IL-PONT Marzu 2021

Page 46

IL-FILOSFU TAT-TRIQ, Ġabra ta’ poeżiji ta’ Fredu Cachia, 2020 Din hi ġabra minn Malti li twieled f’Ħaż-Żebbuġ f’nofs is-seklu 20 u li emigra lejn Melbourne flAwstralja fl-1960. L-imħabba tiegħu lejn il-Malti baqgħet, tant li apparti kittieb ta’ versi huwa wkoll għannej u daqqaq folkloristiku bil-kitarra. Dawk tiegħu huma versi ferrieħa, ċajtiera u satiriċi, li jintrabtu mal-ħajja ta’ kuljum flimkien mal-bnedmin u l-annimali, il-frott, il-ħxejjex u dak kollu madwaru. It-titlu tal-ġabra jinsisti fuq il-fatt li bħala osservatur Cachia jirrifletti fuq kulma jara. Huwa jara fil-ħolqien wirja diretta ta’ Alla fost il-bniedem. Dawn ta’ Cachia huma poeżiji li jvarjaw fil-forma. Fl-ewwel taqsima “Mill-Beraħ tal-Ħsieb” - hemm mat-68 kitba li tħaddem il-vers ħieles u tintrabat anki ma’ avvenimenti mill-iktar kontemporanji (inkluża lpandemija). Laqtuni fost oħrajn Sinfonija Maltija, Lill-Vrus Maltin u Miet fi Żmien il-Coronavirus. Fittieni taqsima - “Għana u Taqbiliet” - insibu mal-14-il taqbila tal-għana li huma miktubin f’forma regolari bħalma huma l-kwartini u l-vers mużikali talottonarju. Tinħass ukoll l-imħabba tal-awtur lejn ilfesta tal-Imnarja. Il-ktieb għandu Daħla qasira minn Clemente Zammit.

RUĦU DEJJEM TFITTEX - CHARLES CASHA MGĦALLEM GĦALLIEL, ta’ Charles Briffa, KKM, 2020 Dan il-volum ikompli s-serje ta’ monografiji li Charles Briffa qed jiddedika lil numru ta’ kittieba Maltin fosthom Oliver Friggieri, Victor Fenech, Mario Azzopardi u Joseph Vella Bondin. Dan il-ktieb ta’ 200 paġna jinqasam f’għaxar taqsimiet flimkien ma’ konklużjoni u parti tal-aħħar fejn hemm inklużi biblijografija u numru ta’ ritratti bil-kulur. Fost laspetti li Briffa jittratta hawn insibu: Charles Casha bħala bniedem, għalliem-kittieb-awtur, awtur tattfal, drammaturgu, rumanzier, novellist, poeta u awtobijografu. Fl-ewwel żewġ taqsimiet Briffa jagħtina saġġi dwar il-kritika investigativa, l-arti talproża u tal-poeżija, u dwar is-sitwazzjoni testwali u listil mentali ta’ Charles Casha. Interessanti wkoll issiltiet qosra li Briffa jieħu minn kittieba u personalitajiet differenti biex jintroduċi kull kapitlu, fosthom quotes minn Milan Kundera, Salman Rushdie, Thomas Hobbes, Oscar Wilde, Penelope Lively, T.S. Eliot, Alasdair MacIntyre, Jimi Hendrix, Robert Frost, René Descartes, u Virginia Woolf. Filktieb insibu wkoll tabelli, listi kronoloġiċi u taqsim tematiku li jagħmluh aktar interessanti u siewi.

46


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.