L-aqwa servizz tas-saħħa lill-anzjani - Futur fis-Sod

Page 1

www.mychoice.pn

L-Erbgħa, 6 ta’ Frar

SUPPLIMENT

f’din l-Elezzjoni

20 13

L-aqwa servizzi tas-saħħa lill-anzjani Il-Gvern immexxi mill-Partit Nazzjonalista dejjem emmen li l-anzjani għandhom jingħataw l-aqwa rispett u l-aħjar stima. Dan għandu jkun muri bl-iżjed mod tanġibbli billi l-anzjani tagħna jingħataw is-servizzi li jkollhom bżonn bl-aħjar mod possibbli Post l-anzjani jibqa’ fil-familja u fil-komunità, madankollu meta minħabba raġunijiet ta’ mard dan ma jkunx possibbli, allura l-anzjani għandhom isibu fid-djar tal-anzjani fejn jibdew jgħixu, l-aħjar servizzi, kura u attenzjoni. Il-politika tal-Gvern hi bbażata fuq il-ħtieġa li lillanzjani tagħna, sa fejn hu possibbli, inżommuhom fil-familji fejn għal tant u tant snin għexu. Hu importanti ħafna li sa fejn hu possibbli l-anzjani tagħna jibqgħu jgħixu fil-komunità fejn għexu għal għexieren ta’ snin. Hu għalhekk li l-Gvern introduċa diversi miżuri ta’ għajnuna biex l-anzjani jibqgħu jgħixu fil-familji tagħhom. Fost l-oħrajn missena l-oħra dawk l-anzjani li jibqgħu jgħixu fil-familji tagħhom u li jkunu għalqu t-80 sena qed jingħataw

ii

allowance ta’ €300 sena. Din l-allowance qed tingħata lil eluf ta’ anzjani. Il-Partit Nazzjonalista qed jipproponi li din l-allowance titla’ għal €500 u tingħata lil dawk li jkunu għalqu l-75 sena. Servizz ieħor mogħti millGvern lill-anzjani bl-iskop li jinkoraġġixxi aktar lill-familji biex l-anzjani jibqgħu jgħixu fil-familja kien dak imsejjaħ outreach. Għas-servizz talCommCare saru 7,000 talba mill-anzjani. Permezz ta’ dan is-servizz aktar anzjani jkunu jistgħu jibqgħu jgħixu filkomunità filwaqt li jingħataw l-assistenza li jkollhom bżonn. Fost servizzi personalizzati oħra li l-anzjani qed igawdu hemm it-telecare, il-meals-onwheels, il-handyman service, ilhomehelp u roħs fuq is-servizz tat-telefon.

Fatti u Ċifri €9 miljun biex ittella’ l-Blokk Ġwanni Pawlu II għall-anzjani bid-dimensja

iii

Aktar minn 10,000 anzjan qed jaħdmu wara l-età tal-pensjoni Grazzi għall-miżuri introdotti mill-Gvern matul din illeġiżlatura, illum hawn aktar minn 10,000 anzjan li baqgħu jaħdmu wara l-età talpensjoni. Dan fih innifsu jfisser ukoll dħul akbar għall-istess anzjani li filwaqt li jkunu qed jaqilgħu mix-xogħol tagħhom, ma jkunu qed jitilfu xejn millpensjoni tagħhom. Madankollu, sfortunatament, mhux l-anzjani kollha jistgħu jagħmlu hekk u għandna numru ta’ anzjani li ma jkunux jistgħu jibqgħu jgħixu fil-komunitajiet tagħna. Fost l-oħrajn għadd ta’ anzjani jibdew ħajja ġdida

fir-Residenza San Vinċenz de Paul li matul din il-leġiżlatura kompliet bil-funzjoni tagħha li toffri kura fit-tul għall-anzjani. Is-servizzi li toffri r-Residenza huma bosta u barra l-aspett mediku lillanzjani, toffri wkoll appoġġ soċjali u psikoloġiku lirresidenti u lill-qraba tagħhom. Tajjeb li wieħed jiftakar li matul din il-leġiżlatura l-Gvern biddel mil-lejl għan-nhar l-ambjent f’din ir-Residenza. Għall-anzjani li jbatu middimensja l-Gvern żviluppa blokk ġdid – il-Blokk Ġwanni Pawlu II. Dan sar b’investiment ta’ disa’ miljun ewro. Dakinhar infetħet paġna ġdida fl-istorja tas-saħħa f’pajjiżna.

titkellem int Il-Gvern raħħas ħafna mediċini u minn dan qed igawdu l-pazjenti

vi

Matul din il-leġiżlatura l-Gvern immexxi millPartit Nazzjonalista ħaseb biex isaħħaħ is-servizzi tiegħu għall-anzjani li ma jistgħux jibqgħu jgħixu filkomunitajiet. Fost l-oħrajn żied is-sodod bi 800 billi, fost l-oħrajn, il-Gvern xtara għadd kbir ta’ sodod millprivat biex ikun jista’ jgħin lill-anzjani. Ma’ dan irid jiżdied ukoll, fost l-oħrajn, l-investiment ta’ żewġ miljun ewro fil-Kumpless St. Jean Antide fejn infetħu żewġ swali ġodda talġerjatrija – San Ġorġ Preca u Santa Bernardetta. Dawn jakkomodaw 65 anzjan.

muscat jagħżel ħażin Muscat sieket għalkollox dwar dak li qal Anġlu Farrugia


ii –

www.mychoice.pn

f’din l-Elezzjoni

L-Erbgħa, 6 ta’ Frar

20 13

Fatti u Ċifri

€9 miljun f’investiment biex ittella’ l-Blokk Ġwanni Pawlu II għall-anzjani bid-dimensja

€2 miljun f’investiment għall-iżvilupp ta’ żewġ swali tal-ġerjatrija fil-Kumpless St. Jean Antide

MILL- PROGRAMM

ELETTORALI TAL-PARTIT NAZZJONALISTA 2013

Qabża oħra ta’ kwalità 100,000 ruħ, ħafna minnhom anzjani, igawdu mediċini b’xejn mill-Gvern

800

sodda oħra għall-anzjani li minħabba xi raġuni ma jistgħux jibqgħu jgħixu fil-komunità

7,000

anzjan u anzjana qed igawdu mis-servizz tal-CommCare u hekk baqgħu jgħixu fil-komunità

L-anzjani ħaqqhom l-aqwa u l-aħjar u hu għalhekk li l-Gvern ikompli jieħu l-inizjattivi biex itejjeb il-ħajja ta’ missirijietna u ommijietna

XOGĦOL

SAĦĦA

EDUKAZZJONI

Appoġġ lil min hu dgħajjef Jissokta l-impenn biex l-anzjani jibqgħu jgħixu mal-familja fl-ambjent fejn għexu 33. Inkattru u ntejbu s-servizzi għas-saħħa mentali Tinħoloq entità akuta ġdida għas-servizzi għassaħħa mentali, li tkun tinkludi servizzi speċifiċi għat-tfal u l-adolexxenti u Unit li tittratta dawk li jissejħu Eating Disorders, bħall-anorexia u l-bulimia.

34. Sapport kmieni fil-komunità sabiex l-individwu jibqa’ f’daru Tkun żviluppata sistema ta’ ċensiment u monitoraġġ li b’mod reali tista’ tidentifika u tissorvelja l-ħin kollu persuni vulnerabbli fis-soċjetà, bil-għan li l-ewwel nett jitbiegħed kemm jista’ jkun il-mument fejn il-persuna jkollha tiddaħħal f’waħda mir-residenzi għall-kura, u t-tieni sabiex permezz tal-ħidma flimkien mal-kunsilli lokali, il-Knisja u l-NGOs fir-reġjun partikolari, il-familjari (carers) li jieħdu ħsieb lill-individwu fil-komunità jkollhom kull tip ta’ sapport adegwat, u jkun possibbli li jsiru l-preparamenti f’waqthom u b’mod koordinat jekk persuna tiġi biex tiddaħħal f’residenza. Bi sħubija ma’ NGO, tinfetaħ entità li tilqa’ pazjenti li għandhom

bżonn kura paljattiva, f’ambjent adattat u xieraq, lejn tmiem il-ħajja tagħhom.

35. Min ma jistax ikollu tfal Wara li għaddejna l-liġi li tirregola l-fertilizzazzjoni assistita (IVF) se nintroduċu din il-proċedura bħala parti mis-servizz tassaħħa pubblika biex inti tkun tista’ tagħmel din il-proċedura b’xejn u mingħajr ma jkollok għalfejn tmur barra minn Malta.

36. Servizzi għal persuni li jeħtieġu appoġġ fl-iżvilupp tagħhom Insaħħu s-servizzi edukattivi, terapewtiċi u ta’ saħħa għal dawk it-tfal li jeħtieġu appoġġ professjonali fl-iżvilupp tagħhom. Dan billi noffru s-servizzi ta’ assessjar, sapport, terapija u gwida taħt qafas wieħed. Is-servizz iġib flimkien l-aspett mediku, edukattiv u soċjali. B’hekk il-familji jkunu moqdija aħjar u jitnaqqas il-waiting time. Barra minn hekk, is-servizz jibqa’ jingħata sakemm il-familja jkollha bżonnu, mhux l-anqas fi żmien taladolexxenza u fit-tranżizzjoni għall-ħajja adulta.


20 13

f’din l-Elezzjoni – iii

www.mychoice.pn

L-Erbgħa, 6 ta’ Frar

Titkellem

Ħidma importanti ħafna li twettqet matul din il-leġiżlatura kienet konnessa mal-mediċini fejn ħafna mediċini importanti, fosthom mediċini użati mill-anzjani, traħħsu fil-prezz. Sadattant, kienet varata l-iskema tal-Ispiżerija tal-Għażla Tiegħek li qed tiffaċilita aktar il-ħajja ta’ dawk li jkollhom bżonn il-mediċini

Maria Schembri

Sarah Gilson

Il-Mosta

Nathan Mckay Ħaż-Żabbar

Pembroke

Investiment mill-Gvern fl-għoti tal-mediċini

Is-saħħa tal-individwu hi fil-qalb il-politika tal-Gvern

Apprezzament importanti għar-roħs fil-mediċini

Kultant donnu li dak li hu b’xejn neħduh wisq for granted u dan jiġri għax inkunu drajna b’dak l-oġġett jew is-servizz. L-istess jista’ jingħad għas-saħħa b’xejn u l-mediċini b’xejn. Il-Gvern għamel investiment kbir f’dan ilqasam u baqa’ għaddej b’diversi skemi u inizjattivi li ftit issibhom f’pajjiżi ferm akbar minna, fejn wieħed irid ikun jiflaħ finanzjarjament jew ikollu xi assigurazzjoni. Hawn Malta, għalkemm limitati fid-daqs u l-popolazzjoni, bl-għaqal tal-Gvern dan is-servizz għadu jingħata b’xejn u lil kulħadd. Jingħataw, fost oħrajn, mediċini li tant anzjani u persuni li jkollhom bżonnhom jeħduhom b’xejn u ta’ kuljum, u dan ifisser iffrankar ta’ flus.

Il-Gvern immexxi mill-Partit Nazzjonalista għażel li waħda mill-proposti għal-leġiżlatura li jmiss tkun dik li jħallas lill-pazjenti jew lill-persuni li huma intitolati għal mediċina b’xejn, ġaladarba din il-mediċina tkun out of stock. Żgur li din l-inizjattiva hi importanti ħafna għax b’hekk wieħed ma joqgħodx jinkwieta li mhux se jkun kapaċi jħallas għaliha. Dan juri kemm il-Gvern għandu għal qalbu s-saħħa ta’ kull persuna f’Malta u f’Għawdex. Kull persuna hi importanti għas-soċjetà u għallGvern, u s-saħħa ta’ kull persuna hi għal qalb ilpolitika tiegħu wkoll. B’hekk il-Gvern tejjeb u qiegħed ikompli jtejjeb id-diversi servizzi tas-saħħa.

Mhux kulħadd intitolat għall-mediċini, u dik tifhimha. Iżda l-Gvern xorta ħaseb f’kulħadd u permezz ta’ diversi diskussjonijiet, il-Gvern raħħas mijiet u mijiet ta’ mediċini li fl-aħħar mill-aħħar kulħadd jibbenefika minnhom. Bir-roħs fil-mediċini wieħed għandu japprezza li mhux biss igawdu dawk li jieħdu l-mediċina darba kultant, forsi bħal meta jinqala’ każ ta’ riħ, imma wkoll igawdu dawk li jeħduhom ta’ spiss u b’ammont ikbar, pereżempju dawk li għandhom xi kundizzjoni u jiddependu fuq xi mediċina partikulari, bħal dawk li għandhom xi problemi f’qalbhom jew bil-pressjoni. Tajjeb li napprezzaw li xejn ma jiġi mix-xejn u jekk il-Gvern qiegħed jinvesti miljuni fl-għoti tal-mediċini, dan qed jagħmlu għall-aħjar ġid ta’ saħħitna.

Nicolà Camilleri Birkirkara

L-iskema l-Ispiżjar tal-Għażla Tiegħek fiha ħafna benefiċċji Li naf hu li l-Gvern għamel inizjattiva li l-mediċini jingħataw mill-ispiżerija tal-għażla tiegħek, dik li tinsab fil-lokalità tiegħek jew f’xi oħra li tixtieq int. Din kienet waħda mill-aqwa inizjattivi naħseb għaliex b’hekk, dak li jkun, flok irid jinqala’ minn daru u jmur l-Isptar Mater Dei biex jiġbor il-mediċini, issa jista’ jagħmel dan mil-lokalità tiegħu stess. Ma ninsewx li hemm anzjani jew persuni iżgħar li għandhom problemi ta’ mobbiltà u allura s-sagrifiċċju u tbatija tagħhom huma ferm ikbar minn ta’ ħaddieħor li hu aktar b’saħħtu. Barra minn hekk, din l-inizjattiva tnaqqas id-dewmien li wieħed idum jistenna biex jieħu l-mediċini għax hekk in-nies kollha li huma intitolati għall-mediċina b’xejn huma maqsumin fuq numru ta’ spiżeriji u mhux imorru f’waħda biss.

Matthew Vella San Ġwann

Pajjiżna xxurtjat li fil-qasam tas-saħħa jgawdi l-aqwa servizzi u kura Mhux kulħadd għandu l-istess ammont ta’ finanzi. Hawn min għandu ħafna u hawn min għandu inqas, iżda kulħadd hu intitolat l-istess fejn jidħol is-servizz tas-saħħa. Kulħadd jista’ juża d-diversi servizzi li joffri l-Gvern fosthom ta’ Mater Dei, dawk mis-servizz privat, tal-bereġ u l-polikliniċi u saħansitra operazzjonijiet. Il-mediċini b’xejn huma ta’ wens għal diversi persuni fosthom l-anzjani li jiddependu fuq il-pensjoni u b’hekk anke jekk jieħdu aktar minn mediċina waħda, jistgħu xorta jakkwistawhom b’xejn mill-Gvern. Din il-lista tal-mediċini b’xejn tkompli tiżdied permezz tal-inizjattiva tal-Gvern li jkompli jgħin lill-individwi.


iv –

f’din l-Elezzjoni

www.mychoice.pn

L-Erbgħa, 6 ta’ Frar

Il-Gvern Nazzjonalista jassigura l-aqwa kura lill-anzjani filwaqt li jħeġġiġhom jibqgħu attivi u kemm jista’ jkun jibqgħu jgħixu mal-familji tagħhom fil-lokalità fejn trabbew

L-anzjani jibqgħu fiċ-ċentru tal-politika tal-Gvern u jistgħu jkomplu jingħataw l-aqwa servizzi għax għandna l-finanzi fis-sod

L-anzjani jibqgħu persuni speċjali fil-politika tal-Gvern u kien għalhekk li f’din il-leġiżlatura l-Gvern ħa diversi miżuri biex l-anzjani jibqgħu jingħataw l-aqwa kura u inizjattivi biex jibqgħu attivi fis-soċjetà permezz tal-Università tat-Tielet Età, xogħol u attivitajiet mill-Gvern u mill-Kunsilli Lokali

20 13


20 13

L-Erbgħa, 6 ta’ Frar

www.mychoice.pn

f’din l-Elezzjoni – v

Matul din il-leġiżlatura l-Gvern immexxi mill-Partit Nazzjonalista ħeġġeġ lill-Kunsilli Lokali biex jorganizzaw diversi attivitajiet li fihom ikunu jistgħu jipparteċipaw l-anzjani li joqogħdu fil-komunità. Dan bl-iskop li l-anzjani jibqgħu attivi fis-soċjetà. Kien għalhekk li nfetħu għadd ta’ day care centres għall-anzjani u l-Partit Nazzjonalista qiegħed iwiegħed li se jissokta jiftaħ aktar ċentri għall-anzjani f’lokalitajiet oħra

Matul din il-leġiżlatura l-Gvern immexxi mill-Partit Nazzjonalista daħħal fis-seħħ għadd ta’ inċentivi biex min jilħaq l-età tal-irtirar jibqa’ jaħdem u jibqa’ jirċievi paga u pensjoni sħiħa. Fil-programm elettorali l-Partit Nazzjonalista issa qed jipproponi wkoll li pensjonanti li sal-lum jitilfu parti mill-pensjoni tagħhom, ma jibqgħux jitilfuha


vi –

www.mychoice.pn

f’din l-Elezzjoni

L-Erbgħa, 6 ta’ Frar

20 13

Muscat jagħżel ħażin... Il-ġurnalisti jistaqsu: Anġlu Farrugia tkellem dwar kuntratturi kbar u l-finanzjament tal-Labour Party... xi twieġbu? Anġlu qal li għamilt delitt politiku fuqu kiesaħ u biered... x’tikkummenta? Anġlu qallek giddieb, diżonest, krudil, inuman, vendikattiv... xi twieġeb? Muscat: ... ma nikkummentax... ma nikkummentax... ma nikkummentax...

...u tbati int

Dak li għadu kemm kien id-deputy leader ta’ Muscat, Anġlu Farrugia, fl-intervista ta’ nhar il-Ħadd li għadda mas-Sunday Times

JIPPROVA JAQTA’ RAS KULĦADD... u anġlu farrugia jibda jgħid dak li jaf


20 13

f’din l-Elezzjoni – vii

www.mychoice.pn

L-Erbgħa, 6 ta’ Frar

LENTI FUQ...

Anġlu Farrugia jitkellem dwar kuntratturi kbar u l-finanzjament tal-Labour Party li jqanqal ħsibijiet dwar xiri ta’ favuri

Intervista qawwija ħafna ta’ Anġlu Farrugia li jikxef il-maskra ta’ Joseph Muscat Qawwija ħafna kienet l-intervista ta’ Anġlu Farrugia nhar il-Ħadd li għadda masSunday Times. Anġlu Farrugia mhux xi ħadd ‘il bogħod mit-tmexxija tal-Labour Party, anzi kien in-numru tnejn tal-Labour Party sa xahar u nofs ilu. Ma jistax ikollok lil xi ħadd li jaf aktar dwar il-Labour Party, ħlief il-leader Muscat Finanzjament tal-Labour Party u kuntratturi kbar Hemm nies qrib il-Labour Party li huma kuntratturi kbar u li huma involuti filfinanzjament tal-partit. Din qed jgħidha Anġlu Farrugia. Tista’ ma taqbilx miegħu politikament – u kif qal il-Prim Ministru Lawrence Gonzi nhar il-Ħadd li għadda wkoll fil-mass meeting fil-Mosta, hu qatt ma qabel politikament ma’ Anġlu Farrugia – imma dan hu fatt li qed jgħidu Anġlu Farrugia stess u li żgur jaf x’qed jgħid għax kien id-deputy leader tal-Labour Party.

Muscat jagħti tiegħu lil ħaddieħor Dak li qal Anġlu Farrugia joħroġ il-falsità ta’ dak li ilu jirrepeti Muscat żmien twil. Waqt li Muscat jippoża tattrasparenti u jitfa’ l-ħmieġ il-ħin kollu fuq kulħadd – anke jekk illum hu ċar li l-istituzzjonijiet ma jħarsu lejn wiċċ ħadd u ressqu anke kontra mħallfin – dak li għadu kemm kien id-deputy ta’ Muscat qed jitkellem dwar il-finanzjament talLabour u kuntratturi kbar. Il-proposti ta’ Muscat dwar il-MEPA u l-power station jintnu Dak li qal Anġlu Farrugia jixħet aktar dawl fuq ilproposti ta’ Muscat dwar ilMEPA u l-power station li jrid jibni bla bżonn. Diġà, anke qabel ma tkellem Anġlu Farrugia, dawn il-proposti kienu jintnu. Għax waqt li Muscat jgħid li tkellem qabel ma’ negozjanti Maltin u barranin, ma jridx jgħid ma’ min tkellem, x’qalulu

u xi ftiehem. U dan hu nuqqas kbir ta’ trasparenza fuq taħditiet importanti li Muscat hu ċar li għamel bilħabi u li minn dak li jirriżulta minnhom se jkunu qed jaffettwaw id-deċiżjonijiet tal-Gvern u t-taxxi li nħallsu jekk Muscat ikun fil-poter mill-10 ta’ Marzu.

Jekk kien kapaċi jqaċċat ras id-deputy tiegħu... Jekk Muscat kien kapaċi jqaċċat ras id-deputy tiegħu stess qabel ma biss saret l-elezzjoni, aħseb u ara kemm ikun kapaċi jqaċċat ras nies indipendenti u nies li ma jaqblux miegħu ladarba jkun kiseb il-poter.

Bagħtu b’kaxxa vojta bla policies Anġlu Farrugia fl-intervista jgħid li Muscat qatt ma involvieh fid-diskussjonijiet dwar il-programm elettorali. Jiġifieri Muscat bagħat lil Anġlu Farrugia b’kaxxa vojta mill-policies għad-dibattitu ta’ Xarabank li minħabba fih qaċċatlu rasu.

Kliem iebes dwar Muscat Anġlu Farrugia jerfa’ kliem iebes għal dak li Muscat għamel miegħu: stallett f’dahru, krudeltà, vendikazzjoni. U għal Muscat jerfa’ wkoll deskrizzjonijiet ibsin ħafna tal-elementi filkarattru tal-leader Laburista: diżonestà, inumanità, gideb. Minkejja li bħalissa Muscat qed jipprova jingħoġob ma’ kulħadd għall-poter, jekk dan hu l-mod kif Muscat ġab ruħu mad-deputy leader tiegħu qabel biss kiseb ilpoter, aħseb u ara kif iġib ruħu ladarba ma jkunx għad għandu bżonn il-vot ta’ dawk li qed jipprova jingħoġob magħhom bħalissa.

Delitt politiku kiesaħ u biered U d-deskrizzjoni li jagħti Anġlu Farrugia tal-mod kif qaċċatlu rasu Muscat hi grafika ħafna: “qisek bgħatt għall-akbar ħabib tiegħek u sparajtlu sitt tiri; delitt kiesaħ u biered.”

Partit li biegħ ruħu b’mod li jqanqal ħsibijiet dwar xiri ta’ favuri Dwar il-Labour taħt Muscat, Anġlu Farrugia jgħid li hu partit bla valuri. U din jista’ jaraha kulħadd: illum ilLabour tilef is-sens ta’ x’inhi l-missjoni vera tiegħu li issa hi biss il-kisba tal-poter u l-kuluri tal-ingravajjet. Li hu gravi ħafna aktar millqerq tal-kuluri hu dak li jfisser x’qed jgħid min għadu kemm kien in-numru tnejn fil-Labour Party: nn li l-partit ta’ Muscat biegħ ruħu, nn li dak li qed isir fil-partit ta’ Muscat iqanqal ħsibijiet dwar xiri ta’ favuri bilmoħbi, u nn li bi gvern ta’ Muscat ma jkunux istituzzjonijiet pubbliċi, ħielsa u serji li jagħmlu d-deċiżjonijiet li jolqtuna, imma istituzzjonijiet influwenzati b’mod maħmuġ. Dak li qal Anġlu Farrugia hu gravi ħafna.


viii –

f’din l-Elezzjoni

www.mychoice.pn

L-Erbgħa, 6 ta’ Frar

20 13

“Gvern immexxi mill-Partit Nazzjonalista dejjem kellu stima u rispett kbir lejn l-anzjani tagħna li matul is-snin ikkontribwew ħafna għal pajjiżna. Illum il-Gvern irid irodd lura lill-anzjani b’rikonoxximent għal dak kollu li huma għamlu għal pajjiżna. Il-Gvern hu kburi li l-anzjani għandhom post ċentrali ħafna fil-politika tiegħu.”

- il-Prim Ministru Lawrence Gonzi


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.