It-tfal u l-familji kollha igawdu minn żidiet fic-Children's Allowance - Futur fis-Sod

Page 1

www.mychoice.pn

L-Erbgħa, 23 ta’ Jannar

SUPPLIMENT

f’din l-Elezzjoni

20 13

It-tfal u l-familji kollha jgawdu żidiet fiċ-Children’s Allowances

Il-Gvern immexxi mill-Partit Nazzjonalista matul din il-leġiżlatura saħħaħ l-investiment tiegħu fil-familja bl-iskop li jiżdied id-dħul tal-familji Maltin

Aktar flus fi bwiet il-ġenituri li qed irabbu Il-Gvern immexxi millPartit Nazzjonalista, għax verament għandu lill-familja fiċ-ċentru tal-politika tiegħu, matul din il-leġiżlatura ħadem biex id-dħul talfamilji jiżdied. Illum il-ġurnata ġenituri li jaħdmu t-tnejn u li qed irabbu t-tfal qed jiffrankaw bejn €150 u €840 fissena fit-tnaqqis fl-income tax bejniethom. 55,000 ġenitur li jaħdmu t-tnejn jew li għandhom il-kustodja jew iħallsu l-manteniment tat-tfal, igawdu mit-tnaqqis fl-income tax.

ii

‘Il fuq minn 8,600 omm irritornaw għad-dinja taxxogħol wara li kellhom l-ulied. Dawn gawdew ukoll minn tax holiday. Dħul ieħor hu għal dawk il-ġenituri li jibagħtu lit-tfal fi skejjel privati u li jistgħu jnaqqsu minn €1,200 sa €2,300, skont l-età ta’ wliedhom, mid-dħul taxxabbli tagħhom. Dawk il-ġenituri li jibagħtu lit-tfal tagħhom għal edukazzjoni sportiva jew kulturali jistgħu jnaqqsu €100 mid-dħul taxxabbli tagħhom.

Fatti u Ċifri 60,000 tifel u tifla qed igawdu minn żidiet fiċ-Children’s Allowance

Tajjeb li wieħed ifakkar li l-Gvern, mill-1 ta’ Jannar ta’ din is-sena, żied il-leave tal-maternità għal tmintaxil ġimgħa. Sa sentejn ilu l-leave tal-maternità kien erbatax-il ġimgħa. Jiġifieri l-miżura tal-Gvern, mifruxa fuq sentejn, żiedet illeave tal-maternità b’erba’ ġimgħat. Il-Gvern qiegħed iħallas hu lill-ommijiet li jieħdu l-leave tal-maternità. Kemm lil dawk l-ommijiet li jaħdmu maċ-Ċivil kif ukoll lil dawk li jaħdmu fis-settur privat.

iii

Wieħed mill-modi biex sar dan kien it-tisħiħ taċChildren’s Allowance. Il-Gvern ħa diversi inizjattivi biex saru bidliet importanti fl-għoti taċ-Children’s Allowance biex hekk illum grazzi għal dawn il-bidliet li saru qed igawdu aktar minn 60,000 tifel u tifla taħt is-sittax-il sena. Il-miżuri li daħħal il-Gvern matul din il-leġiżlatura wasslu biex issa ċ-Children’s Allowance bdiet tingħata lill-familji kollha bit-tfal. Mill-2008, il-familji bdew jirċievu ċ-Children’s Allowance għal kull wild indaqs, irrispettivament minn kemm għandhom tfal. Ir-rata minima taċChildren’s Allowance żdiedet minn €250 għal €350 fissena. Dan ifisser li grazzi għall-miżuri li daħħal fis-seħħ il-Gvern żdied id-dħul għall-

titkellem int F’din il-leġiżlatura l-paga medja fis-sena żdiedet b’€2,600

vi

familji li għadhom qed irabbu. Sadattant il-Gvern matul din il-leġiżlatura żied ukoll il-benefiċċju għat-tfal li jgħixu fi Djar tat-Tfal jew ma’ familji li jiffosterjaw lit-tfal. Fl-2008 l-allowance għallfostering żdied minn €27.95 għal €39.60 għal kull wild fil-ġimgħa. Sentejn wara, jiġifieri fl-2012, il-Gvern kompla jirrikonoxxi l-istituzzjonijiet tat-tfal u lill-familji li jiffosterjaw lit-tfal, jiġifieri lil dawk il-familji li qed jindokraw lil dawn it-tfal li qed jitrabbew barra l-familja naturali tagħhom billi kompla jżid l-allowance minn €40 filġimgħa għal €70 fil-ġimgħa. Fattur importanti ħafna hu li l-età massima tat-tfal li jirċievu din l-għajnuna żdiedet minn sittax-il sena għal 21 sena.

muscat jagħżel ħażin Muscat jispira ruħu minn Mario Vella li tgħallem f’università Komunista


ii –

www.mychoice.pn

f’din l-Elezzjoni

L-Erbgħa, 23 ta’ Jannar

20 13

Fatti u Ċifri

60,000

tifel u tifla qed igawdu minn żidiet fiċ-Children’s Allowance

55,000

ġenitur li jaħdmu t-tnejn jew li għandhom il-kustodja tat-tfal gawdew minn tnaqqis fl-income tax

18-il

ġimgħa leave tal-maternità- żieda ta’ erba’ ġimgħat minn din is-sena

€450

ir-rata minima taċ-Children’s Allowance skont il-budget għall-2013

8,600

omm gawdew sena jew snin bla taxxa u rritornaw fid-dinja tax-xogħol

€1,115

Iċ-Children’s Allowance għal kull wild ta’ ħaddiema bil-paga minima skont il-budget għall-2013

Manifest Elettorali

Mill-

Partit Nazzjonalista

Bil-Partit Nazzjonalista jkollok Futur fis-Sod Il-ħajja hija kullana ta’ għażliet li permezz tagħhom ngħixu u niżviluppaw ħajjitna. Nistgħu nbiddlu għall-aħjar u nistgħu nbiddlu għall-agħar. Kollox jorbot fuq l-għażliet li nagħmlu. L-istess jista’ jingħad għall-futur ta’ pajjiżna, tal-familja tiegħek, ta’ wliedek, u tiegħek innifsek. Malta u Għawdex għaddew u għaddejjin minn bidliet kbar. Int trid futur fis-sod li jagħtik serħan il-moħħ – u dan jista’ jiggarantihulek biss il-Partit Nazzjonalista. Il-Partit Nazzjonalista dejjem kien fuq in-naħa t-tajba fl-għażliet għall-bidla li għamel pajjiżna: l-għażla tal-Indipendenza, l-għażla għallibertà u d-demokrazija, kif ukoll l-għażla favur l-Unjoni Ewropea. Dawn l-għażliet wasslu għal għażliet u bidliet oħrajn li tejbu l-qagħda tiegħek, tal-familja tiegħek u ta’ pajjiżna. Il-Partit Nazzjonalista dejjem għaraf li l-politika hi servizz li jseħħ fid-djalogu u fil-kuntatt mal-poplu. Dejjem emminna fl-importanza tal-kuntatt ġenwin u kontinwu mal-poplu għallpolitiku li jrid iħaddem il-politika bħala għodda ta’ servizz. Hu għalhekk li matul dawn il-ħames snin ta’ ħidma ġibna bidla għall-aħjar, li ma kinitx b’kumbinazzjoni, imma riżultat ta’ għażliet responsabbli bażati fuq l-aspirazzjonijiet talpoplu Malti u Għawdxi. Il-Partit Nazzjonalista minn dejjem fehem li biex jinkiseb il-ġid komuni ma nistgħux inkunu populisti, induru ma’ kull riħ tal-pinnur talpopolarità. Il-Partit Nazzjonalista minn dejjem kien konvint li l-ġid komuni jirrikjedi li nirriflettu l-aspirazzjonijiet tan-nies b’għażliet responsabbli, serji – anki jekk mhux dejjem popolari – u li npoġġu l-futur tal-Maltin u l-Għawdxin kollha fis-

sod – viżjoni ekonomika u soċjali b’saħħitha li tiġbed warajha poplu sħiħ. Il-Partit Nazzjonalista qatt ma ppretenda li kellu xi monopolju tal-verità dwar x’inhu l-ġid komuni tal-poplu Malti. Dejjem fittixna x’inhu l-ġid komuni fiċ-ċirkustanzi li jinbidlu minn żmien għal żmien. L-istorja tal-Partit u tal-gvernijiet Nazzjonalisti turi li dejjem konna lesti li nifhmu u niġġeddu maż-żminijiet. Pajjiż demokratiku u ħieles, soċjetà b’mentalità aktar Ewropea, li tgħożż il-libertajiet ċivili, li tħeġġeġ il-kuntrast tal-ideat, li tassigura separazzjoni ċara bejn stat u Knisja, soċjetà ta’ wens u spalla għal min ħu l-aktar fil-bżonn, b’mezzi tal-komunikazzjoni pluralistiċi, b’investiment qawwi fit-teknoloġiji moderni, u tant suċċessi oħrajn li minnhom qed igawdi l-poplu kollu. Hekk se nkomplu nagħmlu – se nkomplu niġġeddu u nwettqu l-bidla li trid int u li tixraq lilek. Il-Partit Nazzjonalista jemmen li pajjiżna għandu futur fis-sod ta’ aktar xogħol u xogħol aħjar, b’pagi tajbin għalik, aktar flus fil-but tiegħek, servizz tas-saħħa ta’ kwalità u mingħajr ħlas, u edukazzjoni b’xejn ukoll biex int u wliedek tirnexxu lkoll. Fl-aħħar ħames snin ħdimna flimkien u ġibna s-suċċess għal kulħadd – li qed tgawdih int. Ma ngħidux li ma nqasniex. Iżda aħna determinati li jekk tagħżel li tafdana, se nkomplu nbiddlu flimkien lil pajjiżna biex int u wliedek tgħixu aħjar. Futur fis-Sod għax din hi l-bidla li tixraqlek. L-għażla f’idejk.


20 13

www.mychoice.pn

L-Erbgħa, 23 ta’ Jannar

Titkellem

f’din l-Elezzjoni – iii

Mill-istħarriġ dwar is-suq tax-xogħol, li għadu kemm kien ippubblikat, jirriżulta li l-paga medja fis-sena żdiedet b’€2,600... Barra minn dan, il-Gvern naqqas it-taxxa biex il-ħaddiem Malti hu l-anqas intaxxat fl-UE u b’hekk igawdi aktar flus fil-but

Carmelo Ellul

Corinne Agius

l-imqabba

Il-Gżira

Josef Zahra

Leġiżlatura li ħalliet impatt pożittiv

Aktar flus fl-idejn

Mod kif tegħleb il-paga minima

Iż-żieda fil-pagi matul din il-leġiżlatura ħalliet impatt pożittiv fuq kull persuna li taħdem u wkoll fuq il-pensjonanti, għax dawn ukoll jieħdu ż-żieda tal-ħajja b’mod sħiħ. Biż-żieda fil-pagi l-Gvern għaraf li se jkun qiegħed ikompli jsaħħaħ lill-individwu b’mod finanzjarju iżda fl-istess ħin jagħtih serħan il-moħħ li l-qagħda finanzjarja hi b’saħħitha u li dak li jkun jista’ jkompli r-rutina tassoltu mingħajr ebda problema. Li ma kienx għal din iż-żieda flimkien ma’ inizjattivi oħra li ħa l-Gvern matul dawn l-aħħar snin, kieku żgur li nofs in-negozji huma vojta u magħluqa b’mijiet ta’ nies ifittxu x-xogħol b’mod speċjali dawk li n-negozju tagħhom jiddependi mill-infiq tan-nies, bħal dawk tal-ħwejjeġ u rigali simili.

L-aħħar tax-xahar jasal u dak hu mument kruċjali għal pajjiż. Il-familji kollha jibdew jaraw kemm fadal flus u kif bil-paga li fadal, wara li tkun tajt il-kontribut tiegħek lill-istat jew forsi wkoll għal xi loan, dik il-familja tagħmel il-baġit tax-xahar. Jekk il-paga li jkun fadal se tkun baxxa, dak li jkun se jissikka ċ-ċintorin u jevita spejjeż żejda iżda jekk il-flus fl-idejn huma aktar, allura dak li jkun se jippjana x’se jagħmel bihom, b’aktar ħruġ, xi safra jew kapriċċi oħra. Dawn huma l-affarijiet żgħar li jgħin fihom l-istat biex l-ekonomija tkompli tiġġenera ruħha u b’aktar ġenerazzjoni fl-ekonomija jkun hemm aktar xogħol u profitt għall-kumpaniji. Għalhekk naqbel mal-Gvern għall-mod kif żied il-pagi talħaddiema.

Meta żżid il-paga, b’mod dirett tkun qiegħed tgħin fil-battalja biex tgħolli l-minimum wage, battalja diffiċli iżda essenzjali għal kull pajjiż, għax dan hu mod dirett kif tikkumbatti l-faqar u fl-istess ħin tgħolli l-istandard tal-ħajja tal-persuna u b’hekk din tkun tista’ tgħix aħjar. Aktar ma jkollok nies jgħixu tajjeb, aktar se jkollok persuni li lesti li jinvestu u jonfqu fuq numru ta’ oġġetti li mhumiex meqjusa bħala bażiċi, ngħidu aħna, xi safra, xi weekend break xi mkien jew filproprjetà bħal ngħidu aħna refurbishment, għamara ġdida, eċċ. Dan iwassal biex tolqot kull settur tas-soċjetà, mill-bennej sad-disinjatur, u b’hekk jiżdied ix-xogħol li jfisser aktar paga, aktar qligħ, u għalhekk, aktar investiment.

Tania Camilleri Il-Mosta

Johnathan Siniala L-Imsida

Stil ta’ ħajja aħjar Ix-xogħol hu importanti ħafna għall-bniedem għax barra li jgħinu jakkwista l-flus, jagħtih sens ta’ identità, li hu importanti biex jidentifika ruħu fissoċjetà tal-lum. Iżda daqshekk ieħor hu importanti li l-persuna jkollha paga tajba. Paga li tippermetti li wieħed jibni l-istatus tiegħu permezz tal-attività li jagħmel u permezz ta’ dak li jippossjedi. Il-ħaddiema żgur li jkunu megħjuna ferm meta huma jirċievu paga aħjar, li jistgħu jinvestuha f’dak li jixtiequ u b’hekk l-istil tal-ħajja tagħhom jinbidel għall-aħjar. Grazzi għall-politika tal-Gvern immexxi millPartit Nazzjonalista f’din il-leġiżlatura nħolqu 20,000 impjieg ġdid u hekk żdiedu sew l-opportunitajiet għaż-żgħażagħ u għal dawk kollha li jkunu jridu jfittxu li jtejbu l-impjieg tagħhom.

Aktar flus fil-but Iż-żieda fil-pagi tfisser aktar flus fil-but u li n-nies ikomplu jonfqu f’dak li jixtiequ. Tista’ timmaġina, għadni ġejja mill-Belt Valletta. Filwaqt li kien hemm min beda jgħid li se jkun Milied mejjet għan-negozji, il-Belt Valletta kienet ippakkjata. Kieku ma kienx għaż-żieda fil-pagi matul dawn l-aħħar snin, kieku dak li jkun żgur ma kienx se jmur jonfoq u jixtri r-rigali għal dak u għall-ieħor. Kieku qegħdin ġewwa jew fil-bliet nipprotestaw kif qegħdin jagħmlu għexieren ta’ nies madwar l-Ewropa.


iv –

f’din l-Elezzjoni

www.mychoice.pn

L-Erbgħa, 23 ta’ Jannar

20 13

Il-Gvern daħħal fis-seħħ għadd ta’ miżuri biex aktar nisa jidħlu fis-suq tax-xogħol. Fost l-oħrajn, il-Gvern naqqas it-taxxi għall-ommijiet li jidħlu jew jibqgħu f’impjieg

20,000 impjieg ġdid u paga medja ogħla b’€2,600 ifissru aktar flus f’but il-ħaddiem u livell aqwa tal-għajxien

Il-Gvern immexxi mill-Partit Nazzjona bis-sħiħ fl-edukazzjoni biex iż-żgħaż ppreparati aktar ħalli jidħlu fis tax-xogħol u jagħmlu suċċess fil-karri

Minkejja ż-żminijiet diffiċli li għadda minnhom pajjiżna, il-politika għaqlija tal-Gvern immexxi mill-Partit Nazzjonalista wasslet biex inħolqu 20,000 impjieg ġdid u kienu salvati 5,000 impjieg ieħor


20 13

L-Erbgħa, 23 ta’ Jannar

www.mychoice.pn

f’din l-Elezzjoni – v

alista investa żagħ ikunu s-suq iera li jaqbdu

Il-politika tal-Gvern wasslet biex inħolqu diversi opportunitajiet tax-xogħol fil-qasam tat-turiżmu fejn matul dawn il-ħames snin li għaddew inkisru r-rekords kollha abbinati mat-turisti li żaru l-gżejjer Maltin


vi –

www.mychoice.pn

f’din l-Elezzjoni

L-Erbgħa, 23 ta’ Jannar

Muscat jagħżel ħażin... Muscat jispira ruħu minn Mario Vella li tgħallem fl-università Komunista fil-Ġermanja tal-Lvant waqt li kien fil-Partit Komunista Malti. Tul it-tmexxija ta’ Alfred Sant, Mario Vella kien il-President tal-Labour Party. Muscat studja taħt Mario Vella

Muscat daħħal lil Alex Sceberras Trigona fl-Eżekuttiv tal-Labour Party u għamlu Segretarju Internazzjonali tal-Labour... Sceberras Trigona kien il-Ministru tal-Affarijiet Barranin Laburista li għamel lil Malta tapit ta’ Gaddafi u tal-Korea ta’ Fuq

Id-Deputat Laburista Adrian Vassallo mhux reġa’ ħiereġ mal-Labour... skont Adrian Vassallo f’dikjarazzjoni fil-11 ta’ Mejju tas-sena li għaddiet, it-tmexxija ta’ Muscat hi waħda ta’ Komuniżmu u dittatorjat maħsuba biss biex taħtaf il-poter bla ma taf x’tagħmel wara

...u tbati int

L-ispiratur u għalliem ta’ Muscat, Mario Vella, Xellugi estrem li fforma ruħu fl-università Komunista fil-Ġermanja tal-Lvant meta din kienet għadha teżisti

L-EWWEL LI JXOMMU R-RIĦA DAWK TAL-QRIB (dehret għall-ewwel darba: il-mument 20.05.12)

20 13


20 13

f’din l-Elezzjoni – vii

www.mychoice.pn

L-Erbgħa, 23 ta’ Jannar

LENTI FUQ...

Bl-opportunitajiet ta’ edukazzjoni u xogħol li ħoloq Gvern Nazzjonalista, il-mara qed tagħti u wkoll tieħu s-sehem li jixirqilha mill-ġid li qed joħloq il-pajjiż

Is-sehem sħiħ tal-mara f’kull livell qed jinħass fl-oqsma ewlenin tal-edukazzjoni u tax-xogħol Ilbieraħ tkellimna dwar l-inċentivi u l-opportunitajiet li ta l-Gvern Nazzjonalista u li bihom ħafna aktar nisa qed jaħdmu llum milli kienu jaħdmu mqar ħames snin ilu. Dawn l-inċentivi jvarjaw minn tnaqqis fit-taxxa, flessibilità fuq il-post tax-xogħol, ħafna child care centres u ċentri tattfal għal wara l-ħin tal-iskola u inċentivi għall-employers biex huma wkoll jagħmlu child care centres. X’inhuma r-riżultati ta’ din il-ħidma ta’ Gvern Nazzjonalista? In-nisa sa 35 sena jaħdmu f’Malta huma ferm aktar mill-medja Ewropea Il-Prim Ministru Lawrence Gonzi fid-dibattitu ta’ nhar il-Ġimgħa f’Xarabank, hu u jsemmi r-riżultati qawwijin tal-Gvern tiegħu fix-xogħol u fl-edukazzjoni, semma statistika li għadha kemm ħarġet mill-Eurostat, l-uffiċċju tal-istatistika tal-Unjoni Ewropea.

Din l-istatistika turi li r-rata ta’ nisa li jaħdmu f’Malta hi waħda ogħla minn tal-bqija tal-Unjoni Ewropea sal-età ta’ 35 sena. Finnisa żgħażagħ sa 29 sena, ir-rata ta’ dawk li jaħdmu hi sostanzjalment ogħla millbqija tal-UE. L-istatistika turi li fletajiet bejn 20 u 24 sena, waqt li r-rata ta’ nisa jaħdmu fl-UE hi ta’ 46%, f’Malta hi ogħla bil-qawwi fillivell ta’ 64%. Fl-etajiet bejn 25 u 29, il-medja Ewropea hi ta’ 66% waqt li f’Malta hi ogħla fil-livell ta’ 75%. Fletajiet bejn 30 u 34, il-medja Ewropea u dik Maltija huma fl-istess livell ta’ madwar żewġ terzi. Kultura li qed tinbidel bl-opportunitajiet ta’ edukazzjoni u xogħol Din l-istatistika turi li hu fl-etajiet ta’ fuq l-40 sena li r-rata ta’ nisa jaħdmu f’Malta hi anqas minn dik tal-UE. U dan juri li

dan in-nuqqas hu wieħed kulturali li f’dawn l-aħħar snin qed jinbidel bil-ħidma, l-opportunitajiet u l-inċentivi tal-Gvern. Apparti minn dan, in-nisa qed jaħdmu aktar mill-medja Ewropea għax hawn ix-xogħol f’Malta u din l-istatistika fil-fatt tikkonferma s-suċċess talGvern fil-ħolqien tax-xogħol għal dawk li jridu jaħdmu u fir-rata baxxa ħafna ta’ qgħad f’Malta. Hawn ukoll opportunitajiet qawwijin ta’ edukazzjoni. Illum, fl-Università ta’ Malta, 58% huma nisa. Ċifri oħrajn juru li t-tfajliet li jibqgħu jistudjaw wara s-16-il sena issa żdiedu sew għal tliet kwarti. L-edukazzjoni hi ċ-ċavetta ta’ impjiegi u pagi tajbin u mhix kumbinazzjoni li fost in-nisa li qed jaħdmu b’rati tajbin hemm l-aktar dawk li ħadu l-edukazzjoni tagħhom wara ż-żmien li Gvern Nazzjonalista fetaħ beraħ l-edukazzjoni terzjarja u inċentivaha bl-istipendji.

Żieda qawwija fin-nisa jaħdmu minn 43% ħames snin ilu għal 57% Statistika oħra li toħroġ kemm f’Malta kif ukoll mill-Eurostat, ilLabour Force Survey, għandha wkoll ċifra interessanti ħafna. Din hi dwar il-persentaġġ ta’ nisa jaħdmu. Fl-etajiet wara l-25, jiġifieri wara l-edukazzjoni terzjarja, sa 55 sena, in-nisa jaħdmu żdiedu sew minn 33% disa’ snin ilu, għal 43 fil-mija ħames snin ilu, għal 57 fil-mija issa; qabża qawwija ta’ 24 punt perċentwali fi tmien snin u 14-il punt perċentwali f’ħames snin. Dan hu grazzi għall-fatt li f’Malta fl-aħħar ħames snin inħolqu 20,000 impjieg ġdid li, wara li pattew għal dawk li ntilfu, bqajna minn fuq b’żieda qawwija ta’ 14,000 impjieg full-time mal-privat, kif jirriżulta mill-aħħar statistika dwar l-impjiegi full-time. Billi l-irġiel tal-etajiet taxxogħol f’Malta kważi jaħdmu kollha, iż-żieda fl-impjiegi fissret żieda qawwija fin-nisa jaħdmu. Fil-fatt, mill-impjiegi

full-time li żdiedu fl-aħħar ħames snin, 85% mtlew min-nisa. Trasformazzjoni soċjali fissehem tal-mara fl-edukazzjoni u x-xogħol Iċ-ċifri dwar in-nisa jaħdmu u jistudjaw ma juru xejn anqas minn trasformazzjoni soċjali qawwija u tajba. Il-mara għandha talenti partikolari tagħha li sa ftit snin ilu kienu donnhom jibqgħu d-dar. Ingergru meta naraw li n-nisa fl-ogħla livelli tat-teħid tad-deċiżjonijiet fis-soċjetà tagħna għadhom ftit. Imma l-edukazzjoni u l-impjiegi huma l-aqwa pedament biex fuqu nibnu sehem aktar sħiħ tal-mara f’kull livell ieħor tassoċjetà. U meta nibnu fuq ilpedamenti li diġà qegħedna b’ħafna nisa fl-edukazzjoni u b’impjieg, ma jkunux biss in-nisa li jagħnu lilhom infushom imma tkun ukoll is-soċjetà tagħna kollha kemm hi illi tarrikkixxi ruħha bit-talenti partikolari talmara.


viii –

f’din l-Elezzjoni

www.mychoice.pn

L-Erbgħa, 23 ta’ Jannar

“Il-Gvern jemmen li l-familja hi l-qalba tas-soċjetà Maltija u għalhekk jibqa’ impenjat li jsostni lill-familji Maltin u Għawdxin biex jibqgħu jagħtu l-aħjar lil uliedhom.” - il-Prim Ministru Lawrence Gonzi

20 13


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.