IL-PONT Marzu 2021

Page 3

MARIEKE LUCAS RIJNEVELD L-INTERNATIONAL BOOKER

TIRBAĦ

F’Awwissu 2020 il-kittieba Olandiża ta’ 29 sena Marieke Lucas Rijneveld rebħet il-premju International Booker, għall-ewwel rumanz tagħha The Discomfort of Evening ippubblikat f’pajjiżha fl-2018. B’hekk hija l-iżgħar awtur li qatt rebaħ dan il-premju. The Discomfort of Evening, rumanz li għamel suċċess kbir fl-Olanda, jirrakkonta l-istorja ta’ Jas, tfajla Nisranija devota f’familja ta’ bdiewa, li ħuha jmut f’aċċident wara li tixtieq li jmut hu minflok il-fenek tagħha. Maħkuma min-niket, ilfamilja tagħha tiżżarma ftit ftit waqt li Jas tinvolvi ruħha f’fantażiji dejjem iktar perikolużi.

radjudrammi, fosthom “Il-Fqajjar t’Assisi,” radjudramm f’erba’ episodji li xxandar kemm fuq lRTK (1990) kif ukoll fuq il-PBS (1999). Uħud mirrumanzi tagħha nqraw ukoll fuq radjijiet hawn Malta u fl-Awstralja. Għal bosta snin kitbet u pproduċiet ilprogramm letterarju tal-Għaqda Letterarja Maltija bl-isem “Mill-Ġnejna Maltija.” Kienet ilPresident tal-istess Għaqda Letterarja Maltija għal tmien snin; hija wkoll membru tal-Akkademja talMalti u tal-Għaqda Poeti Maltin. Lina Brockdorff kienet membru tal-kunsill tal-Akkademja tal-Malti 2004–2005. Brockdorff kitbet aktar minn 340 novella, stejjer qosra li bosta minnhom ixxandru fuq radjijiet kemm hawn Malta kif ukoll l-Awstralja, waqt li bosta minnhom kienu ppubblikati fil-ġurnali. Hija awtriċi ta’ ħames ġabriet ta’ novelli u tnax-il rumanz, apparti l-ktieb awtobijografiku Sireni u Serenati. IMUT ID-DRAMMATURGU U DIRETTUR TEATRALI CARMEL AQUILINA

LINA BROCKDORFF - REBBIEĦA TAL-MIDALJA TAD-DEHEB GĦAS-SENA 2020 Nhar l-4 ta’ Novembru, Lina Brockdorff ġiet imħabbra bħala r-rebbieħa tal-Midalja tad-Deheb ‘Ġieħ l-Akkademja tal-Malti’ għas-sena 2020. Dan sar waqt lejla ta’ ġieħ li saret fil-Palazz ta’ Sant’Anton taħt il-patroċinju tal-President l-Eċċellenza Tiegħu George Vella, President ta’ Malta. Din l-onorifiċenza tingħata lil min ikun iddistingwa ruħu b’ħidma tul ħajtu kollha għall-Ilsien Malti u għal-letteratura Maltija. Lina twieldet l-Isla fil-21 ta’ Mejju, 1930. Hija waħda mill-kittieba nisa li l-aktar ilha tikteb kemm proża u poeżiji għal bosta snin. Ħadet sehem fixxandir billi kitbet u pproduċiet numru kbir ta’ programmi fuq ir-Rediffusion bejn is-snin Ħamsin u Sebgħin. Fost dawn il-programmi nsemmu “Ħlieqa Bejnietna,” programm ta’ parlour games; programmi għan-nisa bħal “Quddiem il-Mera,” “Nofs Siegħa Flimkien” u “Kwarta Flimkien”, “Magic in the Kitchen”, u reċti qosra umoristiċi. Kienet l-ewwel kittieba li bdiet taddatta għar-radju xeni drammatizzati minn “Wenzu u Rożi” mill-ktieb ta’ George Zammit. Kellha wkoll serje ta’ programmi “Inwieġbu lis-semmiegħa.” Kitbet numru ta’

Nhar id-29 ta’ Novembru 2020 ħalliena l-kittieb, attur, drammaturgu, għalliem tad-drama, u direttur teatrali Carmel Aquilina. Kellu 74 sena. Huwa twieled fl-1946 fil-Għargħur u fl-1975 waqqaf iddramm tal-Ġimgħa l-Kbira f’dan ir-raħal. Fl-1979 sar membru tad-drama unit tad-Dipartiment talEdukazzjoni u tutur-direttur fl-Akkademja tal-Arti Drammatika tat-Teatru Manoel. Fost ix-xogħlijiet teatrali tiegħu nsibu Irġiel tat-Tiben u Il-Ġnien u lArka. Idderieġa bosta drammi, fosthom Menz ta’ Francis Ebejer (1991), Richard III ta’ Shakespeare (1993), Is-Surmast ta’ Trevor Żahra (1994), u lperformance Rewwixta ta’ Oliver Friggieri (1990). Jistrieħ fis-sliem.

3


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.