IL-PONT Marzu 2021

Page 25

Franċiż, it-Taljan, il-Portugiż, il-Latin, il-Ġermaniż, lIżvediż, id-Daniż, il-Pollakk, iċ-Ċek, l-Islovakk, ilBulgaru, u l-Malti. Għandu wkoll għarfien preliminari tal-Għarbi, ir-Russu, il-Grieg, l-Ebrajk, iċ-Ċiniż, u tTagalog. Studja l-Filosofija, il-Grieg, il-Latin, u l-Istorja taċĊiviltà Mediterranja fl-Università ta’ Malta. Għandu interess kbir fil-filosofija Aristotiljana-Tomista li tgħarrex il-prinċipji tal-eżistenza mill-osservazzjoni tad-dinja. Dan l-interess jidħol fil-qafas tat-teoloġija Kattolika tradizzjonali li tħaddan fiha l-qofol talawtorità Appostolika, is-Sagrament Divin, ilMarjoloġija, u t-tieni miġja ta’ Kristu. Għandu interess qawwi fil-metodu ta’ San Louis de Montfort (1673-1716) – metodu ta’ qima kbira lejn il-Verġni Mqaddsa u r-rużarju. Għandu ġibda studjuża lejn linterrelazzjoni bejn il-grazzja u r-rieda ħielsa. Ittraduċa mil-Latin iċ-ċensura tal-filosofija Kartesjana tal-Isqof Daniel Huet (1630-1721) – Censura Philosophiae Cartesianae (Pariġi, 1689) – u t-teżi talKardinal Álvaro Cienfuegos (1657-1739) fuq is-

Traduttur Barrani tal-Malti u Il-Kitba Reliġjuża tal-Mons. Lwiġi Vella (18591928) Kitba ta’ Charles Briffa L-istudjuż Arġentin Patricio Shaw għamel żmien jistudja hawn Malta u ltaqa’ ma’ xi kitbiet reliġjużi minsijin tal-Għawdxi Mons. Lwiġi Vella (1859-1928). Dawn il-kitbiet bil-Malti, Shaw (li studja l-Malti) qalibhom għal diversi ilsna oħra għax ra bosta valuri Nsara fihom u fehem lill-Mons. Vella bħala qaddis. Patricio Shaw twieled f’Buenos Aires fl-1961. Ilfamilja tiegħu min-naħa ta’ missieru hija AngloSassona u Ġermanika fit-tnissil tagħha u min-naħa ta’ ommu l-familja għandha għeruq Spanjoli. Sa minn żgħożitu, Shaw kien miġbud ħafna lejn ilreliġjon Kattolika għax kien influwenzat ħafna millfamilja tiegħu. Il-lingwa materna tiegħu hija l-Ispanjol, imma ta’ erbatax-il sena beda jistudja bosta lingwi barranin u llum għandu ħakma ta’ dawn il-lingwi: l-Ingliż, il-

25


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.