jridu jtejbu l-impjieg tagħhom. Dawn il-korsijiet qed iħallu diversi riżultati pożittivi u inkoraġġanti u l-Gvern hu determinat li jkompli jsaħħaħ lill-ETC
Carmelo
Anthony Abela
Il-Mellieħa
S. Mamo Birkirkara
In-Naxxar
Tagħlim u taħriġ lil min jirreġistra
Taħriġ f’oqsma differenti
Ninvestu f’kull individwu
Naqbel mal-kunċett li dawk li qegħdin jirreġistraw ikunu mħarrġa b’diversi modi biex ikunu mogħtija aktar għodod f’idejhom u b’hekk il-possibbiltà li jkunu impjegati ma’ xi kumpanija Maltija tikber u jsibu xogħol f’qasir żmien. Dan għalihom mhux biss ikun serħan il-moħħ għax la jsibu xogħol, ikunu jistgħu jieħdu l-paga, iżda x-xogħol jagħti l-identità lill-bniedem. L-iskema li min jitħarreġ jingħata l-flus, hi tajba għaliex tgħin lill-individwu biex ikompli jattendi għattaħriġ u jqawwi qalbu u fl-istess ħin qiegħed jaqla’ xi ħaġa żejda li tant ikollu bżonnha. Barra minn hekk, fattur importanti ieħor hu li dan it-taħriġ jingħata wkoll f’Għawdex. Dan ikompli jgħin lill-Għawdxin iqawwu qalbhom u jidħlu għal dawn il-korsijiet.
Minn esperjenzi personali li smajt bihom, dawk li jkunu qegħdin iffitxu xogħol qegħdin jingħataw taħriġ mill-Koorporazzjoni tal-ETC u b’hekk dak li jkun ikabbar il-probabbiltà li jsib impjieg u jibda jaħdem. Dawk li jużaw dan is-servizz, jingħataw taħriġ f’oqsma differenti li jvarjaw minn xogħol manwali sa xogħol bħal servizz ta’ Customer Care u dak relatat mal-linja tal-ajru. Illum nafu li x-xogħlijiet qegħdin ikunu varji u jinbidlu ta’ kuljum, jiddiversifikaw u l-ħaddiem irid ikun kapaċi jibqa’ aġġornat. Korsijiet ta’ dan it-tip jgħinu lil min ikun qed ifittex xogħol, jgħinuh ikompli jaqdef ’il quddiem biex isib xogħol li jistħoqqlu, kemm għalih personali kif ukoll għall-familja tiegħu.
Il-Gvern immexxi mill-Partit Nazzjonalista dejjem ra kif ikun ta’ għajnuna għal kull persuna f’din is-soċjetà, sew meta din il-persuna tkun qiegħda taħdem u tkun b’saħħitha, kif ukoll meta ma tkunx. Fil-qasam tat-taħriġ, il-Gvern kompla jinvesti kemm fiż-żgħar u kif ukoll fl-adulti u l-anzjani bl-iskop li dawn isibu l-impjieg li jixtiequ. Għal dawk li għadhom ma sabux xogħol, il-Gvern ħareġ bi skemi fejn dawk li jattendu għat-taħriġ malETC mhux biss jitħarrġu iżda jingħataw stipendju wkoll. L-iskop tal-istipendju hu li jgħin lill-persuna tgħix aħjar filwaqt li tkompli żżid il-kwalifiki li mbagħad ikomplu jiftħu l-bibien tal-opportunitajiet biex dak li jkun isib xogħol u jimraħ fih. Dan ikun ta’ sodisfazzjon għall-istess student u l-familja tiegħu.
Jane D’Amato Iż-Żurrieq
Kliem ta’ tifħir għall-ETC Ħafna ġenituri jingħataw is-serħan il-moħħ meta Illum il-ġurnata nisimgħu kemm-il darba bil-lifelong learning, frażi li qiegħda tkun ta’ ġid kbir għaddiversi persuni li jagħmlu użu mill-korsijiet abbinati magħha. Il-korsijiet mogħtija mill-ETC nikkunsidrahom bħala parti mill-kappa tal-lifelong learning, iżda b’mod aktar speċjalizzat. Fosthom hemm dawk li jagħtu taħriġ rilevanti għax-xogħol tal-lum il-ġurnata, dak li d-dinja moderna trid issib biex l-individwu jkun kapaċi jaħdem. Ħafna nies li jagħmlu użu mill-ETC, għal xi raġuni dejjem joħorġu sodisfatti bis-servizz u tisma’ kliem ta’ tifħir għalih għax fl-aħħar mill-aħħar, f’mumenti diffiċli dawn il-persuni jkunu sabu l-wens u spalla fuqiex jistrieħu.
Maria Abela Ħal Qormi
Possibbiltà akbar għal aktar opportunitajiet M’ilux smajt bil-lista twila ta’ servizzi ta’ taħriġ li l-ETC tipprovdi lill-persuni li jagħmlu użu mis-servizzi tagħha u veru bqajt immeraviljata b’kemm isiru korsijiet u, fuq kollox, kemm huma interessanti. Hawn min jaħseb li l-ETC qiegħda hemm biss biex wieħed jagħti ċ-ċertifikati tal-mard jew jirreġistra iżda jirriżulta mod ieħor, tant li anke taħriġ li jwassal għal-liċenzji ta’ gwardjan privat u dawk relatati ma’ clerk jingħata fiha. Opportunitajiet ta’ xogħol li jibqgħu jiftħu f’opportunitajiet ikbar matul is-snin u jissarrfu f’esperjenza, opportunitajiet li jkomplu jagħtu lill-bniedem sens ta’ dinjità u identità li jwasslu biex jgħix ħajja ta’ kwalità aħjar.
iv –
f’din l-Elezzjoni
www.mychoice.pn
B’kollox, matul dawn il-ħames snin li għaddew, iggradwaw aktar minn 20,000 student - għadd kbir minnhom iggradwaw wara li segwew kors full time jew part time fl-MCAST. Il-Gvern se jkompli jsaħħaħ l-MCAST u l-opportunitajiet lill-istudenti billi qed jibni kampus ġdid tal-MCAST f’Kordin
Storja kbira ta’ suċċess mill-istudenti tal-MCAST li ħatfu l-opportunitajiet u llum għandhom impjiegi mill-aqwa
L-Erbgħa, 13 ta’ Frar
20 13
L-investiment fir-riżorsi umani u fil-makkinarju li jintuża għat-taħriġ fl-MCAST matul din il-leġiżlatura żdied kull sena u għax il-Gvern immexxi mill-Partit Nazzjonalista żamm dejjem il-finanzi fis-sod, assigura li l-kwalità tat-tagħlim u t-taħriġ tkun mill-aqwa f’kull sens
20 13
L-Erbgħa, 13 ta’ Frar
www.mychoice.pn Qasam partikulari li fih iż-żgħażagħ Maltin qed jagħmlu suċċess kbir hu dak tal-avjazzjoni, fejn, filwaqt li fl-MCAST qed ikunu organizzati korsijiet mill-aqwa, l-istudenti qed isibu jistennewhom għadd ta’ opportunitajiet. F’pajjiżna, fl-aħħar snin, l-industrija tal-avjazzjoni għamlet passi kbar ‘il quddiem u llum tħaddem fiha għadd kbir ta’ żgħażagħ bi dħul tajjeb għalihom u għall-familji tagħhom
Il-korsijiet organizzati fl-MCAST fetħu opportunitajiet ġodda lil eluf ta’ żgħażagħ li qed jirnexxilhom itemmu b’suċċess l-istudji u t-taħriġ tagħhom u jsibu l-impjieg li jixtiequ. Dan kollu mhux b’kumbinazzjoni, iżda għax il-Gvern immexxi mill-Partit Nazzjonalista investa bis-sħiħ fl-edukazzjoni u fit-taħriġ ta’ dawn iż-żgħażagħ permezz tal-MCAST
f’din l-Elezzjoni – v
vi –
www.mychoice.pn
f’din l-Elezzjoni
L-Erbgħa, 13 ta’ Frar
Muscat jagħżel ħażin... Edward Scicluna fl-2006 f’reazzjoni għad-dokument ta’ qabel il-budget, jikteb hekk dwar l-istipendji: “L-iskema tal-istipendji mhix sostenibbli u ma teżisti f’ebda pajjiż ieħor”
Edward Scicluna, fl-istess rapport fl-2006 ikompli jikteb: “Min ikollu edukazzjoni terzjarja jaqla’ aktar flus u għalhekk għandu jinvesti fih innifsu billi, minflok l-istipendji, jiddejjen” Edward Scicluna, f’intervista mat-Times f’Ġunju 2006 jgħid: “Ekonomisti minn pajjiżi sinjuruni jaqbżulhom għajnejhom ‘il barra meta ngħidilhom li f’Malta għandna din is-sistema ġeneruża ta’ stipendji... din is-sistema hi piż kbir”
...u tbati int
Edward Scicluna, il-Ministru Laburista prospettiv tal-Finanzi, ilu żmien iħambaq kontra l-istipendji
DIŻASTRI FL-EDUKAZZJONI
(dehret għall-ewwel darba: il-mument 27.04.08)
20 13
20 13
f’din l-Elezzjoni – vii
www.mychoice.pn
L-Erbgħa, 13 ta’ Frar
LENTI FUQ...
L-MCAST bi 8,000 student, l-edukazzjoni teknika għaż-żgħażagħ u l-ħaddiema, l-Università bi 12,000 student, l-ITS, l-istipendji fil-livelli kollha postsekondarji, l-iskemi wesgħin ta’ scholarships, il-Higher Secondary mas-Sixth Form, skejjel primarji u sekondarji madwar Malta u Għawdex... is-sinjali tal-partit tal-edukazzjoni
Il-Partit Nazzjonalista hu l-partit tal-edukazzjoni bil-fatti tul deċennji sħaħ L-edukazzjoni hi ċ-ċavetta għall-avvanz tal-bniedem u għax-xogħol. U l-Partit Nazzjonalista bl-ebda dubju hu l-partit tal-edukazzjoni. Skejjel primarji u sekondarji madwar il-pajjiż kollu Sa mill-ewwel Gvern Nazzjonalista tal-1921, l-edukazzjoni dejjem ingħatat importanza kbira u gvernijiet Nazzjonalisti f’dawn l-aħħar disgħin sena bnew kważi l-iskejjel kollha pubbliċi primarji u sekondarji li hawn madwar il-pajjiż. Fis-snin 1960, il-Gvern Nazzjonalista wettaq il-proġett kbir ta’ skola sekondarja għal kulħadd meta nfetħu u bdew jaħdmu xejn anqas minn tletin skola sekondarja għal eluf ta’ studenti biex joqogħdu għall-eżamijiet tal-GCE waqt li Gvern Nazzjonalista xorta għen studenti bi scholarships fl-iskejjel tal-Knisja. U fl-aħħar ħames snin u għas-snin li ġejjin, il-Gvern
Nazzjonalista qed jibni skola ġdida kull sena fl-aqwa tradizzjoni ta’ gvernijiet Nazzjonalisti. L-istituti tekniċi u l-Polytechnic fl-ewwel passi għall-edukazzjoni teknika Il-Gvern Nazzjonalista ta’ Borg Olivier poġġa l-edukazzjoni teknika fuq bażi soda u bena tliet istituti tekniċi f’Raħal Ġdid, in-Naxxar u Għawdex. Fl-edukazzjoni teknika, ilGvern Nazzjonalista fl-1966 fetaħ l-ewwel Kulleġġ Malti talArti, ix-Xjenza u t-Teknoloġija, l-MCAST, fl-Imsida. L-MCAST kien ingħalaq minn Gvern Laburista u issa reġa’ nfetaħ, ferm akbar u mifrux fl-1999 minn Gvern Nazzjonalista bi żviluppi kontinwi minn dakinhar u fis-snin li ġejjin. Ir-rigal tal-Indipendenza: Università f’Tal-Qroqq u b’xejn Meta l-Gvern Nazzjonalista ġab l-Indipendenza, ir-rigal
li għażel għall-poplu Malti f’dik l-akbar okkażjoni flistorja ta’ pajjiżna kien sinjal kbir tat-twemmin tal-Partit Nazzjonalista fl-edukazzjoni: Università ġdida f’Tal-Qroqq, l-Imsida. Dik l-Università ġiet attakkata, imxekkla u ristretta minn gvernijiet Laburisti imma mill-1987 irduppjat u aktar fiddaqs u fil-korsijiet biex illum 83 fil-mija taż-żgħażagħ Maltin qed ikomplu b’edukazzjoni postsekondarja. Kien il-Gvern Nazzjonalista li għamel l-Università b’xejn mis-sena 1971. Dan kien l-aħħar pass biex Gvern Nazzjonalista tas-snin 19621971 ġab l-edukazzjoni kollha b’xejn għal kulħadd. Titħallas biex titgħallem: l-istipendji li kienu avvanz kbir ta’ Gvern Nazzjonalista Il-Gvern Nazzjonalista fl-1987 daħħal is-sistema tal-istipendji biex kull student - hu min hu - jitħallas talli jistudja f’liema kors irid bla ebda xkiel.
Illum hemm 12,000 student u studenta fl-Università jattendu aktar minn 700 kors ta’ kull tip. Il-Gvern Nazzjonalista reġa’ fetaħ ukoll l-MCAST fejn illum hemm 8,000 student li wkoll igawdu l-istipendju. L-istipendji huma gawduti wkoll mill-istudenti talIstitut għall-Istudji Turistiċi, tas-Sixth Form u tal-Higher Secondary. U l-Gvern Nazzjonalista qed iħallas il-miżati talistudenti li jkunu qed jagħmlu xi kors ta’ distance learning ma’ universitajiet barra minn Malta u jagħtihom ħlas ekwivalenti għall-istipendju permezz ta’ skemi wiesgħa ta’ scholarships li minnhom qed igawdu eluf ta’ studenti. Gvernijiet tal-Labour: diżastru kbir fl-edukazzjoni Il-Labour hu kuntrast kbir u diżastruż fl-edukazzjoni. Gvernijiet tal-Labour
neħħew l-eżamijiet, kesksu lill-ġenituri u lill-istudenti kontra l-għalliema, attakkaw vjolentement lill-union talgħalliema u lill-għalliema li kkastigawhom ukoll bittransfers, ma jistgħux jgħidu li bnew imqar żewġ skejjel, ħallew il-bqija tal-iskejjel jaqgħu biċċiet, għalqu l-MCAST, għalqu ħafna korsijiet tal-Università, itturufnaw studenti talmediċina, neħħew ilkorsijiet kollha tal-arti u t-teoloġija, ġabu lill-istudenti jiddependu fuq impjegaturparrinu għad-dħul flUniversità, għamlu gwerra sħiħa lill-iskejjel tal-Knisja, attakkaw vjolentement lillistudenti tal-Università u lillgħalliema tagħhom, neħħew l-istipendji u dawruhom f’dejn. U llum, il-Labour Party qed imexxi ‘l quddiem lil min neħħa l-istipendji u lil min ilu snin jikteb kontra l-istipendji.
viii –
f’din l-Elezzjoni
www.mychoice.pn
L-Erbgħa, 13 ta’ Frar
20 13
“L-istorja tal-MCAST hi waħda ta’ suċċess kbir u dan minn kull aspett – min-naħa tal-Gvern li qiegħed jinvesti bis-sħiħ biex joffri aktar korsijiet full-time u part-time, min-naħa tal-għalliema li huma dedikati u li qed jaqdu d-doveri tagħhom b’impenn u b’serjeta’ u min-naħa tal-istudenti li qed jipparteċipaw bis-sħiħ biex filwaqt li jitgħallmu u jieħdu t-taħriġ li għandhom bżonn, ikunu ippreparati għad-dinja tax-xogħol u hekk ikollhom qligħ tajjeb għalihom u għall-familji tagħhom.”
- il-Prim Ministru Lawrence Gonzi