IL-PONT Marzu 2021

Page 37

Id-Dumnikan Baskal Vassallo, il-poeta Malti li qatt ma rajna kitbietu Jikteb Ivan Said “Hu u jixrob b’għajnejh imwaħħlin f’tiegħi, qgħadt naħseb fuq ix-xebh li kien hemm bejn dan Baskal Vassallo u bejni. Bħali kien jikteb bil-Malti, bħali safa mgħoddi mill-ħalġ, donni bsart li bħalu kelli nduq ittitrif minn art twelidi – l-għana biss kien jagħżilna, u l-aktar għal min kien miktub.” Mikiel Anton Vassalli f’Il-Ħolma Maltija (1994: 355) [1]

Il-Kantilena hija l-ewwel kitba bil-Malti li nafu biha u għaldaqstant ngħoddu lill-awtur tagħha, Pietru Caxaru (c. 1400–1485), bħala l-ewwel poeta Malti. Sa ma tħabbret is-sejba tagħha minn Patri Mikiel Fsdani O.P. u l-Professur Godfrey Wettinger fid-29 ta’ Ottubru tal-1968 (Fsadni, 1994: 38), il-poeżija Mejju ġie bil-Ward u ż-Żahar tat-tabib Ġan Franġisk Bonamico (1639–1680), iddedikata lill-Gran Mastru Cottoner (Wettinger u Fsadni, 1983:12), kienet tinżamm bħala l-eqdem biċċa xogħol letterarja bilMalti. Iżda jekk Caxaru jista’ jingħadd bħala l-ewwel poeta Malti, Bonamico ma jistax jitqies bħala t-tieni poeta li nafu li kiteb bil-Malti peress li fit-tieni nofs tasseklu sittax ċertu Patri Baskal (‘Pasquale’) Vassallo, Duminikan, kiteb xi poeżiji bit-Taljan u bil-Malti dedikati lit-tfal li wħud minnhom nqerdu u l-bqija ntilfu. Isem Patri Baskal rajnieh ifeġġ fid-dinja moderna għall-ewwel darba fl-1974 meta Patri Fsadni ħareġ ilktieb Id-Dumnikani fir-Rabat u fil-Birgu sal-1620 li jterraq l-istorja ta-Dumnikani f’Malta fejn fil-kaptilu dwar “Il-ħajja tal-patrijiet” naqraw dwar il-kriżi morali (1974: 212) li ħakmet lill-Ordni tal-Predikaturi f’Malta. Dan it-tagħrif dwar Patri Baskal Vassallo, Patri Fsadni siltu mill-Arkivju tal-Inkwiżizzjoni talMużew tal-Katidral fl-Imdina.[2] Hu jerġa' jsemmi lil Patri Baskal fil-ktieb tiegħu, Dumnikani Maltin magħrufa (2003: 24) barra li saret referenza għalih fil-ktieb L-Għanja ta’ Pietru Caxaru – Poeżija bilMalti Medjevali (1983: 42). Kif sirna nafu bil-kitbiet ta’ Patri Baskal? Dan il-patri, imwieled Ħaż-Żebbuġ, bin Martino, daħal madDumnikani fir-Rabat fl-1578 u qaddes fl-1584. Kien

Patri Mikiel Fsadno op

imqareb, laxk fil-ħajja morali tiegħu u jidher biċ-ċar li s-saċerdozju u l-ħajja reliġjuża ma kinux il-vokazzjoni tiegħu. Kien għadu student meta ġie pproċessat l-ewwel darba iżda la nafu fuq xiex u lanqas nafu x’kien leżitu ta’ dan il-proċess. Ftit wara li qaddes reġa’ ġie pproċessat u nstab ħati li fera lill-pirjol tiegħu u “aktarx, għaliex kellu x’jaqsam mat-tifel Andrea Castelletti”. Bħala pieni ta’ dan l-għemil ġie mċaħħad mill-vuċi attiva u passiva u minn kull uffiċċju iżda nħafrulu fl-1586 mill-Ġeneral tal-Ordni Dumnikan. Mid-dehra dan Patri Baskal kien ilu jikteb bil-moħbi l-poeżiji li jaħarqu, sa minn qabel ma qaddes fl-1584. Dawn il-versi – mid-dehra meqjusa inkriminanti – instabu mill-pirjol tiegħu biex b’hekk fl-1588, erba' snin biss wara li qaddes, reġa’ sab ruħu fl-inkwiet iżda din id-darba fi proċess quddiem l-Inkwiżitur. F’dawn il-proċeduri kriminali, insiru nafu li Patri Baskal kiteb bosta cantilene bit-Taljan u bil-Malti ddedikati lit-tfal li kienu meqjusa bħala moralment

37


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.