Edukazzjoni ta' kwalita' għal kulħadd

Page 1

www.mychoice.pn

L-Erbgħa, 16 ta’ Jannar

SUPPLIMENT

f’din l-Elezzjoni

20 13

Edukazzjoni ta’ kwalità għal kulħadd Matul din il-leġiżlatura l-Gvern kompla jieħu aktar inizjattivi biex jipprovdi edukazzjoni tal-ogħla kwalità għal kulħadd. Il-Gvern qed jinvesti €6,000 fis-sena f’kull student. Qed jinvesti fl-aqwa apparat fl-iskejjel tiegħu. Iħallas il-pagi tal-għalliema fl-iskejjel tal-Knisja. Iħallas il-pagi tal-LSAs fl-iskejjel kollha, anke dawk privati indipendenti F’dawn il-ħames snin li għaddew il-Gvern ħadem biex irreveda l-Kurrikulu bl-iskop preċiż li jippromwovi l-iżvilupp tal-istudenti biex jitgħallmu tul il-ħajja u jkunu ċittadini impenjati, responsabbli u attivi fl-ekonomija. Il-Gvern kompla jagħti l-appoġġ tiegħu lillistudenti kollha ħalli jilħqu u jirnexxu, huma x’inhuma l-kundizzjonijiet soċjali u familjari tagħhom. Aspett importanti fil-ħidma li saret kien marbut mal-mira ċara fil-kulleġġi u l-iskejjel biex dawn jilħqu l-ħtiġijiet talistudenti kollha permezz ta’ aktar awtonomija fil-kurrikulu. F’din il-leġiżlatura l-Gvern waqqaf ukoll grupp ta’ ħidma li jiffoka fuq l-Edukazzjoni fix-Xjenza biex janalizza s-sitwazzjoni preżenti taledukazzjoni fix-Xjenza u jissuġġerixxi triq ’il quddiem li tkun tindirizza b’mod adegwat il-ħtiġijiet nazzjonali preżenti u futuri ta’ dan il-qasam. Riforma oħra importanti

ii

fis-sistema edukattiva tagħna hi l-bidla tal-Iskejjel Speċjali f’Ċentri ta’ Riżorsa. Dan ifisser li l-istudenti b’diżabbiltà iktar severa issa għandhom esperjenza skolastika iktar bħal dik ta’ sħabhom, li jkun hemm ħafna iktar integrazzjoni magħhom u li r-riżorsi ta’ dawn l-iskejjel ikunu aktar aċċessibbli għallistudenti b’diżabbiltà li huma mainstreamed. Dan kollu jpoġġi lil Malta fost l-ogħla rata ta’ inklużjoni ta’ studenti b’diżabbiltà fliskejjel tagħha meta mqabbla mal-bqija tal-Ewropa. Jattendu u/jew jagħmlu użu mis-servizzi offruti minn dawn iċ-ċentri ta’ riżorsi hemm madwar 180 student. Il-Gvern ma waqaf qatt jaħdem fuq l-edukazzjoni inklużiva li hi l-qofol tar-riformi li qed jiġu implimentati fliskejjel. Biex din tirnexxi, qed jiżdied aktar appoġġ fil-kulleġġi billi ssaħħew is-servizzi speċjalizzati ta’ għajnuna għallistudenti kollha.

Fatti u Ċifri Investiment kontinwu fit-titjib tal-faċilitajiet

iii

Aktar minn 1,700 professjonist impjegati fil-qasam edukattiv L-edukazzjoni inklużiva hi l-qofol tar-riformi li kienu u qed ikunu implimentati fl-iskejjel. Biex din tirnexxi, qed jiżdied aktar appoġġ fil-kulleġġi billi ssaħħew is-servizzi speċjalizzati ta’ għajnuna għall-istudenti kollha. F’dawn l-aħħar erba’ snin il-Gvern impjega aktar minn 1,700 professjonist fosthom social workers, child psychologists, trainee career advisors u aktar counsellors biex ikun hemm aktar persuni mħarrġa li jistgħu jgħinu lill-istudenti li jkunu għaddejjin minn xi inkwiet personali jew familjari. Dawn qed jaħdmu skont il-ħinijiet tal-uffiċċju ħalli b’hekk it-tfal li jkollhom bżonn l-għajnuna jkunu

jistgħu jsibuha anke wara l-ħin tal-iskola u tul perjodi ta’ vaganzi. Sadattant il-Gvern waqqaf ukoll tlettax-il Nurture Group fil-primarja u dsataxil Learning Support Zones fis-sekondarja biex jagħtu l-appoġġ meħtieġ lil studenti li għandhom diffikultajiet soċjali, emozzjonali u ta’ mġiba. Twaqqfu wkoll Learning Support Centres għal studenti b’diffikultà fl-imġiba. Għandna ċentru għallbniet ta’ età sekondarja li jinsab fin-Naxxar u ieħor għat-tfal ta’ età primarja li jinsab fil-Marsa. IdDipartiment Servizzi għallIstudent għandu ċentru ieħor għas-subien ta’ età sekondarja fl-Imsida. F’Jannar 2012 fetaħ ċentru

titkellem int Ħidma importanti mill-ETC biex persuni jidħlu fis-suq tax-xogħol

vi

ieħor għas-subien ta’ età sekondarja fil-Furjana. Dawn is-servizzi huma maħsuba li jindukraw lillistudenti b’mod ħolistiku, u jwasslu biex kemm jista’ jkun malajr jerġgħu jiġu integrati fil-klassi b’mod sħiħ. Il-Gvern saħħaħ ilpolitika tal-inklużjoni fl-iskejjel billi daħħal ilkunċett ta’ INCO (Inclusion Coordinator) fl-iskejjel biex jipprovdu l-appoġġ neċessarju fejn tidħol l-inklużjoni fl-edukazzjoni. Ingħata taħriġ lil numru ta’ għalliema, permezz ta’ kors ta’ sentejn biex ikunu jistgħu jsiru Koordinaturi tal-Inklużjoni fl-iskejjel sekondarji u jagħtu dan issapport neċessarju.

muscat jagħżel ħażin Fil-Kunsill Lokali tal-Mosta Muscat ma għażilx l-interessi veri tar-residenti


ii –

www.mychoice.pn

f’din l-Elezzjoni

L-Erbgħa, 16 ta’ Jannar

20 13

Fatti u Ċifri

€1,300

Minn din is-sena l-Gvern żied l-ammont massimu ta’ tnaqqis fit-taxxa għall-ġenituri li jħallsu l-miżati biex jibagħtu lil uliedhom fi skejjel privati. Dan it-tnaqqis issa hu ta’ €1,300 għal tfal li jattendu ċ-ċentru ta’ matul il-jum jew kindergartens

€1,600

Minn din is-sena l-Gvern żied l-ammont massimu ta’ tnaqqis fit-taxxa għall-ġenituri li jħallsu l-miżati biex jibagħtu lil uliedhom fi skejjel privati. Dan it-tnaqqis issa hu ta’ €1,600 għal tfal fil-livell primarju

4,160

familja jibbenefikaw minn tnaqqis fit-taxxa minħabba li jibagħtu lit-tfal tagħhom fi skejjel indipendenti

€4.7 miljun f’taxxi iffrankati lill-familji li jibagħtu lit-tfal tagħhom fi skejjel indipendenti

€2,300 Minn din is-sena l-Gvern żied l-ammont massimu ta’ tnaqqis fit-taxxa għall-ġenituri li jħallsu l-miżati biex jibagħtu lil uliedhom fi skejjel privati. Dan it-tnaqqis issa hu ta’ €2,300 fis-sena għal tfal fil-livell sekondarju

Din is-sena l-Gvern għandu fond ta’ €1 miljun biex jingħataw f’għajnuna lill-iskejjel privati għal proġetti marbuta mal-ħtiġijiet individwali tal-istudenti, investiment f’software u liċenzji tal-IT, titjib fil-faċilitajiet tax-xjenza u sportivi u fl-iżvilupp professjonali tal-għalliema

Manifest Elettorali

Mill-

Partit Nazzjonalista

Aħna min aħna u dak li nemmnu Aħna nemmnu: nn li nkunu aktar Maltin, hekk kif aktar Ewropej. Sittin fil-mija tal-Maltin iħossuhom kemm Maltin kif ukoll Ewropej. Disa’ snin wara li Malta ssieħbet fl-Unjoni Ewropea, il-poplu Malti u Għawdxi aktar iħossu parti integrali millEwropa. Fil-fatt, għaxar snin ilu, Joseph Muscat u l-Partit Laburista kienu qed jagħmlu kull ma jistgħu biex iżommuna barra. Il-Partit Laburista ftit għamel biex jikkonvinċina li minn dak iż-żmien sar għandu viżjoni Ewropea. Issa, l-Ewropa waslet f’salib it-toroq u fix-xhur u s-snin li ġejjin, flimkien ma pajjiżi oħrajn, irridu niddeċiedu liema triq se taqbad l-Ewropa – jew it-triq lejn Ewropa aktar magħquda inkella t-triq lejn Ewropa fejn kulħadd imur għal rasu. Matul dawn l-aħħar disa’ snin, pajjiżna rnexxa fl-Ewropa u laħaq livell ta’ integrazzjoni straordinarja. Dħalna fl-Unjoni Ewropea, adottajna l-ewro bħala l-flus tagħna, ksibna ċ-ċittadinanza Ewropea, u sirna parti miz-zona Schengen, li tagħmilna ċittadini ndaqs mal-oħrajn. Malta għandha l-akbar interess li tibqa’ fil-qalba tal-Ewropa u għandha interess f’Ewropa aktar magħquda. Għax Ewropa aktar magħquda tfisser Ewropa

aktar b’saħħitha. U Ewropa aktar b’saħħitha tfisser Malta aktar b’saħħitha. B’Malta aktar b’saħħitha tgawdi int. L-Ewropa se tiffaċċja deċiżjonijiet marbutin mat-tisħiħ tal-għaqda monetarja, mat-tisħiħ ekonomiku u politiku. Malta hija favur din ittriq u trid tkun parti integrali minnha. Għaldaqstant, il-Partit Nazzjonalista qiegħed jintrabat li jaħdem biex aħna nsiru Aktar Maltin u Aktar Ewropej. Dan isir billi: nn Naħdmu biex nibqgħu fil-qalba talEwropa u nipparteċipaw bis-sħiħ fit-tfassil tal-futur tal-Ewropa; nn Inkomplu nsaħħu l-istima kbira li rebħet Malta fl-istituzzjonijiet Ewropej billi naraw li r-rappreżentanza Maltija tkun tal-ogħla kwalità f’kull istituzzjoni Ewropea; nn Immexxu l-Presidenza tal-Unjoni Ewropea fl-2017 b’serjetà u b’suċċess sabiex isem pajjiżna jkompli jikber fir-rispett, u minn dan jiggwadanja l-poplu Malti u Għawdxi; nn Ninnegozjaw bis-saħħa tar-raġuni u mhux bit-theddid li jwassal biex jiżolana u jtellifna r-rispett; nn Ninnegozjaw pakkett finanzjarju tajjeb ieħor għal pajjiżna għas-snin bejn l-2014 u l-2020, sabiex Malta tkompli tgawdi mill-fondi Ewropej għas-snin li ġejjin; nn Nerġgħu nallokaw 10 fil-mija tal-pakkett finanzjarju esklussivament għal Għawdex; nn Inkomplu nikkontribwixxu attivament għall-iżvilupp tal-politika Ewropea f’oqsma li l-aktar jolqtu l-interessi ta’ pajjiżna, bħall-politika dwar it-turiżmu, il-politika dwar l-immigrazzjoni u l-politika Ewropea dwar il-Mediterran.


20 13

f’din l-Elezzjoni – iii

www.mychoice.pn

L-Erbgħa, 16 ta’ Jannar

Titkellem

Il-Korporazzjoni għax-Xogħol u t-Taħriġ (ETC) qed tagħmel b’suċċess ħidma mill-aktar importanti ta’ taħriġ biex tgħin lill-persuni bla xogħol jintegraw lilhom infushom fis-suq tax-xogħol

Saviour Zammit

Fabio Sciberras

Silvia Cassar Ħal Qormi

Ħaż-Żebbuġ

Il-Belt Valletta

Investiment għaqli fit-taħriġ

L-ETC spalla ta’ appoġġ

L-ETC tiftaħ opportunitajiet ġodda

Personalment naqbel mal-kunċett li dawk li qegħdin jirreġistraw jingħataw taħriġ biex iżidu l-possibbiltà li jkunu impjegati ma’ xi kumpanija Maltija u mhux jirreġistraw biss u daqshekk. Jien naħdem fid-Dipartiment tas-Saħħa bħala careworker u l-korsijiet ta’ careworker li ngħatajna kienu tajbin ħafna u ta’ professjonalità kbira. Dan jidher ukoll meta wieħed jara l-istipendji li jingħataw l-istudenti li jieħdu sehem f’dawn ilkorsijiet, li jgħinu lill-individwu biex ikompli jattendi u jqawwi qalbu. Barra minn hekk, fattur importanti ieħor hu li dan it-taħriġ jingħata wkoll f’Għawdex. Dan ikompli jgħin lill-Għawdxin iqawwu qalbhom u jidħlu għal dawn il-korsijiet. Wieħed irid jikkunsidra l-fatt li kieku dawn il-korsijiet ma kinux f’Għawdex, l-Għawdxi jrid jaqbad kull darba l-vapur, kemm fil-bnazzi kif ukoll fil-maltemp, minbarra l-ispiża li tiġih kull darba, kemm tal-vapur kif ukoll tattrasport.

Bħalissa jien qiegħed nirreġistra wara li spiċċajt minn ma’ kumpanija u biex inkun onest, allaħares ma kinitx l-ETC għax din l-istituzzjoni sibtha ta’ spalla soda li tgħinni nerġa’ nqum fuq saqajja. Matul iż-żmien li fih kont qiegħed nirreġistra ħadt diversi korsijiet li toffri l-korporazzjoni. Ħadt madwar sebgħa, fosthom fl-aluminju, fil-kompjuters u ħiliet varji, u mort tajjeb ħafna fihom. L-għajnuna u d-dedikazzjoni li tirċievi mingħand l-għalliema tassew hi ta’ min jammiraha. Ibbenefikajt billi minbarra li sirt aktar kapaċi f’numru ta’ oqsma, indunajt li issa meta qiegħed nibgħat il-curriculum vitae, il-kumpaniji qegħdin juru interess u jibagħtu għalija għal interview biex imbagħad f’qasir żmien suppost nirċievi mingħandhom. L-ETC qed tagħmel xogħol utli u qed tgħin nies bħali bla xogħol biex nerġgħu nintegraw fis-suq tax-xogħol.

L-ETC qiegħda tagħmel xogħol tajjeb ħafna, speċjalment għal dawk li qegħdin ifittxu xogħol bħalissa. Iżda ma tiqafx hemm billi dak li jkun jirreġistra biss. Dan għaliex tgħallem lill-individwu jieħu t-taħriġ neċessarju bħal tagħlim ta’ snajja’ u saħansitra kif jiftaħ in-negozju tiegħu. Jien għadni kemm gradwajt b’diploma fl-IT peress li naħdem l-ST u bis-saħħa tal-MITA b’kollaborazzjoni mal-Gvern ħarġu l-applikazzjonijiet u ħadt din l-opportunità. Applikajt taħt il-Programm Step2 u l-kors li ħadt li jtul sentejn fuq bażi part-time tħallas kollu millGvern. Dawn is-sentejn kienu mumenti diffiċli u ta’ sagrifiċċju, kemm għalija kif ukoll għall-familja, iżda li kieku ma kinitx l-għajnuna tal-Gvern, issagrifiċċji kienu jkunu ferm ikbar. Stajt qtajt qalbi u ma attendejtx għall-kors, bir-riżultat li kont nitlef l-opportunitajiet li issa għandi quddiemi u dawk li jridu jiġu fil-futur permezz tal-investiment li qiegħed isir fil-qasam tal-IT.

Joseph Borg Tal-Pietà

Louis Pace Bormla

L-ETC sabitli xogħol fi żmien qasir Jien obbligat ħafna lejn l-ETC għax meta kont wieqaf mix-xogħol sabuli xogħol f’qasir żmien u l-esperjenza li kelli, kemm mal-għalliema u wkoll mal-impjegati, kienet impekkabbli speċjalment fl-uffiċċju li hemm f’Bormla. Il-korsijiet li attendejt għalihom kienu ferm interessanti u kienu dak li xtaqt nagħmel jien. Dan servieni biex inżid l-esperjenza tiegħi, kemm privatament u għall-interess tiegħi iżda fuq kollox, biex din l-esperjenza tkunli ta’ vantaġġ biex insib post fejn naħdem. Il-vantaġġ tal-ETC hu li toffri għażla vasta ta’ x’tista’ titgħallem u l-għażla li tagħmel hi dik li togħġob lilek u mhux tkun sfurzata fuqek. Xi ħadd li jkun qiegħed jirreġistra, dan japprezzah ħafna. Fuq kollox ukoll, dawk li jattendu għal dan it-taħriġ jingħataw miżata tal-kors u din tkompli tgħinhom f’dak il-mument diffiċli għax fl-aħħar mill-aħħar irresponsabbiltà tal-familja tibqa’ hemm u trid taraha tibqa’ tavvanza.

Bl-investiment fit-taħriġ tejjibna d-dħul tagħna u tal-familji tagħna It-taħriġ f’kull aspett hu importanti fil-ħajja, aħseb u ara dak it-taħriġ li permezz tiegħu l-bniedem mhux biss jitgħallem dwar xi suġġett jew snajja’, iżda jkun kapaċi jsib l-impjieg li tant ikun ilu jfittex. Minn esperjenzi li rajt, dawk li jidħlu għal dawn il-korsijiet ikunu qegħdin jgħinu lilhom infushom iżidu l-esperjenzi tagħhom f’numru ta’ oqsma li jinteressawhom u dan ittaħriġ jingħata fuq aspetti differenti, kemm dak manwali, bħall-welding, kif ukoll fuq livelli oħra ta’ professjoni, bħal korsijiet dwar Customer Care, ta’ gwardjan privat u anki taħriġ relatat mal-linja tal-arju. Bis-saħħa ta’ din id-diversità, il-persuna li tattendi għall-korsijiet tkun tista’ tagħżel f’liema qasam tmur u mhux tkun kostretta li ssib xi impjieg relatat ma’ xi fabbrika jew inkella impjieg li ma jkunx għal qalbha. L-impjieg li nagħżlu f’ħajjitna hu dak li jgħinna nkunu sodisfatti bina nfusna u kburin b’dak li nagħmlu. F’każ li persuna tkun imġiegħla tagħmel xogħol mhux għal qalbha, din se tbati biex taqbad u tkun imdejqa.


iv –

f’din l-Elezzjoni

www.mychoice.pn

L-Erbgħa, 16 ta’ Jannar

20 13

Ta' kull sena eluf ta' studenti Maltin u Għawdxin jiggradwaw b'suċċess wara snin ta' studju li fihom ikunu megħjuna bl-istipendju mogħti mill-Gvern. Għall-Gvern immexxi mill-Partit Nazzjonalista fl-edukazzjoni u ma' wliedna ma tezisti ebda xeħħa

L-aqwa riżorsi lill-istudenti żgħar u kbar biex jitgħallmu u jirnexxu

Għaliex uliedna imprezzabbli, il-Gve żied l-investiment edukattiv biex it-tfa l-aqwa tagħ


20 13

L-Erbgħa, 16 ta’ Jannar

a huma uniċi u ern, sena wara oħra, t tiegħu fil-qasam al kollha jingħataw ħlim u taħriġ

www.mychoice.pn

f’din l-Elezzjoni – v

Illum iż-żgħażagħ għandhom l-opportunità li jissoktaw jimxu 'l quddiem billi jsegwu l-korsijiet li jixtiequ kemm fl-Università, kemm fl-MCAST u wkoll f'postijiet oħra tat-tagħlim

Attenzjoni personalizzata lit-tfal fit-tagħlim tagħhom biex ikun assigurat li jikbru f'saħħithom waqt li jingħataw it-tagħlim u l-edukazzjoni li jixirqilhom


vi –

www.mychoice.pn

f’din l-Elezzjoni

L-Erbgħa, 16 ta’ Jannar

Muscat jagħżel ħażin... Muscat kellu f’idejn il-partit tiegħu wieħed mill-akbar Kunsilli Lokali li hawn fil-pajjiż, il-Kunsill tal-Mosta

Minkejja li s-Segretarju Eżekuttiv tal-Kunsill tal-Mosta, John Camilleri, qal kemm-il darba kif il-Kunsill Laburista kien immexxi ħażin, Muscat baqa’ jsodd widnejh, jagħlaq għajnejh, b’ħalqu magħluq u ma ħa l-ebda pass

Anzi, flok ħa passi favur ir-residenti tal-Mosta, il-partit ta’ Muscat għadda mozzjoni fil-Kunsill tal-Mosta biex is-Segretarju Eżekuttiv, li kien il-whistleblower f’dan il-każ, jitkeċċa mill-kariga

...u tbati int

John Camilleri, il-whistleblower li kixef x’kien qed jiġri fil-Kunsill tal-Mosta... imma Muscat ma semgħux, anzi l-maġġoranza Laburista fil-Kunsill tal-Mosta keċċietu

ĦALLA L-KUNSILL LABURISTA TAL-MOSTA SNIN SĦAĦ JAGĦŻAQ (dehret għall-ewwel darba: il-mument 12.07.09)

20 13


20 13

f’din l-Elezzjoni – vii

www.mychoice.pn

L-Erbgħa, 16 ta’ Jannar

LENTI FUQ...

Nazzjon wieħed ta’ unità fid-diversità Hu u jniedi t-tema tiegħu għall-elezzjoni ġenerali tad-9 ta’ Marzu, il-Partit Nazzjonalista nieda logo li jispjega aktar it-tema tiegħu mhux biss bil-kliem ‘Futur fis-Sod – Xogħol, Saħħa, Edukazzjoni’ imma wkoll b’simboli ta’ dak li jfisser ilPartit Nazzjonalista u dak li jagħti lill-pajjiż. Nazzjon wieħed li fih kulħadd jista’ jimxi ’l quddiem flimkien Il-fjura bil-kuluri ta’ Malta u tal-qawsalla u l-istilel talEwropa jfissru t-twemmin tal-Partit Nazzjonalista fl-unità fid-diversità u l-patrijottiżmu kożmopolitan tiegħu. Il-Partit Nazzjonalista ma jemminx fi ġlied bejn ilklassijiet, anzi ħoloq nazzjon wieħed li fih kulħadd jista’ jimxi ’l quddiem flimkien

speċjalment bl-edukazzjoni u x-xogħol. L-edukazzjoni u t-taħriġ f’istituzzjonijiet edukattivi miftuħin beraħ, bħall-Università u l-MCAST, flimkien mas-sistema talistipendji fl-aħħar snin taw opportunitajiet lil kulħadd, hu min hu, ġej minn liema sfond soċjali ġej, biex javvanza. Hu b’hekk li l-Partit Nazzjonalista kompla jibni nazzjon wieħed u sħiħ. Opportunitajiet ta’ xogħol li gawda minnhom kulħadd, speċjalment in-nisa L-investiment ta’ industriji ġodda f’Malta fisser il-ħolqien ta’ impjiegi sodi b’pagi tajbin. Ix-xogħol li ħoloq Gvern Nazzjonalista fisser li ħafna nisa qed jagħtu l-kontribut tagħhom fl-ekonomija u jgawdu dħul li qabel ma kellhomx. Fl-aħħar ħames

Iż-żgħażagħ huma ħolqa mill-aktar importanti fil-katina li tifforma n-nazzjon Malti fejn kulħadd għandu l-ispazju tiegħu biex flimkien inkomplu nagħtu l-kontribut tagħna ħalli pajjiżna jkompli jimxi ‘l quddiem fil-Mediterran, fl-Ewropa u fid-dinja

snin, l-20,000 impjieg ġdid li nħolqu pattew għal dawk li ntilfu u l-pajjiż baqa’ minn fuq b’14,000 ħaddiem aktar jaħdmu full-time mal-privat milli kien hawn fl-2008. Din iżżieda qawwija fl-impjiegi malprivat imtliet l-aktar min-nisa.

il-liġi li tagħti drittijiet lil koppji li joqogħdu flimkien u li jagħżlu li ma jiżżewġux. Dan hu l-mod kif il-Partit Nazzjonalista jirrikonoxxi l-għażliet personali ta’ kull individwu f’nazzjon wieħed ta’ ħafna sfumaturi.

tal-Ewropa, ta sehem kbir u siewi lil Malta fil-miġja tal-libertà fl-Afrika ta’ Fuq, speċjalment waqt il-kriżi talLibja u, imsaħħa bis-sħubija fl-Unjoni Ewropea, Malta tista’ tieħu sehem aqwa wkoll fil-ġrajjiet li jiġru fid-dinja.

Sfumaturi u stili ta’ ħajja bi dritt Gvern Nazzjonalista jagħraf ukoll l-għażliet personali u soċjali li jagħmel kull individwu u jagħmel liġijiet li jagħtu drittijiet lil kull tip ta’ familja li jagħżel li jgħix fiha kull individwu. Fil-leġiżlatura li għaddiet, il-Gvern Nazzjonalista għadda l-liġi dwar il-fertilizzazzjoni assistita li biha issa se jkun qed jagħti servizz b’xejn fl-isptarijiet pubbliċi lil dawk il-koppji li ma jkunx jista’ jkollhom tfal. Ressaq ukoll

Patrijottiżmu kożmopolitan u parteċipant attiv fl-Ewropa, fil-Mediterran u fid-dinja In-nazzjon wieħed Malti bil-ħafna sfumaturi tiegħu l-Partit Nazzjonalista ma jifhmux iżolat minn dak li qed jiġri fir-reġjun tagħna jew fid-dinja, anzi jifhmu bħala parteċipant attiv f’dak li qed jiġri fl-Ewropa, fil-Mediterran u fid-dinja. Għalhekk, il-patrijottiżmu tal-Partit Nazzjonalista hu patrijottiżmu kożmopolitan li poġġa lil Malta fil-qalba

Aktar Maltin, aktar Ewropej B’dan il-patrijottiżmu kożmopolitan, illum il-Maltin iħossuhom aktar Maltin u aktar Ewropej fl-istess ħin. Stħarriġ tal-Eurobarometer juri li l-Maltin ma jaraw l-ebda konflitt jew għażla bejn l-identità Maltija u Ewropea tagħhom, anzi jaraw il-fatt li huma Ewropej iseddaq l-identità tagħhom. It-twemmin tal-Ewropa fl-unità fid-diversità l-Partit Nazzjonalista jrid ikompli jwettqu f’Malta u fl-Ewropa.


viii –

f’din l-Elezzjoni

www.mychoice.pn

L-Erbgħa, 16 ta’ Jannar

"Fl-edukazzjoni, għax ħarisna ’l quddiem u għax ħarisna ’l bogħod u ppjanajna b’serjetà, qed inkomplu niksbu riżultati mill-aqwa. Qed naraw lil uliedna jimxu aktar ’il quddiem u jiksbu riżultati mill-aqwa. Fi ftit kliem, qed ikunu mħejjija aktar għas-suq tax-xogħol u għal dħul finanzjarju akbar." - il-Prim Ministru Lawrence Gonzi

20 13


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.