IL-PONT Marzu 2021

Page 29

jiġbor fih ħafna mill-istorja u anke mill-antropoloġija (laqmijiet, kunjomijiet, arbli tar-razza) ta’ din illokalità l-aktar fuqana ta’ Għawdex, issa qed jagħtina ktieb li b’xi mod ikompli miegħu. Din id-darba, Vella tefa’ ħarstu fuq ir-reġistru tal-imwiet ta’ din il-knisja li saret parroċċa fl-1688 bit-twajjeb Dun Franġisk Vella bħala l-ewwel kappillan tagħha. Fid-daħla talktieb huwa jagħti r-raġuni għalfejn qabad ma’ dan irreġistru u mhux dak tal-magħmudijiet jew tażżwiġijiet. Fost l-oħrajn huwa jispjega għalfejn: ‘Għaliex ir-Reġistri tal-Magħmudijiet, Griżma talIsqof u taż-Żwiġijiet, jagħtu informazzjoni minima’ (mill-kelmtejn qabel). Għall-kuntrarju, dawk tal-imwiet jagħtu ‘deskrizzjoni ġeneralment bil-Latin, ta’ kif dik il-mewt seħħet, tal-etajiet tal-mejtin u ta’ fejn indifnu’.

IR-REĠISTRU TAL-IMWIET FIL-PARROĊĊA ARĊIPRETALI MATRIĊI TAŻ-ŻEBBUĠ GĦAWDEX, ta’ Horatio C. R. Vella, (Gozo Press; 2020) 288 paġna. Reċensjoni ta’ Geoffrey G. Attard Il-Professur tal-ilsna klassiċi Horatio Caesar Roger Vella żgur li m’għandu bżonn ta’ ebda introduzzjoni. Ismu huwa sinonimu mal-istudju tal-ilsien Grieg u dak Latin u għal bosta snin għallem dawn l-ilsna f’universitajiet barra minn Malta kif ukoll f’pajjiżna. Nistgħu ngħidu li ismu huwa marbut darba għal dejjem mat-traduzzjoni mill-oriġinal tal-poeżija twila medjevali Tristia ex Melitogaudo miktuba minn ilsir fil-ħabs taċ-Ċittadella fis-seklu tnax, u issa ppubblikata biex igawdiha kulħadd. Dan l-aħħar, il-Professur Vella tana studju interessanti bl-isem Ir-Reġistru Tal-Imwiet filParroċċa Arċiprietali Matriċi taż-Żebbuġ Għawdex. Minbarra li jgħallem il-klassiċi, Vella qatta’ ħafna ħin f’diversi arkivji ta’ pajjiżna u saħansitra anke dak talFranġiskani Minuri fl-Art Imqaddsa. Il-ħin li qatta’ flarkivju parrokkjali tal-parroċċa ta’ Santa Marija tażŻebbuġ Għawdex qiegħed issa jħalli l-frott bnin tiegħu. Wara li ħareġ il-ktieb tassew voluminuż blisem Żebbuġ of Gozo li nistgħu ngħidu li huwa studju interessanti u dettaljat tar-raħal taż-Żebbuġ u li

Mingħajr dan il-ktieb ma konniex inkunu nafu ħafna dettalji dwar diversi parruċċani taż-Żebbuġ li għexu matul dawn l-aħħar tliet mitt sena u aktar li l-lokalità ilha parroċċa. Joħroġ għad-dawl ħafna tagħrif ġdid dwar diversi saċerdoti Żebbuġin li ħadmu kemm filparroċċa tagħhom kif ukoll fi knejjes oħra bħalma huma l-parroċċa ta’ Sannat, dik tal-Katidral u oħrajn. Interessanti wkoll it-tagħrif dwar il-mod u manjiera li biha dawn in-nies ħallew din id-dinja. L-arkivju huwa għajn ta’ tagħrif siewi u mingħajr persuni bħallProfessur Vella, ħafna materjal jew jibqa’ midfun għal dejjem jew inkella jaqa’ fil-periklu li jintilef. Grazzi għal persuni bħal dawn, wieħed jista’ jinseġ aħjar l-istorja ta’ pajjiżna u jsir aktar familjari malħajja ta’ kuljum ta’ ħafna nies komuni li m’għamlux isem bħal sħabhom li telgħu fl-ogħla skaluni tassoċjetà. Kif semmejt aktar qabel, Vella huwa midħla tax-xjenza tal-ġenealoġija u allura fl-appendiċi jagħtina 57 siġra ġenealoġika li tkompli titfa’ aktar dawl dwar ir-rabtiet tad-demm li hemm bejn diversi Żebbuġin, u li jiftiehmu aktar meta wieħed iqis li fissoċjetà Għawdxija tal-imgħoddi, ħafna kienu jippreferu jiżżewġu fir-raħal stess u għaldaqstant ħafna kienu jkunu dawk li jiżżewġu lil qrabathom stess. Il-ktieb fih ukoll żewġ indiċi li jgħinu lill-qarrej u lir-riċerkatur biex jikseb it-tagħrif li jrid mingħajr ħafna ħela ta’ ħin. Dan il-ktieb li l-Professur Vella qiegħed jagħtina jiswa mitqlu deheb għal min għandu għal qalbu l-istorja tal-gżira Għawdxija u b’mod partikulari għaċċittadini Żebbuġin li jgħożżu għeruq ġrajjiethom u rraħal li wellidhom. Kopji tal-ktieb jinkisbu mingħand l-awtur innifsu.

29


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.