IL-PONT Marzu 2021

Page 39

immortali fl-istorjografija ta’ pajjiżna. Skont Patri Mark Montebello O.P., għal ħafna snin kollega talistoriku Dumnikan fl-istess kunvent tad-Dumnikani fir-Rabat, kien Patri Fsadni waħdu li sab Il-Kantilena fit-22 ta' Settembru 1966. (Wettinger did not discover Caxaro’s Catilena , academia.eu) Biblijografija: Cremona, Ninu, Siltiet minn Mikiel Anton Vassalli u Żminijietu pp 1-30, fi Journal of Maltese Studies, Essays on Anton Mikiel Vassalli, edit. Oliver Friggieri, University of Malta, 1993. Fsadni O.P., M., Id-Dumnikani fir-Rabat u fil-Birgu sal-1620, Malta, Stamperija ‘Il-Ħajja’, 1974. Fsadni O.P., Mikiel, Duminkani Maltin Magħrufa 1450-2003 – Tifkiriet Bijo-Bibljografiċi, Malta, Pubblikazzjoni Dumnikana, Malta 2003. Fsadni O.P., Mikiel, Esperjenzi ta’ Kittieb, Malta, Pubblikazzjoni Dumnikana, Malta 2003. Sammut, Frans. Il-Ħolma Maltija, Sensiela Kotba Soċjalisti, Id-Dipartiment tat-Tagħrif, Il-Partit talĦaddiema, 1994. Wettinger, G. u Fsadni O.P., M., L-Għanja ta’ Pietru Caxaru – Poeżija bil-Malti Medjevali, Malta, 1983.

IL-KANTILENA ta’ Pietru Caxaru Kant l-isfortuna, ja ġirien tiegħi, ejja ngħidilkom Li la jinsab bħalu fl-imgħoddi u la lanqas f’għomorkom. Qalb li m’għandhiex la ħakem, la sultan u lanqas sid f’bir bla qiegħ irmietni b’turġien miksura Fejn, ħajran għall-għarqa, ninżel f’taraġ ’l isfel. Nitla’ u nerġa’ ninżel dejjem f’baħar il-għali. Waqgħet dari. Niżżlet is-sisien. M’għandux tort min ħadimli, imma qatagħli l-ġebel; Fejn ittamajt li nsib il-ġebel sibt tafal merħi. Waqgħet dari li ili żmien nibni. U hekk waqgħet dari; u erġa’ ibniha! Biddlilha l-art li jgħarraqha! Min ibiddel l-art ibiddel risqu. Għaliex l-artijiet għandhom forma għal kull xiber: Hemm art bajda u hemm art sewda u ħamra. Aktar minn dawn, hemm art li trid minnha twarrab. (minn Pietru Caxaru u l-Kantilena tiegħu, verżjoni ħielsa ta’ Mark Montebello, Pubblikazzjoni Faraxa, 2015)

JOHN J. CREMONA U L-ESPERJENZA POETIKA TIEGĦU Jikteb Charles Briffa Nota bijografika John J. Cremona twieled ix-Xagħra fis-6 ta’ Jannar 1918. Iggradwa bil-BA (1936) mill-Università Irjali ta’ Malta u ħa D.Litt. (1939) mill-Università ta’ Ruma. Imbagħad daħal għall-kors tal-Liġi u kiseb b’suċċess kbir LL.D. (1942) mill-Università Irjali ta’ Malta; ingħata scholarship u ġab First Class Honours (1946) u Ph.D. fil-Liġi (1951) mill-Università ta’ Londra. Ilkarriera tiegħu kompliet u sar wieħed mill-aktar ġuristi importanti tagħna fl-oqsma nazzjonali u internazzjonali għax (fost ħidmiet oħrajn) fassal ilKostituzzjoni ta’ Malta, laħaq Prim Imħallef, u nħatar Viċi-President tal-Qorti Ewropew tad-Drittijiet Umani. Il-karriera poetika tiegħu bdiet minn meta beda jistudja Ruma fejn kien jippubblika l-poeżiji tiegħu bit-Taljan u rebaħ darbtejn premju fil-Mostra Nazionale di Poesia Contemporanea. Għamel żmien twil kien il-Viċi-President tal-International Poetry Society tal-Ingilterra li kellha bħala President lillpoeta u drammaturgu Ingliż Christopher Fry (19072005). Xi poeżiji tiegħu nqraw mill-Poet Laureate Ingliż Cecil Day-Lewis (1904-1972) fl-1969 u mirReġina Elizabeth II fl-1992 meta inawgurat uffiċjalment is-Siege Bell Memorial. Kiteb u ppubblika poeżiji bit-Taljan (Eliotropi, 1937), bl-Ingliż (Songbook of the South, 1940, u Malta Malta, 1992), u bil-Malti (Mas-Sebħ Għasafar, 2004, Ekwinozju, 2006, Il-Kantiku tax-Xagħra: Poeżiji, 2012, u Poeżiji, 2018). U ħareġ ukoll wieħed bit-tliet lingwi: Poesie, Poems, Poeżiji (2009).

39


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.