![](https://assets.isu.pub/document-structure/221130170221-b0b27ccac398193fc95627bbe5dda210/v1/5b656c277e95af03f6366081b28d4583.jpeg)
![](https://assets.isu.pub/document-structure/221130170221-b0b27ccac398193fc95627bbe5dda210/v1/3705f0097f9ec63f01312f93dfd54582.jpeg)
![](https://assets.isu.pub/document-structure/221130170221-b0b27ccac398193fc95627bbe5dda210/v1/c3cda2efd918909ba4999739e2ede56b.jpeg)
![](https://assets.isu.pub/document-structure/221130170221-b0b27ccac398193fc95627bbe5dda210/v1/1309802d0db2023e058f21d24bfc2a98.jpeg)
Pajjiż fejn qed jagħlqu l ħwienet tal kotba li ħallew marka u ma jintesewx minn min kien jiffrekwentahom, u minflok qed jimtela bi ħwienet tal konvenjenza, hu wieħed li qabad it triq tan niżla. Snin ilu konna nidħlu fi ħwienet tal kotba bħal Aquilina Bookshop, u Sapienza fil Belt Valletta, jew Mireva f’Tal Qroqq kif toħroġ mill Università, u nitpaxxew imdawrin b’kotba ta’ kull tip, rasna mistrieħa li se nsibu dak li nixtiequ, anki l għajnuna minn persuni li jifhmu verament fil ktieb. Illum dan kollu qed jispiċċa. Hawn ħwienet li jippożaw bħala ħwienet tal kotba ladarba tidħol fihom u ssib ma’ wiċċek lavranti li m’għandhomx idea ta’ ktieb x’inhu, ħafna inqas ta’ min huma l kittieba Maltin u barranin ewlenija jew xogħlijiethom. Issib ukoll dawk li xi darba kienu ħwienet tal kotba vera li llum inbiegħu biex minflokhom titla’ lukanda oħra li se tkompli ddallam l imħuħ tal poplu Malti, flimkien mal eluf ta’ lukandi oħra li fil preżent qed saħansitra jgħattu x xemx li minnha niddependu.
![](https://assets.isu.pub/document-structure/221130170221-b0b27ccac398193fc95627bbe5dda210/v1/a6938d97f36ffb70875d0b5f51857b6d.jpeg)
Dan f’kuntrast ma’ bliet barranin oħra, kbar u żgħar, fejn jinħassu sewwa l imħabba u l interess lejn il ktieb. F’Londra hemm bosta ħwienet tal kotba anki storiċi li jbiegħu kotba ta’ kull tip: ġodda, użati, l ewwel edizzjonijiet, qoxra iebsa, u l bqija. U dan f’atmosfera li tilqgħek tassew fejn m’hemm ħadd iżommlok il ħin ta’ kemm ilek fil ħanut, lanqas min iħarislek bl ikrah għax ilek ġewwa iktar minn għoxrin minuta tqalleb fl ixkaffi bil biża’ li se tisraqlu xi ktieb. Fl Awstrija rajt kabini tat telefown antiki mibdula f’libreriji żgħar fejn wieħed jista’ jieħu ktieb użat b’xejn u jaqrah, basta jirritornah jew iħalli ieħor minfloku. F’Madrid jeżistu saħansitra vending machines mhux tas soft drinks jew tal krips u ċ ċikkulati, imma tal kotba li għadhom kemm jiġu ppubblikati. F’Livigno rajt ħanut li jorbot flimkien il kunċett tal profumerija ma’ dak tal librerija. Minn dan kollu hawn Malta fl 2022 ma tara xejn jew kważi. Ingħalaq saħansitra l uniku ħanut tal kotba li kien jeżisti ġewwa l Università ta’ Malta!
Għalhekk hija kuraġġuża l inizzjattiva ta’ min, bħal Mallia & D’Amato Booksellers, jiftaħ ħanut tal kotba onlajn, b’għażla tal aħjar kotba bil Malti, bl Ingliż jew bit Taljan, u saħansitra jissuġġerilek liema kotba jistgħu jinteressawk biex imbagħad iwassalhomlok direttament id dar impakkettati b’mod li jesprimi biss imħabba lejn il ktieb u lejn il klijent. Kuraġġuża hija wkoll l inizzjattiva ta’ min mix xejn fetaħ dar ta’ pubblikazzjoni li tispeċjalizza f’xogħlijiet barranin tradotti għall Malti, jew min fetaħ il bibien għal
għadd kbir ta’ kittieba validi li għax ma kinux jagħmlu parti minn ċrieki ta’ ħbieb partikolari min jaf kemm ġew imwarrba minn djar tal pubblikazzjoni oħra, biex issa xogħlijiethom qed jitgawdew minn dawk li għadhom iħobbu jaqraw rumanz, ġabra ta’ novelli, jew il poeżija.
Fuq nota differenti, minn hawn nirringrazzja lil dawk kollha li regolarment jogħġobhom jiktbuli direttament u juru l apprezzament tagħhom ta’ IL PONT, imma anki jissuġġerixxu ideat ġodda għal pubblikazzjoni bħal din. Infakkar però li IL PONT hu rivista li tintrabat prinċipalment mal idea ta’ Letteratura, mhix rivista la didattika u lanqas waħda ġenerali, fejn kull tip ta’ kitba tista’ tiġi ppubblikata. IL PONT jagħti spazju wkoll biex dak li jkun jara kemm il Malti huwa lsien sabiħ meta jinkiteb minn min iħobbu verament.
F’rabta mal Premju Nazzjonali tal Ktieb, IL PONT jifraħ lir rebbieħa kollha, f’kull kategorija. L Editur ifakkar dejjem li xogħol il bord tal aġġudikazzjoni huwa wieħed li jġorr responsabbiltà u piż kbar u li min qed jiġi mifli taħt il lenti huwa x xogħol miktub u ppubblikat u mhux isem il kittieb jew id dar tal pubblikazzjoni. Għalhekk xogħol bħal dak tal bord tal aġġudikazzjoni hu wieħed li jirrikjedi ħafna ħin u sabar, u fuq kollox sens ta’ analiżi kritika oġġettiva. Hekk biss issir ġustizzja ma’ min verament ħaqqu, u l Editur hawn jemmen li dan hu rwol li qed jinqeda tajjeb.
Għal sena oħra l Festival Nazzjonali tal Ktieb ġie mtella’ b’suċċess f’Ta’ Qali u nfirex fuq ħamest ijiem fejn il pubbliku seta’ jiltaqa’ ma’ kittieba differenti u jżur stands ta’ djar tal pubblikazzjoni u entitajiet oħra minn fejn seta’ jixtri kotba ta’ natura differenti. Proset lill Kunsill Nazzjonali tal Ktieb u lil kull min ħa sehem. Ħasra li għal darb’oħra, parti kbira mit triq li twassal għal dan il post tħalliet fi dlam ċappa u għalhekk setgħet kienet ta’ inkonvenjenza għal dawk li żaru l avveniment.
IL PONT jixtieq jgħaddi xewqat ta’ Milied Tajjeb 2022 u Sena Ġdida Tajba 2023 lil kulħadd li matulha jekk jista’ jkun taħkem il Paċi fost il ġnus. IL PONT ifakkar ukoll li dan hu ż żmien meta nistgħu nagħtu ktieb bħala rigal lilna nfusna u lil min nixtiequ t tajjeb. Ma ninsewx li l ktieb jista’ jingħata bħala rigal matul is sena kollha, mela nħajru aktar tfal u żgħażagħ biex iħobbu l qari u nagħtu wkoll daqqa t’id lill pubblikaturi lokali.
Bejn is 7 u t 8 ta’ Settembru 2022 ittellgħet fil Biblijoteka Nazzjonali ta’ Malta l inizjattiva li kienet parti minn proġett internazzjonali bl “Pasolini 100” biex jiġu mfakkra l twelid tal kittieb u reġista Taljan Pier Paolo Pasolini (1922 1975). Dan l avveniment ġie organizzat mid Dipartiment tat Taljan u mill Master of Arts in Film Studies tal Fakultà tal Arti tal Università ta’ Malta, f’kollaborazzjoni mal Istituto Italiano di Cultura ta’ Malta. Id diskors tal ftuħ sar nhar is 7 ta’ Settembru mill Prof.ssa Gloria Lauri Lucente, segwit mid diskors tad Direttrice tal Istituto Italiano di Cultura, Dott.ssa Serena Alessi. Wara ngħata bidu għall konferenza “Viaggio nel Cinema di Pier Paolo Pasolini” li saret bit Taljan minn Dott. Roberto Chiesi u Dott. Andrea Morini, b’qari minn Andrea Stegani. Il konferenza tmexxiet minn Ilaria Labbate. Fl aħħar intwera l film “Che cosa sono le nuvole?” (1968) fil lingwa oriġinali. Nhar it 8 ta’ Settembru filgħaxija mbagħad, dejjem fil Biblijoteka Nazzjonali ta’ Malta, intwerew żewġ films oħra: “La sequenza del fiore di carta” (1968) u “Il fiore delle Mille e una notte”(1974) bit Taljan, u sottotitli bl Ingliż.
jiddedika kull kapitlu lil siġra partikolari biex jirrakkonta x xewqa li jgħix u jħobb, il forza u l kompassjoni. Fit tielet post Elena Stancanelli bir rumanz Il tuffatore (La nave di Teseo), fejn tirrakkonta l istorja ta’ Raul Gardini li jsir simbolu ta’ ġenerazzjoni li għebet. Fir raba’ post Fabio Bacà bir rumanz Nova (Adelphi), u fil ħames post Daniela Ranieri bir rumanz Stradario aggiornato di tutti i miei baci (Ponte alle Grazie).
Nhar l 4 ta’ Settembru 2022 tħabbar, fit Teatru La Fenice ta’ Venezja, ir rebbieħ tal premju letterarju Taljan prestiġjuż Campiello li din is sena qed jiċċelebra s 60 sena. Ir rebbieħ għall 2022 hu Bernardo Zannoni, 27 sena, bl ewwel rumanz tiegħu I miei stupidi intenti, ippubblikat minn Sellerio. Ir rumanz hu l istorja ta’ annimal ċkejken bejn qattus u volpi li jispiċċa orfni u jingħata karatteristiċi umani. Mhux dejjem li tkun konxju hu vantaġġ. It tieni post ingħata lir rumanz La foglia di fico. Storie di alberi, donne, uomini (Einaudi) ta’ Antonio Pascale: hawn l awtur jafda lilu nnifsu lill pjanti u
![](https://assets.isu.pub/document-structure/221130170221-b0b27ccac398193fc95627bbe5dda210/v1/5e7b7a5cd509ab8b6b5f8d3118233747.jpeg)
A TAL-HUGO AWARDS 2022
![](https://assets.isu.pub/document-structure/221130170221-b0b27ccac398193fc95627bbe5dda210/v1/5a52ad25b7ba3cccd4accba8ac097f75.jpeg)
![](https://assets.isu.pub/document-structure/221130170221-b0b27ccac398193fc95627bbe5dda210/v1/e1807f3e0db15ef75399ef47b978201c.jpeg)
Dan huwa premju letterarju li ilu jingħata sa mill 1953 lill aħjar rumanz tal ġeneri Science Fiction u Fantasy. Ir rebbieħa għas sena 2022 hija Arkady Martine li hi wkoll studjuża tal Istorja għar rumanz A Desolation Called Peace, li huwa s sequel ta’ A Memory Called Empire, u t tieni rumanz fis serje Teixcalaan A Desolation Called Peace hu eżempju tipiku ta’ dik li tissejjaħ “space opera” fejn imperu intergalattiku jiġi mhedded mill aljeni. Dan il premju letterarju fl imgħoddi ngħata lil kittieba magħrufa tal Fantaxjenza, bħal Robert A. Heinlein, Ursula K. Le Guin, Isaac Asimov , u Frank Herbert, awtur tar rumanz rebbieħ Dune (1966). Dan il premju letterarju li joriġina fl Istati Uniti ħa ismu wara Hugo Gernsback , il bniedem li nieda r rivista sci fi “Amazing Stories” fl 1926.
![](https://assets.isu.pub/document-structure/221130170221-b0b27ccac398193fc95627bbe5dda210/v1/425b29c8e860735ac4fda448cc22ecc7.jpeg)
RUMANZ TA’ SU
![](https://assets.isu.pub/document-structure/221130170221-b0b27ccac398193fc95627bbe5dda210/v1/5a52ad25b7ba3cccd4accba8ac097f75.jpeg)
ESS FI FRANZA JERĠA’ JITFA’ L-ATTENZJONI FUQ IL-MOVIMENT #ME TO
Ir rumanz Cher Connard tal kittieba Franċiża femminista punk Virginie Despentes reġa’ poġġa fiċ ċentru l problema tal fastidju sesswali u l ugwaljanza fl epoka tal midja soċjali. L istorja hi dwar Oscar, kittieb ta’ mezz’età, li jgħaddi kumment negattiv fuq Instagram kontra attriċi dwar il mod kif iż żmien qed iħalli l marka fuqha. L attriċi, Rebecca, twieġeb lil Oscar b’rabja kbira hekk kif dan tal aħħar jiġi akkużat online minn uffiċjal tal istampa żagħżugħa b’att ta’ fastidju sesswali li kien seħħ snin qabel. Oscar jirreaġixxi b’mod disprezzanti billi jsejjaħ dan kollu bħala “ħaġa tipo #MeToo.” Dan iwassal għal analiżi tas soċjatà Franċiża moderna permezz tal perspettivi ta’ Oscar, Rebecca, u l akkużatriċi żagħżugħa waqt li jiktbu lil xulxin, anki online. L isfond hu dak ta’ żmien il lockdown minħabba l pandemija, laqgħat Zoom u vizzji varji. #MeToo hu moviment soċjali kontra l abbuż u l fastidju sesswali u l kultura tal vjolenza sesswali, fejn in nies tista’ tberraħ l esperjenzi ta’ abbuż u fastidju sesswali li tkun għaddiet minnhom.
biegħet iktar minn ħames miljun kopja u ġiet tradotta għal 41 ilsien differenti. Mantel twieldet fi Glossop, fid Derbyshire fl 1952. Studjat il liġi fil London School of Economics u fl Università ta’ Sheffield, u ħadmet fi sptar ġerjatriku bħala assistenta soċjali. Fl 1974 bdiet tikteb ir rumanz dwar ir Revoluzzjoni Franċiża, A Place of Greater Safety, li kien ippubblikat fl 1992. Għexet fil Botswana u anki fis Sawdi Arabja, u rritornat fir Renju Unit f’nofs is snin ’80. B’kollox Mantel ippubblikat 17 il ktieb milqugħin tajjeb ħafna mill pubbliku, fosthom ir rumanzi Every Day Is Mother’s Day (1985), Vacant Possession (1986), Beyond Black (2005) u l ktieb ta’ tifkiriet tagħha Giving Up the Ghost (2003). Fl 1990 ġiet eletta bħala Membru tar Royal Society of Literature.
TMUT IL-KITTIEBA INGLIŻA HILARY MANTEL
![](https://assets.isu.pub/document-structure/221130170221-b0b27ccac398193fc95627bbe5dda210/v1/847497dcc9967c25d2c3eb5365d35b98.jpeg)
![](https://assets.isu.pub/document-structure/221130170221-b0b27ccac398193fc95627bbe5dda210/v1/ba1bfdbd71c360c27d5c9b1e3d86ced1.jpeg)
Nhar it 22 ta’ Settembru 2022 mietet, fi sptar f’Exeter, Hilary Mantel, ta’ 70 sena. Mantel kienet kittieba Ingliża u awtriċi tat triloġija magħrufa u rebbieħa tal Premju Booker Wolf Hall (2009, 2012, 2020), dwar Thomas Cromwell. Din it triloġija s’issa
John Boyne, l awtur tal bestseller The Boy in the Striped Pyjamas (David Fickling Books, 2006), se jkun il mistieden internazzjonali ewlieni tal Festival Nazzjonali tal Ktieb 2022. Boyne huwa l awtur ta’ diversi rumanzi, kiteb 13 il rumanz għall adulti, sitta għall qarrejja żgħażagħ u ġabra ta’ stejjer qosra. The Boy in the Striped Pyjamas ġie adattat għaċ ċinema, it teatru, il ballet u l opera, u biegħ aktar minn 11 il miljun kopja madwar id dinja, tant li hu meqjus bħala l aktar rumanz li qatt inbiegħ minn rumanzier Irlandiż. Rumanzi oħra tiegħu li jitqiesu bħala bestsellers huma The Heart’s Invisible Furies (Doubleday, 2017) u A Ladder to the Sky (Doubleday, 2018). Boyne rebaħ tliet premji
letterarji Irlandiżi, flimkien ma’ diversi premji letterarji internazzjonali oħra, fosthom il premju Qué Leer li jingħata għar rumanz tas sena fi Spanja u l Premju għall Paċi Gustav Heinemann fil Ġermanja. Ir rumanzi tiegħu ġew tradotti f’aktar minn 50 lingwa. Fil 15 ta’ Settembru 2022 għadu kemm ħareġ ir rumanz tiegħu All the Broken Places (Doubleday) li se jkun għall bejgħ waqt il Festival tal Ktieb ta’ Malta f’Novembru li ġej.
![](https://assets.isu.pub/document-structure/221130170221-b0b27ccac398193fc95627bbe5dda210/v1/cee5ecbbc1289b916de75abbc9d67d7c.jpeg)
![](https://assets.isu.pub/document-structure/221130170221-b0b27ccac398193fc95627bbe5dda210/v1/c622841a9ad5d86ffcf95d85c9391f01.jpeg)
tliet volumi tiegħu dwar terminoloġija teknika bil istudenti, speċjalment dawn li qed jistudjaw Malti, u kull min hu interessat, huma mħeġġa biex wirja dwar wieħed mill kittieba ewlenija letteratura Maltija. Ħajr lill ħaddiema tal
![](https://assets.isu.pub/document-structure/221130170221-b0b27ccac398193fc95627bbe5dda210/v1/eaddb98fb7bd300bfb11e40ecfe55003.jpeg)
“KURJUŻ FUQ KOLLOX” - IL-KELMA TA’ GUIDO
Ħamis 6 ta' Ottubru 2022, fil Librerija tal Università ta' Malta, Tal Qroqq, Sar isem ta' "Jien Kurjuż fuq Kollox. Il Kelma Guido Lanfranco." Dan is seminar intwera dirett paġna tal Facebook ‘It Tradizjoni u ddiskuta aspetti differenti tal ħidma bla heda ta' Guido Lanfranco fil qasam tat tradizzjoni orali. Lanfranco twieled fit 18 ta' Ottubru 1930 u ħalliena fit 8 ta' Settembru 2021. Il kelliema kienu Dr Sandro Lanfranco, Prof. Mark Anthony Falzon, Michael Deguara, Prof. Adrian Grima, Rita Saliba, Kenneth Cassar, u Yanika Schembri Fava.
![](https://assets.isu.pub/document-structure/221130170221-b0b27ccac398193fc95627bbe5dda210/v1/5a52ad25b7ba3cccd4accba8ac097f75.jpeg)
Mill 15 ta’ Settembru sat 30 ta’ Diċembru 2022 fid daħla ewlenija tal Librerija tal Università ta’ Malta, Tal Qroqq, għaddejja wirja bl isem ta’ “Ninu Cremona. Ħajtu u Ħidmietu” biex tfakkar il 50 sena minn mewtu. Fost ix xogħlijiet murija ta’ Ninu Cremona (1880 1972), wieħed jista’ japprezza Il Fidwa tal Bdiewa bħala manuskritt, xi korrispondenzi, u saħansitra kitbiet dwar Cremona u ħidmietu, minn xi kittieba u skulari. Din il wirja tinkludi wkoll studji fl oqsma tal lingwa, il bijografija, u l folklor. Jinsabu wkoll għall wiri l manuskritti tat
9 ta’ Ottubru miet il filosofu, soċjologu u antropologu Franċiż Bruno Latour. Huwa kellu 75 sena. Twieled fit 22 ta’ Ġunju, 1947. Il qasam ewlieni tiegħu kien dak tal istudji fix xjenza u t teknoloġija. Fost il kotba l iktar magħrufa tiegħu: We Have Never Been Modern (1991; maqlub għall Ingliż fl 1993), Laboratory Life (ma’ Steve Woolgar, 1979), Science in Action (1987) u Pandora's Hope (1999). Latour ħadem biex terġa’ tinbena l fiduċja fix xjenza. Matul il 50 sena tal karriera tiegħu ttratta dixxiplini varji bħat teoloġija, is soċjoloġija, l arti, l antropoloġija, u influwenza oqsma bħalma huma l business management u t teorija letterarja. Però kien hemm fil irqiq li għaqqad ix xogħol kollu tiegħu: l idea li l fatti ma jeżistux barra mis soċjetà, imma
jiġu ġenerati u avvanzati permezz ta’ interkonnessjonijiet li jeżistu bejn bnedmin, ideat u oġġetti.
![](https://assets.isu.pub/document-structure/221130170221-b0b27ccac398193fc95627bbe5dda210/v1/c3cda2efd918909ba4999739e2ede56b.jpeg)
![](https://assets.isu.pub/document-structure/221130170221-b0b27ccac398193fc95627bbe5dda210/v1/754ae6ed48d1113350fa1f6e6eaf50e6.jpeg)
![](https://assets.isu.pub/document-structure/221130170221-b0b27ccac398193fc95627bbe5dda210/v1/8b3acc113e6c763eb56785029fbd878c.jpeg)
![](https://assets.isu.pub/document-structure/221130170221-b0b27ccac398193fc95627bbe5dda210/v1/5a52ad25b7ba3cccd4accba8ac097f75.jpeg)
Lillebonne fi Franza. Bdiet il karriera letterarja tagħha fl 1974, bir rumanz awtobijografiku Les Armoires vides (Cleaned Out). Ix xogħlijiet tagħha jorbtu flimkien esperjenzi storiċi u individwali. Għalhekk kitbet dwar il mixja soċjali tal ġenituri tagħha, is snin taż żgħożija u ż żwieġ tagħha, relazzjoni passjonali ma’ raġel mill Ewropa tal Lvant, abort, il marda tal Alzheimer, il mewt ta’ ommha, u l kankru fis sider. Dan kollu f’xogħlijiet bħal La Place (A Man’s Place, 1983), La Honte (Shame, 1997), Ce qu'ils disent ourien (Do as they say or else, 1977), La femme gelée (Frozen Woman, 1981), Passion simple (1991), L'événement (Happenning, 2000), Je ne suis pas sortie de ma nuit (I Remain in Darkness, 1997), Une femme (A Woman’s Story, 1987), u L'usage de la photo (2005). Annie Ernaux kienet mizzewġa lil Philippe Ernaux u hi omm ta’ żewġ subien. Il koppja ddivorzjat fis snin tmenin.
Ir Letteratura 2022 hija l letteratura Franċiża Annie Ernaux (Annie Thérèse Blanche Duchesne). Hi twieldet fl 1 ta’ Settembru fl 1940 fil belt ta’
F’Jum Dun Karm ta’ din is sena ġie ċċelebrat l Innu Malti li jagħlaq 100 sena fis 27 ta’ Diċembru 2022. L Innu Malti nstema’ għall ewwel darba fit Teatru Manoel fl 1922. Il lejla kommemorattiva saret fit 13 ta’ Ottubru 2022 fil Palazz ta’ Sant’Anton taħt il patroċinju tal Eċċellenza Tiegħu l President ta’ Malta u ġiet organizzata mill Akkademja tal Malti flimkien mal Kumitat Festi Nazzjonali fi ħdan Festivals Malta. Il programm fetaħ bl innu ‘1921 Lil Ħuti l Maltin nhar l Għoti tal Kostituzzjoni’ u li s sena li għaddiet ġie mmużikat fiċ ċentenarju tiegħu minn Mro Dominic Galea. Dan l innu ta’ Dun Karm, kantat għall okkażjoni minn Dorothy Bezzina, huwa meqjus bħala l prekursur tal Innu Malti għax fih diġà hemm l elementi ewlenin li aktar tard il poeta jseddaqhom fl Innu Malti. ‘Kif sar l Innu Malti’ miktuba mill Poeta
Nazzjonali nqrat minn Rita Saliba. Dun Karm xtaq jagħti rendikont tal ġrajjiet marbuta mal Innu Malti u ppubblika dawn it tifkiriet f’‘Leħen il Malti’ fl 1947, ftit tas snin wara li l gvern ikkonfermah bħala l Innu Nazzjonali fl 1941. Charles Coleiro ta interpretazzjoni eċċellenti tal poeżija ‘Jum ir Rebħ’ ta’ Rużar Briffa versi li għandhom rabta kbira mal Innu Malti u xhieda ċara kemm l Innu kien issa daħal f’qalb il Maltin hekk li saru jafu jkantawh bl amment. Id diskors tal okkażjoni kien fi ħsieb il poeta Ġorġ Borg li fih ġabar il qofol tal ħsibijiet miġbura fiż żewġ terzini tal Innu Malti. Minkejja li Dun Karm sab ruħu marbut mal motiv ta’ Robert Samut (il mużika tfasslet qabel il kliem), irnexxielu joħloq minnu l ogħla valuri bi kliem sempliċi. Ġorġ Borg fakkar lill udjenza l kliem tal Papa Franġisku fiż żjara li għamlilna nhar it 2 ta’ April 2022, meta għoġbu jieħu spunt mill Innu Malti u qal hekk: “L għaqda u l paċi huma r rigali li l poplu Malti jitlob lil Alla kull darba li jkanta l Innu Nazzjonali. Fil fatt it talba miktuba minn Dun Karm Psaila tgħid: agħti kbir Alla, id dehen u l ħniena lil min jaħkima, saħħa lill ħaddiem u seddaq l għaqda u s sliem. Il paċi tiġi wara l għaqda u tfawwar minnha. Dan ifakkarna kemm hi importanti l ħidma flimkien, li l għaqda tiġi qabel kull firda, fit tisħiħ tal għeruq u tal valuri maqbula li jfasslu l uniċità tas soċjetà Maltija.” Il lejla żżewqet b’diskussjoni minn Evarist Bartolo, Dr Louis Galea u Dr David Aloisio, immoderata minn Dr Simone Inguanez. Kien hemm qbil li l Innu Malti għandu jibqa’ kif inhu u, filwaqt li hi ħaġa sabiħa li nkunu nafuh bl amment, għandna qabelxejn nifhmu l messaġġ li jinkorpora fih u nipprattikawh b’mod ġenwin bħala poplu. It tifkira għalqet bil versi mmużikati ta’ ‘Għaliex? Jedd il Lsien Malti’ minn Dominic Galea, kantati minn Doreen Galea. Fid diskors tal għeluq, l E.T. George Vella, President ta’ Malta, saħaq fuq il ħtieġa li “bħala ċittadini għandna ngħożżu din l identità, is sovranità u l istorja ta’ pajjiżna kif espressi fil lirika tal innu nazzjonali.”
TAĦDITA DWAR L-INTERDETT FIR-RAZZETT TALMARKIŻ MALLIA TABONE
Nhar l 14 ta’ Ottubru 2022, l Għaqda Filantropika Talent Mosti bi sħab mal Università ta’ Malta ppreżentaw “Taħdita dwar l Interdett”. Is serata tmexxiet minn Dr Mario Thomas Vassallo, u ħadu sehem il Prof. Rev. Carmel Tabone OP, ir riċerkatur u xandar Charles Xuereb, l istoriku Mario Cutajar, u s soċjologu Clyde Puli. Is sit magħżul kien ir Razzett
tal Markiż Mallia
![](https://assets.isu.pub/document-structure/221130170221-b0b27ccac398193fc95627bbe5dda210/v1/5a52ad25b7ba3cccd4accba8ac097f75.jpeg)
![](https://assets.isu.pub/document-structure/221130170221-b0b27ccac398193fc95627bbe5dda210/v1/5091f1c6ea610687da1056f2f5717df1.jpeg)
Il Premju Booker għas sena 2022 ingħata lill kittieb mis Sri Lanka,
tieni rumanz tiegħu The Seven Moons of Maali Almeida L ewwel rumanz tiegħu kien jismu China (2011). Fir rumanz rebbieħ niltaqgħu ma’ fotografu, Maali Almeida, li fl 1990 iqum mejjet biex isib ruħu f’dak li jidher uffiċċju tal visa fis sema. Bla ebda idea ta’ min seta’ qatlu, Maali għandu seba’ oqmra biex jikkuntattja lill persuni li jħobb l aktar u jwassalhom fejn hemm ġabra ta’ ritratti ta’ atroċitajiet li seħħew waqt il gwerra ċivili u li jqajmu ferment sħiħ fis Sri Lanka. Karunatilaka sostna li jittama li xi darba fil ġejjieni s sitwazzjoni politika fis Sri Lanka tinbidel tant li r rumanz tiegħu jistrieħ fuq l ixkafef iddedikati lit taqsima tal fantasija fil ħwienet tal kotba. Il premju għar rebbieħ hu ta’ 50 elf sterlina Ingliża. Karunatilaka huwa t tieni kittieb mis Sri Lanka li rebaħ dan il premju, wara Michael Ondaatje, li kien rebaħ il Booker fl 1992 bir rumanz The English Patient. Karunatilaka, twieled f’Galle, is Sri Lanka, fl 1975.
RITA SALIBA MISTIEDNA TITKELLEM MALISTUDENTI F’RABTA MA’ JUM DUN KARM PSAILA
![](https://assets.isu.pub/document-structure/221130170221-b0b27ccac398193fc95627bbe5dda210/v1/5a52ad25b7ba3cccd4accba8ac097f75.jpeg)
Nhar is 17 ta’ Ottubru 2022, Rita Saliba ġiet mistiedna mill Kulleġġ San Tumas More biex jitfakkar Dun Karm Psaila, jinħoloq iktar għarfien dwaru, u fuq kollox biex it tfal tal Primarja jaraw lill poeta nazzjonali tagħna bħala tifel bħalhom. Rita Saliba hija l awtriċi tal ktejjeb għat tfal Karmenu, it Tifel li Sar Poeta. Din l inizjattiva li qajmet ħafna interess saret fuq il pjattaforma diġitali tal iskola u għaliha kienu preżenti għalliema, studenti u ġenituri.
![](https://assets.isu.pub/document-structure/221130170221-b0b27ccac398193fc95627bbe5dda210/v1/06cd1d8ddd4bd4dd3a3b7858ad8028a1.jpeg)
Nhar il 21 ta’ Ottubru Patrick Sammut, fi djalogu mad direttriċi tal Istituto Italiano di Cultura ta’ Malta, Serena Alessi, tkellem dwar l aħħar rumanz tal kittieba Taljana Elena Ferrante La vita bugiarda degli adulti (e/o, 2019). It tema magħżula kienet “Giovani e bugie in Elena Ferrante”. Il lejla kienet parti mis Settimana della Lingua Italiana nel Mondo li din is sena waslet fit 22 edizzjoni tagħha u kellha t tema “L’italiano e i giovani”. Is sit magħżul kien ir ristorant La Prosciutteria fil Gżira. Waqt l okkażjoni Maria Grazia Strano qrat xi siltiet magħżula mir rumanz imsemmi. Is Settimana della Lingua Italiana nel Mondo sseħħ b’kollaborazzjoni bejn il Ministeru Taljan għall Affarijiet Barranin u l Kooperazzjoni
il Belt. Fid diskors tal ftuħ il Kap Eżekuttiv tal Kunsill Nazzjonali tal Ktieb (KNK), Mark Camilleri, irrimarka li minkejja numru ta’ sfidi li qed iħabbtu wiċċhom magħhom il pubblikaturi, xorta waħda l għadd sabiħ ta’ sottomissjonijiet għall premju kien wieħed tajjeb. Din kienet l ewwel edizzjoni tal Premju li inkludiet il Premju Terramaxka għat tfal u l adolexxenti, u ssarrfet f’ċelebrazzjoni waħda tal letteratura Maltija. Il kotba rebbieħa u dawk finalisti se jkunu għall bejgħ waqt il Festival Nazzjonali tal Ktieb (mit 23 sas 27 ta’ Novembru 2022). Il kotba rebbieħa ntgħażlu minn bord ta’ aġġudikazzjoni indipendenti minn lista ta’ finalisti li għaddet 63 ktieb, kollha ppubblikati s sena ta’ qabel u mifruxa fuq 14 il kategorija kompetittiva. Dawn kienu maqsuma fi 43 ktieb fit tmien kategoriji tal adulti, u 20 fis sitta tat tfal u ż żgħażagħ magħruf aktar bħala l Premju Terramaxka. Il proċess tal aġġudikazzjoni beda f’Mejju meta ġiet ippubblikata l lista sħiħa ta’ sottomisjonijiet eliġibbli, li kienu jammontaw għal 199 ktieb. Ingħataw ukoll il premji speċjali: il Premju għall Kontribut Siewi fil Qasam tal Kotba u l Letteratura ngħata lill Professur Henry Frendo bħala rikonoxximent tas sehem imprezzabbli tiegħu fil qasam tal istorjografija Maltija. Il Premju Poeta Lawreat rebħitu Nadia Mifsud. Il Premju għall Aħjar Awtur Emerġenti mar għand l awtur u artist viżiv Matthew Schembri.
![](https://assets.isu.pub/document-structure/221130170221-b0b27ccac398193fc95627bbe5dda210/v1/4e9c48d45dde557db882b66500f24d32.jpeg)
Email mingħand Amanda Busuttil, it-30 ta’ Awwissu 2022
GRAZZI KBIRA KBIRA! KEMM NIEĦU GOST META TASAL EDIZZJONI ĠDIDA!
Grazzi u prosit ta' ħidma tant u tant altruwistika għal min jgħożż il letteratura b'mod ġenwin.
Forsi mhux kulħadd japprezza Patrick, imma dawk li japprezzaw, grati wisq lejn din il ħidma li inti dħalt għaliha b'qalb ta' rieda tajba u bla daqq ta' trombi. Imma biha tħalli ĦOSS KBIR!
Grazzi u prosit wisq! Amanda
Email mingħand Therese Vella, it-30 ta’ Awwissu 2022
Grazzi Patrick u AWGURI f’għeluq l 10 snin ta’ IL PONT. Prosit. Ħaqqu ħafna ġieħ anniversarju bħal dan għax ċerta li la kien u lanqas hu faċli ttella’ rivista ta’ livell għoli kull tliet xhur. Tassew irnexxielek mhux biss tagħti dawl lil awturi ġodda u mhux, imma wkoll tgħaqqad ħafna nies ’il bogħod minn xulxin ilkoll flimkien. Kellu bżonn il mexxejja tal pajjiżi huma bħalek.
Tislijiet għażiż Patrick u għal darb’oħra GRAZZI u AWGURI.
Therese
Email mingħand Mario Griscti, it 30 ta’ Awwissu
![](https://assets.isu.pub/document-structure/221130170221-b0b27ccac398193fc95627bbe5dda210/v1/b40eb54c495122edca4320c730603f9a.jpeg)
Hi Patrick, Niżżikħajr ta' IL PONT ħarġa ta' Settembru 2022. IL PONT għalaq deċennju u ser ikompli jagħlaq aktar deċennji għax imsejjes fuq is sod. Varjat u dinjituż. Anki jekk għajnejja jkunu tqal ċomb u l vini fihom ħomor nar, IL PONT iqanqalni u jħeġġiġni nkompli naqrah sal aħħar nett. Grazzi ħabib.
B'Imħabba:
![](https://assets.isu.pub/document-structure/221130170221-b0b27ccac398193fc95627bbe5dda210/v1/6acb21550a571cc8a0635b364d58da5b.jpeg)
Email mingħand Michael Zammit, il-31 ta’ Awwissu 2022
Grazzi li erġajt bgħattli edizzjoni oħra ta’ IL PONT. Lanqas ridt nemmen li ġa għandu 10 snin! Veru bomba! Lussu... eċċellenti... stupend ... u wisq aktar. Ktejjeb mimli sa ruħ ommu b’kitbiet ta’ kwalità li tant jogħġbu u jgħallmu; kitbiet li tant tieħu gost taqra u tixtarr. IL PONT huwa kisba kbira għall ilsien maħbub tagħna... u dwar dan hemm il qbil unanimu tal qarrejja kollha tiegħu. Nammira d determinazzjoni tiegħek biex għal tant snin bqajt għaddej minkejja kollox. Int taħdem bil kwiet u tipproduċi ħafna. Mhux li kien ħafna fostna jieħdu l eżempju tiegħek biex il Malti nżommuh fuq il pedestall li jixraqlu.
Saħħiet, Michael
Email mingħand Rigu Bovingdon, il-31 ta’ Awwissu 2022
Wasalli IL PONT u ħallieni 'bla nifs' sa ma temmejtu.
Mhux soltu nagħmel hekk minħabba diversi impenji iżda l materjal tal kontenut sammarni bilqiegħda fejn sabni u ħallieni... sa ma temmejtu.
Prosit lilek qabel xejn Patrick, imma nixtieq inżid nawgura lil kull min huwa msiehem f'din il ħarġa li
tixhed sewwa l moħħ Malti ta' llum u ta' bosta barranin ukoll; ilkoll ninsabu f'din id dinja tal bnedmin!
Rigu Bovingdon
Email mingħand Rita Saliba, il 31 ta’ Awwissu 2022
Għażiż Patrick,
Erġajt ftaħt l email tiegħek b'entużjażmu. Dir rivista tibqa' friska jgħaddi kemm jgħaddi żmien minn fuqha. Bħal dejjem mimlija tagħrif u tagħlim għax ma' kull ħarġa nħoss li dejjem ħadt u tgħallimt xi ħaġa ġdida.
![](https://assets.isu.pub/document-structure/221130170221-b0b27ccac398193fc95627bbe5dda210/v1/b40eb54c495122edca4320c730603f9a.jpeg)
Grazzi tar riċensjoni tal ktieb tiegħi, Minn Wara l Ħġieġ, fir rivista IL PONT. Ħadt gost nara r riċensjonijiet tal kotba l oħra u nsir naf x'hawn ġdid fis suq. Fuq kollox nibqa' naffaxxina ruħi bil pinna b'saħħitha tal kontributuri. Mhux biss jagħmlu l lingwa Maltija sinjura iżda jżommuha ħajja u tbaqbaq.
Prosit dejjem u awguri għal aktar kitba u ħidma fejjieda.
Tislijiet, Rita
Prosit Patrick għal ħarġa oħra ta’ IL PONT mimlija bħal bajda.
Huwa avveniment sabiħ u grazzja kbira minn Alla li perjodiku ta’ livell għoli bhal dan wasal għall għaxar sena ta’ ħajja. Il kwalità kemm tal kontenut kif ukoll tal preżentazzjoni huma tal ogħla livell, u togħġobni ħafna l idea li fuq kull faċċata jkun hemm dejjem illustrazzjoni sabiħa u li taħkmek.
Prosit Patrick. J’Alla l Bambin ikompli jtik il ħerqa u l enerġija għal aktar ħargiet dejjem ta’ dan il livell. Nixtieqlek ħafna ġid.
![](https://assets.isu.pub/document-structure/221130170221-b0b27ccac398193fc95627bbe5dda210/v1/6acb21550a571cc8a0635b364d58da5b.jpeg)
Email mingħand Trevor Żahra, il-31 ta’ Awwissu
Għażiż Patrick, Grazzi ħafna tal kopja ta' IL PONT. Bilkemm irrid nemmen li diġà għalaq 10 snin; kollha mertu tad dedikazzjoni assoluta tiegħek. Nista' nimmaġina li rivista bħal din teħtieġ impenn KBIR u bla ebda dubju hija "a labour of love."
Ħadt gost immensament naqra dwar il pittur George Fenech, li kien l għalliem tiegħi meta kont qed nagħmel il kors tal A Level tal Arti, u min jaf kemm jien u sħabi konna mmorru għandu, fl istudju tiegħu, il Mellieħa fi Triq il Mitħna l Qadima. Apparti li kien artist fis sens kollu tal kelma, kien karattru mill aktar ġentili u għalliem dedikat.
Grazzi wkoll tal kelmtejn li għoġbok iġġib dwar il ktieb taz ziju. Apprezzajthom ħafna.
Grazzi mill ġdid u tisljiet mill qalb, Trevor
Email mingħand Frank Zammit, it 3 ta’ Settembru 2022
Għażiż Patrick, Nifraħlek minn qalbi għall 10 snin ta' ħidma li ssagrifikajt għas suċċess ta' IL PONT, b'ħajr u
b'apprezzament speċjali minna l emigrati Maltin imxerrdin mad dinja, għax dan għalina huwa pont f'kull sens tal kelma li jgħaqqad ħsiesbna u qalbna magħkom u bejnietna.
Prosit! Nawguralek ħeġġa u kuraġġ marbuta ma' suċċess għal żmien twil fil ġejjieni.
Sadattant ħajr, sliem u awguri. Ħabibek Frank.
Email mingħand Carmel G. Cauchi, il 5 ta’ Settembru 2022
![](https://assets.isu.pub/document-structure/221130170221-b0b27ccac398193fc95627bbe5dda210/v1/b40eb54c495122edca4320c730603f9a.jpeg)
Għażiż Patrick, Xtaqt ngħidlek grazzi mill qalb għall ħarġa ta’ IL PONT Settembru 2022 u nifraħlek fl okkazjoni tal 10 anniversarju mill ewwel ħarġa ta' din ir rivista letterarja, unika u eċċellenti, li tagħraf lilek bħal fundatur u editur tagħha. Wieħed ma jistax ma japprezzax il ħila u l konsistenza tiegħek li, minkejja d diffikultajiet u l pressjoni ta’ studju u ħidma oħra, bqajt toħroġ ir rivista mimlija sa ruħ ommha b’kontenut letterarju, tagħrif interessanti u aġġornat, intervisti u promozzjoni ta’ kitbiet minn awturi stabbiliti u emerġenti.
Prosit tassew. Jalla tibqa' ssib il ħin u l ħila biex
twasslilna din ir rivista li qiegħda timla vojt kbir fil qasam letteraju Malti.
Saħħa u sliem. Żommi bħala wieħed mill ħbieb tiegħek, Carmel.
![](https://assets.isu.pub/document-structure/221130170221-b0b27ccac398193fc95627bbe5dda210/v1/6acb21550a571cc8a0635b364d58da5b.jpeg)
-30 ta’ Awwissu, 2022, il-Kavallier Joe M. Attard minn Għawdex għoġbu jibgħat poeżija ala reazzjoni. Ħajr tal apprezzament lilu wkoll.
PONT - GĦAXAR SNIN ĦAJJA
Għalkemm jien m’iniex Poeta qed niktiblek dawn il vrus ibqa' ċert illi lkoll ħarġu minn qiegħ qalbi daw’ l ftit ħsus!
U nixtieq illi nifraħlek xogħol kollu li ħadt għaxar snin tistinka, sejjer, taf li dan ma bsartu qatt!
IL PONT ngħidlek illi daħal f'bosta mid djar tal Maltin u bla dubju infiltra anke f'ħafna mid djar tal Għawdxin.
Ir raġuni hija waħda dan jinsab imħawwar sewwa; il kittieba huma bosta barranin u kemm ta' ġewwa.
Sigħat sħaħ żgur dan jeħodlok biex tgħaqqad kollox flimkien; il miktub jibqa' għal dejjem u ma jtemmu l ebda żmien.
Għażiż Patrick jien nifraħlek kompli f'din it triq li qbadt; ibqa' ċert m'intx taħli ħinek gost bik jieħu żgur kulħadd!
Minn qiegħ qalbi dlonk nixtieqlek dehen u saħħa daqs ta' plier; toqgħodx lura dawn ilqagħhom ġejjin m'għand il Kavallier!
JOE M. ATTARDGħażiż Patrick, Grazzi tassew. Qattajt dawn il ġranet, kiefra għalija, tas sajf, naqra u nogħxa bil kitbiet, poeżiji, novelli u kull ma fiha din ir rivista.
Ħadt pjaċir immens niltaqa' ma' żewġ poeti, ħbieb tiegħi ukoll. Qed nirreferi għal Joseph Felix u Ġanni Camilleri mill Mellieħa. Xogħolhom huwa tassew sabiħ.
Iltqajt ukoll ma' ħafna ġodda, u li jagħmlu tant ġieħ lil dan il magazine.
Inħoss li teżor bħal dan jimmeritah xi premju letterarju, għax minbarra li hu mogħni b'tant rikkezzi ta' kitbiet, huwa mqassam b'mod pjaċevoli u jilħaq ukoll l għan li jwassal il lingwa miktuba bir reqqa, minbarra li jwessa' l ħsibijiet lil hinn minn xtutna.
Napprezza l ħinijiet twal li toffrilna, għax magazine bħal dan hemm warajh dedikazzjoni kbira.
Grazzi u tislijiet mill qalb.
Saħħa u s sliem, Rita
Email mingħand Victor V. Vella (L-Awstralja), il-21 ta’ Ottubru 2022
![](https://assets.isu.pub/document-structure/221130170221-b0b27ccac398193fc95627bbe5dda210/v1/6acb21550a571cc8a0635b364d58da5b.jpeg)
Sur Editur, Nixtieq nagħmel suġġeriment rigward IL PONT, idea li tkabbar l iskop ta’ pubblikazzjoni bħal din li tista’ tasal biex tkabbar l apprezzament u l kritika tal letteratura u wkoll ta’ suġġetti oħra li huma mgħallma fl iskejjel Maltin. Naturalment diġà hemm sillabu fuq diversi suġġetti, imma mbagħad tidħol mistoqsja: dan kif qiegħed jaħdem fil klassijiet primarji u sekondarji?
Min jaf kieku tibda rubrika f’IL PONT jisimha X'JIDHIRLEK? u tistieden professuri, u għalliema jew barranin joffru kemm il prattika ta’ kif qegħdin jgħallmu jew x'jista’ jsir biex it tagħlim isir aħjar jew jitbiddel. Skont l istatistika, il Maltin ma tantx qegħdin jaqraw kotba bil Malti. Dan jista’ jkun l ewwel suġġett tad dibattitu. U s suġġetti jibdew ġejjin bħaċ ċirasa bħal ngħidu aħna: kif qiegħda tiġi ppreżentata il poeżija fil klassijiet jew il letteratura Maltija? Jew tista’ taqbad fuq il lingwa stess: għandna nikkonċentraw fuq il grammatika u l ispelling jew fuq kif il lingwa qiegħda tintuża fil gazzetti, fuq il midja, fir reklami. Jew, kif qegħdin jiġu ppreżenati suġġetti moderni bħal ngħidu aħna l bidla fil klima li tista’ ddaħħal ir reliġjon jew l enċikliki soċjali bħal Rerum Novarum u wkoll l aħħar waħda Laudato Si. Dawn huma relevanti għall ħajja moderna u l bqija. Suġġetti hemm kemm trid u iżjed u iżjed jekk taqbad fuq ideat u riżorsi ta’ kif jiġu mgħallma.
Proġett bħal dan biex ikun ta’ siwi jiddependi fuq kemm hemm għalliema li lesti li jieħdu parti. Allura tidħol biċċa xogħol oħra li tistieden li xi individwi li jieħdu parti u wkoll li tkun lest biex iżjed tbexxaq il bieb li taċċetta ittri anonimi.
Dan jista’ jservi ta’ forum pubbliku fejn ix ‘sharing’ li tant nisimgħu bih isir fil prattika għall benefiċċju tal edukazzjoni inġenerali.
Victor V. Vella M.A.
![](https://assets.isu.pub/document-structure/221130170221-b0b27ccac398193fc95627bbe5dda210/v1/b40eb54c495122edca4320c730603f9a.jpeg)
Patri Charlò Camilleri O. Carm. jitkellem ma’ IL-PONT dwar il-ġabra ta’ poeżiji BIL-LINKA TFAWWAR POEŻIJI ta’ patri Feliċjan Bezzina O. Carm. (1933-2020)
Kif, meta u għaliex oriġina dan il-proġett li jiġbor flimkien ix xogħlijiet poetiċi ta’ patri Feliċjan Bezzina?
![](https://assets.isu.pub/document-structure/221130170221-b0b27ccac398193fc95627bbe5dda210/v1/2f8f08096177f6a502421a0d1837c623.jpeg)
Feliċjan innifsu kien ilu juri x xewqa li l opra poetika tiegħu tiġi mitbugħa. Qed nitkellmu hawnhekk minn damma ta’ tmien mitt poeżija miktuba bejn l 1978 u l 1998. Huwa beda biex bl għajnuna tas Sur Charles Magro jittajpja l poeżiji kollha. Imbagħad għaddihom lill Editur tal Karmelu sabiex jieħu ħsieb jara kif dawn jistgħu jiġu mitbugħa, u din il biċċa xogħol tħalliet f’idejja. P. Feliċjan dam sal aħħar b’metikolożità ċertożina jorqom il kitba tiegħu. B’xorti ħażina huwa laħaq miet qabel il proġett kien mitmum. Tajjeb ngħidu li din id Damma tidħol fil ġeneru tal filosofija poetika fejn l awtur ifisser il viżjoni filosofika tiegħu tal ħajja billi jħaddem il
ġeneru poetiku.
Naf li Bil-Linka Tfawwar Poeżiji huwa biss għażla limitata ta’ poeżiji li kiteb dan il-patri Karmelitan. Xi kemm poeżiji qed nitkellmu dwarhom f’dan ilvolum? Min huma l persuni involuti wara proġett bħal dan?
Iva. P. Feliċjan qassam it tmien mitt poeżija f’għaxar taqsimiet ta’ tmenin il waħda. L ewwel ħsibt li dawn jiġu kollha mitbugħin f’diversi volumi, imma kienet se tiġi opra enormi u mhux vijabbli. Imbagħad għamilt għażla editorjali li nippublika tliet taqsimiet li fil fehma tiegħi huma s sies li fuqhom jinbnew it taqsimiet l oħra. Minbarra l persuni diġà msemmija, il ħidma saret ukoll bl għajnuna tas Sa Rita Vella Brincat, TOKS, ta’ P. Glen Attard, O.Carm. arkivista provinċjali, u naturalment tad Dar tal Pubblikazzjoni Horizons.
Dan il-volum massiċċ jiġbor fih poeżiji li ġew klassifikati skont tliet taqsimiet: Poeżiji Teoloġiċi, Poeżiji Assjoloġiċi u Poeżiji Kożmoloġiċi. Xi jfisser fi kliem sempliċi kliem bħal dan? Dwar xiex jittrattaw il-poeżiji ta’ patri Feliċjan Bezzina f’dan il volum?
![](https://assets.isu.pub/document-structure/221130170221-b0b27ccac398193fc95627bbe5dda210/v1/7f74c645ac87cbdecaaa63ba6dade6f5.jpeg)
Hanwhekk qed nitħaddtu dwar volum ta’ seba’ mija, tmienja u ħamsin paġna u jiġbor fih id daħla li P. Feliċjan kiteb hu nnifsu għad Damma poetika kollha fl għaxar taqsimiet tagħha, kif ukoll it taqsima Teoloġika, Assjoloġika, u Kożmoloġika. Dawn it tlieta jgħarrxu, jittantaw jifhmu u jitħaddtu 1) ir Realtà fiha nnifisha, dak li fit tradizzjonijiet reliġjużi jintgħaraf Alla li minnu ġej kollox u fih kollox jasal għall milja tiegħu (qasam teoloġiku); 2) imbagħad jesploraw u janalizzaw is siwi ta’ dak kollu li jeżisti u jixtarru dwar l armonija ta’ meta dak kollu li jeżisti joqgħod f’postu kif għandu jkun (qasam assjoloġiku); u 3) fl aħħarnett jippruvaw jifhmu r realtà kumplessa, tanġibbli materjali li biha mdawrin u minnha magħġunin (il qasam kożmoloġiku). F’kelma waħda qed nitħaddtu hawn dwar Alla, l etika u l bniedem.
Meta wieħed jagħti daqqa t’għajn lejn il-poeżiji inkwistjoni jara li huma miktubin f’għamla tradizzjonali, stil poeti Romantiċi tal-ewwel nofs tas seklu 20 hawn Malta, u jħaddmu kliem sempliċi. Imma mill-banda l-oħra l-kontenut huwa profond, provokattiv ladarba jistieden lill-qarrej biex jieqaf u jirrifletti. Xi tgħid dwar dan?
Kif intqal waqt it tnedija mill kelliema, iva, P. Feliċjan minkejja l Moviment Qawmien Letterarju għażel li jfisser ħsiebu f’forma poetika tradizzjonali, bl istil tal poeti Romantiċi, u jista’ jiġi magħdud mal poeti Dunkarmjani. Meta wieħed iqis li t 800 poeżija huma mfassla f’għaxar taqsimiet ta’ tmenin poeżija ’l waħda, jidher ċar li l awtur għandu f’moħħu jelabora l Weltanschauung tiegħu viżjoni jew filosofija komplessiva tal ħajja f’armonija u ordni. Kif innota tajjeb P. Glen Attard fit taħdita tat tnedija tal ktieb ma nistgħux ma niftakrux fil Jamblikus (165 180AD), filosfu neo platoniku Sirjan li kien jara li r realtà kollha tinġabar fin numru għaxra, ibda mill wieħed (il monad) li minnu joħorġu n numri l oħra kollha, u li simbolikament joqgħod għal Alla u ibqa’ sejjer san numru għaxra bin numri kollha joqogħdu għal diversi realtajiet kumplessi.
Għal min huma mmirati poeżiji bħal dawn? Taħseb li l qarrej ta’ żmienna jista’ jinġibed lejhom b’xi mod? Għaliex?
![](https://assets.isu.pub/document-structure/221130170221-b0b27ccac398193fc95627bbe5dda210/v1/2f8f08096177f6a502421a0d1837c623.jpeg)
Feliċjan ried iqiegħed quddiemna l viżjoni kumplessiva tiegħu tal ħajja. Meta wieħed jifhem il ħsieb wara dawn il poeżiji jibda jifhem kif kollha huma magħqudin ħaġa waħda, imsenslin bħal f’damma tar rużarju , biex ngħidu hekk.
Bil Linka Tfawwar Poeżiji jista’ jintuża bħala test f’rabta minn min jistudja l-Filosofija u t-Teoloġija fil-Fakultà tat-Teoloġija fl-Università ta’ Malta?
Skont Dun Lawrenz Cachia, it tematika poetika ta’ P. Feliċjan hija nieqsa minn pajjiżna. Jekk jinftiehem f’dan id dawl ma narax l għala ma jistax jintuża fl edukazzjoni.
Kif kien patri Feliċjan Bezzina bħala bniedem? X’kienet il-ħidma tiegħu matul iż-żmien?
P. Feliċjan kien fommu sieket, karattru miġbur, kważi kważi trid tkellmu biex ikellmek, iżda t tbissima tiegħu, b’għajnejh jixegħlu, kienu jixhdu l profondità ta’ raġel li kien tassew filosfu, fis sens klassiku tal kelma u bniedem affabbli li jaf jilqgħek dejjem b’qalb sensibbli. Min kien jaf lil P. Feliċjan, ma setax ma jinnutax li żamm fih it tfajjel ġewwieni li baqa’ kapaċi jistagħġeb huwa u jiskopri l misteru tal ħajja nnifisha u tal bniedem li jieħu sehem minnha. Saħansitra l kitba tiegħu, lejn l aħħar snin ta’ ħajtu, ġeneralment bil lapes, ħadet ix xeħta ta’ kitba ta’ tifel!
Twieled fl 4 ta’ Ġunju 1933 u miet fil 21 ta’ Awissu 2020. Wara l Ordinazzjoni, P. Feliċjan għamel sena jgħallem il Latin ġewwa Mt Carmel College. Imbagħad, mill 1958 sal 1962, kien mibgħut Ruma biex jispeċjalizza l istudji tiegħu. Hemm, mill Pontificia Università Lateranense huwa kiseb il Liċenzjat fit Teoloġija kif ukoll, mill Pontificia Università Gregoriana, id Dottorat fil Filosofija. It teżi tad dottorat (2 volumi) tanalizza l filosofija tal Karmelitan Ġwanni Baconthorpe (†1347), Princeps Averroistarum, minħabba li minbarra lil Aristotli, kien isegwi l filosofija ta’ Ibn Rushd, u ddefendieha mill akkużi ta’ eterodossija. Dan il filosfu Skolastiku Karmelitan ħalla impatt fuq il ħsieb ta’ P. Feliċjan u dan l impatt jidher ukoll fil kitba poetika. Lura Malta, matul is snin, P. Feliċjan kien mibgħut f’diversi komunitajiet fejn qeda bosta uffiċċji: il Balluta (1962 1970) fejn kien ukoll Pirjol tal komunità bejn l 1967 u l 1970; il Belt Valletta (1970 1974); il Balluta (1974 1976), fejn kien Surmast tal Istudenti; il Belt Valletta (1976 1982); l Imdina (1982 1985), fejn kien Surmast tan Novizzi; il Fleur de Lys (1985 1988); il Balluta (1988 1991), fejn mill ġdid kien Surmast tal Istudenti; il Lunzjata (1991 1994), fejn kien ukoll Pirjol u Direttur tad Dar tat Talb; u l Belt Valletta (1994 2020), fejn ingħata bis sħiħ għax xogħol ta’ riċerka u studju, fost l oħrajn dwar l istorja tal kunvent tal Belt.
Apparti dan, kien ukoll Definitur Provinċjali bejn l 1970 u l 1979, membru f’diversi Kummissjonijiet Provinċjali (bħall Kummissjoni Borża Komuni, il Kummissjoni Irtiri, il Kummissjoni Promozzjoni Marjana, u l Kummissjoni Formazzjoni Permanenti);
![](https://assets.isu.pub/document-structure/221130170221-b0b27ccac398193fc95627bbe5dda210/v1/b99c603af68ba65d859bb747dd39589b.jpeg)
Direttur Nazzjonali tat Terz Ordni Karmelitan; Direttur Spiritwali tal Fergħat tat Terz Ordni fil Belt Valletta, fi Fleur de Lys, fl Imsida, u s Siġġiewi; Direttur Spiritwali tal Azzjoni Kattolika f’San Ġiljan u Direttur Spiritwali tal Leġjun ta’ Marija f’San Ġiljan, l Imdina, il Belt, u l Fleur de Lys. Iżda minn dan kollu, kif jistqarr huwa stess, P. Feliċjan kien l aktar għal qalbu meta kien jgħallem il Filosofija lill istudenti tal ħajja reliġjuża fl INSERM bejn l 1966 u l 1981. L oqsma filosofiċi li kien jgħallem P. Feliċjan kienu l Kożmoloġija, il Ġrajja Moderna tal Filosofija, inkluża l Filosofija ta’ Immanuel Kant (†1804) u l Filosfi Moderni.
Inħoss li bħala l-ewwel ġabra t-tematika magħżula hija waħda mhix faċli għall-qarrej medju. Naf ukoll li patri Feliċjan kiteb bosta poeżiji oħra li jintrabtu ma’ temi li jistgħu jkunu iktar aċċessibbli għall qarrej. Kemm hu minnu dan?
Meta wieħed jifhem il ħsieb wara d Damma Poetika il pubblikazzjoni fiha żewġ daħliet kritiċi li jispjegaw il viżjoni u l għan ta’ din l opra ma jidhirlix li għandha tkun daqshekk diffiċli għall qarrej medju. Wara kollox imbagħad tajjeb inżommu f’moħħna li l qari mhuwiex biss għall gost li naqra dak li diġà naf, imma sfida biex il moħħ jimraħ f’mergħat ġodda u nitgħallmu nwessgħu ħsibijietna u l viżjoni tagħna. Kif qal ukoll Dr Aloisio fit taħdita għat tnedija tal ktieb P. Feliċjan jista’ jiġi meqjus bħala l poeta tal ħlewwa u l poeta tal pożittività u saħansitra jistaqsi ċerti poeżiji ta’ natura reliġjuża jistgħux jiġu użati fil katekiżmu tat tfal għal tagħlim kreattiv.
Waqt il lejla ta’ tnedija tal ktieb li saret fil Kunvent tal Karmelitani fl Imdina fi tmiem Lulju 2022, issemma poeta Karmelitan ġgant ieħor imma anki Professur, patri Anastasju Cuschieri (1876-1962), li kiteb fl-ewwel nofs tas-seklu 20. Intqal ukoll li hemm patrijiet Karmelitani oħrajn li kitbu qatigħ u li xogħlijiethom qed jinġabru u jiġu studjati. Kif jirrelataw patri Feliċjan Bezzina u xogħlu ma’ dawn?
Il Karmelitani għandna tradizzjoni poetika kbira, u dan fuq livell ta’ Ordni. Il mistiċi l kbar kollha tagħna esprimew ruħhom f’poeżija u wħud minnhom bħal Ġwanni tas Salib fi Spanja u Ġwanni ta’ San Sansun fi Franza tawna lirika imprezzabbli, illum meqjusa wirt letterarju dinji. L istess Tereża ta’ Ġesù, Tereża tal Bambin Ġesù użaw il forma poetika. Il Beatu Battista ta’ Mantova Umanista tas seklu ħmistax għall versi
poetiċi tiegħu baqa’ magħruf bħala l Virġilju Nisrani, kellu influwenza fuq Shakespear, Milton, Spencer u l bqija. F’pajjiżna stess insibu diġà lil P. Albert Zammit li kien poeta apprezzat fi żmienu apparti oratur u Majjistru tal Filosofija u Teoloġija kif ukoll Konsulent għall Inkwiżitur. Iktar qribna lill Prof. P. Anastasju Cuschieri kif semmejt inti, li kien filosfu, u wkoll senatur. Għandna wkoll reliġjużi oħra mhux magħrufin bħal P. Beneditt Caruana, P. Pier Tumas Gatt u oħrajn imħarrġin minn Cuschieri u li ħaddmu l poeżija, ġeneralment temi reliġjużi u marjani. Insemmu hawnhekk ukoll lil P. Hugh Mallia, poeta ta’ ċertu kalibru li ħallielna kitbiet poetiċi kemm bl Ingliż kif ukoll bil Malti.
Xi jmiss wara dan?
Bħalissa qed naħdem fuq proġett editorjali fuq livell internazzjonali li jikkonsisti fil pubblikazzjoni kritika tal manuskritti tal Ven. Ġwanni ta’ San Sansun (1571 1636), mistiku Franċiż. Għal dan il proġett laqqajt equipe ta’ esperti minn Franza, l Italja, l Olanda, u mkejjen oħra sabiex naħdmu flimkien. Qed nitkellmu hawnhekk dwar erbat elef paġna manuskritta bil Franċiż tan Nofs. Bħalissa qed naħdmu fuq il volum tal poeżija lirika tiegħu. Qbiżna l erba’ mitt paġna. S’issa għandna mitbugħin erba’ volumi mill ħdax imfassla. F’Settembru u Ottubru (2022) se ssir l ewwel konferenza internazzjonali dwar dan l awtur fl Università ta’ Rennes li qed norganizza flimkien ma’ Kumitat Xjentifiku mwaqqaf għal dan l għan.
Qed isiru wkoll it traskrizzjonijiet tal kitbiet ta’ Cuschieri bil ħsieb li nkomplu s sensiela tal Kitbiet Miġbura. U beħsiebni wkoll fuq xewqa ta’ bosta naħdem fuq il ġabra poetika ta’ P. Hugh Mallia, għax jixraqlu li jkun magħruf. Diġà saret teżina fil Malti dwar il poeżija tiegħu.
![](https://assets.isu.pub/document-structure/221130170221-b0b27ccac398193fc95627bbe5dda210/v1/2f8f08096177f6a502421a0d1837c623.jpeg)
kbir l interess li qanqlitli, li x xogħol ta’ Oriana Fallaci sar ukoll it tema tat teżi tal Masters fit Traduzzjoni. Dan il ktieb twieled proprju permezz ta’ din it teżi, fejn kelli nittraduċi u nanalizza parti sostanzjali ta’ Lettera a un bambino mai nato. Fir realtà, il kotba tagħha qrajthom kollha u nammetti li wieħed favorit m’għandix għax kull tematika tolqotni b’xi mod jew ieħor. Dak huwa s sabiħ ta’ Oriana Fallaci: li għalkemm mhux dejjem se taqbel mal fehmiet tagħha, ma tistax ma tapprezzax il mod kif tesprimi l ħsibijiet tagħha, il loġika u l użu ta’ riferimenti storiċi biex tiġġustifika l argumenti tagħha. L għażla waqgħet fuq Lettera a un bambino mai nato proprju minħabba l istil li bih hu miktub, il mod dirett u sempliċi ta’ kif affrontat u ppreżentat bla ħafna logħob bil kliem argument daqshekk delikat u realtà skomda li mhux kulħadd lest jitkellem dwarha apertament.
X’kienu l-isfidi li ltqajt magħhom waqt il-proċess ta’ traduzzjoni? Nassumi li hawn użajt il-verżjoni oriġinali bit Taljan. Kellek iċ ċans tara traduzzjonijiet oħra tal istess xogħol bl Ingliż jew b’ilsna oħra?
![](https://assets.isu.pub/document-structure/221130170221-b0b27ccac398193fc95627bbe5dda210/v1/2f8f08096177f6a502421a0d1837c623.jpeg)
IL-PONT jintervista
lil Christine Bajada dwar ITTRA LIL TARBIJA LI QATT MA TWIELDET ta’ Oriana Fallaci Serje Traduzzjonijiet nu. 11, Faraxa Publishing, 2014
![](https://assets.isu.pub/document-structure/221130170221-b0b27ccac398193fc95627bbe5dda210/v1/7cc00973eab38933a1635fc2aaa781dd.jpeg)
X’kienet l okkażjoni li laqqgħetek ma’ Oriana Fallaci? Għaliex din il-kittieba, u dan ix-xogħol partikolari u mhux ktieb ieħor tal-istess awtriċi Taljana?
Fil perjodu li kont mitluba nagħżel it tema tat teżi tal Baċellerat fit Taljan, l aħbarijiet Taljani kienu qed jirrappurtaw il mewt ta’ din il ġurnalista antikonformista. Nistqarr li ma kontx midħla tax xogħol ta’ Fallaci, u hekk għelbitni l kurżità u ddeċidejt li ninforma ruħi dwarha. U tant affaxxinatni n natura ribelli u l istil ta’ kitba tagħha, li minn qari ta’ artikli miktuba minnha, spiċċajt nixtri ktieb wara l ieħor, u t tema tat teżi tiegħi mmaterjalizzat ruħha waħedha. Fil fatt, tant kien
Dan il ktieb ġie tradott f’aktar minn għoxrin lingwa, iżda jien użajt biss il verżjoni oriġinali u qatt ma kelli l okkażjoni li naqrah b’lingwi oħra. Naħseb li l ikbar sfida kienet li nippreserva l awtentiċità tal kitba ta’ Fallaci mingħajr ma nirriskja li l verżjoni Maltija tiġi tinstema’ artifiċjali u ma tinftihemx. Fil verżjoni Taljana kien hemm kliem bħal ‘commendatore’ u ‘gianduiotto’ li huma marbuta mal kuntest u l kultura li fihom hi magħġuna din in narrattiva. Għaldaqstant, kien diffiċli li nsib ekwivalenti tagħhom fil lingwa tagħna, u jekk wieħed jagħżel li juża kliem li forsi joqrob lejn it tifsira tagħhom, jew saħansitra juża l parafrażi, fl opinjoni tiegħi jkun qed jirriskja li jtaqqal il kitba u jitlef xi elementi kulturali li jżewqu l verżjoni oriġinali iżda fl aħħar mill aħħar dawn huma biss il gosti personali tiegħi.
Dan hu ktieb dwar l-imħabba bejn l-omm u ttarbija li ħareġ fl 1975, tliet snin qabel ma fl Italja għaddiet il-liġi 194 fuq l-abort, mela l-1978. Kif tiddeskrixi xogħol bħal dan: wieħed li jesprimi imħabba fuq kollox jew polemika u denunċja?
Dan ix xogħol huwa nisġa ta’ ħafna elementi. Fejn tidħol Fallaci diffiċli ma jkunx hemm element ta’ polemika, għax bosta mix xogħlijiet tagħha huma proprju denunċja ta’ sitwazzjonijiet li qed jgħixu
ħafna nies iżda li mhux kulħadd komdu jaffronta b’mod partikolari l qagħda tal mara fis soċjetà. F’intervista tal 1976 fuq programm tar Rai waqt dibattitu dwar l abort, Oriana Fallaci tistieden lil dawk preżenti jżommu f’moħħhom li huma n nisa li jistgħu jirriskjaw ħajjithom waqt il ħlas, waqt l abort jew meta jiġu miċħuda l abort. Fil ktieb, din hija tema li toħroġ qawwija fil monologu tal omm li tispjega b’mod ċar il pożizzjoni diffiċli tal mara, li kważi dejjem tħallas l ogħla prezz fis soċjetà. Iżda fuq kollox dan il ktieb huwa innu ta’ mħabba għall ħajja u l libertà: id dritt għall ħajja kemm tat tarbija fil ġuf kif ukoll tal omm li qed iġġorrha, u d dritt ta’ kull mara li tgħix il ħajja li tixtieq mingħajr ma tiġi ġġudikata għall għażliet tagħha.
![](https://assets.isu.pub/document-structure/221130170221-b0b27ccac398193fc95627bbe5dda210/v1/4f8654416b18cdd20ff687ca4f5e9e5e.jpeg)
![](https://assets.isu.pub/document-structure/221130170221-b0b27ccac398193fc95627bbe5dda210/v1/2f8f08096177f6a502421a0d1837c623.jpeg)
X’jagħmel traduttur tajjeb? Huwa veru li ttraduzzjoni hija traditriċi? Kemm hija bżonnjuża ttraduzzjoni?
Ma nafx għandix tweġiba tajba għal dik il mistoqsija, għax naħseb tidħol is soġġettività wkoll. Għalija traduttur tajjeb huwa dak li jirnexxilu jwassal il messaġġ u l qofol tan narrattiva b’mod ċar fil lingwa fil mira mingħajr ma “jittradixxi” is sors, billi jippreserva l identità, l istil u r ritmu tal kitba tal oriġinali. Għaldaqstant, ma naħsibx li huwa lok li niddefinixxu t traduzzjoni bħala tradiment, iżda bħala mezz indispensabbli biex ikollna aċċess għal xogħol miktub b’lingwi li ma nifhmux.
X’inhi l-attività ewlenija tiegħek illum?
Jien naħdem fis settur pubbliku u x xogħol tiegħi jagħtini l possibiltà li nkun qrib u ta’ servizz għal ħafna nies.
Min hija Christine Bajada bħala persuna? Kif tgħaddi ġurnata tipika tagħha?
L aktar mistoqsija diffiċli! Jien Għawdxija u dan huwa fattur ewlieni li jsawwar l identità tiegħi. Għandi passjoni kbira għall kotba, il fotografija, il lingwi u l ivvjaġġar bħala mezz ta’ skoperta ta’ kulturi u tradizzjonijiet differenti minn tagħna. Apparti x xogħol, li jimla parti kbira tal ġurnata tiegħi, bħalissa qed nagħmel ukoll il kors tal Qari tal Provi bil Malti mal Università ta’ Malta, bl għan li nikseb ix Xhieda ta’ Għarfien (il warrant) mill Kunsill tal Malti.
Għandek xogħlijiet oħra ppubblikati? Proġetti futuri?
Ittra lil Tarbija li Qatt ma Twieldet huwa l uniku ktieb li ppubblikajt s’issa u kien privileġġ kbir għalija għax qatt ma assumejt li ħa jkun hemm pubblikaturi li ħa jemmnu f’xogħli u lesti li jinvestu fih, u ta’ dan nista’ ngħidilhom biss grazzi. Dejjem ngħid li nixtieq nittraduċi u nippubblika kotba oħra ta’ Fallaci, imma l ikbar għadu tal bniedem sar il ħin, u forsi mhux kulħadd japprezza kemm xogħol u riċerka jkun hemm wara traduzzjoni u pubblikazzjoni. Nittama li fil futur qarib jirnexxieli naħdem fuq xi proġett ieħor li jispirani daqs l ewwel xogħol tiegħi.
Kif u meta twieled proġett bħal dan? X’inhi l-ħaġa komuni li tgħaqqad ilkoll flimkien lill-intervistati?
Dan il proġett twieled snin ilu waqt ix xandir tal programm radjufoniku ‘Tifkiriet’ fuq Radju Malta. Qatt m’għaddieli minn rasi jew kelli l iċken ħsieb li t temi diskussi u l esperjenzi tan nies li pparteċipaw fil programmi, xi darba jsir traskritt tagħhom u jiġu ppubblikati. Kien beda b’idea tiegħi stess li waqt il programm ‘Tini Break’ fuq Radju Malta ma ndoqqx biss diski imma niftaħ il linji u nistaqsi x’jiftakru n nies. Għall bidu l programm kien isir wara l aħbarijiet ta’ nofsinhar u kien ferm itwal. Fih kienu jċemplu nies regolari u oħrajn mhux spiss; il protagonisti kienu s semmiegħa stess li bit tifkiriet tagħhom kienu jżewqu l programm li kien isir dirett. Sena wara ngħata l isem ta’ ‘Tifkiriet’ u maż żmien evolva u sar iktar popolari. Hemm diversi raġunijiet li
![](https://assets.isu.pub/document-structure/221130170221-b0b27ccac398193fc95627bbe5dda210/v1/2f8f08096177f6a502421a0d1837c623.jpeg)
jgħaqqdu lill persuni intervistati, l ewlenija hija l memorja tat tfulija. Il memorji ta’ dawn in nies li għexu l istess era, mhux bilfors ikunu l istess, imma jvarjaw skont il karattru tal individwu, id dar fejn għex, l influwenzi ta’ qrabatu u anke l ambjent li fih trabba. Ħaġ’oħra li tgħaqqad lil dawn il protagonisti hija ċ ċarezza tal memorja tagħhom, ta’ kif jiftakru ċerti avvenimenti fil ħajja personali, kif ukoll tifkiriet ta’ ġrajjiet li seħħew b’mod nazzjonali.
Xi kemm huma l persuni intervistati f’dan il volum? Mil-liema livelli tas-soċjetà ġejjin?
Bħala karattri ewlenin li fuqhom huwa mibni l ktieb Tifkiriet minn fomm il poplu, hemm b’kollox erbgħa u għoxrin. Imma minbarra dawn hemm għexieren oħra li tkellmu magħna fuq temi varji u li jinsabu f’din il kollezzjoni ta’ tradizzjoni orali.
![](https://assets.isu.pub/document-structure/221130170221-b0b27ccac398193fc95627bbe5dda210/v1/f87f183d9672c801559cd0471a763e8b.jpeg)
Ir rakkontaturi jiġu minn kull strata tas soċjetà, minn Presidenti, akkademiċi, bejjiegħa, nies tas sengħa, raħħala u nies li ħadmu fis servizz.
Importanti l-kwotazzjoni fi ftuħ il-ktieb, kliem Winston Churchill stess: “Ġens li jinsa ġrajjietu m’għandux futur”. Kemm hu importanti dan illum iktar mill-bieraħ għalina l-Maltin? Li tkun taf lIstorja ta’ pajjiżek jista’ jwassal għal sens ta’ nazzjonaliżmu estrem, firda, forsi xenofobija, jew jista’ jgħin biex nifhmu aħjar bħala ġens min aħna, x’jagħmilna Maltin, u li qatt ma konna waħedna?
Jien nistaqsi ‘X’jagħmlek Malti?’ Kull ġens għandu ġrajjietu, daqstant ieħor aħna bħala Maltin għandna l identità tagħna li tiddistingwina minn popli oħra. Aħna ngħixu l kultura tagħna, nipposjedu l ilsien tagħna u niftaħru bl istorja tagħna.
Importanti li wieħed ikun kburi b’dak li kisbu l antenati tagħna. Ma ninsewx dak li wettqu u ħadmu għalih missirijietna, u għalhekk huwa neċessarju li tistaqsi u tfittex dwar kif għexu ta’ qabilna. Kun af l istorja ta’ ġensek. Bħala Maltin aħna ffortunati li mdawrin b’siti storiċi, kważi f’kull belt u raħal u tajjeb li nibżgħu għalihom u nħossuna kburin b’dak li għandna, u għandna nkunu grati li ta’ qabilna ħadu ħsieb dawn l imkejjen imprezzabbli. Permezz ta’ din il kullana ta’ intervisti wieħed jista’ jsib aktar tagħrif dwar l ambjent li għexu fih bejn sebgħin u sittin sena ilu. L espressjonijiet li kienu jintużaw u kif kienet il ħajja ta’ kuljum, meta ħafna mill kumditajiet li għandna llum lanqas kienu ħolmu bihom. Jien ngħid
li s sens ta’ patrijottiżmu għadu fina, forsi ma tantx nuruh jew nesprimuh fil ħajja ta’ kuljum, però joħroġ meta bħala poplu nuru s solidarjetà ma’ popli oħra f’każi ta’ gwerer jew nuqqas ta’ ikel, nuruh meta nikkompetu ma’ pajjiżi oħra f’xi avveniment ta’ mużika jew sport. Il fatt li dejjem għexna taħt il ħakma tal barrani wassalna biex matul il mijiet ta’ snin li għaddew minn fuqna nifhmu aħjar minn aħna, x’inhi l identità tagħna. Dan jirrifletti fina bħala Maltin anki fil ħajja preżenti, il fatt li lqajna bosta barranin li qed jgħixu fostna llum il ġurnata.
Inti għoġbok taqsam il kontenut ta’ dan il volum f’sitt kapitli: Ħajja, Ħidma, Rikreazzjoni, Gwerra, Bejjiegħa u Trasport. Għaliex dan? Ma taħsibx li mit-tieni sas-sitt taqsima huma parti mill-Ħajja inġenerali? X’jifred l-ewwel taqsima mill-ħamsa li jsegwu?
Meta jkollok f’idejk għexieren ta’ intervisti u rekordings ta’ programmi ta’ għoxrin sena, li jfissru sigħat twal ta’ materjal bl awdjo, mhux faċli biex tikkategorizzahom.
Kelli nibda minn x’imkien, u għalhekk iddeċidejt li ninkludi l iktar personaġġi li kienu jipparteċipaw spiss fil programm, kelli nħalli barra diversi temi oħra interessanti li ttrattajna waqt din is sensiela, (li ta’ min ifakkar għadha tixxandar sal lum). Bnejt fuq l iktar vuċijiet li n nies kienet saret familjari magħhom, is semmiegħa kienu jistennewhom kuljum u b’hekk inħolqot qisha... il familja ta’ ‘Tifkiriet’: dawk li jitkellmu u dawk li jisimgħu. Mill ħajja u l ħidma ta’ dawn il protagonisti qassamt il kapitli tal ktieb. Ippruvajt ukoll insib suġġetti tal popolin u li konna ninkludu spiss matul is sena. Meta ġejt biex nagħżel it temi, daħħalt avvenimenti li kważi xi darba jew oħra kulħadd ikun esperjenzahom; rajt ukoll li ma’ dawn inżid il memorji ta’ Presidenti biex b’hekk il qarrej ixebbah tifkiriet tfulitu ma’ tagħhom.
![](https://assets.isu.pub/document-structure/221130170221-b0b27ccac398193fc95627bbe5dda210/v1/2f8f08096177f6a502421a0d1837c623.jpeg)
Peress li l ħajja tal individwu tkun imżewqa b’diversi sitwazzjonijiet u esperjenzi, kelli naqsam it temi f’diversi kapitli, u dan biex wieħed jifhem aħjar dwar kif kienu jsiru l programmi mxandra b’mod dirett. Wieħed kien jaqbad suġġett u wara li ssir introduzzjoni jinfetħu l linji tat telefon biex in nies tgħid tagħha. Dan il format żammejtu anke waqt it traskrizzjoni għal dan il ktieb, billi l ewwel taqra l intervista dwar il ħajja tal persuna, imbagħad dwar
ħidmietha u fl aħħar isegwu t tifkiriet tas semmiegħa.
Il-bniedem imut, imma l-kelma miktuba tibqa’. Apparti l-intervistati ewlenin hemm ukoll ilkontribut ta’ bosta Maltin oħra, fosthom permezz ta’ telefonati traskritti. Kemm hu importanti dan kollu u għal min jista’ jappella ktieb bħal dan?
Jien ngħid li kull Malti jew Maltija li jmutu, magħhom ikunu ntilfu wkoll ħafna tifkiriet imprezzabbli, fosthom ta’ dawk li għexu fi żmien ta’ tbatija, inċertezza u anki faqar. Kull xiħ u xiħa li jħallu din id dinja jindifnu b’bagalja mfawra b’memorji li jekk ma jkunux nies bħali u bosta riċerkaturi oħra li jiltaqgħu magħhom u jirrekordjawhom, dawn jogħsfru għal dejjem; għalhekk jien dejjem nisħaq li hija ġirja kontra l ħin biex wieħed ikompli jżid ma’ dak li diġaà ġie rrekordjat u miktub fl imgħoddi. Hemm bżonn li jiġu investiti iktar ħin u riżorsi, biex inkomplu nistaqsu lin nanniet u l bużnanniet tagħna dwar ħajjithom.
Din il pubblikazzjoni tappella għal dawk li jgħożżu dak kollu li huwa Malti u li jħobbu jaqraw u jfittxu dwar rakkonti tal anzjani u minn xiex għaddew
![](https://assets.isu.pub/document-structure/221130170221-b0b27ccac398193fc95627bbe5dda210/v1/3705f0097f9ec63f01312f93dfd54582.jpeg)
minnu fil ħajja soċjali. Ideali mhux biss għal min iħobb l istorja u l ilsien Malti, imma anke l kultura tagħna. Dan ix xogħol li sar tul l aħħar għoxrin sena jista’ jitqies bħala għodda għall istudenti li qed ifittxu dwar it tradizzjoni orali tagħna l Maltin. F’dan ix xogħol żammejt kemm stajt mad djalett u l lingwaġġ li kellmuni bih in nies li intervistajt jew smajt permezz tat telefonati.
Il kontenut tal ktieb jixħet dawl fuq l identità ta’ ġensna u pajjiżna, imma hu anki tieqa mberrħa fuq in-natura umana. Kemm hu minnu dan?
Il persunaġġi intervistati fil ktieb juru l emozzjonijiet tagħhom waqt li jkunu qed ikellmuk. Fit tweġibiet li tawni ħarġet l umiltà tagħhom f’dak li wettqu fi tfulithom u f’żgħożithom, mumenti ta’ ferħ u mhux daqstant. Is sitwazzjonijiet ta’ sfidi li ltaqgħu magħhom rebħulhom għax kienu mrobbija fil għaqal u l bżulija li derrewhom fiha l ġenituri tagħhom. Is sens ta’ sagrifiċċju kien l ordni tal ġurnata għal kull klassi tas soċjetà ta’ dak iż żmien; illum kieku kellek toħloq paragun ma’ dak li kisbu dawn in nies meta ma kellhomx it teknoliġija u l kompjuters li għandna llum hija xi ħaġa tal għaġeb. Ta’ min josserva l aspett uman ewlieni, li kien it tbatija li għaddew minnha dawn ix xjuħ meta kienu għadhom tfal u adolexxenti fi żmien il gwerra. Ma’ dawn iżżid l inċertezza, in nuqqas ta’ ikel, l assenza tat tagħlim u l biża’ li ma tafx x’se jiġri l għada. Minn din il pubblikazzjoni wieħed jista’ anki jinduna bl esperjenzi komuni ta’ dawk intervistati u kif kienu jġibu ruħhom ma’ dawk ta’ madwarhom, id dar u anki fuq il post tax xogħol u fil ħin liberu. Joltqok ukoll l ambjent kajman li għexu fih u l mod ta’ kif omm u missier baqgħu nieqsa minn ikel u neċessitajiet oħra biex irabbu familji numerużi. Dawn il ġenituri, uħud minnhom b’nuqqas ta’ edukazzjoni u pariri professjonali, tort tas sitwazzjoni li kienu fiha dak iż żmien, waslu biex rabbew ħafna tfal fi spazji żgħar tad dar tagħhom u bi ftit dħul. Fatti oħra umani komuni fl imġiba ta’ dawk li tkellmu magħna tul dawn il programmi, kienu l biża’ li kienu jgħixu fiha għax ma kellhomx ħafna informazzjoni u anki s sens ta’ dixxiplina li kellhom, kemm id dar u anki l iskola; dan kollu kien iwassal għal sens ta’ ubbidjenza b’mod ġenerali.
L importanza tar ritratti bħala dokument ħaj fihom infushom. X’taħseb?
![](https://assets.isu.pub/document-structure/221130170221-b0b27ccac398193fc95627bbe5dda210/v1/2f8f08096177f6a502421a0d1837c623.jpeg)
Ir ritratt jgħin lil persuni jiftakru aħjar min huma u
fejn kienu meta ttieħed, jgħin lil dak li jkun jiftakar il kuluri u l ambjent li għex fih, ġieli anke kif kien it temp dakinhar u xi rwejjaħ seta’ kien hemm. L espressjoni fuq l uċuħ tar ritratti tfakkar lill individwu kif kien qed iħossu dakinhar u forsi wkoll minn xiex kien għaddej f’dak il perjodu li ttieħed. Lilna li forsi ma għexniex dak iż żmien, iqanqlilna l kurżità biex b’forsi daqsxejn immaġinazzjoni nippruvaw inpoġġu lilna nfusna f’dak il perjodu u nistaqsu kif konna nkunu aħna kieku għexna dak iż żmien. Drabi oħra meta naraw ritratt antik nippruvaw naqtgħu fejn huwa l post li ttieħed, jekk ikun barra fit triq u nistaqsu x’hemm illum. Ritratt jurina mhux biss il mod ta’ kif kienu jżommu xagħarhom l irġiel u n nisa, imma anki l ilbies ta’ dak iż żmien li jgħinna nidentifikaw f’liema stat ta’ ħajja kien jgħix l individwu u mil liema klassi soċjali kien ġej.
X’kienet l-isbaħ fażi jew l-iktar aspett li għoġbok f’rabta ma’ dan il-proġett?
Kif ktibt diġà, dan il proġett qatt ma seta’ jseħħ kieku mhux għaż żamma tar rekordings tal programmi ‘Tifkiriet’. Kif tennejt lill President ta’ Malta Dr George Vella meta kelli laqgħa miegħu u ppreżentajtlu dan il ktieb, l idea tal ktieb ġiet wara li l materjal kien lest u mhux vice versa, li inti tibda bil ħsieb li se tagħmel sensiela ta’ intervisti u mbagħad tagħmel it traskrizzjoni tagħhom. Qatt ma għaddieli minn moħħi li xi darba dawn l intervisti u programmi jkunu ppubblikati. L isbaħ fażi ta’ dan il proġett kienet meta żort in nies biex nintervistahom: tiltaqa’ ma’ nies ġodda u tara l espressjoni f’għajnejhom ta’ ċerta kburija b’dak li wettqu; iltqajt ukoll ma’ individwi li tara fihom l umiltà, u anki l mod ta’ kif jirrakkontaw b’mod ġenwin għall aħħar. Dawn il protagonisti għandhom xi ħaġa komuni bejniethom, li kollha għexu fis sempliċità u qagħdu għall isfidi li ppreżentatilhom il ħajja, kienu kuntenti xorta anki jekk ma kellhomx il ġid u l kumditatijiet li għandna llum.
Hemm ħsieb li tkompli taħdem fuq xi volum ieħor ta’ dan it tip?
Iva, hemm il ħsieb li nkomplu b’temi oħra popolari mill ħajja soċjali tagħna, kif ukoll bi traskrizzjoni ta’ diversi intervisti ta’ nies oħra li ħadu sehem fil programmi ‘Tifkiriet’.
Il materjal li għandi jista’ jwassal li anki ’l quddiem isiru volumi oħra bl istess format; dan jiddependi wkoll mill interess li juru l pubblikaturi lokali.
Sadanittant qed naħdem fuq il pubblikazzjoni illi jmiss bl isem Tifkiriet tal Gwerra, imsejsa fuq xhieda ta’ Maltin li kienu tfal jew addolexxenti matul it Tieni Gwerra bejn l 1940 u l 1943 f’Malta.
![](https://assets.isu.pub/document-structure/221130170221-b0b27ccac398193fc95627bbe5dda210/v1/2f8f08096177f6a502421a0d1837c623.jpeg)
Min hu Gordon Caruana fil ħajja ta’ kuljum?
Miżżewweġ lil Maria u għandna tifel, Juan Lorenzo, li għandu sbatax il sena. Jien dejjem ħdimt fil midja u għall grazzja t’Alla kelli diversi opportunitajiet li naħdem f’diversi setturi ta’ dan il qasam ma’ diversi stazzjonijiet lokali. Dan il qasam laqqagħni ma’ varjetà ta’ personalitajiet Maltin u barranin li tgħallimt ħafna mill esperjenzi tagħhom. Illum impjegat mal Public Broadcasting Services bħala Uffiċċjal tat Trasmissjoni ta’ TVM U TVMNews+. Nippreżenta l programm ‘Tifkiriet’ nhar ta’ Ħadd fid 9.30am fuq Radju Malta. Għandi għal qalbi dak kollu li hu Malti, fosthom l istorja, il kotba u r riċerka. Fil ħin liberu tiegħi nsegwi ħafna r radju u t televiżjoni, nara wkoll logħob tal futbol. Inżomm ruħi aġġornat il ħin kollu ma’ dak li jkun qed jiġri lokalment u anki barra. Dan l aħħar bdejt nagħmel xogħol volontarju marbut mal parroċċa fejn ngħix, Ħaż Żabbar. Bħalissa qed inkompli nżur l anzjani fi djarhom u nżid mall kollezzjoni ta’ intervisti li diġà għandi. Dejjem lest għall opportunitajiet ġodda. Bħala messaġġ finali ngħid lill istudenti u dawk li se jidħlu għal xi sfida ġdida f’ħajjithom, li qatt ma hu tard u tħallu lil ħadd jaqtgħalkom qalbkom, għax b’rieda tajba u b’determinazzjoni taslu biex tilħqu it tragward.
![](https://assets.isu.pub/document-structure/221130170221-b0b27ccac398193fc95627bbe5dda210/v1/c40925ba19ad2315abc4079b2b211148.jpeg)
X’imkien fil ktieb hemm miktub hekk: “Write as much as you want – don’t even dream of making a living.” Dan japplika għas-suq Malti, imma mhux għal dak lil hinn minn xtutna? X’taħseb dwar dan?
Hekk hu. Jien qatt ma ktibt għall but. Li kieku qatt ma ktibt xejn. Għalkemm, biex ngħidu kollox, meta kont student tal Mediċina kont nikteb ir radjudrammi għar Rediffusion u dil kumpanija kienet tħallas 21 guineas għal kull play ma kinux ċiċri għal student. Però b’din is sentenza jien kont qed nesprimi l abbandun tal kitba bla xkiel, bla ebda pretensjonijiet u bla ebda finijiet ħlief li wieħed jesprimi ruħu kif jixtieq fil qasam li qed jikteb fuqu. Il kitba għall pjaċir tal kitba. Naturalment, jekk wieħed qed jikteb għall pubbliku li jgħid irid jagħmel sens u wkoll jagħti pjaċir jiġifieri b’xi mod wieħed irid ukoll jikteb bi stil li jiġbed u mhux idejjaq.
Inti mhux l ewwel tabib li tikteb ukoll il letteratura. Ta’ min isemmi lil Rużar Briffa u Ġużè Bonnici bħala tobba oħra li kitbu l-poeżija u l-proża. Dan jorbot b’xi mod ma’ kliem il-prostituta lit-tabib firrakkont ‘From the diary of a provincial Madame’: “Pity you’re not a writer. You would make a fortune out of this stuff!” X’jorbot ix-xogħol ta’ tabib mal-qasam tal-letteratura?
Jiena naħseb li hija ruħ sensittiva li fix xogħol ta’ fejqan tbati weġgħa wara weġgħa u mbagħad tisbroffa karbietha fuq il karta. Tabib sensittiv u li għandu s sengħa tal kitba bħala mezz kif jistrieħ isib li din isservi bħala katarsi, tindif u serħan ir ruħ. Dak li jdewwi u jisma’ l krib u l uġigħ ta’ ħutu l bnedmin jum wara jum jitgħabba mhux bir risponsabbiltà tal fejqan imma wkoll, irid jew ma jridx, iġorr miegħu bla ma jidhru, ħafna mis slaleb ta’ dawk li jafdawh b’saħħithom. Mhux kull tabib huwa sensittiv u mhux kull tabib sensittiv jistrieħ fil kitba... hawn minn kollox. Imma jekk taqra lil Rużar Briffa tħoss qalb mgħobbija b’ċerta diqa ta’ bniedem li jħoss mhux biss il polz tal marid imma dak kollu li hemm ġewwa fih.
Liema minn dawn huwa l-iktar importanti għalik: it-tabib, il-ħassieb jew il-kittieb? Għaliex? Xi jfissru t-tlieta għalik?
Ngħid għalija hija għaġna waħda. Il kolonna kbira ta’ ħajti hija dik marbuta ma’ xogħli bħala tabib. Imma mwaħħda sew magħha hemm il ħassieb u meta jkun waqtu, il kittieb. Dak li ħabbatt wiċċi miegħu bħala kittieb ikkontribwixxa bosta għal ħsibijieti. Dan kien u għadu. Ukoll il lum li r rwol tiegħi ta’ professur huwa akbar minn xogħli ta’ tabib minn mindu spiċċajt minn Mater Dei. Għadni naħdem privat imma llum iżjed qed nikkonċentra fuq it tagħlim u kitbiet akkademiċi. Imma meta ngħallem, sija Malta u kif ukoll barra mill pajjiż, il materjal kliniku kontinwament f’moħħi nġabar matul ħajti kollha.
Il bidu ta’ din il kobba li saqsejtni fuqha kienet il Mediċina, imma jien kont ħassieb u kittieb snin qabel sirt tabib. Il karriera tal fejqan tagħtik orizzonti ġodda fejn il kitba tista’ timraħ u daqqa iġġiblek tbissima u drabi oħra tqabbiżlek demgħa.
Xi jfisser it Twemmin f’Alla għalik? Inti tikteb “I believe it is extremely dangerous to try to tap into invisible forces.” Dan japplika wkoll għal żviluppi fix-xjenza bħall-IVF u l-industrija tal-embrijuni? Xi tgħid dwar dan?
It twemmin f’Alla huwa l pern li miegħu ddur ħajti. Nagħmluha ċara, la jien qaddis u lanqas m’jien xi paragon tal pefezzjoni! Lanqas b’ħolma. Imma jien ma ngħixx mingħajr dan Alla Judeo Kristjan, speċifikament il Missier, l Iben u l Ispirtu s Santu. Qed inkun speċifiku u preċiż għax illum l allat jinbtu
qishom ħaxix ħażin kull fejn tħares! Jiena Kattoliku prattikanti, ukoll jekk jien dgħajjef u m’iniex pefett, għalkemm nipprova kuljum u b’sinċerità. Darba waqt qrara qassis twajjeb li issa miet qalli xi ħaġa li baqgħet tidwi f’moħħi. “Int ’l Alla tieħdu bis serjetà!” Daħlet f’qalbi u sammarni. Minnu! ’L Alla l imbierek nieħdu bis serjetà. Kif nista’ ma niħdux bis serjetà?
![](https://assets.isu.pub/document-structure/221130170221-b0b27ccac398193fc95627bbe5dda210/v1/e7b6c8f9d4848b401b09984b01356ce5.jpeg)
![](https://assets.isu.pub/document-structure/221130170221-b0b27ccac398193fc95627bbe5dda210/v1/2f8f08096177f6a502421a0d1837c623.jpeg)
Ir referenza tiegħi għall periklu ta’ “tapping into invisible forces” tirreferi għall prattika ta’ xi forma ta’ okkultiżmu. Dan jinkludi ħwejjeġ bħall ouija board li tista’ tiftaħ bibien li ma jingħalqux malajr. M’iniex sa nidħol fil fond hawn għax dan suġġett li għandi interesss reliġjo akkademiku qawwi fih.
Le, lanqas b’ħolma ma kelli f’moħħi l IVF. Però, kull progress jista’ jkollu effett regressiv fuq diversi aspetti tal individwu u tas soċjetà. Il moralità u l etika tal IVF għalija hija sagra u l kattoliċiżmu tiegħi ma jiqafx ħdejn il bieb tal laboratorju. Huwa parti integra minni kwlaunkwe kappell inkun liebes.
Kif jiltaqgħu flimkien ir razzjonali, il loġika u l mediċina fuq naħa, u l fittizzju immaġinarju tal letteratura fuq l-oħra? Din dimensjoni speċjali?
Naħseb aktar minn dimensjoni speċjali hija attitudni speċjali u li forsi tinsab f’bnedmin partikolari, iżjed
minn speċjali. Is setgħa u s seħer tal kitba jgħollu ’l fuq u jiksu kull dinja li jien u nies bħali ngħixu fiha. Ir razzjonaliżmu u x xjenza loġika li wieħed irid jirrispetta fil fejqan trid tkun imsejsa fuq umanità soda li tgħaqqad ħafna elementi f’min ifejjaq jekk irid ifejjaq b’mod ħolistiku. L ispirtu, ix xjenza u l ġisem kollha huma rifless tal ispirtu li hemm f’kull wieħed u waħda minna u li jista’ jeleva għad divin kollox, speċjalment il fejqan. Dan japplika għal ċerti xjentisti u tobba iżjed minn oħrajn. Ma jfissirx li min m’għandux il viżjoni huwa anqas kapaċi minn wieħed li għandu. Hija kwistjoni ta’ x’nuċċali tilbes! Imma huwa dan l ispirtu li fil każ tiegħi jmexxini biex infejjaq u f’ħin ieħor jgħini ntir fuq ġwinħaj l immaġinazzjoni u nikteb. Huwa wkoll tip ta’ katarsi mezz kif insib serħan mit taħbit, mill weġgħat, mill krib u l mewt li jien bħala tabib, inħabbat wiċċi magħhom kuljum.
Interessanti l-frażi “ethereal resonance of the spirits” (p. 30). Jista’ jeżisti “friendship of spirit” bejn il qarrej u personaġġ letterarju partikolari?
Iva. U mhux biss bejn il kittieb u l qarrej imma f’kull sitwazzjoni umana. Iżjed ma nikber iżjed nosserva din il ħaġa. Kulltant ninnutaha anki minn semplċi kitbiet ta’ facebook friends. Kelma, espressjoni li tolqtok, forsi għax hija verità universali, imma xi drabi għax tirrifletti “friendship of spirit”.
F’paġna 36 hemm bħal definizzjoni tal awtur stess, x’jagħmlu bħala bniedem partikolari: “You have one foot in your world and one foot in the world of ether.” Xi tgħid dwar dan?
Bħal meta wieħed jixrob u jiġri li “in vino veritas”! Hekk tista’ tkun il kitba. Din l espressjoni fil fatt ngħidha jien fuqi nnifsi. Inħoss li għandi għajn waħda fuq id dinja li nara u għajn oħra ffukata fuq l effetti ta’ għemilna li ma jidhirx. Mhux faċli nesprimiha, imma hija il verità.
Innutajt li kelma li tirrikorri spiss f’għadd ta’ rakkonti hija “hell”. Hemm xi raġuni partikolari għal dan?
![](https://assets.isu.pub/document-structure/221130170221-b0b27ccac398193fc95627bbe5dda210/v1/2f8f08096177f6a502421a0d1837c623.jpeg)
Ma kinetx deċiżjoni konxja. Fil fatt huwa inti li qed tiġbidli l attenzjoni għaliha. Però, jekk naħseb ftit nasal għall konklużjoni li hemm raġuni subkonxja. Lili jdejjaqni ħafna l fatt li l bniedem modern mhux talli ma jemminx f’ħajja oħra, talli jgħid li ma jemminx f’hekk u jiżżufjetta b’min jemmen. Idejjaqni wkoll l
estrem l ieħor li jgħid li Alla huwa ħanin u jaħfer kollox u dejjem u għalhekk il bniedem mhux se jbati wara l ħajja. Jista’ jkun li din ir referenza ta’ ‘hell’ għandha oriġini subkonxji fija minħabba dan l aspett. U għalkemm ma saqsejtnix, ngħidlek li jien nemmen fl infern. Alla ma jridx imħabba sfurzata. Mhux sa jiggrafna lil min ċaħdU għomru u bilfors jieħdu l ġenna miegħU! Tmur fejn kont miġbud għomrok kollu. Alla huwa ħniena perfetta u ġustizzja perfetta. L akbar rigal li tagħna kienet il libertà. Luċifru uża l libertà ħażin u lill Ħallieq tiegħu qallu “non serviam”. F’dak il mument ix xitan ħalaq l infern għalih u min jaħsibha bħalu.
F’rabta mar rakkont ‘Ambassador to Bonga Bonga Island’, temmen li fil politika hemm ġustizzja?
Fil politka hemm minn kollox li hemm fil ħajja. Hemm ukoll il ġustizzja. Għaliex le? Però, il logħba hija dik li bl Ingliż ngħidu “for high stakes”. U ħafna drabi dan iwassal għal għemejjel ta’ egoiżmu fuq skala ikbar minn dawk li jkollhom okkażjoni jagħmlu nies ordinarji. U fuq kollox il ħażin jidher aktar. Bħala ambaxxatur rajt ħwejjeġ ta’ għemil mill iżjed altruwistiku li baqa’ għal dejjem mistur. Mill banda l oħra il ħażen tal politikant sa ssibu kuljum fil gazzetta. Però, inġenerali m’iniex sa naħbi l impressjoni tiegħi li l politika ta’ spiss tispiċċa tellieqa għall ħakma u l poter.
B’saħħtu hu r-rakkont ‘The Judas Reflections’. Hu riflessjoni dwar id Destin u jekk il bniedem jistax imur kontrieh. Xi jgħidu t tabib, u l kittieb, dwar dan?
Mistoqsija intelliġenti. Nista’ ngħidlek li l tabib u l kittieb jaqblu bla riservi. Ejja ma nidħlux fl argument tal eżistenza tal predestinazzjoni jew le. Però, il ġenetika turina li hawn min għandu tendenza għal ħaġa jew oħra li tista’, jekk mhux kontrollata, twassal għal ksur ta’ moralità, etika jew liġi. Espressjoni bl Ingliż li togħġobni hija, “We all have our devils to contend with.” F’‘The Judas Reflections’, jien għażilt mument fejn il kuxjenza tiegħu, forsi imnebbħa minn Alla, qiegħda tagħmel l aħħar assalt biex twaqqfu mill pass faħxi li kien sa jagħmel. Imma huwa kien determinat u għeleb kull argument. Għadda mill passjoni tiegħu, ġlieda qalila imma bħal kull bniedem li jiddeċiedi li sa jidneb, ried jagħmel dak li qaltlu rasu.
Mhux talli l kittieb u t tabib jaqblu imma anki l jien li jgħaqqadom jaqbel għax bħala bniedem jiena dnibt u kont naf li qed nonqos. U meta dnibt sogħob bija minn qalbi imma mbagħad ma sajtx indawwar l arloġġ!
Mhux l ewwel darba tissemma fil kitba tiegħek it “30 year gap” ’il bogħod minn Malta. X’inhi din eżattament?
![](https://assets.isu.pub/document-structure/221130170221-b0b27ccac398193fc95627bbe5dda210/v1/2f8f08096177f6a502421a0d1837c623.jpeg)
Riflessjoni vaga għall perjodu 1977 1985 meta kelli nitlaq min Malta biex insir tabib l Ingilterra u mbagħad bqajt nispeċjalizza fl Iskozja. Tlaqt mal mara minħabba l ġlieda mediko politika u għall ewwel kont mgħaddab li l ħwejjeġ ġraw kif ġraw. Lanqas ommi ma ratni nsir tabib wara li rabbietni u qatt ma naqasni xejn (missieri miet meta kont tifel). Kelli rabja għal kull min ippreċipita dak il ġlied mediko politiku u kont inħossni eżiljat minn pajjiżi biex inkompli l karriera tiegħi. Eventwalment issetiljana fi Glasgow u speċjalizzajt fi sptarijiet ta’ reputazzjoni internazzjonali.
F’rabta mar rakkont ‘The ooweeya island’, kemm temmen li hija b’saħħitha l-kelma?
Il kelma hija kollox. Il kelma ttella’ l ispirtu fl ogħla
sema jew tniżżel fl agħar infern, il kelma issebbaħ jew tkerrah, tqawwi jew iddgħajjef, tbierek jew tisħet, twieżen jew tmiegħek. Il kelma tfaħħar il Ħallieq u tgħannilu l isbaħ innijiet ta’ glorja. Jew tbiegħdu mill bniedem bi kliem skabruż, moqżieq u xellerat. Il kelma tista’ tiftaħ bibien misteru u ta’ min jaħrabom... “In the beginning was the Word, and the Word was with God, and the Word was God.” (John 1:1)
![](https://assets.isu.pub/document-structure/221130170221-b0b27ccac398193fc95627bbe5dda210/v1/a5e43172d2edc3a1fdc8259c513bb1ed.jpeg)
Cigar Smoke huma rakkonti bl Ingliż. Inti tikteb ukoll bil-Malti? Għandek iktar pubblikazzjonijiet tiegħek? Liema huma?
Għandi numru ta’ poeżiji u novelli imxerrdin f’gazzeti. Hemm ukoll il ktieb Fejn Imutu l Friefet.
Min hu George G. Buttigieg bħala bniedem u filħajja ta’ kuljum?
George Buttigieg huwa bniedem tal familja, missier u nannu. Irtirat minn Mater Dei, għadu jaħdem ta’ konsulent ġinekologu u ostetriku, suġġett li jgħallem ukoll bħala professur. Huwa wkoll visiting professor fl Università ta’ Ruma ‘Tor Vergata’ u ‘Plovdiv Medical University’ fil Bulgarija. It tagħlim mediku huwa għal qalbu immens u jippubblika artikli u kotba fis suġġett tiegħu regolarment. Huwa wkoll kavallier ta’ Malta fir rang ta’ Knight Grand Cross of Magistral Grace fl Ordni Sovrana u Militari ta’ San Ġwann (SMOM). Bħala membru tal Korp Diplomatiku Malti, kien Ambaxxatur ta’ Malta għall Vatikan bejn l 2013 u l 2016, u ilu Ambaxxatur ta’ Malta għall gvern tal Ordni ta’ San Ġwann f’Ruma sa mill 2005. Huwa kien u għadu membru ta’ bosta soċjetaijiet u organizzazzjonijiet oħrajn.
L iżjed li George Buttigieg ikun kuntent huwa meta jkun id dar mal familja, jilgħab mal pjanti fil ġnien, jikteb xi ktieb jew tal Mediċina, tal Istorja (medika jew kavallereska) jew fiction. Fuq kollox l aktar li jieħu gost huwa meta ma’ martu jew ma’ xi wieħed jew waħda min neputijiet iżur il kappella privata tiegħu fil ġnien ta’ daru. Dil kappella hija ddedikata lill Madonna tal Karmnu, imma ġġorr ukoll devozzjoni speċjali lejn il Madonna ta’ Filermo u lejn San Ġwann Battista, il patrun tal kavallieri tal Ordni ta’ Malta.
Irene Chias twieldet f’Erice fl 1973. Ippubblikat xi rakkonti li dehru fi Granta Italia u f’antoloġiji differenti u fl 2010 ir rumanz Sono ateo e ti amo F’Novembru tal 2016 ippubblikat ir rumanz Non cercare l'uomo capra (Laurana Editore). Il ktieb, li jittratta t temi tal migrazzjoni u tad diversità, għandu postfazzjoni mill pinna tal kittieb Senegaliż Pap Khouma bl isem ta’ “Le Afriche inconsce che ciascuno ha dentro”. Dejjem mad dar tal pubblikazzjoni Laurana, fl 2020 ippubblikat Fiore d'agave, fiore discimmia.
Esce chiaro il fatto che la protagonista narratrice vuole tramite i suoi metodi far ritornare lo spazio urbano in cui tutti vivono alle donne, combattere perciò l’idea che in tale spazio l’uomo è il cacciatore e la donna preda. Il metodo che adopera è quantomeno anticonvenzionale e in un certo senso mostra pure l’inferiorità fisica della donna. Le tue reazioni?
Oltre che allo spazio urbano, l'attenzione di Ignazia è rivolta a uno “spazio culturale” che vuole la donna vittima designata della violenza sessuale maschile. Sì, essendo fisicamente meno forte di un uomo, nella lotta una donna deve adoperarsi con metodi alternativi, da qui lo studio della protagonista sulle proprietà di ormoni e narcotici.
![](https://assets.isu.pub/document-structure/221130170221-b0b27ccac398193fc95627bbe5dda210/v1/faed877fb946760e7b7a44cd32080c95.jpeg)
A pagina 41 si legge: “Dover convincere fin da piccole con una minaccia, anche solo implicita, non è forse già subire una violenza? Non ho stupri personali da vendicare. O forse, alla fine, sì.” Lo stupro di una sola donna è lo stupro di tutte le donne. E questo deve essere capito soprattutto dagli uomini. È anche questo la ragione dietro la scrittura di questo romanzo? Si può dire che Esercizi di sevizia e seduzione sia un romanzo di vendetta o mira solo a far riflettere?
![](https://assets.isu.pub/document-structure/221130170221-b0b27ccac398193fc95627bbe5dda210/v1/2f8f08096177f6a502421a0d1837c623.jpeg)
È un romanzo che intende fare ordine negli stimoli che riceviamo ogni giorno da quando siamo nate, quegli stimoli che creano una sorta di gerarchia interna al genere umano ammantandola di una valenza naturale, ma che altro non sono che un sistema di dominio sulle donne. È un romanzo che, invertendo i generi, fa emergere con chiarezza i paradossi dell’inaccettabile potere maschile. La protagonista racconta a sé stessa di non voler esercitare una vendetta. Ogni tanto però la frustrazione personale prende piede.
A un certo punto nel romanzo il lettore si chiede, ma cosa ha a che fare il vegetarismo con le sevizie e la seduzione? Legami?
Allevare animali per mangiarli è una forma di abuso dato per scontato, concepito come “diritto”, come appunto lo sfruttamento della forza lavoro costituita dalle donne e lo sfruttamento del loro potere riproduttivo. Credo che il legame ci sia e che grazie alla diffusione di una nuova consapevolezza stia diventando sempre più chiaro.
Nel capitolo ‘Manifesto programmatico’ subentra lo stile giornalistico-riflessivo. Ci sono anche parti abbastanza umoristiche come nel capitolo che tratta di Sex and the city, seppure rivelando le perversioni di certi esseri umani. Questo è un romanzo che parla di cose serie - come la violenza sulle donne - e denuncia certi brutti modi di fare e di parlare da parte degli uomini. Eppure si ride tanto (vedi anche pagine 150, parte del capitolo ‘Beppe: esercizio letterario su ospitalità modello Antico Testamento’). Perché questa mescolanza tra serio e comico?
La violenza sulle donne è una questione seria, e lo è da sempre. Il sostrato culturale che lo giustifica e lo sostiene è al contempo tragico e ridicolo. A volte paradossale. L’effetto umoristico è inevitabile.
Subentra anche la parodia, come nel capitolo che tratta di Arancia meccanica di Burgess. È anche forte l’elemento onirico. Si può descrivere questo romanzo come un ipergenere?
Questo non lo so. Lo lascio decidere ai critici.
In realtà ci sono due voci narranti: Ignazia la narratrice principale e protagonista, e Michele il ginecologo che scrive nel suo ‘diario’ i suoi Appunti. Perché questo?
Perché le donne non sono migliori degli uomini “per natura”. Nel romanzo ci sono anche diverse donne che perpetuano la mentalità patriarcale e si identificano acriticamente nel ruolo per loro ritagliato dal sistema. Michele è un uomo che non nasconde le sue fragilità, che non ha bisogno di apparire forte a tutti i costi. Nei limiti della sua consapevolezza, cerca di fare male a nessuno. È l’uomo di cui proprio nel mezzo della sua “missione educativa” Ignazia si innamora. E questo meritava un approfondimento.
Da notare anche i numerosissimi riferimenti intertestuali, tra i quali Houellebecq, Maya Angelou, Marinetti, Coetzee, Saramago, e Pirandello. Non è solo uno sfoggio di cultura. Qual è la ragione dietro tutto questo?
Se parliamo di Cultura dello stupro, parliamo di un intero sistema culturale. Da qui i riferimenti a opere che ne hanno evidenziato alcuni aspetti, più o meno esplicitamente.
Mi è piaciuto anche il fatto che ci sono tanti riferimenti a giocattoli, cartoni animati, film, tutti legati agli anni ’80 e ’90. C’è come questo nesso tra l’essere ancora bambino/a e innocenti, e il diventare adulti/corrotti/cattivi per sopravvivere. Cosa ne pensi? Il romanzo è anche un viaggio indietro nel tempo?
Il romanzo ambientato a Milano all'inizio degli anni ’10 di questo secolo intercetta una generazione precisa e ripropone quindi un'esatta sezione degli stimoli culturali cui questa generazione è stata esposta e su cui si è formata. Occhi di gatto è la storia di tre donne che hanno in mano le redini della propria vita e per le quali la relazione romantica non è lo scopo ultimo. Una delle prime narrazioni popolari di questo tipo per una bambina italiana. No, non ho pensato all’innocenza infantile o alla
corruzione del diventare adulti.
Il tuo è anche un romanzo che rivela certi tratti ‘femminili’ negli uomini, tante volte nascosti dagli stessi uomini. C’è poi chi ha osservato che questo è un romanzo che aiuta gli uomini a capire meglio il mondo Donna. Sei d’accordo?
![](https://assets.isu.pub/document-structure/221130170221-b0b27ccac398193fc95627bbe5dda210/v1/c0564038d6f2277ceb2aae6dd7af9df1.jpeg)
Non credo che esista il “mondo Donna”, essendo le donne una moltitudine molto variegata, come lo sono gli uomini. Però è certo che il romanzo può aiutare un uomo, se non a vivere, almeno ad avere un assaggio dell’esperienza di una donna, del suo doversi sentire quasi costantemente sotto la minaccia implicita di una violenza sessuale.
È vero che in questo romanzo ci metti molto del tuo? Esempio come la pensi sul fare i propri figli o adottare. Quanto è vero questo?
Non ho un’opinione definitiva, e so che siamo evolutivamente programmati per riprodurci. Proprio per questo attribuisco un grande valore al gesto di adottare una bambina o un bambino già nati. Quello che conta è cercare di fare davvero il proprio meglio come genitori, senza dimenticare dove sta andando
![](https://assets.isu.pub/document-structure/221130170221-b0b27ccac398193fc95627bbe5dda210/v1/2f8f08096177f6a502421a0d1837c623.jpeg)
il mondo a causa dell’eccessiva popolazione umana.
La parte ‘Morte in culla’ tira fuori alla luce le paure di un padre quando pensa a tutto quello che potrebbe accadere ai propri figli. Alla fin fine si capisce che Esercizi di sevizia e seduzione parla di uomini e donne, e del bello e brutto che cova dentro ciascuno di noi. Le tue reazioni?
Michele è un personaggio nevrotico, che sa raccontare a sé stesso le sue paure. È attraverso di lui, soprattutto, che vengono fuori terrori e ossessioni ancestrali.
Com’è Irene Chias come persona e nella sua vita quotidiana? Come ha trovato Malta?
Sono venuta a vivere a Malta con entusiasmo. Amo il Sud, amo il mare. La sua storia e la sua architettura mi richiamano molto strettamente quelle della mia Sicilia. In questi pochi anni però ne ho visto le contraddizioni e anche i gravi problemi, come la totale mancanza di rispetto per l’ambiente e per la fauna selvatica. Per non parlare del regolare calpestamento dei diritti delle donne, problema comune a tanti altri Paesi. È come se Malta fosse un
territorio privilegiato per l'osservazione degli effetti nefasti dell'inseguimento del progresso economico a tutti i costi, essendo piccola e quindi più semplice da studiare e avendo registrato negli ultimi anni una delle crescite economiche più rapide nell'area euro.
![](https://assets.isu.pub/document-structure/221130170221-b0b27ccac398193fc95627bbe5dda210/v1/2f8f08096177f6a502421a0d1837c623.jpeg)
Altre tue opere, e progetti futuri?
Il mio romanzo Fiore d’agave, fiore di scimmia è in corso di traduzione in maltese. Per il resto, una mia novela Il Guercio dovrebbe essere pubblicata entro i primi mesi del 2023.
ŻEPPI TAL-PJAZZA
![](https://assets.isu.pub/document-structure/221130170221-b0b27ccac398193fc95627bbe5dda210/v1/791ebe755a3c7a8ac8eea841226fb59b.jpeg)
Miet Żeppi tal ħanut tal pjazza u miegħu ngħalqet l aħħar paġna ta’ tfuliti f’raħalti, qalb is sejjieħ mifqugħ bil gwerra, u s serkini jistrieħu mal ħajt.
Fejn ir riħa tal kafè timla l pjazza, u żiemel marbut mal ganċ tal ħanut jistenna l gadanza biex ipassi lejn l għorfa
L għasfur waqaf mill għana mindu miet sidu u lanqas qafas miftuħ ma jħajru jtir lejn il ħelsien.
Fejn ix xbihat immermra ta’ uċuħ fl inkwatri jfakkru fi żmien mgħoddi u lbieshom f’moda ta’ żmien ieħor. Fejn il bank tal pjazza żvojta mix xjuħ li kienu rrakkontaw ħajj.ithom
Fejn kienu wegħduni posthom fi xjuħiti Imma… miet Żeppi tal ħanut tal pjazza u miegħu ngħalqet l aħħar paġna ta’ tfuliti f’raħalti.
DISKORS ta’ Sergio Grech għat-tnedija tal-ktieb tiegħu GĦAMLULNA ĠIEĦ –WALTER ZAHRA li sar fil-knisja ta’ San Girgor, iż-Żejtun, nhar il-Ġimgħa 26 ta’ Awwissu 2022.
![](https://assets.isu.pub/document-structure/221130170221-b0b27ccac398193fc95627bbe5dda210/v1/4ffa20e96b68ec72572c96d0f967afe8.jpeg)
L għeruq tiegħi mhux biss huma Żwieten imma tista’ tgħid li jien għext ħatfa kbira minn ħajti madwar din il knisja ta’ San Girgor. Għal snin twal fiha tajt is servizz tiegħi ta’ abbati fejn kont anki mort il Vatikan, b’eżami, u tista’ tgħid li minn din il knisja xrobt l ewwel imħabba lejn l istorja u lejn ir riċerka u forsi anki bla ma naf anki lejn il kitba.
L ewwel nett sa minn kmieni tgħallimt jew għallmuni li kien hemm storja jew stejjer li jintrabtu ma’ din il knisja speċjalment minħabba dak il famuż passaġġ sigriet, safejn naf jien uniku, kif ukoll minħabba l proċessjoni votiva ta’ San Girgor li taħbat l Erbgħa ta’ wara l Għid il Kbir. Kien ta’ faxxinu għalina l abbatini li kultant żmien, speċjalment waqt xi festi u dak iż żmien kienet tinfetaħ il kamra ta’ biswit il passaġġ, konna nitilgħu nidħlu f’dak il passaġġ u mbagħad fi tmiemu konna nibqgħu mbellhin naraw dak l għadam stivat pulit pulit li kienu jgħidulna li
![](https://assets.isu.pub/document-structure/221130170221-b0b27ccac398193fc95627bbe5dda210/v1/1d07773e01a839284918f0e283de9033.jpeg)
aktarx kien ta’ nies li nqabdu ġewwa waqt xi attakk Mislem.
Konna nieħdu gost nittawlu mit twejqiet żgħar matul il passaġġ u naraw il baħar għalkemm ġieli ħoġor it tieqa kien jispiċċa refuġju għall għasafar u l viżjoni kienet titgħatta bil bejtiet li hemm fuq ħadd ma kien se jmisshom. Aktarx ridna nitilgħu fuq ponot subgħajna ta’ tfal li kollna biex naraw l orizzont. Maż żmien, il bini għatta dak li ħallew l għasafar jidher.
Maż żmien, għallmuni nosserva li l knisja ta’ San Girgor ma kinitx pereżempju bħall knisja parrokkjali. Is saqaf kien uniku. Is saqaf ma kienx impitter. Ma kienx hemm id duttrina barokka hemm ġew. Ta’ tifel, kienu jaffaxxinawni l oqbra fil knisja u għadni niftakar l ispjega li kien hemm żmien meta d dfin flok fiċ ċimiterji kien isir fil knejjes. Il forma tal knisja, speċjalment il parti ta’ wara, aħna u neżlin ir Ramla, kont nimmaġinaha xi fortizza.
Xieraq inżid li z zija tiegħi Rose għal ħafna snin kienet sagristana tal knisja u għalija, għalkemm qatt ma tatni kunfidenzi żejda, San Girgor kien it tieni dar. Inzerta li z zija kienet tħobb taqra u xi ftit tagħrif, forsi anki mħawwar jew kif kienet tifhmu hi, ma kienx jonqos. Mingħandha xrobt ħafna lessiku marbut mal knisja.
Biss biss, il knisja kienet tidher mit tieqa tal kamra tas sodda tiegħi u f’kull Novembru kont nara parti mill oqbra fiċ ċimiterju bix xemgħat jixegħlu u jiġġieldu mal elementi biex ma jintfewx. Niftakar meta Dur Remiġ, ma nafx għalfejn kont nisma’ lil kulħadd juża Dur u mhux Dun, daħħal l ewwel darba l bankijiet fil knisja. Qabilhom kien hemm is siġġijiet tal ħadid. Il via sagra preżenti taf lilu għalkemm naħseb li kien hemm ukoll l impronta ta’ Dun Ġino Gauci. Il ġenituri tiegħu kienu jkunu hawn fl istess knisja fejn anki Dun Ġino kien iqaddes.
Ma’ Dun Remiġ, ġieli morna l kappella tad Dawl u ta’ Sant’Antnin fejn kien anki jqaddes. Iċ ċwievet tal kappella ta’ Sant’Antnin kienu jkunu għand Ta’ Flusu. Bħalissa film sħiħ għaddej minn moħħi... Niftakar lil Dun Anton Abela, li ta’ tfal li konna konna nsibuh tar rota, jieħu t tmexxija u Dun Remiġ jitla’ Tal Ħniena. Niftakar li fi tmiem il ġimgħa, kien jiġi jqaddes Monsinjur Anton Pace, l eks kappillan tal Imsida. Niftakar lill Arċisqof Gerada jqaddes fil festi
li kienu jsiru f’dil knisja għal Santa Katerina bl orkestra b’kollox. Lill Monsinjur Pantaleone Orland qsajjar qsajjar jintona l antifona lill qaddisa Lixandrina. Niftakar li kien sar film ta’ Kristofru Kolombu f’Malta u kienet intużat il parti ta’ wara tal korsija tal knisja li ninsabu fiha. Il film kien tal 1992 b’direzzjoni ta’ John Glen: ‘Christopher Columbus: The Discovery’.
Imma kien hemm żewġ fatturi oħra li naħseb li kienu ewlenin għalija u li wassluni għal lejla. Il preżenza tal Kanonku Joe Abela li kien jiġi jqaddes hawn u li kien dejjem għaddej jirriċerka u kien ukoll għalliem tiegħi fis Seminarju Minuri tal Istorja. Kienu żminijiet meta Dun Joey, kif ħafna kienu jsejħulu b’mod affettiv, kien fost l oħrajn jikteb, jirriċerka u jippubblika dwar il knisja parrokkjali taż Żejtun, fosthom il ktieb 300 Sena Ilu: Tifkira tat Tqegħid tal Ewwel Ġebla tal Knisja Parrokkjali taż Żejtun, 1692 1992.
It tieni fattur kien il mensola tal kotba li kien hawn f’din il knisja. Ħdejha niftakar lis Sister Skolastika ddoqq is sinteżiser. Fil weekends ziti kienet toħroġ il kotba għall bejgħ. Fil maġġoranza kienu jkunu kotba spirtwali aktarx tal Klabb Qari Nisrani. Imma ma’ dawk it titli kien hemm ukoll xogħlijiet ta’ Walter Zahra, fosthom dawk li hu kiteb dwar din il knisja. Jiġi f’moħħi The old Church of St Gregory at Zejtun pereżempju. Għax dal post għal Walter kif tafu u kif joħroġ minn din il bijografija li qed nippreżentaw il lejla kien ta’ seħer anki jekk mhux bilfors illum naqblu mat teoriji tiegħu fuq dil knisja. Ħa nirrakkonta fatt qasir li kien jinvolvi ktieb ta’ Walter. Is sena hija bejn wieħed u ieħor l 1989. Is Seminarju Minuri kellna dawk li llum tant qed nisħqu fuqhom fl iskejjel primarji: il class libraries. Ħafna drabi kienu jkun kotba maltrattati u qodma u wisq probabbli kienu jkunu xi donazzjoni flok jintremew. Kien hemm diversi titli klassiċi. Fost dawn il kotba kien hemm traduzzjoni li Walter kien għamel tal ktieb minn awtur Ingliż, Kont Playboy. Dan kien ktieb tal Klabb Qari Nisrani li inċidentalment Walter kien involut fih. Meta skoprejnieh dan il ktieb kien qam ċertu fervur fil klassi tagħna għalkemm ma kellu x’jaqsam xejn ma’ dak li konna qed nimmaġinaw li hu. Fil fatt din kienet storja ta’ konverżjoni ta’ xi ħadd li kien qabad it triq l imgħawġa imma li skopra l Kristjaneżmu. Tant kien esaġerat il fervur li l ktieb kien insteraq u l aħħar wieħed li kien jidher li ħadu kien Sergio Grech. Għax konna nirreġistraw il kotba
fuq pitazz. Niftakarni ninkwieta li kont se nidħol f’biċċa nkwiet nobis. Kont ġa qed nimmaġina li ridt immur għand ommi ngħidilha li qed jakkużawni li wettaqt serqa. Imma naħseb tant il kotba f’din il vetrina kienu mdamdmin li aktarx min ħadu kien għamel pjaċir lill iskola!
Lil Walter darba biss kellimtu. Niftakar konna fil workphase tal ewwel sena tal università fis sajf u kont qed ngħin lil Dr Damian Spiteri fit teżi tiegħu tad dottorat. L ewwel kapitlu ta’ Damian kellu jkun il kuntest, l istorja tal post fejn se jaħdem ir riċerka tiegħu. Dan ridna ktieb fuq iż Żejtun. L aħjar sors kien il ktieb ta’ Walter Storja taż Żejtun u l Inħawi Tiegħu. Il ktieb ma kellix u kont mort inkellem lil Walter fid dar tal pjazza. Dakinhar Walter kien silifni l ktieb tiegħu. Qed ngħid kien silifni għax dak kien suppost il ftehim li kif neħles mill ktieb nerġa’ nirritornah. Is self telf jgħidu imma nammetti kont ġa ddeċidejt li nżommu għalija konfortat mill fatt li hu kien qalli waħdiet fadalli minnu l ktieb. Jiġifieri tal inqas kopja kellu żgur.
Maż żmien dejjem tkebbset ix xewqa li dar raġel ikun rikonoxxut u rispettat għall ħidma li għamel mhux biss għaż Żejtun imma wkoll fuq livell nazzjonali. Imma l istoriċi għandhom ħabta jagħżlu s suġġetti tagħhom.
![](https://assets.isu.pub/document-structure/221130170221-b0b27ccac398193fc95627bbe5dda210/v1/bb2c06a3bcd0da62ae2c08e48a079eac.jpeg)
Niftakar id diżappunt meta fi żmien is Surmast Mifsud konna bħala staff tal iskola primarja B għamilna proposta biex l iskola tissemma’ għal Walter Zahra. Ma kienx jiddependi kollox mis Sur Mifsud biex inkun ċar u ġust mal istorja, imma dik il ħabta kien diġà beda moviment li l iskejjel jidħlu
![](https://assets.isu.pub/document-structure/221130170221-b0b27ccac398193fc95627bbe5dda210/v1/1d07773e01a839284918f0e283de9033.jpeg)
taħt umbrelel differenti msejħin kulleġġi li ssemmew għall qaddisin, għalhekk il proposta kienet waqgħet. Niftakar li s Sur Mifsud, illum mimli bil għomor, kien inkwieta li speċi se tqum xi rewwixta kontrieh imma jien serraħtlu moħħu li ma kienx il każ.
Grazzi għall ħbiberija li bnejt ma’ Trevor, u anki ma’ Rene, kont nisma’ diversi rakkonti dwar Walter u familtu, dwar il pittur Caruana u Walter, dwar Pellegrini u Walter, u bla ma trid baqgħet titkebbes fija dik il ħolma li xi darba nesprimiha fi ktieb.
Sadanittant ġraw diversi stejjer, fosthom il pandemija u dik tatni żvog biex dak li kont ilni nipposponi nidħol għalih. Ovvjament, il pandemija għalqitna ġewwa u magħha ċerti servizzi imma kont ilħaqt ġmajt ħafna materjal u kelli biex nitlaq nimxi. Sadanittant kont sibt l appoġġ ta’ Wirt iż Żejtun li letteralment fi ftit jiem qalu iva għall proposta. Id dejn ma’ nies bħall Perit Ruben Abela u sħabu huwa kbir għax issa l ktieb hu tagħkom.
Irrid inżid li ma sibt l ebda ndħil la mill familja u lanqas minn Abela jew Wirt iż Żejtun. Kien hemm passaġġi li Ruben u jien iddiskutejna fid dettall u sibna wkoll xi xrar ġodda li forsi ’l quddiem niżviluppawhom ukoll. Biss biss ridna nistabilixxu sehem Walter eżatt fl ewwel Wirt iż Żejtun li ma kellha x’taqsam xejn ma’ din tal lum.
Għedt kollox dwar Walter? Dubjuż.
Imma ppruvajt nagħti stampa ta’ dar raġel li ħabb lil artu u ma qagħadx jinħela fit tgergir. Imwieżen mill konvinzjonijiet reliġjużi tiegħu, Walter qatta’ perjodu jimmilita fil politika. Kien ambjentalist u ħadem f’Din l Art Ħelwa. Kien tredjunojista u tqabad kontra l isfruttament tal ħaddiema dejjem immexxi minn skemi bħar Rerum Novarum. Ħabb il pinna u kiteb ħafna li baqa’ ħafna minnu mhux stampat. Għaraf l importanza tal kultura popolari u kien attiv fiż Żejtun Band. Kien hemm żmien meta kien jarma karru għall Karnival. Ħadem biex iż Żejtun ikollu storja u japprezza l għeruq.
Nittama li b’din il bijografija Walter ħafirli tal ktieb li qatt ma tajtu lura. Grazzi.
![](https://assets.isu.pub/document-structure/221130170221-b0b27ccac398193fc95627bbe5dda210/v1/1d07773e01a839284918f0e283de9033.jpeg)
![](https://assets.isu.pub/document-structure/221130170221-b0b27ccac398193fc95627bbe5dda210/v1/7fa51ccca4fd03455949242f94f7a837.jpeg)
Din hija ġabra ġdida ta’ novelli (16 il waħda f’192 paġna) ta’ dan l awtur misjur li ilu jippubblika ġabriet ta’ poeżiji, novelli u rumanzi għal iktar minn 50 sena. F’Fuq il Palk tal Ħajja naqraw dwar esperjenzi umani mill ħajja ta’ kuljum u li spiss iseħħu fis skiet u fis satra. Hekk f’‘Id dar tal faċċata’ l azzjoni sseħħ f’raħal fejn għażeb jgħix ma’ ommu armla, u tfajla tgħix waħedha faċċata; Massa jikxef ċerti veritajiet li ma jingħadux lanqas bejn il ħbieb, flimkien mal ħolm u t tqanqil ta’ min ikun waħdu. Din hija novella fejn naqraw dwar il ħarsa klassika tar raġel li tifli minn post sigriet lill mara u lil ġisimha.
‘Għoqda f’ħabel il ħajja’ hi dwar il ġlieda bejn l ispirtu u l materjali, ir razzjonali u l emozzjonali, l isfidi li l miżżewġin jiltaqgħu magħhom matul il vjaġġ
tagħhom flimkien. Hemm il mewt li taħsad bla ebda avviż u, anki hawn, ċerti sigrieti li jibqgħu moħbijin.
Ir rakkont ‘33’ hu dwar in numri, u dwar jekk hux ta’ min nagħtu importanza lit tifsir tagħhom jew le. ‘Provenz’ hu dwar il ħajja: studju, namur, żwieġ, tfal, xjuħija, solitudni, u mard. Massa jinserixxi anki d djalogu bit Taljan. Il ferħ jinbidel f’niket, id dawl fid dlam, u mistoqsija li jistaqsi n narratur hija: “X’tiswa l imħabba bejn il maħbubin meta llum jew għada tisfuma fix xejn?” (p. 55) Massa jinsisti fuq it tbatija u l weġgħa, fejn l unika li tista’ ssabbar xi ftit lill bniedem hija l fidi. ‘Qattus iswed’ ukoll hu dwar imħabba, familja, twelid u trobbija, imma anki dwar il biża’ li jnisslu fl individwu ċerti sitwazzjonijiet. Is ‘Sapuna taċ ċavetta’ tat titlu tar rakkont tingħata bħala rigal u simbolu biex min jirċeviha jinħasel ladarba bir reputazzjoni tiegħu ħammeġ lilu nnifsu u lil ħaddieħor.
Waħda mit temi li taħkem il kitbiet ta’ Massa hi dik soċjali. ‘Silwett ta’ xjuħija’ tistieden lill qarrej jirrifletti dwar is sitwazzjoni li bosta xjuħ jinsabu fiha: solitudni fuq kollox, faqar, meta saħansitra dak li jkun ma jiġix maltrattat u mgħajjar mit tfal li ma jafux aħjar. Jidħol hawn l element tar realiżmu maġiku, imma t tmiem mhux wieħed hieni. ‘Kalzetta mqattgħa’ tmiss it tema tal abbuż fuq il minorenni. ‘Frotta qarsa’ tibda bl ekwazzjoni ħajja sempliċi hi ugwali għal imħabba u familja magħquda. Imma Massa jfakkarna spiss li l purgatorju u l infern issibhom anki f’din id dinja, u jieħdu l forma ta’ aċċidenti varji, mewt, il vizzju tax xorb u vjolenza domestika. ‘Qasma bejn l aħwa’ hija anki dwar l estremitajiet li jgħixu fihom ċerti pajjiżi, fejn fuq naħa hemm is sinjuruni, u fuq l oħra faqar kbir. Massa hawn jistieden biex nirriflettu dwar x’inhu dmir il politiċi u x’inhuma jagħmlu fir realtà. Mela din hija wkoll kitba kontra l egoiżmu u r regħba għall flus f’min b’xi mod hu marbut mal poter. Massa jislet mix xenarju tal ħrafa jew tal ħolma, anki biex nirriflettu dwar it tajjeb li mdorrijin ngħixu fih bla ma napprezzawh.
Hemm rakkonti fejn Massa jħalli t tmiem miftuħ (‘Qattus iswed’, ‘Qaddej fidil’, ‘Il mitra tat tiġieġa’); f’oħrajn it tmiem hu kemxejn enigmatiku, fejn il kittieb donnu jesperimenta u jisfida lill qarrej imdorri jaqra narrattiva leġġera jirreaġixxi u jitħarrek xi ftit (‘Frotta qarsa’). Drabi oħra r rakkont jieħu l għamla ta’ aneddotu u jinkludi fih anki post għal
tbissima (‘Ħabib il mewt’). Hemm imbagħad ‘In niċċa fuq il kanal’ li hu rakkont ambjentat f’Venezja tas seklu 17 u li għandu mill istil gotiku ladarba jaħkmu fih il lejl, id dlam, il biża’ u d delitt. Din hi kitba li Massa jibbaża fuq ir rumanz Un lume sul rio ta’ Rufillo Uguccioni tal 1949.
Teknika narrattiva oħra għal qalb Massa hija dik li ma jħabbarx kollox f’daqqa, imma anki fil qosor tan novella joħloq ċerta kurżità fil qarrej. Hekk hi ‘Il bejta’, fejn naqraw dwar negozjant, il vizzju tax xorb, it tradiment, l uġigħ fil familja, il firda u d disprament. Però din id darba Massa jagħtina rakkont bi tmiem hieni ladarba jaħkmu valuri pożittivi bħall maħfra, il pentiment, l imħabba u r rikonċiljazzjoni. Anki ‘Warda b’zokk miksur’ hi dwar familja, imma s sitwazzjoni tinqaleb ta’ taħt fuq u jaħkmu aspetti negattivi. Hemm drabi fejn Massa jinkludi direttament il kumment personali tiegħu u bħala narratur extradijeġetiku jindirizza lill qarrej (‘Warda b’zokk miksur’).
Is sabiħ ta’ dawn in novelli hu li taqra waħda kuljum, jew tnejn, b’pawsa bejniethom. Huma għal dawk li ma jħobbux jaqraw fit tul u li jippreferu jaqraw storja sħiħa fi ftit minuti bla ma joqogħdu jgħabbu wisq lil moħħhom. Imma dan ma jfissirx li l kitba ta’ Massa ma tistedinx għar riflessjoni dwar ħwejjeġ differenti, bħal lealtà (‘Qaddej fidil’), il familja u l futur tal ulied (‘Il mitra tat tiġieġa’), il mewt u d drawwiet tal imgħoddi marbutin magħha (‘Ħabib il mewt’).
Massa f’Fuq il Palk tal Ħajja jikteb mill perspettiva ta’ bniedem matur fiż żmien illum jgħodd iktar minn 80 sena u għalhekk imġarrab sewwa, kemm bħala bniedem kif ukoll bħala kittieb. Kif jaf il qarrej familjari mal kitba narrattiva ta’ Massa, anki hawn il mixja tal istaġuni bħal takkumpanja tiġrib il bniedem. Apparti hekk, il kelma ‘destin’ tirritorna, bħal fil parti l kbira tax xogħlijiet ta’ Massa. Huwa wieħed mill ftit kittieba li baqa’ u għalhekk jista’ u hekk jagħmel iqiegħed f’konfront il ħajja Maltija fl imgħoddi, dik tradizzjonali u patrijarkali, marbuta mar raba’u r raħal, ma’ dik tal preżent li warrbet bosta mill aspetti tal familja u modi t’għajxien ta’ missirijietna. Ċert li dan hu kittieb li hawn Malta hu segwit minn bosta.
![](https://assets.isu.pub/document-structure/221130170221-b0b27ccac398193fc95627bbe5dda210/v1/1d07773e01a839284918f0e283de9033.jpeg)
IX-XAHAR TAL-MEJTIN
IL PONT ta’ Diċembru bħal jgħaqqad mill inqas xahrejn importanti flimkien: Novembru li jfakkar lil dawk kollha li ħallew din id-dinja xi darba jew oħra, u Diċembru li għalina l-Insara jintrabat malokkażjoniimportantital-Milied.
Dan hu id-diskors tac-cirkostanza li Victor Vella għamel fl-okkażjoni tal-kommemorazzjoni talEmigranti Maltin mejtin fiċ ċimiterjuju ta’ Pine Grove,Sydney,N.S.W.
Qegħdin fuq art imqaddsa. Bla dubja ta’ xejn dan iċ ċimiterju li fih hawn midfunin ħafna minn ħutna emigranti Maltin, fosthom xi wħud mill ewwel emigranti li rifsu fuq din l art, nistgħu nsejħulu art Maltija. Xi ftit minnhom kien għadhom fil fjur ta’ ħajjithom; oħrajn għajjenin bil toqol tal ħajja u tas snin ħallew din id dinja u għammdu din il parti tal Awstralja tagħhom... bil mewt tagħhom.
![](https://assets.isu.pub/document-structure/221130170221-b0b27ccac398193fc95627bbe5dda210/v1/e865e16b6e6a1e50059dfe61efa8e885.jpeg)
Kien hemm żmien u żmien mhux fil bogħod meta l emigranti fl Awstralja, speċjalment dawk Taljani u Griegi u Maltin, li l aħħar xewqa tagħhom kienet li wara mewthom jindifnu f'art twelidhom. Fil fatt numru ġmielu kienu jiġu meħudin lura lejn arthom meta kienu jmutu. Dan għal raġunijiet diversi ftit li xejn għadu jsir. Daż żmien billi l emigrant sar iħossu iżjed at home fil pajjiż il ġdid tiegħu kapaċi iżjed jaċċetta l fatt li dan hu pajjiżu u għalhekk sa jibqa’ hawn għal dejjem fil ħajja kif ukoll wara l mewt. B'hekk l emigrant jieħu pussess iżjed tal art fejn għażel li jgħix għax l art tagħmilha tiegħek mhux biss billi tgħix fiha imma iżjed u iżjed billi tmut u tindifen fiha. B'hekk tissiġilla l kuntratt tar residenza.
U llum, speċjalment meta qegħdin niftakru fil Maltin Awstraljani mejtin, għandna nitfgħu ħarsa ta’ apprezzament, ħarsa ta’ kuraġġ, u ħarsa ta’ tama
![](https://assets.isu.pub/document-structure/221130170221-b0b27ccac398193fc95627bbe5dda210/v1/1d07773e01a839284918f0e283de9033.jpeg)
lejn dawk li ġew u marru qabilna... dawk kollha li qasmu l baħar u dawk li kellhom iħabbtu wiċċhom mal barrani u jsofru l umiljazzjoni, il preġudizzji u forsi wkoll insulti. Kienu dawn li ħabbtu wiċċhom mal bogħod, mal biża’ ta bush, max xogħol iebes u mat taqtigħ il qalb tal pijunieri. Għax fil fatt kull emigrant hu b'xi mod jew ieħor pijunier. Għax kull emigrant bħal kull xitla li titħawwel f'ħamrija ġdida, irid darba jew oħra jidra jfendi għal rasu u jaqta’ bi snienu stess u mhux iserraħ fuq ħaddieħor.
Għal ħafna, il bidu kien iebes: bla familja, bla ħbieb, forsi wkoll bla flus, u bla għajnuna ta’ ħadd.... ma jistax ma jgħaddix minn magħmudija tan nar. U barra t tbatija tal ġisem żgur li kien hemm l inċertezzi moħbijin taħt mitt mistoqsija bħal: Hawn x'ġejt nagħmel?; Hawn xogħol biss hawn?; Għax tbiddilt, m'għadnix li kont?; Għax il mistoqsijiet tal ħajja normali jirdoppjaw meta titlef it tradizzjonijiet jew l irmiġġi tal ħajja bħal ħbieb, familja u l valuri u l kenn ta’ pajjiż żgħir.
Fid dinja tal lum hu faċli li ssir u taħseb biss fil ħwejjeg li jidhru u li jgħaddu. Hu faċli ħafna li tintilef fix xogħol, u fil qligħ tal flus, fil kumdità u fil lussu, fl ambizzjoni u fil ġlieda għal xi tip ta’ poter. U l emigrant iżjed u iżjed jista’ u x'aktarx jagħmel dawk l iskopijiet prinċipali tal ħajja tiegħu. Jista’ jigri li jasal li jinsa l mistrieħ, jinsa l familja, jinsa r relazzjonijiet mal oħrajn u jinqata’ għalih għax ma għandux ħin, għax jibża’ li ħadd ma jifhmu u li ħadd ma jimpurtah minnu.
B'hekk tidħol il marda li l emigrant jibda jħoss ruħu waħdu u li ma jista’ jiftaħ qalbu ma’ ħadd, lanqas mat tfal tiegħu stess.
Din il marda biex insejħilha hekk tolqot iżjed lil dawk li s sjuf u x xtiewi Awstraljani u Maltin ħallew ftit tikmix ġmielu fuq ġbinhom. Għax l emigrant avvanzat iħoss iżjed u iżjed in nuqqas ta’ sħabu tamparu li jekk ikellimom jifhmuh u hu jifhimhom. Forsi jibda jħoss ukoll in nuqqas ta’ sodisfazzjon li mal ġid materjali li kien kapaċi jakkwista ma rnexxilux jiżviluppa moħħu u ruħu.
Hu faċli li titkellem u tiddeskrivi l vapur li ġab l ewwel emigranti jew li ġabu eluf u eluf ta’ emigranti dawn l aħħar mitt sena jew iżjed. Mhux daqshekk faċli li tiddeskrivi l ħsibijiet u t taqtieq ta’ qalb u wkoll l isperanzi u l ħolm li ġabu magħhom l
emigranti . Min jaf kemm pjanijiet ġew imfarrka, min jaf kemm ħolm indifen ħesrem bla ma ġie mwettaq. U min jaf mill banda l oħra kemm suċċessi ġew milħuqa mingħajr ma kienu mistennija.
U tidħol f'dar ta’ emigrant xiħ u tisma’ u tmiss u tara b'għajnejk il ħajja ta’ bniedem. U tifhem u tara d dramm tal ħajja li ma jidhirx u ma jiġix apprezzat fuq palk u fuq il gazzetti imma jinħadem fil kwiet tal qalb tal bniedem. U tammira bniedem bħal dan, mhux minħabba l flus li għamel, mhux minħabba l palazz li bena. Imma tammira l iżjed il kuraġġ, id determinazzjoni u r rieda li kellu. Fuq kollox, tammira l ħolma il kbira li kellu meta medd l ewwel pass biex jibda l vjaġġ tal għaxart elef mil...
Il ħolma tal emigrant setgħet ma seħħitx kollha. Setgħet ukoll indifnet miegħu, bħalma forsi ndifen hawn ħafna ħolm fiż żgħozija tiegħu. Forsi tgħidu, “X'ħela, x'ħasra.” Imma huwa ħolm bħal dan li hu l lixka li tqabbad fjammi kbar bħalma qabbdu dawn ħutna Maltin Awstraljani midfunin hawn u f'mijiet ta’ ċimiterji mxerrdin mal Awstralja.
![](https://assets.isu.pub/document-structure/221130170221-b0b27ccac398193fc95627bbe5dda210/v1/28dd107fa00d631ce2846dde063a450b.jpeg)
Avolja ma nistgħux narawhom, huma qegħdin jaqsmu magħna dan is sagrifiċċju tal ħajja u tal quddiesa. Qegħdin iħajruna biex bħalma huma bil ħolm u bis sagrifiċċju li għamlu u li bihom għamlu dan il pajjiż aħjar milli sabuh, aħna wkoll inkunu kapaċi ngħaddu t torċa tal emigrazzjoni u tal kultura Maltija lill ġenerazzjonijiet ta’ madwarna. Il mewt tiġi imma mhux kollox imut! Hekk kiteb il poeta nazzjonali tagħna, Dun Karm. U dak li kiteb fil poeżija tiegħu ‘Non Omnis Moriar’, japplilka ferm għal dawk li qegħdin niftakru fihom illum u għal dak kollu li ħallew warajhom... dawk l emigranti Maltin Awstraljani li l leħen tagħhom għadu jidwi fostna għax l ilhna tagħhom kienu: ilħna ta’ nies qalbiena li raw il ġrajjiet tal bnedmin mhux il qawwa li teqred iżda s setgħa li ġġedded setgħa li mic ċkejken tnissel il kbir, mit tajjeb l aħjar, hekk fil mill qamħa toħroġ bil mewt iż żbula...
“Tfal, fi żmien ġimagħtejn oħra, se nkunu qed niċċelebraw il Milied, festa importanti ħafna għall Insara kollha, speċjalment għalina bħala membri tal MUSEUM,” qalilna l għalliem tal katekiżmu, is Superjun Bastjan.
Konna klassi ta’ xi tletin tifel ta’ madwar tmien snin, ilkoll bilqiegħda b’attenzjoni fuq bankijiet twal tal injam fil bini tal MUSEUM tal Parroċċa ta' San Bastjan, bini li kien għadu qed jinbena.
“Kif tafu lkoll, il motto tagħna, li hemm miktub fuq il badges li aħna nilbsu, huwa ‘Verbum Dei Caro Factum Est’. Ħalli nara tiftakrux xi jfisser.”
Għollejt idejja bħal xi wħud mit tfal l oħra, imma mbagħad niżżiltha lura malajr għax ma kontx ċert li kelli t tweġiba t tajba.
![](https://assets.isu.pub/document-structure/221130170221-b0b27ccac398193fc95627bbe5dda210/v1/1d07773e01a839284918f0e283de9033.jpeg)
"Għidilna Michael," qal is Superjun. “Dak ifisser ‘Il Kelma t’Alla saret Bniedem,” qal Michael wiċċu aħmar nar bil mistħija.
“Tajjeb Michael. Iva tfal, dik hi t tifsira tal motto tagħna u għalhekk li l fundatur tagħna, Dun Ġorġ Preca, Alla jtih il glorja tal ġenna, beda din it tradizzjoni hekk sabiħa. Bħalma tafu, kull sena f’Diċembru, kull tifel u tifla li jattendi għad dutrina fiċ Ċentri tagħna, jingħata grotta żgħira bil Bambin bħala rigal. Tfal ftakru f’dan li qed ngħidilkom illum,
biex meta tikbru tgħaddu dak li tgħallimtu hawn lil uliedkom,” waqaf ftit u ħares lejn l uċuħ tagħna ħerqana. “Illum intom u ħerġin se jkun hemm is Superjur Mario li ser jagħtikom grotta kull wieħed. Ibżgħu għaliha għax barra li tiswa l flus, jieħdu ħafna ħin min naħa tagħna biex nagħmluhom, ovvjament bl għajnuna tas subien akbar, membri ta’ din is Soċjetà,” qal is Superjur.
Aħna bdejna nitkellmu bejnietna ferħana li konna sejrin id dar bil grotta tradizzjonali.
“Silenzju, iefqu! Infakkarkom ukoll fit tradizzjoni l oħra li nagħmlu ta’ kull sena lejlet il Milied,” kompla meta kulħadd siket. “Kif tafu, għal dawn l aħħar 50 sena, kull Lejlet il Milied, il fergħat kollha tas Soċjetà tagħna jagħmlu d Dimostrazzjoni tal Bambin madwar l ibliet u l irħula tagħna bl istatwa ta’ Ġesù Bambin akkumpanjata mill banda tar raħal. Fil każ tagħna se tkun qed tieħu sehem il Banda Pinto. Sehem importanti billi ddoqq l għanjiet sbieħ tal Milied. Minn għada se nkunu qed nipprattikaw dawn l għanjiet biex waqt id Dimostrazzjoni tal Bambin inkunu nistgħu nkantaw flimkien mal banda.”
Min kellu jgħidli li tliet snin wara, flok inkanta l għanjiet sbieħ tal Milied, kont ser inkun qed indoqqhom bil klarinett mal banda Pinto.
![](https://assets.isu.pub/document-structure/221130170221-b0b27ccac398193fc95627bbe5dda210/v1/2b1a1701468e9d7092ec56016f2071e2.jpeg)
Kont tant ferħan u anzjuż li ningħata dik il grotta hekk sempliċi imma tant sinifikattiva. Minn dejjem kont inħobb il Milied u l festi kollha li jġib miegħu, biex ma nsemmux il vaganzi tal iskola u l ikel. Dak id dundjan mimli, għaġin il forn, il pudina tal Milied kif kienet taf tagħmilha ommi u ma jistax jonqos l imbuljuta tal qastan bil kokkotina, qxur tal larinġ, imsiemer tal qronfol u x’naf jien.
Malli wasalt id dar, urejt l grotta lil ommi li kienet
qed tgħaddi l ħwejjeġ u lil oħtu ż żgħira Carmen, li kienet qed tilgħab ma’ pupa żgħira billi taparsi titmagħha biċċa qalba tal ħobż. Missieri kien jara l grotta aktar tard meta jasal mix xogħol.
Poġġejt il grotta l ġdida kompluta bil pasturi tat tafal ta’ Ġesù Bambin, Ġużeppi, Marija u wkoll żewġ nagħaġiet bojod karti, fuq il komodina ta’ ħdejn is sodda tiegħi. Il grotta li kont qlajt is sena ta’ qabel kienet fuq wieħed mill bankijiet tal kċina b’xemgħa mixgħula quddiemha. Is saqaf tal kċina kien diġà mżejjen bi strixxi ta’ karti kkuluriti u dwal tal Milied iteptep.
Id dar kienet mimlija bir riħa sabiħa tal pudina tal Milied li kienet qed taħmi ommi. Kienet tagħmilha tajba wisq, b’dak il ġewż kollu, ċikkulata, frott, biċċiet tal larinġ u xi spirti li jtejbu l aroma. Ma flaħtx aktar u kont sejjer nistaqsi lil ommi meta kienet se tkun lesta ħalli nduqha, meta oħti akbar minni, Anna daħlet fil kamra tiegħi biex tara l grotta l ġdida.
“Naħseb li din il grotta hija isbaħ minn dik li tawkom is sena l oħra”, ħarset mill qrib lejn il grotta.
![](https://assets.isu.pub/document-structure/221130170221-b0b27ccac398193fc95627bbe5dda210/v1/1d07773e01a839284918f0e283de9033.jpeg)
“Ma naħsibx hekk Anna, għax huma kważi l istess.”
“Jista’ jkun”, imbagħad qaltli, “Isma’ Alfred, meta tikber ftit aktar, immorru bħala voluntiera fuq Ring Us Up. Togħġbok l idea?”
"Ring us xiex?" staqsejtha jien kemxejn konfuż.
“Ring Us Up huwa dak il programm tar Rediffusion li nisimgħu matul il ġimgħa tal Milied, fejn in nies iċemplu waqt dan il programm u filwaqt li jagħtu donazzjoni għall karità, jiddedikaw kanzunetta tal Milied. Aħna nkunu hemm biex nieħdu t telefonati. X’taħseb?” Qaltli entużjasta.
“Naħseb li jkun sabiħ jekk nagħmlu hekk,” weġibtha, imma kont aktar interessat fil grotta l ġdida tiegħi. Staqsejt lili nnifsi, għaliex ma kienx hemm ħmara u baqra bħalma kien hemm fil Presepju l kbir li kien hemm armat fil Knisja Parrokkjali.
bieb ta’ barra jinfetaħ. Qbadt il grotta u ġrejt biex nuriha lil missieri.
ALFRED REALE hu persuna nieqsa mid-dawl iżda alkemm b'din id-diżabilità jħobb jikteb. Fil-fatt għadu kif ippubblika rumanz bil-Malti bl-isem Is-Sigriet tas-Siġill flus mill bejgħ tiegħu qed imorru għall Malta Guide Dogs foundation li tipprovdi klieb gwida lil persuni dawl.