Il-Pont Mejju 2015

Page 1

Nu. 32 - MEJJU 2015

editorjal Meta nkun qed naqra artikli differenti dwar il-qasam letterarju spiss jolqtuni siltiet partikolari li nħobb nimmarka biex ma ninsihomx. Qed inġib xi wħud minnhom, b’kumment personali fejn inħoss il-ħtieġa. Jean Paul Sartre: “Non voglio essere letto perché Nobel ma solo se il mio lavoro lo merita. E poi, quale tribunale può giudicare la mia opera?” (minn “L’idea di letteratura in Jean-Paul Sartre” ta’ David Tonioli, www.raiscuola.it). Dan ifakkarni fis-sitwazzjoni mhux biss lokali fejn bosta drabi lkotba ta’ awturi partikolari jinqraw mhux għax verament ikunu ta’ xi livell partikolari, imma għax jintrabtu ma’ djar tal-pubblikazzjoni li jkollhom f’idejhom magna talmarketing b’saħħitha ferm. Nerġa’ ntenni: nemmen li hemm xogħlijiet letterarji mill-aqwa li jew qegħdin fuq lixkaffi tal-ħwienet tal-kotba jew tal-libreriji minsijin proprju għax ħadd ma indenja ruħu jaqrahom jew joħroġhom għad-dawl tax-xemx, jew fil-kexxun mhux ippubblikati. Din għal min jaħseb li l-poeżija tinkiteb faċilment u li hi sempliċiment għaġna ta’ numru ta’ sillabi mqegħdin f’versi flimkien ma’ għadd ta’ kliem jirrima f’tarf il-versi, jew għal min jippretendi li għandu jifhem poeżija wara l-ewwel daqqa t’għajn: “Slowness is now universally abhorred, but slowness is what poetry is about, in the sense that it insists on taking the time to observe and ponder, to dismantle the mundane and find meaning in it, to apply language to that dismantling, and simultaneously question that language.” (minn “Poetry is well and truly in the margin. Will it ever get out?” ta’ Ian Gregson, Professur tal-Kitba Kreattiva, www.theepochtimes.com).

werrej L-Aħbarijiet

3

Reazzjonijiet

6

L-Intervista

7

L-Esej

9

Letteratura Taljana

11

Ktieb mill-Qrib

13

Il-Poeżiji

14

Il-Poeżiji - Lil Hinn Minn Xtutna

16

Minn fuq l-Ixkaffa

17

Xkaffa Melitensia

18

Min jixtieq jikkontribwixxi f’IL-PONT b’materjal ta’ livell, mhux twil u adatt jista’ jibagħtu direttament lill-Editur flindirizz sammutpatrickj@gmail.com

1


l-editorjal kont... Dwar il-ħsieb tal-intervistatur u tal-intervistat Umberto Eco jgħid hekk: “ [...] la maggior parte degli intervistatori ritengono che il pensiero dell’intervistatore sia più importante di quello dell’intervistato. L’intervista è un male del giornalismo, perché evita di pronunciare giudizi, evita di fare articoli critici. L’intervista è un fatto di grande immoralità e pigrizia da parte dei giornali.” (minn “Eco della Storia incontra Umberto Eco”, www.raistoria.it). Huwa veru li bosta drabi lintervistatur jippreferi jlesti numru ta’ mistoqsijiet dwar test partikolari, milli jikteb artiklu ta’ natura kritika dwar l-istess test, proprju għax dan tal-aħħar jirrikjedi iktar impenn u ħin. Imma l-intervistatur intelliġenti hu dak li l-ewwel jaqra sewwa t-test in kwistjoni u wara joħroġ b’numru ta’ mistoqsijiet li jgħinu biex l-intervistat, mela l-awtur tat-test, jelabora aktar dwar xogħlu. Drabi oħra l-intervistatur jaf ikun niggieżi jew kritiku apposta. Dwar ir-rwol tal-letteratura l-kittieb Peruvjan Mario Vargas Llosa intervistat minn Tim Martin rigward laħħar rumanz tiegħu The Discreet Hero jgħid: “But I don’t think literature has no effect […] I think its most important one for me is to develop a critical attitude in readers, in very general terms. I think if you’re impregnated with good literature, with good culture, you’re much more difficult to manipulate, and you’re much more aware of the dangers that powers represent. So in that sense, I still believe in committed literature, but not, let’s say, in a dogmatic or sectarian way.” Hawn Vargas Llosa qed jirreferi għall-Peru ta’ ċerta epoka, imma dan jista’ japplika anki għall-preżent u saħansitra għall-kuntest lokali fejn in-nuqqas ta’ interess fil-letteratura u fil-kultura u l-ħakma min-naħa tal-mezzi tal-komunikazzjoni

maħkumin mill-medjokrità u mill-fissazzjoni li l-air time irid jimtela anki bl-irmixk, qed jirrifletti f’poplu ġeneralment nieqes minn sens kritiku ġenwin u awtentiku, u fejn kollox, jew kważi, jgħaddi. Anki dan jintrabat mal-massa bla limiti ta’ kliem u ħoss li ġab miegħu l-pluraliżmu u mal-libertinaġġ f’kull qasam bħala konsegwenza tat-twarrib taċċensura: “One very positive aspect is that censorship is now practically impossible […] But on the other hand, you have such a mass of information about everything that qualification disappears completely, and everything is equally measured.” Dawn ta’ Vargas Llosa jistiednu biex wieħed jirrifletti dwar id-differenza bejn il-kitba li hi letteratura vera u l-kitba bħala intratteniment. “But now the novels that are read are purely entertainment—well done, very polished, with a very effective technique—but not literature, just entertainment.” (minn “Mario Vargas Llosa: ‘The novels we read now are purely entertainment’”, telegraph.co.uk, 28 ta’ Marzu 2015). Ta’ piż kbir huwa l-kliem li personaġġ anzjan jgħid lil personaġġ żagħżugħ fil-film The Giver: “Memories are not just about the past. They determine our future. They can change things. You can make things better.” II-memorji mhumiex biss dawk tagħna li ngħixu issa imma fuq kollox dawk ta’ min ġie qabilna. U dawn jinkisbu mill-anzjani - dawk li għexu lesperjenza ħarxa tat-Tieni Gwerra Dinjija - li dejjem qed jitnaqqru bil-mod il-mod, u fl-assenza ta’ dawn mill-kotba tal-istorja, tal-letteratura, tal-filosofija u lbqija. Jekk inwarrbu dan kollu u ngħixu l-waqt hemm ir-riskju li ngħixu l-gidba, dik li jitimgħuna min imexxi, ir-riskju li nitmexxew minn imneħirna bla ma qatt nindunaw. Qabel kienet teżisti l-injuranza ġenwina għax il-poplu kien nieqes minn opportunitajiet ta’ tagħlim; illum qed tiftaħ ġwenħajha injuranza ta’ tip ieħor, dik li taħkem fost poplu li jiftaħar biċċertifikati, bid-diplomi, bl-istatistiċi psewdo-ottimisti u bil-bqija.

EDITORJAL 2


l-aħbarijiet SEJBA F’RABTA MA’ MIKIEL ANTON VASSALLI Tħabbret sejba oħra f’rabta ma’ Mikiel Anton Vassalli. Din id-darba nstabet karta mdaqqsa flArkivji tal-Parroċċa tan-Naxxar mill-voluntier talparroċċa Paul Catania. Il-karta hija avviż minn Mikiel Anton Vassalli fejn jgħarraf lill-pubbliku li kien qed jilqa’ abbonamenti għal Dizzjunarju tal-Malti ieħor, u dan wara l-kumpilazzjoni tal-Lexicon tal-1796. F’dan id-dizzjunarju ġdid kien se jkun hemm etimoloġija tal-kliem, studju żgħir dwar l-ortografija u l-prinċipji grammatikali tal-ilsien Malti.

individwi u l-iskejjel li jaħsbu li jixirqilhom dan ilPremju (Kategoriji A u Ċ) għandhom jissottomettu ittra ta’ applikazzjoni u jibagħtu d-dokumenti meħtieġa lill-Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti talMinisteru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol, Triq lAssedju l-Kbir, Il-Furjana VLT 2000 sa mhux aktar tard mill-Ġimgħa, 11 ta’ Novembru 2015. Iċ-ċirkolari qiegħda tinħareġ kmieni biex l-iskejjel jingħataw żmien biżżejjed jorganizzaw attivitajiet b’risq il-Malti u jtejbu l-mezzi ta’ komunikazzjoni bil-Malti tagħhom. Min ikun jixtieq aktar informazzjoni jista’ jċempel lis-Sa Josephine Borg, tel. 2598 2881.

TAĦŻIŻ3 – SEMINAR1

IMUT IL-POETA ŻVEDIŻ TOMAS TRANSTRÖMER

Bejn is-6 u t-8 ta' Marzu grupp ta' kittieba żgħażagħ ingħaqdu flimkien biex għat-tielet sena konsekuttiva jħażżu. Il-programm ta' kitba kreattiva hu TAĦŻIŻ3. Matul dan il-programm il-parteċipanti kellhom iċċans jiġu ggwidati fil-kitba permezz ta' nies esperti fil-qasam u workshops li ffukaw fuq aspetti bħallplott, ir-ritmu u l-editjar. Il-feedback ma naqasx. Minn issa 'l quddiem dawn iż-żgħażagħ se jkomplu jiktbu u jesploraw aktar il-kitbiet tagħhom stess biex jinkixef il-potenzjal kollu tagħhom ... sa ma jerġgħu jiltaqgħu għat-tieni seminar tat-tielet taħżiż. TAĦŻIŻ3 huwa programm ta' kitba kreattiva millAġenzija Żgħażagħ bil-kordinazzjoni tal-Għaqda talMalti - Università u Fondazzjoni AWL. Għal iktar tagħrif wieħed jista’ jara www.facebook.com/tahziz jew https://tahziz.wordpress.com/.

Fis-26 ta’ Marzu li għadda miet ta’ 83 sena Tomas Tranströmer, rebbieħ tal-Premju Nobel għalLetteratura 2011. Fost ix-xogħlijiet ippubblikati tiegħu: il-ġabra ta’ poeżiji The Half Finished Heaven (1962), Baltics (1974), For the Living and the Dead (1989), The Sorrow Gondola (1996), The Great Enigma (2004), u Memories Look at Me (1993). Tranströmer twieled fi Stokkolma, fil-15 ta’ April 1931. Kien poeta u psikologu.

IL-PREMJU FRANS SAMMUT Il-Premju Frans Sammut tfassal bil-għan li jippremja l-użu tajjeb tal-Malti fl-oqsma kollha tal-ħajja. Din issena, il-Premju se jingħata lil dawk l-individwi, entitajiet privati (għaqdiet, kunsilli lokali, istituzzjonijiet governattivi, mezzi tax-xandir, eċċ.) u skejjel li juru li fil-komunikazzjoni verbali, bil-kitba u elettronika jinqdew bl-ilsien Malti b’mod tajjeb, kreattiv u innovattiv. Il-Premju jinqasam fi tliet kategoriji. Kategorija A: Għal individwi minn sittax-il sena ’l fuq minn kull qasam tal-ħajja. Kategorija B: Għal entitajiet, fosthom għaqdiet volontarji, kunsilli lokali, kumpaniji privati, istituzzjonijiet governattivi, fondazzjonijiet, koperattivi u l-bqija. Kategorija Ċ: Għal skejjel statali, tal-knisja u privati, u entitajiet li jaħdmu fil-qasam tal-edukazzjoni. Il-premjijiet huma ta’ €1500, €1000 jew €500 f’kull kategorija. Dawk l-

Tomas Tranströmer

ŻJARAT LILL-VILLA FRERE Nhar id-29 ta’ Marzu 2015, il-Ħbieb ta’ Villa Frere organizzaw tliet żjarat lil Villa Frere. Iż-żjarat saru mal-Perit Edward Said li ggwida lil dawk preżenti madwar din il-villa storika li fiha għex John Hookham Frere u li fiha laqa’ lil Mikiel Anton Vassalli. Dan seħħ f’kollaborazzjoni mal-Akkademja tal-Malti.

3


l-aħbarijiet POEŻIJA TAL-BANKINA FIT-TOROQ TA’ CAMBRIDGE Fir-rebbiegħa fil-belt ta’ Cambridge tnieda proġett interessanti fejn ir-residenti ntalbu jipparteċipaw f’kompetizzjoni bl-isem ta’ “Sidewalk Poetry”. Ilpoeżiji rebbieħa - minn 3 sa 5 - ġew ‘stampati’ fissiment frisk tal-bankini. Waħda mill-poeżiji jisimha When My Grandmother Died ta’ Sam Cornish. Proġett bħal dan qed jiġi adottat minn bosta lokalitajiet u jista’ jiġi adottat anki mill-kunsilli lokali hawn Malta. Anki l-bankini jistħoqqilhom laqta artistika!

proċess ta’ familjarizzazzjoni ma’ xogħlijiet Briffa, erba’ kittieba emerġenti (Sylvana Bugeja, Theresa Abdilla, Elena Stilon u Maria Vella) ħadmu mal-artisti Ryan Falzon (pittur), Manoel Pirotta (maestro), Marta Vella (attriċi) u Francesca Cassar (ballerina). Ix-xogħlijiet finali se jkunu qed jidhru filpubblikazzjoni, flimkien ma’ kitbiet oħra ta’ xeħta akkademika. Dakinhar tat-tnedija fit-Teatru Salesjan dawk preżenti esperjenzaw ix-xogħlijiet ta’ dawn lartisti, iltaqgħu magħhom, u xtraw il-pubblikazzjoni għal prezz speċjali li nkludiet wkoll għadd ta’ kitbiet ġodda dwar Briffa. Ħajr lill-Fond Malti għall-Arti, Premju tal-President għall-Kreattività, l-Università ta’ Malta, il-Librerija tal-Università ta’ Malta, it-Teatru Salesjan (skema SARP), Merlin, l-Akkademja talMalti, u d-Dipartiment tal-Malti fl-Università. Dan ilproġett għandu l-appoġġ tal-Fondazzjoni Valletta 2018. Aktar tagħrif dwar ilproġett: www.ghaqdatalmalti.org/metamorfosi.htm INTERVISTA MA’ WALID NABHAN Kit Azzopardi jintervista li dan il-kittieb PalestinjanMalti. Ara l-ħolqa: http://littlerock.com.mt/culture/ intervista-ma-walid-nabhan-l-awtur-ta-l-ezodu-taccikonji/

Xi ħaddiema jaħdmu fis-siment frisk f’rabta mal-proġett “Sidewalk Poetry”

KONFERENZA STAMPA MILL-KUNSILL NAZZJONALI TAL-KTIEB Nhar it-Ħamis, 23 ta’ April filgħodu l-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb organizza Konferenza Stampa dwar it-tnedija tal-konkors Premju Nazzjonali talKtieb 2015: kotba 2014. Dan seħħ fl-Uffiċċju talKunsill Nazzjonali tal-Ktieb, Librerija Pubblika Ċentrali, Triq Profs. Joseph J. Mangion, Floriana. Matul din il-Konferenza ngħatat informazzjoni importanti dwar kif se jkun organizzat il-konkors. Wara kien hemm riċeviment żgħir għal dawk preżenti. METAMORFOSI – IT-TNEDIJA Wara proċess ta’ riċerka u kitba kreattiva, nhar l-24 ta’ April tnediet il-pubblikazzjoni Metamorfosi. Din il-pubblikazzjoni bdiet tinħema fil-ħamsin sena millmewt ta’ Rużar Briffa, li flimkien ma’ Ġużè Bonnici waqqaf l-Għaqda tal-Malti – Università. Wara

WEBCASTS INTERESSANTI FUQ IS-SIT TAR-RADJU CAMPUS FM Għal min iħobb l-Ilsien Malti, il-letteratura Maltija u l-istorja tal-Filosofija mhux ta’ min jitlef li jisma’ għadd sabiħ ta’ webcasts offruti fuq is-sit www.campusfm.um.edu.mt. Wieħed jista’ jibda minn dawn il-programmi. L-ewwel huwa “Bijografiji Letterarji”, prodott u ppreżentat minn Sergio Grech. Fih huma ttrattati kittieba bħal Manwel Dimech, Juan Mamo, Rużar Briffa, Ġużè Chetcuti, Dun Frans Camilleri, Ġużè Aquilina, Anton Buttigieg, Walter Zahra, Kelinu Vella Haber u Karmenu Vassallo. Programm ieħor hu “Koktejl Lingwistiku”, prodott u ppreżentat mill-Prof. Charles Briffa u Celaine Buhagiar. Programm ieħor huwa “In-Nisġa talFilosofija”, fejn il-Prof. Joe Friggieri jitkellem ma’ Fr. Joe Borg dwar il-filosofija kontemporanja b’rabta mat-tielet volum ta’ In-Nisġa tal-Filosofija. Prosit tassew għal produzzjonijiet bħal dawn u oħrajn u tas-servizz offrut. Tkun idea tajba li anki stazzjonijiet radjufoniċi oħrajn joffru dan l-istess servizz ta’ natura kulturali b’xejn.

4


l-aħbarijiet PIERRE J. MEJLAK FL-UNIVERSITÀ TA’ MALTA Fil-15 ta’ April il-kittieb Pierre J. Mejlak kien mistieden tal-Librerija tal-Fakultà tal-Arti talUniversità ta’ Malta. Preżenti għall-okażjoni kien hemm ukoll it-tradutturi tal-ktieb Dak il-Lejl Iħallik Tgħid/Having Said Goodnight, inkluża Prof. Clare Vassallo, u l-pubblikatur tiegħu, Chris Gruppetta talKotba Merlin. Il-ktieb imsemmi rebbaħ lil Mejlak ilPremju Ewropew għal-Letteratura 2014. Il-kittieb wieġeb għal għadd ta’ mistoqsijiet dwar din il-ġabra ta’ novelli u dwar ir-rwol tat-traduzzjoni letterarja biex tqarreb il-letteratura Maltija lejn qarrejja middinja kollha.

Pierre J. Meilak jirċievi l-Premju Ewropew għal-Letteratura 2014

JITNIEDA KTIEB TA’ KITTIEBA PALESTINJANA

taqsimiet tas-sit hemm paġni ddedikati lill-fundaturi, oħrajn b'filmati, paġni oħra marbuta ma' proġetti tal-Għaqda u oħrajn b'riżorsi utli. Taqsima importanti hija 'sinteżi'; fiha jittellgħu teżijiet li jistgħu jinteressaw lil kulħadd. Kulħadd hu mistieden biex jidħol fis-sit www.ghaqdatalmalti.org u jiffamiljarizza ruħu miegħu. L-GĦAQDA POETI MALTIN TOĦROĠ VERSI 2015.1 Ftit taż-żmien ilu ħarġet edizzjoni oħra ta’ din irrivista li ilha toħroġ sa mill-1986, tliet darbiet fissena. Issa Versi se tibda toħroġ darbtejn fis-sena imma minflok b’16-il paġna se jkollha 24 paġna. Charles Magro, President tal-Għaqda Poeti Maltin u l-editur ġdid tar-rivista, jikteb dwar “Il-Livell Letterarju”. Versi tinkludi fiha paġni ta’ tagħrif middinja tal-poeżija, paġni oħra ddedikati lill-poeżija kemm lokali kif ukoll barranija, esejs letterarji mudell għall-istudenti tal-Malti kemm f’livell SEC kif ukoll f’livell MATSEC, intervista bit-Taljan mal-poeta Taljan residenti f’Malta, Roberto Malini, paġna ta’ reċensjonijiet, tagħrif dwar ir-rebbieħa tal-Konkors Nazzjonali tal-Poeżija 2014, u paġni ta’ kritika letterarja prattika u anki dwar is-sunett u l-varjetajiet tiegħu. Abbonament għal sena jiswa €6. Min jixtieq jirċievi Versi direttament id-dar jista’ jikteb lil Ms. M.D. Chircop, Blk. E/77, Marshall Court, Gżira GŻR 1323.

Nhar l-24 ta’ April fil-Kavalier ta’ San Ġakbu tnieda għall-ewwel darba l-ktieb Sharon u l-Kunjata – Djarji minn Ramallah tal-kittieba Palestinjana Suad Amiri, u maqlub għall-Malti minn Jean Paul Borg. Hu djarju kultant dħuli, kultant nebbiexi, xi minn daqqiet melankoliku. Ħafna jiftakru lil Suad Amiry millFestival Mediterranju tal-Letteratura tal-2012, fejn flaħħar lejla nisslet tbissima fuq fomm kulħadd, u fakkritna li mil-lumi tista' toħroġ ruġġjata ħelwa wkoll. Għal darb'oħra l-pubbliku kellu ċans jiltaqa’ magħha, bħala l-mistiedna speċjali tal-okkażjoni, u jerġa’ jgħix l-esperjenzi ta' Suad bil-Malti. SIT ĠDID GĦALL-GĦAQDA TAL-MALTI - UNIVERSITÀ Is-sit ġdid tal-Għaqda tal-Malti – Università issa lest. Sit bħal dan għandu l-għan li jservi kemm ta' repożitorju u legat kif ukoll ta' aċċess prattiku għal studenti ta' kull età u l-pubbliku ġenerali. Fost it-

5


reazzjonijiet Email mingħand Victor V. Vella M.A., it-15 ta’ Marzu 2015 Għażiż Patrick, Milli rajt s'issa minn IL-PONT int bħala Editur tinteressa ruħek minn xi ħaġa letterarja , xi ħaga ġdida, interessanti imma wkoll mhix tant didattika. Qiegħed naħseb fuq kif tista’ testendi dan liskop u fl-istess ħin tkun ta’ iżjed valur għalletteratura Maltija. Bħalma tapprezza int, illetteratura tikber billi tissaffa bil-kritika, kritika ġenwina, kritika oġġettiva, mhix persunali jew partiġjana. F'pajjiz żgħir bħal Malta dan hu diffiċli għal ħafna raġunijiet li naħseb li smajthom kemm ildarba. Dan jidher biċ-ċar min-nuqqas ta’ din il-kritika u ta’ publikazzjonijiet li fihom jew jibbażaw ruħhom fuq kritika bħal din. Li tisma’ u taqra l-biċċa l-kbira ftaħir fuq xi biċċa xogħol sew letterarja, sew mużikali kif ukoll artistika (viżwali) ma tasal imkien. B'hekk il-vera 'arti' ma tiġix f'għajn in-nies. U inqas u inqas tgħallem lil min jaqra jew jisma’ eċċ. issens ta’ kritika, ta’ għażla u kif għandha ssir ilkritika serja. Rigward il-publikazzjonijiet ta’ kritika, fix-xena Maltija, nazzarda ngħid ma tantx hemm fejn titfixkel. Ħlief dik li kultant tidher fil-magazine tal-Għaqda 'Il-Malti' tista’ tgħid li x-xena hi deżert. Nispera li sejjer żball.... forsi hemm iżjed u ma nafx bihom! Inti taf iżjed mill-qrib... u tista’ tara jekk minħabba dan in-nuqqas hemmx bżonn ta’ xi ħaġa fuq din il-linja fil-ġurnal tiegħek. Li qiegħed naħseb hu li tieħu rumanz/ poeta / kittieb...eċċ.

u tinkoraġġixxi lil xi ħadd, jista’ jkun anke student... li jikteb/tikteb kritika tajba... bis-sabieħ u l-ikreh biex ngħid hekk ta’ xi biċċa xogħol. U nkompli nissuġġerixxi li l-isem ta’ min jikteb MA JIDHIRX. Jiġifieri ikun anonimu.... biex dak li jkun ma jkunx ristrett bil-konnessjonijiet. Flistess ħin dak li jkun, ikun jista’ jesplora u jikkritka għax ikun iżjed fil-libertà. Fl-istess ħin permezz tal-ġurnal tiegħek tkun qiegħed tqajjem jew iżżomm l-interess f’'kapolavuri' antiki u moderni u tkun qiegħed tinkoraġġixxi s-sens u l-istil kritiku ta’ min jaqra IL PONT. Jiena naħseb li hemm bżonn ta’ xi ħaġa ta’ din ilkwalità: jekk hux possibbli jew le ħaġ'oħra. Sydney Univ., Sydney N.S.W Australia. Email mingħand Therese Pace, it-2 ta’ Aptil 2015 Għażiż Patrick, Ħajr għal "Il-Pont" li dejjem inkun nistenna malli jaqleb xahar ġdid. Rivista letterarja li ma jonqosha xejn, rivista li turi kemm inti bniedem aġġornat fejn tidħol illetteratura. Ħajr ukoll talli għoġbok tinkludi l-ħolqa għall-intervista tiegħi ma' Littlerock.com. Kemm ġibtli memorji sbieħ! Memorji tal-mibki Sammy Calleja li f'żgħożiti miegħu tlajt l-ewwel u l-unika darba fuq il-palk tal-Oratorju tal-Mosta fejn irreċtajna flimkien. Memorji ta' rivista ċkejkna "Ħolqa" li hu kien welled u li fiha jien kont rajt ippublikati l-ewwel stejjer tiegħi. Memorji tal-ktieb ta' Arnold Cassola L-Istorja ta' Romeo u Ġuljetta kif ukoll tal-ktejjeb ta' Karmenu Vassallo Is-Salib Imqaddes fl-Arti, liema kotba għandi u ngħożż bħala patrimonju letterarju Malti. Il-bniedem imut imma l-ktieb jibqa' ħaj. Dan, m'għandniex xi ngħidu, minbarra l-materjal l-ieħor li tagħtina li dejjem ikun ta' livell għoli u interessanti. Jalla din ir-rivista tirreżisti l-fewġiet kollha u tibqa' soda fuq saqajha għax tagħmel unur lilek, lil kul min ikun rappreżentat fiha kif ukoll lil-letteratura ta' pajjiżna. Tislijiet u l-Għid it-Tajjeb, Therese Pace.

6


l-intervista

Paola Mara De Maestri Spanjola Mari Carmen Mur. Fl-2008 ippubblikat ittielet ġabra ta’ poeżiji bl-isem ta’ Il pane del sorriso, u fl-2010 ħarġet ġabra oħra bl-isem Aquiloni d'argento, maħruġ miċ-Circolo Culturale F/N ta’ Morbegno biex ifakkar il-25 sena ta’ kitba ta’ poeżija min-naħa tagħha. Din mhix l-ewwel ġabra ta’ poeżiji tiegħek. X’għandha differenti?

Paola Mara De Maestri intervistata minn Patrick Sammut, flimkien mal-artist Hilary Sopiteri. Sala Ewlenija fil-Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol, Lulju 2014.

NOTA BIJOGRAFIKA: Paola Mara De Maestri hija għalliema, ġurnalista u editriċi tal-folju kulturali u letterarju Bottega Letteraria li joħroġ mar-rivista ’l Gazetin f’Sondrio, flItalja ta’ Fuq. Hija parti miċ-Circolo Culturale Filatelico Numismatico Morbegnese (So), u tikkollabora f’rabta mas-sit virtwali Tellusfolio. Hija lmoħħ wara inizzjattivi bħal Poeti, “Un premio dalle scuole” u ta’ Konkorsi Nazzjonali u Intenazzjonali talPoeżija bħal “Montagna viva” , “Il silenzio della montagna e le voci del mare” (proġett li sar flimkien mal-Għaqda Poeti Maltin), "Piccolo mondo…antico, presente e futuro di Valtellina, Valchiavenna e del Canton Grigioni”, u "Ricordi, tradizioni e valori della gente di montagna della Valtellina e della Valchiavenna". Hija l-editriċi ta’ antoloġiji poetiċi bħal “Poeti Lombardi” e "Donne in poesia", f’kollaborazzjoni mad-dar tal-pubblikazzjoni Giulio Perrone. Bħala kittieba ġiet mogħtija rikonoxximent mill-Konkors imniedi mir-Rai "I giovani incontrano l'Europa" (1992), mill-Konkors Nazzjonali "Marcello Landi" (2000) u mill-Konkors Letterarju u Radjufoniku "E il naufragar m'è dolce in questa radio" (2001). Kisbet it-tielet post fil-Konkors Nazzjonali “Città di Imola 2004” u fil-Konkors "Il Natale" (2008). Paola Mara De Maestri kisbet merti oħra f’għadd ta’ konkorsi oħra bejn l-2005 u l-2008. L-ewwel ġabra poetika tagħha ġġib l-isem ta’ Dentro la vita (2001). Is-sena 2004 ġabet magħha lpubblikazzjoni tat-tieni ġabra poetika tagħha L'amore parla piano, b’disinni tal-pittriċi

L-ewwel ġabra poetika tiegħi bl-isem ta’ Dentro la vita ġiet ippubblikata fl-2001. Wara ġew tliet pubblikazzjonijiet oħrajn: L’amore parla piano (2004), Il pane del sorriso (2008) u Aquiloni d’argento (2010). Dawn il-ġabriet huma xhieda ta’ żvilupp kemm bħala persuna, kif ukoll bħala artista. Mill-ewwel poeżiji esklussivament intimi u introspettivi, il-qasam tematiku tiegħi twessa’, billi esplorajt oqsma differenti, kantajt l-isbuħija tal-muntanja, mifhuma anki f’sens metaforiku bħala “elevazzjoni spiritwali”, l-“univers mara” u bosta oħrajn. Con gli occhi del cuore, din l-aħħar ġabra tiegħi li ħarġet f’Ġunju tal2014, hija partikolarment għażiża għalija, ladarba hija ddedikata lil ibni Gioele ta’ tliet snin, u lil missieri li ħalla din id-dinja ħesrem f’Settembru 2013. Żewġ avvenimenti, il-maternità tiegħi li seħħet fl-2010, ta’ 40 sena, u t-trawma tat-telfa ta’ missieri, apparentement kuntrastanti (fejn għaddejt mill-ferħ estrem għall-abiss) huma marbutin flimkien bis-saħħa tas-sentiment l-iktar importanti, dak li “iċaqlaq liddinja”, jiġifieri l-imħabba, dik vera. Minkejja li huma poeżiji intimi ħafna, huma kapaċi jqanqlu anki lillqarrej li ma kienx jaf u lanqas jaf il-persuni li dwarhom nitkellem. Infatti l-vera poeżija trid tkun “universali”, jiġifieri min jaqra jrid ikun kapaċi jitwaħħad mal-versi li nikteb. Fil-fatt it-twelid u lmewt huma parti mill-ħajja tagħna lkoll. Liema huma t-temi u l-forom li tħaddem? Ix-xogħlijiet tiegħi jirriflettu tiftixa eżistenzjali profonda, magħmula minn xogħol introspettiv li jeħtieġ il-paċenzja. Għalija l-kitba hija “terapija”, tgħini nħossni tajba, u għalhekk ma nistax nimmaġina lil ħajti mingħajr il-poeżija. Il-poeżija tiegħi hija essenzjalment etika, miftuħa quddiem id-dinja u loħrajn. It-temi li nittratta f’xogħlijieti huma dawk li jolqtuni mill-qrib bħala persuna. In-nisa, it-tfal, ilgwerra, il-muntanja, il-fidi reliġjuża, il-poeżija, issentimenti. Ġeneralment il-versi tiegħi huma ħielsa, xi drabi bir-rima. Ġewwa xogħlijieti wieħed jista’ jsib

7


l-intervista anki figuri rettoriċi li jitwieldu spontanjament flimkien mal-versi. Għalhekk m’għandix regola preċiża. Jiddependi mill-ispirazzjoni tal-waqt, mit-tip ta’ poeżija. Għaliex l-għażla li tikkollabora ma’ żewġ Maltin f’din l-aħħar ġabra poetika tiegħek? Kif żviluppat kollaborazzjoni bħal din? Il-kollaborazzjoni mal-Għaqda Poeti Maltin bdiet bħala tpartit ta’ natura kulturali bejn il-poeti, li rat ilquċċata permezz tal-pubblikazzjoni tal-ġabra poetika I silenzi della montagna e le voci del mare, u wara tkompliet fiż-żmien bis-saħħa tal-ħbiberija ma’ Patrick Sammut u Emmanuel Attard-Cassar li magħhom bqajt dejjem f’kuntatt. Allura ġiet naturali f’moħħi l-idea ta’ proġett ġdid flimkien. Bgħatt lil Patrick, li nirrispetah bħala bniedem ta’ kultura, ilġabra tiegħi, u staqsejtu jekk kienx interessat jiktibli d-daħla għall-ktieb tiegħi. Bi pjaċir kbir għalija huwa aċċetta mill-ewwel. Ladarba ridt nagħmel xi ħaġa partikolari għal dan il-ktieb tant għażiż għalija, ħsibt li norbot xi tpinġijiet ma’ wħud mill-poeżiji tiegħi. Permezz ta’ Patrick sirt naf lill-artista Hilary Spiteri li b’xorti tajba aċċetta li jpinġili għaxar tpinġijiet f’rabta ma’ għaxar poeżiji. U issa ninsab kuntenta ħafna li mill-ġdid qiegħda magħkom hawn. L-ewwel żjara tiegħi tmur lura għas-sajf tal-2009. Omm, bint, għalliema, ġurnalista... kollha aspetti li b’xi mod jew ieħor jirriflettu ruħhom fil-versi tiegħek. Xi tgħid dwar dan? Ċertament il-mod kif jiena u kif naffronta l-ħajja jirriflettu ruħhom fil-poeżija tiegħi. Maż-żmien lesperjenzi tal-ħajja u t-triq li qbadt permezz talpoeżija biddluni u minn ċerti aspetti saħħewni bħala karattru. Minn dejjem tajt importanza fundamentali lill-familja. Mingħand il-ġenituri tiegħi tgħallimt nirrispetta l-ħajja u l-bnedmin. Il-valur tax-xogħol u tas-sagrifiċċju. L-impenn u l-forza tar-rieda biex nilħaq għan. Hu żgur li l-maternità u t-telfa ħesrem ta’ missieri ħallew marka profonda u għamluni iktar konxja ta’ kemm jiena kapaċi nħoss intensament lemozzjonijiet li wara nipprova “nittraduċi” f’poeżija. Bħala għalliema għandi x-xorti ngħix jum wara jum mat-tfal u mingħandhom inkompli nitgħallem. Bħala ġurnalista jiena dejjem infittex ħwejjeġ ġodda x’nirrakkonta, partikolarment għall-Bottega letteraria tar-rivista ’l Gazetin. Imbagħad jiena responsabbli mil-Laboratorio Poetico del Circolo Culturale F/N ta’

kont... Morbegno u b’hekk f’kuntatt ma’ ħafna iktar poeti u l-konfront u l-iskambju huma żgur esperjenza li tagħni lil dak li jkun. Dawn l-aspetti kollha jintrabtu flimkien u huma għajn bla tmiem ta’ ispirazzjoni poetika. Kif jintlaqa’ l-ktieb tal-poeżija fl-Italja? Għandu numru wiesa’ ta’ qarrejja? Kif tara l-ġejjieni tiegħu? Con gli occhi del cuore għadu kemm ħareġ f’Ġunju (2014) u l-ewwel ħaġa li għaddiet minn moħħi kienet li niġi nippreżentah hawn Malta, proprju għax ħdimtu flimkien ma’ żewġ artisti Maltin. L-aħbar tal-ħruġ ta’ dan il-ktieb ingħatat li xi wħud mill-ġurnali lokali u oħrajn telematiċi u l-bejgħ isir permezz tal-internet fuq is-sit tad-dar tal-pubblikazzjoni u f’Morbegno permezz ta’ ’l Gazetin. Ħsibt, minħabba l-perijodu sajfi, li nipposponi tnedija iktar dettaljata għall-ħarifa, permezz tat-televiżjoni lokali, anki fid-dawl ta’ żewġ reċensjonijiet li ġew imwiegħda lili. Waħda millProfessur Gianluca Garbellini, bniedem ta’ kultura kbira rispettat ħafna fejn ngħix jiena, li kiteb id-daħla għall-ġabra poetika tiegħi Aquiloni d’argento, u l-oħra mill-poeta u ġurnalista Alberto Figliolia, anki hu mistieden tal-Għaqda Poeti Maltin f’Malta xi snin ilu. Nixtieq norganizza tnedija tal-ktieb anki fl-Italja, f’Morbegno. Mill-persuni li s’issa qraw dan il-ktieb kelli kummenti pożittivi ħafna. Huwa ktieb li jqanqal pożittivament u jġiegħel lill-qarrej jirrifletti dwar dawk l-affarijiet li huma verament importanti fil-ħajja u li lilhom għandna nagħtu l-ikbar attenzjoni. Proġetti għall-ġejjieni? Apparti nkompli nieħu ħsieb il-Laboratorio Poetico del Circolo Culturale F/N ta’ Morbegno u l-Bottega Letteraria u ’l Gazetin, minn hawn u ftit ieħor se nieħu ħsieb il-promozzjoni tal-ktieb fil-Valtellina permezz tal-mezzi tal-komunikazzjoni lokali u lorganizzazzjoni tat-tnedija uffiċjali tal-ktieb. Ilkollaborazzjoni ma’ Malta se tkompli ladarba ġejt mistiedna minn Alberto Figliolia, li qed jieħu ħsieb jagħżel il-poeti Taljani, biex nieħu sehem f’antoloġija poetika bit-tema tal-Olokawst. Patrick Sammut qed jieħu ħsieb il-parti marbuta mal-għażla tal-poeti Maltin.

8


il-komunikazzjoni “X’hemm ġdid?” spiss nistaqsu lil xulxin. Kultant ukoll “Poġġi hawn ħa ngħidu kelma”.

Il-bniedem mhux maħluq biex jgħix għalih waħdu bħal gżira f’nofs ta’ baħar. Tant hu hekk li jekk trid tikkastiga lil xi ħadd, eżiljah xi mkien bla ma jara ruħ u fi ftit żmien teqridlu l-moral għal kollox. Għidli kelma w ngħidlek oħra, ma narawx għaddej il-ħin. Daqqa tgħid u daqqa tisma’ b’hekk nitgħallmu minn xulxin. Din it-taqbila ċkejkna tħaddan filosofija importanti: is-siwi tal-komunikazzjoni, jiġifieri li naqsmu s-sentimenti, l-aħbarijiet, bżonnijiet u kwalunkwe ħaġa oħra man-nies ta’ madwarna. Iżda naħseb ilkoll intbaħtu kemm dan l-aħħar ilkomunikazzjoni battiet. Ħajja mgħaġġla, kulħadd sejjer minn xogħol għall-ieħor jew mix-xogħol għaddar u ħadd m’għandu ħin għal ħadd, donnu lanqas għas-sieħeb jew sieħba tiegħu stess. Naqas is-seksik fit-toroq, li ngħiduha, kieku fiha nfisha hi ħaġa tajba, imma miegħu naqsu wkoll id-diskursati fuq xi suġġett pjaċevoli, jew jaħraq, tal-mument, bħal ngħidu aħna politika, futbol, avvenimenti, irwiegel, u mitt ħaġ’oħra, li huma sors ta’ informazzjoni u mogħdija taż-żmien. Din il-forma ta’ komunikazzjoni hi sempliċi kemm tridha iżda meqjusa bħala essenzjali għall-istabilità tal-bniedem. Il-fatturi ta’ din l-imbierka komunikazzjoni huma sempliċi għall-aħħar jekk wieħed jieħu ftit intrigu li jiskoprihom, jgħarbilhom u jpoġġihom fil-prattika. Ilprinċipju fundamentali biex jirnexxilek iżżomm konverżazzjoni tajba hu li tkun kapaċi tinteressa lissemmiegħ ta’ quddiemek b’li għandek x’tittrażmettilu, sew jekk aħbar, ċajta, informazzjoni jew x’naf jien. Biex tagħmel dan trid tkun aġġornat dejjem, tikseb it-tagħrif minn sorsi infurmati tajjeb u li tista’ toqgħod fuqhom, tuża l-informazzjoni skont l-etika biex ma toffendi lil ħadd, u tgħid li għandek tgħid bla ma toqgħod iddur mal-lewża. M’għandekx tipprova timpressjona jew tinfluwenza, iżda titkellem biex tgħallem, tinforma u tissoċjalizza. Il-kuntatt tal-għajnejn hu effettiv ħafna f’dan ir-rigward għax jgħin sew lillkelliem kif ukoll lis-semmiegħ biex juru konvinzjoni. In-natura hi l-ewwel u l-aqwa għalliema tas-sistema komunikattiva. Mill-bqija, fis-snin bikrija tal-

Therese Pace

eżistenza tagħna, ma nsibu kważi ebda sors ieħor li jurina l-aħjar mod ta’ kif għandna nikkomunikaw bilfomm. Nitgħallmu minn ta’ madwarna xi ftit tatteknika mbagħad kulħadd ifendi għal rasu. Dan jiddependi ħafna mill-ambjent li titwieled fih. Per eżempju, ulied ta’ ġenituri neqsin mill-kliem idumu iżjed biex jibdew jitkellmu għax l-ambjent tad-dar hu iktar ristrett minn ta’ ħaddieħor. Min imbagħad ikollu sens ta’ intrapriża jirnexxilu jasal iktar malajr minn oħrajn u jkollu iktar ċans li maż-żmien jista’ jsir kelliem, xandar, jew saħansitra bejjiegħ tajjeb. Iżda mbagħad hemm dawk iċċirkustanzi li jirrikjedu s-skiet, ir-riflessjoni jew rispett tad-dinjità, bħal ngħidu aħna f’każ ta’ mewt, nuqqas ta’ familjarità ma’ dak li jkun, mard, aċċidenti, żbalji eċċ. fejn il-bniedem għandu jitboq fommu. X’inhuma dawn il-mezzi ta’ komunikazzjoni li jagħmlu parti minn ħajjitna tant li ma ngħaddux mingħajrhom? Tbissim, ħars, mess, ġurnali, posta, telefon, televiżjoni, kompjuter, ilkoll huma għodda ta’ komunikazzjoni qodma jew reċenti, elaborati jew skjetti, li l-bniedem tgħallem jagħmel użu minnhom. Tbissima, ħarsa ħafifa jew tislima ta’ konoxxenza ġġiegħlek tħoss li m’intix minsi. Kelma ta’ ġid għandha s-setgħa tgħollilek il-moral, ċajta taf tbiddillek il-burdata. Hekk ukoll taptipa ħafifa fuq spallejk minn ħabib f’waqt ta’ niket, taf issabbrek u timlielek qalbek b’faraġ hekk li tagħtik almu u stimolu meħtieġ biex taffronta l-ħajja mill-ġdid. Hekk ukoll jafu jagħmlu żewġ linji qsar fuq kartolina li lpustier jitfagħlek mix-xaqq tal-kaxxa tal-ittri għax ilfatt li xi ħadd ftakar fik hu biżżejjed biex iqanqallek tbissima ta’ kuraġġ. U hawn għiduli konservattiva kemm tridu imma jien ma nibdel qatt email - komda kemm tridha imma kiesħa daqs il-metall talkompjuter li jwassalhielek - ma’ ittra li tasalli filkaxxa tad-dar mill-pustier idur bieb bieb, ittra li jekk naħseb biss minn kemm idejn tmellset qabel waslitli biżżejjed biex timlini kuntentizza għax naf li hemm barra jinsab min għadu jaħseb fija. Inħossni li nappartjeni f’xi komunità u mhux numru fost lumanità. Il-komunikazzjoni hija l-fus li fuqu jduru ċ-ċiviltajiet dinjija. Leġiżlazzjonijiet, statuti, parlamenti. Xejn ma jista’ jseħħ bla komunikazzjoni. Matul iż-żminijiet ilbniedem skopra mezzi ġodda, x’aktarx minħabba lkurżità tiegħu jew għax ħass il-bżonn li jtejjeb u jibni

9


il-komunikazzjoni

kont...

fuq dak li kien diġà jeżisti biex ikun jista’ jaqdi lbżonnijiet tiegħu u tal-oħrajn aħjar. Marconi, Bell, laħwa Bird, ilkoll huma eżempji klassiċi. Il-kotba, ilġurnali, it-telefon, ir-radju, it-televiżjoni lkoll huma meqjusa bħala mezzi effettivi li jħallu impatt qawwi fuq il-bnedmin.

affarijiet oħra biex isalva ġildu, bil-konsegwenza li xejn ma jsir biex dawn l-aspetti oskuri tas-soċjetà jiġu eliminati. U r-rota tad-dinja tkompli ddur u żżaqżaq u hi u żżaqżaq tisloħ lilha nfisha. U żejt kontra ż-żaqżieq huwa l-komunikazzjoni.

Iżda kultant il-progress rigress. Sfortunatament ġara li dawn l-istess mezzi maħluqa b’tant sagrifiċċji u wara daqstant esperimenti qegħdin fiż-żminijiet tallum joħolqu sens ta’ firda jew jeqirdu lkomunikazzjoni huma stess. Il-bniedem li jagħżel li jgħaddi l-ħin liberu tiegħu quddiem it-televiżjoni magħluq f’kamartu jew jilgħab xi logħba fuq inġenji elettroniċi oħra minflok ma jieħu sehem f’xi diskussjoni kostruttiva u rikreattiva, ikun qed joħnoq hu stess il-komunikazzjoni ma’ ħutu l-bnedmin u jagħti dahru lill-opportunità li jitgħallem millesperjenzi tajbin jew qarsa ta’ ħaddieħor. Min jisker fuq kotba jew films jew jintilef wara s-seħer innovattiv tal-kompjuter qiegħed bla ma jintebaħ jingħalaq fih innifsu u jsir il-gżira li semmejna iktar lura. Ir-riedni taż-żiemel li għandu jsuqna huma lkelma u l-bilanċ.

JEKK QATT MA ĦABBEJT...

Fejn hemm nuqqas ta’ komunikazzjoni jonqos ilftehim, jinħoloq id-diżgwid, il-gwerer, l-inġustizzji, ttelqa u t-telfien. Nuqqas ta’ komunikazzjoni jista’ jfarrak ħbiberija, jifred ħaddiema f’kumpanija, isir abbiss bejn gvernijiet u oppożizzjoni u mitt ħaġ’oħra. Hekk ngħidu aħna relazzjoni ma tinbeniex fuq ilbews u t-tgħanniq biss, għalkemm it-tnejn jiffurmaw parti mill-pakkett komunikattiv, iżda wkoll fuq ilftehim dwar drittijiet, obbligi, prijoritajiet u kompromessi li l-koppja jidhrilha li huma meħtieġa biex iżommu r-relazzjoni stabbli. Kultant nagħtu parir lil dak li jkun “oqgħod kelma lura” jew “aħjar kelma nieqsa milli kelma żejda” iżda kemm tilwim iseħħ minħabba nuqqas ta’ ftehim jew iċċarar tassitwazzjoni. Li kieku l-politiċi jintasbu iżjed madwar mejda jiflu u jitkellmu dwar il-ħtiġiet reċiproċi tagħhom, u kif jistgħu isolvu l-problemi flimkien jibqagħlhom inqas ħin biex jillitikaw u jivvintaw mezzi ġodda kif jeqirdu lil xulxin. Illum qed inġewżu wisq fi kliemna fejn hu meħtieġ li nindafru u dan qiegħed ikisser lill-bniedem. Ħafna drabi l-bniedem ra li jkun jaqbillu jiskot fuq ħafna suġġetti bħal droga, sess, politika, gwerer, kriminalità, ġuħ, nuqqas ta’ ġustizzja soċjali u ħafna

Jekk qatt ma ħabbejt nitħassrek, ħabib. Ma jfissru xejn għalik id-dija tal-qamar leqqien fuq għejun niżlin fil-widien, jew l-ilwien imsaħħrin tal-ward imfewħa tal-ġnien, u s-seħer tal-inwar imbexxqin ma’zkuk griżi imdendlin. Ġieli tgħaxxaqt b’tal-ġiżimin il-fwieħa, jew tal-freżji fuq xulxin mistrieħa? Qatt ma waslet sa fondoq qalbek il-kisra tas-sinfoniji fuq arpi u vjolini; trux int għal tar-riħ il-melodija lill-qasab f’żifna għalenija. Ma tistax tifhem il-kelma ‘ġenna’ għax il-ġenna ma doqthiex, ma tfisser xejn għalik l-eternità li jixxenqu għaliha l-maħbubin waqt li mwaħħdin għad-dinja mitlufin. ’mma, b’dankollu, ma rridx ninsa ħaġa waħda, ħabib ... l-imħabba taf tonxrok fuq salib! LINA BROCKDORFF IX-XIĦ Indur bih u nibkih inħares lejh u nitħassru mitluq f’sodda fi sptar, abbandunat minn familtu wiċċi ndawwar u nibki inħares f’mera nitħassarni min jaf għadx inkun abbandunat minn familti KEVIN TANTI

10


letteratura taljana jistieden lill-qarrej biex iħaddan valuri pożittivi u universali, fosthom ir-rispett lejn il-ġenituri, lejn lgħalliema, lejn id-dgħajjef; l-imħabba; il-lealtà; issagrifiċċju; il-ħbiberija vera; il-maħfra; l-għajnuna reċiproka; l-umiltà; is-saħħa jew il-kapaċità li wieħed jagħraf meta żbalja u jitlob skuża lil dak li jkun; irrispett lejn il-patrija, l-eroj u l-bandiera. Dik li jippreżenta De Amicis hawn hija soċjetà lajka fejn iċċittadin għandu dmirijiet ċivili lejn art twelidu.

CUORE ta’ Edmondo De Amicis Edmondo De Amicis twieled u miet (21 ta’ Ottubru 1846 - 11 ta’ Marzu 1908) fir-reġjun Taljan tal-Ligurja. Kien kittieb u għalliem. Baqa’ msemmi liktar għar-rumanz Cuore, magħruf bħala klassiku tassentimenti tajbin li jieħu l-għamla ta’ djarju ta’ Enrico, li qiegħed fit-Terza ġo skola f’Turin. Enrico jniżżel l-osservazzjonijiet u l-ħsibijiet tiegħu matul sena sħiħa rigward ħbiebu tal-klassi, kull wieħed bilkarattru partikolari tiegħu. Naqraw ukoll dwar lgħalliema ta’ Enrico, il-klassijiet soċjali u s-snajja’ differenti tat-tfal tal-ħaddiema ħbiebu, l-isfond storiku ta’ Italja li għadha kemm tingħaqad f’pajjiż wieħed taħt bandiera waħda. Cuore hu ktieb li jurina l-belt ta’ Torino fl-aħħar tas-seklu XIX. Dan huwa xogħol li ħareġ fl-1886 – meta De Amicis kellu 40 sena - mela l-ġrajjiet ta’ eroiżmu għadhom friski f’moħħ bosta. De Amicis il-ħin kollu jfakkar u

Bejn xahar u ieħor l-awtur jinkludi għadd ta’ rakkonti (9 b’kollox) li fihom il-protagonist eroj ikun tifel taletà ta’ Enrico. Dawn ir-rakkonti għandhom bħala sfond l-Italja Risorġimentali u l-Gwerer talIndipendenza. Fl-aħħar ta’ kull xahar l-għalliem kien jitlob lil xi student tiegħu biex jikkupjah pulit sabiex wara jkun jista’ jaqrahulhom. Mela jissemmew waqtiet fejn ċerti studenti jiġu ppremjati fl-istudju, mumenti fejn oħrajn jagħmlu sforzi u sagrifiċċji kbar biex jilħqu dak li jixtiequ jagħmlu, oħrajn ta’ ċelebrazzjoni, bħal meta r-Re Umberto jżur il-belt. Hemm waqtiet ta’ diqa bħal mard, mewt, firda u lbqija. Fost is-sagrifiċċji li jissemmew hemm dawk li kienu jagħmlu l-iltim, ir-romol, il-ħaddiema u missirijiet tal-familja li kienu jattendu l-iskola ta’ filgħaxija. Jissemmew ukoll l-emigrazzjoni u ssagrifiċċji li bosta Taljani għamlu għall-familji tagħhom ’il bogħod mill-Italja, l-istituti li fihom kienu jitpoġġew it-tfal bi bżonnijiet speċjali, imma anki personaġġi magħrufa bħal Cavour, Mazzini, Garibaldi ir-Re Vittorio Emanuele, flimkien ma’ personaġġi anonimi oħrajn li kienu eroj bil-mod umli tagħhom. Fost dawn tal-aħħar naqraw dwar tifel li jittajjar minn kaless biex isalva lil ieħor iżgħar minnu; issuldati Taljani li żammew sod fi żmien il-Gwerer tarRisorġiment; is-solidarjetà bejn Taljani ta’ klassijiet differenti, imma anki bejn il-ħaddiema umli stess meta ’l bogħod minn pajjiżhom. Bħala struttura fi Cuore De Amicis iħaddem l-unità tal-post – fejn l-azzjoni sseħħ fi skola –, l-unità tażżmien – l-azzjoni li sseħħ matul sena skolastika -, u lunità tal-personaġġ – it-tifel li qed jikteb id-djarju li

11


letteratura taljana

kont...

imma Cuore bħala film kien diġà deher fl-1948 tarreġista Duilio Coletti. Fl-1973 Romano Scavolini uża erba’ episodji mit-tmien rakkonti ta’ kull xahar fi Cuore. PATRICK SAMMUT NOVEMBER IN THE FORMER DDR The almighty cyclop’s-eye clouded over and the grass shook itself in the coal dust.

Edmondo De Amicis

jiftaħ nhar it-Tnejn, 18 ta’ Ottubru, u jagħlaq itTnejn, 10 ta’ Lulju. Il-funzjoni tal-iskola tinftiehem bħala preparazzjoni taċ-ċittadin bili tipprepara lit-tfal għas-soċjetà billi toħroġhom mill-familja. Hawn lgħalliem jieħu post il-ġenituri. Dik li jiddeskrivi De Amicis hi soċjetà kważi utopika fejn fuq kollox jaħkmu l-armonija u s-solidarjetà. Però, l-awtur ma jonqosx milli jiddeskrivi x-xogħol iebes tal-ħaddiema. Dan kollu miktub b’Taljan millisbaħ fi spazju ta’ bejn wieħed u ieħor 260 paġna. Ta’ min jgħid li ta’ dan il-ktieb ħarġu mal-41 edizzjoni, anki għax hu rumanz maħbub fid-dinja kollha, u li lil De Amicis ħadlu 8 snin biex jiktbu. Flistess żmien kien ħareġ Pinocchio, storja dwar tifel li jsir raġel. Cuore huwa dwar tifel li jsir ċittadin. Dan ta’ De Amicis hu rumanz pedagoġiku. Ħareġ fi żmien meta 78% tal-popolazzjoni kienet illitterata u analfabeta. Minkejja dan il-poplu Taljan wasal għarRisorġiment (qawmien) Taljan. L-iskola kellha lfunzjoni li twassal għal ilsien komuni fi żmien meta linjurant – għax bla skola - kien jitkellem bi djaletti differenti. Funzjoni oħra tal-iskola kienet dik li tifforma ċ-ċittadin ħieles u lajk. Hemm min jara Cuore bħala xogħol attwali. Anki llum l-unità tal-Italja m’għadhiex perfetta, bħalma perfetta ma kinitx fis-snin tmenin tas-seklu XIX. Fissena 1984 kien ħareġ il-film ta’ Luigi Comencini,

Beaten black and blue by the night’s dreams we board the train that stops at every station and lays eggs. Almost silent. The clang of the church bells’ buckets fetching water. And someone’s inexorable cough scolding everything and everyone. A stone idol moves its lips: it’s the city. Ruled by iron-hard misunderstandings among kiosk attendants butchers metal-workers naval officers iron-hard misunderstandings, academics! How sore my eyes are! They’ve been reading by the faint glimmer of the glow-worm lamps. November offers caramels of granite. Unpredictable! Like world history laughing at the wrong place. But we hear the clang of the church bells’ buckets fetching water every Wednesday - is it Wednesday? so much for our Sundays! TOMAS TRANSTRÖMER (minn www.poetryfoundation.org)

12


ktieb mill-qrib

Edgar Formosa b’ansjetà u diqa ta’ qalb, u mhux mingħajr ħjiel ta’ inkwiet, u jiddeċiedu b’azzjoni finali, u jissoktaw jgħixu, jekk jistgħu, bis-saħħa tal-kisba ta’ fakultà “ġdida” – il-memorja. Minn hemm ’il quddiem kollox isir preżent li ma jgħaddi qatt. Hemm is-solitudni bla tama ta’ fidwa. Hekk tnissel l-ossessjoni, ilkundizzjoni ewlenija li l-awtur qiegħed jesplora f’din il-ġabra. Il-karattri tiegħu la jistħoqqilhom u la jitolbu ħniena. Il-qarrej jiġġudika jekk ħaqqhomx din ilħniena jew le. Insaniam - Xi jgħidu fuqu n-nies qatt ma ta kas ... imma demmu kien ibaqbaq u kien iħossu se jisplodi meta kien jintebaħ li jaħsbuh miġnun ... li jittimbrawh miġnun. Imma kif ħadd ma jifhmu? Ħadd ma seta’ jidħol fil-garigori ta’ moħħu, ta’ qalbu, u jifhem ...

Insaniam (2014) huwa r-raba’ ktieb ta’ Edgar Formosa. Bħala ġeneru ta’ kitba Insaniam huwa għalkollox differenti mit-tliet kotba l-oħra tiegħu, Sena mill-ħajja mistura ta’ Daniel Tusa (2004), tikk ... tokk ... is-sagħtejn (2010) u AnastasiA (2012). Dan juri li l-kittieb iħobb jesperimenta u ma jibżax juża xejriet oħra ta’ kitba. Filwaqt li l-ewwel kotba kienu ta’ xeħta umoristika, tal-biża’ u tal-ġeneru fantastiku surreali rispettivament, f’Insaniam Formosa jagħti analiżi profonda u metikoluża ta’ moħħ il-bniedem, biċ-ċirkustanzi u fatti li kollha jagħtu sehemhom biex “ibiddlu” l-istat ta’ moħħ il-bniedem. Hemm element qawwi ta’ studju psikoloġiku mħaddem b’sengħa f’dan il-ktieb, li hu ġabra ta’ tliet novelli. Tabilħaqq, f’Insaniam ħa naraw l-esplorazzjoni ta’ għaliex u għalfejn, it-tiftixa tas-sens moħbi taħt ilfatti li jidhru għax jaqgħu taħt xi wieħed mis-sensi, laktar il-vista. Insibu tip ta’ karatterizzazzjoni differenti, kif ukoll tiftix ta’ ambjent fiżiku li mhux soltu li niltaqgħu miegħu f’kull novella li nsibu f’dan il-ktieb. Edgar Formosa juri b’konsistenza sħiħa li huwa tassew interessat fit-tiġdid, flisperimentazzjoni u fit-tħaddim ta’ binja narrattiva differenti, kif ukoll ta’ preżentazzjoni, li allura titlob ukoll teknika li ma hix komuni. Fit-tliet novelli Insaniam, Għażiża Rachel ... u Naf fejn toqgħod ..., naraw l-interess tal-kittieb li jsawwar kwadru psikoloġiku ta’ “moħħ” partikolari. L-imħuħ tiegħu jaħsbu billi jargumentaw u jħaqquha

Għażiża Rachel ... L-irqad ma għadux il-ħabib tiegħu ... Ħsebijiet tqal, li jkidduh, li jxekkluh. X’ilmniefaħ ġara bejnu u bejn martu? Kif ma baqgħetx ir-Rachel ħelwa li jaf hu? Xi ħdura! Kif tbiddlet!!!! U biddlet lilu ... . Il-‘Jien’ tiegħu se jibqa’ l-istess? Se jibqa’ jagħraf lilu nnifsu? Se jegħleb il-‘jien’ tagħha? Min se jirbaħ fl-aħħar mill-aħħar? Naf fejn toqgħod ... Imgħaddab. Diżilluż. Ħajja bla tama. Dwejjaq kbar. Leħen li jdurlu fil-garigori ta’ moħħu. Li jkiddu, li jkasbru, u jgħakksu. Ma jistax jeħles minnu. Ma jafx kif. Sejba mhux mistennija ssaħħru. Taħfnu. Tbiddillu ħajtu. F’kollox. U għalkollox. Issa fl-aħħar ħassu qawwi ... xi ħadd ... Bħal drabi oħra, Edgar Formosa juri ħakma sħiħa fuq il-kelma Maltija, u ma jsib ebda diffikultà biex isib dik il-kelma xierqa li hi mirquma, daqskemm preċiża, għall-għan tiegħu, li hu kemm letterarju kif ukoll komunikattiv. Il-kitba hija mexxejja, ilkaratterizzazzjoni qawwija, b’karattri li jaġixxu, imma aktar milli jaġixxu biss, jaħsbu. L-użu ta’ sikwit talewwel persuna singular fin-novelli jgħin biex il-qarrej aktar jitwaħħad mal-karattru li jkun. Id-djalogu huwa naturali għall-aħħar, ħaj, mexxej, milqut u qawwi, u jgħin dejjem biex ipinġi stampa ċara ta’ okkażjoni partikolari u biex imexxi l-ġrajja ’l quddiem. Ilpreżentazzjoni globali tal-ktieb hija tassew pulita u sabiħa, b’qoxra li tolqot l-għajn, u b’għadd ta’ kwotazzjonijiet qabel kull novella, marbuta mattema tan-novella partikolari, li aktar jiġbduk u jġegħluk trid taqra n-novella. Insaniam huwa pubblikazzjoni ta’ Horizons, u jinsab għall-bejgħ mill-ħwienet ewlenin tal-kotba.

13


il-poeżiji IL-BIERAĦ, ILLUM moħtar lil Wied il-Għajn

Nifraħlek bi blat għeri mbewwes dejjem bil-baħar ikħal, sbejjaħ qisu nir. Ftit nies, tiltaqa’ magħhom fis-sajf jaħraq, matul ix-xitwa baħħ; kulħadd itir. Ftit qxur tas-sajjied bieżel qed jitbandlu fuq mewġ il-baħar dieħel bir-riħ kwiet. Fix-xitwa tisma’ l-baħar qed iħabbat. Il-bqija xejn. Isaltan biss is-skiet. Meta kont niġi hawn, f’dalmet ix-xitwa iħabbat l-ilma qieraħ mingħajr qies. Madwari nħares, xejn ma nista’ nilmaħ. Minn qalbi toħroġ l-għajta: “Fejnha n-nies?” Niftakar, għadni tfajjel, hawnhekk niġi; lejn is-Siberja niġbed, blat, tħarbit. Qatt iżda d-dar ma mort bla nagħti ’l ommi il-qabda li nkun qbadt: Ħaj il-Qarnit. Meta nżurek illum, fil-bard jew sħana, il-bidla, Wied il-Għajn li saret fik; nistaqsi jekk hux ġid inkella ħsara; tgħollikx ’il fuq, inkellha din tbaxxik. Inbidel il-wiċċ sbejjaħ li kont nafek inbidlu l-mogħdijiet f’toroq wisgħajn. Kemm żdiedu n-nies ġo fik, xhieda dal-bini. Vilel, flats u djar għadhom telgħin. Illum li nannu sirt, għax iż-żmien għadda, Sant Anna għadha n-nanna tal-Bambin. Hi kienet dik li tatna l-Omm ħanina u ’l binha, l-Feddej tagħna, il-bnedmin. PETER A. CARUANA (1937-2012; din il-poeżija nkitbet fl-2006)

HEKK NAFHA (Lil Ommi)

Barkata ta' għaqal, kampjun tal-bżulija, ġabsala ta' ħlewwa, u sur ta’ qlubija.

matmura ta' mħabba, u baħar tjubija. CHARLES MIFSUD IMĦABBA TA’ OMM Kemm ħabbejtek fi tfuliti; fis insejtek f’żgħożiti. Biss inti qatt ma nqastna u ta’ dan xejn ma tlabtna. Dejjem tgħasses fuqna, u lejn l-Iben Feddej ssuqna. Titlob għalina kemm fis-sewwa u tidħol għalina wkoll fid-dnewwa. Għaraftek għażiża omm tagħna biss meta t-tiġrib u l-għawġ żarna. Ħerqana fittixna tiegħek l-għajnuna, u ma tlaqniex minn idejna l-kuruna. Nibki s-snin moħlija meta int mistura għalija. Tista’ Qalb ħanina qatt taħfirli, u tgħid lil Ibnek Mulej jagħdirni? LINO GRECH (1940-2014)

KELMA MA TMUT QATT Kelma qadima li qamet mir-raqda toħroġli s-seħer maqful ġewwa fija. Dis-sejba tiftaħli beraħ tifsiriet… Imkebbsa lemhti tħarbex poeżija. Hekk tagħmilli din il-kelma midfuna taħt il-ħaġar taż-żminijiet imbiegħda. Tiftaħli l-għerien minsija tax-xagħri fejn jgħammru l-oqbra tal-gwerriera qiegħda. U jien b’dil-kelma nerġa’ nfakkar l-għeruq tal-mixja iebsa mkarrba ta’ dil-ħajja. L-għadam jistenna s-sejħa għal twelid ġdid, tal-bniedem tintiseġ sħiħa il-ġrajja. RAYMOND GRECH

Oasi ta' ħniena, santwarju qdusija,

14


il-poeżiji IL-ĠIRJA Qatt f’ħajti ma kelli bħal-lum daqshekk żmien biex nieqaf nitħasseb tassew jien min jien; nistaqsi bis-sabar dil-ġirja xi tkun li minn sa tfuliti jien ġrejt bħal miġnun; biex nikseb xi ħaġa, biex nasal x’imkien li fl-aħħar nintebaħ tkun bidu mhux tmiem. Bħan-nemla li taħseb għax-xitwa li ġejja bil-għaqal ta’ xogħolha titħabat u tgħejja; u tiġbor u taħżen it-tajjeb u s-sħiħ bil-ħsieb li xi darba tkun tista’ tgawdih,

tfaċċa Allah biswiti? ... ja mara li taf tirranġa fdalijieti.. tgħidilhom xejn fuq ismi u xebliki... tgħidilhom xejn fuq għajjati u skieti... tgħidilhom xejn fuq twelidi u mwieti... għidilhom biss li inti sigrieti... u li taf, tirranġa fdalijieti WALID NABHAN

hekk jien il-jiem kollha ħsibt ħafn’għall-futur biex xejn ma jonqosni jekk din saħħti tmur; u wasal dak l-għada bla biss indunajt fil-ħarba tal-ħajja hemm jien dejjem bqajt;

NIGHT

F’salt wieħed ħassejtni fuq xifer l-irdum u wqaft hemm nistaqsi… dil-ġirja xi tkun? JOE SANT

Night. Spring is yet far away. I try to sleep but can't do so. No time for dreams. It's cold outside. A slight pain in my chest echoes of humanity in pain I cry and pray for the best.

POEŻIJA FIL-ĦBIBERIJA PATRICK SAMMUT F’waqtiet ta’ dalma Allaħares ma tkunx il-Poeżija u mal-poeżija Allaħares ma tkunx il-Ħbiberija!

KEMISTRIJA Qaluli, dil-formola tirnexxi nagħmlulek garanzija għax hekk fil-qalb tal-bniedem titwettaq kemistrija. NOEL FABRI

IL-MARA LI TAF TIRRANĠA FDALIJIETI... Kieku l-profeti kienu inqas fitti u l-anġli mhux medhija jistivaw dnubijieti... u kieku kellha mara oħra li tirranġa fdalijieti... b’tali mod biex mal-ewwel sbula jispontaw ħsibijieti... tgħid jafu l-għasafar li jiena tagħhom? jafu l-friefet ibillu ħobżhom, f ’melħi u kubriti? ... jafu l-iljieli, kemm-il darba,

M’għandhiex numri jew ittri u lanqas ekwazzjoni biss toħloq sparkjatura u jaf tagħmel reazzjoni. Trid tkejjel kollox sewwa, bil-qjies, biex ma tagħlix; tħallix in-nar jittempra l-ispirtu tat-tfexfix. ʼmma jien b’għajnejk f’għajnejja, rduppjajt kejl l-enerġija. Irrid l-iżball tal-prattika w mhux l-għerf tat-teorija! THERESE PACE

15


il-poeżiji

lil hinn minn xtutna

FUTURO ALTERNATIVO

unjust world wounded bleeding

Guardando a un passato non troppo remoto per riempire di sogni un presente vuoto ALESSIO STRETTI L-Italja NIGHT Winter night. I go to bed, but I can't sleep. Over the pillow wet with tears I dream of being the Morning Star.

Tender sweet mommy bare branches years and that the wound in tired hands where grow, two springs your children .... be alone .... Mother Give me a blessing each day that passes to be winner Tender sweet mommy in thy merciful embrace you slowly whisper all the saints with you my child Christ and the holy Virgin .... always are your own guides .

TERESINKA PEREIRA L-Istati Uniti AQUARIUS Kilometers gained nothing – you are here. Before I go to sleep thirty times I say your name – you are here. You fall asleep quietly – you are here. Through deserts of sound, reason - you are here, through unreal reality – you are here, through the music of drums – you are here. I know that you know that – here it’s always you TATJANA DEBELJACKI Is-Serbja (minn A House Made of Glass, Hammer & Anvil Books, 2013)

TENDER SWEET MOTHER Tender sweet mommy Oh! beat of my heart Angel of my life what hurts and what with compassion other than you, Mother who sweetheart speaks kindness and patience when my newborn soul in

EFTICHIA KAPARDELI Il-Greċja (Nota tal-Editur: Din il-poeżija nkitbet oriġinalment fil-Grieg Modern. Għalkemm it-traduzzjoni għall-Ingliż għandha n-nuqqasijiet tagħha, jinħass sewwa l-ħsieb u s-sentimenti tal-poetessa, imwasslim lilna permezz ta’ xbihat sbieħ ferm.)

A GIOELE A te novello germoglio, fiore novembrino sbocciato allo sfuocare del giorno: pensiero, poesia, cuore. L’attesa - falò di emozioni intagliate nel ceppo dei ricordi sopravvive allo scivoloso ribollire del tempo, al tiepido sbadiglio quotidiano, al fragoroso tuonare dell’ignoto. Per te che t’illumini, m’illumini il primo e ultimo respiro trovano specchio nel sorriso che apre al cielo. PAOLA MARA DE MAESTRI L-Italja

16


minn fuq l-ixkaffa ITTRA LIL TARBIJA LI QATT MA TWIELDET ta’ Oriana Fallaci, maqlub għall-Malti minn Christine Bajada, Faraxa 2014. Oriġinarjament dan il-ktieb inkiteb minn Oriana Fallaci, kittieba u ġurnalista, fl1975, u kellu jieħu l-forma ta’ inkjesta dwar l-abort, ikkummissjonata mid-direttur tar-rivista Europeo. Huwa dwar l-abort, il-familja u l-imħabba. Ittra lil Tarbija li Qatt ma Twieldet itul mal-117-il paġna u jieħu l-forma ta’ monologu drammatiku li jsir minn mara li tgħix l-istat tal-maternità mhux bħala dover imma bħala att ta’ responsabbiltà. Hu xogħol dwar il-konċepiment u t-twelid ta’ tarbija f’dinja ostili u vjolenti. Dan hu ktieb li biegħ iktar minn erba’ miljun kopja madwar id-dinja. Ilverżjoni bl-Ingliż ħarġet fl-1976. Issa, bis-saħħa tat-traduttriċi żagħżugħa Christine Bajada u tad-Dar tal-Pubblikazzjoni Faraxa, il-pubbliku Malti jista’ jaqra dan ixxogħol anki bl-ilsien Malti.

L-ISTORJA TIEGĦI ta’ Darren Agius, Horizons 2014. Dan hu ktieb żgħir ta’ mitt paġna. Darren Agius jagħtina storja pjaċevoli ta’ Malti li jkollu x-xorti li jivvjaġġja fiż-żmien, iżur avvenimenti storiċi importanti fl-istorja tagħna, uħud magħrufin bħall-Assedju l-Kbir u s-Sette Giugno, u oħrajn inqas magħrufin bħall-ħbit tal-1429 u dak tal-1614 u jirrakkuntalek l-effetti tagħhom fuq missirijietna. Permezz ta’ storja li taħkmek l-awtur jipprova jqajjem kuxjenza fuq ir-rebħ u t-telf li ġarrab il-poplu Malti. Il-qarrej bħal jiftakar li l-Malti li jagħżel li jwarrab l-istorja tiegħu ma jistax ikollu ġejjieni sabiħ. Jekk tinsa t-tagħlim talimgħoddi u tgħawweġ jew ma tfakkarx l-aktar ġrajjiet importanti tal-eżistenza tiegħek, tkun qed tarmi u ġġib fix-xejn lilek innifsek. Agius ifakkarna li f’dan il-ktieb hija rrakkontata l-istorja tal-Maltin kollha, u li l-istorja tagħna hija parti minna filwaqt li aħna nagħmlu parti mill-istorja tagħna.

WINGS OF A BUTTERFLY ta’ Jozef Ján Matejka, 2015. Din hija ġabra ta’ 50 poeżija bl-Ingliż miktubin minn miżżewweġ, missier, tabib u kittieb Slovakk li ilu jgħix Malta sa mis-sena 2000. Il-ktieb hu mżewwaq b’għadd imdaqqas ta’ tpinġijiet bil-kulur ta’ Ivona Matejková. Dawk ta’ Matejka huma poeżiji miktubin bi stil mexxej u b’lingwa li tinftiehem bla ħafna tqanżiħ jew diffikultajiet. Bosta poeżiji jintrabtu direttament ma’ Malta fosthom “Blue Grotto table for two”, “Ħal Far”, “Filfla”, “Fireworks above Fort St Angelo”, “Chadwick Lakes”, “Maltese Fireworks”, “Marsaxlokk (An evening walk)”, “Paradise Bay”. “The Windmill - Gozo 1725” u “You on the bridge of Tigne Point”. Apparti dawn Matejka għandu poeżiji oħrajn li jintrabtu ma’ pajjiżi oħrajn bħal Franza, l-Italja, lIngilterra, u Spanja. Jittratta aspetti kontemporanji bħall-faqar u t-tbatija li d-dinja kapitalista tipprova tgħatti, il-katakliżmi naturali bħat-tsunami fil-Malasja u lgwerra. Matejka jgħanni wkoll l-isbuħija naturali, inkluża dik tal-Mediterran.

17


xkaffa melitensia ANTOLOĠIJA TA’ NOVELLI, Librerija Popolari “It-Torċa”, 1963. Din hi ġabra ta’ 35 novella ta’ 263 paġna. Għandha Daħla minn Ġużè Chetcuti. Ilkontributuri huma bosta: Sir Temi Zammit, Ġużè Bonnici, Dun Karm, Ġużè Ellul Mercer, A. Cremona, P.P. Saydon, Ġużè Chetcuti, Ġino Muscat-Azzopardi, Nikol Biancardi, Ġ. Aquilina, Albert M. Cassola, Ġ. Cassar Pullicino, Ivo Muscat-Azzopardi, Ġużè Galea, W. Born O.P., Ġużè Diacono, Inez Soler, J. Orlando Smith, Dun A. Tabone, Ġużè Cardona, Ġużi Mallia, K. Vella Haber, Paul Xuereb, Peter A. Caruana, Lino Spiteri, Vincent Caruana, Joseph A. Xerri, John Bezzina, Charles Coleiro, Theodore Sammut, Joe Galea, Anton Buttigieg, Charlie Clews, u Dr. George Zammit. Kif wieħed jara huma kitbiet ta’ ismijiet magħrufin sewwa fil-qasam letterarju lokali: bosta mill-kittieba għamlu isem f’fergħat differenti tal-kitba imma anki tal-ħajja in ġenerali. Ktieb bħal dan illum għandu 52 sena u l-linka f’ċerti partijiet qed tiċċara sew. Tkun ħaġa sabiħa ferm kieku l-SKS tieħu l-inizzjattiva terġa’ tippubblika pubblikazzjonijiet ewlenin bħal dawn.

IL-GLORJA QALB L-GĦADAB ta’ Carmel Bianchi, Malta 1981. Dan il-ktieb ta’ 32 paġna jiġbor fih erba’ novelli u kitba ta’ riċerka li jieħdu l-ispunt tagħhom mill-ġrajjiet ewlenin tal-Ġimgħa Mqaddsa, b’karattri meħudin millVanġelu mogħtijin id-demm ul-laħam. L-ismijiet tal-kitbiet huma dawn: “Quddiem lIstatwa tad-Duluri”; “Il-Ħmara u l-Felu ta’ Ġwanni”; “Id-Dixx tal-Aħħar Ċena”; “IlVelu tal-Veronika”; u “L-Għelt”. Il-Kelmtejn Qabel huma fdati lil Ġużè Chetcuti li jikteb hekk: “Il-kitba ta’ Carmel Bianchi fiha sens ta’ forma, proporzjon u perspettiva. Is-sensiela ta’ inċidenti li joħloq jara li ma jagħtux soluzzjoni qabel ma jilħaq il-ʻclimax’. Dan hu aspett mill-iżjed importanti fit-teknika tan-novelli. Mingħajru d-drammatiċità u l-interess jonqsu u jintilfu. Carmel Bianchi għandu wkoll sens fin ta’ osservazzjoni u immaġinazzjoni biex jikkrea karattri, sfond azzjoni u sitwazzjonijiet […] Il-materja prima għall-istejjer tiegħu [..] Carmel Bianchi jfittex li jeħodha l-aktar mill-ħajja reali.” Id-disinji huma afdati lil Ġorġ Mallia.

GĦAD JISBAĦ SEMA SAFI ta’ Charles Casha, Librerija Popolari “It-Torċa”, 1972. Dan hu rumanz oriġinali ta’ 65 paġna li jinqasam f’erba’ taqsimiet. Fil-Kelmtejn mill-Awtur Charles Casha jikteb: “F’din il-ġrajja li sejrin taqraw, Frans Kurt jasal biex joqtol għax iħobb. Iżda dan isir f’mod u f’ċirkostanzi oħra mir-romantiċiżmu li niltaqgħu miegħu s-soltu. Forsi l-ġrajja hija esaġerata. Biss il-ħsieb tiegħi kien li nuri li kultant fil-ħajja tagħna naslu biex inwettqu għemejjel ta’ bluha, għemejjel esaġerati biex nakkwistaw dak li nkunu ħlomna bih mingħajr ma noqogħdu nqisu x’sejrin nagħmlu b’idejna.” Interessanti hu l-fatt li fl-aħħar parti ta’ dan il-ktejjeb hemm inkluż studju żgħir bl-isem ta’ “Jehovah Witnesses (Ix-Xhieda ta’ Jehovah)” miktub minn Albert Zammit S.S.P. Charles Casha llum jgħid li dan ir-rumanz “kont erġajt ktibtu taht l-isem Ktieb għal Amy, ippubblikat mill-KKM, u tawwaltu u bdilt ukoll l-istorja.”

18


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.