Kampus Ġdida għall-ITS - Futur fis-Sod

Page 1

www.mychoice.pn

It-Tlieta, 12 ta’ Frar

SUPPLIMENT

f’din l-Elezzjoni

20 13

Kampus ġdid għall-ITS b’nefqa ta’ €20 miljun L-iżvilupp ta’ kampus ġdid għall-Istitut għall-Istudji Turistiċi, flimkien mal-iżvilupp ta’ kampus tal-MCAST, l-estensjonijiet fl-Università u l-programm ta’ bini ta’ skejjel ġodda huma prova tal-impenn qawwi tal-Gvern fl-edukazzjoni Deċiżjoni oħra importanti ħafna li l-Gvern ħa firrigward tal-Istitut għall-Istudji Turistiċi hi li permezz ta’ regolamenti ppubblikati taħt il-liġi tal-edukazzjoni, l-Istitut għall-Istudji Turistiċi ngħata indipendenza legali. Bl-istatus ta’ aġenzija indipendenti, l-Istitut ikun jista’ jaħdem b’mod iktar kompetittiv. Dan kollu juri l-importanza li l-Gvern jagħti lir-rabta bejn

ii

l-edukazzjoni u x-xogħol u kemm din ir-rabta hi waħda intima. Il-Gvern minn dejjem għaraf dan u investa b’mod qawwi fl-edukazzjoni f’kull livell. L-Istitut għall-Istudji Turistiċi hu pedina importanti fl-iżvilupp tal-industrija tat-turiżmu u l-ospitalità li timpjega eluf ta’ persuni. Ittkabbir fit-turiżmu hu waħda mir-raġunijiet għaliex Malta

Fatti u Ċifri 20,000 student iggradwaw mill-Università, mill-MCAST u mill-ITS

rnexxielha toħloq 20,000 post tax-xogħol ġdid f’dawn l-aħħar ħames snin. Malta mxiet ’il quddiem f’dan is-settur u r-riżultati jitkellmu waħidhom b’ċifri rekord fil-wasliet tat-turisti, it-tul taż-żjara tagħhom u n-nefqa tagħhom. U dan waqt l-eqqel tal-kriżi internazzjonali. L-Istitut għall-Istudji Turistiċi joffri xejn inqas minn disa’ tipi ta’ Higher National Diploma fi speċjalizzazzjonijiet differenti li jvarjaw minn speċjalitajiet kulinarji sa turiżmu sportiv u management ta’ konferenzi u attivitajiet oħra. Bla dubju ta’ xejn il-kampus il-ġdid se jkompli jżid fuq il-firxa ta’ servizzi li diġà qed joffri kif ukoll residenza biex takkomoda n-numru dejjem jikber ta’ studenti barranin li qed jiġu jistudjaw f’Malta grazzi għar-reputazzjoni millaqwa li kiseb l-Istitut.

iii

titkellem int Il-Gvern kabbar l-opportunitajiet tat-tagħlim u t-taħriġ

L-investiment fl-ITS tela’ għal €2.3 miljun fl-2013 F’temp ta’ ħames snin biss – jiġifieri tul din il-leġiżlatura – l-investiment fl-Istitut għallIstudji Turistiċi (ITS) tela’ minn €1.2 miljun fl-2008 għal €2.3 miljun fl-2013. Din iż-żieda tirrifletti ż-żieda fin-numru ta’ studenti li qed jagħżlu li jkomplu jistudjaw f’dan l-Istitut għax fehmu kif fis-settur tat-turiżmu u l-ospitalità llum f’pajjiżna hawn għadd kbir ta’ opportunitajiet fejn wieħed jista’ jagħmel karriera b’suċċess. Illum il-ġurnata fl-ITS wieħed isib għadd akbar ta’ korsijiet organaizzati millGvern f’suġġetti differenti iżda li lkoll huma relatati

vi

mal-industrija tat-turiżmu. Dan grazzi għall-pjan li sar għall-ITS biex ikun hemm aktar diversifikazzjoni tat-tagħlim bl-iskop preċiż ikun li mill-ITS joħorġu mħarrġa u kkwalifikati aktar ħaddiema ta’ kwalità għassettur tat-turiżmu. Il-Gvern se jkompli jinvesti bis-sħiħ, fosthom bl-iżvilupp ta’ Istitut ġdid, u dan biex pajjiżna jilqa’ dejjem aktar għall-isfidi li jġibu magħhom iż-żidiet fit-turisti li qed jagħżlu lil pajjiżna għall-vaganzi tagħhom. Kulħadd jaf kif matul dawn l-aħħar snin – sena fuq oħra – pajjiżna kiser kull rekord relatat mat-turiżmu.

muscat jagħżel ħażin 1,128 miljun ewro għal Malta mill-UE bis-saħħa ta’ Lawrence Gonzi u l-PN


ii –

www.mychoice.pn

f’din l-Elezzjoni

It-Tlieta, 12 ta’ Frar

20 13

Fatti u Ċifri

20,000 student iggradwaw mill-Università, mill-MCAST u mill-ITS matul il-ħames snin li għaddew

20,000

MILL- PROGRAMM

Qabża oħra ta’ kwalità

student u studenta jgawdu l-istipendju fl-istituzzjonijiet edukattivi post-sekondarji u terzjarji

€1.8 miljun f’investiment fil-kampus tal-ITS fil-Qala f’Għawdex li kien inawgurat f’Mejju tal-2009 biex l-istudenti Għawdxin jistudjaw f’Għawdex stess

€20 miljun f’investiment biex jinbena kampus ġdid tal-aqwa kwalità u faċilitajiet għall-ITS f’Pembroke

626

student fil-preżent qed jattendu wieħed mill-20 kors offruti mill-ITS – 468 minn dawn l-istudenti huma ġodda għall-ITS

2,000

scholarship ingħataw f’diversi suġġetti matul il-ħames snin li għaddew

3,000

scholarship mistennija jingħataw fil-ħames snin li ġejjin biex aktar studenti jissoktaw jimirħu bl-istudji tagħhom ma’ universitajiet barranin

ELETTORALI TAL-PARTIT NAZZJONALISTA 2013

XOGĦOL

SAĦĦA

EDUKAZZJONI

Insaħħu u nżidu kull sena l-istipendji lill-istudenti Għajnuna għal studju u suċċess f’oqsma ġodda 41. L-istipendji nsaħħuhom mhux inneħħuhom Insaħħu s-sistema tal-istipendji u mhux inneħħuha. Insaħħuha b’dan il-mod: i. Kull sena se nżidu l-istipendji talistudenti billi nagħtu ż-żieda tal-għoli tal-ħajja pro rata; ii. Nakkreditaw il-kontribuzzjonijiet tassigurtà soċjali lill-istudenti favur ilpensjoni tagħhom; iii. Inżidu l-istipendji lil studenti b’diżabbiltà minħabba spejjeż addizzjonali li jkollhom, skont it-tip ta’ diżabbiltà; iv. Inkomplu nagħtu rati ta’ stipendji preferenzjali għal dawk il-korsijiet li huma l-aktar importanti fl-oqsma ekonomiċi ġodda tal-pajjiż jew fejn ikun hemm nuqqas ta’ ħaddiema gradwati; v. Inkomplu nżidu l-istipendju supplimentari lil studenti ġejjin minn familji bi dħul baxx.

42. Titwaqqaf Akkademja tal-Arti i.

Titwaqqaf l-Akkademja tal-Arti li tiġbor fiha l-iskejjel tal-Mużika, tal-Arti u tad-Drama u ż-Żfin f’kampus mibni

apposta. Din l-Akkademja se tipprovdi spazju u riżorsi artistiċi ġodda u millaqwa. B’kollaborazzjoni mas-settur privat se nipprovdu aktar korsijiet u noħolqu opportunitajiet u toroq ġodda għal dawk li huma interessati f’karriera f’dawn l-oqsma. Il-korsijiet iwasslu għal kwalifiki li jingħataw għarfien kemm f’Malta kif ukoll f’pajjiżi oħra. ii. Ngħinu lill-gruppi ta’ żgħażagħ b’talent mużikali li jagħmlu parti minn bands ta’ mużika rock, pop eċċ., billi noħolqu link diretta mal-Prinċipal tal-Akkademja Maltija tal-Arti li jkun jista’ jipprovdi linji gwida dwar premises u skema ta’ għajnuna finanzjarja mill-Gvern biex il-membri tal-bands ikollhom l-opportunitajiet li għandhom bżonn biex jimirħu u jiżviluppaw it-talenti tagħhom u jsiru parti mill-ekonomija kreattiva ta’ pajjiżna.

Kull sena se nżidu l-istipendji tal-istudenti billi nagħtu ż-żieda tal-għoli tal-ħajja pro rata


20 13

f’din l-Elezzjoni – iii

www.mychoice.pn

It-Tlieta, 12 ta’ Frar

Titkellem

Dawk kollha li jridu javvanzaw fit-tagħlim u fit-taħriġ tagħhom, illum il-ġurnata għandhom il-possibbiltajiet kollha li jagħmlu dan għax il-Gvern immexxi mill-Partit Nazzjonalista, matul il-leġiżlatura li għaddiet, investa bis-sħiħ fit-titjib u l-ħolqien ta’ opportunitajiet ġodda għat-tagħlim, inklużi fl-MCAST u fl-ITS

C. Baldacchino

Tony Zahra

Is-Siġġiewi

Paula muscat Marsaxlokk

Santa Venera

Diversità edukattiva favur l-istudenti

L-istudju qiegħed ikun integrat mal-opportunitajiet tax-xogħol

Edukazzjoni li tispeċjalizza favur kull student

Naqbel ħafna mad-diversità tal-istituzzjonijiet edukattivi f’pajjiżna għax dawn joffru opportunitajiet varji lill-istudenti li jagħżlu li ma jkomplux jistudjaw fuq suġġetti partikulari iżda jidħlu f’oqsma differenti bħal dawk relatati ma’ turiżmu, saħħa, IT u oħrajn li joffru b’mod speċjali l-MCAST u l-ITS. L-MCAST eżempju, jagħti diplomi u ċertifikati oħra li huma tassew utli għall-istudent innifsu biex isib impjieg ’il quddiem. Vantaġġ ieħor li joħroġ permezz tad-diversità ta’ dawn l-istituzzjonijiet edukattivi, fuq bażi nazzjonali, hu l-fatt li l-istudent ikun qiegħed jiġi mħarreġ fuq aspetti speċifiċi relatati mal-ekonomija Maltija. L-ITS tgħin ħafna biex tħarreġ lill-istudenti filqasam tat-turiżmu u b’hekk Malta jkollha sors tajjeb ħafna fuq il-livell ta’ ospitalità.

L-iskola hi mod ta’ kif l-istudent jista’ jilħaq dak li jixtieq fil-futur u dan jista’ jsir billi l-istudent imur l-iskola jistudja u jibqa’ miexi ’l quddiem fid-diversi opportunitajiet offruti. Personalment inħoss li l-iskola tgħin lill-istudent biex jibda jipprepara ħalli jagħżel xi jrid jilħaq f’ħajtu, tant li minn età żgħira, l-istudenti jittieħdu f’postijiet differenti fil-qasam tax-xogħol. Il-Gvern offra diversi istituzzjonijiet li biex tidħol fihom ikollok bżonn livelli varji, biex b’hekk kulħadd ikun jista’ jaħdem f’dak li jixtieq bla ma jibqa’ lura. Barra minn hekk, l-istudent qiegħed jiġi mgħarraf kif jaħdmu l-iskejjel u b’hekk, dak li jkun jingħata l-għażla minn qabel ħalli jipprepara lilu nnifsu biex jagħżel liema istituzzjoni jrid jidħol fiha u jistudja fissnin li jkunu ġejjin.

Bid-diversità tal-istituzzjonijiet edukattivi f’pajjiżna wasalna biex illum għandna aktar korsijiet u opportunitajiet għall-istudenti li forsi qabel ma kinux jeżistu. Bil-mod ta’ kif tqassmu l-korsijiet, saru aktar favur l-istudent, speċjalment korsijiet postsekondarji li llum għarafna aktar kemm huma ta’ importanza u li mhumiex ta’ livell baxx kif kien hawn il-mentalità dwarhom qabel, meta konna ngħidu hekk għal ċerti diplomi u ċertifikati oħrajn. Dan kollu jgħin lill-istudent biex jekk ma jistax jasal sal-Università jew anki jieħu ċertifikati fuq livell ta’ A-Level, isib numru ta’ korsijiet oħra, fosthom millMCAST, li permezz tagħhom l-istudent jista’ joħroġ bi kwalifiki f’idejh li jgħinuh isib post tax-xogħol ferm aktar malajr.

Carmen Grech Steve Micallef Ħaż-Żebbuġ

Opportunitajiet ikbar għall-istudenti Ħafna ġenituri jingħataw is-serħan il-moħħ meta jaraw li l-Gvern qiegħed joffri diversità sħiħa fledukazzjoni Maltija, fosthom bil-bini ta’ diversi skejjel u kulleġġi, bħal ngħidu aħna l-MCAST, l-Università, il-Junior College, il-Higher Secondary u l-ITS. Mhux it-tfal kollha għandhom l-istess abbiltajiet akkademiċi. Hemm min jifhem mill-ewwel, hemm min idum ftit iktar u hemm min isib iktar diffikultajiet iżda kollha jaspiraw li jilħqu xi ħaġa la jikbru, u jekk ma jaslux, jiddiżappuntaw ruħhom. Iżda l-Gvern kien għaqli biżżejjed biex permezz talkulleġġi, l-LSAs u l-istituzzjonijiet varji, wassal biex aktar studenti jkunu kapaċi jimirħu f’dak li jixtiequ.

Taħriġ u ħiliet varji Edukazzjoni vasta ta’ dan it-tip tgħin lill-istudent isib postu fil-qasam edukattiv li hu kapaċi għalih. Hu fatt li mhux kull student għandu l-istess abbiltajiet akkademiċi u b’hekk permezz tad-diversità fil-qasam tal-edukazzjoni, dak li jkun jista’, fuq għażla personali, jagħżel istituzzjoni minn oħra jew jekk ma jġibx xi kwalifiki xorta jkun jista’ jkompli jistudja xi mkien ieħor u mhux jieqaf mill-istudji. Dan jgħin lill-ekonomija lokali għax permezz ta’ dawn l-istituzzjonijiet ikun hawn taħriġ ikbar u l-labour force tibqa’ titkattar u tgħin filġenerazzjoni tal-impjiegi. Eżempju l-ITS tgħin fil-qasam tat-turiżmu, l-Università f’diversi oqsma, fosthom ilkorporazzjonijiet u l-azjendi, u l-MCAST f’ħiliet oħra fosthom dawk relatati man-negozju u mal-bini.


iv –

f’din l-Elezzjoni

www.mychoice.pn

Studenti li jattendu fl-Istitut għall-Istudji Turistiċi fil-Qala, Għawdex, jaqsmu esperjenza ta’ tisjir mal-pubbliku inġenerali grazzi għat-tagħlim li ħadu

It-Tlieta, 12 ta’ Frar Il-korsijiet fl-Istitut għall-Istudji Turistiċi, illum il-ġurnata żdiedu sew u jkopru varjetà wiesgħa ta’ suġġetti relatati mal-industrija tat-turiżmu. Illum il-ġurnata, fl-ITS jattendu mijiet ta’ żgħażagħ li jkunu jridu jtejbu t-talenti tagħhom fil-qasam turistiku

Bil-finanzi fis-sod u b’viżjoni ta’ ġid għall-futur taż-żgħażagħ żidna l-opportunitajiet tat-tagħlim u t-taħriġ

Il-korsijiet fl-ITS huma maqsumin f’esperjenza ta’ tagħlim akkademiku u teorija u f’esperjenza ta’ taħriġ ta’ prattika bl-iskop li l-istudenti jiksbu l-orjentazzjoni akkademika u anke l-orjentazzjoni ta’ prattika u hekk darba jlestu l-kors, ikunu jistgħu jidħlu fid-dinja tax-xogħol, jaħtfu l-opportunitajiet li jiltaqgħu magħhom u jagħmlu storja ta’ suċċess

20 13


20 13

It-Tlieta, 12 ta’ Frar

www.mychoice.pn Il-Gvern immexxi mill-Partit Nazzjonalista jrid ikompli jtejjeb il-faċilitajiet u s-servizzi fl-ITS u minħabba f’hekk imbarka fuq proġett ġdid ta’ bini ta’ kampus ġdid f’Pembroke b’investiment ta’ €20 miljun. Dan għandu jwassal biex uliedna jkomplu jingħataw l-aqwa u l-aħjar tagħlim u taħriġ f’dan il-qasam importanti ħafna għal pajjiżna

f’din l-Elezzjoni – v


vi –

www.mychoice.pn

f’din l-Elezzjoni

It-Tlieta, 12 ta’ Frar

Muscat jagħżel ħażin... Hekk kif intemmu n-negozjati tas-sħubija ta’ Malta fl-UE fit-12 ta’ Diċembru 2002, Muscat mexxa kampanja sħiħa jgħid li Malta mill-Unjoni Ewropea tieħu biss “miljun lira u nofs flus kontanti fis-sena”... s’issa, Malta diġà gawdiet aktar minn 1,000 miljun ewro mill-UE, u l-Prim Ministru Lawrence Gonzi għadu kemm innegozja 1,128 miljun ewro oħra għal Malta fis-seba’ snin li ġejjin X’kiteb Muscat dwar is-sħubija fl-UE u l-flus mill-UE kif ukoll billboard tal-Partit Laburista fit-toroq qabel ir-referendum ta’ għaxar snin ilu

Fil-KullĦadd tad-19 ta’ Settembru 1999, Muscat qal li s-sħubija fl-UE hi “Is-Salib tal-Millennju” Fil-KullĦadd tad-29 t’Awwissu 1999, Muscat qal li “PN + BRUSSELL = TBATIJA”... illum PN + BRUSSELL = 1,128 miljun ewro

...u tbati int

1,128 MILJUN EWRO INVESTITI FIL-MALTIN FLOK IX-XEJN LI RIED MUSCAT

20 13


20 13

f’din l-Elezzjoni – vii

www.mychoice.pn

It-Tlieta, 12 ta’ Frar

LENTI FUQ...

Il-Prim Ministru Lawrence Gonzi waqt konferenza tal-aħbarijiet fi Brussell wara s-summit tal-Unjoni Ewropea nhar ilĠimgħa 8 ta’ Frar meta kiseb 1,128 miljun ewro għal Malta għas-seba’ snin li ġejjin

1,128 miljun ewro 1,128 miljun ewro; daqshekk akkwistat Malta għas-seba’ snin li ġejjin mill-Unjoni Ewropea bil-ħidma tal-Prim Ministru Lawrence Gonzi fis-summit Ewropew li ntemm nhar il-Ġimgħa li għadda. Malta żżid, l-UE tnaqqas Din il-kisba għal Malta tieħu importanza saħansitra akbar meta tqis li bin-negozjar ta’ Lawrence Gonzi, Malta żiedet il-flus li se tieħu minkejja li l-budget totali tal-Unjoni Ewropea naqas bi 3 fil-mija. Fil-fatt, l-Ingilterra appoġġjata mill-Ġermanja u minn diversi pajjiżi oħrajn, marru għassummit deċiżi li jnaqqsu l-budget tal-Unjoni Ewropea. Imma Malta xorta kisbet aktar fondi għas-seba’ snin li ġejjin. Aktar flus, aktar impjiegi Aktar flus għal Malta jfissru aktar impjiegi għall-ħaddiema Maltin. Għax din hi injezzjoni qawwija ta’ flus fl-ekonomija Maltija. Dawn l-1,128 miljun ewro jfissru ħafna proġetti

f’kull qasam: fl-ambjent, fl-infrastruttura, fit-toroq, fit-taħriġ, fl-edukazzjoni, fil-ħarsien soċjali, fl-għaqdiet volontarji, u f’ħafna oqsma oħrajn. Dawn huma proġetti li huma u jsiru joħolqu x-xogħol u l-effett tagħhom ikun ekonomija Maltija aktar effiċjenti biex toħloq aktar impjiegi, pajjiż aktar attraenti għal min irid jinvesti hawn, ħaddiema aktar ippreparati għal xogħol ta’ kwalità u pajjiż li jgħix aħjar b’dan l-investiment kollu. Bil-PN biss finanzi fis-sod Din il-kisba li għamel Lawrence Gonzi għal Malta tfisser ukoll li bil-Partit Nazzjonalista biss jista’ jkollna l-finanzi fis-sod għax hu l-Partit Nazzjonalista li għandu pjan ċar għallfinanzjament tal-proġetti li għandu bżonn pajjiżna ħalli jagħmel il-qabża ta’ kwalità li għaliha dħalna fl-Unjoni Ewropea.

Dikjarazzjoni falza d-doppju Meta kien mitlub jikkummenta dwar dawn ilflus li Malta kisbet mill-Unjoni Ewropea, il-mexxej tal-Labour Party Muscat qal li mhux importanti kemm ġab flus ilGvern Nazzjonalista imma kif se jintefqu. Ġejja minn Muscat, din hi dikjarazzjoni falza d-doppju. L-ewwel nett għax Muscat jaf aktar minn kulħadd li dawn huma 1,128 miljun ewro investiti b’mod ippjanat ħafna fi proġetti speċifiċi u mhux xi ċekk li naqbdu u nonfquh kif irridu. U t-tieni nett għax Muscat ħadem bil-kbir biex Malta ma tiħux ċenteżmu wieħed minn dawn il-flus. Muscat riedna nħallsu Muscat ried partnership malUnjoni Ewropea u mhux li jkollna l-vantaġġi tas-sħubija. B’partnership konna nħallsu biss u ma nieħdu xejn millUnjoni Ewropea, kif qegħdin bħalissa jħallsu pajjiżi bħanNorveġja biex ikollhom biss

aċċess għas-suq Ewropew u anke qed iħallsu lil Malta fi proġetti apposta. Il-ħolma politika ta’ Muscat Din kienet il-ħolma politika ta’ Muscat li saħansitra kitibha f’artiklu fl-Orizzont għaxar snin ilu, fid-19 ta’ Frar 2003, taħt ittitlu ‘Għandi Ħolma’: “Konvint li kull min joħlom ġejjieni aħjar għal dan il-pajjiż jifhem li partnership huwa l-aħjar.” F’artiklu fl-Orizzont fil-5 ta’ Marzu 2003, tlett ijiem biss qabel ir-referendum ta’ għaxar snin ilu, Muscat ftaħar hekk: “Kburi li nagħmel parti minn dawk li qed jgħidu Le”. Muscat qal Le għal 1,128 miljun ewro għas-seba’ snin li ġejjin u 1,100 miljun ewro li diġà ħadna mill-Unjoni Ewropea minn qabel ma dħalna. PN + BRUSSELL = ? Fil-KullĦadd tad-19 ta’ Settembru 1999, Muscat kiteb hekk: “sħubija fl-UE hi s-salib tal-millennju”. F’intervista

mal-Malta Independent fil-11 ta’ Novembru 1997, Muscat sejjaħ is-sħubija fl-UE “diżastru”. U f’artiklu fil-KullĦadd tad-29 t’Awwissu 1999, Muscat kiteb hekk: “PN + BRUSSELL = TBATIJA”. Illum nistgħu ngħidu li “PN + BRUSSELL = 1,128 miljun ewro”. Miljun u nofs Dawn l-1,128 miljun ewro Muscat ma ridhomx u ħadem biex ma ngawduhomx. Muscat kien qal li Malta se tieħu “miljun lira u nofs flus kontanti fis-sena”. U kien mexxa kampanja kbira mqar kontra l-miljun u nofs. Hu f’dan id-dawl li nifhmu kemm din hi kisba kbira għal Malta; kisba kbira d-doppju ta’ Gvern Nazzjonalista mmexxi minn Lawrence Gonzi meta nafu kemm u min kien hawn li ħadem biex dawn il-flus ma niħdux imqar ċenteżmu wieħed minnhom.


viii –

f’din l-Elezzjoni

www.mychoice.pn

It-Tlieta, 12 ta’ Frar

20 13

“F’din il-leġiżlatura, il-Gvern immexxi mill-Partit Nazzjonalista ħoloq ħafna opportunitajiet għat-tagħlim u t-taħriġ taż-żgħażagħ. Żdiedu l-korsijiet flUniversità ta’ Malta u allura żdiedu sew l-istudenti li jkomplu jistudjaw flUniversità ta’ Malta. Żdiedu l-korsijiet fl-MCAST u llum eluf ta’ żgħażagħ isegwu korsijiet full time jew part time. Investejna wkoll fl-ITS u llum mijiet ta’ żgħażagħ qed jissoktaw b’suċċess bl-istudji tagħhom f’xi qasam tal-industrija tat-turiżmu. Din hi storja ta’ suċċess li se nkompluha fil-ħames snin li jmiss.”

- il-Prim Ministru Lawrence Gonzi


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.