IL-PONT Marzu 2021

Page 30

hemmhekk Lina farfritilna diskors bil-fjokki! U jekk kelli xi biża’ li l-Għaqda tagħna kienet f’idejn bla ħila, neħħejtha.” Dik is-silta li għadni kemm qrajt hija meħuda minn reċensjoni ħafna itwal li l-awtur Rabti Kilin, awtur fost l-oħrajn ta’ Tmint Ijiem fi Dragunara, Fuq ilGħajn ta’ San Bastjan u L-Għafrid kien għamel tarrumanz Kien Kwinta l-Qamar li Lina Brockdorff kienet ippubblikat fl-1974. Ir-reċensjoni ta’ Kilin kienet dehret fil-‘Forum’ ta’ Marzu 1974 – rivista li kienet tippubblika l-Għaqda Letterarja Maltija. Rivista li dik il-ħabta kienet tiġma’ flimkien awturi stabiliti, awtur mhux daqstant magħrufa, imma kienu ilhom żmien jiktbu, kif ukoll awturi żgħażagħ fosthom dawk li fis-sittinijiet kienu waqqfu l-MQL. Ir-rumanz Kien Kwinta l-Qamar kien l-ewwel okkażjoni tiegħi biex niltaqa’ l-ewwel darba ma’ Lina Brockdorff. Ma kinitx laqgħa fiżika u dik il-ħabta kont għadni żerbinott għatxan li naqra bil-Malti u b’ilsna oħra.

LINA BROCKDORFF - IR-REBBIEĦA TALMIDALJA TAD-DEHEB TAL-AKKADEMJA 2020 Diskors ta’ Sergio Grech Għoti tal-Midalja tad-Deheb mill-Akkademja talMalti lil Lina Brockdorff. 4.12.2020 Eċċellenza President ta’ Malta, Sinjura Vella, Sinjura Presidenta tal-Akkademja tal-Malti, Mistednin distinti, Membri tal-Akkademja tal-Malti, Għażiża Lina, “Meta smajt li Lina Brockdorff saret il-President talGħaqda Letterarja Maltija flok John C. Friggieri bdejt inrodd is-slaleb. Għidt f’qalbi – mela tilfu rashom. Għax ma kont għadni qrajt ebda xogħol minn tagħha. Ftit wara ħadt sehem fix-xandira tal-‘Ġnejna Maltija’ u fiha qrat poeżija tagħha. Għoġbitni għalloriġinalità tagħha u d-delikatezza tal-ħsieb. Mhux wisq wara saret il-laqgħa f’ġieħ l-ex President u

Niftakar li fid-dar ta’ ommi u missieri, fil-kamra tassodda tagħhom kien hemm żewġ komodini mimlija kotba. Kienu l-biċċa l-kbira rumanzetti Ingliżi li aktarx jinqraw minn udjenza femminili. Kienu t-tip ta’ kotba li aktarx kienu jinqraw minn xi ħadd fuq btala jew purament għall-mogħdija taż-żmien. Xejn toqol u ħafna mili tal-ħin liberu. Dak iż-żmien ir-refuġju għall-kotba għalija kienet Margaret tal-gazzetti talpjazza tar-raħal li l-Eċċellenza u s-Sinjura tiegħu bla dubju jafu għal min qed nirreferi. U tistgħu timmaġinaw li ktieb bil-Malti interessanti minkejja ttwiddiba tal-frotta pprojbita. Dawk il-komodini kienu żona ħamra u dawk il-kotba ma stajtx immisshom. Kienu fuq l-indiċi talprojbizzjoni minkejja li l-indiċi kien tneħħa fit-tarf tas-sittinijiet. U fost dawn il-kotba kien hemm Kien Kwinta l-Qamar ta’ Lina Brockdorff. Billi kien bilMalti, rajt kif għamilt u żidtu mal-kotba tal-librerija tiegħi. Niftakar li dik il-ħabta kien interessani ħafna d-daqs tal-ktieb li f’għajnejja deher pjuttost insolitu, il-kulur tal-qoxra, l-immaġni tal-Imdina fil-qoxra u lfamuż qamar mingħalija lewn il-fidda – element naturali li mhux darba jew tnejn ġie ttrattat filletteratura u anki fil-mużika. Maż-żmien sirt naf lil Lina Brockdorff personalment u kelli anki l-unur li naħdem spalla ma’ spalla

30


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.