www.mychoice.pn
L-Erbgħa, 27 ta’ Frar
SUPPLIMENT
f’din l-Elezzjoni
20 13
Nassiguraw futur fis-sod b’kisba ta’ €1,128 miljun mill-UE għal pajjiżna Gvern immexxi mill-Partit Nazzjonalista għandu track record mill-aktar pożittiv fil-kisbiet tal-pakketti finanzjarji li għamel għal pajjiżna sa mis-sħubija fl-Unjoni Ewropea fl-2004
Meta ftit tal-ġimgħat ilu l-Prim Ministru Lawrence Gonzi temm id-diskussjonijiet dwar il-pakkett finanzjarju li se tingħata Malta fil-perjodu bejn l-2014 u l-2020, Malta rnexxielha tikseb pakkett finanzjarju mill-aqwa li jammonta għal €1,128 miljun. Dan ifisser li fil-ħames snin li ġejjin bl-użu għaqli ta’ €1,128
ii
miljun, il-Maltin u l-Għawdxin għandhom quddiemhom l-opportunità li jaqilgħu aktar flus u jkollhom aktar flus filbut. Dan grazzi għall-proġetti u għall-investimenti li jsiru mill-Gvern immexxi mill-Partit Nazzjonalista. Bla dubju ta’ xejn, dan il-pakkett finanzjarju se jgħin lill-Gvern biex fil-ħames
Fatti u Ċifri €2,500 miljun miksuba mill-UE minn kemm Malta ilha membru fl-2004
snin li ġejjin jinħolqu 25,000 impjieg ġdid. Hu biss il-Partit Nazzjonalista li jagħti din il-garanzija. 20,000 post taxxogħol ġdid fil-ħames snin li għaddew u 25,000 post tax-xogħol ġdid fil-ħames snin li ġejjin – total ta’ 45,000 f’għaxar snin. Spinta oħra kbira fil-qasam tal-edukazzjoni. Hu biss
iii
titkellem int Fondi għal pajjiżna li Gvern Nazzjonalista kiseb mill-UE
Gvern immexxi mill-Partit Nazzjonalista li joffri serħan il-moħħ lill-ġenituri biex jaraw lil uliedhom jimxu ‘l quddiem fl-istudju u fit-taħriġ. €1,128 iservu wkoll biex il-Gvern ikompli jagħmel aktar investimenti mill-aqwa fil-qasam tas-saħħa. Diġà saru avvanzi kbar ‘il quddiem, iżda l-Gvern irid li pajjiżna jkompli
vi
jkun fuq quddiem nett fisservizzi tas-saħħa. Gvern Nazzjonalista mmexxi mill-Prim Ministru Lawrence Gonzi biss hu s-serħan tal-moħħ li f’pajjiżna jkomplu jitwettqu aktar proġetti infrastrutturali u inizjattivi oħra li jkomplu jsaħħu d-dħul tal-Maltin u l-Għawdxin.
muscat jagħżel ħażin Jgħid li jrid inaddaf il-politika, u jitfa’ boomerang li qed tolqot lilu
ii –
www.mychoice.pn
f’din l-Elezzjoni
L-Erbgħa, 27 ta’ Frar
20 13
Fatti u Ċifri
€1,128 miljun
għal pajjiżna miksuba fil-pakkett finanzjarju għas-snin 2014-2020
€2,500 miljun
MILL- PROGRAMM
miksuba mill-Unjoni Ewropea minn kemm Malta ilha membru fl-2004
ELETTORALI TAL-PARTIT NAZZJONALISTA 2013
Qabża oħra ta’ kwalità XOGĦOL
25,000
post tax-xogħol ġdid fil-ħames snin li ġejjin grazzi għall-politika għaqlija tal-Partit Nazzjonalista fil-Gvern
€45 miljun f’investiment fil-bini ta’ sptar ġdid tal-onkoloġija li 85 fil-mija minnhom ġejjin minn fondi Ewropej
€37 miljun
f’investiment fit-turiżmu li għenu biex pajjiżna kompla tejjeb il-prodott għal kisbiet ta’ aktar rekords
Pajjiżna għandu ġejjieni sabiħ fejn l-isfidi nkomplu nibdluhom f’opportunitajiet li jkattrulna l-ġid għall-familji kollha – mixja li rridu nkomplu nagħmlu flimkien biex bi tmexxija ta’ Gvern Nazzjonalista niggarantixxu futur fis-sod
SAĦĦA
EDUKAZZJONI
Inċentivi finanzjarji nazzjonali jew mill-Unjoni Ewropea lill-bdiewa, lir-raħħala u lis-sajjieda 18. Bdiewa, Raħħala u Sajjieda i.
Il-bdiewa, raħħala u sajjieda jkunu rikonoxxuti bħala intrapriżi biex hekk ikunu jistgħu jibbenefikaw minn inċentivi finanzjarji nazzjonali jew fondi Ewropej li bħalissa mhumiex intitolati għalihom.
ii. Ikomplu n-negozjati mal-Unjoni Ewropea biex jinkiseb pakkett ta’ assistenza finanzjarja ieħor tajjeb biex inkomplu ngħinu lill-bdiewa u lir-raħħala jkomplu jaqdu l-funzjoni tagħhom ta’ gwardjani tal-kampanja. iii. Inlestu r-riforma tal-Pitkalija wara l-proġett pilota kofinanzjat mill-UE li bih se nifirxu r-riforma fuq il-pitkalija kollha bil-għan li l-bidwi, il-pitkal u x-xerrej ikollhom l-aqwa prodott, frisk u ta’ kwalità x’jgħaddu lill-konsumatur. Issir kampanja ta’ informazzjoni u promozzjonali favur il-prodott Malti ta’ kwalità u jsir l-investiment neċessarju fl-
istrutturi biex il-ħaddiema kollha jaħdmu f’aktar kumdità u f’aktar iġjene tal-ikel. iv. Bi sħubija mal-Kunsilli Lokali, jitwaqqfu aktar Farmers’ Markets madwar Malta u Għawdex wara s-suċċess tal-Farmers’ Market f’Ta’ Qali biex b’hekk noħolqu aktar opportunitajiet ta’ bejgħ għall-bidwi u aktar għażla għalik bħala konsumatur. v. Jidħol fis-seħħ l-istandard nazzjonali Naturalment Malti fuq numru ta’ prodotti lokali bħal frott u ħaxix, ħalib, majjal u ġbejniet u ssir kampanja qawwija ta’ informazzjoni u jkun hemm spettorat li jassigura li l-istandards jinżammu. vi. Tidħol skema ta’ assigurazzjoni għallbdiewa u r-raħħala biex ir-riskji li jkunu marbuta ma’ maltemp jew mard li jaffettwa l-prodott jew l-annimali jkunu koperti minn polza ta’ assigurazzjoni. L-iskema tkun iffinanzjata b’mod konġunt bejn il-bdiewa u r-raħħala u fondi talGvern u l-UE.
20 13
f’din l-Elezzjoni – iii
www.mychoice.pn
L-Erbgħa, 27 ta’ Frar
Titkellem
Il-Prim Ministru Lawrence Gonzi għadu kif kiseb baġit mill-aqwa għal Malta mill-Unjoni Ewropea: €1,128 miljun biex jintużaw fis-snin bejn l-2014 u l-2020. Dawn huma flus mill-aktar importanti li għandhom ikomplu jgħinu biex pajjiżna jissokta jimxi ‘l quddiem fl-oqsma kollha tal-ħajja, fosthom fit-tkattir tax-xogħol, fl-edukazzjoni u fis-saħħa
dorothy garcia
Erik zammit
Ħal Tarxien
koppja falzon
iż-żurrieq
burmarrad
€1,128 miljun f’nifs ġdid għal Malta
L-Ewropa hi investiment garantit
Miljuni kbar favur l-edukazzjoni
Ironikament, ftit aktar minn miljun u nofs li kien hawn min qal li se nieħdu. Imnalla dan il-poplu kien kuraġġuż biżżejjed u sema’ mill-Partit Nazzjonalista għaliex Malta miexja ’l quddiem permezz tal-flus li ġibna mill-Unjoni Ewropea. Dan grazzi għall-viżjoni tal-Partit Nazzjonalista li dejjem hu fuq in-naħa t-tajba tal-istorja. Immaġina x’differenza li kieku dawk ġibniehom minn fuq it-taxxi u miżuri oħra minflok ġibniehom minn fond Ewropew, li bih xorta se nkunu qegħdin nagħmlu investiment f’Malta u se ngawdu minn nifs ġdid, kif diġà gawdejna matul din il-leġiżlatura.
Il-kapaċità tal-Prim Ministru Lawrence Gonzi fil-qasam tat-tmexxija ma tantx hemm fejn tikkummenta dwarha għax rajna kif irnexxielna negħlbu l-kriżi ekonomika, iżda prova daqs din hi kemm il-Prim Ministru hu negozjatur prim. Filwaqt li pajjiżi oħra marru lura d-dar idhom f’idhom, b’ordni biex jiżdiedu l-miżuri ta’ awsterità għax dawn ħadu loan kbira mill-Ewropa, il-Prim Ministru Gonzi ġie b’idejh mimlija. Kull ewro li ġab miegħu jfisser investiment f’kull persuna Maltija u Għawdxija fosthom fil-qasam taledukazzjoni u b’hekk se tiżdied il-qabża tal-kwalità li tant insemmu u li esperjenzajna matul is-snin.
Kif jgħidu, lill-bniedem mhux tagħtih il-ħuta iżda tgħallmu juża l-qasba biex jistad hu u jaqbad ħut kemm irid. Mal-miljuni kbar li l-Gvern ġab miegħu mill-Unjoni Ewropea japplika dan il-kunċett billi jinvesti aktar fl-edukazzjoni. Aktar edukazzjoni u korsijiet speċjalizzati jfissru tisħiħ tar-riżorsa umana mħarrġa u b’hekk il-Gvern ikun jista’ jġib aktar investiment barrani bħal dak talavjazzjoni, dak marittimu u oħrajn. Permezz tal-flus miksub mill-Unjoni Ewropea pajjiżna għandu jkompli miexi ‘l quddiem u jikseb riżultati mill-aqwa kif ġara matul is-snin li għaddew meta pajjiżna għamel qabżiet kbar ‘il quddiem.
george ferris il-gżira
Għawdex se jibbenefika minn miljuni kbar Il-fondi li l-Gvern Nazzjonalista ġab mill-Unjoni Ewropea permezz tal-ftehim li sar mill-Prim Ministru Lawrence Gonzi, żgur li se jservu ta’ ġid u investiment għal pajjiżna iżda minbarra Malta, minn din is-somma se jibbenefikaw ukoll ħutna l-Għawdxin. Għawdex hu gżira żgħira u għandu sfidi simili bħal ta’ Malta jekk mhux aktar. Permezz tal-€1,128 miljun li ġab il-Gvern, għadd minn dawn il-problemi se jkunu solvuti permezz ta’ investiment jew skemi differenti biex il-kummerċ u l-ekonomija Għawdxin jieħdu spinta ’l quddiem. Il-fondi miksuba mill-Unjoni Ewropea żgur li se jgħinu biex isiru qabżiet ‘il quddiem f’Għawdex ukoll kif sar fis-snin li għaddew.
edgar cachia santa venera
Malta ħadet baġit aħjar mill-pajjiżi Ewropej Mhix ċajta li l-iżgħar pajjiż membru tal-Unjoni Ewropea ħa din is-somma kollha filwaqt li pajjiżi oħra ħadu inqas jew saħanistra ħarġu diżappuntati għallaħħar għax ħadu bailout u ma ġewx intitolati għal baġit bħal ħaddieħor. Niftakarni nisma’ lill-Prim Ministru Lawrence Gonzi jgħid li l-Unjoni Ewropea kienet stmat li se tagħtina biss €600,000 miljun u kien għamilha ċara li mhux se jaċċetta daqshekk ftit. Prim Ministru ta’ prinċipji u kelma soda tant li llum ħadna dawk il-miljuni kollha li se jkunu investiti fina u fi wliedna. Pajjiżna miexi fit-triq it-tajba, għamel kisbiet kbar u tajjeb li kulħadd jagħti s-sehem tiegħu biex dan il-pajjiż ikompli fid-direzzjoni t-tajba.
iv –
f’din l-Elezzjoni
www.mychoice.pn
Parti sostanzjali mill-baġit li kiseb pajjiżna mill-Unjoni Ewropea għas-snin 2014-2020 se tmur għall-qasam tal-edukazzjoni fejn il-Gvern immexxi mill-Partit Nazzjonalista jinvesti bis-sħiħ fit-tagħlim u fit-taħriġ ta’ wliedna ħalli jimxu ‘l quddiem u jagħmlu storja ta’ suċċess
Fondi mill-UE li se jsaħħu l-futur fis-sod għax se jiżdied l-investiment fix-xogħol, fis-saħħa u fl-edukazzjoni
Aktar spazji rikreattivi għat-tfal u l-familji Maltin u Għawdxin. Il-Gvern investa f’aktar faċilitajiet u spazji pubbliċi f’Malta u f’Għawdex biex il-familji jkunu jistgħu jmorru jistrieħu, jirrikreaw lilhom infushom u biex it-tfal ikollhom fejn jilagħbu. Din il-ħidma se tissokta fis-snin li ġejjin billi l-flus miksuba mill-Unjoni Ewropea jsir l-aqwa u l-aħjar użu minnhom
L-Erbgħa, 27 ta’ Frar
20 13
20 13
L-Erbgħa, 27 ta’ Frar
www.mychoice.pn
f’din l-Elezzjoni – v
Il-qasam tas-saħħa dejjem kien fiċ-ċentru tal-politika tal-Gvern immexxi mill-Partit Nazzjonalista li jimpenja lilu nnifsu biex il-Maltin u l-Għawdxin jingħataw l-aqwa u l-aħjar kura fi sptarijiet mill-aqwa kif jixirqu lill-Maltin u lill-Għawdxin. Illum kulħadd jirrikonoxxi li l-Isptar Mater Dei hu fost l-aqwa sptarijiet fl-Ewropa grazzi għallviżjoni tal-Partit Nazzjonalista fil-Gvern
Matul din il-leġiżlatura l-Gvern immexxi mill-Partit Nazzjonalista tejjeb ħafna l-infrastruttura ta’ pajjiżna, fosthom it-toroq. U dan billi uża bl-aktar mod għaqli fondi mill-Unjoni Ewropea. Issa l-Gvern irnexxielu jerġa’ jikseb fondi mill-aqwa għas-snin bejn l-2014 u l-2020 u l-Gvern Nazzjonalista hu determinat li bħal dejjem juża dawn il-flus bl-aħjar mod possibbli għall-ġid tal-Maltin u l-Għawdxin li jixirqilhom l-aqwa u l-aħjar biss
vi –
www.mychoice.pn
f’din l-Elezzjoni
L-Erbgħa, 27 ta’ Frar
Muscat jagħżel ħażin... Muscat: Jiena rrid innaddaf il-politika Maltija
Kulħadd korrott barra jien L-akbar skandlu fl-istorja ta’ Malta Wara li jibdew ħerġin il-fatti veri dwar it-tixħim għal xiri ta’ żejt mill-EneMalta: irridu nkunu pożittivi!
...u tbati int
IL-BOOMERANG TA’ MUSCAT TERĠA’ LURA LEJH... U B’DAQQA KBIRA
20 13
20 13
f’din l-Elezzjoni – vii
www.mychoice.pn
L-Erbgħa, 27 ta’ Frar
LENTI FUQ...
Il-Gvern Nazzjonalista ġibed lejn Malta attivitajiet bħall-Isle of MTV li qed jagħmlu lil Malta pajjiż mill-aktar pjaċevoli b’opportunitajiet ta’ divertiment
Elezzjoni għaż-żgħażagħ Iż-żgħażagħ li jkunu qed jivvutaw għall-ewwel darba huma l-aktar votanti li forsi għalihom l-elezzjoni ġenerali hi ġrajja eċċitanti. L-ewwel darba li tivvota f’elezzjoni ġenerali hi wkoll l-ewwel darba li tieħu sehem dirett fit-tmexxija tal-pajjiż. U din id-darba se jivvutaw dawk kollha li għalqu t-tmintax sat-8 ta’ Marzu. Il-Partit Nazzjonalista għandu l-viżjoni politika, l-ideat u l-proposti tiegħu mixħutin b’mod qawwi lejn iż-żgħażagħ.
Il-bidla t-tajba Il-Partit Nazzjonalista dejjem fisser il-bidla t-tajba u llum tassew nistgħu naraw kullimkien madwarna u fil-mod kif ngħixu l-mod kif ilPartit Nazzjonalista biddel lillpajjiż għal wieħed li joħloq ixxogħol, jagħti opportunitajiet lil kulħadd fl-edukazzjoni u t-taħriġ, jinvesti bil-kbir fl-isport u jtejjeb il-kwalità tal-ħajja f’kull qasam, mhux l-anqas fl-opportunitajiet ta’ divertiment.
Opportunitajiet bis-saħħa Malta Żagħżugħa tas-sħubija fl-Unjoni Ftit aktar minn sena ilu, Ewropea il-Partit Nazzjonalista kien L-akbar bidla li wettaq approva aġġornament f’Malta fi żmienna l-Partit għad-dokument ta’ prinċipji Nazzjonalista hi s-sħubija tiegħu, Il-Fehmiet Bażiċi. Dan fl-Unjoni Ewropea li tixhed l-aġġornament kien għalqu it-twemmin tal-Partit b’kapitlu importanti intitolat Nazzjonalista fil-Maltin u ‘Lil Malta Żagħżugħa’. Dan kien speċjalment fiż-żgħażagħ. Istitlu li jiġbor fih f’żewġ kelmiet sħubija fl-Unjoni Ewropea qed dak li fil-fatt qed jibni l-Partit tagħti opportunitajiet f’kull Nazzjonalista: pajjiż żagħżugħ qasam u dawn qed igawdu li jagħti opportunitajiet lil dawk minnhom ħafna żgħażagħ. kollha żgħażagħ fl-ispirtu u Il-Partit Nazzjonalista f’dan fl-età. l-akbar żvilupp fl-istorja ta’
pajjiżna fl-aħħar 49 sena kien oppost bil-kbir minn Joseph Muscat li mexxa kampanja feroċi Laburista kontra s-sħubija tagħna fl-UE. Bidla teknoloġika Bidla oħra qawwija għattajjeb li għamel il-Partit Nazzjonalista speċjalment favur iż-żgħażagħ hi fl-użu tatteknoloġija. Fejn darba kellna pajjiż li fih il-Gvern Laburista kien jibża’ mit-teknoloġija u jxekkilha, illum għandna pajjiż fuq quddiem nett taliżviluppi tat-teknoloġija u tal-informatika b’infrastruttura li tiġbed lejn Malta l-aqwa ditti internazzjonali f’dan il-qasam. Stipendji garantiti Biex seta’ jagħmel dan, il-Partit Nazzjonalista investa bil-kbir fl-edukazzjoni u t-taħriġ. FlUniversità mibnija u mkabbra minn Gvern Nazzjonalista, flIstitut għall-Istudji Turistiċi, flMCAST li bdieh kompletament Gvern Nazzjonalista, fil-Higher Secondary li qed tagħti ċans ieħor ta’ studju lil ħafna
żgħażagħ u fil-Junior College, gvernijiet Nazzjonalisti investew bil-qawwi u bi stipendji garantiti. Il-Labour Party, min-naħa l-oħra, neħħa l-istipendji u dawwarhom dejn; jekk ikun fil-gvern ikollu żewġ Ministri li wettqu dan u li huma Evarist Bartolo u Leo Brincat u jkollu Ministru tal-Finanzi lil Edward Scicluna li ilu jikteb u jitkellem żmien u għomor kontra l-istipendji. Xogħol fis-sod Il-frott ta’ dan kollu li għamel Gvern Nazzjonalista hu x-xogħol li hu kruċjali għażżgħażagħ huma u jidħlu għall-ewwel darba fid-dinja tax-xogħol. Ix-xogħol li Gvern Nazzjonalista ħoloq b’qawwa anke f’reċessjoni internazzjonali jammonta għal 20,000 impjieg ġdid li ħafna minnhom imlewhom żgħażagħ li daħlu fid-dinja tax-xogħol f’kuntrast ma’ żgħażagħ f’pajjiżi oħra li llum jipprotestaw kontra l-ħlasijiet għall-edukazzjoni u kontra l-qgħad kbir.
Opportunitajiet ta’ divertiment Gvern Nazzjonalista investa wkoll bil-qawwi fil-kwalità tal-ħajja f’ħafna spazji miftuħin għall-isport kif ukoll f’attivitajiet ta’ divertiment bħan-Notte Bianca u n-Notte Gozitana li jkollhom influss kbir miż-żgħażagħ. Investa wkoll fl-għaqdiet volontarji b’għajnuniet u inizjattivi li fl-aħħar mill-aħħar igawdu minnhom ħafna żgħażagħ. Illum f’Malta jsiru b’suċċess numru kbir ta’ kunċerti u attivitajiet simili u, f’investiment li jgawdu minnu t-turiżmu u ż-żgħażagħ Maltin, Gvern Nazzjonalista ġab lejn Malta attivitajiet bħall-Isle of MTV li għamlu lil Malta pajjiż pjaċevoli għal dan it-tip ta’ divertiment. B’dan kollu u aktar, flimkien mal-investiment fix-xogħol, fl-edukazzjoni, fit-taħriġ u fil-kwalità talħajja, Gvern Nazzjonalista qed jibni tassew Malta Żagħżugħa.
viii –
f’din l-Elezzjoni
www.mychoice.pn
L-Erbgħa, 27 ta’ Frar
20 13
“Fid-9 ta’ Marzu l-Maltin u l-Għawdxin għandhom iżommu quddiem għajnejhom li hu biss Gvern immexxi mill-Partit Nazzjonalista li kapaċi jġib is-serħan tal-moħħ bit-tkattir ta’ aktar opportunitajiet tax-xogħol, b’investiment f’iżjed opportunitajiet tat-tagħlim u t-taħriġ u b’aktar avvanzi fis-servizzi fil-qasam tas-saħħa. Hu biss Gvern immexxi mill-Partit Nazzjonalista li kapaċi joħloq aktar proġetti u inizjattivi li permezz tagħhom jiżdied id-dħul tal-Maltin u l-Għawdxin.” - il-Prim Ministru Lawrence Gonzi