IL-PONT Ġunju 2019

Page 1

Nu. 51 - ĠUNJU 2019

werrej L-Editorjal

2

L-Aħbarijiet

3

Reazzjonijiet

9

Intervisti ma’ Charles Casha, Joseph W. Psaila u Victor V. Vella

10

Reċensjoni - P.S. - Il-Muża Mħallta

20

Tislima lil George Falzon

22

Reċensjoni - Stessi

26

Reċensjoni - Żebbuġ of Gozo...

28

Reċensjoni - Rikorrenza Eterna

29

Kitbiet ta’ Therese Vella u Victor V. Vella

32

Il-Poeżiji

35

Versi lil hinn minn xtutna

39

Minn fuq l-ixkaffa

40

Min jixtieq jikkontribwixxi f’IL-PONT b’materjal ta’ livell, mhux twil u adatt jista’ jibagħtu direttament lill-Editur flindirizz sammutpatrickj@gmail.com

1


Fix-xahar t’April, l-Editur ta’ IL-PONT għadda kopja stampata tal-ewwel 50 ħarġa ta’ din ir-rivista lillAkkademja tal-Malti. Flimkien ma’ dan l-editur għadda wkoll kopja stampata tad-59 ħarġa tal-Folju “Lejliet ta’ Poeżija tal-Għaqda Poeti Maltin” li tiegħu kien fundatur, kompilatur u editur. Dan tal-aħħar ħareġ bejn Novembru tal-2005 u Settembru tal-2014. Fih jiġbor il-poeżiji li nqraw minn poeti differenti, bosta minnhom membri tal-Għ.P.M. - xi wħud minnhom m’għadhomx magħna - waqt 59 serata ta’ poeżija differenti li saru f’lokalitajiet varji f’Malta u f’Għawdex. Fih hemm ukoll inklużi ritratti tifkira ta’ kull okkażjoni. Ta’ min wieħed ifakkar li kopja llegata ta’ “Lejliet ta’ Poeżija tal-Għaqda Poeti Maltin 1-59” tinsab ukoll fit-taqsima tal-Melitensia tal-Biblijoteka tal-Università ta’ Malta, flimkien ma’ volum illegat ta’ IL-PONT bl-ewwel 41 ħarġa. Fuq nota differenti, li jkun hemm entità li tipproteġi d-drittijiet tal-kittieba huwa bżonn, basta ma tkunx okkażjoni oħra li tagħti iktar poter lil numru ta’ individwi li l-influwenza tagħhom tinsab kważi f’kull istituzzjoni li hija marbuta mal-ilsien u malletteratura Maltija. Ta’ min ifakkar li diġà jeżistu ċerti monopolji, anzi ilhom jeżistu għal snin twal, filqasam tal-ktieb Malti, imma anki f’oqsma oħra bħalma hu dak tal-apprezzament tal-letteratura Maltija kontemporanja u l-opportunitajiet li jistgħu jingħataw lill-kittieba Maltin bħala fondi. Għal snin twal ilhom igawdu f’dan ir-rigward - u għadhom numru żgħir ta’ kittieba ħbieb tal-ħbieb, filwaqt li twarrbu u għadhom jitwarrbu numru ikbar ta’ kittieba oħra li ma jiffurmawx parti minn ċrieki partikolari, magħluqa, opportunisti, u elitisti. Dan ilfatt mhu se jiġi qatt ammess minn persuni li qed igawdu minn sistema bħal din, imma hija realtà li b’xorti ħażina bosta kittieba u anki pubblikaturi jafu biha u qed ibatu l-ostraċiżmu minn naħat differenti minħabba skuża jew oħra. Li tingħata stampa parzjali tal-letteratura Maltija kontemporanja, bħal donnu lletteratura lokali hija limitata biss għal tużżana kittieba validi u xejn iktar, huwa qerq kbir, iktar u iktar meta jsir minn min suppost hu responsabbli u kompetenti fil-qasam imsemmi! Issa li dieħel is-sajf u daqt jibdew il-vaganzi għal eluf ta’ studenti ta’ etajiet differenti, inħeġġu lit-tfal tagħna joqorbu iktar lejn il-ktieb u jiddedikaw ftit mill-ħin ħieles tagħhom lill-qari. L-okkażjonijiet li jqarrbu lejn il-ktieb huma bosta: insemmu s-servizz li joffru l-ħafna libreriji pubbliċi li jinsabu fil-lokalitajiet differenti, bl-ikbar waħda tkun dik li hemm

f’Beltissebħ. Dawn kollha joffru eluf ta’ kotba b’xejn li wieħed ikun jista’ jissellef għal tliet ġimgħat biex wara jirritornahom u jagħżel kotba oħrajn. Insemmu wkoll l-għadd ta’ fieri u okkażjonijiet fejn wieħed ikun jista’ jixtri kotba ta’ kull tip u għal kull gost u età bi prezzijiet konvenjenti ħafna. Rajt b’għajnejja stess jinxtraw mijiet ta’ kotba, imma nistaqsi, “Kemm qed jinqraw?” L-azzjoni ta’ meta tkun qed taqra ktieb hija differenti ħafna minn dik meta tkun qed tiċċassa lejn screen ta’ mobile jew tablet: f’tal-ewwel dak li jkun jkollu moħħu attiv, filwaqt li fit-tieni każ, bosta drabi jkollu moħħu passiv. IL-PONT dejjem ifakkar li l-ktieb jista’ jingħata bħala rigal lil dawk li nħobbu u nirrispettaw. IL-PONT ifakkar ukoll li meta nagħżlu ktieb minn librerija jew minn ħanut tal-kotba m’għandniex immorru mill-ewwel għall-kotba flewwel filliera, imma għandna nqallbu sewwa u nagħżlu b’responsabbiltà u nagħtu spazju u opportunità lil kittieba differenti, anki jekk ma nkunux smajna bihom. Kull tant żmien inħobb ninkludi f’IL-PONT poeżiji ta’ poeti li m’għadhomx magħna, jew poeżiji ta’ poeti mhux ippubblikati, jew li minħabba raġuni jew oħra ġew imwarrbin. Fil-versi tagħhom hemm il-‘jien’ tagħhom. Min jaqra l-versi tagħhom qed jerġa’ b’xi mod jagħtihom il-ħajja, ifakkarhom, joħroġhom middlam tat-tnessija għad-dawl. U dan huwa parti millħsieb ewlieni ta’ IL-PONT: joħroġ għad-dawl kittieba, poeti u kitbiet minsija jew imwarrbin. Din il-ħarġa ta’ IL-PONT inkludiet poeżija ta’ Peter A. Caruana (19372012) li, fost oħrajn, kien membru tal-Għaqda Poeti Maltin. Ġunju huwa x-xahar li fih ħallewna żewġ personalitajiet ewlenin fil-qasam tal-Malti; it-tnejn kienu marbuta sew mal-Għaqda Poeti Maltin u ttnejn ħallew din id-dinja fl-24 ta’ Ġunju. Mons. Amante Buontempo kien il-fundatur ta’ din lGħaqda, għal ħafna snin President u aktar tard President Onorarju. Huwa miet fl-2004. Charles Magro wkoll kien attivissmu fl-GħPM: għal snin twal serva ta’ Segretarju fil-kumitat u wara blala President tal-istess Għaqda. Kien awtur ta’ rakkonti għat-tfal u anki editur tar-rivista Sagħtar. Huwa miet fl-2016. ILPONT isellem il-memorja tagħhom. Minn hawn insellem ukoll il-memorja ta’ George Falzon li kien wieħed minn dawk li jxerred minnufih IL-PONT mal-kuntatti kollha tiegħu permezz talinternet. IL-PONT tilef ħabib tassew.

2


“ĠEJ IĊ-ĊAJT!” FL-UNIVERSITÀ TA’ MALTA Nhar il-5 ta' Marzu 2019, ittellgħet l-attività bl-isem ta’ "Ġej iċ-ċajt!”, fl-Auditorum tal-Fakultà tal-ICT, flUniversità ta' Malta, Tal-Qroqq. Il-koordinazzjoni kienet ta’ Dr Michael Spagnol. Intqal ċajt minn Trevor Żahra, Vince Piccinino, Richard Attard, u oħrajn. L-attività kienet għal udjenza matura u waqtha kulħadd seta’ jgħid iċ-ċajt tiegħu filwaqt li jidħaq daħqa ma’ dawk kollha preżenti.

Trevor Żahra waqt “Ġej iċ-Ċajt!”

HELA - LAQGĦA TA’ DISKUSSJONI MILL-GĦAQDA TAL-MALTI UNIVERSITÀ Is-sena li għaddiet, l-Għaqda tal-Malti ssieħbet f'fondazzjoni ġdida bil-għan li tippromwovi lletteratura f'Malta, HELA: Hub for Excellence in the Literary Arts. L-ewwel attività ta' HELA ħadet lgħamla ta’ laqgħa ta' diskussjoni bejn diversi membri tas-settur letterarju f'Malta. Din saret fl-14 ta' Marzu, fi Studio Solipsis, ir-Rabat, Malta. L-għan ewlieni tad-diskussjoni kien li tinġabar linformazzjoni essenzjali biex, bħala organizzazzjoni awtonoma, il-Fondazzjoni tkun tista' tfassal strateġija effettiva li biha tiddjaloga ma' entitajiet pubbliċi relevanti. Fid-diskussjoni ġew ippreżentati lveduti ta' diversi kittieba, pubblikaturi, tradutturi u edituri fost l-oħrajn. Immodera l-attività Dr Albert Gatt, filwaqt li keynote kienet Clare Azzopardi. Azzopardi sostniet li matul dawn l-aħħar għaxar snin iż-żieda ta’ fondi għal kittieba u tradutturi ħalliet impatt pożittiv fuq l-għadd ta’ pubblikazzjonijiet lokali. Minkejja dan, qalet li għad fadal xi jsir fissettur, fosthom il-bżonn ta’ assoċjazzjonijiet , edituri u aġenti letterarji professjonali, kif ukoll statistiċi

dwar kemm kotba jinbiegħu u jinxtraw hawn Malta. Intqal ukoll li hemm bżonn serju ta’ figuri ċari u uffiċċjali dwar il-valur monetarju reali tal-professjoni tal-kitba u tal-industrija tal-pubblikazzjoni, ladarba figuri bħal dawn ma jeżistux. Ġie maqbul li HELA tista’ tippromwovi standards iktar rigorużi fil-qasam tal-pubblikazzjoni li jistgħu jiggarantixxu kwalità ogħla rigward kotba u prodotti letterarji. TNEDIJA TA’ TAĦŻIŻ 6 Nhar l-14 ta’ Marzu f’Casino Notabile, is-Saqqajja, tnediet il-pubblikazzjoni finali ta’ TAĦŻIŻ6. L-editriċi ta’ din l-edizzjoni hija Simone Inguanez. TAĦŻIŻ6 kien imqassam fuq numru ta' seminars, inkluż wieħed residenzjali, li fihom ġew iġġenerati kitbiet b’esperimentazzjoni. Il-parteċipanti f’din l-edizzjoni kienu Mark Amato, Josianne Block, Sarah Borg, Timothy Borg, Tiziana Borg Busuttil, Jake Buttigieg, Andrew Debono Cauchi, Nathalie De Gabriele Ferrante, Franziska Grech, Ryan Grech, Matthew Hicklin, André Mifsud, Natalia Mizzi, Mark Psaila, u Ingrid Vella. Il-pubbliku kien imħeġġeġ biex jattendi. Dawk preżenti ingħataw ukoll il-pubblikazzjoni li għall-ewwel darba f’sitt snin ġiet ippreżentata f’format ta’ ktieb. Dakinhar tħabbar ukoll ilprogramm għat-tliet snin li ġejjin. TAĦŻIŻ huwa programm ta’ empowerment u formazzjoni ta’ tnaxil xahar li jġib flimkien żgħażagħ b’interess fil-kitba kreattiva fid-diversi forom tagħha, kemm fil-kuntest tal-letteratura, kif ukoll f’kuntesti artistiċi interdixxiplinarji. TAĦŻIŻ iħares b’mod ħolistiku kemm lejn il-proċess ta’ kitba kif ukoll lejn l-iżvilupp tal-parteċipanti. Għaldaqstant, il-programm iħares ukoll lejn il-proċess ta’ produzzjoni ta’ prodotti kulturali li fil-qofol tagħhom jitolbu element ta’ kitba u l-preżentazzjoni pubblika ta’ dawn il-prodotti. Ilprogramm hu tal-Aġenzija Żgħażagħ, b'kordinazzjoni tal-Għaqda tal-Malti, u jinkludi workshops residenzjali intensivi, eżerċizzji ta’ kollaborazzjoni kreattiva matul is-sena, kif ukoll pubblikazzjoni u preżentazzjoni pubblika tax-xogħol fl-aħħar talprogramm. Għal aktar tagħrif tistgħu żżuru Taħżiż jew www.tahziz.wordpress.com. KITTIEBA MALTIN REBBIEĦA JITILGĦU BRUSSELL Bejn is-16 u d-19 ta’ Marzu ġiet organizzata millKunsill Nazzjonali tal-Ktieb l-attività internazzjonali Maltese Literature Nights. Għal din l-okkażjoni telgħu Brussell il-kittieba Maltija-Awstralja Lou

3


Drofenik u l-kittieba stabilita fi Brussell, Loranne Vella. Fost ħwejjeġ oħrajn, huma qraw partijiet mixxogħlijiet letterarji tagħhom u ħadu sehem f’diskussjonijiet kemm dwar il-kitbiet tagħhom kif ukoll dwar is-sitwazzjoni letterarja f’Malta. Drofenik ippreżentat l-aħħar rumanzi tagħha, fosthom Love in the Time of the Inquisition (Horizons, 2017), u The Reluctant Healer (Horizons, 2018). Matul it-tieni serata Loranne Vella, flimkien malkittieb u ġurnalist Ġermaniż Roland Siegloff, ippreżentaw u qraw partijiet mir-rumanzi distopiċi tagħhom, Rokit (bil-Malti u bl-Ingliż) u Wolke sechs (bil-Ġermaniż) rispettivament. Huma ddiskutew mal-pubbliku preżenti kif jaraw l-Ewropa tal-ġejjieni. LECTURE PUBBLIKU DWAR PROFESSUR NICK HAVELY

DANTE

MILL-

Nhar is-26 ta’ Marzu l-Istitut tal-Istudji Anglo-Taljani fl-Università ta’ Malta stieden lill-Professur Nick Havely, mill-Università ta’ York fl-Ingilterra, biex jagħti lecture bl-isem ta’ “Staging Hell: Dante's Inferno in Performance”. Is-sit magħżul kien ilLibrerija tal-Arti, fil-Fakultà tal-Arti, Tal-Qroqq. Havely tkellem dwar kif l-Infern kien immaġinat qabel Dante, filwaqt li ffoka fuq partijiet drammatiċi mill-kantika tal-Infern Dantesk. Havely wera kif ilpoema ġiet adattata fit-teatru sas-seklu XIX. Fl-aħħar Havely tkellem dwar tipi moderni ta’ Infern fuq ilpalk u fuq l-iskrijn u kif dawn jindirizzaw il-kunflitti u l-anzjetajiet tal-udjenzi tas-sekli XX u XXI. Huwa wera wkoll li l-opra letterarja ta’ Dante għadha tiġi riflessa f’oqsma dejjem usa’ tal-performance media. L-iktar ktieb reċenti ta’ Nick Havely jġib l-isem ta’ Dante’s British Public: Readers and Texts, from the Fourteenth Century to the Present (Oxford University Press, 2014; paperback 2017). Hu anki ko-editur ta’ Purgatorio: Translations by Contemporary Poets and of Dante Beyond Borders: Essays on Contexts and Reception by members of American, British and German Dante Societies, żewġ volumi li għandhom joħorġu fl-2021, għas-seba’ ċentenarju mill-mewt ta’ Dante.

speċjali kienet Mariella Pisani Bencini li fost affarijiet oħra tkellmet dwar il-ktieb il-ġdid tagħha We Belong. Dan hu rakkont tal-passat u tal-present, ta’ artijiet imbiegħda minn xulxin, ta’ memorji li jieħdu l-ħajja, ta’ pitturi u ritratti, ta’ ħajjiet fi żminijiet differenti, ta’ paċi u gwerra. Mariella Pisani Bencini tieħu lillqarrej fuq vjaġġ fi żminijiet u postijiet fejn ilprotagonisti jiġu flimkien permezz tal-imħabba. Din l-attività kellha l-kollaborazzjoni sħiħa tal-Kunsill Skolastiku tal-Iskola Sekondarja fi ħdan il-Kulleġġ Maria Reġina. CHARLES CASHA - 50 SENA KITTIEB Nhar l-1 ta’ April, Poezijaplus, bil-kollaborazzjoni talAkkademja tal-Malti, Klabb Kotba Maltin, u l-Kunsill Lokali tal-Belt Valletta, fakkar il-50 sena minn meta Charles Casha ħareġ l-ewwel pubblikazzjoni tiegħu. Matul is-serata nqraw siltiet mill-kotba tiegħu u sar diskors qasir mill-poeta Victor Fenech dwar l-awtur. Il-qarrejja li ħadu sehem kienu Rita Saliba, Javier Degiorgio, Dr George Farrugia, Maria Camilleri u lawtur innifsu li qabel kien intervistat minn Sergio Grech. Matul is-serata tqassmu kopji tal-ktieb kommemorattiv li jfakkar il-50 anniversarju ta’ ħidma letterarja ta’ Charles. Għas-serata attendew numru sabiħ ta’ nies. Il-parti mużikali tas-serata kienet f’idejn Vince Fabri li kanta xi wħud millkompożizzjonijiet tiegħu.

LAQGĦA MAL-AWTRIĊI FIR-RAZZETT TAL-MARKIŻ Nhar Id-29 ta’ Marzu 2019, fir-Razzett tal-Markiż Mallia Tabone fil-Mosta, l-Għaqda Filantropika Talent Mosti organizzat serata oħra mis-sensiela “Niltaqgħu mal-Awtur”. Din id-darba l-mistiedna

Charles Casha

4


KONFERENZA INTERNAZZJONALI TA’ STUDJI ANGLO-TALJANI

Waqt mill-Konferenza Internazzjonali dwar il-letteratura Anglo-Taljana (Ħajr lil Glen Bonnici għar-ritratt)

Nhar il-25 u s-26 ta’ April 2019, l-Istitut tal-Istudji Anglo-Taljani, f’kollaborazzjoni mal-Istitut tal-Kultura Taljan, organizza il-ħdax-il Konferenza Internazzjonali ta’ Studji Anglo-Taljani bl-isem ta’ “Britain and Italy: Literary and Cultural Relations”. Issit magħżul kien il-Kampus tal-Università ta’ Malta fil-Belt Valletta. Għal din il-konferenza kienu bosta lmistiedna u akkademiċi barranin, fosthom Serena Baesi mill-Università ta’ Bologna, Tim Webb millUniversità ta’ Bristol, Enrichetta Soccio u Renzo D’Agnillo mill-Università “G. D’Annunzio” ta’ ChietiPescara, Raffaella Antinucci mill-Università ta’ Napli, Philip Mallet mill-Università ta’ St. Andrews, Francesca Caraceni mill-Università Kattolika tal-Qalb Sagra ta’ Milan, Francesca Orestano mill-Università ta’ Milan, Francesca Pierini mill-Istitut tal-Istudji Ewropej u Amerikani tal-Akkademja Sinica, flimkien ma’ Perer Vassallo, Gloria Lauri-Lucente u Fabrizio Foni mill-Università ta’ Malta. Kien hemm ħin għal diskussjonijiet mal-pubbliku li attenda filwaqt li Ivan Callus, Tim Webb, Philip Mallet, James Corby u Gloria Lauri-Lucente ċċerjaw is-sessjonijiet differenti. Il-Professuri Peter Vassallo u Gloria Lauri-Lucente fetħu l-Konferenza b’diskors qasir. TAĦDITA LETTERARJA FOUNDATION

FL-ISTORM

komiks (l-ewwel edizzjoni) flimkien ma’ tpinġijiet oriġinali bil-pinna u l-linka, u powsters ta’ films partikolari. It-taħdita saret f’kollaborazzjoni malIstitut tal-Istudji Anglo-Taljani. Renzo D’Agnillo huwa Associate Professor tal-Letteratura Ingliża u awtur ta’ Bruce Chatwin: Settlers, Nomads and Exiles (Tracce, 2000), The Poetry of Matthew Arnold (Aracne, 2005), Arthur Hugh Clough: The Poetry of a Questioning Spirit (Peter Lang, 2017) u editur ta’ D.H. Lawrence’s The Rainbow: Re-readings of a Radical Text (Aracne, 2010). Huwa kiteb fuq għadd ta’ kittieba tas-seklu XIX, fosthom Charles Dickens, Christina Rossetti, Thomas Hardy, G.M. Hopkins, Elizabeth Gaskell, D.H. Lawrence, u Virginia Woolf. LEJLA LETTERARJA MILL-ASSOĊJAZZJONI ESPRIMI F’BIRKIRKARA Nhar is-27 ta’ April l-Assosjazzjoni Esprimi organizzat it-tnedija tal-ewwel ġabra poetika ta’ Amanda Busuttil bl-isem ta’ Potpuri. Waqt is-serata nqraw poeżiji minn din il-ġabra u saru diskorsi varji, fosthom żewġ kummenti kritiċi mill-Professuri Oliver Friggieri u Charles Briffa. Il-President talAssoċjazzjoni EspRimi fakkar li din hija miftuħa għal kull artist li jixtieq jaqsam għerfu u t-talent tiegħu ma’ dawk kollha li huma interessati f’dak li qed iseħħ madwarna. L-attività saret fiċ-Centru Parrokkjali, Knisja Santa Marija (Knisja Qadima) f’Birkirkara. Illejla kienet miftuħa għall-pubbliku.

PETREL

Nhar is-27 ta’ April 2019, il-Prof. Renzo D’Agnillo, (mill-Università Gabriele d’Annunzio) ta taħdita blisem ta’ “A Post-Modern Prometheus? Peter Ackroyd’s Recreation of Mary Shelley’s Frankenstein”. Is-sit magħżul kien l-iStorm Petrel Foundation, f’Ħ’Attard. Din kienet ukoll l-aħħar okkażjoni li fiha wieħed seta’ jara l-wirja ta’ kotba u

Amanda Busuttil tirringrazzja lil dawk kollha preżenti waqt it-tnedija

MICHEL HOUELLEBECQ D’HONNEUR

JIRBAĦ

IL-LÉGION

Il-kittieb, poeta u produttur tal-films kontroversjali Michel Houellebecq ingħata mill-President ta’ Franza Emmanuel Macron, l-ogħla unur fi Franza, il-Légion d'honneur, f’April 2019. Għaċ-ċerimonja li saret fil-

5


xogħol kontroversjali tiegħu. Ambjentat fis-sena 2022, joħodna fi Franza maħkuma mil-liġi Islamika tax-Sharia fejn m’hemmx ugwaljanza bejn is-sessi, u fejn il-protagonist fl-aħħar jiddeċiedi li jikkonverti għall-Islam u jipprattika l-poligamija. Fost il-ġabriet ta’ poeżiji ta’ Houellebecq insibu La Poursuite du bonheur (1992), Le Sens du combat (1996), Renaissance (1999) u Configuration du dernier rivage (2013). F’Jannar 2019 ġie ppubblikat irrumanz tiegħu Sérotonine (Serotonin). Huwa xogħol li jiddeskrivi l-ġlieda għas-sopravivenza tal-bdiewa Franċiżi li sfaw wiċċ imb wiċċ mal-globalizzazzjoni, lagribusiness u l-politika tal-Unjoni Ewropea. Platform, Submission u Serotonin kollha ġew deskritti bħala xogħlijiet profetiċi mill-kritiċi. Michel Houellebecq

Palazz Elysée, attenda wkoll l-eks-President Nicholas Sarkozy. Houellebecq hu kkunsidrat bħala l-aqwa kittieb ħaj fi Franza minħabba l-osservazzjonijiet preċiżi dwar is-soċjetà moderna. Imma hemm ħafna li kkritikawh bħala kittieb misoġinu, razzist u Islamofobu. Michel Houellebecq illum għandu 63 sena, ismu proprju hu Michel Thomasu u twieled fl1956 fil-gżira Franċiża Réunion li tinsab fl-Oċean Indjan. Għadda xi żmien fl-Alġerija u wara mar jgħix f’Pariġi man-nanna meta kellu 6 snin minħabba li ommu telqet lejn il-Brażil. Il-psewdonimu tiegħu, Mr Houellebecq, kien il-kunjom ta’ nanntu xebba. Huwa beda jikteb il-poeżija fis-snin ’80 tas-seklu 20 qabel ma akkwista fama dinjija bis-saħħa tat-tieni rumanz tiegħu, Les Particules Élémentaires (ippubblikat bħala Atomised fir-Renju Unit u The Elementary Particles fl-Istati Uniti) fl-1998. Dan ix-xogħol niħilistiku biegħ mijiet ta’ eluf ta’ kopji u rebbħu tifħir u premji mill-kritiċi letterarji, imma anki bosta kritika minħabba deskrizzjonijiet sesswali grafiċi filktieb. Deskrizzjonijiet bħal dawn dehru f’rumanz ieħor tiegħu, Platform (2001), li jittratta t-turiżmu sesswali fit-Tajlandja. Minħabba dan ix-xogħol Houellebecq ittella’ l-qorti għax ikkritika l-Islam u ddeskriva attakk Islamiku fuq żona turistika fix-Xlokk tal-Asja. Hu ġie meħlus mill-akkuża ta’ provokazzjoni razzjali minħabba li l-imħallfin kienu tal-fehma li kellu d-dritt jikkritika r-reliġjonijiet, imma dan ma waqqafx il-kritika kontrieh min-naħa tal-moskej fi Franza u l-Lega tad-Drittijiet Umani. Houellebecq ingħata l-Premju Goncourt għar-rumanz La Carte et le Territoire (The Map and the Territory) li ħareġ fl2010, imma s-sitt rumanz tiegħu Soumission (Submission), ippubblikat fl-2015, inħass bħala l-iktar

DEĊIŻJONIJIET 2 U LAQGĦA MAL-MEMBRI TALGĦAQDIET F'Diċembru 2018 ġew ippubblikati d-“Deċiżjonijiet 2”, dwar il-kliem mill-Ingliż miktub bil-Malti. Kopja ta’ dawn intbagħtet lill-membri tal-għaqdiet talMalti. Għalhekk, nhar it-30 t’April, il-Kunsill Nazzjonali tal-Ilsien Malti organizza seminar dwar id“Deċiżjonijiet 2” għall-membri tal-għaqdiet tal-Malti. Is-sit għal din l-inizzjattiva kien l-Università l-Qadima fil-Belt Valletta. ATTIVITÀ MILL-GĦAQDA TAL-MALTI UNIVERSITÀ Nhar l-10 ta’ Mejju 2019 l-Għaqda tal-Malti ikkollaborat mad-Dipartiment tal-Malti fl-Università fl-organizzazzjoni tat-taħdita “#tunattoga... u mbagħad?” Din saret minn 6 kelliema, kollha gradwati tal-Malti, li kollha ħadu rotta differenti wara l-Baċellerat. Huma tkellmu dwar studji oħra li wettqu wara l-kors, u fuq oqsma ta' xogħol differenti li wassalhom għalihom il-Malti. Il-kelliema kienu David Aloisio, Matthew Borg, Matthew Schembri, Shanna Spiteri, Rachel Vella u Mark Laurence Zammit. Minkejja li din l-attività kienet primarjament immirata lejn l-istudenti tal-Malti, ilmembri kollha kienu mistednin jattendu u jaqsmu lħsibijiet u l-esperjenzi tagħkom ukoll. Din l-attività saret fil-Librerija tal-Fakultà tal-Arti fl-Università. JOĦORĠU R-RIŻULTATI TAL-KONKORSI AWDJOVIŻIVI TAL-KNK 2019 Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb ħabbar il-proġetti rebbieħa tal-Konkors Letterarju tal-Films Qosra 2019

6


u tas-Sensiela ta’ Dokudrama 2019 tal-KNK. Wara lgħeluq tal-perjodu tal-applikazzjoniet fit-30 ta’ Marzu, is-sottomissjonijiet ġew riveduti mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb. Il-KNK irċieva applikazzjoni waħda għal kull konkors. It-tnejn li huma kienu meqjusa ta' livell għoli skont il-Kriterji talAġġudikazzjoni u għalhekk iż-żewġ applikazzjonijiet ingħataw il-fondi allokati mill-konkorsi rispettivi. Il-fondi għall-Konkors Letterarju tal-Films Qosra 2019 se jingħataw lil 'Ġulina', proġett ippreżentat middirettur u l-produttur is-Sur Peter Sant u l-kumpanija tiegħu Hereonin Ltd. 'Ġulina' huwa adattazzjoni ta’ novella li ġġib l-istess isem meħuda mill-ktieb ta’ Alfred Sant, Pupu fil-Baħar - Rakkonti u Divertimenti (SKS, 2009). In-novella ta’ Alfred Sant issegwi xebba b'ħajja sempliċi minn raħal żgħir hekk kif tadatta għall-bidliet li ġabu magħhom il-mewt ta' ommha, it-telf tar-razzett tal-familja, u l-miġja ta’ saċerdot ġdid. Il-film qasir se jiġi prodott fix-xhur li ġejjin u jintwera pubblikament għall-ewwel darba f’avveniment speċjali waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb f’Novembru 2019. Il-viżitaturi se jkunu jistgħu jaraw il-premier ta’ dan il-film b’xejn u se jkollhom lopportunità sabiex jiltaqgħu mad-direttur tal-film kif ukoll mal-awtur.

l-isem ta’ “Il-librerija tal-kotba minsijin”. Meta saru jafu b’din l-inizzjattiva, bosta residenti taż-żona bdew jagħtu l-kotba tagħhom minflok jarmuhom, u b’hekk, fi żmien qasir, dawk responsabbli rnexxielhom jiġbru flimkien mas-sitt elef ktieb. Għallbidu l-idea kienet dik li jinqdew minn dan is-servizz il-ħaddiema u l-familjari ta’ din l-azjenda ekoloġika, imma aktar tard dan inbidel fi spazju fejn il-membri tal-komunità setgħu jiltaqgħu. IMUT POETA AWSTRALJAN Nhar id-29 ta’ April 2019 miet il-poeta Awstraljan Les Murray, fi New South Wales. Huwa kellu 80 sena. Matul ħajtu ppubblika mat-30 ġabra ta’ poeżiji flimkien ma’ żewġ rumanzi vversifikati. Fost it-temi għal qalbu l-istorja u l-pajsaġġ Awstraljan, limmigranti bojod, il-ħajja indiġena, il-familja u lambjent rurali. L-ewwel ktieb tiegħu kien il-ġabra ta’ poeżiji The Ilex Tree (1965), u kotba magħrufa oħrajn tiegħu huma r-rumanz versifikat Fredy Neptune (1999), u Waiting for the Past (poeżiji, 2015). Murray kien ukoll awtur ta’ bosta ġabriet ta’ proża fosthom The Peasant Mandarin (1978), The Quality of Sprawl: Thoughts about Australia (1999), u The Full Dress, An Encounter with the National Gallery of Australia (2002).

Il-kumpanija Sajjetta se tingħata fondi għas-Sensiela ta’ Dokudrama 2019 għall-proġett bit-titlu ta’ ‘Storja ta’ Storja’. Dan huwa ko-prodott u dirett mis-Sinj. Charlie Cauchi u s-Sur Martin Bonnici. Is-sensiela ta’ tmien episodji se tkun magħmula minn intervisti ma’ awturi Maltin rebbieħa tal-Premju Nazzjonali talKtieb, u drammatizzazzjonijiet tax-xogħlijiet tagħhom. L-awturi intervistati se jkunu Alex Vella Gera, Clare Azzopardi, Alfred Sant, Maria Grech Ganado, Immanuel Mifsud, Loranne Vella, Walid Nabhan u Keith Sciberras. IL-LIBRERIJA TAL-KOTBA MINSIJIN B’xorti ħażina, anki l-kotba jisfaw mormija. Imma hemm min ħaseb imur kontra dan il-ħela kemm ta’ karta kif ukoll ta’ għarfien ta’ natura kulturali. Għalhekk, fit-Turkija dawk li jieħdu ħsieb l-indafa pubblika u jiġbru l-iskart ħasbu li jsalvaw il-kotba kollha mormija biex jibnu librerija. Dan seħħ fil-belt ta’ Ankara, fid-distrett ta’ Çankaya, ġewwa dik li xi darba kienet fabbrika tal-madum. Din ġiet mogħtija

Les Murray

STQARRIJA MILL-AKKADEMJA TAL-MALTI FUQ LGĦARFIEN TAL-MALTI TAL-IMPJEGATI Filwaqt li l-Akkademja tal-Malti temmen li l-Maltin għandu jkollhom għarfien tajjeb tal-Malti u tal-Ingliż biex ikunu jistgħu jwettqu ħidmiethom blaħjar mod possibbli u skont dak li jitlob minnhom ixxogħol tagħhom, tixtieq tesprimi t-tħassib tagħha

7


dwar kriterji li qed jintużaw biex jiġu ingaġġati ħaddiema ġodda. Bosta lmentaw mal-Akkademja li lintervisti ta’ numru kbir ta’ kumpaniji hawn Malta qed isiru bl-Ingliż biss. L-Akkademja tisħaq fuq limportanza tal-Ingliż, speċjalment għal ċerti xogħlijiet, imma temmen ukoll fl-importanza talMalti. L-Akkademja tinnota b’dispjaċir li diversi nies li qed jiġu ingaġġati biex ibigħu prodotti jew jagħtu servizzi hawn Malta ma jafux jikkomunikaw bil-Malti u jippretendu li jkunu l-Maltin li jkollhom jippruvaw jfiehmu ħtiġijiethom bil-lingwi tal-impjegati. Għaldaqstant l-Akkademja tal-Malti titlob lillawtorijiet responsabbli biex jaraw b’urġenza li kull min qed joffri impjieg jitlob li l-impjegati għandu jkollhom għarfien xieraq l-ewwel u qabel kollox talMalti. Titlob ukoll lill-Gvern biex jikkunsidra li joħloq korsijiet obbligatorji għall-barranin li jgħixu u jaħdmu Malta biex jitgħallmu l-Malti kif qiegħed jiġri diġà fil-qasam tas-saħħa. TAĦDITA DWAR L-ISMIJIET TAL-WIDIEN FL-INĦAWI TAL-MOSTA Nhar it-3 ta’ Mejju 2019 l-Għaqda Filantropika Talent Mosti flimkien mal-Għaqda tal-Folklor organizzaw serata fejn Simon Salafia ta taħdita blisem ta’ “L-Ismijiet tal-Widien fl-Inħawi tal-Mosta”. Wara introduzzjoni qasira dwar it-toponomi b’mod ġenerali, il-kelliem ittratta l-ismijiet tal-widien flinħawi tal-Mosta. Din kienet parti minn riċerka wiesgħa dwar l-ismijiet tal-widien fil-gżejjer Maltin fejn s’issa n-numru ta’ widien qed jersaq sew lejn l-elf isem. Ġew miflija wieħed, wieħed, madwar tletin isem ta’ widien li jinsabu qrib il-Mosta u ngħatat ħarsa lejn it-tifsira ta’ kull isem. Salafia fakkar li xi ismijiet għadhom jeżistu u oħrajn għebu mill-memorja kollettiva tal-Maltin u tal-Mosti.

diskors bl-isem ta’ “'Viva el rey y muera el mal gobierno' (Long live the King and Death to bad Government). The Insurrection of Tupac Amaru II”; Dr Alex Grech qara studju intitolat “Digital Platforms. At the service of insurgents and peddlers of surveillance capitalism”. Inqraw studji oħra mill-Prof. Marc Edge (“The press and insurrection: From fake news to controlled news and back again”), u Dr Philip von Brockdorff (“Civil unrest and the economic motive”). Il-Prof. Clare Vassallo mexxiet id-diskussjoni finali u għalqet is-simpożju. Is-sit magħżul għal dan is-simpożju kien l-Arts Lecture Theatre, tal-Università ta’ Malta, Tal-Qroqq. Dan lavveniment seħħ b’kollaborazzjoni mas-Soċjetà Storika tal-Università ta’ Malta. JITNIEDU WAĦDA

SITT

RUMANZI

F’DAQQA

F’LEJLA

Nhar is-17 ta’ Mejju 2019, fid-Dar ta’ San Ġużepp, f’Santa Venera, id-dar tal-pubblikazzjoni Horizons nediet sitt rumanzi ġodda. Dawn huma Il-Wiċċ lIeħor ta’ Ġorġ Peresso, Fis-Satra tal-Velu ta’ Helen Borg, Difrejn il-Falkun ta’ Richard Attard, Eroj ta’ Michael Cini, Ix-Xirka tal-Beati Paoli ta’ Salv Sammut, u Qabel Tbaxxi d-Dawl ta’ Lina Brockdorff. Inqraw apprezzamenti letterarji dwar is-sitt rumanzi minn Rita Saliba, Joseph Borg, Marika Mizzi, John Grech, Lillian Sciberras u Patrick Sammut, filwaqt li Sergio Grech staqsa numru ta’ mistoqsijiet lis-sitt awturi biex dawk preenti jsiru jafuhom aħjar bħala bnedmin u bħala kittieba. Vince Fabri pprovda lintervalli mużikali. Id-direttur tal-Horizons, David Bezzina, fetaħ u għalaq il-lejla billi rringrazzja lil dawk kollha li għenu f’avveniment bħal dan. Flaħħar sar ukoll riċeviment li matulu dawk preżenti setgħu jixtru r-rumanzi u jitkellmu mal-awturi.

INSURRECTION: SIMPOŻJU MILL-HUMS Nhar it-22 ta’ Mejju 2019, il-Humanities, Medicine and Science Programme (HUMS) organizza simpożju multidixxiplinarju bl-isem ta’ “Insurrection” biex jitfakkar iċ-ċentenarju tal-avvenimenti li seħħew fis7 ta’ Ġunju 1919. Il-Professur Joseph Cacciottolo fetaħ l-avveniment b’diskors introduttiv. Ipparteċipaw il-Prof. Dominic Fenech li tkellem dwar “The Sette Giugno: perception and perspective”; ilProf. Yosanne Vella b’diskors intitolat “The 1958 riots in Malta: teaching silenced history in Maltese school classrooms”; il-Prof. Carmel Vassallo qara

Waqt mis-serata organizzata mill-Horizons

8


Ġieli tgħidx kemm indum nipposponi l-qari tiegħu għax ladarba nibda naqrah, nispiċċa nittraskura kwalunkwe ħaġa oħra. Qrajt l-intervista li għamlitlek Paola Mara De Maestri fuq tellusfolio.it. Ħadt wisq pjaċir naqraha u għoġobni ħafna l-aħħar messaġġ tiegħek fejn speċjalment għedt: “che gli autori in generale collaborassero tra di loro per far si che si rafforzi questo interesse per il libro cartaceo…” Dan ilmessaġġ fakkarni fil-film ta’ Woody Allen - Midnight in Paris. Awguri Patrick u GRAZZI, Therese Email mingħand Rigu Bovingdon, il-5 ta’ Marzu 2019

Email mingħand Maria Camilleri, l-4 ta’ Marzu 2019 Għażiż Patrick, Grazzi ħafna tal-ħarġa IL-PONT li rġajt għoġbok tibgħatli. Qatt ma nixba’ naqra paġna wara paġna, waħda interessanti aktar minn ta’ qabilha. Aktar ma naqra u aktar ma niltaqa’ ma’ kittieba, anke permezz tal-programm Paġni, li nippreżenta fuq Radju Malta, aktar ninduna kemm Malta hi sinjura f'dawk li huma awturi bravissimi. Għandna biex niftaħru u nħossuna midjunin ma’ dawn il-kittieba għax permezz ta' kitbiethom qed iżommu l-ktieb Malti fil-livell li jixraqlu. Proset lill-kittieba tagħna!!! Grazzi għal darb'oħra Patrick. Qed tagħmel biċċa xogħol vera ta’ min ifaħħarha li qed iżżommna aġġornati fejn tidħol il-letteratura u l-awturi. Inselli ghalik, Maria Email mingħand Therese Vella, il-5 ta’ April 2019

Prosit ta' ħarga sinifikanti oħra ta’ IL-PONT, Marzu 2019. Leħen il-ħassieb Malti u internazzjonali! Vista wiesgħa u aġġornata. Mixja jew vjaġġ eterju fiddeżert uman fil-bikja ta' żmienna. Fl-Aħwija Maltija, Rigu Bovingdon

IT-TNEJN 18 ta’ ĠUNJU 2001 Qatt ma naf li fhimtek sewwa daqs lejla xħin ilmaħt għajnejk ileqqu bir-rifless tax-xemx ħamrana nieżla ħelu ħelu war’ l-għoljiet u f’dik il-ħemda u f’dak is-skiet tkellimna u tħabbibna waqt li doqna il-ħlewwiet li twaddbulna mis-smewwiet. ALFRED MASSA (minn Fl-Għabex, Dom Communications, 2015)

Għażiż Patrick, Kull meta nirċievi IL-PONT niftakar fir-reklam talPringles - Once you pop, you can not stop. Tiftakru?

9


Maria Anna Abela (1996). 2008: Il-Prinċep u t-Trogloditi: Ktieb tal-fantasija li bħalu ftit għandna fil-letteratura tagħna. 2013: Jien Ukoll Għandi Storja xi Ngħid – lawtobijografija. 2013: Il-pubblikazzjoni tal-ktieb MUMENTI – l-ewwel ġabra ta’ poeżiji. 2017: Għeluq il-50 sena ta’ Fra Mudest. Il-ktieb 50 Sena Fra Mudest. 2018: Kemm Nixtieq li Kelli l-Ġwienaħ: L-ewwel pubblikazzjoni ta’ poeżiji għat-tfal. Għaxra minnhom ġew immużikati minn Sammy Galea. 2018: L-edizzjoni bl-Ingliż tal-ktieb L-Appartament fir-Raba’ Sular bl-isem Papers in a Tin Box. 2019: L-Appartament fir-Raba’ Sular maqlub flAlbaniż bl-isem Apartamenti ne katin ne katert, minn OmbraGVG Publishers. Liema huma l-karattri f'xogħlijietek? Għaliex?

favuriti

tiegħek

Hemm diversi karattri li huma għal qalbi: Fra Mudest fil-kitba għat-tfal u Samwel (LAppartament fir-Raba’ Sular), Barabba (Il-Ktieb ta’ Barabba) u Ruben (Ktieb għal Amy).

INTERVISTA MA’ CHARLES CASHA - 50 SENA KITTIEB 50 sena bħala kittieb. Liema huma l-waqtiet ewlenin f'din il-mixja ta' żvilupp? Il-waqtiet ewlenin nista’ niġborhom hekk: 1967: Il-ħolqien tal-karattru Fra Mudest li llum sar ikona fil-letteratura għat-tfal. Dan kien l-ewwel ktieb bil-Malti għat-tfal li fetaħ triq ġdida fil-kotba għattfal u l-ewwel pubblikazzjoni tal-Merlin. 1968: Il-pubblikazzjoni tal-ewwel rumanz L-Għalqa fuq il-Għolja. 1973: Il-pubblikazzjoni ta’ Matul is-Snin, ktieb dwar l-istorja ta’ Malta, bil-Malti, għat-tfal tal-iskejjel primarji. 1975: Darbtjen Insiru Tfal – l-ewwel pubblikazzjoni mal-KKM. 1987: Il-ktieb Kun Af – għat-tagħlim tal-Malti. 1997: Il-Klabb: L-Għaxar Anniversarju: l-ewwel ktieb għaż-żgħażagħ u li fih ittrattajt temi soċjali li sa fejn naf jien kienu ttrattati biss fil-ktieb Mela jien biss, ta’

Fra Mudest huwa karattru li tant intrabat miegħi. Samwel, Barabba u Ruben jesprimu ħafna ħsibijiet tiegħi u forsi xi mkien fihom hemm jien – moħbi filġrajja tar-rumanz. Naturalment jien inħobb ilkarattri kollha li ħloqt, bħal dik l-omm li tħobb lil uliedha kollha għax welldithom hi. Ir-rabta bejn ilkarattri u l-kittieb hija xi ħaġa li jħossha biss min jikteb. Kif inbidlet ir-relazzjoni tiegħek mal-kitba minn meta rtirajt? L-ispirazzjoni u l-ħin disponibbli għallkitba naqsu jew żdiedu? Ir-relazzjoni tiegħi mal-kitba ma nbidlitx drastikament mindu rtirajt. Kont naħseb li se jkolli aktar ħin għall-kitba imma mhux daqskemm ħsibt. Però, fattur pożittiv kien li sibt aktar ħin biex nikteb filgħodu (l-aktar ħin li nieħu gost u nkun aktar frisk), aktar ħin biex indur l-iskejjel fi żmien Il-ġimgħa talKtieb u nattendi laqgħat marbuta mal-kitba. Għalkemm illum li xjaħt sirt nippeferi li noqgħod bi kwieti nikteb u naqqast ħafna impennji.

10


Kif influwenzat il-kitba tiegħek il-karriera ta' għalliem?

diżappunti u xewqat, imma li fl-aħħar iwassal għal tmiem feliċi.

Il-karriera tiegħi ta’ għalliem kellha influwenza fuq ilkitba tiegħi għat-tfal.

Il-poeżija tiegħi hija minjatura ta’ ħsibijiet u riflessjonijiet li ħafna drabi huma spiritwali flessenza tagħhom. Hija poeżija aċċessibbli u għalhekk tinftiehem minn kulħadd. Hija wkoll poeżija lirika li bħal l-ilma tal-Kaskati tinżel f’Mumenti li jiġu fuqi għal għarrieda u fihom, bħar-Riflessi fl-ilma ċar talgħadira, jiena nara ritratti ta’ ħajti u nħossni qrib aktar lejn dak li ħalaqni.

Sirt naf it-tfal u kif jaħsbuha u allura fil-kitba tiegħi stajt inkun aktar qrib tagħhom u b’mod realistiku u konkret. Ħassejt il-bżonn ta’ aktar kotba ta’ tagħlim u bdejt nippubblika diversi kotba ta’ comprehension, skemi ta’ qari, taħriġ u l-Kun Af li kiseb suċċess kbir. Min huma l-kittieba barranin li ħallew l-ikbar influwenza fuqek bħala bniedem u kittieb? Grahan Greene, Paulo Coelho, Elisabeth Allende, Joanne Harris fost oħrajn. Bħala poeti Maltin, influwenzat ħafna minn Rużar Briffa, mhux biss fil-poeżija imma wkoll fil-proża. Imbagħad bħala poeta kontemporanju hemm Ġorġ Borg li tant nieħu gost naqra l-versi tiegħu.

Issa għandek xi xogħlijiet li nqalbu wkoll għal ilsna barranin bħall-Ingliż u l-Albaniż. Liema huma dawn? Xi tgħid dwar l-opportunità li l-barranin ikunu jistgħu jaqraw ix-xogħlijiet letterarji tiegħek? Taħseb li l-kittieba Maltin qed jingħataw opportunità biex iberrħu xogħlijiethom anki lil hinn minn xtutna?

Inti ktibt novelli, rumanzi, u poeżiji. X'inhi rrelazzjoni tiegħek ma' dawk il-ġeneri letterarji? Liema hu l-iktar għal qalbek?

Kont ili snin noħlom li xi darba xi kitba minn tiegħi tinqaleb f’ilsien ieħor. Fl-aħħar waslet l-opportunità u bil-għajnuna tal-Klabb Kotba Maltin u l-Arts Council, ir-rumanz tant għal qalbi L-Appartament firRaba’ Sular inqaleb għall-Ingliż u għall-Albaniż, kif ġa semmejt aktar ’il fuq.

L-istejjer qosra huma għal qalbi ħafna u nieħu gost niktibhom. Imma meta nikteb rumanz inħossni dieħel f’dinja oħra – ġrajja twila li teħodni minn żmien għal ieħor fejn il-karattri jieħdu aktar ħajja. Kull rumanz huwa vjaġġ, mimli tensjoni, ferħ,

Nemmen ħafna li huwa essenzjali li l-letteratura tagħna tkun esportata f’pajjiżi oħra. Għandna letteratura ta’ livell għoli u llum ukoll produzzjoni ta’ kotba li tħabbatha ma’ ta’ barra. Meta nesportaw illetteratura tagħna permezz tat-traduzzjoni nkunu

11


qegħdin nagħtuha nifs ġdid, nuru li għalkemm pajjiżna hu tant ċkejken, għandu awturi u kitba daqs ħaddieħor u fuq kollox nasserixxu l-identità tagħna. Iva hemm opportunitajiet f’dan il-qasam imma ma naħsibx li hemm biżżejjed. Huma ftit ħafna millawturi li gawdew minn dawn l-opportunitajiet għal diversi raġunijiet. X'għandu l-kittieb li m'għandux il-bniedem li ma jiktibx? Din interessanti. Min jikteb għandu l-opportunità li jikkomunika l-ħsibijiet, l-ideat, ir-riflessjonijiet, issentimenti tiegħu mal-oħrajn, ukoll ma’ dawk li qatt ma ltaqa’ magħhom u ma jafx min huma. Min ma jiktibx jista’ biss jagħmel dan ma’ ċirku żgħir ta’ nies. Barra minn hekk kull kittieb se jħalli warajh xi ħaġa li tibqa’ – kif jgħidu – imut il-poeta imma l-poeżija tibqa’. Nieħu gost inħares lejn il-pubblikazzjonijiet li ħriġt matul dawn l-aħħar 51 sena. Kont xortija tajba li sibt min kien lest li jippubblikali xogħli. U naf li hemm ħafna kittieba tajbin li sfortuntament ma jistgħux jippubblikaw dak li kitbu. Ħasra. Qegħdin nitilfu tant kitba sabiħa. Id-dinja bħala għajn ta' ispirazzjoni u opportunità ta' tagħlim. Xi tgħid dwar dan? Bla dubju. Id-dinja hija l-akbar għajn ta’ ispirazzjoni u tagħlim għax ta’ kuljum ngħaddu minn esperjenzi li jagħġnu ħajjitna ftit ftit, kultant mingħajr lanqas biss nintebħu bil-bidliet li jsiru fina. Fejn tidħol il-kitba, ilħajja (u allura din id-dinja li niġu fiha bla ma rridu u kieku nistgħu nibqgħu fiha) tagħti lill-kittieb iċ-ċans li josserva l-ħajja ta’ madwaru u jagħtiha interpretazzjoni skont hu. U dan hu s-sabiħ tal-kitba. U mill-kitba nitgħallmu ħafna. Nitgħallmu wkoll millesperjenzi tagħna u ta’ ħaddieħor. Xejn mhu iswed għalkollox u xejn mhu abjad għalkollox. Nemmen li f’kull esperjenza hemm xi ftit jew wisq il-griż li jista’ jagħtina ħafna tagħlim u jispirana fil-kitba. Kemm hi importanti l-letteratura llum, f'socjetà materjalista u virtwali?

qoxra ta’ barra. Il-mentalità tinbidel, il-valuri jintremew, jinħolqu ideat ġodda, it-teknoloġija qiegħda tiddomina fuq il-bniedem u l-materjaliżmu daħal f’kull qasam tal-ħajja. L-impenn tal-kittieba (jew xi wħud minnhom) għandu juri permezz tal-letteratura x’hemm negattiv u pożittiv f’dawn il-bidliet mingħajr ma jkun moralista jew didattiku. Meta kittieb, f’xi poeżija, storja jew rumanz jinterpreta l-ħajja, jista’ jġiegħel lill-qarrej jirrifletti u jasal għal xi konklużjoni. Fi ftit kliem, il-letteratura qatt m’għandha titlef l-impenn tagħha – li ġġiegħel lill-bniedem jaħseb, jirrealizza, jirrifletti u jieħu azzjoni. Imma mbagħad il-letteratura għandha wkoll tagħti gost lill-bniedem. Messaġġ tiegħek lill-ġenerazzjoni żagħżugħa rigward is-sabiħ tal-qari, imma anki l-karriera talkittieb? Il-messaġġ tiegħi lill-ġenerazzjoni żagħżugħa huwa dan: Min ma jaqrax qed jitlef ħafna. Qisu qiegħed jgħix f’sala sabiħa, bit-twieqi kollha mbarrati u ma jistax jara x’hemm barra – is-sbuħija u l-għerf li jista’ jgawdi permezz tal-qari. Min iħoss ġibda għall-kitba, għandu jagħmel ħiltu kollha biex jiżviluppaha, minkejja l-ostakli kollha li jista’ jsib ma’ wiċċu. Issodisfazzjon li tagħti l-kitba lil kull kittieb hija xi ħaġa li ma tistax tfissirha bil-kliem imma tħossha biss. RAJTEK Ilbieraħ rajtek siekta bil-ħsibijiet mifnija. Xtaqt nistaqsik x’kien qiegħed ikiddek b’tant kefrija. Xtaqt naqra ħsibijietek u nidħol ġewwa qalbek. Nogħdos fil-fond ġewwieni u nifhem x’inhu talbek. CHARLES CASHA (minn Mumenti, 2013)

Il-letteratura dejjem tibqa’ importanti, anzi ngħid essenzjali. Hija l-letteratura li tintrepreta l-mentalità talbniedem li fil-fatt jibqa’ kif inhu imma jbiddel biss il-

12


fil-qofol tagħhom jitfissru bl-osservazzjoni talpassjonijiet u l-burdati personali li jrieġu l-ħajja privata ta’ persuni pubbliċi. Imbagħad qorbot “Valletta 18” b’ħafna tħejjijiet u meta waslet b’ħafna pranzijiet. Dan kollu nistħajjel qanqal fija l-kitba ta’ Pranzu Statali. X’kien il-għan ewlieni warajh? L-għan ewlieni wara dan il-ktieb kien li meta bdejtu kont qed nieħu “gost” niktbu. Sempliċi, mhux hekk! Kelli dik is-sensazzjoni li Philip Larkin isejjaħ “a streak of curious self-gratification” u jgħid li din hija fost l-ingredjenti li jqanqlu għall-kitba tal-poeżija; sensazzjoni, jkompli jgħid, li diffiċli tiddeskriviha. Tant kien hekk għalija li matul iż-żmien tal-kitba ta’ Pranzu Statali, kont inwarrab delizzji oħra, bħal pereżempju logħba futbol jew xi għawma, biex nedha mal-versi. Iżda naturalment hu meħtieġ li l-poeżija tagħti gost kemm lil min jiktibha u kemm lil min jaqraha. Nemmen li poeżija ma tistax tagħti gost lill-qarrej jekk fit-tnissil u tħawwir tagħha ma tkunx tat gost lill-awtur. Nifhem li dan id-diskors b’riferenza għal “eliġija”, x’aktarx li l-kelma “gost” tista’ iddarras, imma mqar f’dan il-kuntest ta’ diqa, il-poeta li jirnexxilu jesprimiha, iġarrab “sodisfazzjon”.

INTERVISTA MA’ JOSEPH W. PSAILA DWAR PRANZU STATALI Meta twieldet l-idea li tikteb xogħol bħal dan? Il-kuċett ħolistiku ta’ dan il-ktieb hu magħmul minn ġabra ta’ ideat, kważi biex insejħilhom hekk, istintivi. Kull idea minn dawn meħuda weħidha u fiha nfisha ftit li xejn kienet tippreżenta ruħha bħala impuls kreattiv sinifikanti. Għaldaqstant għall-Pranzu Statali ma kienx hemm idea waħda u partikolari li f’sitwazzjoni retrospettiva nista’nirrikordjaha bħala lkunċett sħiħ li welled dan il-ktieb. X’aktarx il-ħsieb għal dan il-ktieb tnebbaħ bħala konsegwenza naturali għal dak ta’ qablu, IlPurgatorju 3600 - Verżjoni Danteska tal-Politika Maltija fl-Ewwel Repubbblika, jew forsi wkoll għaliex kont għaddej minn perijodu meta kont nedha flIstorja ta’ Malta u letteratura bi sfond storiku, jew forsi wkoll għax kont bdejt nipprova nikkonvinċi lili nnifsi minn dik il-massma tal-politiku u kittieb Ingliż, Sir William Temple, li l-avvenimenti tal-Istorja jistgħu

Mil-lat tal-lessiku u tan-narrattiva, il-versi fi Pranzu Statali jistgħu jkunu mifhuma mill-qarrej mingħajr riferenza li tmur lil hinn mil-limiti tagħhom; fil-fatt in-noti f’qiegħ tal-paġni mhumiex qegħdin hemm biex ifissru dak li qed jingħad fil-versi, iżda biex iqiegħdu l-versi fil-kuntest tal-avvenimenti storiċi. Meta ktibt dawn il-versi kelli f’moħħi l-ħin kollu lillqarrej bħala xi ħadd li jista’ jifhem il-prodott finali mingħajr impenn eċċessiv. Kemm domt biex ktibt u lestejt dan ix-xogħol? Biex niktbu ma domtx, iżda ħadli aktar minn sentejn sabiex tħejjejt għalih. Nista’ nistqarr li domt aktar nikkorda milli ndoqq. Kont dħalt fid-drawwa li naqra b’attenzjoni perijodu perijodu mill-Istorja ta’ Malta, nagħmel studju komparattiv ta’ dak li kitbu diversi storjografi dwar dak il-perijodu partikolari, imbagħad nagħżel fuq liema personaġġi se niffoka u fuq liema avvenimenti. Wara, billi kif kelli f’moħħi lIstorja ma kenitx se tiġi ppreżentata b’mod lineari, kont nieħu n-noti bil-ħsieb li ’l quddiem kull personaġġ partikolari nsiblu postu fuq mejda speċifika fejn ikollu kumpanija li tixraqlu. Dan kien proċess li ħadli ħafna ħin; madankollu ma

13


kenitx ħaġa tqila għalija li nippersevera. Ladarba, imbagħad ġbart il-personaġġi assortiti fi gruppi, kien il-gost tiegħi li nħammem x’setgħu qalu bi qbil jew battibekk, u kif setgħu ġabu ruħhom ma’ xulxin f’ċirkustanza ta’ pranzu statali. F’waqtiet stramani ta’ silenzji bejni u bejn ruħi, dak it-tħammim kien ikun tradott fi kliem li kien, f’waqt utopiku, jingasta ruħu bħal b’seħer fil-vrus u f’rima li ħafna drabi toħroġ spontanja. Din l-aħħar fażi tal-kitba ħaditli ħafna inqas ħin mittħejjija ta’ studju tal-fażi ta’ qabilha. Dan forsi wkoll għaliex jien ma jkollix biżżejjed sabar biex nieqaf u niddixxerna fit-tul biex norqom dak li jkun issuġġerieli l-impuls kreattiv. Fid-daħla tikteb: “Dawn huma paġni mill-Istorja ta’ Malta, iżda mhux biss.” Taqbel li din tiegħek nistgħu niddiskrivuha bħala epika moderna b’laqta parodika u hekk toħloq tbissima? Hekk hu. Dawn huma paġni mill-Istorja ta’ Malta, iżda rrid nenfasizza mhumiex l-Istorja ta’ Malta. Għalkemm f’dan il-ktieb jinstabu mija u erbgħin protagonist tal-Istorja ta’ Malta, baqa’ ħafna oħrajn li mhumiex fost dawk li attendew għall-“Pranzu Statali”. Dawn il-mija u erbgħin, jien għażilthom għall-kumdità tiegħi, naturalment bil-ħsieb li noħloq rakkont interessanti għall-qarrej, b’varjetà ta’ rġiel u nisa, gwerrieri u politiċi, intellettwali u negozjanti, Kavallieri u Ottomani, ekklesjastiċi u briganti, kunsulenti u kummissarji ... Xi kriterji oħra kelli wkoll: wieħed minnhom kien li nipprova nsib xi karatteristika sabiħa f’min bqajna nqisuh li kien ikrah u mill-agħar, bħal pereżempju Verres u Monroj; u min-naħa l-oħra, ipprovajt insib xi tebgħa f’min, fil-memorja kollettiva, hu meqjus bħala xi eroj immakulat, bħal pereżempju, La Valette. Ħadd ma kien xitan, u ħadd ma kien qaddis, lanqas il-poplu Malti tas-Sette Giugno li minnu ħarġu l-martri. Kriterju ieħor kien li nagħti ħjiel fejn, flopinjoni tiegħi, morna ftit żmerċ għaliex għall-glorja nazzjonali enfasizzajna żżejjed xi virtù jew xi avveniment biex pinġejnieh kif jaqbel lilna. Pranzu Statali għandu aspetti ta’ epika fis-sens ta’ poeżija narrattiva fit-tul li tirrakkonta kapitli millIstorja ta’ dawn il-gżejjer u tal-poplu Malti u Għawdxi. Xi kritiċi ssuġġerew li kull kapitlu għandu xeħta teatrali u li jkun xieraq (b’adattament żgħir) li jinħadem fuq il-palk. Kien hemm ukoll min

Joseph W. Psaila

ikklassifika dan ix-xogħol bħala historical fiction f’sura ta’ poeżija. Jissejjaħ x’jissejjaħ, hemm punt li jien żammejt kontinwament quddiem għajnejja. Ridt niddistingwi bejn dak li hu tabilħaqqq Storja dokumentata u dak li hu stħajjil għax iffantasizzat mill-awtur. Għaldaqstant in-numru kbir ta’ noti f’qiegħ il-paġni. Permezz tagħhom toħroġ id-differenza bejn ir-realtà storika (talinqas kif jagħtuhielna l-istorjografi) u lkumment mistħajjel. B’dan l-irkaptu, jista’ jkun li lktieb iservi lill-istudenti tal-Istorja ta’ Malta, mhux biss bħalma normalment jiġri billi jaqraw il-ġrajja mqiegħda b’mod kronoloġiku u lineari, imma ukoll billi jirrelatawha ma’ dak li qiegħed jiġri madwarna llum. B’din l-iskema tinħoloq sitwazzjoni li tista’ tqanqal tbissima... u tbissima qajl issibha fil-kotba riċerkati tal-Istorja u li huma strettament Storja. Fi Pranzu Statali, it-tbissima tinħoloq mir-raxxa ’l hawn u ’l hinn ta’ niskata satira – niskata biex tħawwar u tagħti t-togħma lill-borma bħall-melħ filminestra. Jekk tkun żejda tgħarraq l-ikel. Hekk ukoll għalija s-satira. Is-satira jista’ jkun fiha niggieża ċajtiera jew jista’ jkun fiha niggieża ta’ insult velenuż; tista’ tkun buffonata tas-salott jew inġurja tal-berlina medjovali. Din id-doża goffa tal-aħħar ma tgħoddx għal Pranzu Statali. Ta’ min isemmi li hemm tliet inġenji li bihom tinħoloq is-satira: wieħed hu dak tat-tifħir ironiku; lieħor, kuntrarju għal dan, jinħadem billi jibda bi kritika negattiva u mbagħad, b’xi makakkerija letterarja, jinbidel u jintemm f’kumpliment

14


b’vantaġġ għall-persuna kkritikata. It-tielet hu lħolqien ta’ sorpriża b’dak li hu inevitabbli u għaldaqstant joħloq waqt ta’ enerġija farseska. F’dan il-ktieb, gaj imħarreġ ta’ waiters nemmiesa, jissindikaw kull ma qed jiġri u kull ma qed jingħad filPranzu, u jixprunaw id-diskors biex jissodisfaw ilkurżità tagħhom u tal-bloggers, jaddatta ruħu għal kummenti satiriċi. Imma s-satira fiha r-riskju li l-qarrej ma jkunx sensittiv biżżejjed biex jagħrafha, jew min-naħa loħra jista’ jkun sensittiv iżżejjed u jaqra lil hinn minn dak li kellu f’moħħu l-awtur. Dan it-tieni każ jista’ jkun żvantaġġ daqs kemm jista’ jkun preġju billi ssatira xi drabi jkun fiha miċċa li tinnaska xi xamma li s-sensitività tal-qarrej istintivament tirregolaha biex issir fine-tuned għas-sodisfazzjon tiegħu. Taħseb li l-Maltin u l-Għawdxin jinżlilhom tajjeb ktieb bħal dan? Jafu jidħqu bil-politiċi tagħhom? Il-politika partiġġjana għadha wisq qawwija fostna. Għaldaqstant, il-Maltin u l-Għawdxin, iva, jafu jidħqu bil-politiċi imma b’dawk tal-partit li mhux tagħhom; għal ħafna Maltin, il-politiċi tal-partit tagħhom huma mostri sagri. Madankollu, huwa xieraq li nittamaw li l-fanatiżmu maż-żmien jonqos u jnin, u għaldaqstant għad jikber in-numru ta’ dawk li jkollhom grazzja kbira, għalihom u għal pajjiżna, li jidħqu bil-politika. Tmasħanna wisq għal xulxin matul is-snin! Imma din il-mistoqsija għandha korollarju. Il-politiku tagħna jaf jidħaq meta ssir ċajta spejjeż tiegħu? Jingħad li xi politiku Malti mill-priem kien jedha jiġbor f’kollezzjoni l-kartuns tal-ġurnali li fihom kien protagonista. Jekk xi politiċi tagħna llum għad ma għandhomx l-attitudni li jidħqu bihom infushom, kemm hu tort tagħhom u kemm hu tort tal-poplu li darrihom – biex nikkwota Rum.12:3 - iżommu ruħhom aktar milli huma u ma jżommux ruħhom talli huma jew li jippretendihom li jsegwu l-wegħda “Irrid inservi” b’ħerqa u jissostanzjawha b’sensiela ta’ pjaċiri biex imbagħad in-nobbiltà ta’ dal-mottu jittrasformaha fi skambju benevolenti fil-gabina talvot?

ARTIST Fuq liżar l-artisti rajthom qed jitbewsu; bla mistħija imgħannqin. Imbagħad rajthom qed jissieltu; qed jiġġieldu... Bil-mibegħda lejn xulxin. L-artist fl-aħħar rajtu jirbaħ u l-artista kollha ħlewwa iddur bih. Ħarset lejh. Għannqitu magħha u ħalfitlu li ħajjitha trid tagħtih. Dan il-film lili fakkarni meta riedu ’l Kristu mejjet fuq Salib. Dan il-Bniedem bies u għannaq l-erwieħ kollha għaliex tagħhom Hu ħabib. Qlub bla rażan; qlub bla ħniena; qlub li raw il-ġid minn għandu hekk biċċruH. U l-artist, l-Iben li fdiena kellu s-setgħa jeħles minnhom... Ried joqtluH. U l-Madonna, l-Omm tal-ħniena, telgħet miegħu sa fuq l-għolja... Fuqha miet. Imbagħad baqa’ l-bniedem jgħallem sabiex jaħfer b’dik l-imħabba tas-smewwiet. Fuq liżar l-istorja ntemmet. Lill-artist b’dehwa ’l-artista rajtu jbus. U lil Kristu, l-Artist Alla l-ħajja tiegħu riedu jbigħu għal ftit flus. Imbagħad wara ħafna tgħarrsu mal-Mislub li ħenn għalihom fuq Salib. Hu fis-sema qed jistenna lill-għarajjes, lil kull bniedem... għax ħabib. PETER A. CARUANA (minn Bukkett Vjoli, 1981)

Imma issa aħjar nikkonkludi qabel ninħaken għal darba oħra mill-muża satirika.

15


ta’ tableux fil-pjazza tar-raħal bħala kommemorazzjoni tal-Assedju l-Kbir, dak tal-1565. Fl-Awstralja kompla bil-karriera tiegħu ta’ għalliem tal-Letteratura Ingliża u wkoll tal-Istorja f’diversi skejjel sekondarji tal-Gvern ta’ N.S.W. Kompla wkoll l-istudju tiegħu fl-Università ta’ Macquarie fejn ħa lB.A. u f’dik ta’ Sydney fejn ħa l-M.A (studju fuq irRinaxximent). Kien attiv fil-kamp tal-emigrazzjoni u ħadem fl-ewwel kumitat ma’ Fr. Paul Baron li beda La Vallette Social Centre li hemm illum. Illum dan hu l-ikbar ċentru Malti-Awstraljan fi NSW.

MILL-MELLIEĦA…. GĦAL BAULKHAM HILLS Fl-għeluq it-80 sena l-Editur tal-PONT “qasam ilbaħar” u ta titjira twila biex jitkellem ma’ Victor. Din hi l-ewwel minn żewġ partijiet. It-tieni parti tidher f’Il-PONT ta’ Settembru 2019. Il-vjaġġ tal-ħajja ta’ Victor Vella beda l-Mellieħa hekk kif faqqgħet it-Tieni Gwerra Dinjija u l-ewwel vjaġġ skolastiku kien għall-Ħamrun u ghall-Belt Valletta fejn għadda ħames snin il-Liceo. Għadda minn 9 suġġetti fis-Senior Oxford u kompla għal St. Michaels’s Training College fuq il-Għolja ta’ Ta’ Giorni San Ġiljan, fejn spiċċa bi 3 suġġetti Advanced Level u wkoll biċ-Ċertifikat ta’ Għalliem. Mar jgħallem fejn beda jitgħallem... fl-iskola tal-Mellieħa, u minn hemm għadda għal St. Joseph Sec. Tech. School ta’ Raħal Ġdid u wara għall-fergħa l-ġdida tal-istess skola, dik tan-Naxxar. Minn hemm fettillu jitlaq għall-iktar vjaġġ twil ta’ hajtu u erħilha lejn lAwstralja mal-mara u ma’ bintu ta’ sena fejn ilu jgħix ħamsin sena. Sadanittant Victor kien attiv fir-raħal tiegħu kemm fil-qasam soċjali (Mellieħa Youth Assoc.), kif ukoll dak religjuż (fil-Legion of Mary). Kien waqqaf ukoll kor tat-tfajliet u ġuvintur u fl-1965 ippreżenta serje

Beda jgħallem il-Malti wara l-ħin lill-adulti u kien wieħed minn tal-ewwel li nstema’ fuq l-istazzjon SPECIAL BROADCASTING SERVICE, iddedikat għallemigranti. Meta irtira mit-taghlim formali Victor kompla bix-xandir u llum jinstema’ fuq 3 stazzjonijiet fejn jikkummenta fuq l-aħbarijiet u jxandar wkoll esejs u stejjer adattatati għall-emigrant Malti. Ta wkoll numru ta’ diskorsi pubbliċi meta l-Country Women’s Assoc. Ta’ N.S.W. għażlu lil Malta bħala lpajjiż tas-sena fejn Victor kellu jagħti diskorsi f’erbat ibliet ta’ N.S.W, kif ukoll fl-Università ta’ Armidale. Victor ippubblika 7 kotba, fosthom tliet kotba, GĦERUQ, WERAQ u WARD, fejn ippreżenta l-Lingwa Maltija bħala t-tieni lingwa. Ippubblika wkoll diversi C.D.’s fuq diversi suġġetti, fosthom MITT ITTRA LIL GERIT, X’IŻOMMNA u X’JGĦINNA NIKBRU, IS-SABIĦ TAL-ĦAJJA, APPREZZAMENT U KRITIKA, u DAWK LIŻMI MODERNI. Dawn kollha xxandru fuq diversi stazzjonijiet tar-radju, fosthom il-PBS ta’ Malta u lRTK. Ippubblika wkoll monologu KONFERENZA STAMPA għal fuq il-palk. Għandu wkoll web site/ blog li min jogħġbu jkun jaf iżjed jista’ jsibha taħt <www.victorstapes.com> Victor għadu miżżewweġ lil Victoria, u għandhom tlett itfal u sitt neputijiet... imxerrdin mal-Awstralja. Sirt naf li inti issa għalaqt it-tmenin sena. Hija età ta’ min jirrispettaha tassew. Xi tgħid dwar dan? Kemm għenek dan f’rabta mal-mod kif tħares lejn il-ħajja u l-mod kif taħseb u tibdel ir-riflessjonijiet tiegħek f’kitba? Skużi ta Patrick, jien ma għalaqt xejn. Jiena ftaħt ilbieb għad-disgħinijiet… ma nafx fejn se nasal imma lbieb miftuħ aħjar minn xatba magħluqa. U semmejt

16


ir-rispett: nieħu pjaċir għax kulħadd qiegħed ineħħili l-kappell, avolja ftit hawn kpiepel daż-żmien, u kull fejn immur jagħmluli t-tapiti ħalli ninqata’ mill-art u ma niċċappasx għax għamlet ħafna xita u ma jkollix infarfar il-qorq jew is-sandli!! Xorta nirringrazzjak tal-kumpliment u grazzi wkoll ta’ din lintervista għax, taf int, aħjar nirringrazzjak fil-bidu għax ħa ngħidlek, tal-età tiegħi mhix ħaga kbira li ninsa ngħidlek meta naslu fl-aħħar tal-intervista. Niggosta l-frazi ‘tal-età tiegħi’, bħal speċi għandi xi bandiera u nieħu pjaċir niftaħha għar-riħ! Issa ħa ngħidlek dwar l-età: iva, ilha ġejja imma issa ġiet fuqi bħal leħħa ta’ berqa. Il-veru ma kontx nistennieha. Mhux għax bdejt nitfixkel fin-numri… S’issa għadni sejjer bir-rankatura tas-soltu għax nirringrazzja ’l Alla li s-saħħa tal-ġisem u tal-moħħ għadha ħajja ġmielha u allura tkompli tagħmel dak li tista’ u li hu possibbli. Li tħaddem il-muskoli u lmoħħ hu essenzjali għax l-ilma qiegħed jinten malajr u allura tibqa’ sejjer sakemm ma titlax slielem twal għax malajr tieħu sabta u titlef kollox. Ngħid għalija, kif għedt ħafna drabi, il-linji prinċipali tal-ħajja tiegħi huma bbażati fuq tnejn bħal ferrovija: l-edukazzjoni u r-reliġion. L-ewwel waħda tgħallmek ħafna fuq il-ħajja u x’tista’ tagħmel biha u fiha, u rreliġjon tipprovdilek bħal skop, bħal speċi ta’ mappa fil-ħajja li inti m’intix waħdek u li qiegħed hawn fiddinja mhux biex taqla’ l- flus, unuri, eċċ., imma biex fuq kollox tipprova tħalli d-dinja aħjar milli hi avolja bin-naqra li tagħmel. Hawn fl-Awstralja jħobbu jgħidu li jekk tħalli warajk tifel jew tifla, tikteb ktieb u tħawwel siġra, ġewwa ix-xileb għax tgħaddi milleżami tal-ħajja. L-età barra li xxejħek u tiġġammjalek il-ġogi toffrilek ċerta maturità, f’dak li temmen u tagħmel. Naħseb li l-iktar ħaġa li titgħallem hi li tesplora l-ħajja mhux biex tifhem il-misterju tagħha imma biex tgħinek tgħixha. Pereżempju, meta tkun żgħir u saħansitra meta tikber trid togħġob u tintogħġob. Ta’ tfal konna nistennew strina… mhux tal-flus biss… La tibda tikber u iżjed u iżjed tasal fl-età li għandi, tibda iżjed issir liberu jew teħles minn dan, ftit jew wisq diffiċli għax aħna għandna mill-klieb: iħobbu jogħġbu u min itaptpilhom fuq rashom. Imma l-età ġġiegħlek issir iżjed indipendenti. L-iżjed li ma tiddependix minn din, iva, se nsejħilha ammirazzjoni u ċapċip u medalji

għal dak li tagħmel. Tagħmel dak li tagħmel għax hi ħaġa tajba għax forsi tagħmel il-ġid u wkoll ġġiblek ċertu sodisfazzjoni persunali. Fuq kollox malmogħdija taż-żmien trabbi u trawwem ċertu kuraġġ li tippreżenta l-ideat bl-istil tiegħek u bin-nuċċali tiegħek. Se ngħidha avolja ma nafx min qalha: l-iskjavi ta’ Ruma kienu aħjar minna: kienu jafu li huma skjavi imma aħna skjavi... u ma nafux. Forsi xi ftit esaġerata, imma jekk toqgħod taħseb ftit tara li aħna rridu nogħġbu, il-kap, is-surmast, it-teacher, ilpresident, il-partit, l-omm u l-missier, lil ħija jew lil oħti, lill- għarus u lill-għarusa, il-mara jew ir-raġel... Imbagħad hemm il-ħbieb u l-ġirien, u min jisimgħek u min jaqra li tikteb, u sejrin. Meta tikber tibda tħalli din il-gaġġa u tiftaħ il-bieb tal-indipendenza. Le, mhux għal kollox, għax għadek tgħix fid-dinja imma ssir iżjed tuża moħħok u qalbek, mhux li ssir selfish u taħseb biss fik innifsek, imma li tkabbar il-bilanċ bejn li tiġi maħbub u apprezzat u li tiġi injorat jew ukoll ‘ikkritikat’. L-ideat ma semmejthomx. Imma dawn huma lqofol; wara kollox huma dawn li jħobbu jorbtuna għal għomorna. U huma dawn li nistgħu nbidlu jew insaħħu jew narmu. Ideat fuq libertà, fuq reliġjon, fuq suċċess, fuq il-ħafna ‘iżmi’ li aħna mdawrin bihom. Kemm hi sabiħa l-libertà, u s-suċċess u jew kemm kont tara sabiħ is-soċjaliżmu u lindividwaliżmu… u l-liberaliżmu, imma maż-żmien tara li fid-dinja kull basla tfuħ u għandha togħma

Victor Vella flimkien ma’ martu Victoria

17


Issir selfie. U dan rajtu u għadni narah madwari fost il-komunità Maltija meta tiltaqa’ ma’ individwi li waslu b’xejn u li saru sinjuri, jiġifieri għamlu suċċess tanġibbli u tara bħal rajt m’ilux fi pranzu ta’ waħda li għalqet 90 sena, li ħafna fetħu businesses, jew ħadmu f’diversi xogħlijiet, imma ħadmu u għexu tajjeb u iżjed u iżjed raw riżultat ta’ dan is-suċċess fit-tieni u t-tielet ġenerazzjoni. Hawn min imaqdar il-proċess tal-emigrazzjoni x’aktarx minħabba motivi politici. Biss, għall-maġġoranza u mill-esperjenzi tiegħi rajt li mix-xejn tal-bidu għamlu l-mirakli.

Xi pubblikazzjonijiet ta’ Victor Vella

tajba imma tista’ tbikkik ukoll. Allura tiġi wiċċ imb wiċċ mar-realiżmu, mal-ħajja kif inhi. Naħseb lgħażla għall-president li jmiss tal-Amerika u li hi ħaġa kurrenti jew għaddejja bħalissa fiha tagħlima konkreta. Id-demokratiċi qegħdin ifittxu li jkollhom kandidat perfett… li wara kollox mhix ħaġa kbira jew impossibbli biex jieħu l-post ta’ Trump. Allura ma jistgħux isibu bniedem pur jew perfett biex ngħid hekk kif qaltilhom in-New York Times, għax wieħed mill-kandidati hu xiħ għax għandu 75, l-ieħor gay imma mhux gay biżżejjed, l-oħra kafillatte, allura la hi bajda u lanqas sewda biżżejjed, u sejrin. Kemm għamlu sewwa li l-Griegi antiki tellgħu l-allat tagħhom ‘perfetti’, jitbaħartu fuq il-muntanja Parnassus u aħna bl-anġli u l-qaddisin li telgħu lġenna fil-għoli wkoll. Insomma nqatgħu mid-dinja. Inti ilek snin twal tgħix fl-Awstralja. Liema huma lesperjenzi sbieħ u anki koroh li baqgħu stampati f’moħħok rigward dan il-pajjiż-kontinent daqstant kbir u differenti minn art twelidek? Ħalli nibda bl-ikreh: meta ssiefer tifhem li tħalli warajk familja, ħbieb, xogħol, u ambjent, mhux biss fiżiku imma wkoll network ta’ dawn li semmejt. U taf int kif inhi s-sitwazzjoni ta’ Malta: lil min taf jista’ jagħtik palata f’ħafna fażijiet tal-ħajja. Ftit jew wisq jgħinuk. Meta tasal f’art ġdida bħalma għamilt jien, dawn il-pilasrtri jaqgħu u jispiċċaw u f’ħafna każi jew trid tibnihom bil-mod jew tiddependi ħafna fuqek innifsek. Is-soċjetà ta’ hawn isejħula ‘the I Society’.

Jien ngħid għalija għaddejt minn dak li għadda ħaddieħor… u niftakar tajjeb meta fl-ewwel skola sekondarja li mort ngħallem kelli nimxi, naqbad ittren u mbaghad naqbad tal-linja. Għax jiena naħseb li għamilt żball li ma xtrajtx karrozza mill-ewwel, ta’ Malti li kont. Għax il-karrozza hawn, speċjalment 50 sena ilu, ma kontx tgħix mingħajrha. Tridha biex tmur għax-xogħol, kollox sew, imma tridha wkoll biex tagħmel ix-shopping għax diffiċli ssib il-corner shops li kienu tant handy Malta. U mbaghad biex toħroġ u tmur x’imkien. Tgħiduli, ‘Hawn il-ferrovija u tal-linja’, imma dawn ma ssibhomx wara l-bieb u jeħduk kullimkien. Fil-każ tal-iskola, għall-ewwel sibtha diffiċli kif tittratta mal-bniet jew tfajlet fl-istess klassi massubien, għax Malta kien għadu kulħadd għalih. U tidħol wkoll il-kwistjoni tad-dixxiplina li mhux jien biss, imma kien għadu ma kienx hemm sistema ta’ dixxiplina għall-bniet. Il-bqija jiena hawn sibt sistema ta’ tagħlim differenti minn dik li kont nuża jew nużaw Malta. F’Malta s-sistema kienet għadha li... Jien is-surmast u kif ngħid jien… u l-bqija. Imma hawn it-tagħlim kien iżjed ibbażat fuq id-diskussjoni. Pereżempju, tagħti ċ-ċans lill-istudent ifisser poeżija jew karattru kif jaħsibha hu... jew hi. Jew fl-istorja jekk pereżempju tieħu lil Napuljun… id-diskussjoni tista’ tkun… dan tqisu eroj jew wieħed li ħlief gwerer ma għamilx? Allura l-istudenti riedu jkunu jafu l-fatti imma wkoll jgħarblu biex jaraw kif se jiġġudikaw f’dan il-każ persuna mill-istorja. U tistagħġeb biex joħorġu, specjalment f’dik li hi letteratura. Nista’ nibqa’ sejjer fuq l-edukazzjoni għax hja l-ħajja tiegħi. Sibt ruħi naħdem ma’ professjonisti fil-veru sens tal-kelma li, pereżempju, is-surmast laħaq għax

18


l-ewwel għamel 20 sena jgħallem u allura jaf xi tfisser il-klassi. Bħala kuntrast fl-iskola sekondarja fejn għallimt Malta kelli taħlita ta’ avukati u xjentisti u sejrin li kienu professjonisti imma ma kellhomx training jew background ta’ tagħlim. Kull ġimgħa hawn kellna, jew aħjar ngħid kien ikollna, staff meeting ħalli niddiskutu kif sejrin... u dan kien ilqofol tas-sistema għax kienu jinqalgħu ħafna kwistjonijiet fuq l-isports, fuq id-dixxiplina, insomma fuq kull dipartiment tal-iskola. L-isports kien jilgħab parti importanti fil-kurrikulum u fit-tlieta jew erba’ skejjel li għallimt kienu wkoll jippreżentaw jew musical jew play kull sena. Se niftaħar billi nghid li kont minn tal-ewwel li organizzajt multicultural weeks f’xi żewġ skejjel bi żfin u kant minn ħafna pajjiżi ppreżentati mill-istudenti stess. Dan hu prova wkoll ta’ kemm kienu jilqgħu ideat ġodda, ġejjin minn fejn ġejjin. CD li Victor Fenech kien ħareġ fl-2013

Jiena naħseb li l-iktar ħaġa diffiċli li jiltaqa’ magħha lemigrant hi l-lingwa. Dik li trid tuża f’dan il-każ lIngliż il-ħin kollu. Żgur li nistenniek tgħidli li inti la kont tgħallem l-Ingliż ma kellekx diffikultà. Mhux li tifhem u titkellem, imma li trid titkellem u tipprova tifhem lingwa oħra l-ġurnata kollha. Li toħloq ċerta strain biex tlaħħaq, speċjalmnt l-ewwel sena jew tnejn. U hemm oħra: hemm il-lingwa uffiċjali taliskola u hemm l-oħra, dik li se nsejħilha l-lingwa u laċċent jew id-djalett tal-pub, jew tal-bniedem komuni. Aħna Malta nippretendu li nafu l-Ingliż. Iva, l-Ingliż li se nsejjaħlu skolastiku jew intellettwali talkotba, imma mbaghad hemm il-lingwa ta’ kuljum… jew il-lingwa tal-pub jew tal-ħanut jew tal-fabbrika… Allura trid tħabbat wiċċek u widnejk ma’ lingwa differenti. Naf li inti mhux biss tikteb u ppubikajt 7 kotba imma saħansitra ħriġt C.D.’s fejn kitbietek huma moqrijin. Naf ukoll li inti taħdem ukoll fuq ir-radju. Allura liema huma s-suġġetti favuriti tiegħek meta tiġi biex tikteb? Naf li tnejn minnhom huma nnostalġija, imma anki t-tagħlim. Xi tgħid dwar dan?

tikteb jew tiddeskrivi bid-dettall xeni, eċċ. Maltin, imma li fil-kitba tuża xi ħaġa Maltija jew xi episodju, jew biċċa mill-istorja u talludi għalih. Jew tuża wkoll simboli bħal ngħidu aħna kif għamilt fis-sensiela, FISSETAĦ GĦAR-RWIEĦ, meta semmejt iz-zuntier, ixxagħri, il-pjazza… li tmur fejn tmur u tgħix fejn tgħix jibqgħu mwaħħlin f’moħħok. Fuq kollox ħrigt iddjalogu fuq stil Malti. Rigward it-tagħlim, taf int, mat-tagħlim jiġu ssuġġetti li mal-ħajja tista’ tħawwarhom bl-esperjenzi u wkoll tifrixhom fuq l-edukazzjoni fuq ir-reliġjon, ideoloġiji jew filosofiji fuq il-ħajja u l-bqija. Dan hu li nipprova nagħmel fuq ir-radju, li tesplora diversi suġġetti u tissemplifikahom biex jiġu jiftehmu missemmiegħa għax mhux billi tgħid se ngħallem xi ħaga, trid tara kif se tfassal u se tippreżenta ttagħlim ħalli jiġi jiftiehem mill-udjenza li jkollok. [Tissotka fil-ħarġa li jmiss]

In-nostalġija bħall-melħ fil-brodu, tidħol mingħajr ma trid għax bħalma qal il-pittur Chagall, iva li kien Russu imma kien jgħix fi Franza, fil-kwadri li pinġa kien hemm dejjem it-togħma jew ir-riħa Russa ta’ tfulitu. Dan mhux bilfors tpinġi jew fil-każ tieghi

19


waqfitu għax issa ħareġ għall-pubbliku PS: Il-Muża Mħallta (2018), ġabra li tintemm b’“endgame”. Jiġifieri, dan l-aħħar ktieb huwa (bħala postscript) għamla ta’ messaġġ ekstra miżjud fi tmiem ta’ karriera poetika mifruxa u stabbilita fuq il-medda tad-deċennji mis-sittinijiet tas-seklu 20 ’l hawn – messaġġ li jagħti tagħrif ieħor. Din il-bidla fil-ħsieb Fenech jispjegaha u jiġġustifikaha (fid-daħla) billi jikkwota kif darba Anton Buttigieg fisser il-muża bħala “vera qaħba” għax “anki f’nofs ta’ lejl ma tħallikx torqod, tgħidlek li trid u jkollok taqdiha”. U fil-każ ta’ Fenech, il-muża baqgħet tinbxu anki wara li għalaq it-tmenin. F’din ir-reċensjoni m’iniex se nirrepeti dak li għedt Fl-Arena ta’ Moħħu, imma se nżid biss xi kummenti li jistgħu jiġu infilsati fil-ktieb.

SFOG MUĠUGĦ PS: Il-Muża Mħallta ta’ Victor Fenech, Horizons, Malta, 2018 Reċensjoni ta’ Charles Briffa

Kemm ili nanalizza l-kitbiet ta’ Victor Fenech dejjem rajt fih li l-lingwa tirrappreżenta r-realtà. L-għarfien ta’ dinjetu (i.e. tal-kontemporanjetà tiegħu) jitqanqal mill-esperjenza diretta tiegħu tar-realtà, imbagħad isarraf dik l-esperjenza fi kliem. Ilkontemporanjetà tiġi aċċessibbli għalina permezz tal-lingwa kif imħaddma fil-poeżiji u l-poeproża – lingwa li fl-istess ħin tikxef xejriet siewja tal-istil mentali tal-poeta. F’PS hekk għadni narah: poeta li llingwa tiegħu hija tieqa fuq id-dinja u bieb imbexxaq f’moħħu. Irrid ngħid li bħala tieqa l-lingwa taxxogħlijiet tirrifletti d-dinja, imma bħala bieb imbexxaq il-lingwa tikkostitwixxi moħħu. Kull suġġett li jittratta jinbena fil-lingwa.

Fil-ktieb Fl-Arena ta’ Moħħu (2018) lil Victor Fenech urejtu bħala awtur intellettwali u mimli kultura. U wrejt ukoll li l-kitba letterarja tiegħu għandha personalità li tgħożż il-ġmiel u tikkritika lkontemporanjetà, u ġġagħalna nissuspettaw filvaluri tal-lum. Mhix biss kritika iebsa talkontemporanjetà, imma hija wkoll sfog muġugħ ta’ lment personali kontra l-ħajja li jingħaqad ma’ lmenti personali oħra ta’ poeti kontemporanji. Dawn huma karatteristiċi ta’ Fenech li jinsabu wkoll f’PS: IlMuża Mħallta (2018) li jien ma kontx rajt meta lestejt il-ktieb tiegħi għax kien għadu ma ħariġx.

B’eżempju nsemmi l-użu tar-rima li jgħin sabiex jgħaqqad il-ħsieb ma’ ieħor, u fl-istess ħin jorbot irritmu mal-ideat. Fil-poeproża “Tmenin”, Fenech iħaddem ir-rima biex jibni grad ta’ emfasi fil-versi. Ilprogressjoni tar-rima minn paragrafu poeprożajku għal ieħor hija hekk: “poeżija-parodija”; “poeżijapoeżija-anestesija” + “jitlax-jimportax”; “poeżijafantasija” + “ħjut-bjut”; “poeżija-moħqrija” + “widien-għotjien” + “bliet-swied” + “sinfonijatbatija-poeżija”; “poeżija-poeżija-tbatija-poeżija” + “fatikuż/meraviljuż”; “poeżija-tislija-frattarija” + “manja-xampanja”. Il-parodija tlaqqa’ t-tislija maxxampanja (tat-tluq?).

Darba Fenech kien qatagħha li ma jibqax jikteb poeżiji u ħareġ L-Aħħar Rimi (1997); imma baqa’, u reġa’ għamel il-ħsieb li jerġa’ jieqaf u ppubblika Għeluq (2005); u lanqas din il-pubblikazzjoni ma

Ir-rima stilistika twassal biex b’mod inkonxju ma tħallix il-poeproża tabbanduna lilha nnifisha, u minkejja r-repetizzjoni tal-istess ħoss il-poeproża ma tifgax, għax meta niffokaw fuq il-progressjoni tar-

20


Victor Fenech

rima li tħaddem l-element “-ija” nintebħu li r-rima tkun qed iżżid l-emfasi u l-melodija tal-versi. U dan ix-xogħol isir għax Fenech jużaha r-rima bħala element ta’ għaqda fit-tifsir. Il-“poeżija” jixħetha f’ġustapożizzjoni ma’ “parodija, anestesija, fantasija, moħqrija, sinfonija, tbatija, tislija, u frattarija” biex jagħti x-xejriet tal-impressjonijiet poetiċi tiegħu li kellu matul ħajtu. Plass hekk, ir-rima interna toħloq effett sfiq u koeżiv. Il-kontenut semantiku tal-kliem irrimat jista’ joħloq rima ironika meta l-kliem li jirrima jkollu konflitt ma’ dak li jkun qed jingħad jew ma’ dak li jkun intenzjonat fix-xogħol. Meta jkun hemm effett ta’ tensjoni jagħti impressjoni ta’ taħwid. Inżid ngħid ukoll li Fenech iħobb il-poeżiji ta’ taħdit ma’ awturi magħrufin. Dan għamlu f’xogħlijiet oħra u issa f’PS qed jerġa’ jagħmlu. Jidħol fi djalogu dirett ma’ Yamanoue Okura (ċ.660-ċ733) li kien poeta klassiku Ġappuniż biex jitħasseb bil-loġika talmoralità fuq “il-għala tal-faqar” u “l-impermanenza tal-ħajja umana”. Id-djalogiżmu f’Fenech huwa stat ta’ moħħu. U f’naħa oħra tal-ktieb daħal jiddjaloga letterarjament ma’ Stephen Crane (1871-1900) bladattazzjonijiet li għamel tal-poeżiji qosra ta’ Crane mimlijin xbihat vividi u konċiżi. Crane kien poeta, rumanzier, u novellist Amerikan; ix-xogħlijiet tiegħu juru aspetti realistiċi tad-dinja tiegħu, u għalih lambjent kien tremend u jsawwar ħajjet il-bniedem minkejja kollox. Bħal Crane, Fenech kmieni qatagħha li l-umanità hija studju interessanti – Crane raha aktar interessanti mill-istudji akkademiċi. Ma’ Fenech inħossni nogħdos fil-poeżija u l-poeproża li jġibu ħajjin il-kondizzjonijiet ħorox tal-eżistenza umana.

Fil-kitbiet tiegħu Fenech huwa personali u jiġbed mis-sentimenti tiegħu mqanqla mill-ġrajjiet reali talpoeti barranin. U dawk il-ġrajjiet iservu ta’ springboard għal xi ħsieb fuq l-umanità. F’dan issens il-poeżija u l-poeproża tiegħu huma intellettwali, u mhumiex kitbiet li jevokaw issentimenti. Huma xogħlijiet li jistimulaw il-moħħ (aktar milli jqanqlu l-qalb). Fihom attitudnijiet, twemmin, u fehmiet fuq il-bniedem u d-dinja tiegħu; u PS ikompli fix-xejriet Fenechjani li jilmħu lletteratura bħala kunċett li hu essenzjalment drammatiku; u f’daqqa l-“poeżini”, il-ħajku, il-poeżiji, il-poeproża (issa nistgħu nħarsu lejn il-poeproża b’simpatija storika), il-poeżija viżiva, il-vers proġettiv jipprovdu l-kontinwità mentali fi ħdan l-istrutturi ta’ bixra konversazzjonali megħjunin mill-vuċi li spiss tirrapporta t-tiġrib. U ma’ dan kollu, hawnhekk, jerġa’ jdaħħal l-element viżwali għax għalih il-viżwali u ċ-ċerebrali jagħtu “espressjoni ħolistika” u għalhekk “m’għandhomx jibqgħu fi stat ta’ firda totali”, anzi kultant “jistgħu jitqiesu kumplimentari” għal xulxin. L-idea ta’ postscript tingħaqad poetikament (u djaloġikament) ma’ xogħlijiet oħra għax fil-ġrajja talbniedem insibu xogħlijiet fi ħdan il-kunċett ta’ PS I Love You li jħaddan: pubblikazzjonijiet letterarji (eż. PS I Love You: An Intimate Portrait of Peter Sellers, 1981, bijografija ta’ Michael Sellers); produzzjonijiet għall-films u t-televixin (eż. PS I Love You, 2007, film ibbażat fuq ir-rumanz bl-istess isem ta’ Cecelia Ahem li ħarġet fl-2004); u kompożizzjonijiet ta’ songs (eż. PS I Love You, 1962, song tal-Beatles li ħarġet bħala l -B-side ta’ Love Me Do.) – insibu anki x-xogħol ta’ Kierkegaard, Concluding Unscientific Postscript. Ilktieb ta’ Fenech jidħol fin-niċċa postskriptjana talqasam intellettwali. Dan il-ktieb, PS: Il-Muża Mħallta, jgħaddina millħsieb tal-muża-qaħba għall-poeżija-frattarija – vjaġġ ta’ ideat li fihom xi tmexmex. Tgħid se jkun hemm xi PPS (post-postscript)?

21


GEORGE FALZON - KIF NAFU JIEN Kitba ta’ Mario Griscti Il-kittieb George Falzon, miet f’jum għeluq sninu, ilĦadd, 7 ta’ April, 2019 ta’ 68 sena. L-aħbar ixxokkjat lil kull min kien jafu. U kienu jafuh ħafna. Mhux biss fl-Għaqda Letterarja Maltija, imma f’ħafna fażijiet u oqsma oħra tal-ħajja. F’din il-kitba, nixtieq nagħti ħjiel ta’ kif kont naf lil George jien. Dan ser nagħmlu b’realiżmu skjett mingħajr inċens żejjed u sapun żellieqi. Ilqajt l-ewwel darba miegħu meta rsaqt għall-ewwel darba lejn l-Għaqda Poeti Maltin. Għalkemm kien wieħed mill-iprem mexxejja tal-kumitat tal-Għaqda, kien raġel baħbuħ. Ma kienx minn dawk li jemmnu fil-pompi u t-trumbetti. Minn dan biss, ukoll konna naqblu. Kien kittieb u poeta tajjeb imma lanqas biss kien jippretendi li hu poeta jew kittieb ta’ validità letterarja.

TISLIMA LIL GEORGE FALZON Lil George Falzon ħafna jafuh personalment permezz tar-rabta komuni li xi darba kellhom mal-Għaqda Letterarja Maltija. Ħafna iktar forsi qatt ma ltaqgħu miegħu personalment, imma saru jafuh, jew komplew il-ħbiberija tagħhom miegħu permezz ta’ Facebook. Lil George jiena kont ilu snin ma niltaqa’ miegħu wiċċ imb wiċċ, imma kont insegwih regolarment fuq Facebook. Nibqa’ niftakru bħala dak li regolarment kien jimposta kummenti dwar lilsien Malti, l-iktar meta kien jisma’ xi ħmerija fuq ilmezzi tal-komunikazzjoni; kien jimposta wkoll bosta ritratti tal-isbuħija naturali tal-Gżejjer Maltin, imma anki ritratti li jweġġgħu ladarba xhieda ta’ kemm xi wħud minna ma nirrispettawx lil din l-istess art twelidna. Fuq kollox lil George niftakru bħala dak li regolarment kien jibgħatilna aġġornamenti filqasam tal-letteratura u l-lingwa Maltija permezz talemail. Ironikament George Falzon ħalliena bla ma ħadd qatt stennieha eżattament f’jum twelidu, is-7 ta’ April, 2019. Bosta kienu diġà ferħulu u kitbulu lawguri permezz ta’ Facebook u jiena kont se nagħmel l-istess kieku ma qrajtx qabel il-messaġġ li kien ħalliena ħabta u sabta. IL-PONT qed jiddedika ftit spazju lil dan il-bniedem kbir, ġenwin u onest, li qatt ma daqq it-trombi. Ħaqqu ħafna iktar minn hekk. Agħtih Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem.

Naturalment, l-Ilsien Malti kien il-mimmi t’għajnejh u kien jisħaq biex ngħinu b’xi mod u mill-qalb, lillGħaqda Letterarja li ma xtaqhiex tmajna kif fil-fatt majnat. Żgur li ma kellux ħtija f’dan kollu. Anzi, qabel l-Għaqda Letterarja Maltija laqqtet id-daqqa talmewt, kien jinkwieta ħafna li m’hemmx biżżejjed għajnuna u koperazzjoni minn xi membri li kienu biss membri tal-isem. Ta’ ġentlom li kien, George ma kien jippunta subgħu lejn ħadd, imma min ried jieħu l-messaġġ, ħadu. Jiena nafu fiċ-ċrieki letterarji. Kien iħalli fija impressjoni mill-isbaħ u togħma mill-aqwa. Il-fatt li ma kienx biss jipprietka imma jaħdem huwa nnifsu, kien jurini li huwa bniedem ta’ eżempju, xprun taxxogħol, raġel li tista’ tafda u ħabib tassew, bla rtokki, maskri u kostumi. Meta l-Għaqda kienet fl-għafja ta’ mewtha, George Falzon kien jisħaq illi ftit għajnuna minn ħafna tista’ ssalva lill-Għaqda. Bniedem ta’ kultura kbira imma li qatt ma impona ħsibijietu jew kixef bi kburija għerfu quddiem id-dinja, bħalma jagħmlu xi wħud li bilmoħħ lewża tagħhom jaħsbu li bdew l-univers huma. George kien dħuli, u ma kienx iħobb il-fanfarunati. Ġieli kien iżellaq xi ċajta. Waħda minn dawk li ma tweġġa’ lil ħadd jew nebbiexa, indirizzata lejn ilkuxjenza tagħna lkoll, b’risq il-letteratura Maltija.

22


Kemm kont ili membru fl-Għaqda Letterarja Maltija jien, ma naf lil ħadd li kisirha ma’ George. Kif tista’ tiksirha ma’ ġentlom bħal dan? Tlifna raġel onest, ħabib tassew u Malti mill-kbarnett li qatt ma fittex pedestalli. U biex inkun għidt kollox, bla ma naħseb li parlajt żejjed, irrid ngħid, li għad li George Falzon qatt ma fittex pedestalli, u kien iħobb lil kulħadd, naqtgħu ma tantx kien jieħu pjaċir b’nies, li qajla jmiddu idejhom biex jagħmlu farka xogħol (u tassew farka fejn il-ħafna li kien jagħmel hu) u mbagħad jippretendu l-inċens u l-midalji. Dak inhar li miet, aktarx kont qed niktiblu l-awguri għal gheluq sninu. Ghal maghmul m’hemmx Kunsill. Issa li George telaqna, nibqghu niftakruh kif tassew kien. Raġel kbir li dejjem ried jibqa’ żgħir. Għax ma kellux ambizzjonijiet. Għax dħuli. Għax Luqi. Għax kellu karattru Malti. Xewqtu ma kenitx li jsir magħruf jew li kulħadd iqum iċapċaplu. Xewqtu kienet dik li jara lill-Ilsien Malti jkompli miexi ’l quddiem fid-dekor u lprestiġju tiegħu. U jekk irridu naghtu ġieħ lil seħibna George, irridu, f’ħajtu bieżla, naraw id-dawl li għandu jmexxi lil kull min jgħid li jħobb pajjiżna, lejn is-sostenn talletteratura u l-grammatika Maltija. Umilment jien ktibt xi versi b’ġieħ lil dan il-ħabib, is-sieħeb, ir-raġel kbir, eks tmunier tal-Għaqda Letterarja Maltija li bi tluqu minn din l-art, ħalla ġerħa f’qalbna, li ma tingħalaqx malajr. SAĦĦIET GEORGE Ix-xemx dgħajfet dawlitha, il-qamar ma telax, l-aħbar dallmet b’ħakmitha, x’baqa’ li ma nqalax?!! Artna nsatret f’nikitha, u ħlief baħħ ma baqax, l-kotra karkret mixjitha, ħlief teħmed ma tistax. Il-pinna li ħakmitha, id George, ma tingassax il-firma li żejnitha.

bl-aħħar tbissim, f’serqitha. mario griscti 9-1V-2019.

TISLIMA LIL GEORGE FALZON (19512019) Kitba ta’ Alfred Massa Nhar it-Tnejn, 8 ta’ April sirt naf bil-mewt tal-eks student u ħabib tiegħi George Falzon. Inħsadt għax lil George kont ili nafu minn tfulitu. Kont ngħallmu fl-iskola primarja ta’ Birżebbuġa u bqajna nikkuntattjaw sikwit lil xulxin. Meta d-dehxa għaddietli ġibtu quddiem għajnejja filklassi. Tifel b’xagħru nnukklat, kwiet, dejjem attent u wieħed mill-aħjar tfal li kelli. Aktar tard iltqajt ma’ George fil-Kumitat tal-Għaqda Letterarja Maltija fejn għamel żmien bħala Segretarju. Aktarx li kien ħajru biex jissieħeb fiha zijuh, ħu ommu, Patri Kerubin Farrugia, Karmelitan, hu nnifsu kittieb u poeta. Minn dak iż-żmien kulmeta ltqajna tista’ tgħid li kliemna dejjem kien dwar il-letteratura u l-qagħda letterarja ta’ pajjiżna. Għax George baqa’ jinteressa ruħu fiha sakemm ilMulej sejjaħlu. Kumbinazzjoni ftit ilu ħabib ġabli salt materjal konness mal-Għ.L.M. Peress li kien hemm tagħtif u korrespondenza dwar l-Għaqda, waqt żjara li għamilli Dr Andrew Sciberras iddeċidejna li ngħadduh lil seħibna George għax jien naf kemm lGħ.L.M. kellha għeruq fondi f’qalbu. Tant hu hekk, li darba kont ħajjartu jissieħeb fl-Għaqda Poeti Maltin u ma weriex interess. Issa għalkemm George m’għadux magħna imma żgur li ser jibqa’ f’qalbi. Kif nista’ ninsieh? Meta rajtu jikber u jsir raġel serju, sinċier u devot kbir talLetteratura Maltija! Kondoljanzi lill-familja tiegħu. Alfred Massa Ħal Tarxien

Saħħa George, żgur b’"rebhitha" il-mewt ma tispiccax

23


MEWT GEORGE FALZON ĦASDITNI

Qatt ma ppretenda xejn.

Kitba ta’ Sergio Grech

Mewt George Falzon ħasditni. Ridt niktiblu happy birthday fuq Facebook dakinhar u fl-istess ħin jasal messaġġ privat li George ħalliena. Ħassejtha inġusta dil-mewt. L-ewwel reazzjoni kienet kif u għaliex? Għax lil George jien nafu attent u dejjem sportiv. L-aħħar li ltqajna kellu bżonn ingravata tasSeminarju u sliftu tiegħi għal reunion li kien qed jorganizza. Qatta’ għomru u żmienu fil-kumitati tal-Għaqda Letterarja Maltija. Niftakru jaqbeż għalija meta darba qlajt għajta tajba mingħand John C. Friggieri. Niftakru t-Teżorier wara Kelinu Cachia. Jien kont għadni dieħel fil-kumitat u ftit wara sirt Segretarju. Kien metikoluż f’xogħlu u accountable sal-inqas ċenteżmu.

Qatt ma ppretenda li kien awtur jew poeta. Baqa’ sal-aħħar jiġbed l-attenzjoni għal min kien qed ikisser il-Malti li hu tant kien iħobb. Niftakar kien tani antoloġija li kien ħareġ ma’ oħrajn u l-ewwel rimarka kienet dwar ix-xagħar tiegħu, hypie style dawk iż-żminijiet. Niftakru jirrakkonta argument li kellu ma’ Ġużè Chetcuti wara li dan ħadlu xi poeżija u nkludiha f’antologija mingħajr ma qallu. Grazzi George Falzon ta’ kollox. Il-mistrieħ lilek u lgħomor lill-għeżież li tant ħabbejt. Ser inħossuh in-nuqqas tiegħek.

GEORGE FALZON U L-BILINGWALIŻMU Kitba ta’ Charles Briffa

Niftakru jamministra l-Premju Pinna Żagħżugħa u luġigħ ta’ ras li kien fih.

George spiss kien jaqbad miegħi permezz tal-emails għax kien ikollu xi punt fuq il-Malti jew fuq il-kultura Maltija, biex jara jien kif naħsibha. Waħda mill-aħħar emails li kitibli kienet il-ħakma simultanja taż-żewġ lingwi tagħna (il-Malti u l-Ingliż). Din tgħid hekk:

Kont ninżel miegħu d-dar wara l-laqgħat tal-kumitat u konna nitkellmu fuq kollox. L-għaqda, il-politika, ilfamilja tiegħu, id-Dwana fejn dak iż-żmien kien jahdem u min jaf fuq xiex iżjed.

L-email ta’ George Falzon (10/01/2018 – ħin 17.39) “Kif inti, Charles? Isma' ftit din.

Ġieli kont naqbeż sa ħdejh id-Dwana kemm jagħtini xi dokumenti tal-GĦLM. Jidhirli kont nasal għal għandu minn xi bieb fis-sur u garigor. Kien jaħdem fuq l-IT dak iż-żmien. Mhux darba jew tnejn salvali xi kompjuter jew aħjar minn hekk il-materjal li kien ikollu maħżun. Flimkien konna nagħmlu l-Folju tal-Aħbarijiet fejn b’riżorsi impossibbli konna nippruvaw inżommuh għaddej. Hu kien jagħmel il-labels u typsetting u jien kont immur f’xi ħanut barra l-Università nagħmel ilkopji u filgħaxija d-dar nitwi l-karti. Wara nwaħħal ilbolli u minn hemm għall-kaxxa tal-ittri. Xi argument jew tnejn ma naqsux ukoll matul ilħbiberija tagħna. Kien jemmen f’sens qawwi ta’ lealtà u ma kienx jifhimha li tkun f’żewġ kumitati ta’ għaqdiet letterarji. Min jaf kemm iddiskutejnieh dalpunt u argumentajna tard dwaru.

In-neputija (it-tifla tat-tifla tiegħi) għandha 3 snin u nofs. Ilha ħafna tmur play school u bħalissa qiegħda Kindergarten 1 St Edwards. Aħna nkellmuha l-aktar bil-Malti tajjeb. Attenti ħafna fuq hekk, anki ommha. Però nkellmuha wkoll bl-Ingliż tajjeb ġieli. L-iskola aktarx ikellmuhom bl-Ingliż u hemm ukoll xi tfal barranin fil-klassi. It-tifla titkellem tajjeb kemm bil-Malti kif ukoll bl-Ingliż, tant li kultant tissorprendina b'ċertu diskors koerenti daqs talkbar. Li nnutajt huwa li kultant tkun aljenata tagħmel xi ħaġa u tkellimha bil-Malti u qisu ma tkellem ħadd; imbagħad tgħidilha l-istess ħaġa blIngliż u twieġeb. Issa, bejn il-bieraħ u llum, ħarġet b'dawn il-kelmiet li ħasduna: "Ma, fejn ser niddrajvjaw (drive) illum?"; "Irrid nismelja (smell) l-fjura"; u t-tielet waħda nsejnieha bħalissa, m'aħniex ċerti jekk hux

24


"tixxoppja" (shop). Anki ommha baqgħet iċċassata, mhux jiena biss. Possibbli qed toħloqhom hi dawn mingħajr ma tkun semgħathom? X'taħseb? Ma naħsibx li hemm xi ħadd minna juża kliem hekk. Tħassibni dil-biċċa xogħol lili, anzi tinkwetani! Jekk il-kliem qiegħed ikun maħluq / manipulat hekk mittfal żgħar b'manjiera awtomatika / naturali, ma nafx x'naqbad ngħid. George” It-tweġiba tiegħi (email 10.01.2018 – ħin 18.21) “George, Dak li qed tispjegali int, jien ngħaddi minnu wkoll mat-tfal ta' wliedi - jien nannu ta' 4. Dan li qed tgħid huwa parti minn proċess lingwistiku li huwa naturali fejn hemm il-bilingwaliżmu. M'għandekx għalfejn tinkwieta, George, għax la tikber it-tifla tirranġa diskorsha jekk intom tagħtuha l-forom tal-Malti u tal-Ingliż sew mingħajr ma tagħmlu wisq fuss. Pereżempju, hi tgħidlek ‘Fejn se niddrajvjaw illum?’ u int tweġibha, ‘Se nsuqu salBuskett’ u wara jekk tista' tirrepetiha bl-Ingliż, ‘We'll be driving to Buskett’. B'hekk turiha (bl-użu) li żżewġ forom huma differenti. George, jekk ngħajtu magħhom dawn it-tfal biex nikkoreġuhom, jibdew jaraw il-Malti ikrah. Tislijiet, Charles” It-tweġiba tiegħu (email 10.01.2018 – ħin 23.00) “Napprezza ħafna id-direzzjoni tiegħek, Charles. U le qatt mhu ser nirrabjaw jew ngħajtu magħha imma kont bdejt nhewden minn fejn ġej dal-kliem :-) Is-sliem u ħajr ta' kollox. George” Xi ġimgħat wara ltqajna f’attività soċjali u rġajna qbadna d-diskors fuq dan is-suġġett jien u hu. Qalli li l-ħakma simultanja taż-żewġ lingwi minn età żgħira jemmen fiha, u minn hemm bdejna nitkellmu fuq ilvantaġġi tal-bilingwaliżmu fost iċ-ċkejknin. Jien għedtlu li l-bilingwaliżmu bikri fil-ħajja tal-bniedem

irawwem żvilupp mentali u jwassal għal livelli mexxejja u għalliela fit-tagħlim għax jinkisbu ħiliet bilingwali li jgħinu lill-individwu. George reġa’ semma l-punt li l-bilingwaliżmu qed ikun naturali fost it-tfal u li l-akbar vantaġġ li jara hu li t-tfal irawmu sens ta’ adattabilità lingwistika. Qbilt miegħu u żidt li fl-istess ħin tikber il-kompetenza konversazzjonali aktar. Barra minn dan, jien fakkartu li l-Malti ilu jaqbad kelma minn xi lingwa barranija u jagħtiha morfoloġija Maltija. B’eżempju semmejtlu l-verb Għarbi ‘aħada li l-Malti għamlu “ħa”, il-verb Taljan ubbidire li l-Malti għamlu “obda”, u l-verb Ingliż fire li fil-Malti ġie “fajjar”. Dan ifisser li ż-żgħar meta jesprimu ruħhom bi kliem bħal “niddrajvjaw”, “nismelja”, u "tixxoppja" jkunu qegħdin jagħmlu listess. Imma aktar minn hekk juru li jkollhom ħakma tal-morfoloġija Maltija. Din l-esperjenza tiegħi u ta’ George niżżiltha fiddjarju minħabba li kont qed niġbor eżempji ta’ din ixxorta. VERSI Illum ix-xemx fis-sema ma dehritx u ma sebaħ qatt kif għalija ilu ma jisbaħ għal jiem twal. U jekk dal-versi tiegħi taħsibhom ħlieqa intik raġun: għax int ma tistax taf kif għalija sbieħ il-jum huwa ż-żerniq tal-hemm u n-nibta ta’ kull imħabba hija ġerħa mingħajr demm! Inti ma tistax tifhem kif għalija madwari ma fadal xejn għajr iċ-ċaħda ta’ kull tama u d-dalma ta’ solitudni ma tintemmx. Għalija fadal biss il-biki, il-krib, u x-xejn u l-ħadd! Il-logħba li sfat fiha qalbi ġabitni ma nemmen f’xejn u f’ħadd. GEORGE FALZON (minn Ħoloq, ko-awturata, 1973)

25


għalliema tal-Arti torganizza kompetizzjoni tal-istessi u Sven jaqla’ din il-kamera ‘speċjali’ m’għand zijuh, li lanqas f’mitt sena ma jobsor f’liema tabxa ser iddaħħlu. Għandna element qawwi tal-kulur vjola, il-kulur tassagrifiċċju, lewn magħżul bi ħsieb mill-awtur, donnu jimplika li taħt il-ġilda tagħna hemm tbatija intrinsika li mhix qed tidher. Saħansitra “rajt li d-demm li kien ħiereġ ma kienx ħamrani skur bħas-soltu, imma vjola” (paġna 19). L-element ta’ misteru dejjem għaddej jiġri ma’ għajnejk int u taqra. Din il-kamera tispiċċa dominanti fil-ħajja ta’ Sven, tibda ġġibu flinkwiet u jsib li ma setax jikkontrollaha ladarba tkun daħlet f’ħajtu. Il-kamra ssir qisha droga għal Sven, “Il-quċċata ta’ din l-estasi kienet il-mument meta kien jasal il-waqt tat-teħid tal-istessu. Il-pjaċir kien ikun tant qawwi li kważi kont inħossni ser nitlef il-kontroll ta’ moħħi u ġismi... wara li l-kamera tobżoq ir-ritratt, kienet taqbadni ħarira diqa”. (paġna 107)

MILL-KULTURA TAL-ISTESSI JOĦROĠ R U M A N Z A T T W A L I KONTEMPORANJU... STESSI - IL-VJAĠĠ PROFOND TAL-EGO TAGĦNA Kitba ta’ Amanda Busuttil Il-kittieb Matthew Schembri, rebbieħ tal-konkors ta’ kitba Letteratura għaż-Żgħażagħ wera l-kreattività tiegħu fir-rumanz Stessi billi niseġ storja attwali u kontemporanja li sseħħ fi ħdan familja Maltija bi protagonista tifel ta’ tlettax-il sena jismu Sven li jgħix ħajja tipika mal-ġenituri tiegħu. Iz-ziju Rob, figura misterjuża fir-rumanz jirregalalu din il-kamera li teħodna fi vjaġġ kurjuż daqstant ieħor ta’ riflessjoni. B’sengħa kbira, l-awtur jirnexxilu jibni storja li setgħet ġrat lili u lilek u mill-ordinarju, jirnexxilu joħroġ l-istraordinarju; minn ġrajja li tibda b’avvenimenti li jidhru ta’ kuljum, għax drajna nagħmluhom fil-kultura tagħna, nintebħu li Stessi jikxef il-qagħda tar-ruħ li tirrappreżenta l-umanità. L-

Waqt li l-qarrej ser ikun qed jaqra din il-ġrajja jintebaħ li l-kamera hija dominanti għax hija tinħass immortali u infatti tgħaddi minn id sidien differenti biex tikkapparahom u tagħmilhom priġunieri tagħha… kif Sven jiddeċiedi li jrid jeħles minnha hi tibda tivvendika ruħha lura, “… il-kamera hi tagħżel lil sidha, u mhux bil-kontra”. (paġna 177) Fil-ġrajja tidħol kamera tewmija li hi tkun l-antidotu f’din il-kobba mħabbla li l-protagonist isib ruħu fiha… imma l-ħajja ta’ Sven tinbidel mil-lejl għannhar u biex jeħles minnha kellu jduq tbatija kbira. “Donni kont spiċċajt nifflowtja f’nofs univers għeri, jespandi madwari”. Naraw mera tal-vjaġġ fir-ruħ. (paġna 204) “Il-professuri baqgħu jsostnu li z-ziju kien wasal flaħħar. Infatti, ridt tħares iktar minn darba biex taċċerta ruħek li kien hemm ġisem ħaj f’dak is-siġġu tar-roti, daqskemm kien iddeterjora”. (paġna 231) Jekk wieħed jirrifletti sew, matul ir-rumanz għandna enfasi kbira fuq dan l-aspett: l-importanza ta’ x’hemm ġewwa, fil-qalb u r-ruħ, il-bniedem qiegħed jagħti kas tagħhom, jew qed nibbażaw biss fuq lestetika? Jista’ jkollok ritratt perfett fuq barra, b’ġewwieni mnawwar, għax l-uman illum farrak ilvaluri kollha? F’paġni 160-161 jidher il-messaġġ ċar ta’ kemm Schembri jridna ngħaddu minn dan il-vjaġġ

26


profond fl-ego tagħna billi b’sengħa ta’ kittieb jagħmel inverżjoni tal-ħsieb u jippreżenta l-kunċett f’din il-kamera speċjali: “Il-jien fl-istessi l-ġodda baqa’ bil-ġrieħi (l-angst tal-qagħda umana), imma minn stessu għall-ieħor bdew jitfejqu kemm kemm. Wieħed ħarira aħjar minn ta’ qablu. Imma fihom xorta bqajt ikrah u tal-biża’ li ma ngħidlekx. Filwaqt li l-jien proprja bqajt nidher dejjem ferħan, nisbieħ u narmi s-saħħa”. Mela erġajna qed naraw li dak li jidher fuq barra għall-verità ta’ ġewwa m’għandhomx x’jaqsmu ma’ xulxin. “Imma z-ziju baqa’ jissorprendi lil kulħadd ma’ kull jum li jgħaddi. U jekk ġismu kien kważi telaq leħnu u l-memorja tiegħu kienu għadhom fl-aqwa tagħhom”. (paġna 232) Fl-aħħar kapitlu fir-Respite House, simbolu tal-irtir tar-ruħ, għandna l-intervall tarriflessjoni, tmiem il-vjaġġ bit-tifsira f’idejna. L-awtur iwassalna għall-qofol tal-ġrajja fejn isseħħ ilmetamorfosi. Il-quċċata tintlaħaq bil-farfett il-vjola, il-Purple Emperor, il-mument maġiku fir-rumanz u fi kliem iz-ziju Rob, “Tiskanta… fosdqa bħal dik tkun qed taħbi dil-meravilja kollha ġo fiha!” (paġna 234). Dan kollu jkompli jseddaq il-kunċett ta’ kemm ġo fina hemm sabiħ moħbi. B’hekk tisseddaq l-idea ta’ kemm il-ħajja tagħna hija prezzjuża u vjaġġ kontinwu biex niskopru x’hemm ġo fina. Sven jinduna li “il-kamera tar-ritratti t-tewmija kienet kompletament normali” (paġna 236) u jiskopri wkoll illi “Fl-aħħar mill-aħħar kienet ir-rieda tiegħi li għelbet il-kamera u s-seħer li ġarret magħha tul dawk is-snin kollha”. (paġna 236) Kull bniedem imsejjaħ għal dan il-vjaġġ profond fir-ruħ tiegħu u jekk jemmen fih innifsu, jirnexxilu jirbaħ l-ostakli għat-tiftixa tal-Jien ta’ ġo fina. Muhammad Iqbal jgħid “The ultimate aim of the ego is not to see something, but to be something”. Matthew Schembri

ĠIRJA

Kitba ta’ Vanessa Fenech Minn ġol-benniena jibda jehwden kemm se jdum biex jimxi. Iħossu li kiber issa biex kull fejn imur joqogħdu jerfgħuh. Kif iħoss il-qiegħa tal-art, jistaqsi lilu nnifsu kemm se jdum jitkaxkar. F’leħħa ta’ berqa jsib ruħu jiġri! Min se jwaqqfu? Ġirja li tieħdu minn triq għal oħra u f’direzzjonijiet differenti li lanqas hu qatt ma basar li jmur. Ħafna drabi jiġri fil-wita - bla tbatija. Xi minn daqqiet ikun ferħan għax isib ruħu jiġri f’xi telgħa fejn hemmhekk juri kemm hu b’saħħtu u jidhru wkoll is-suċċessi tiegħu. Iħossu laħaq xi quċċata. Sfortunatement, drabi oħra jkun imdejjaq għax isib ruħu jiġri xi niżla. Hemmhekk iħossu dgħajjef u bilkemm ma jaħsibx li mess xi qiegħ. Kienu ftit dawk id-drabi meta ħassu ssikkat jiġri ġo xi triq dejqa jew ġo xi sqaq. B’xorti tajba, għalkemm mhux bil-ġiri dejjem irnexxielu joħroġ minnhom. F’dawn il-mumenti jiftakar b’nostalġija kemm kien għatxan għall-ħajja indipendenti u jkun jixtieq jerġa’ jmur lura. Fil-ħin liberu tiegħu jħobb imur jiġri mal-kosta u jieħu pjaċir bir-raxx tal-baħar hekk kif imelles lil wiċċu jew filkampanja fejn ir-riħa tal-fjuri tagħrax lil imnieħru. Meta jibda għaddej iż-żmien minn fuqu, jinduna li qed jinqatagħlu nifsu u għalhekk ikollu jieqaf jiġri u jerġa’ jibda jimxi. Matul il-mixijiet tiegħu, biċċa għuda niexfa tibda żżommlu kumpanija. U jistaqsi, u jistagħġeb... tgħid se nerġa’ nibda nitkaxkar, tgħid se jerġgħu jibdew jerfgħuni, u jitfgħuni ġol-benniena?!

27


speċjali mat-Toponomija), il-Letteratura, il-Kultura, liStorja, il-Loġistika, kif ukoll l-istorja Ekklesjatika tażŻebbuġ. F’kelma waħda nistgħu ngħidu li dan liskular għadu kemm tana f’idejna Enċiklopedia sħiħa u dettaljata li ma tħalli xejn barra dwar dan ir-raħal tal-Assunta. Bħala studjuż klassiku Profs. Vella huwa f’qagħda mill-aqwa li jagħtina traduzzjoni fidila taliskrizzjonijiet kollha f’dan ir-raħal; fil-fatt dan jagħmlu f’wieħed mill-kapitli tal-ktieb tiegħu; skrizzjonijiet li fil-parti l-kbira tagħhom huma miktuba u mnaqqxa bl-ilsien klassiku l-Latin flimkien ma’ oħrajn miktuba bl-Ilsien Malti. Il-ktieb huwa mitbugħ bl-Ingliż u allura l-qarrej b’ħeffa jista’ jaqra dak li nkiteb mijiet ta’ snin ilu bla ebda diffikultà.

ŻEBBUĠ OF GOZO: ITS PEOPLE, INSCRIPTIONS AND HISTORY ta’ Horatio C.R. Vella, Żebbuġ Local Council, Gozo 2018, 624 pp Reċensjoni tal-Kav. Joe M Attard Nhar il-Ġimgħa filgħaxija, 22 ta’ Marzu 2019, IlProfessur u Studjuż Malti l-Kav. Horatio C.R. Vella, residenti fiż-Żebbuġ t’Għawdex, ippreżenta lillistudjużi u lill-pubbliku inġenerali, fil-Ministeru t’Għawdex, ix-xogħol voluminuż tiegħu Żebbuġ of Gozo: Its People, Inscriptions and History, xogħol mill-iktar monumentali li jittratta l-istorja ta’ dan irraħal fuqani mill-bidu tal-Preistorja tiegħu salġurnata tal-lum. Dan kollu huwa riżultat tal-interess u tal-imħabba li nibbtu f’moħħ l-awtur madwar għaxar snin ilu meta l-kittieb kien iddeċieda li jitlaq minn Malta u jissetilja f’daqsxejn ta’ appartament fi Triq Għajn Mhelhel iż-Żebbuġ fi triqtek lejn ixXwejna f’Marsalforn. Din il-pubblikazzjoni tiġbor fiha l-ingredjenti kollha li jistgħu jaħbtu ma’ moħħok meta tiġi biex tifli lil dan ir-raħal u fiha nsibu miġbur tagħrif interessanti u dettaljat dwar il-Ġeoloġija, lArkeoloġija, il-Ġeografija, il-Lingwistika (b’rabta

Il-Ġeneoloġija hija xjenza li llum il-ġurnata ġibdet linteress u l-attenzjoni b’mod speċjali ta’ dawk ilMaltin u l-Għawdxin li issa ġew lura minn pajjiżi mbiegħda fejn għexu għal żmien twil u issa jinsabu lura fostna. Ħafna drabi dawn jirrikorru għand ilKappillan tar-raħal jitolbu tagħrif dwar il-familjari u lantenati tagħhom; hawnhekk kif tistgħu timmaġinaw tidħol il-family tree. Profs. Vella ħadem fuq mijiet minn dawn il-każi u billi l-istudjuż innifsu huwa mnissel mill-familja ‘Manueli’, familja b’rabtiet mill-qrib ta’ Għawdex u taż-Żebbuġ, allura l-Profs. bla dubju ħass ċertu interess u kurżità filĠeneoloġija tal-Għawdxin li għexu bejn s-snin 1405 u l-1935. Permezz ta’ dawn il-family trees Dr Vella rnexxxielu jsib tagħrif siewi dwar saċerdoti miżŻebbuġ u persuni li jiġu minn xulxin li għexu f’dan irraħal. B’dan it-tiftix kollu setgħet tinbena l-istorja taż-Żebbuġ magħmula minn irġiel, nisa u tfal u lkleru matul dawn is-snin kollha. Dan il-ktieb voluminuż fuq medda ta’ 624 paġna mhuwiex xi gwida għall-membri tal-Kleru jew għal nies ta’ ċerta klassi fis-soċjetà, imma huwa għall-kuntrarju l-istorja sħiħa ta-raħal li jista’ u għandu jieħu gost jaqraha kulħadd. Profs. Vella f’din il-pubblikazzjoni juża għaqlu kollu u jagħmel ħiltu kollha biex jitfa’ dawl u tagħrif dwar il-magħmudija, iż-żwieġ, u d-difna ta’ tant Żebbuġin li jissemmew fil-ktieb tiegħu. Profs. Vella ħafna jafuh bħala Storiku u Riċerkatur talIstorja Ekklesjastika apparti t-tiftix li għamel f’ħafna Arkivji mxerrda mal-Ewropa kollha u dan jixhduh ilħafna referenzi u endnotes li nsibu mxerrda malpubblikazzjoni li għadu kemm tana f’idejna. Ma naqasx li jifli sewwa l-ktieb ta’ Monsinjur Andrea Vella Iż-Żebbuġ u l-Ġrajja Tiegħu, kif ukoll Iż-Żebbuġ: Ir-Raħal ta’ Santa Marija ta’ Dun Ġużepp Vella.

28


Tifhmu li l-preżenza tal-Indiċi fi tmiem pubblikazzjoni tagħmilha iktar rikka kif ukoll eħfef biex wieħed isib bla telf ta’ żmien dak li jkun jixtieq. Din ilpubblikazzjoni bla dubju fiha dan l-Indiċi li nemmen ħadlu żmien mhux ħażin lill-awtur biex jibnih għax fih jinkludi r-referenzi ta’ tant persuni u l-paġni fejn jinsabu. L-Appendiċi fi tmiem il-ktieb jagħti wkoll tagħrif dwar id-diversi żjajjar tal-Isqfijiet li għamlu lill-gżira Għawdxija li sa qabel l-1864 kienet għadha tagħmel parti mill-Arċidjoċesi ta’ Malta. Appendiċi ieħor, numru 35 huwa interessanti għall-fatt li jittratta l-laqmijiet fir-raħal li għadhom ħajjin tant li għadek sallum issibha iktar faċli li ssib persuna billaqam milli bil-kunjom. Dawn iġorru magħhom ċerta importanza: il-kunjom Ċini huwa ferm komuni u jista’ joħloq ċerta diffikultà biex tasal fejn tixtieq imma jekk ikollok il-laqam, żgur li ser tasal fuq ilpost. Il-laqmijiet issibhom f’kull triq bla ebda problema. Naħseb li kull min ser jagħni lil-librerija ta’ daru b’din il-pubblikazzjoni mhux ser jiddispjaċih. Horatio C.R. Vella huwa persunaġġ li ż-Żebbuġ kollu għandu għax iħossu kburi bih fi ħdanu għax b’din ilpubblikazzjoni huwa qed ikompli jqiegħed fuq ilmappa tagħna lil dan ir-raħal ħelu u arjuż fejn niesna għadek issibha titħabat mal-maħluġ (ara poeżija ta’ Anton Buttiġieġ) u tbakkar għall-quddiesa tal-5.15am u fejn ir-raba’ għadu jinħadem u ż-żiffa tinħass riefnu u fejn d-dehriet tal-Fanal tal-Ġurdan fuq naħa u dawk tal-Qolla s-Safra fuq l-oħra jsaħħru lil dawk kollha li jħobbu jitpaxxew bil-kampanja Għawdxija. Kif aċċennajt iktar ’il fuq, din il-preżentazzjoni saret waqt serata ħelwa fis-Sala tal-Wirjiet fi Pjazza San Franġisk Victoria taħt il-Presidenza tal-Ministru għal Għawdex u bis-sehem tal-kor parrokkjali tal-Knisja taż-Żebbuġ ‘Santa Marija’ taħt it-tmexxija ta’ Mrs Maria Cefai u Mro Franco Cefai fuq l-orgni. Tkellem ukoll l-ex Arċipriet taż-Żebbuġ l-Kan Dun Reuben Micallef li matul il-Parrokat tiegħu dan il-Professur tal-Ilsna Klassiċi għamel ir-riċerka fit-tul tiegħu, kif ukoll is-Sur George Frans Vella u s-Sur Karm Serracino, dawn it-tnejn ex studenti ta’ Profs. Vella. Ma naqsux ukoll diskorsi tal-okkażjoni mis-Sindku tar-raħal u mill-Ministru għal Għawdex.

RIKORRENZA ETERNA Andrew Sciberras

- Poeżiji ta’

(pubblikazzjoni tal-awtur, paġni 162, b’żewġ studji ta’ Andrew Sciberras innifsu u Charles Briffa) Kumment ta’ Tarċisju Zarb Fejn joqgħod il-poeta? Liema hija d-dimora ta’ Andrew Sciberras? Ħarsa mill-qrib lejn ilmetaforizzazzjoni tal-għelieqi lessikali u semantiċi tal-poeżija ta’ Sciberras għandha mnejn tgħidlek, li hawnhekk aktar milli se tħares ’il barra minnek se tidħol fik innifsek. Hemm ġo fina... ġo kull wieħed u waħda minna hemm bħal abbiss. U dan l-abbiss, għal Sciberras, mhuwiex abbiss li jistkerrah. Anzi huwa abbiss mogħni bil-ħajja. Hija dik il-ħajja li aħna nġorruha lħin kollu magħna. Hija l-unika ħajja. Hija dik il-ħajja fejn il-perċettibilità ta’ dak li naraw madwarna tieħu r-realtà vera u propja tagħha. Ir-realtà tal-immaġni. L-immaġni poetika. L-immaġni li ddawwal lill-istess kantini ta’ ruħna, daqskemm lill-istess ċittadelli ta’ din ir-ruħ

29


huwa jerġa’ jirrikorri u jirrikorri b’perennità dejjiema f’din l-istess għalqa... f’dawn l-istess imkinijiet sielma – is-slimijiet tal-poeżija.

Andrew Sciberras

tagħna. U Andrew Sciberras waqqaf hemmhekk ittinda tat-Tabor, fejn ikun jista’ joqgħod jissemma’ għal dawk it-thewdiniet rixuxxitanti, anki jekk suwed... anki jekk leqqiena. Għax huwa sewwasew hawnhekk li tinħema u tinbena r-realtà aħħarija. Lunika realtà tal-bniedem. Il-poeta, għaldaqstant jistieden lilu nnifsu biex jinżel jgħarrex u jistad f’dawn l-ilmijiet inkonxjużi. Dawn lilmijiet li jsawrulna lill-istess dellijiet tagħna. Dellijiet li jservu bħala lampi li aħna fihom naraw lilna nfusna – immetaforizzati – mibnija mill-ġdid. Imsawra bil-ġdid. Imsawra fit-tiswira ewlenija u mhix mittiefsa tagħna. Jinstema’ bħal qisu ruħ-riħ li jiżbrana u jfewweġ daqskemm jibni u jsawwar lil dan l-istess id-egusuperegu tagħna. U l-poeta hawnhekk isib l-hena tiegħu. Hija dik il-hena-sotterranja – hena poetikament-safliena li ssieħbu fi sliem etern. Hija leternità li ddawlu u timmistifikah – tagħtih ir-riedni f’idejh – ir-riedni kożmiċi, għax hawnhekk huwa ma jgħixx id-divarji, imma jgħix l-innifsi – l-innifsi ewlieni tiegħu. Sadattant, madankollu, hemm barra qiegħed jonfoħ ir-riħ, u għal waqt ta’ konxjożità l-poeta jiġi konxju ta’ dawk l-irwiefen u l-urugani li għaddejjin hemm barra, u li issa huwa ħieles minnhom, imma jaf bihom u jaf u jaf sewwa. Tant jaf, li arah il-ħin kollu bid-dehwa tal-iskultur għaqli jibni u jsawwar lilqugħ. L-ilqugħ tal-poeżija – il-kelma – il-kostrutt li bih huwa jibni dawn il-ħitan tal-poetiċità mistifikanti tiegħu. Huwa jdawwar lilu nnifsu u rikurrentement

Il-poeżija b’dan il-mod ma tiġix ir-realtà vera u propja li l-poeta jixxennaq għaliha, imma l-mod kif huwa jilħaq dak l-eden minsi... dak is-sotterran sewdieni... li fih hemm id-dawl etern. Huwa dak letern li l-poeta jixxennaq għalih bid-dejjement tarruħ. U kull meta jixref ’il barra minnu ma jistax ma jarax xi ħaġa li ttarrax. Xi ħaġa li tkisser dan il-ġnienġnieni li huwa skopra, u skopra b’saħħa fil-qiegħ nett ta’ ruħu. Għaldaqstant, jekk inti tinzerta tgħaddi minn ħdejn il-kostrutt-poetiku-Sciberras għandek dejjem issibu bilqiegħda jħares trasfiss lejn din irrikurrenza eterna – rikurrenza li lilu ssostnih anki flistess tribulazzjonijiet għaddenija tal-ħajja ta’ kuljum. Il-poeżija b’dan il-mod tgħin lil Sciberras u lillqarrejja tiegħu biex permezz tal-lingwa, il-metafora u l-istruttura tagħha, iżżomm bħal qisu f’sospensjoni l-kuntradizzjoni u l-paradoss, il-konflitt tagħha u lenerġiji selvaġġi ta’ kull wieħed u waħda minna. B’dan il-mod jinżamm dak li jista’ jitqies bħala lbilanċ dinamiku bejn id-dinjiet viżibbli u inviżibbli, ilwiċċ u l-qiegħ. Sadattant, madankollu, ta’ min jgħid li l-poeżija għal Sciberras hija affaxxinata mhux biss bl-istramberiji u s-sinifikazzjoni tal-lingwa tal-ħajja tagħna tal-qiegħ, imma wkoll bil-materjalità tal-wiċċ verbali, ittessutità u t-ton, il-ħajja sonika – il-mużika li ssawwarha. Attenzjoni mill-qrib għat-tiswiriet verbali, għar-ritmi u l-orkestrazzjonijiet tal-ħoss – ilwiċċ estetiku tal-‘produzzjonijiet’ tal-poeta – jenerġikaw il-vjaġġ, u ħafna drabi jiftħu bieb għallinterjuri. Huwa b’dan il-mod li l-poeta jirnexxilu jikseb konxjożità, jew forsi aħjar inkonxjożità ġdida, hekk kif it-terren tal-poeżija jaħbat mat-terren tarruħ/moħħ/spirtu, biex b’hekk l-esperjenzjalità poetika ssir mod ta’ għajxien li jsostni. Dawn t’hawn taħt huma xi siltiet li jsostni, għallinqas fl-idea tiegħi, lid-dinja poetika ta’ Andrew Sciberras: Let us now gather to serve the sacred tones of this liberating confinement that we scatter across the slender chastity of our hesitant soil

30


for here time grows still (In Pursuit of Cherished Generation p. 33) Aħna l-bnedmin sirna atomizzati ppulverizzati fl-istess frammentazzjoni tad-dinja virtwali bħal priġunieri sterilizzati mmansati biċ-ċimi tal-irmiġġ fil-qigħan tal-għar imdiehex... (Aħna – lil Platun p. 41) Moħħi akkwarju b’istinti tribali invażat b’ħut tropikali bħal gladjaturi jissieltu fi spazji limitati. (Moħħi p. 54) Inżilt tfittex il-melħ fis-salini ta’ ruħi. Ma sibt xejn vojt etern bla teżi, antiteżi u sinteżi bla divinità bla poeżija. (Melħ p.82) Let me remove my mask before I walk through hell; let me make love, forgetting who I am. Beyond the breaking fire is a peak of life alone may I reach it. (To Contemn p. 83)

M’hemmx dubju li poetiċità ta’ dan it-tip hija turija ċara ta’ sensittività u lingwistiċità unika, li msensla flimkien joħolqu ritmiċità u viżjoni poetika, li ssostni mhux biss lil min kitibha, iżda wkoll, u dan tagħmlu b’saħħa, lil min jinzerta għaddej jivvjaġġa f’dawn illinji jserrpu bejn it-tfaqqis tal-immaġnijiet u l-versi, hekk kif il-moħħ skonxjuż tal-poeta jixxennaq biex iterraq f’din l-itinerarjetà li aħna nsejħulha poeżija. Għaldaqstant nissuġġerixxi l-qari ta’ dawn il-poeżiji, bil-għan li jekk xejn, bħala umanità nissenslu f’xulxin u ma’ xulxin, f’dawk it-tributarji tar-ruħ, li aħna nsarrfuhom f’lingwa, biex b’hekk nagħrfu xi ftit min qiegħna. [Andrew Sciberras hu studjuż u poeta, li jirnexxilu jżewweġ lill-istess ħajtu mal-iffilosofizzar akkademiku u d-dehwa kreattiva kif jidher minn għadd ta’ kitbiet fost dawk poetiċi, kif ukoll dawk kritiċi-analitiċi. Fost pubblikazzjonijiet oħra wieħed jista’ jsemmi: Il-Vaġġ Poetiku, El Duende, Studji Dwar il-Poeżija Moderna, Amor Fati, Titwila mit-Tieqa ta’ Ruħhom – L-Ewwel Volum u Poeti Kontemporanji Mgħoddija mill-Għarbiel, kif ukoll Awtoskatti, Fraġli, Mario Azzopardi – Le Poète, Bil-Kliem Żvinat Ġo Ħoġri – L-Esperjenza tal-Misteru fil-Poeija ta’ Joe P. Galea u Achille Mizzi – Il-Werriet u s-Suċċessur Denn ta’ Dun Karm. Ħadem ukoll fuq il-kotba Solitudnijiet Imkenna – Fil-Poeżija ta’ Oliver Friggieri, Xikbatuliss – Kritika Arketipika, Ġenesi ta’ Achille Mizzi u IlPoeżija Maltija – It-Tieni Volum. Għaldaqstant Andrew Sciberras ma jaħdimx biss għal rasu, iżda wkoll ma’ kittieba oħra, bil-għan li jsawwar u janalizza r-ruħ poetika Maltija, filwaqt li jistudja lfilosfi l-kbar tal-eżistenza. Sadattant huwa għaraf ukoll isawwar u jiddisinja l-kotba tiegħu u ta’ ħaddieħor b’ħila, intelliġenza u artistrija. Nawgurawlu.]

Ontoloġikament in-natura minn Alla mhijiex distinta u fl-eternità jħaddan fih ir-realtà kollha. (Jien Baruch de Spinoza p. 159)

31


kelma ‘pastaż’ huma żewġ kelmiet ġejjijn mill-istess titlu ta’ impjieg - porters. Al hamali ssibhom b’karretta jduru qalb il-ħwienet fit-trejqiet mudlama tas-suq. Skont intervista li segwejt fuq YouTube, tgħallimt li huma selfemployed. Għalkemm l-istat jagħtihom xi ħaġa żgħira tal-flus fix-xahar, id-dħul prinċipali talgħajxien tagħhom huma t-tips.

AL HAMALI ‫الحمالين‬ Kitba ta’ Therese Vella, Doha, Qatar. Nistħi ngħid li sakemm kont għadni ngħix Malta, ftit apprezzajt l-ilsien Malti. Għalkemm trabbejt f’familja fejn dejjem tkellimna l-Malti, malli kbirt donnu kien aktar “cool” titkellem bl-Ingliż, jew ftit u ftit; bħalma kont bdejt nitkellmu jien! Kont tfajla u ma ridtx niġi emarġinata. Kien żmien fejn għal uħud, jekk titkellem bil-Malti kont tkun ikkunsidrata ġejja minn livell baxx tas-soċjetà jekk mhux ukoll, “ħamalla”. Nittama li llum dan m’għadux il-każ. Ħames snin ilu ġejt ngħix fil-Lvant Nofsani. Ngħix filQatar. Biex nintegra aħjar ħadt kors fil-lingwa Għarbija. Din id-darba ħadt pjaċir insegwi llezzjonijiet – mhux bħal meta kont fis-sekondarja li għal ħames snin sħaħ jien u sħabi l-"cool" tal-klassi, ikkunsidrajnieh free lesson. Kemm kont belha! Imma qabel ma' dan l-artiklu jispiċċa fi djarju personali, aħjar niġi dritt għall-punt. Kemm ilni ngħix fil-Qatar bdejt nieħu interess fl-oriġini tal-ilsien Malti wara li ta’ spiss bdejt niltaqa’ ma’ ħafna kliem blGħarbi li hu ugwali jew familjari għall-Malti bħal: ‘fanar’, ‘senduq’, ‘ħuttaba’, ‘milgħaqa’, ‘zamzam’ (pronunċata żemżem). Iżda l-aktar kelma li laqtitni kienet il-kelma ‘al hamali’. Din iltqajt magħha f’waħda mill-mawriet tiegħi sas-Souq Waqif (suq wieqaf); skoprejt li hi loriġini tal-kelma tant diskussa qalb il-Maltin ‘ħamalli’. Abbli ħafna diġà jafu li ‘ħamallu’, bħall-

Xogħolhom hu li jħottu u jġorru l-merkanzija filkarretta tagħhom lill-ħwienet. Waqt li fl-istess ħin din l-istess merkanzija jerġgħu jġorruha 'l barra meta hamali jiġi mqabbad jassisti lil xi xerrejja. Dan b’paċenzja u b’umiltà, b'karretta mimlija akkwisti joqgħod idur magħhom ħanut, ħanut sakemm ilestu. Fl-aħħar iwasslilhom ix-xirja sal-karozza, iħott kollox fil-bagoll u jittama li jħallulu tip ġeneruża. Skont lintervista li segwejt, din tvarja minn tliet Riyal sa ħamsin Riyal. Bejn wieħed u ieħor minn 60ċ sa €10. Ma jaqilgħux ħafna u huma ikkunsidrati foqra. Imma ma rridx nikkummenta fuq dan għax mhux ir-raġuni għalfejn qed nikteb dan. L-għan tiegħi hi mistoqsija li ġġegħelni naħseb. Għalfejn rwol ta’ xogħol umli fil-lingwa Maltija spiċċa kelma ta’ insult? Mhux ta' b'xejn ħadd m'għadu jrid jagħmel ċertu xogħol...

MALTA ĠAWHRA TAL-MEDITERRAN Dan il-baħar li jmewweġ ma’ dwarek, mera safi tal-isbaħ smewwiet, dan il-baħar li jgħannqek u jbusek, dan il-baħar ta’ bosta ġrajjiet, Għandu ġawhra sabiħa fost l-isbaħ, il-ġnus kollha fettxewha fiż-żmien. Jekk dil-ġawhra mhix f’ħobbok moħbija, Malta ħelwa, dil-ġawhra m’hi mkien. DUN KARM PSAILA (minn Dun Karm—Il-Poeżiji Miġbura, ed. Oliver Friggieri, KKM, 1980)

32


is-sħana tal-Lbiċ. Min jaf x’kellu f’moħħu min iddesinja jew ippjana l-ewwel pjazza. Jista’ jkun li bdiet bħal xagħra fejn xi erba’ kienu jiltaqgħu u jgħidu kelma jew iduqu l-inbid tas-sena l-ġdida. Jista’ jkun li min bena l-knejjes u l-katidrali jew xi opera house, xtaq Ii jkun hemm wisgħa biżżejjed biex jitgawdew. L-idea tal-Bernini li jibni dik il-pjazza imponenti ta’ quddiem San Pietru b’dik il-kolonnata ta’ madwarha li tkompli toffri kenn fix-xita u dell fissajf żgur li kienet li l-pjazza kienet tilqa’ u tħaddan ilfolla bħall-idejn miftuħa ta’ Kristu!

IL-PJAZZA Kitba ta’ Victor V. Vella Għandek issibha f’kull belt u raħal. Ilha parti millpjan ta’ raħal kull fejn tkun u ssibha fiċ-ċentru mdawra bil-bini ta’ kull għamla u daqs u pjan. Forsi ma tkunx bħal pjazza l-kbira bħal dik tal-Arc de Triumph ta’ Pariġi imma t-toroq principali jibdew u jispiċċaw fiha. Tħossha iżjed għax iżjed kienet prominenti fil-bliet u r-rħula ta’ dari u speċjalment f’dawk tal-Ewropa fejn il-pjazza hawn min isejħilha lewwel università tad-dinja, aktarx b’xi knisja jew katidral fuq naħa u b’xi funtana fin-nofs fejn in-nies kienu jiltaqgħu jippassiġġaw u jgħidu kelma... Forsi dak kien l-ewwel skop tal-pjazza li tiltaqa’, li tpaċpaċ u taqsam xi informazzjoni fuq ir-raħal jew il-belt, fi żmien meta it-tpaċpiċ kien l-uniku mezz ta’ komunikazzjoni, wiċċ ma’ wiċċ jew fi grupp ta’ ħamsa jew sitta, tisma’ lil xi ħadd li ’jaħdem barra mir-raħal’ jew li ġej min xi raħal ieħor jirrakkonta lil widnejn għatxana u kurjużi biex jisimgħu x’qiegħed jiġri madwarhom. Ħafna stejjer hemm kienu jibdew… fil-Pjazza fejn ilkelma sabieħa jew kerha kienet titwieled u trabbi lġwienaħ u tixtered u tinforma li… ġejja l-gwerra, jew li fil-belt kapitali bdiet ir-rivoluzzjoni… jew li qegħdin imutu n-nies bil-għatx għax fir-raħal l-ieħor ix-xmara jew in-nixxiegħa nixfet għalkollox . U sejrin… Il-binja tagħha stess avolja jekk ma tkunx kbira kbira daqs it-Tiainanmen Square ta’ Beiġing fiċ-Ċina, tagħtik idea ta’ ġabra, ta’ kenn, ta’ post fejn tiltaqa’ għall-arja. Malajr il-ħsieb itir lejn il-pjazez tal-irħula u tal-bliet ta’ Malta bħall-pjazza tal-Mellieħa u dik talImdina, fejn hekk kif tidħol ġo fihom tħoss il-kenn mill-Majistral u wkoll ċertu frisk u rwieħ meta tasal

Waħda mill-aspetti sbieħ ta’ Ruma huma l-pjazez… Ftit minnhom tant huma mimlijin bi statwi u funtani li jagħtik li ssejħilhom mużewijet fil-beraħ. Mal-folol li tara u tiltaqa’ magħhom meta tmur Piazza Navona jew Piazza Barberini jew Piazza di Spagna li hi kbira biżżejjed biex tgawdi dak it-taraġ li jibda millmonument tan-Navicella, dak tad-dgħajsa ż-żghira li hi baxxa biżżejjed biex tħallik tgawdi il-majestà ta’ dak it-taraġ kollu li jwasslek sal-knisja tat-Trinità dei Monti. Iżjed ’il fuq semmejt li barra l-wisgħa u lispazju u bini u palazzi ta’ madwarhom, kull pjazza Rumana hija msebbħa wkoll b’monumenti u funtani li jkomplu jimlew u jsebbħu dawn il-pjazez. Jekk nieħdu biss il-Pjazza Navona b’dik il-funtana enormi fin-nofs, li jisimha Il-funtana tal-Erba’ Xmajjar, larkitett u skultur Bernini ried jgħaqqad l-ikbar erba’ xmajjar tad-dinja - il-Ganges tal-Indja, in-Nil talEgittu, ix-xmara de la Plata tal-Amerika t’Isfel u dDanubju tal-Ewropa - f’funtana waħda. U meta ilPapa Innocento X inawgura l-funtana tant kienet sħana li ġiegħel lil Bernini jiftaħ l-ilma tal-funtana kollu biex joħroħ minnha ħalli jfawwar il-pjazza u nnies setgħet tiffriska ruħha! Il-pjazez ta’ Malta jidhru umli ħdejn dan il-kobor u ddekorazzjoni, imma xorta qdew l-iskop tagħhom u għadhom… sakemm ma jiħux fgati bil-progress modern. Il-pjazza hi parti mill-ħajja tagħna bħala Maltin speċjalment mill-ħajja tar-rħula. Hi parti millidentità tagħna bħala Ewropej, bħala Maltin. Li ‘sejjer sal-pjazza’ kienet biex ngħid hekk is-sentenza ta’ kull filgħaxija biex tiltaqa’ u tgħid kelma u ssib x’qiegħed jiġri mar-raħal. U izjed… Għax il-pjazza titbiddel skond l-istaġun. Titbiddel ukoll skond l-okkażjoni u fil-pjazza tittendi x’qiegħed jiġri jew tagħtik ħjiel x’sa jiġri. Jekk tibda tara xi erbgħa jħaffru u jwaħħlu l-arbli madwarha u xi wieħed jiżbogħ il-faċċata u jagħtik li tgħidlu: ‘X’naqra

33


żebgħa u kemm tgħajjat’… speċjalment jekk tkun bilkulur tat-tumerik skur (taħlita ta’ isfar u ahmar). Allura malajr tibda xxomm ir-riħa tal-qubbajt u tisma’ l-banda ddoqq l-aħħar innu u tara l-aħħar dawl tax-xemgħa tal-purċissjoni dieħla l-Knisja tissielet maż-żiffa. U ta’ kuljum mal-mota tal-Ave Marija tittendi li wasal xi ħaġa, u n-nies filgħaxija tibda timla l-ħwienet ta’ madwar il-pjazza. Jew meta kont tara trakk fin-nofs tal-pjazza b’mejda fuqu u fuq il-mejda l-bandiera ta’ xi partit rasha ’l isfel, ma tridx tkun għaref li tgħid, ‘Għax il-lejla hawn miting ta’… U iva mhix ħaġa kbira li jiġi l-prim ministru… għax l-affari naqra batuta!’, u hekk kif isir il-ħin tibda tinġabar il-folla daqqa żgħira u oħra kbira biex tisma’ , u tgerger, u tidhak u tikkummenta, biex u forsi taqbad tarf kif se tivvota fl-elezzoni li waslet. U tajjeb li tmur u tkun preżenti għax jekk toqgħod quddiem forsi jarak il-ministru jew Sam Caruana Abela tal-partit l-ieħor għax jekk jitla’ hemm ċans li jħallik tibni dawk l-erba’ turġien fir-rampa biex l-ilma ma jidħollokx fil-garaxx!. Kultant il-pjazza tinbidel ukoll f’vetrina fejn ir-raħal jew in-nies juru x’inhuma, ma’ min iżommu, x’jilbsu u xejn xejn jidhru li jeżistu… li huma ħajjin, u wkoll fejn waslu fil-ħajja tagħhom… Speċjalment meta tiġi l-festa. Il-pjazza tħallat kollox. Fil-festa mad-daqq tal-qniepen u mal-ħoss tasSinfonija l-‘Italiana in Algeri’ ta’ Rossini u mal-għajjat taż-Żebbuġi tal-qubbajt u bil-purċissjoni b’kollox, ilpjazza tieħu idea ta’ paletta ta’ pittur b’dawk ilkuluri, mutetti, ħsejjes u rwejjaħ. Tista’ tfakkrek ukoll f’xi kwadru tal-pittur Olandiż Brueghel, għax kull fejn tħares tista’ tara gruppi ta’ nies li flimkien jiffurmaw il-kwadru ta’ raħal. Kollha libsin mill-aħjar b’dawk ilħafna kuluri jgħajtu daqs xi tikkitrakka li ttaqqablek widnejk. Imma il-pjazza ma toqgħodx tistenna l-festa biex tieħu l-ħajja. Għax fir-rutina ta’ kuljum il-pjazza xorta tilbes ħwejjeg differenti. Hemm il-libsa talkummerċ: madwarha għandek issib il-ħwienet, taxxorb, tal-kafè , tal-pastizzi, tas-sajd, il-parrukkier, tal-insib, l-ispiżjar, tal-gazzetti, tal-ħwejjeġ u talħbula. Tista’ tinqeda minn kollox: hi dinja żgħira li b’erba’ passi ssib ruħek f’ħanut differenti, jekk ukoll ma jfettillekx titla’ erba’ tarġiet u tidħol il-kazin għal dawra bixkla jew rami. Jekk ukoll ma jfettillekx titla’ erba’ turgien oħra u tidħol għall-benedizzjoni. Għax il-pjazza hi kompluta… hi dinja żgħira li tiġbor u

tgħaqqad u tifred u tikkompeti, u timmaġina u tiekol u tixrob u taqtgħek ukoll ftit mill-art jekk tkun trid. Fiha wkoll il-libertà għax meta kien jasal żmien ilkarnival kienet tinġabar il-bluha tar-raħal. Le, mhux kollha, imma xi tnejn jew tlieta li fit-tlett ijiem talkarnival joħorġu minn qoxrithom u bla kliem u bla sliem idaħħku u jferrħu lin-nies u jitħalltu mal-briju tal-maskri tal-Karnival. Kien bħal żvog li min kien irid jitbellah mingħajr ma jweġġa’ kien ineħħi l-maskra ta’ kuljum u jilbes dik tal-karnival li jkun ilu sena sħiħa jaħseb u jippjana x’ħa jagħmel biex idaħħak u juri li hu wara kollox għandu s-siegħa tiegħu wkoll. It-Taljani jħobbu jgħidu, ‘E tutto una parata’… Iva hu kollox parata, kollox marċ biex tidher... iżjed u iżjed il-ħajja tal- u fil-pjazza. Speċjalment fil-festi fejn u meta l-ġuvni b’għajnejh jgħarrxu bħal ta’ seqer ikollu minn fejn jagħżel għax it-tfajliet tar-raħal tarahom għaddejjin jippassiġġaw matul il-pjazza u kultant jieqfu biex jaraw minn hemm madwarhom. U bejnietna mhix ħaġa kbira li l-għajnejn jiltaqgħu ma’ par għajnejn oħra u l-ħarsa titbiddel fi tbissima! Min jaf kemm ħbiberiji, u xi ħaġa iżjed fonda, bdew filfesta jew fil-pjazez! Jekk ma għamlet xejn il-pjazza ħelsitna milli toqgħod tkabbar ix-xitla tal-ħabaq li mill-ħoġor tat-tieqa setgħet tispiċċa fuq rasek maddaqq romantiku ta’ kitarra! Biex turi kemm kienet demokratika, il-pjazza kienet ukoll f’ħafna rħula l-ground tal-futbol. Iva, kliem naqra kbir biex tiddeskrivi għaxart itfal jiġru wara ballun tat-tennis b’erba’ ġebliet bħala lasti. U jekk b’xutt qawwi l-ballun jaqa’ fil-gardin tas-Sur Anġ jew tal-Kappillan... jew ikisser il-ħġieġ tat-tieqa ta’ Rafel, allura addio l-partita u jkollu jindaħal is-surġent li jsibha bi tqila biex jitla’ t-taraġ jgħaġġel u l-pjazza ssir qorti ta’ investigazzjoni ta’ delitt bla demm! Imma mill-pjazza s-sħab malajr jgħaddi u l-għada llogħba tkompli għax… “it-tfal xi haġa jridu jagħmlu.” U l-pjazza tkompli bir-ritmu tagħha. Avolja biddlulha isimha biex tinstema’ iżjed moderna u tintona malprogress u mill-Pjazza San Pawl, mhix ħaġa kbira li issa saret Pjazza Ħurrieq, xorta għadha hemm imdawra bil-bini u f’ħafna każi mimlija bil-karrozzi. Imma l-pjazza għadha l-post li tiġbor raħal u li toffri post ta’ kenn, post taċ-ċelebrazzjoni, post ta’ divertiment u post fejn ir-raħal kien joffri l-aħħar tislima lill-parruċċani tar-raħal. Dik, kont sa nghid, kienet il-pjazza tar-raħal. L-ispazju forsi jibqa’, imma dak li jiġri fiha qiegħed jitbiddel bis-sigħat.

34


ENTANGLEMENT (Għalik, f’Jum il-Mara)

FUQ IL-MONTI

Flimkien smajna t-taħdita dwar il-fiżika misterjuża u irrazzjonali tal-mikrokożmu; dwar il-verità li ma tagħmilx sens għax is-sens tiegħi u tiegħek u tal-akbar ġenji m’huwiex qies validu.

Karrijiet nofs kedda jistrieħu f’linji; fil-posta ċkejkna, bit-tined imferrxin; uħud żgħar oħrajn kbar, b’tilari baxxi, li fihom ħwejjeġ li tista’ tolqot l-għajn, mitfugħa sew jew mitluqin imgerfxin; u b’passaġġi, b’sinjali ta’ bejn kaxxi; imħassrin bl-irfis bla heda tas-saqajn. Il-bejjiegħa, nies xwejħin ukoll żgħażagħ, b’ħila kif jiġbdu lix-xerrejja lejhom, bl-għajjat imqanżaħ, taċ-ċajt, jimla l-imħuħ ifixklu ħafna bl-għażla li sa jagħtu; erħilhom ixejru ħwejjeġ b’idejhom; b’hekk lix-xerrej ġenwin mill-mixi serrħuh; u jidħku bih b’prezz li bihom jibagħtu.

Is-sens jinbidel; il-verità tal-bieraħ mhijiex il-verità tal-lum. Id-dinja tal-kwantu ġġennen u tattirani lejha b’saħħa. Fid-dinja tal-makrokożmu hemm jien u int imxebilkin flimkien bħal tweġiba u mistoqsija bħall-bebbux wara x-xita jew għabex ħamran fit-tarf ta’ jum sajfi; hemm int u jien f’dinja binarja f’entanglement affettiv li bħal dak tal-kwanti id-distanza m’għandhiex poter fuqu. EMMANUEL ATTARD-CASSAR XJUĦIJA Żlieġa sittin sena jaħdmu fuqha. Madwari żġieġa niedja idejja ċarruta miblula trid timsaħha u minflok iżżelliġha. Il-menti turbulanti jgħumu fi ħsebijiet li m’għandhomx kwiet itajru tajr ta’ xewqat u tifkiriet taħt riħ li ma jafx xi jrid: issa rixa jgħollihom mas-smewwiet issa ċomb isabbathom mal-iebes tal-artijiet. Ma hemmx qbil bejn is-snin u l-waqfien u meta ż-żlieġa jibdluha f’katarrett intajjar tajr xott bin-nixfa tax-xewqat u tat-tifkiriet. MARIO ATTARD

Kif tmur f’xi raħal trid iżżur il-monti, għax igawdi fama għar-roħs speċjali, li dan jinkiseb bil-gideb u tiġbid; li jaqta’ lil tal-ħwienet għax f’dawn prezz fiss; u bla ftehim milħuq lanqas parzjali, il-bejjiegħ jimmuta jara twaddib, qbid tal-ħwejjeġ, bla jintefaq, ċenteżmu biss. JOSEPH BONNICI SWAR Biex taħrab minn għajnejk fil-mera, tiżvina mingħajr ma taf l-essenza tiegħek f’kull mara li ħabbejt bla ma ħabbejt, għax tħobb ma tistax, qalbek imsakkra fil-kenn tas-swar u qed timbela’ mingħajr ma taf min-niket li qed isoffok ftit ftit. ELIZABETH GRECH (minn Bejn Baħar u Baħar, Merlin, 2019)

35


JEKK TARANI....

mlibbsa investa bil-forom eterni la kien hemm Bibbja u lanqas parċmina Eġizzjana jew Pitagorjana reċta biss ta’ Aristofane.

Jekk kull meta tħares lejja tara moħħ f’indeċiżjoni u tilmaħni qed nissara f’kobba mħabbla t’emozzjoni... Jekk tarani qed niġġerra wara l-bżieżaq tas-sapun u nitbiegħed dejjem aktar minn kif int tixtieqni nkun...

Kif jista’ jkun li Platun b’korazza fiergħa ttollera l-ħruxija tal-ħajja Griega aktar u aktar li abolixxa u kkontradixxa lil Aristofane?

Jekk tilmaħni nogħtor, naqa’ tul it-triq li ħdejk twassalni u tant drabi l-prużunzjoni f’xi sqaq dejjaq iddaħħalni... U jekk tara jiġġarrafli b’nuqqas t’għaqal kull proġett xejn tistagħġeb, imma ftakar li sawwartni demm u laħam mhux irħam jew ħaġra kiesħa, statwa ċassa f’parapett!

CARMEL G. CAUCHI

Kif jidħol il-lejl nintasab fuq blata fis-silenzju tal-irdum u meta quddiemi ma rajtx aktar fjur immeditajt fuq is-segretezza ta’ Platun u n-natura misterjuża tal-isfinġi mill-ġebla taż-żonqor minquxa. U fis-siegħa li ċ-ċpar tal-menti mtedd mas-sedimenti lmaħt is-sodda ta’ mewtu impotenti tittrasforma indolenti u ntbaħt li taħt l-imħadda preokkupanti

ANDREW SCIBERRAS (minn Rikorrenza Eterna, 2019)

U JIBQGĦU ĠEJJIN

. . . U minkejja mitt difett qalbi tħabbat b’għatx għalik mhux bħal statwa f’parapett wieqfa ċassa, ma tafx bik!

PLATUN

Mar-reżonanzi taż-żmien wasal l-eku li Platun instab ikkalzrat f’gallinar tat-tiġieġ.

U jibqgħu ġejjin għal aktar għasafar tal-ħtif, avultini li jirgħu fuq il-ħerba li jkun ħalla ħaddieħor qabilhom. Imqar hawnhekk fl-aħħar roqgħa art ta’ din l-art imkasbra u mibjugħa lill-barranin ġew iħammġu, ġew iħallu l-marka tagħhom tal-ajkla qattiela. Ma baqa’ xejn xi jsir, Għalxejn ’il bogħod l-allat iriegħdu mingħajr fejda sajjetti fil-bnazzi. Ma nafx kif aħna ser niqfulhom, bil-kliem, bil-ħsieb, u bir-raġuni. Ma baqa’ xejn xi jsir għax l-aħħar Te Deum indaqq u aħna tlifna s-sens tassew ta’ min aħna jew min stajna konna quddiem dan il-kolossu li jirbaħ dejjem. Iżda għad jiġu l-anġli tal-Mulej bix-xabla f’idhom jifirdu l-qamħ mill-karfa biex fl-aħħar ħaqq inkunu nafu min hu magħana u min hu tassew kontra tagħna. ALFRED GRECH

36


ĠENS ĠDID

xi kandidat ftit opportunist Minkejja illi deher raġel minn tagħna, xebbahtu ma’ wieħed frodist

Tgerbeb, ja mewġ ħellies, qajjem qillitek sfiqa, ħabbat l-ispirtu mielaħ ma’ dal-blat żonqri ta’ mħuħ bla ruħ, gerrem bi snienek lima ix-xfar tal-blat ħadran sakemm inixxi d-demm minn ramel bla qatran. Saffi b’demmek bajdan il-faħam inkallat li dallam il-għajnejn mgħammxin bil-pesta li ġarrabna tul is-snin. Tella’ mingħajr dewmien żerriegħa safja mid-dagħbien ħa jikber ġens ħanin li jqejjes bit-twemmin

Żgur frodist, Kristu qal li jismu bi proposti sbieħ għall-ħajj’aħjar Ħabbatli sew mal-bieb ta’ qalbi, biss anqas ridt indaħħlu d-dar Kont lest nemmen lill-politiċi, lill-aġenziji tar-reklamar Biss m’emmintx li dana Kristu Seta’ joffrili ħajj’aħjar Reġa’ ħabbat u dejjaqni, ftaħtlu l-bieb biex nara x’ried Miflok bir-rabja kif jistħoqqli, ħlewwa fi kliemu aktar żied JOHN MALLIA

49 That place where love resides lost and well concealed beneath passion, grief and tears, room was made for a lonely seed to take root among earthly fears. And they told us stories which we believed, but kept the truth of the life they lead, until the sun reached that lonely seed, and transformed it. GIULIA PRIVITELLI (minn Walking in Circles, Kite Group, 2018)

KRISTU L-FRODIST!? Ġie jħabbatli l-bieb... u ma fdajtux Ressaqli proposti nteressanti... iva m’għedtlux Rajthom wisq tajbin... u m’emmintux Ma ridtx nisma’ kliemu... lgħabtha tat-trux

Mingħajr ma talab xi kapparra u bla ma staqsa għal xi favur qalli li qiegħed hemm għalija li nsibu ħdejja fid-dulur Imħabbtu aċċettajt bla kundizzjoni ħbiberija li ma tistħoqqnix Afdajt ħajti lil dar-raġel u żgur ma jiddispjacinix KEVIN TANTI KAREZZA Jekk xi darba nsir ħaddieħor u solidali miegħi nnifsi nagħżel lili ma’ min nidħak ma’ min nibki u lejn min inkun servili, bħal karezza fuq il-ġisem inkun ħelwa u ġentili. Nibda nagħmel lill-jien l-ieħor kif irrid li jagħmlu lili. THERESE PACE

Kien wisq sabiħ li beda jgħidli biex nemmnu u ma niddubitahx Xi ħaġa ġewwa fija qaltli li dar-raġel m’għandix nafdah Ħsibtu politku b’wegħdiet fiergħa,

37


TIFKIRIET

mill-gwardan tas-sigurtà tal-Borderline Bar and Grill.

Rummien żibeġ imżewwaq ta’ tfulija mbiegħda, u ġewż il-ward ifuħ bewsiet lewn l-inbid...

Addijo l-ħolm lejli jlebleb ħlejju mal-fjammi fil-ħbub taż-żgħażagħ tan-najtklab. Paħħ-paħħ-paħħ-paħħ. U f’kull kmajra ta’ qalb xi ħaġa tgħajjat jew twerżaq... jew tkisser xi twejqa.

Raġġ fiddien ġo sħab sfiq, tbissima moħbija u trejqa sserrep lejn baħar blati...

Ċentrifugali s-setgħa tal-qattiel jikkompeti mar-ritmi fil-bar bl-iskrataċ itiru sħan mill-pistola.

Ħlewwa żeffiena f’id magħfusa f’oħra u xewqat mhux mitmuma tkarwit ir-ragħad...

Dlam jixkatta minn dahar dak, u d-dagħmi jiffjorixxi minn ngħas dik ... U tnax-il korda jinqatgħu b’kollox (inkluża dik tax-Xerif Helus).

Qawsalla ta’ bnazzi u l-poeżija b’ferneżija togħla waħedha waħedha minn bejn l-għoljiet. IMELDA SERRACINO INGLOTT (minn Metamorfosi, 2019)

ĠEBEL MINFLOK SILLA

Imbagħad jiskot il-Glock mas-suwiċidju ... u s-silenzju tagħna jerfa’ għajnejh fis-sema bħall-Aċċjomu. X’qed jiġri fid-dinja O Alla? Meta ħa tisplodi qalbna bl-uġigħ? CARMEL SCICLUNA

Hawn f’nofs ta’ baħar jaħtfu l-mriegħi ta’ dal-blat, l-imwiel u l-allat. Joħonqu l-beraħ tat-tjur, bhejjem u bnedmin, b’magħlaq konkos smin.

(minn L-Ambjent li Qeridna, 2019)

TBATIJA/REDENZJONI gwerer u kurċifissi, terrur-biki u dmugħ, twiebet/kalvarji.

Fuq wiċċ ir-raba’ r-ronka taħsad bil-qilla x-xaħxiħ tas-silla. Tistenna b’għafsa l-ġebla minn tal-barriera li l-bidwi miera.

mill-wiċċ isfar ta’ kristu bla pajjiż, stajt nara l-isperanza kull kulur, twaħħal bandiera f’ras il-qurriegħa. RAYMOND GRECH

(minn ’il barra mill-prIŻMI, It-Tieni Volum, 2018)

L-ISPARAR F’THOUSAND OAKS, KALIFORNJA 17/11/2018

Addijo l-ottimiżmu tal-uniformi tfuħ daqs l-aħħar bewsa ta’ martu. Paħħ-paħħ-paħħ-paħħ. U l-ewwel korda maqtugħa

kanuni jfittxu d-demm u l-waqfien zoptu. krietel tad-droga, slaleb tan-nar u spettri bil-barnużi. mill-ġerħa vit miftuħ, materja w dmija, hemm redenzjoni sħiħ’għalik-għalija. MARIO GRISCTI

38


METEORITES

I asked her why she was so sad? She told me her baby was killed in Auschwitz, her daughter in Hiroshima and her sons in Vietnam, Ireland, Lebanon, Israel, Palestine, Bosnia, Rwanda and Chechnya.

We are meteorites infinitely small, fragile, which have been stranded on Earth. We have the human form in flesh and bone, and we are more precious than gold, crystal or a rose. Because we came from the sky, some day we will return to the universe splendid and powerful like reconstructed meteorites.

All the rest of her children, she said, are on the nuclear black-list of the dead , all the rest, unless the whole world understands -that peace is a woman.

TERESINKA PEREIRA L-Istati Uniti

A thousand candles then lit in her starry eyes, and I saw Peace is indeed a pregnant woman, Peace is a mother.

MOVING

ADA AHARONI L-Iżrael

We’re naked now, we donned the colors, undressed words and voices, we’re blind now, we drank the light, swam in death, with alcohol and tobacco in our luggage we testified falsely, forgetting who we are we built our life on a bird and we flew again, simply we moved.

UNO DOPO L’ALTRO

DIMITRIS P. KRANIOTIS Il-Greċja

PEACE IS A WOMAN How do you know peace is a woman? I know, for I met her yesterday on my winding way to the world's fare. She had such a sorrowful face just like a golden flower faded before her prime.

Un fratello dopo l’altro la morte ha svuotato la casa pezzo dopo pezzo, e i rami neri degli alberi si intrecciano nella notte su un tramonto niente più che un giallo smorto. I corvi non tornano a casa. Non c’è rimasto nessuno. Non ci è rimasto nessuno a scaldare il camino, Nessuno arriverà a rattrizzare il fuoco; e il tempo porta via la chiave di un cancello che non si chiude più. GABRIELLA NICOLE VALERIA NAPOLITANO (minn I rovi, la mora, lo specchio, il camminare, Volturnia Edizioni, 2018) L-Italja

IL RISVEGLIO Il risveglio è come un uccello meccanico mangiato da un gatto dagli occhi d’ittero o una fanciulla nuda dal sorriso di Gioconda fra lenzuola scompigliate ALBERTO FIGLIOLIA (minn Diapositive d’immortalità, Albalibri, 2007) L-Italja

39


superimpost b’lessiku Sqalli mħallat ma’ żidiet mitTaljan li ġew iktar tard u wara bl-Ingliż, huwa interessanti li wieħed jinnota kif il-Malti adatta ruħu għall-ambjent Awstraljan, ’il bogħod mill-influwenza Mediterranja li hi taħlita ta’ Għarbi u Romanz, flimkien mal-influwenza Ingliża Britannika. Din issaga Awstraljana li seħħet relattivament reċenti hija eżaminata fl-isfond storiku, ġeografiku u kulturali tagħha, ’il bogħod mill-forzi lingwistiċi tal-emisferu tat-Tramuntana li ġew qabel. Ir-riżultat aħħari ta’ dan kollu hu t-twelid ta’ dan l-etnolett temporanju, il-Maltraljan, li jagħmel parti minn bosta ilsna oħra li żviluppaw fl-ambjent demografiku multiformi Awstraljan u li jeżistu fis-seklu 21. Il-ktieb jinstab għall-bejgħ minn fuq amazon.com.

THE MALTESE LANGUAGE OF AUSTRALIA MALTRALJAN, ta’ Roderick (Rigu) Bovingdon, LINCOM Grammar, 2019 Din il-ġabra analitika tal-ilsien Malti kif żviluppa fi ħdan ambjent soċjali Awstraljan hija edizzjoni riveduta u amplijata tal-edizzjoni ta’ qabilha bl-isem ta’ The Maltese Language of Australia: Maltraljan ippubblikata fl-2001 fis-serje ‘Languages of the World 16’ ta’ Lincom Europa. Fl-edizzjoni l-ġdida ġiet miżjuda taqsima ġdida fejn insibu analiżi lingwistika dettaljata tat-terminoloġija oriġinali flimkien ma’ materjali ieħor ta’ natura lessikografika. Hawn wieħed isib tqassim komprensiv ta’ wieħed millħafna etnoletti li hemm fl-Awstralja - il-Malti. Parti kbira mill-migranti Maltin issetiljaw ruħhom flAwstralja matul l-ewwel sittin sena tas-seklu 20. Ġew analizzati aspetti lingwistiċi tal-etnolett Maltraljan. Insibu wkoll paraguni mal-Italawstraljan l-etnolett Taljan fl-Awstralja - flimkien ma’ ħarsa ħafifa lejn il-Malti Eġizzjan, varjetà oħra tal-Malti li żviluppat matul il-kosta tal-Afrika ta’ Fuq matul isseklu 20 u qabel is-saga Awstraljana. Bħala lsien b’sisien Semitiċi b’laqtiet differenti tal-Għarbi,

IL-POEŻIJA MALTIJA - IT-TIENI VOLUM, Andrew Sciberras (ed.), Merlin, 2019 Kien ilu jinħass il-bżonn ta’ antoloġija bħal din, jiġifieri li tiġbor fiha l-poeti li ma dehrux fl-ewwel volum editjat mill-Professur Oliver Friġġieri u li ħareġ fl-1996 u maħruġ mill-Malta University Press. Lewwel volum kien jiġbor fih 100 poeta, fosthom

40


wieħed anonimu, 6 poeti nisa (Mary Meilak, Maria Grech Ganado, Rena Balzan, Lillian Sciberras, Doreen Micallef Chritien u Marlene Saliba) u l-bqija poeti rġiel. Din id-darba, it-tieni volum jiġbor fih mal-64 poeta, li minnhom hemm 10 poeti nisa (Therese Pace, Claudia Gauci, Natasha Turner, Yana Psaila, Nadia Mifsud, Miriam Calleja, Simone Galea, Simone Inguanez, Josianne X. Azzopardi, u Amanda Busuttil) u dan hu pass ’il quddiem ladarba n-numru ta’ poeti nisa żdied, minkejja li hemm ħafna iktar ilħna femminili bħalissa li qed jiktbu l-poeżija. Fil-parti lkbira tagħhom dawn huma poeti li ħarġu għad-dawl fis-snin 90 tas-seklu 20 jew fil-bidu tat-tielet millennju, imma hemm ftit li kien ħaqqhom jiġu inklużi fl-ewwel volum, fosthom Maurice Mifsud Bonnici (twieled 1926), John Cremona (t. 1918), Baldass Armato (1909-1992), il-Brothers Lasalljani Henry Grech (1919-1981) u Michael Buttigieg (19161997), Vincenzo Maria Pellegrini (1911-1997) u Mons. Amante Buontempo (1920-2004), fundatur tal-Għaqda Poeti Maltin. Dan it-tieni volum għandu daħla kritika tajba ferm tal-Prof. Charles Briffa, intitolata “Id-Diwi tal-Ħajja jew l-Umanità fil-Poeżija Kontemporanja”. Inħoss li antoloġija bħal din setgħet tiġi organizzata ftit aħjar, forsi kronoloġikament (skont id-data tat-twelid tal-poeta in kwestjoni), jew alfabetikament (skont il-kunjom tal-poeta). Però, dan ma jneħħi xejn mill-preġju ta’ ktieb bħal dan li jinkludi fl-aħħar parti bijografija qasira dwar kull poeta inkluż u jiġbor fih qawsalla t’ ilħna poetiċi kontemporanji. L-ixjeħ isem inkluż hu dak ta’ Baldass Armato, imwieled fl-1909, bl-iktar żagħżugħ, Wayne Farrugia, li twieled fl-1996. L-ixjeħ poeta inkluż u li għadu ħaj hu John Cremona li proprju fl-1918 għalaq 100 sena. Prosit lil Andrew Sciberras li ħa l-inizzjattiva biex antoloġija bħal din tinġabar u tara finalment id-dawl.

Sabahudin Hadzialic (mill-BOSNIJA-HERZEGOVINA); Tatjana Debeljacki (mis-SERBJA); Gustav Murin (misSLOVAKKJA); Nadia-Cella Pop, Dragos Barbu u Toth Arpad (mir-RUMANIJA); Adolf Shvedchikov (mirRUSSJA); Ada Aharoni (mill-Iżrael); Agnes Lam u Hsu ChiCheng (minn HONG KONG u ĊĊINA; Ashok T. Chakravarthy u Arbind Kumar Choudhary (mill-INDJA); Lou Drofenik (millAWSTRALJA); u Teresinka Pereira u Elma D. Potikarm (mill-ISTATI UNITI). Il-mistoqsijiet li dawn il-kittieba wieġbu għalihom huma kollha l-istess u jittrattaw ilħajja personali tagħhom, ir-rabta bejn ix-xogħol u lkitba tagħhom, ir-relazzjoni tagħhom mad-dinja talletteratura, ix-xogħlijiet letterarji tagħhom, u aspetti oħrajn. Kull poeta jew kittieb intervistat għandu kitba tiegħu inkluża flimkien ma’ bijografija qasira. Huma kollha kittieba jew poeti li ppubblikaw il-versi jew kitbiet tagħhom fil-lingwa Ingliża. Id-disinn talqoxra u tal-ktieb in ġenerali ġie afdat lil Hilary Spiteri. Min jixtieq jakkwista kopja jista' jibgħat email lill-editur ta’ IL-PONT. In-numru ta' kopji huwa limitat.

VOICES FROM THE MEDITERRANEAN AND BEYOND, editjat u ppubblikat minn Patrick J. Sammut, 2019 Din hija ġabra ta' intervisti li saru bl-Ingliż ma' 23 kittieb u poeta, flimkien ma' intervista ma' artist lokali, li tifrex fuq 200 paġna. Il-personalitajiet intervistati ġejjin minn 12-il pajjiż differenti, inkluża Malta. Dawn huma: Maria Grech Ganado; Marlene Saliba; Alfred Palma; John P. Portelli; Therese Pace u Hilary Spiteri (minn MALTA); Paola Mara De Maestri; Giuseppe Napolitano u Roberto Malini (mill-ITALJA);

41


jinkludi kliem li jista’ jdarras lil ċerti qarrejja, minkejja li hu kliem li jintuża fiid-diskors ta’ kuljum minn bosta individwi. Inkluda wkoll ċerti partijiet li huma marbutin ma’ sess jew abbuż sesswali. Dan wassal biex fuq il-qoxra ta’ wara jinkiteb li Ix-Xirka tal-Beati Paoli hu rakkomandat għal qarrejja minn 18 -il sena ’l fuq. Dan ma jagħmel l-ebda għajb lil dan ixxogħol letterarju li ritmikament jinqara jgħaġġel u jżomm lill-qarrej fuq ix-xwiek. L-azzjoni sseħħ fi spazji differenti bħalma huma skola għal subien ta’ familji foqra, uffiċċju fid-depow tal-pulizija, kamra mortwarja, kappelli fil-kampanja fejn iseħħu xi delitti, kafetterija, ċimiterju, l-istess kampanja jew ilbaħar ta’ Malta; hi azzjoni li tifrex mill-Mellieħa u tibqa’ nieżla sa Għar Lapsi. Dan hu rumanz dwar tpattija, dwar il-ġlieda bejn il-ħażin u t-tajjeb, flaħħar mill-aħħar xogħol miktub minn min jemmen li l-ġustizzja tirbaħ, anki jekk wara ħafna snin.

IX-XIRKA TAL-BEATI PAOLI Sammut, Horizons, 2019

ta’ Salv

Dan hu s-seba’ rumanz ta’ Salv Sammut. Itul ftit iktar minn 300 paġna u jinqasam f’żewġ partijiet ewlenin, li flimkien jgħaqqdu 30 kapitlu bi Prologu u Epilogu. F’dan ir-rumanz polizjesk insibu l-qassis, il-ġurnalist, il-pulizija, il-kirurgu u l-bullies bħala personaġġi ċentrali. Sammut jambjenta l-ewwel disa’ kapitli mela l-ewwel taqsima tar-rumanz - fil-passat li hu mqiegħed fis-snin ħamsin tas-seklu 20. It-tieni taqsima mbagħad temporalment titqiegħed filpreżent, jew aħjar tletin sena wara, mela bejn wieħed u ieħor fis-snin tmenin. It-temi li Sammut jittratta din id-darba huma l-faqar, il-pedofilija, ilbulliżmu f’ambjenti magħluqin, il-kriminalità, il-mod kif il-progress bidel wiċċ Malta matul is-snin, imma anki l-ħbiberija, il-lealtà u l-irġulija, fost oħrajn. Din id-darba Sammut għażel li juża lingwaġġ dirett filpartijiet djalogati tiegħu, mela bla ma ddejjeq

L - AĊ Ċ E N T, P ubb l i k a z z j on i ta d Dipartiment tal-Malti tal-Kummissjoni Ewropea, Numru 18, Marzu 2019

42


Ix-xahar ta’ Marzu ra t-18-il ħarġa ta’ din ilpubblikazzjoni maħruġa mid-Dipartiment tal-Malti tal-Kummissjoni Ewropea. Bħal dejjem, il-kontenut huwa utli, interessantissimu u varjat. Louise Vella tikteb dwar “L-Omofoni fil-Malti” wara li ħadet spunt mill-ktieb ta’ Karl Scicluna, Nikteb bil-Malti Tajjeb - Manwal Prattiku tal-Ortografija, maħruġ mill-BDL. Mark Amaira jikteb dwar “Il-Qbil Grammatikali: l-ewwel parti”, filwaqt li l-Prof. Ray Fabri jagħtina xi ħsibijiet dwar l-użu tal-artiklu definit fil-Malti. l-aċċent ta’ Marzu 2019 jiddedika parti wkoll bl-isem ta’ “Id-Deċiżjonijiet 2: Il-Kitba tal-Kliem mill-Ingliż fil-Malti”, dokument li mil-lum ’il quddiem jeħtieġ li kull min irid jikteb Malti korrett irid jagħti kasu. Paġni oħra huma ddedikati lill-”Ordni Sintattika filFrażi Nominali”. David Dandria jikteb dwar “LIsmijiet tal-Insetti” fit-taqsima Kelma b’Kelma - ItTerminoloġija, u min-naħa tiegħu Antoine Cassar jagħtina artiklu bl-isem ta’ “Kliem is-Snajja’: Taħdita ta’ Ġużi Gatt”. Clyde Triganza jikteb dwar “ItTermattwalità”, filwaqt li Antoine Cassar ikompli jibni fuq dak li beda snin ilu b’artiklu intitolat “Lejn Mappa tad-Dinja bil-Malti 5 - L-Amerka ta’ Fuq”. Ma’ dan l-aċċent tana wkoll mappa fiżika tal-Amerka ta’ Fuq bl-ismijiet bil-Malti. Fit-taqsima Mill-Għatba ’l Barra - Aspetti Oħra, Alan Delia jikteb dwar “ItTraduzzjoni bil-Magna: se Tħalli Spazju għallIntervent Uman?”, filwaqt li Graziella Galea tikteb dwar “X’Inhi t-Traduzzjoni Awtomatika?”. Alan Delia jintervista għal l-aċċent lil Markus Foti, Kap tal-Proġett tat-Traduzzjoni Elettronika, u Carmen Carabott tistaqsi “X’Inhu Mistenni mitTraduttur tal-Lum u ta’ Għada?”. Mistoqsija oħra jistaqsiha Miguel Debattista permezz tal-artiklu “Fejn se Nkunu fl-2043?”, u Alan Xuereb jikteb dwar “L-(ir)Realtà tal-Ħin”. Artikli interessanti oħrajn huma “Ilsienna fuq TVM2” ta’ Kit Azzopardi, u “IxXogħlijiet Klassiċi u l-Kitbiet ta’ Santu Wistin bil-Malti - L-Ewwel Parti” ta’ Ivan Said. Hawn jiġu ttrattati xogħlijiet ta’ awturi klassiċi bħal Virġilju, Orazju, Omeru, Platun, Ovidju, Aristotli u Properzju, kif ġew tradotti minn personalitajiet magħrufa bħal Albert M. Grech, Oliver Friggieri, Victor Xuereb, Michael Zammit, Horatio C.R. Vella, u oħrajn. Inkluża hemm ukoll parti ddedikati lill-Ħrejjef ta’ Esopu miġjubin għall-Malti, u hawn jissemmew Temi Zammit, Dun Karm, Bro. Henry u Achille Mizzi.

isem TERMINOLOĠIJA, utilissimu ħafna għal min jaħdem f’oqsma differenti tal-attività umana. Din iddarba t-titlu magħżul huwa “Baġit tal-UE Modern għal Unjoni li Tipproteġi, Tagħti s-Setgħa u Tiddefendi - L-Ewwel Parti”, sottotitolat “ItTerminoloġija Ewlenija tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali għall-2021-2027”. F’dan is-suppliment wieħed isib uħud mit-termini miġjubin għall-Malti użati għall-proposti abbozzati għall-baġit fit-tul. Dan hu frott ħidma kbira u attenta min-naħa tadDipartiment tal-Malti fi ħdan id-Direttorat Ġenerali għat-Traduzzjoni. Ta’ min ifakkar li d-definizzjonijiet u n-noti kollha jinsabu fuq l-interfaċċa pubblika talIATE (Interactive Terminology for Europe), aċċessibbli minn http://iate.europa.eu/ Proset tassew lit-tim ta’ l-aċċent. Min jixtieq jikkontribwixxi jista’ jikteb direttament lil l-accent@ec.europa.eu

Bħal dejjem, ma’ l-aċċent joħroġ is-suppliment bl-

43


ispirtu tal-fidi Kristjana u l-entużjażmu spiritwali li kienu janimaw lil ħajtu hekk kif offra lilu nnifsu kompletament lil Alla għas-servizz tal-proxxmu. Br Louis hu xempju ta’ dan l-ispirtu Lasalljan. Matul ħajtu, u wara li ħass is-sejħa għall-ħajja reliġjuża, beda jgħix skont it-tagħlim tal-Vanġelu, filwaqt li ppromwova l-valuri Nsara ħadem biex jipprovdi edukazzjoni ta’ kwalità (kompatibbli ma’ dawk ilvaluri) lill-fqar u liċ-ċkejknin. Hawn “fqar” tinftiehem f’sens wiesa’ u tinkludi lil dawk li huma foqra finanzjarjament, soċjalment, emozzjonalment u psikoloġikament. Huwa ħadem biex jiżviluppa aspetti ġodda biex iżomm aġġornat mal-bżonnijiet tal-edukazzjoni kontemporanja u b’hekk ikkonċentra fuq il-vokazzjoni Lasalljana li nsistiet fuq l-impenn u l-għaqda. Il-kitba tat-talb tiegħu kienet parti millvokazzjoni personali tiegħu biex isaħħaħ il-preżenza ta’ Kristu fid-dinja tal-lum. Il-kitbiet tiegħu juruh f’solidarjetà mal-fqir u huma prova ċara li Br Louis kien jemmen b’saħħa fil-preżenza ħajja t’Alla.

THE FRUITS OF THE MIND—IN THE WRITINGS OF BR LOUIS CAMILLERI FSC SERVANT OF GOD ta’ Charles Briffa, De La Salle Brothers Publications, 2019. The Fruits of the Mind għandu jinftiehem bħala xhieda tal-element Lasalljan fil-karattru ta’ Br Louis Camilleri FSC (1923-2011) li kien ipproklamat bħala lQaddej t’Alla mill-Arċisqof Charles J. Scicluna nhar il31 ta’ Marzu 2019 u li qiegħed fil-process li jiġi kkanonizzat. Dan il-ktieb se jintbagħat lill-Vatikan bħala wieħed mid-dokumenti li għandhom jgħinu biex Br Louis jiġi bbeatifikat.

Kull aspett ta’ ħajtu juri li kien bniedem ta’ personalità determinata, bla biża’ ladarba kien iġorr l-imħabba t’Alla ġewwa fih, anki meta ġie wiċċ imb wiċċ man-Nażisti fi Franza matul it-Tieni Gwerra Dinjija. Ta’ min ifakkar li dan il-ktieb qed jiġi ppubblikat proprju fis-sena li tfakkar it-tliet mitt sena mill-mewt tal-fundatur tal-Istituzzjoni tal-Iskejjel Insara talBrothers, San Ġwann-Battista De La Salle. Charles Briffa hu professur tal-Malti u tatTraduzzjoni fl-Università ta’ Malta. Huwa riċerkatur f’oqsma differenti tal-Malti u kiteb qatigħ dwar lingwa, letteratura u traduzzjoni. Huwa ħadem fuq għadd sabiħ ta’ bijografiji ta’ awturi Maltin. Kien jaf lil Br Louis personalment mis-snin sebgħin tas-seklu l-ieħor sal-mewt tiegħu.

F’dan il-ktieb il-Profs. Briffa jipprova jgħaddilna aspetti differenti tal-binja mentali ta’ Br Louis li kkontribwixxew għall-ispiritwalità profonda tiegħu. Dan isir primarjament permezz ta’ analiżi ta’ xi wħud mill-kitbiet spiritwali tiegħu li ġew tradotti għallMalti minn Charles Briffa stess. L-għan ewlieni ta’ dan il-ktieb hu għalhekk dak li juri kif dan ir-raġel kien iġorr ġewwa fih l-ispirtu tal-Istitut Lasalljan, l-

44


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.