Investiment f'aktar faċilitajiet sportivi - Futur fis-Sod

Page 1

www.mychoice.pn

Is-Sibt, 2 ta’ Frar

SUPPLIMENT

f’din l-Elezzjoni

20 13

Investiment f’aktar faċilitajiet sportivi tal-ogħla kwalità Il-Gvern immexxi mill-Partit Nazzjonalista ripetutament enfasizza l-politika tiegħu favur it-tkattir ta’ kultura sportiva u favur li l-poplu Malti jkollu aktar faċilitajiet fejn jagħmel xi tip ta’ eżerċizzju jew attività fiżika Il-politika tal-Gvern matul din il-leġiżlatura kienet iffukata wkoll biex titwessa’ l-parteċipazzjoni tal-poplu Malti u Għawdxi f’xi tip ta’ sport u attività fiżika u għalhekk kienu żviluppati għadd ta’ faċilitajiet sportivi filwaqt li oħrajn diġà eżistenti, sar investiment fihom biex tjiebu l-faċilitajiet li joffru. Dan ukoll kien mezz importanti kif ikun hemm titjib fil-kwalità tal-għajxien tal-Maltin u l-Għawdxin. Wieħed mill-investimenti kbar li saru f’dan ir-rigward kien l-investiment filKumpless Sportiv f’Ħal Kirkop. Dan il-proġett tlesta fl-2011 u l-investiment

ii

li għamel il-Gvern kien jammonta għal €3.5 miljun. Illum il-ġurata dan ilKumpless Sportiv jilqa’ fih mijiet ta’ tfal li jattendu l-Kulleġġ San Benedittu. Madankollu wara l-ħin taliskola u fi tmiem il-ġimgħa, dan il-Kumpless jilqa’ fih mijiet ta’ persuni oħra li huma membri ta’ għaqdiet sportivi. Fil-fatt f’dan il-Kumpless Sportiv modern ikunu pprattikati diversi dixxiplini sportivi, fosthom it-taħriġ talfutsal, il-badminton, in-netball l-arti marzjali u ż-żfin. Matul din il-leġiżlatura l-Gvern imbarka wkoll fuq investiment importanti flimmodernizzar tal-Kumpless

Fatti u Ċifri €3.5 miljun f’investiment għall-bini ta’ Kumpless Sportiv ġdid f’Ħal Kirkop

Sportiv tal-Kottonera biex issa dan il-Kumpless kien ċertifikat mill-UEFA biex jilqa’ fih illogħob internazzjonali talfutsal. Dan il-Kumpless jilqa’ fih ukoll diversi attivitajiet sportivi oħra bħall-volleyball, il-badminton, il-karate tradizzjonali, l-aerobics u l-yoga. Investiment ieħor importanti sar fil-Kumpless Sportiv f’Tal-Qroqq li jilqa’ fih il-Pixxina Nazzjonali. Hemmhekk ukoll sar ħafna xogħol ta’ titjib u upgrading u matul is-snin, kull sena, il-Gvern baqa’ jsostni n-nefqa ta’ madwar €1.7 miljun fissena biex dan il-Kumpless jiffunzjona kif mixtieq.

iii

Erbgħin pitch ġdid tal-football f’Malta u f’Għawdex Matul din il-leġiżlatura l-Gvern immexxi mill-Partit Nazzjonalista investa bis-sħiħ biex saru malerbgħin pitch tal-football ġdid imferrxa ma’ Malta u Għawdex. Dawn il-pitches jilqgħu fihom mijiet ta’ tfal u żgħażagħ li jmorru jitħarrġu fihom. Mhux biss imma jservu wkoll ta’ rikreazzjoni għall-istess tfal u żgħażagħ. Barra minn hekk ilGvern investa wkoll fi track tal-motorsport biex ilħafna dilettanti tal-karozzi jkollhom fejn jipprattikaw l-isport favorit tagħhom.

titkellem int L-aqwa investiment għal faċilitajiet tas-saħħa aħjar għalina lkoll

vi

Nafu li f’pajjiżna hawn ħafna li għandhom għal qalbhom dan l-isport u għalhekk il-Gvern investa f’din it-track li hi tal-aqwa kwalità. Il-Gvern investa wkoll f’numru ta’ outdoor gyms li wkoll jattiraw lejhom għadd ta’ persuni li jmorru jagħmlu xi tip ta’ eżerċizzju fiżiku. Il-lista ta’ inizjattivi li ħa l-Gvern immexxi mill-Partit Nazzjonalista fil-qasam sportiv hi twila ħafna u tinkludi wkoll ix-Shooting Simulator għal skop ta’ prattika professjonali.

muscat jagħżel ħażin Muscat jaħbi l-aħmar u jipprova jostor il-passat


ii –

www.mychoice.pn

f’din l-Elezzjoni

Is-Sibt, 2 ta’ Frar

20 13

Fatti u Ċifri

€3.5 miljun f’investiment għall-bini ta’ Kumpless Sportiv ġdid f’Ħal Kirkop

40

pitch tal-football ġdid ma’ Malta u Għawdex li tlestew u oħrajn daqt jitlestew u kollha jilqgħu mijiet ta’ tfal u żgħażagħ

MILL- PROGRAMM

ELETTORALI TAL-PARTIT NAZZJONALISTA 2013

Qabża oħra ta’ kwalità XOGĦOL

129

biċċa art pubblika ngħataw lil għaqdiet sportivi biex jiżviluppawhom u jipprattikaw l-isport favorit tagħhom

370

talba f’sentejn biss minn impjegati sportivi fis-Settur Pubbliku biex jieħdu leave bi ħlas ħalli jirrappreżentaw lil pajjiżna f’kompetizzjonijiet sportivi

110,000

tifel u tifla pparteċipaw f’xi dixxliplina sportiva organizzati mill-Isport Promotion Unit matul il-ħames snin li għaddew

Il-kwalità tal-ħajja tal-Maltin u l-Għawdxin ħadet spinta ‘l quddiem bl-investiment kontinwu tal-Gvern f’aktar faċilitajiet sportivi ta’ kwalità mxerrdin f’ħafna lokalitajiet

SAĦĦA

EDUKAZZJONI

Saħħaħna l-identità tagħna Pajjiżna ġawhra fid-dinja Identità u Kultura Fil-qasam tal-kultura, fl-aħħar ħames snin urejna kemm il-potenzjal li għandna jista’ jrodd benefiċċji kbar lis-soċjetà sħiħa anki f’setturi oħra bħall-edukazzjoni, l-ekonomija, il-qasam soċjali u l-ambjent. Il-Belt Valletta hija ġawhra mhux biss ta’ Malta iżda tad-dinja kollha. Fl-2018, se tkun il-belt kapitali tal-Kultura fl-Ewropa. Dan huwa avveniment uniku li rridu nagħtuh l-importanza li jistħoqqlu billi nkomplu nagħtu lill-Belt spinta sabiex tasal għall-istat li jixirqilha u li jixraq lilek ukoll bħala Malti - belt ħajja, b’qalb storika u artistika u b’funzjonalità moderna. Il-miżuri li ħadna poġġew il-pedamenti biex il-Belt Valletta taqdi b’suċċess ir-rwol tagħha ta’ Belt Kapitali Ewropea għall-Kultura. Grazzi għal Valletta 2018, il-qasam kulturali se jiġġenera opportunitajiet ġodda fis-settur tal-kreattività iżda se jwassal ukoll għal titjib u apprezzament akbar tal-infrastruttura kulturali tal-Belt. Se jagħti wkoll perspettiva usa’ lis-soċjetà Maltija u jwassal għal aktar titjib fil-kwalità tal-ħajja. B’hekk kemm il-Presidenza ta’ Malta tal-Unjoni Ewropea kif ukoll Valletta 2018 se jkunu

opportunitajiet uniċi li bihom se nkomplu nsarrfu l-potenzjal kulturali tagħna u nħallu wirt li nibqgħu ngawduh fis-snin ta’ wara wkoll. Quddiemna għandna ħames snin ta’ sfidi u ta’ opportunitajiet. Jekk negħlbux l-isfidi u jekk naħtfux l-opportunitajiet biex nagħmlu l-qabża ta’ kwalità li jmiss jiddependi mill-vot tiegħek. Il-PN kien u għadu l-partit tal-bidla. Il-bidla għall-aħjar u mhux għall-agħar. Il-bidla li trid int.

Quddiemna għandna ħames snin ta’ sfidi u ta’ opportunitajiet. Jekk negħlbux l-isfidi u jekk naħtfux l-opportunitajiet biex nagħmlu l-qabża ta’ kwalità li jmiss jiddependi mill-vot tiegħek


20 13

f’din l-Elezzjoni – iii

www.mychoice.pn

Is-Sibt, 2 ta’ Frar

Titkellem

Il-kamp tas-saħħa hu vast u mifrux fuq diversi setturi u matul din il-leġiżlatura l-Gvern investa bil-qawwa f’dawn is-setturi kollha għax is-saħħa tal-Maltin u l-Għawdxin hi fiċ-ċentru tal-politika tal-Gvern immexxi mill-Partit Nazzjonalista. Għalhekk illum ingawdu minn sptar tal-aqwa kwalità u minn faċilitajiet oħra relatati li wkoll huma tal-ogħla livell

Orezio Ciantar

Charles Zammit

Santa Luċija

Tereża albanese

Tas-Sliema

Il-balluta

Investiment għaqli fis-saħħa

Infrastruttura tal-aqwa kwalità

Servizzi personalizzati

Meta tisma’ din id-domanda, taħseb mill-ewwel fil-monument ta’ investiment li dan il-Gvern għamel fil-qasam tas-saħħa, li kien l-Isptar Mater Dei, sptar li l-poplu kellu bżonnu. Iżda ma waqafx hemm. It-tieni investiment li sar u li se jservi ta’ ġid kbir għal numru ta’ pazjenti hu dak tal-Isptar tal-Onkoloġija li qiegħed jinbena. Nafu li l-mard tal-kanċer mhux xi marda bħall-influwenza li tgħaddi b’xi mod jew ieħor, iżda jrid kura speċjalizzata mogħtija b’reqqa kbira. Bis-saħħa ta’ dan l-investiment, numru ta’ pazjenti flimkien mal-qraba tagħhom se jsibu s-serħan il-moħħ billi jafu li se jingħataw l-aktar kura speċjalizzata bl-aktar apparat modern li qatt jistgħu jsibu. Il-ġlieda kontra din il-marda dik li trid, preparazzjoni u mezzi effiċjenti u tal-aħħar teknoloġija biex wieħed ikun jista’ jaħdem u jikkumbatti kontriha.

Għawdex bħalissa qiegħed jibbenefika minn proġetti kbar fil-qasam tas-saħħa, speċjalment f’dak li hu titjib tal-infrastruttura, servizzi u mezzi biex wieħed jaħdem, speċjalment b’apparat aktar modern u ta’ kwalità għolja. Għawdex hu gżira żgħira meta mqabbla ma’ Malta iżda għall-Gvern din mhix skuża għax issaħħa tal-individwu hi importanti. Is-saħħa ma titqiesx bil-flus u tkun taf kemm tiswa meta wieħed jimrad jew tinqalagħlu urġenza. Fil-pjan ta’ prevenzjonijiet, il-Gvern għamel xogħol kbir u jrid jiggarantixxi li kull Għawdxi jsib servizz ta’ kwalità għolja. Veru jeżistu Mater Dei u mezzi ta’ trasport talajru biex wieħed jiġi minn Għawdex għal Malta, iżda dan mhux biżżejjed, speċjalment għall-qraba tal-pazjent li biex jarawh ikunu jridu jaqsmu l-fliegu kull darba.

Il-bereġ huma importanti għalina l-Maltin tant li meta jinqala’ xi ħaġa u t-tabib tal-familja jkun indispost, forsi għax ikun waqt btala, jew tinqalgħana urġenza f’nofs ta’ lejl, l-ewwel servizz tas-saħħa li nużaw hu dak tal-bereġ u l-poliklinika tal-lokal jew tal-qrib. L-inizjattiva tal-Gvern li jkollna dawk l-istituzzjonijiet tas-saħħa aktar aġġornati u l-fatt li saħansitra issa se jkunu jistgħu jsiru xi operazzjonijiet fihom, bħal f’tal-Mosta, se jgħin mhux biss lill-pazjent biex jinqeda aħjar u malajr iżda wkoll se titnaqqas il-pressjoni żejda minn fuq Mater Dei. Meta persuna tinduna li dawn l-istituzzjonijiet qegħdin joffru l-istess servizz, fosthom tal-X-rays u operazzjonijiet minuri, se tibda tmur fihom jew tieħu lill-membri talfamilja hemm.

Alex Cachia Zammit Iż-Żejtun

Investiment b’risq saħħet in-nies L-Isptar tal-Onkoloġija hu wieħed mill-proġetti li huma investiment kapitali iżda fl-istess ħin investiment dejjiemi li qiegħed jagħmel il-Gvern. Dan hu xempju ta’ kemm il-Gvern għandu l-politika tas-saħħa għal qalbu u li din qiegħda fiċ-ċentru tal-pjani tiegħu. Biċ-Ċentru tal-Onkoloġija se jibbenefikaw żgur pazjenti li sfortunatament ħakmithom il-marda qerrieda tal-kanċer fi stadji differenti, u nemmen li l-apparat li se jkun investit f’dan iċ-ċentru, se jagħmilha aktar faċli li wieħed isib din il-marda kmieni fl-istadju tagħha u b’hekk il-probabbiltà li wieħed jitfejjaq, tiżdied. Iktar minn hekk, hemm rwol ieħor f’dan iċ-ċentru li hu ta’ importanza kruċjali. Dan hu li jippermetti lil professuri, tobba u studenti jkomplu jistudjaw fuq dan il-qasam b’tentattiv li jinstabu metodi ta’ kura aktar effiċjenti u jagħtu informazzjoni primarja lil dawk kollha li jaħdmu f’dan il-qasam u fuq il-kanċer.

Mariella Zammit Il-Fgura

Apprezzament għax-xogħol li qed isir Personalment nara li l-investiment kapitali mhux bilfors iseħħ billi tibni xi binja jew xi triq. Investiment kapitali jista’ jseħħ kuljum f’diversi oqsma u fl-isptar mhux inqas minn hekk. Għalkemm l-Isptar Mater Dei hu mibni u lest, kuljum isir investiment kbir f’numru ta’ oqsma, kemm fl-infrastruttura kif ukoll fl-upgrading tas-swali, makkinarju u staff. Kieku ma jsirx dan l-investiment ta’ kuljum, is-sena kollha, bħal ngħidu aħna xiri ta’ apparat biex jintuża fil-wards jew fis-swali tal-operazzjonijiet, l-isptar jieqaf. Fuq kollox, l-isptar mhux xi vaganza u b’hekk il-Gvern irid jassigura l-kwalità tas-swali flimkien mal-aċċessorji li jeżistu fihom, u jassigura li jkunu miżmumin tajjeb u li jaħdmu, bħal ngħidu aħna fejn tidħol iż-żebgħa fil-post u s-servizz tat-televiżjoni, ambjent komdu lill-pazjent u xi ftit mumenti ta’ distrazzjoni mill-uġigħ u d-dwejjaq li dan jista’ jħoss filwaqt li jibqa’ f’kuntatt mad-dinja permezz talinternet u t-televiżjoni.


iv –

f’din l-Elezzjoni

www.mychoice.pn

Is-Sibt, 2 ta’ Frar

20 13

Il-kampanji kontinwi biex il-Maltin u l-Għawdxin jieħdu ħsieb aktar saħħithom, fosthom b’żieda fl-eżerċizzju fiżiku u b’aktar attenzjoni għall-ikel u x-xorb li jikkunsmaw, wasslu biex aktar nies jipparteċipaw f’xi eżerċizzju sportiv f’ambjent aktar sigur

Kwalità ta’ ħajja fis-sod b’investiment kontinwu f’faċilitajiet sportivi f’diversi lokalitajiet

Matul din il-leġiżlatura, il-Gvern immexxi mill-Partit Nazzjonalista imbarka u għen biex kienu żviluppati diversi faċilitajiet sportivi bl-iskop li aktar Maltin u Għawdxin jipparteċipaw f’xi tip ta’ eżerċizzju fiżiku... fosthom il-Kumpless Sportiv ta’ Ħal Kirkop

Investiment kontinwu fl-edukazzjoni u tas-saħħa taż-żgħażagħ Maltin u Għaw għall-investiment qawwi tal-Gvern f’dive sportivi ġodda, illum għandhom opport akbar fejn jistgħu jiżviluppaw it-talenti ta id-dixxiplina sportiva favorita tag


20 13

Is-Sibt, 2 ta’ Frar

u fis-servizzi wdxin li, grazzi ersi faċilitajiet tunitajiet ferm agħhom skont għhom

www.mychoice.pn

f’din l-Elezzjoni – v Il-Gvern immexxi mill-Partit Nazzjonalista għandu għal qalbu l-interess veru ta’ wliedna u għax it-tfal huma speċjali l-Gvern matul din il-leġiżlatura investa f’diversi spazji rikreattivi u f’faċilitajiet fejn it-tfal jistgħu jittieħdu mill-ġenituri tagħhom ħalli jilagħbu u jirrikreaw lilhom infushom


vi –

www.mychoice.pn

f’din l-Elezzjoni

Is-Sibt, 2 ta’ Frar

Muscat jagħżel ħażin... Muscat jaħbi l-aħmar... imma joħroġ lil Debono Grech li kien Ministru 31 sena ilu u li kellu avviż li l-bieb tiegħu miftuħ għal-Laburisti biss

Muscat jaħbi l-passat... imma jdaħħal Segretarju Internazzjonali lil Sceberras Trigona li 31 sena ilu għamel trattat sigriet mal-Korea Komunista u qal lill-ambaxxaturi barranin li ma setgħux jitkellmu ma’ Nazzjonalisti

Muscat jippoża bl-ikħal... imma se jagħmel Ministru lil Karmenu Vella li ilu li kien Ministru 31 sena u li jaf ir-regolamenti dwar il-kuntrabandu fuq ponot subgħajh

...u tbati int

Muscat taparsi blu... imma jmexxi ‘l quddiem lil Leo Brincat li għamel ħerba fil-housing bħala Ministru fl-1986 u ħerba oħra fl-ekonomija Maltija bil-budget għall-1998

Muscat jippoża tal-Ewropew... imma jmexxi ‘l quddiem lil George Vella li ffriża l-viżjoni Ewropea ta’ Malta fl-1996

MUSCAT JISTĦI MILL-PASSAT LABURISTA... IMMA JMEXXI ‘L QUDDIEM LIL DAWK LI KITBUH (dehret għall-ewwel darba: il-mument 19.08.12)

20 13


20 13

f’din l-Elezzjoni – vii

www.mychoice.pn

Is-Sibt, 2 ta’ Frar

LENTI FUQ...

Il-ħafna attivitajiet artistiċi u kulturali li qed isiru f’Malta, kemm dawk organizzati mill-Gvern stess kif ukoll dawk organizzati mill-privat jew minn għaqdiet volontarji, jixhdu pajjiż li qed jgħix tajjeb

Xhieda ta’ pajjiż li qed jgħix aħjar Meta u jekk pajjiż ikun solva ħafna mill-problemi bażiċi tal-mod kif jgħix il-politika u l-ekonomija tiegħu, jista’ jagħmel qabża ta’ kwalità fillivell tal-għajxien. Pajjiż li jkun qed ibati l-vjolenza, il-qgħad u problemi bażiċi oħrajn bħal dawn ma jistax jikkonċentra fuq dak li jagħmel il-ħajja sabiħa u ta’ min jgħixha. Meta pajjiż ikun qed jiffoka fuq kif se jkollu s-sigurtà millvjolenza, fejn se jaħdem u kif se jaqla’ x’jiekol, ma jistax jikkonċentra fuq il-kultura, l-arti, il-komunikazzjoni, issafar u t-turiżmu intern. Pajjiż li qed jgħix aħjar wara li solva problemi bażiċi Hu ċar li din il-qabża ta’ kwalità Malta għamlitha. Illum aħna pajjiż li fih ħafna aktar nies qed jaħdmu milli kienu jagħmlu mqar ftit tassnin ilu. Aħna llum poplu li nargumentaw fuq mitt ħaġa fi spirtu mill-aktar liberu imma mhux bil-vjolenza li konna nsofru dari. Illum nitkellmu fuq l-opportunitajiet, l-edukazzjoni, it-taħriġ u t-teknoloġija bħala ħaġa ta’ kuljum.

Ammont vast ta’ attivitajiet kulturali u artistiċi Illum Malta qed tikkonċentra dejjem aktar fuq dak li jagħmel il-ħajja vallapena li wieħed jgħixha. Qed jittella’ ammont vast ta’ attivitajiet kulturali u artistiċi millGvern, bħan-Notte Bianca li kisbet tant suċċess u l-Isle of MTV, mill-Kunsilli Lokali bl-għajnuna tal-Gvern f’ħafna attivitajiet li juru ħidma tradizzjonali, u millawtoritajiet tal-kultura f’tant ċentri tal-arti li għandna llum, l-antiki restawrati u ħafna ġodda. Qed isir ukoll ammont kbir ta’ attivitajiet kulturali mill-privat fejn dari konna ngħidu li ċerti kunċerti u attivitajiet iridu jsiru bilfors mill-Gvern għax in-nies ma kinux ikunu lesti jħallsu ċerti prezzijiet. Għadd kbir ta’ organizzazzjonijiet volontarji nazzjonali u lokali qegħdin ukoll itellgħu attivitajiet u kunċerti fil-lokalitajiet. F’dan il-qasam sar tnaqqis tat-taxxa għall-ġenituri li jibagħtu lit-tfal fi skejjel jew attivitajiet kulturali u l-Partit Nazzjonalista qed jipproponi li jkompli jwessa’ l-għajnuniet

li jagħti biex il-qasam tal-arti u l-kultura jkompli jikber. Mezzi ta’ komunikazzjoni ferm aqwa u ferm aktar użati Għax il-pajjiż qed jgħix aħjar, l-entużjażmu tal-Maltin biex jikkomunikaw ma’ xulxin b’mezzi moderni hu evidenti ħafna. Id-djar imqabbdin mal-internet issa huma kważi d-doppju ta’ ħames snin ilu. Illum hawn 136,000 dar imqabbdin mal-internet, jiġifieri l-maġġoranza stragrandi tad-djar. Fl-aħħar sena waħedha seħħet żieda qawwija fl-internet veloċi minn kważi xejn sena biss ilu għal 100,000 dar imqabbdin mal-internet veloċi issa. Qabżiet kbar fl-użu tal-internet u tal-mobile L-użu tal-mobile mill-Maltin hu fenomenali. Fuq ħames snin ilu, il-linji tal-mobile żdiedu b’50%. Illum hawn 550,000 linja tal-mobile, jiġifieri tliet linji għal kull żewġ adulti jew adolexxenti li joqogħdu hawn Malta. Ittelefonati li jsiru minn mobile qed ikomplu jiżdiedu sew;

il-minuti ta’ telefonati minn mobile żdiedu bi 17% f’sena waħda biss; u l-messaġġi minn mobile żdiedu b’10% fl-aħħar sena waħedha. Dan hu grazzi għall-infrastruttura li bena Gvern Nazzjonalista f’dan il-qasam u li wasslet l-aħħar teknoloġiji lil kulħadd f’Malta u Għawdex bla ebda xeħħa jew xkiel. Rekord ta’ safar barra mill-Maltin Il-Maltin tawha għas-safar b’entużjażmu fl-aħħar ftit snin. Is-safar tal-Maltin żdied b’20% f’dawn l-aħħar ħames snin minn 280,000 fl-2007 għal 330,000 fl-aħħar tnax-il xahar. F’dan il-qasam Gvern Nazzjonalista neħħa d-departure tax li kienet saret mill-Gvern Laburista u ta inċentivi qawwijin biex ikollna aktar linji tal-ajru jtiru lejn destinazzjonijiet fl-Ewropa li llum huma d-doppju ta’ dawk li kellna disponibbli ħames snin ilu. Fl-istess waqt, ilGvern għen lill-Air Malta terġa’ tibda tfendi u tikkompeti. Minn dan kollu gawdew mhux biss it-turisti imma wkoll ilvjaġġaturi Maltin.

Rekord għal Għawdex ukoll... Il-Maltin mhux biss qed isiefru aktar imma wkoll imorru aktar lejn Għawdex bil-mezzi ta’ trasport lejn Għawdex li llum huma b’xejn għall-anzjani. Ittrasport bejn Malta u Għawdex fl-aħħar ħames snin żdied minn 3.8 miljun passiġġier għal 4.1 miljun passiġġier li qasmu bilvapuri t’Għawdex. F’dan għen ukoll it-terminal il-ġdid fiċ-Ċirkewwa b’investiment ta’ € 12-il miljun. … u ftuħ ta’ aktar ristoranti ġodda Illum, li wieħed joħroġ jiekol barra hi ħaġa normali u ta’ spiss. Ir-ristoranti llum mimlijin turisti u Maltin u qed jiżdiedu. Ir-ristoranti żdiedu minn 2,000 ħames snin ilu għal 2,200 issa u s-sidien tar-ristoranti gawdew mid-diversi skemi għan-negozji ż-żgħar li nieda l-Gvern Nazzjonalista. Dawn, u ħafna aktar, huma xiehda ta’ kemm ilpajjiż illum qed jgħix kwalità ta’ ħajja aħjar.


viii –

f’din l-Elezzjoni

www.mychoice.pn

Is-Sibt, 2 ta’ Frar

“Il-Gvern nieda diversi proġetti li bihom fetaħ spazji ġodda għall-familja kollha u bena għadd ta’ faċilitajiet sportivi fejn kulħadd jista’ jmur fil-ftuħ mal-familja kollha u jipprattika kwalunkwe tip ta’ sport... minn mixja fl-apert f’ambjent sabiħ u kkurat għal eżerċizzji f’xi gym miftuħ għal sport f’xi wieħed mid-diversi ċentri sportivi pubbliċi... b’dawn l-investimenti, il-Gvern ta aktar opportunitajiet ta’ sport lil kulħadd u tejjeb il-kwalità tal-ħajja tal-Maltin u l-Għawdxin.” - il-Prim Ministru Lawrence Gonzi

20 13


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.