Il-Pont Settembru 2016

Page 1

Nu. 40 - SETTEMBRU 2016

editorjal Ilkoll nafu li f’dawn l-aħħar snin it-terroriżmu żdied qatigħ u minħabba fih eluf ta’ persuni, fil-parti l-kbira tagħhom innoċenti, qed jisfgħu vittmi ta’ min minħabba raġuni jew oħra spiċċa biex warrab kull rispett lejn il-ħajja talbniedem. Ilkoll nafu wkoll li atti faħxin bħal dawn ikissru lpilastri tad-dinja ċivili jekk ma noqogħdux attenti u naqgħu għall-provokazzjonijiet jew nisimgħu mid-diskorsi manipulattivi ta’ persuni, anki fil-qasam politiku, li qed jagħmlu minn kollox biex isaħħu x-xenofobija, ilpreġudizzji razzjali u l-mibegħda lejn min mhux eżattament bħalna. Iva, id-dinja mhix għaddejja minn żminijiet sbieħ u din żgur li mhix l-ewwel darba. Huwa hawnhekk fejn tidħol l-importanza tal-pinna u iktar u iktar is-saħħa tal-kittieb u tal-poeta. Kontra dan ilmoviment internazzjonali ta’ mibegħda l-kittieb u l-poeta għandhom isemmgħu leħinhom b’saħħa u b’insistenza; għandhom jaħdmu biex kontra s-sens ta’ mibegħda jxerrdu r-rispett u s-sens ta’ tolleranza bejn il-popli differenti. Proprju aktar kmieni din is-sena l-IFLAC, ilForum Internazzjonali għal-Letteratura u l-Kultura tal-Paċi, ħareġ l-antoloġija annwali tiegħu bl-għajta favur il-paċi fiddinja u kontra t-terroriżmu. L-isem tal-antoloġija tal-2016 huwa IFLAC Anti-Terror and Peace Antology, u l-editriċi ġenerali hija l-poetessa u ambaxxatriċi tal-paċi Ada Aharoni mill-Iżrael. L-antoloġija tiġbor fiha x-xogħlijiet poeżiji, proża u anki tpinġijiet - ta’ artisti minn 23 pajjiż differenti, inkluża Malta. Fl-introduzzjoni għal din lantoloġija Aharoni tikteb hekk: “Despite all our inventive peace work and that of all peace organizations around the

werrej L-Aħbarijiet

3

Reazzjonijiet

7

Ktieb mill-qrib (1)

9

Il-Ktieb u l-Intervista - Jonathan Balzan

11

Tislima lil Poeta - Charles Magro

13

Il-Ktieb u l-Intervista - Alfred Palma

15

Ktieb mill-Qrib (2)

17

Ir-rakkonti - Carmen Refalo/Salv Sammut

19

Ktieb mill-qrib (3)

21

L-Intervista - Victor V. Vella

22

Ktieb mill-Qrib (4)

25

Il-Poeżiji

29

Il-Poeżiji - Lil Hinn Minn Xtutna

33

Minn fuq l-Ixkaffa

34

Min jixtieq jikkontribwixxi f’IL-PONT b’materjal ta’ livell, mhux twil u adatt jista’ jibagħtu direttament lill-Editur flindirizz sammutpatrickj@gmail.com

1


l-editorjal kont... world, what we see in the first sixteen years of the twenty first century, is not a more peaceful and safer world, but a cancerous spread of a brand of fanatical lethal terrorism that endangers our world and our freedom. We at Iflac, have therefore decided to dedicate our 2016 IFLAC Anthology this time, not only to Peace, but mostly to ANTI-TERROR, to counteract and help efface this new cancer obnoxiously spreading all over our world - with the bombardment of our powerful words, articles, stories, poems, Haiku and paintings - aimed at the heart of Terrorism.” Iva, din tagħna llum hija sitwazzjoni diffiċli mhux ftit. Insegwu l-aħbarijiet u naraw u nisimgħu dwar mijiet ta’ persuni li sfaw vittmi ta’ attakki terroristiċi mhux biss fid-dinja “ċivilizzata” waqt li kienu fuq xi btala jew jieħdu gost fil-ħin ħieles tagħhom, jew jixtru dak li għandhom bżonn minn xi supermarket, imma anki fid-dinja “mbiegħda” fejn imutu ħafna iktar bla ma nagħtu ħafna attenzjoni lilhom. Ta’ min ifakkar li f’dawn l-attakki jmutu persuni ta’ twemmin, nazzjonalità u kulur tal-ġilda differenti, bla ma ssir ebda distinzjoni. Ta’ min ifakkar ukoll li hu tajjeb li nifhmu aħjar minn fejn qed jitwieled dan ilmoviment li warrab kull imħabba lejn il-bniedem biex minflok ixerred it-terrur u l-biża’. Kankru ieħor li ta’ min bħala kittieba niktbu dwaru u niġġildulu b’saħħa huwa dak nazzjonali: qed nitkellem dwar il-kilba ta’ ftit nies - kapitalisti u politikanti - li jħaxxnu buthom permezz tal-industrija tal-bini. Din id-darba nsejna kull rispett lejn il-ftit natura lil fadlilna u ladarba parti kbira minna, inklużi anki kittieba, imċappsin bil-misħuta politika, qed

EDITORJAL

nagħalqu għajnejna u niskużaw bosta abbużi li ilhom iseħħu għal snin twal. Nuqqasijiet li għamel gvern tal-imgħoddi m’għandhomx jiskużaw nuqqasijiet ta’ gvern fil-preżent. Min verament iħobb lil art twelidu jista’ jagħmel ħafna aħjar, imma b’xorti ħażina, politika u kapitaliżmu jmorru id f’id. Malta mhix idDubai, u la New York, u lanqas Sidney! Fuq nota oħra. Mill-bidu tas-sajf bdejna nisimgħu bilpreparamenti għall-Festival tal-Ktieb li jmiss u blinizzjattivi “ġodda” li se jkun hemm din is-sena. Dawn ta’ min ninkuraġġuhom dejjem. Li jdejjaqni qatigħ huwa l-fatt li fejn jidħlu attivitajiet bħal dawn dejjem jissemmew u jingħataw il-preċedenza s-soltu sitt ismijiet li jekk wieħed isegwi sewwa x-xena lokali jaf li ilhom iżommu dan il-monopolju - u bosta oħrajn - għal snin twal. Dan japplika wkoll għal ċerti gazzetti ta’ nhar ta’ Ħadd li għalihom jeżistu biss dawn in-nofs tużżana ismijiet u ħadd iktar. Għad irid jasal dak il-jum meta min hu verament responsabbli jibda jagħti verament iktar spazju u vuċi lill-bosta kittieba oħra li għax m’għandhomx min jagħtihom spinta ilhom fid-dell - jew fid-dlam - għal snin twal. Imma hawn Malta l-qaddisin m’humiex biss filqasam tal-politika! Jew aħjar il-politika daħlet anki flgħalqa tal-letteratura! U kif! U min jgħid il-kontra jagħmel hekk għax ilu jbill subgħajh u jpappiha. Ma jistax jonqos li nsellem il-memorja tal-President tal-Għaqda Poeti Maltin, Charles Magro, li ħalla din id-dinja fl-24 ta’ Ġunju 2016. Lil Charles kont ili nafu mill-aħħar parti tas-snin disgħin permezz talinvolviment tiegħi fl-Għ.P.M. Kont nikkollabora miegħu anki f’rabta mar-rivisti Sagħtar u Versi. Iltqajna ħafna u ħafna drabi kemm matul laqgħat ta’ kumitati differenti, kif ukoll waqt serati ta’ natura letterarja organizzati tista’ tgħid f’parti kbira millgżejjer Maltin matul is-snin. Kien bniedem ta’ prinċipji sodi u għalija serva ta’ mudell f’bosta oqsma. Dejjem wera fiduċja kbira fija u ħeġġiġni biex inkompli nikteb, bħalma wkoll ta l-opportunità lil ħafna poeti jberrħu x-xogħlijiet tagħhom għallewwel darba permezz tal-Għ.P.M. Aktar dwar Charles Magro fil-paġni interni ta’ din l-edizzjoni ta’ IL-PONT. Grazzi Charles, u agħtih Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem.

Patrick Sammut (Fundatur u Editur) sammutpatrickj@gmail.com

2


l-aħbarijiet ALFRED PALMA U TRADUZZJONIJIET LETTERARJI TIEGĦU DRAMMATIZZATI Waqt il-London Book Fair, Antonella Axisa irreċtat bil-Malti l-monologu magħruf ta’ Lady Macbeth mittraduzzjoni bil-Malti ta’ Alfred Palma tat-traġedja ta’ Shakespeare. Ix-xogħol kien dirett minn Immanuel Mifsud. Intant id-dramm tal-istess Alfred Palma Oscar deher għall-ewwel darba f’April, fit-teatru talKavalier ta’ San Ġakbu, imtella’ mill-Kumpanija Teatrali Talenti. Ħajr lid-Direttur Mario Micallef u latturi: Michael Mangion (fil-parti ta’ Oscar), Lorianne D’Ugo (martu Constance), Jean-Pierre Cassar (Lord Alfred Douglas, Bosie), u Joe Pace (Lord Queensbury, missier Bosie).

L-atturi li ħadu sehem fid-dramm ta’ Alfred Palma Oscar.

LEJLA LETTERARJA F’BIRKIRKARA Il­Kunsill Lokali ta' Birkirkara, bl­inizjattiva ta' Terry Muscat u bis­sehem ta’ kittieba u muziċisti, organizzaw lejla ta' mużika u letteratura fil­11 ta'

Ġunju 2016 bħala parti minn attivitajiet ta' xeħta kulturali, li l­Kunsill Lokali jorganizza ta' kull sena. Inqraw xogħljiet ta’ natura letterarja u storika differenti minn Philip Borg, Philip Xuereb, Ninu Borg, Charles Mifsud, Therese Pace, Charles Spiteri, Ġorġ Peresso, u Wayne Farrugia. Anton Grasso qara kitba ta' Tarċisju Zarb. Barra minn dawn il­kitbiet kien hemm is­sehem ukoll ta' Joseph Gauci, Elena Muscat, Roberta Mallia, Doriana Vella, Joseph Lia, Maria Mintoff, il­Kanonku Prepostu Dun Vincenz Cachia, kif ukoll is­sindku ta' Birkirkara, Joanna Debono Grech. IMUT IL-PRESIDENT TAL-GĦAQDA POETI MALTIN, CHARLES MAGRO Nhar l-24 ta’ Ġunju għadda għal ħajja aħjar ilPresident tal-Għada Poeti Maltin, Charles Magro. Huwa kellu 72 sena. Il-quddiesa funebri saret lgħada fil-knisja parrokkjali tal-Fgura, iddedikata lillMadonna tal-Karmnu, li kienet għal qalb ħafna talpoeta. Intant, Charles Bezzina, delegat għal Għawdex tal-Għaqda Poeti Maltin offra li ssir quddiesa b'mod partikulari għall-poeti Għawdxin nhar is-Sibt 2 ta' Lulju 2016 fil-5.00pm fil-Knisja tasSorijiet Franġiskani, Triq Palma, ir-Rabat Għawdex. Huwa l-ħsieb li din issir darba fis-sena. Ta’ min ifakkar li fl-24 ta’ Ġunju 2004 kien ħalliena r-Rev. Mons. Amante Buontempo, anki huwa dak iż-żmien President tal-istess Għaqda. Agħtihom Mulej ilmistrieħ ta’ dejjem.

Il-President tal-Għaqda Poeti Maltin, Charles Magro.

Il-pubbliku li attenda għal-Lejla Letterarja f’Birkirkara.

3


l-aħbarijiet TNEDIJA TA’ 21 KTIEB ĠDID MILL-HORIZONS Nhar l-24 ta’ Ġunju 2016 fl-Arena ta’ Montekristo Estate, f’Ħal Farruġ, id-dar tal-pubblikazzjoni Horizons tellgħet lejla mużiko-letterarja fejn ġew imnedija 21 ktieb ġdid. It-tema għal-lejla kien jisimha “Għamilt Waħda Tinkiteb”. Waqt is-serata wieħed seta’ jsir jaf aħjar il-kittieba – stabbiliti u oħrajn emerġenti – u x-xogħlijiet tagħhom permezz ta’ siltiet minn intervisti li sarulhom u li ġew projettati fuq screens kbar. L-intervalli mużikali tħallew f’idejn il-Mro David Joseph Sammut. Is-serata ntemmet b’diskors qasir minn David Bezzina, General Manager tal-Horizons. Għas-serata ta’ tnedija attendew numru sabiħ ta’ nies u wara kien hemm ukoll riċeviment li matulu l-pubbliku seta’ jitkellem direttament mal-kittieba u jixtri l-kotba tagħhom. IMUT IL-KITTIEB ELIE WIESEL Nhar it-2 ta’ Lulju 2016 miet il-kittieb Elie Wiesel filbelt ta’ Manhattan, fl-Istati Uniti. Huwa kellu 87 sena. Huwa twieled f’Sighet (illum Sighetu Marmației), Maramureș, fil-muntanji tal-Karpazji firRumanija, fl-1928. Wiesel kien wieħed minn dawk li ħarġu ħajjin mill-kampijiet tal-konċentrament ta’ Auschwitz u Buchenwald u li kien xhieda tas-sitt miljun Lhudi maqtul matul it-Tieni Gwerra Dinjija. Wiesel, awtur ta’ għadd kbir ta’ kotba, ingħata lPremju Nobel għal-Letteratura fl-1986: permezz ta’ kitbietu huwa tkellem kontra t-tnessija u kontra lvjolenza. Fl-1960 ħarġet it-traduzzjoni Ingliża taxxogħol tiegħu Night: xogħol awtobijografiku fejn iddeskriva l-kruhat li hu ra b’għajnejh fil-kampijiet tal-isterminju.

Elie Wiesel.

in camp, which has turned my life into one long night, seven times cursed and seven times sealed. […] Never shall I forget that smoke. Never shall I forget the little faces of the children, whose bodies I saw turned into wreaths of smoke beneath a silent blue sky. Never shall I forget those flames which consumed my faith forever. Never shall I forget the nocturnal silence which deprived me, for all eternity, of the desire to live. Never shall I forget those moments which murdered my God and my soul and turned my dreams to dust. Never shall I forget these things, even if I am condemned to live as long as God himself. Never.” IS-70 EDIZZJONI TAL-PREMJU LETTERARJU STREGA FL-ITALJA Nhar it-8 ta’ Lulju 2016 seħħet is-serata finali talPremju Strega li jingħata għall-aħjar rumanz kull sena. Din is-sena dan il-premju letterarju ntrebaħ minn Edoardo Albinati, bir-rumanz tiegħu La scuola cattolica, ippubblikat mir-Rizzoli. Dan hu rumanz ta’ tifkira ta’ 1300 paġna li jdur madwar il-ġrajja traġika magħrufa bħala “delitto del Circeo” li kienet seħħet f’Ruma fid-29 ta’ Settembru tal-1975, imma jittratta wkoll elementi varji bħall-maskulinità, il-borgeżija u l-identità sesswali. Fit-tieni post ġie kklassifikat Eraldo Affinati, bir-rumanż L'uomo del futuro (Mondadori), fit-tielet, Vittorio Sermonti, awtur ta’ Se avessero (Garzanti), fir-raba’ r-rumanz Il cinghiale che uccise Liberty Valance ta’ Giordano Meacci (minimum fax), u fil-ħames post ir-rumanz La femmina nuda (ippubblikat minn La nave di Teseo) ta’ Elena Stancanelli.

Il-kittieb Edoardo Albinati, rebbieħ tal-Premju Strega 2016.

Kliem li jibqgħu jirbumbjaw f’moħħ il-qarrejja huma dawn: “Never shall I forget that night, the first night

4


l-aħbarijiet IMNEDIJA ŻEWĠ ĠABRIET POETIĊI F’GĦAWDEX Nhar is-Sibt 4 ta’ Ġunju 2016, Charles Bezzina flimkien mal-Għaqda Poeti Maltin nieda l-ġabra poetika tiegħu Mal-Ħmura tax-Xefaq. Din seħħet taħt il-patroċinju tal-Ministru għal Għawdex, l-Onor. Anton Refalo. Is-sit magħżul kien is-Sala tal-Wirjiet, tal-Ministeru għal Għawdex, fir-Rabat. Waqt l-istess serata Charles Bezzina nħatar Membru Onorarju talGħaqda Poeti Maltin. Nhar is-Sibt 9 ta' Lulju 2016, Dr Alfred Grech nieda ġabra oħra ta' poeziji bl-isem ta’ Erbatax-il Vers. Din il-lejla kienet parti mill-attivitajiet kulturali li saru ficCittadella, Victoria, Għawdex. Waqt dan l-avveniment kien hemm ukoll esibizzjoni ta’ xogħol minn George Mario Attard li interpreta viżwalment il-poeżija flimkien ma’ rappreżentazzjoni interattiva u awdjoviżiva animata b’kolaborazzjoni ma’ Amadeo Bezzina. L-inawgurazzjoni saret mill-Ministru ta’ Għawdex l-Onor. Anton Refalo. LAQGĦA ĠENERALI ANNWALI U RWOLI ĠODDA FI ĦDAN IL-KUMITAT TAL-GĦAQDA TAL-MALTI UNIVERSITÀ (2016-17) Nhar l-14 ta’ Lulju 2016 saret il-Laqgħa Ġenerali Annwali tal-Kumitat tal-Għaqda tal-Malti Università. Wara l-ewwel sena ta’ ħidma mill-Kumitat għas-snin 2015-2017, ingħata rendikont tal-laqgħat u talattivitajiet li saru . Għal din il-laqgħa attendew għadd ta’ membri li segwew il-qari tar-rapporti u approvawhom unanimament. Wara l-Laqgħa Ġenerali l-Kumitat iltaqa’ sabiex jiddiskuti l-irwoli tal -membri tiegħu u jara x’aġġustamenti jistgħu jsiru għas-sena li ġejja. Dawn huma l-irwoli l-ġodda talmembri tal-Kumitat: Leanne Ellul (President), Dorianne Bonello (Viċi President), Kit Azzopardi (Segretarju), Dorianne Bartolo (Teżoriera), Theresa Abdilla (Ass. Teżoriera), Dorothy Bezzina (URP), Beverly Agius (Ass. URP), Dr Bernard Micallef (Kap tad-Dipt. tal-Malti), u Alvin Vassallo (membru). LGħaqda tħeġġeġ lil dawk li għandhom għal qalbhom l-għanijiet u l-ħidmiet tagħha, speċjalment fost listudenti, sabiex jissieħbu fiha u jagħtu sehemhom. Sadanittant, l-Għaqda għadha għaddejja bid-diversi ħidmiet tagħha, fosthom fuq “Leħen il-Malti” (għadd 35), ir-rivista ewlenija tagħha; il-proġett TAĦŻIŻ4, li fih il-parteċipanti jkollhom iċ-ċans jitħarrġu b’mod

sħiħ fil-proċess tal-kitba kreattiva; kif ukoll linizjattiva Sinteżi, li twaqqfet bl-għan li r-riċerka ta’ studenti universitarji tkun aċċessibbli għall-pubbliku. Bħalissa qiegħda taħdem ukoll sabiex tfakkar lil Ġużè Bonnici, li flimkien ma’ Rużar Briffa waqqaf l-Għaqda fl-1931. 70 SENA MILL-MEWT TAL-KITTIEBA AMERIKANA GERTRUDE STEIN Nhar is-27 ta’ Lulju 2016 tfakkar is-70 anniversarju mill-mewt tal-kittieba, drammaturga u kollezzjonista tal-arti Amerikana Gertrude Stein. Hija twieldet flistat tal-Pennsylvania fit-3 ta’ Frar 1874 imma trabbiet f’Oakland, California. Fl-1903 marret Pariġi u baqgħet fi Franza għal ħajjitha kollha. Fil-belt kapitali hija laqqgħet fis-salott tagħha bosta personaġġi magħrufa fil-qasam tal-letteratura u talarti moderna, bħal Pablo Picasso, Ernest Hemingway, F. Scott Fitzgerald, Sinclair Lewis, Ezra Pound, u Henri Matisse. Influwenzat b’mod determinanti t-teatru sperimentali Amerikan u anki l-arti viżiva, minn Andy Warhol sa Glenn Ligon. Fost il-ħafna kotba ddedikati lilha din is-sena ħareġ flItalia Gertrude Stein. Identità e genere temi di una scrittrice magica (Luciana Tufani Editrice) miktub minn Anna Verna u Giulietta Rivera.

Gertrude Stein (1874-1946).

5


l-aħbarijiet TNEDIJA TA’ ĠABRA TA’ POEŻIJI TA’ JONATHAN BALZAN Nhar is-27 ta’ Lulju l-Għaqda Poeti Maltin tellgħet Lejla ta’ mużika u poeżija fir-Razzett tal-Markiż filMosta fejn matulha tnieda l-ktieb ta’ poeżiji Kilometri ta’ Jonathan Balzan. Omar Seguna, l-aġentPresident tal-Għ.P.M. għamel id-diskorsi tal-ftuħ u tal-għeluq, filwaqt li l-U.R.P. Miriam Ellul ippreżentat il-Lejla. Inqraw studji kritiċi ta’ Andrew Sciberras u Tarċisio Zarb, flimkien ma’ numru ta’ poeżiji millġabra msemmija. Patrick Sammut intervista lil Jonathan Balzan. L-intervalli mużikali kienu f’idejn Raymond Ellul.

Waqt mil-Lejla ta’ tnedija tal-ktieb ta’ Jonathan Balzan.

TNEDIJA TA’ ŻEWĠ KOTBA TAL-POEŻIJA FI NEW SOUTH WALES FL-AWSTRALJA Nhar is-27 ta’ Lulju 2016, fiċ-Ċentru Soċjali Malti La Valette, Blacktown, NSW, ġew imnedija żewġ ġabriet ta’ poeżija: l-ewwel waħda bl-isem ta’ Bejn Demgħa u Tbissima – Epigrammi ta’ Frank Zammit, u t-tieni waħda bl-isem ta’ Trifolju ta’ Lwien Antoloġija ta’ Poeżiji ta’ Mario Attard, Patrick Sammut u Frank Zammit. Il-lejla nfetħet b’diskors ta’ merħba mill-President taċ-Ċentru, Antoinette Caruana. Għal din il-lejla kien hemm attendenza ġmielha u emozzjonanti speċjalment min-naħa tatTabib Boffa u martu Lawra li tiġi bint Erin SerracinoInglott. Ħadu sehem ukoll żewġ żgħażagħ mill-iskola tal-Malti, Carol Moreno u Shannon Said, flimkien ma’ Ivan Cauchi, Marisa Privitera, l-għannej Joe Spiteri u l-kitarristi Ronnie Borg u Victor Mifsud. Ilpoeta Frank Zammit spjega sewwa min huma Mario Attard u Patrick Sammut, il-ko-awturi (inkluż Zammit) ta’ Trifolju ta’ Lwien. Jgħinu matul is-serata kien hemm ukoll Godfrey Sultana u Vincent Simiana. L-avveniment intogħġob ħafna u dawk preżenti wrew ix-xewqa li jsiru aktar laqgħat simili.

Frank Zammit jaqra d-diskors tiegħu fi NSW.

20 SENA MILL-PUBBLIKAZZJONI TAS-SENSIELA A GAME OF THRONES Fis-6 ta’ Awwissu 1996, id-dar tal-pubblikazzjoni HarperCollins ippubblikat ktieb li kien maħsub li jbigħ mal-5000 kopja hardback u mhux iktar minn 50 elf kopja paperback. Dan kien A Game of Thrones ta’ George RR Martin, li f’moħħu oriġinarjament kellu triloġija. Għoxrin sena wara Martin biegħ iktar minn 70 miljun kopja tas-sensiela ta’ rumanzi A Song of Ice and Fire fid-dinja kollha, u estenda l-istorja oriġinali tiegħu għal seba’ volumi, għalkemm s’issa ppubblika biss l-ewwel ħamsa. Martin bħalissa qed jaħdem fuq is-sitt volum, The Winds of Winter. Din is-serje ħadet spinta enormi ’l quddiem meta David Benioff u D.B. Weiss adattawha għat-televiżjoni. Lewwel episodju tas-serje li llum laħqet is-sitt staġun intwera mill-HBO fl-Istati Uniti f’April tal-2011. Ta’ min ifakkar ukoll li partijiet mill-ewwel staġun ġew iffilmjati proprju hawn Malta stess. FESTIVAL MEDITERRANJU TAL-LETTERATURA TA’ MALTA Bejn il-25 u s-27 ta’ Awwissu fil-Forti Sant’Iermu filBelt Valletta ttella’ l-Festival Mediterranju talLetteratura ta’ Malta 2016. Fost il-kittieba barranin mistedin għal din is-sena kien hemm il-poetessa Franċiża, Taljana u Arġentina, Samantha Barendson; il-poetessa u direttriċi tal-films Iranjana, Roja Chamankar; il-kittieb minn Santiago de Cuba, Rodolfo Häsler; il-kittieb Lebaniż Elias Khoury; ilkittieb Ciwanmerd Kulek li twieled fir-reġjun Kurd tat-Turkija; Abderrahim Sail, minn Safi, belt Marokkina; u l-poeta u fotografu minn Singapore, Marc Nair. Flimkien ma’ dawn kienu mistednin kittieba Maltin bħal Joe P. Galea, Daniel Massa, Rita Saliba, Mark Vella u Abigail Ardelle Zammit.

6


reazzjonijiet Email mingħand Victor Vella, it-22 ta’ Diċembru 2015 VOJT Kemm ilni maqtugħ minn Malta, ma stajtx ma narax u ma ninnotax li certi affarijiet isiru aħjar jew agħar u nqabbel ma’ ‘hawn’ u ma’ 'hemm’. Waħda minn dawn id-differenzi hi kif l-intelletwali u l-akkademici jinvolvu ruħhom fil-ħajja tal-pajjiż. Kif joħorgu mill‘katedra’ jew mit-torri tal-ivorju tagħhom u ‘jindaħlu biex jiċċaraw, jispjegaw, insomma jitfgħu ftit dawl fuq l-istorja, jew ukoll fuq il-preżent... dak li hu għaddej fil-pajjiż. Mhix kitba li tinkiteb biex tidher il-pinna ta’ min jużaha imma iżjed biex isserraħ u tgħallem u tispjega dak li ġara jew dak li qiegħed jiġri…. mingħajr emfasi fuq il-kulur politiku /ideoloġija ta’ dak jew dik li tkun tikteb jew dik li tkun moda. Kull pajjiż għandu tiegħu: hawn l-Awstralja biex nagħti eżempju għandna il-kwistjoni tal-aboriġini... kif ġew ittrattati fil-passat u kif inhuma ttrattati issa. Għandna wkoll il-kwistjoni ta’ kif u għaliex l-Awstralja daħlet fl-ewwel gwerra. Fi Spanja għadha sejra ttfittxija għar-risposta għal dak li ġara fir-rivoluzzjoni tat-tletinijiet. Kwistjonijiet bħal dawn huma parti mill-istorja ta’ kull pajjiż. Biss billi huma kontroversjali hemm ħafna xi tgħid fuqhom. Kwistjonijiet bhal dawn jidħlu u jaffettwaw il-mentalità, is-sajki tal-individwi, tajjeb u

ħazin u għalhekk donnu kulħadd jgħawwar ġo fihom biex isib il-‘kif u x’fatta’ ta’ dak li ġara u wkoll kif għandhom x’jaqsmu mal-preżent. Dawn il-ġrajjiet storici jafu jaqsmu pajjiż żghir jew kbir iżjed u iżjed jekk jibqghu moħbija u mistura. Mhix kwistjoni li taqla’ skeletri antiki: iżjed li forsi titfa’ dawl ġdid biex tiċċara dak li ġara u għaliex ġara…. basta d-dawl ma jiġix minn naħa partiġjana waħda! F’Malta daż-żmien hemm nies intellettwali biżżejjed jew kapaċi biżżejjed li jafu s-suġġetti tagħhom, jafu jagħmlu r-riċerka u jafu wkoll ineħħu l-maskri politiċi u jitkellmu/jiktbu fuq suġġetti bħal dawn li Malta għandha u kellha minnhom ukoll. Fuq ix-xefaq malajr ifiġġu l-kwistjonijiet politiċi/reliġużi tat-tletinijiet u dik tal-ħamsinijiet/sittinijiet, il-kwistjoni tal-kolonjaliżmu, l-effett tal-għaqdiet tal-ħaddiema fuq il-ħajja Maltija…. Hemm ukoll dik li l-kitba/letteratura Maltija hix tilħaq udjenza ġmielha jew le, u wkoll…. innuqqas ta’ kritika fonda f’Malta... Dawn huma ftit li ġew mal-leħħa tal-berqa! Hemm ħafna oħrajn, suġġetti li wieħed jista’ jesplora mingħajr ma jkun dommatiku imma li bħal speċi ‘jiftaħ il-kotba’ u jibda diskussjoni, diskussjoni serja, diskussjoni li għalkemm hi fuq livell intellettwali tista’ fl-istess ħin tasal ftit iżjed ’l isfel biex tiftiehem mill-poplu in ġenerali. Sfortunatament il-gazzetti popolari Maltin bil-Malti huma tal-partiti jew taħt l-umbrella tal-partiti jew tal-Knisja. Vojt bħal dan jista’ jintela b’magazine/ perjodiku li joħrog darbtejn, tlieta fis-sena miktub min-nies ta’ ċerta kapaċità u esperjenza u bi stil sempliċi li jittrattaw suġġetti bħal dawk li semmejt. Nissogra nżid li biex ikun iżjed newtrali u ħadd ma jibża’ jgħid li jaħseb li hi l-verità, il-kittieba ma jurux isimhom. Xi ħaga bħal din fil-każ ta’ Malta tista’ ssir biss mill-Università ta’ Malta b’xi għajnuna finanzjarja minn gvern kuraġġuż li mhux bilfors se jħoss li se jiggwadanja poter jew voti minnha. Waħda mill-problemi tal-intellettwali u 'dawk li jafu’ hi li jinqatgħu mis-soċjetà sew jekk ikunu għadhom jaħdmu fil-kenn tal-Università, sew jekk u meta jirtiraw. Malta għandha bżonn ta’ nies li jimlew dan il-vojt u li jaqsmu dak li jafu. Nista’ nżid li tgħallmu u laħqu minn fuq dahar il-pajjiż. Allura l-pajjiż jistenna ħafna mingħandhom... sew ma’ dawk li marru lUniversità kif ukoll ma’ dawk li lanqas jafu fejn hi. Victor V. Vella Sydney, Australia.

7


reazzjonijiet Email mingħand Charlie Micallef, l-10 ta’ Jannar 2016

Email mingħand Michael Zammit, it-2 ta’ Ġunju 2016

Għażiż Patrick,

Minn qalbi nirringrazzjak. Għadni ma bdejtx inqalleb fih, iżda ż-żewġ ħarġiet li rċevejt qabel niżluli għasel. Nifraħlek ta' din l-biċċa xogħol hekk tajba; tassew maħduma bil-qalb.

Nixtieq nesprimi l-apprezzament tiegħi għal IL-PONT. Jiena nsibu intruttiv, interessanti u attraenti ħafna filpreżentazzjoni. IL-PONT fih livell għoli ħafna, prosit tassew; tant nieħu pjaċir bit-tagħrif fuq il-letteratura Maltija li se ngħidlek li int "MAGISTER MEUS DILECTUS". Jiena għalhekk nawguralek minn qalbi aktar ħidma fejjieda f'dawn is-snin li ġejjin. Jiena nirringrazzjak ħafna. Insellimlek. Charlie MICALLEF, Sydney Australia.

Saħħiet. Kuraġġ. Email mingħand Rigu Bovingdon, it-2 ta’ Ġunju 2016 Grazzi mill-qalb Patrick ta’ IL-PONT u mill-ġdid 'Prosit' tal-kontenut aġġornat. Insellimlek. Rigu

Email mingħand Mario Griscti, it-2 ta’ Ġunju 2016 Għażiż Patrick, Niżżik ħajr ta’ IL-PONT (Ġunju 2016). Bla ma nidwi kliemi ta’ qabel, irrid ngħidlek li bqajt iżżomm l-istess dinjità għolja li bdejt din ir-rivista letterarja biha u ta’ dan nifraħlek u niżżik ħajr mill-ġdid. Niżżik ħajr ukoll tal-kitbiet li xandartli. IL-PONT filfehma tiegħi, diġà sar istituzzjoni letterarja. Nixtieqlu ħajja dejjiema għax qed jagħmel ġid bla tarf, u bla qies, lil Ilsienna. B’imħabba, Mario

E-Mail mingħand il-Prof. Oliver Friggieri, it-2 ta’ Ġunju 2016 Għażiż Patrick, Prosit mill-ġdid għall-ħarġa ġdida ta' IL-PONT. Nawguralek mill-ġdid, nifraħlek u nħeġġek biex tissokta. F'din il-fażi post-letterarja li ninsabu fiha, ħidmiet bħal dawn jissoktaw jiswew biex juru li l-kelma stampata bilmod 'letterarju' (i.e. bi skop ta' utilità u ħlewwa) għad hawn skop u domanda għaliha, minkejja li t-teknoloġija qiegħda twiegħed li tirrevedi kollox... Prosit tassew u grazzi ħafna. Insellimlek. Oliver Email mingħand Charles Casha, it-2 ta’ Ġunju 2016 Grazzi Patrick u nifraħlek tax-xogħol siewi li qed tagħmel b'dan il-magażin onlajn. Charles Email mingħand Joseph Psaila, it-2 ta’ Ġunju 2016 Għażiż Patrick, Proset ta’ IL-PONT - Ġunju 2016 u radd il-ħajr għasservizz mill-qalb li qiegħed tagħti lil-letteratura Maltija. Saħħa u sliem, Joe

8


ktieb mill-qrib

Manuel Casha Tmien snin wara, meta għalaqt 18 il-sena, ħallejt Malta u emigrajt lejn l-Awstralja fl-Lulju tal-1963 wara li spiċċajt l-iskola sekondarja. Billi il-mużika dejjem iddominat il-ħsibijiet tiegħi, u bħala teenager il-mużika Rock kienet għaddejja minn taqlib kbir, bħala mużiċista żagħżugħ fl-Awstralja kien hemm opportunitajjiet kbar li nfteħu għalija fi mużika Rock. Dan l-involviment ma ppermettilix li nħares lejn din il-Mużika Tradizzjonali Maltija tal-Għana u l-Prejjem li saħħritni sa minn tfuliti, speċjalment il-kitarri. Infatti kellhom jgħaddu numru ta’ snin u wara li spiċċajt il-karriera fil-mużika popolari f’Melbourne fejn bdejt inħares lejn din il-mużika Tradizzjonali Maltija. Fl-1985 kont irtirajt mill-mużika popolari u kien wasal iż-żmien li nibda r-riċerka tiegħi fuq l-Għana Malti u l-Prejjem Maltin. Kien żmien ukoll meta kien beda l-ewwel xandir bil-Malti fuq l-Ethnic radio flAwstralja. Kienu l-ewwel programmi bil-Malti li ġabuni f’kuntatt mal-komunità tal-Għana f’Melbourne, komunità li kienet numeruża u soda, għalkemm moħbija fil-privazija tad-djar talGħannejja u l-kitarristi u d-dilettanti.

Maltese Traditional Music of Għana and Prejjem, ta’ Manuel Casha, 2016. Dan il-ktieb ta’ riċerka ġdid ta’ Manuel Casha, Maltese Traditional Music of Għana and Prejjem, tnieda fil-Klabb Għannejja Maltin Inc. f’St Albans, flAwstralja, nhar is-26 ta’ Ġunju 2016, matul iċċelebrazzjonijiet tal-Imnarja tal-klabb. Jikteb Manuel Casha stess. Daħla Meta kelli xi għaxar snin, kont smajt noti tal-kitarra li saħħruni fuq xandira tar-Rediffusion. Missieri kien fissrli li dawk in-noti jissejħu "Prejjem". Niftakarni nistaqsi lil missieri min kien qed idoqq il-kitarra b'dak il-mod. Missieri qalli li d-daqqaq kien Indri Brincat, magħruf bħala Indri “il-Pupa”. Tant kont isaħħart b'daqq il-ħoss tal-kitarra li niftakarni nistenna fejn il-kaxxa tar-Rediffusion fl-aħħar tal– ġimgħa biex nisma’ dan id-daqq. Kellhom jgħaddu aktar minn erbgħin sena sa ma ltqajt ma’ dan l-idolu personali tiegħi.

Darba li bdejt nippreżenta l-ewwel programmi talGħana Malti fuq l-istazzjon Etniku 3EA, kont iltqajt mal-aħjar għannejja u kitarristi li kienu jgħixu fil-belt ta’ Melbourne. Dawn bdew isegwu l-mużika tagħhom imxandra tal-Għana u l-Prejjem Maltin imxandra għall-ewwel darba f’pajjiż imbiegħed. Ilprogramm li kont nippreżenta - Ir-Rokna tal-Għana Malti - dan jixxandar għal fuq għoxrin sena, li kellhom ilaqqgħuni mal-aqwa għannejja u kitarristi fl-Awstralja u aktar ’il quddiem f’Malta. Darba rriċerka ħaditni Malta biex inkompli nfittex il-prattiċi, is-sistemi, l-użanzi, l-etika u s-sistema tas-socjetà talgħana, li sa ċertu punt dejjem kienet meqjusa b'ċertu preġudizzju u stigma. Dwar il-ktieb Il-Ktieb jiġbor fih dak li skoprejt fuq il-mezzi u lużanzi u s-sistemi tal-għannejja u l-kitarristi, kif ukoll l-udjenzi u d-dilettanti. Fir-riċerka tiegħi sibt li din il-mużika li soffriet ċertu stigma matul iż-żmien ġewwa Malta, fl-Awstralja

9


l-intervista kienet parti mit-taħlita ta’ kulturi li emigraw lejn dan il-kontinent. Għalkemm il-parti kbira tal-Maltin li jgħixu flAwstralja m'humiex dilettanti ta’ din il-mużika u infatti għadha ssofri ċertu stigma hawn ukoll, dejjem sibt li s-sistemi u l-użanzi ta’ din is-socjetà moħbija u privata jafaxxinawni bħalma dejjm kont affaxxinat bil-mużika Blues, Flamenco, ir-Rembatika u l-Fado. Ħaġ'oħra li affaxxinatni bħala mużiċista huma ssistemi li jeżistu f'din il-komunità moħbija. Ilpassaġġi mdaqqa fil-Prejjem; l-ikkurdar tal-kitarri li hija sistema unika, u fuq kollox l-etika li teżisiti bejniethom li x'aktarx hija waħda primittiva u tradizzjonali għan-nazzjon Malti, meta Malta kienet aktar rurali u primittiva. Fl-Għana u l-etika li l-għannejja jużaw bejniethom, waqt l-Għana jew inkella l-użu tal-lingwa Maltija fejn fl-Għana hija pura u hemm moħbi lingwaġġ li għandu jkun hemm studju speċjali fuqu minn akkademicċ li għadhom ma rriċerkawx biżżejjed din in-naħa tal-lingwa Maltija. Inħossni onorat li l-biċċa l-kbira tal-karratri u personaġġi li ktibt fuqhom f’dan il-ktieb kelli x-xorti niltaqa’ magħhom u nintervistahom. Numru ta' intervisti illum jinstabu miġbura fl-arkivji tal-Librerija Nazzjonali Awstraljana, The National Library of Australia, f’Canberra. Fil-ktieb ippruvajt nirrispondi mistoqsijiet ta' studenti li kienu qed jagħmlu teżi fuq is-suġġett u talbu l-għajnuna tiegħi. Nispera li kont ta’ għajnuna għalihom biex setgħu jilħqu l-għan tagħhom fit-teżi li għamlu għal degrees u Phd f'certi każi. Nagħmilha ċara li dan il-ktieb huwa bbażat fuq lesperjenzi ta’ mużiċista li rriċerka l-Għana u LPrejjem Maltin min-naħa mużikali u soċjali. Imma fuq kollox, billi kull forma ta’ arti, partikolarment il-mużika, tinbidel u tiżviluppa matul is-snin, il-ktieb jirrifletti perjodu minn wara t-Tieni Gwerra Dinjija sal-millennju.

kont... F’DELL IL-PRINJOLA Rajt it-tfal jimxu qabel kibru u mxew ’il quddiem, lesti għal mawrien ifittxu destinhom, meta l-imgħoddi kien għadu l-futur. Rajt l-għasafar jibnu l-bejta u jinsġu l-bizzilla ta’ djarhom taz-zkuk u wara jsofru t-telfa t’uliedhom meqruda quddiemhom waqt li huma iddefendew bla tama, kontra għadu qawwi u bla qalb... Staħbejt mit-toqol ta’ ħajja mgħobbija... mimlija... mifnija... minn tagħbija u kefrija ta’ qlugħ l-għajxien. Smajt l-eku tal-kordi minuri jgħiduha kif inhi mingħajr ma joffru triq oħra u jien ħaddant kull telgħa, u kull tagħbija u kull toqol għax kont naf li żmieni għad ma wasalx. Imm’issa wara snin inħares lejn is-sħab, illum l-ispirtu għejja jfittex id-dell tal-prinjola u jħoss ix-xewqa tas-serħan dejjem tikber fih li jgħix fid-dell tas-siġra taċ-ċipress. Għall-eternità. MANUEL CASHA

MANUEL CASHA Lulju 2016

10


il-ktieb u l-intervista

Jonathan Balzan

Liema huwa l-ħin li matulu tikteb il-versi tiegħek? Meta nkun waħdi fil-kwiet infatti nfittex il-mumenti solitarji, ġieli f'nofs ta' lejl u meta nkun għaddej minn mumenti ebsin f'ħajti jew meta taffettwani xi aħbar xokkanti. Kif jintrabtu l-idea tal-poeta ma’ dik tal-maratoneta fil-ġabra poetika KM? It-titlu kien ispirat mill-isport favorit u li fih ksibt suċċess. Ridt ngħaqqad dawn iż-żewġ karatteristiċi li jagħmluni jien min jien, differenti minn ħaddiehor u jsawru l-identità tiegħi. Kull min jafni bla ma qgħadt nikteb bijografija, jassoċja l-kilometri mal-atletika, però huma wkoll il-kilometri li qed interrqu f'ħajjitna, bis-sabiħ u l-ikrah tagħhom, li ma nafux meta ħa jieqfu, kultant fejn ħa johduna. Huma lkilometri - tema li tidher anki fl-ewwel ktieb tiegħi Irdieden - li terraqt fiż-żjarat tiegħi barra minn Malta u dak li ltqajt miegħu u ispirani. Huma ħsibijiet li ġewni bħala atleta waqt li kont qed niġri l-kilometri fit-taħriġ tiegħi u esprimejthom fil-kitba. Tħoss li hemm żviluppi tematiċi jew stilistiċi minn Irdieden, l-ewwel ġabra poetika tiegħek, sa Kilometri? Liema?

Kilometri ta’ Jonathan Balzan, finanzjarja mill-APS Bank, 2016.

b’għajnuna

Din hija t-tieni ġabra ta’ poeżiji ta’ Jonathan Balzan: tiġbor fiha poeżiji li kiteb bejn l-2013 u l2015. L-ewwel ġabra poetika tiegħu kienet Irdieden li ħarġet fl-2013. Jonathan Balzan twieled is-Siġġiewi fl-1972 u llum joqgħod Ħal Safi. Huwa miżżewweġ u missier żewġ ulied. Ħa l-edukazzjoni tiegħu ġewwa s-Seminarju u l-Università ta’ Malta fejn kiseb Diploma in Youth Studies u jaħdem f’bank lokali. Huwa wkoll atleta prominenti u rebbieħ ta’ unuri għal diversi snin konsekuttivi filmaratona ta’ Malta, titli nazzjonali u kiseb riżultati ta’ prestiġju barra minn Malta. Hu membru talGħaqda Poeti Maltin u jieħu sehem fi produzzjonijiet lokali ta’ drama fuq it-televiżjoni u f’diversi pageants u reenactments medjevali. Passatempi oħrajn huma l-ivvjaġġar, il-futbol, ilkannottaġġ u l-bini ta’ presepji.

It-temi baqgħu l-istess, esperjenzi li ġarrabt jew iltqajt magħhom fosthom fis-soċjetà ta' madwari, filfamilja, fid-dinja mondana, fil-vjaġġi tiegħi, relazzjoni m'Alla, l-imħabba, nies ċelebri, l-ambjent, u l-ġlieda kontra l-kurrenti, kontra l-inġustizzja. Però l-lingwaġġ sar iktar provokanti, jikxef ilveritajiet, ’il bogħod mil-linji tradizzjonali u aktar modern, iqanqal iktar punti għar-riflessjoni, kultant bla punteġġjatura; il-kilometri li għadhom għaddejjin u ma tafx meta ħa jispiċċaw jew jieqfu. Jitħaddem b'mod iktar versatili l-vers ħieles b'ritmu iktar mużikali b'għadd ta' similitudnijiet. Il-vjaġġ u l-aħbarijiet kurrenti, żewġ temi importanti fil-versi tiegħek. Xi tgħid dwar dan? Il-metafora tal-vjaġġ li qed ngħixu f'ħajjitna hija kontinwa f’din il-ġabra. L-aħbarijiet kurrenti ħafna drabi qed joħloqu l-frammentazzjoni tas-soċjetà lil hinn mill-kriżi tal-jien, l-aljenazzjoni qed tkompli

11


il-ktieb u l-intervista tikber, u d-dinja globali li qed tkompli tiċkien qed tkompli toħrog fid-diher il-fraġilitajiet tagħha tul ilvjaġġ ta' ħajjitna. In-nuqqas ta' punteġġjatura juri lħajja mgħaġġla li mhux qed ittina ċans naħsbu u nirriflettu dwar l-implikazzjoni ta' dak li ngħidu jew nagħmlu u allura l-konsegwenzi. Diġà minn età żgħira tat-tfulija qed tintilef l-innoċenza u t-tfittxija għall-identità riflessa fil-poeżiji lil binti li fil-vjaġġ tagħha ma tinbelax minn did-dinja qarrieqa, u tattifel refuġjat li jibqa’ joħlom. Kif għenitek l-Għaqda Poeti Maltin fi-mixja poetika tiegħek? Sodisfazzjonijiet u delużjonijiet marbutin mal-kitba tal-poeżija. Sodisjazzjon li sibt għajnuna mill-membri fl-għażla u fis-sintesi, u li qed issir din it-tnedija. Sodisfazzjon li fi spazju qasir diġà wasalt għat-tieni ġabra tiegħi, wara li l-l ewwel waħda kienet anki ġiet shortlisted għall-aħjar ktieb ta' poeżija; sodisfazzjon li l-poeżija dejjem sibtha ta' wens fis-solitudni u lmumenti tiegħi, li l-versi tiegħi qed jintogħġbu u nagħti kontribut fuq rivisti u antoloġiji. Sodisfazzjon għal din il-pubblikazzjoni li kienet possibbli bl-għajnuna finanzjarja tal-APS li wrew fiduċja u potenzjal f'kitbieti. Sodisfazzjon li rnexxieli qabel ħalliena ngħaddi kopja lill-mibki President Charles Magro. Sodisfazzjon li fl-għażla ta' żewġ poeżiji ferraħt u tajt tama li xi qraba u lil uliedi ħallejtilhom żewġ kotba tiegħi. Delużjoni: Tibqa’ n-nuqqas ta’ apprezzament lejn il-poeżija Maltija, ktieb li minkejja li jiswa ftit ewro ma jinxtarax, li ma tiġix rikonoxxuta minn kulħadd. Bħal kull ħaġa oħra f'Malta mdawrin bil-klikek, li l-poeżija ma tingħatax l-importanza u l-ġieħ li ħaqqha fuq pedestall. FILGĦODU LEJN IX-XOGĦOL Serbut ta’ karozzi mexjin wara xulxin donnhom purċissjoni tal-Ġimgħa l-Kbira u kulħadd ipaqpaq il-ħorn għax fil-ħin irid jasal ix-xogħol u meta Alla jħobbok u tasal fid-destinazzjoni nofsiegħa trid tagħmel iddur dawra durella biex issib xi tip ta’ parkeġġ u jasal l-aħħar tax-xahar

kont...

u xħin tħares lejn il-payslip tintebaħ li naqqsulek sittin ewro ta’ kemm-il darba wasalt tard u taħlef u terġa’ taħlef li fl-elezzjoni li jmiss ma tivvotax u dan ma jseħħ qatt u qatt. EIFFEL (Lil Alexandre Gustave Eiffel) L-inqas ħaġa li jinnutaw l-eluf kuljum aljenati fil-kju il-bust imdaqqas tiegħek f’kantuniera taħt waħda mill-erba’ pedestalli jixgħel u jitfi b’sinkronija. U repliki mifruxa fuq twapet ikkuluriti għall-bejgħ minn idejn Marokkini.

(minn Kilometri, 2016) RITRATT TAĊ-ĊITTADELLA

Ħdejn il-kattidral turisti jonfħu telgħin it-taraġ tal-belt li theżhet b’terrimot. Illum in-nies ma jimpurtahomx wisq... qed jilagħqu l-ġelati f’temp sħun u medhija jiġbdu r-ritratti waqt li l-gwida tisforza biex tiftakar li tgħallmet bl-amment. Titħabatx ħafna. Mhux kulħadd interessat jitgħallem fuq twemmin u storja quddiem dal-wirt majestuż. Kulħadd irid ilebbet lejn is-suq. Saqsi x’jiftakru fi tmiem il-vaganza isemmulek il-kanuni f’tarf iz-zuntier suwed faħma, rikordju tal-morr tal-ħajja... u l-kappell tat-tibna li rkantaw bl-irħis mill-monti imwebbla li jibqa’ għal għomorhom... bħal ritratt li tieħdu llum u terfgħu f’kexxun it-tifkiriet jostor episodju ieħor f’ħajtek. (minn Irdieden, 2013)

12


tislima lil poeta

Charles Magro

ftit inkwetat dwar il-qagħda ta’ saħħtu imma ma riedx jonqos lil dan sieħbu tal-Għaqda tal-Poeti Maltin. ‘Leħen is-Sewwa’ tilef issa wieħed millpilastri tiegħu u l-Għaqda Poeti Maltin tilfet lillPresident ħabrieki tagħha li tant kellu għal qalbu lIlsien u l-Letteratura Maltija. Sħabu tal-Malta Union of Teachers ukoll se jħossu l-vojt tiegħu, imma jiena ċert li Charles issa mar igawdi lil Dak li dejjem iddefenda bil-miftuħ u bla problemi għax qatt ma beża’ jistqarru fil-beraħ. Insellem lil martu Monica u nwegħidha t-talb tiegħi biex ilMulej fis idaħħlu fit-tgawdija eterna! KAV JOE M ATTARD Victoria Għawdex 28-06-2016 CHARLES MAGRO (1943 – 2016) E-mail mingħand il-Kav. Joe M Attard, it-28 ta’ Gunju 2016

Tislima lil Charles Magro

Dil-berqa li leħħet fuqna... aħbar li qatt ma stennejt. Dlonk jinħass il-baħħ jitkellem għal versi sbieħ li ħallejt.

Sur Editur Iddispjaċieni ferm u ħasadni mhux ftit meta ftit jiem ilu ċempilli s-Segretarju Ġenerali tal-MUT u għarrafni bil-mewt tal-ex għalliem, kittieb, trejdjunjonista u raġel tal-familja Charles Magro li kien ħabib tiegħi u kont ilni nafu s-snin u ħdimna ħafna flimkien kemm damet toħroġ ir-rivista għalliskejjel Sagħtar. Kien ġentlom li kont nammira ħafna u kont nitgħaxxaq naqra l-kontribuzzjoni regulari tiegħu fuq il-ġurnal tal-Knisja ‘Leħen isSewwa’ fejn jien ukoll inħobb insemma leħni. Xejn ma kien ixekklu milli jitkellem ċar u tond u b’mod kostanti l-prinċipji nsara li kien iħaddan. Charles kien personalità f’saħħitha, edukat u tieħu gost titkellem miegħu. Twieled f’Birżebbuġa fis-26 ta’ Settembru 1943 u wara ftit il-familja tiegħu marret toqgħod Bormla u iktar tard l-Isla sakemm iżżewweġ lil Monica minn Ħal Tarxien. Kellimtu propju ftit jiem ilu fis-sala tal-Ministeru għal Għawdex meta kien ġie għall-preżentazzjoni talaħħar ktieb tal-poeżiji tal-Poeta Għawdxi Charles Bezzina. Ħadna gost ħafna b’xulxin u kien jidher

Ħaddart tul is-sena kollha bħas-siġra ttuq tal-Ballut. Mit-trab tal-ward fis niddakkru... kiebja l-għanja tal-betbut! RAYMOND GRECH 24 ta’ Ġunju 2016.

TISLIMA LIL ĦABIBI CHARLES MAGRO PRESIDENT TAL-GĦAQDA POETI MALTIN Il-kumpass dar dawra tond u ngħalqu ġewwa ċ-ċirku kwadri mżewqin bi lwien li jsaħħru li f'moħħi u f'qalbi stampaw ċar xbihat ta' ħidma bla serħan b'risq l-għarfien f'dil-ġżira ħelwa ta' ġmiel il-poeżija Maltija. JOHN MALLIA (24-06-2016)

13


tislima lil poeta POEŻIJA DDEDIKATA LIL CHARLES MAGRO (1943 - 2016) PRESIDENT TAL-GĦAQDA POETI MALTIN LI MIET FL-24 TA’ ĠUNJU 2016. Issa qsamt il-pont issa qsamt il-pont u mort fuq in-naħa l-oħra. Issa qiegħed fuq in-naħa li ħdimt għaliha fuq in-naħa li ppridkajt b’konvinzjoni fuq in-naħa li xandart b’mod poetiku. Ħajtek kienet mill-bidu sat-tmiem mixja lejn din id-direzzjoni: id-direzzjoni li twasslek fi ħdan il-Mulej. Għalliem u kittieb trejdunjonista u raġel tal-familja li lilha tajt rispett u lilek irrispettat; membru f’diversi kumitati attiv u dinamiku u f’kull rwol kont edukatur u poeta u dawn iż-żewġ missjonijiet qdejthom b’imħabba u entużjażmu. Hekk niftakrek – tħossu dmir tiegħek li titkellem, li tgħallem, li tispjega u jekk hemm bżonn iċċanfar, bħalma jagħmel poeta rispettabbli u fil-baħar imqalleb tat-tmermir tal-prinċipji ma xekklek xejn milli titkellem ċar u sod u b’mod kostanti il-prinċipji nsara li għaddewlek li għożżejt u li anki envanġelizzajt permezz talpoeżija tiegħek. Mill-iżgħar neputi tiegħek sal-ixjeħ wieħed minna aħna lkoll xhieda ta’ personalità b’saħħitha u preżenza li n-nuqqas tagħha se jibqa’ jinħass qatigħ. Għix issa t-tgawdija tat-twemmin li ggwidak f’kull ma għamilt. Bit-tifkiriet tagħna u bil-kitbiet tiegħek se tibqa’ tkun għalina edukatur, poeta trejdunjonista, attiv u dinamiku, raġel tal-familja u fuq kollox uman li ta kontribut biex aħna, in-nies ta’ madwaru, nagħmlu differenza netta bejn dak li hu fieragħ

kont...

u dak li hu essenzjali, bejn dak li jqarribna lejn is-sewwa u dak li jbegħedna. Strieħ għażiż Charles il-missjoni tiegħek qdejtha tajjeb tassew. EMMANUEL ATTARD-CASSAR OLOCAUSTO M’angoscio quando penso alla gente troncata come fosse erbaccia in un sentiero di campagna, con tanta viltà. Mi rabbrividisce il ricordo di tanti uomini, donne e bambini denudati anche dalla dignità. La cacofonia del mondo d’oggi non riesce a far dimenticare le grida offuscate degli scheletri ch’ancor oggi chiedono giustizia. E non è servito a niente: l’uomo schiaccia ancora il suo simile con tanta crudeltà. Il mondo sta crollando: manca di solidarietà. Molto lontano è l’uomo dalla bramata libertà. CHARLES MAGRO

14


il-ktieb u l-intervista

Alfred Palma

D.H. Lawrence: Il-Maħbub ta’ Lady Chatterely; David James: Sherlock Holmes u l-Qanpiena ta’ Nofsillejl (Ġabra ta’ Stejjer); Doris Vella Camilleri: Sfajt Waħdi (The One That Stayed Behind), awtobijografija; Patrick Sammut: Uneasy Rituals; Charles Bezzina: When the Siren Wailed; Lina Brockdorff: Serenades Amidst the Sirens; Anton Sammut: Memories of Recurrent Echoes. 1.

Il-maħbub ta’ Lady Chatterley ta’ D.H. Lawrence, maqlub għall-Malti minn Alfred Palma, Horizons, 2016. Tajjeb li wieħed jibda billi jgħid li matul is-snin Alfred Palma ħadem fuq numru kbir ta’ traduzzjonijiet. Hawn hija l-lista tat-traduzzjonijiet ippubblikati: Dante: Id-Divina Commedia (3 volumi); Shakespeare: Il-Kummiedja tal-Iżbalji, L-imqarba Immansata, Ġulju Ċesri, Ir-Re Lear, Ħolma ta’ Lejla f’Nofs is-Sajf, Hamlet, It-Tempesta, Il-Merkant ta’ Venezja, It-Tnax-il Lejl, Romeo u Ġuljetta, Hekk kif Jogħġbok, Macbeth u Is-Sunetti; Oscar Wilde: Salomé, Ir-Ritratt ta’ Dorian Gray, Raġel Miżżewweġ Ideali, L-Imrewħa ta’ Lady Windermere, L-Aqwa li tkun Tabilħaqq Ernest, Mara xejn Importanti, De Profundis, Il-Ħrejjef; Voltaire: Candide; Ewripide: id-dramm Hekuba, li deher fit-Teatru Grieg f’Ta’ Qali u se jerġa’ jittella’ fit-Teatru Manoel f’Novembru li ġej;

Minn meta u minn fejn bdiet din il-ġibda tiegħek lejn l-arti tat-traduzzjoni?

It-traduzzjoni, kif taf, hija Arti u, bħal kull Arti oħra titwieled ma’ dak li jkun. Sa mill-jiem tal-iskola Primarja, il-gost tiegħi kien ikun li naqleb xi silta żgħira letterarja mill-Ingliż għall-Malti. FisSekondarja mbagħad inftħat kemm għal-lingwa Ngliża kif ukoll għal dik Taljana u Franċiża. Mal-lingwi ġew l-awturi l-kbar li saħħruni, bħal Dante, Shakespeare u kittieba u poeti oħra kbar. L-imħabba tiegħi, kemm lejhom u kemm lejn il-letteratura u llingwi, żiedet tkebbes fija l-gost tat-traduzzjoni, li għalija kien sa minn dejjem mod naturali ta’ espressjoni u li dejjem tani sodisfazzjon. Imbagħad, aktar ma bdejt nitkisser f’din l-Arti, aktar ma bdejt nara kemm Malta kienet nieqsa minn traduzzjoniet ta’ xogħlijiet immortali kbar, għamiltha missjoni tiegħi li nagħmel bħal tradutturi oħra barranin, li wkoll indaħlu biex jagħnu lil pajjiżhom bi traduzzjonijiet simili. 2. Kemm hu importanti l-għarfien tal-ilsna f’qasam bħal dan? Kemm u fiex serviek dan l-għarfien? Kif għidtlek, il-lingwi nħobbhom immens, u anki meta tlaqt mill-iskola u qbadt naħdem, qatt ma warrabthom; bqajt u għadni nitkisser fihom sal-lum. U hija ħaġa naturali li aktar ma wieħed ikun intiż f’lingwa aktar ikun faċli għalih, jekk il-linja tiegħu tkun it-traduzzjoni, li jaqleb minn lingwa għal oħra. Dan nafu mill-esperjenza. B’danakollu t-traduzzjoni mhix biss li taqleb minn lingwa għal oħra, iżda trid tidħol fl-atmosfera tax-xogħol, tara min kitbu, meta, il-karattru tal-awtur, iż-żmien li fih ix-xogħol inkiteb. U dawn huma l-ingredjenti li jikkumplimentaw illingwi rispettivi u joffru xogħol artistiku fil-qasam tat-traduzzjoni li, xi stupidi, jaħsbu li mhix meħtieġa meta wieħed ikun jaf il-lingwa oriġinali!

15


il-ktieb u l-intervista 3. Sagru u profan jitħalltu fix-xogħlijiet li qlibt għall-Malti. Xi tgħid dwar dan? Xogħol verament artistiku, hu x’inhu, hija x’inhi lArti, jibqa’ dejjem artistiku, irrispettivament hux sagru jew profan. Kif taf, is-sagru u l-profan ġeneralment issibhom flimkien f’kull xogħol artistiku, inkluż dak letterarju, u f’xogħlijiet kbar bħalma hija d-Divina Commedia ta’ Dante, is-sagru u l-profan jikkumplimentaw lil xulxin mill-bidu salaħħar. U huwa dan il-fattur li bla dubju ta’ xejn iżid il-kobor tax-xogħol aktarx milli jnaqqsu. Lili servieni ħafna l-aktar fi traduzzjonijiet ta’ xogħlijiet ta’ awturi kbar (uħud minnhom kontroversjali) li l-mod li bih irnexxielhom jużaw kemm is-sagru u kemm ilprofan, separatament jew flimkien, fl-aħħar millaħħar sewa biex kisbilhom l-immortalità. Għax issagru u l-profan huma żewġ fatturi astratti, żewġ fatturi li jikkumplimentaw lil xulxin li, bħal kollox fil-ħajja, għandhom l-element kuntrastiv tagħhom, kif it-tajjeb għandu l-ħażin, is-sabiħ għandu l-ikrah u l-ħajja għandha l-mewt... u fattur wieħed ma jistax jeżisti mingħajr l-ieħor. Dan l-għarfien lili servieni mhux biss għax kixifli aktar ir-realtà tal-ħajja, iżda għax minbarra li daħħalni fid-dinja letterarja żied idaħħalni wkoll fid-dinja psikoloġika, kemm talawtur innifsu kif ukoll dik ġenerika; u fuq kollox għallimni tabilħaqq kemm hi sabiħa l-libertà talespressjoni! 4. Inti qlibt ukoll xogħlijiet mill-Malti għall-Ingliż. X’sodisfazzjon jista’ jagħti xogħol bħal dan? Delużjonijiet? Iva, jien qlibt bosta xogħlijiet mill-Malti għall-Ingliż, l-aktar xogħlijiet ta’ kittieba Maltin. Sinċerament, qatt ma rajt differenza bejn it-traduzzjoni mill-Ingliż (jew Taljan inkella Franċiż) għall-Malti u viċi-versa. Darba t-traduttur ikollu ħakma sħiħa fuq il-lingwi li jkun qed jaħdem fuqhom, m’għandux ikollu problemi. Fil-każ tiegħi, qabel ma nittraduċi xi xogħol inkun irrid naqrah darba tnejn, nixtarru sewwa, nara l-awtur min kien, x’karattru kellu... u jekk ix-xogħol ma nsirx inħobbu ma nidħolx għalih. Naturalment, huwa aktar faċli għalija naqleb għallMalti milli mill-Malti, għax il-lingwa-omm hija dejjem aktar komda għat-traduttur; b’mod ġenerali; imma ma nitħabat xejn naqleb mill-Malti għal lingwi oħra. Dwar delużjonijiet, ftit kelli…

kont...

5. Din is-sena l-Horizons ippubblikawlek ittraduzzjoni għall-Malti tax-xogħol kontroversjali ta’ D.H. Lawrence, Lady Chatterley’s Lover. Kemm ħadlek żmien xogħol bħal dan u liema kienu likbar sfidi? X’wasslek għal din l-għażla? Il-Maħbub ta’ Lady Chatterley ta’ DH. Lawrence, kif għidt inti, huwa rumanz kontroversjali, mhux biss minabba n-natura erotika- pornografika tiegħu iżda wkoll għax kien ir-rumanz li beda jkisser iċ-ċensura Ngliża fis-sittinijet sakemm din, illum, sfaxxat għal kollox fil-pajjiżi ċivilizzati kollha. Kont ili bil-ħsieb li nittraduċi dan ix-xogħol kolossali, iżda qatt ma azzardajt qabel, naturalmet għax kont imxekkel miċ-ċensura! Darba issa din minn ftit taż-żmien ’l hawn tneħħiet minfuq ix-xogħlijiet letterarji, allura ħassejtni ħieles li nwettaq il-ħolma tiegħi u, flimkien mal-Horizons, issa żidt ukoll dan ir-rumanz ‘jaħraq’ ma’ xogħlijiet oħra kbar li nqalbu bil-Malti. Ittraduzzjoni bdejtha f’Marzu 2015 u temmejtha f’Settembtu tal-istess sena... kienu sitt xhur ta’ ħidma ntensa għax, kif taf, Lady Chatterley’s Lover mhux biss huwa rumanz diffiċli mmens u twil ħafna iżda huwa wkoll wieħed mill-aqwa rumanzi li nkitbu fis-seklu 20. 6. Liema qasam tak l-ikbar sodisfazzjoni: ittraduzzjoni, il-kitba tar-rumanz, tal-poeżija jew tar-rakkont? Għaliex dan? Fil-ħidma letterarji tiegħi is-sodisfazzjon niksbu mixxogħol li jkolli f’idejja, ikun xi jkun. Kif għidtlek, qabel xejn inkun irrid narmonizza ruħi max-xogħol, insir inħobbu, imbagħad, b’sens ta’ dmir u missjoni, infittex li nagħtih il-ħajja, mhux tant għalija stess, iżda biex inżid inżid inseddaq l-Ilsien Malti u lletteratura Maltija, l-aktar f’dik li hi t-traduzzjoni ta’ xogħlijiet kolossali li għanew lid-dinja. Ir-rumanzi u kitbiet oħra jagħtuni sodisfazzjon ieħor: dak li fihom noħroġ fehmieti dwar il-ħajja ġenerali u bosta drabi lili nnifsi u l-epserjenzi ta’ ħajti; kif jagħmel kull awtur ieħor, wara kollox. Imbagħad hemm ilpoeżija, li għalija hija l-aktar ġeneru intimu ta’ letteratura li, bħall-mużika, sa minn dejjem qatgħetni mir-realtà kiefra tal-ħajja kaotika ta’ madwari u dewqitni l-faxxinu metafiżiku tal-ħolm!

16


ktieb mill-qrib

Amanda Busuttil

tal-letteratura Klassika Maltija, imma għalija hu lktieb li espona lil Brockdorff f’kemm il-kapaċità tagħha fis-sengħa tal-kitba hija unika. Luciano huwa wieħed mill-favoriti nett fis-sett tal-Letteratura ta’ Brockdorff u ser insostni għalfejn għoġobni daqshekk u għala għandu jkun moqri bil-bosta u jkun wkoll il-favorit ta’ bosta qarrejja. Qabel xejn, il-kittieba turi serjetà enormi minn kif hi tippreżentalna rumanz storiku-romantiku, mibni fuq Malta tal-1900-1925. Il-karattri ta’ din l-istorja huma ħajjin u simpatiċi li mill-ewwel tassoċja ruħek magħhom minħabba li huma mibnija fuq missirijietna. Kollox idur ma’ dan ir-razzett ħelu u sempliċi firraħal taż-Żurrieq. Ir-rumanz idaħħal lill-qarrej millewwel fl-azzjoni, qisu bħal tħoss li m’hemmx ħela ta’ żmien. Fid-dwejra sempliċi ta’ dan il-qassis twajjeb, Dun Nerik, li spiċċa minn jum taħbit, hu u oħtu Katarin ikollhom żjara li ġġib arja ta’ ansjetà. Tinħoloq stennija kbira, il-waqt li ġejja tarbija fiddinja u din hemm bżonn li tgħix. Ommha daqt kienet ser tmut, mara li kienet taħdem mas-Sinjuri. Jeħtieġ li bla telf ta’ ħin tinstab omm ġdida għal din ittarbija.

Ħsieb u riflessjoni Letterarja fuq ir-rumanz ġdid ta’ Lina Brockdorff, Luciano, pubblikazzjoni Horizons 2016. Renè Descartes (1596-1650) qal dan il-kliem kif ġej: ‘The reading of a good book is like a conversation with the finest men of past centuries.’ Dak li qal Descartes litteralment esperjenzajtu meta qrajt Luciano. Kull min jaf lil Brockdorff u hu familjari mal-kotba li hi kitbet, jista’ jħoss kemm fihom hemm qalbha u kemm ħalliet minnha nnifisha fil-protagonisti li hi użat fin-narrazzjoni. Għall-kittieba l-kitba mhix sempliċement passatemp, imma fiha hemm parti minn ruħha, hemm xemx li żżomm l-ispirazzjoni tagħha għaddejja bħala għajn ta’ ilma safi. Mill-kitba kollha li Lina Brockdorff ippreżentatilna, l-esperjenza tiegħi mal-ktieb Luciano fetħitli tieqa li ridt li nibqa’ nittawwal minnha, bla ma nitlaq. Nazzarda ngħid li Luciano mhux biss ser isib postu mal-ġganti l-kbar

Il-qassis jaħseb f’mara li xtaqet it-tfal u ma setax ikollha u x-xorti ta’ din it-tarbija tmiss ma’ din l-omm twajba, Mattea, li f’salt wieħed inbiddlitilha ħajjitha ta’ taħt fuq bl-eċitament. Ta’ min wieħed jinnota li lisem Luciano jfisser dawl u għalhekk dan il-karattru jdawwal din l-istorja ta’ mħabba, imma qiegħed hemm biex permezz tiegħu tittrijonfa ommu. Issa interessanti li nidħlu f’din l-allegorija għala Luciano huwa l-mezz biex ommu Mattea tirbaħ u tidher mara qawwija sal-aħħar. Mattea tirrappreżenta lil Malta rebbieħa u l-Omm li tatna isimha, li minkejja dak kollu li għaddiet minnu, xorta ħarġet rebbieħa. Mattea minn bidwija tiżviluppa f’mara edukata tal-Belt u li għalhekk ma baqgħetx f’ħajja medjokri, fil-kċina, jew mal-bhejjem tarrazzett u l-għelieqi, imma mill-għerf u l-għaqal tagħha tagħmel anki l-ġid fi żmien il-gwerra (Malta li tospita u tagħti l-faraġ u l-kenn). Il-karattri l-oħra jinsabu l-ħin kollu jappoġġjaw lil Mattea, issib min jgħinha u drabi ssib min jaqtagħlha qalbha u jxekkilha milli tikseb ir-riedni f’idha, bħal Dwardu li

17


ktieb mill-qrib jemmen li d-dominanza tar-raġel għandha tirbaħ fuq kollox. Luciano, id-dawl, jissimbolizza lill-Maltin għax kien permezz tiegħu u tat-tħabrik li ħabrek li ġab lil Mattea ‘mara ġdida’. Luciano, id-dawl huwa lmusbieħ li ħalla lil Malta mixgħula biex tittrijonfa lindipendenza tagħha, ħalli Malta tiżżewweġ lil niesha u tieqaf titmexxa minn min irid jaħkimha u jiddominaha. F’dan il-ktieb, Brockdorff tinfilsa kliem Malti sabiħ immens li jixhed kemm għandha ħakma tajba tallingwa. Xi kliem tradizzjonali tax-xorb li hi tuża hu laniżett, il-benedittin u r-rożolin. Mal-affarijiet talħwejjeġ fis-senduq, mitnija puliti nsibu li kienu jniffxu l-fjuri huma stess “ftit friegħi tal-lwiża biex ifuħu”. Jissemma wkoll il-vjatku u l-qanpiena tattranstu, li tista’ tgħid kienu jiddominaw il-ħajja tannies ta’ dik l-epoka. L-istorja hi ddominata mill-Gwerra l-Kbira u millħajja tar-razzett. Din il-familja f’salt wieħed kellha tadatta ruħha għal ħajja differenti fil-Belt, bħalma lantenati tagħna kellhom jadattaw ruħhom għallħakma ta’ ġnus differenti. Għal Mattea din il-gwerra fissret xogħol u attività kbira fil-port u l-irwol ta’ Malta kien kbir fil-Mediterran. Bosta nisa daħlu bħala infermiera voluntiera biex jgħinu fl-isptarijiet għax id-domanda kienet kbira. Malta għaddiet minn żmenijiet ta’ taqtigħat kbar, bħal Mattea, u l-aħbar li ġabet magħha Bettina dwar l-influwenza Spanjola kellha ssakkar lil Mattea d-dar, flimkien ma’ binha. Fir-rumanz Bettina għandha rwol importanti, it-tifla fuq tagħha li titrabba ma’ Luciano u ’l quddiem bejn dawn it-tnejn tinbet l-imħabba. Imbagħad hemm ukoll il-karattru ta’ Nardu, il-messaġġier tas-Sur Mawriz li waqt id-dijeġesi jibqa’ misterjuż, sakemm fl-aħħar tfeġġ is-sorpriża. F’din l-allegorija ta’ Mattea ma’ Malta nnutata f’dan ir-rumanz ta’ Brockdorff kollox għaddej f’rakkmu sħiħ u perfett sabiex kulħadd jaqdi l-missjoni tiegħu ħalli Mattea timmatura u “tiżviluppa minn mara kemxejn imgerrxa u x’aktarx sottomessa (skont it-tradizzjoni) għal waħda matura u indipendenti” (meħuda middaħla interessanti ta’ Charles Briffa). Għalhekk hawnhekk tidher ċara li Mattea hija Malta li kienet sottomessa għall-barrani, għal Malta ħielsa f’idejn niesha.

kont...

Jiena nawgura lil Lina Brockdorff u nifirħilha għal dan ix-xogħol ta’ investiment għal-Letteratura ta’ pajjiżna u naf bosta persuni li għad għandhom għal qalbhom ir-Rumanz Malti, minkejja li nisimgħu ta’ spiss fuq ilmezzi soċjali li l-Maltin ma jaqrawx, jew qajla jagħtu kas tal-qari. Dan ir-rumanz ħaqqu jiġi kkonsidrat biex jiġi studjat fl-iskejjel fil-livell Sekondarju u ogħla, għax hu rumanz ta’ ħafna riflessjoni u rikk fid-dettalji tal-epoka. Barra minn hekk inħajjar ukoll lillprodutturi televiżivi f’pajjiżna biex jikkonsidraw jaħdmu dan ir-rumanz f’serje għat-televixin, għax naħseb li l-Maltin jieħdu pjaċir ħafna jaraw produzzjoni Maltija tal-epoka mgħoddija. Il-ktieb jinkludi daħla bi studju ta’ Charles Briffa u hu ddedikat lit-tifkira tal-Professur Gużè Aquilina.

Fir-ritratt tidher Amanda Busuttil, l-awtriċi ta’ dan listudju. Twieldet fl-1985. Attendiet l-iskola primarja tal-Franġiskani f’Bormla, imbagħad l-iskola Our Lady Immaculate fejn kompliet is-snin tas-sekondarja u spiċċat ta’ 16-il sena . F’din l-iskola skopriet id-don talkitba, u fejn l-għalliema tal-Malti, li kienet ferm iddedikata, kompliet tgħinna tikkultiva dan it-talent. Meta kienet għadha tattendi l-Higher Secondary tanNaxxar, Busuttil, flimkien ma’ tliet studenti oħra, ħarġet antoloġija bl-isem ta’ Fjammi - grazzi wkoll għad-dedikazzjoni tal-għalliema talLetteratura. Għamlet żmien tistudja fi skola tal-biedja peress li għandha għal qalbha l-ambjent, l-annimali ta’ madwarna, l-istudju tal-flora Maltija u s-siġar.

18


ir-rakkont IL-MA U L-MAMI Sħabi kollha jgħajtu ’l ma; jien biss, kont ngħajjat ‘zi’, ridt inkun bħalhom, għażilt liz-zija Marì. Kien qed joqrob is-sajf, u kont ħdejn il-bieb ta’ barra, nilgħab bil-ballun tal-kamoxxa li kien xtrali zziju Ġuż; kont se nagħlaq tliet snin. Iz-zija Tereż, iżżgħira fost ħutha l-bniet, kienet bilqiegħda fuq siġġu barra, b’riġlejha mtellgħin fuq l-għatba talbieb, taħdem jersey tas-suf waqt li żżomm għajnejha fuqi. Dak il-ħin kont waħdi fit-triq; nitfa’ l-ballun malħajt tan-naħa tagħna, immur biex naqbdu, imma kull darba jaħrabli minn idi! U erħili nitlaq niġri warajh sakemm nilħqu u niġbru minn nofs it-triq. Dak iż-żmien, ħames snin wara li spiċċat it-Tieni Gwerra, biex tgħaddi karozza kont trid tagħmel wegħda.

“Titfax il-ballun mal-ħajt tal-ġirien għax iddejjaqhom,” kienet għadha kemm qaltli ziti u jien obdejtha; imma f’ħin minnhom il-ballun telaqli minn idi u spiċċa f’ħoġorha. “Mhux hekk Carm; … ara mħabba fik waqqajt pont …”, imma jien ilħaqt ftaħt l-antiporta u ma nafx x’qalet iżjed. Kif għalaqt il-bieb bdejt ngħajjat lil oħtha, liz-zija Marì, “Ma, ħa nixrob,” u ġrejt għal ħdejn il-bir. L-ewwel ma feġġet mill-kċina kienet oħthom ilkbira, iz-zija Ċett. “Ħa nixrob zi; mill-kiesaħ.” “Idħol minn ġol-bitħa! Ara kif sirt; ħamra nar! Se

Carmen Refalo tieħu riħ! Isa ruħi idħol fil-loġġa,” u wara li għalqet il-bieb għall-bitħa, iz-zija Ċett qabditli wiċċi bejn idejha u bisitni għal waħda, tnejn. “Ejja ħdejja sakemm tibred,” qabżet in-nanna Karmni li kienet ħdejn il-bieb l-ieħor, li mil-loġġa jagħti għall-kontrantrata. “Fejn hi l-ma?” erġajt jien u meta ma rajtiex qbadt ngħajtilha. “U issa tiġi; qed tonxor daqt tinżel,” reġgħet qabżet iz-zija Ċett u fil-pront niżlet iz-zija Marì mgħobbija b’naxra ħwejjeġ fuq idha. “X’riedet it-tifla Ċett? Smajtha tgħajjatli minn fuq”. “Hawn araha… trid tixrob mill-ilma li nkessħu fil-bir … u għadha ħamra nar!” “Isma’ Carm, ejja ħdejja. Itla’ fuq is-sodda tannanna u għinni nitwi l-ħwejjeġ; u wara tkun tista’ tixrob”. Meta tatni l-imkatar biex nitnihom, waqaft mill-biki. Imma lin-nannu kont qajjimtu mir-raqda ta’ waranofsinhar; kien rieqed fuq is-sodda ta’ taħt ittaraġ, “X’ġaralha t-tifla? X’qed tagħmlulha?”, u ġie jkaxkar saqajh biex jara x’kien ġrali. “U ma ġralha xejn Kiel, hawn qiegħda t-tifla… ħdejn Marì tagħna,” u n-nanna serrħitlu moħħu biex reġa’ mar jorqod. “Ejja; itla’ bilqiegħda ħdejja. Ara hekk itnihomli, fi tnejn, biex insibhom lesti għall-mogħdija,” u kif konna kwieti fil-kamra, iz-zija Marì ħarset lejja bilħlewwa u qaltli, “Isma’ ruħi, int taf li jien mhux ommok, jien iz-zija tiegħek? Il-mami Maria hi ommok.” “Iva naf! Dik il-mami u int il-ma.” “Għax issa dalwaqt tibda tmur l-iskola għand is-

19


ir-rakkont

kont...

sorijiet; meta s-soru tistaqsik x’jisimha ommok, x’ħa tgħidilha?” “Mhux il-mami,” u tlaqt niġri barra mill-kamra għal ġol-bitħa. Kont smajt l-għatu tal-ħerża tal-bir jintrefa’ u ttarjola ddur! Iz-zija Ċett kienet qed tiġbed il-ħabel biex jitla’ s-satal minn ġol-bir. Jien bqajt hemm nistenna sakemm deher is-satal nofsu mimli bl-ilma u minnu z-zija Ċett tellgħet flixkun, mimli bl-ilma tal-pomp. Iz-zijiet ma kinux jixorbu minn ġol-bir għax qatt ma kienu naddfuh; kienu jgħidu li kien fond u wiesgħa ħafna! “Issa nista’ nixrob zi?” Iz-zija Ċett daħkitli, qabdet il-flixkun, ħatfitli jdejja biex daħħlitni ġol-loġġa, u wara li qabdet tazza li kienet rasha ’l isfel ġod-dixx, neħħiet it-tapp tassufra mill-flixkun u imlithieli bl-ilma kiesaħ.

IL-“ĦARES”

Dak il-ħin iz-zija Terez daħlet bis-siġġu minn barra u poġġietu f’postu. “Terez, ejja ħu ħsieb it-tifla sakemm immur fil-kċina għax hawn il-bir miftuħ; ħa nimla l-flixkun u nġib bettieħa, qabel ma nerġa’ nniżżlu.” U jien qgħadt hemm, ħdejn il-bir, naraha tniżżel issatal bil-mod il-mod; twasslu sakemm jidħol sa nofsu fl-ilma, u torbot il-ħabel ma’ ganċ taħt lgħatu tal-ħerża, biex iżomm u ma jinħallx. Inkella ssatal kien jintela’ kollu bl-ilma u l-flixkun u lbettieħa kienu joħorgu ħelu ħelu minnu u jmorru jsibu qiegħ il-bir. Kif xrobt erġajt ftakart f’barra, “Ma, ħa mmur barra maz-zija Terez,” u tlaqt niġri lejn l-intrata niġbed liz-zija warajja.

Darba intalab jibqa’ erba’ sigħat sahra. Ċempel lil martu li se jdum. Bħas-soltu bdiet tgergirlu għax kienet se tibqa’ weħidha. Ġara, iżda, li wara sagħtejn, is-supervisor avżah li seta’ jitlaq għax wara kollox ix-xogħol ma kienx daqshekk imgħaġġel.

Meta sena wara bdejt l-iskola, jekk is-soru kienet staqsitni x’kien jisimha ommi, hekk jew b’hekk, ma stajtx nieħu żball! Ommi kien jisimiha Maria, listess bħaz-zija Marì! Imnalla dak iż-żmien, il-ġirien kienu qishom familja waħda; jafu kollox fuq xulxin! Kieku minn jaf kemm qalgħu stejjer fuq iz-zija Marì! Għax minkejja li kont ngħajtilha ‘ma’ kull fejn inkunu, kulħadd kien jaf li hi dejjem żammet gieħha!

Feliċ ma kienx jemmen bil-“ħares”! Kien jiddieħak b’martu meta tgħidlu li hi temmen u ġieli ratu wkoll fid-dar stess. Kien jgħidilha li riedet tgħaddih biż-żmien jew li moħħha kien telaqha.

Ferħan se jtir għadda jixtri żewġ kannolli biex iferraħ lil martu. Meta wasal id-dar, ma kinitx isfel. Ħaseb li diġà daħlet fis-sodda tara t-televixin. Fittaraġ sema’ krib u tnehid li ħasdu. Waqaf jissemma’. Iva, krib kien! Martu reġgħet bl-uġigħ li drabi tbati bih. Ħaffef l-aħħar tarġiet, fetaħ il-bieb tal-kamra tagħhom u waqaf zoptu. Fuq is-sodda lemaħ lil martu mingħajr ħwejjeġ, tingħi u tokrob, timmolla ’l fuq u ’isfel fuq “ilħares” li kellha taħtha. Feliċ għal ftit sekondi tbellah iħares lejhom, imbagħad ma ra xejn aktar. Waddab il-kannolli lejn martu u ġera lejhom. Din bdiet twerżaq u l-“ħares” qabeż minn ġos-sodda, ġabar ħwejġu malajr u jiskansa d-daqqiet li beda jtih Feliċ ħareġ ’l barra mid-dar fost it-tbissim sarkastiku tal-ġirien. Dakinhar, martu qalgħet xebgħa kbira u qatt aktar ma deher il-“ħares” f’dik id-dar.

SALV SAMMUT

20


ktieb mill-qrib

Patrick Sammut

jitwessa’ s-suq tal-qarrejja possibbli ladarba permezz tat-tieni lsien anki l-qarrej lil hinn minn xtutna u li ma jifhimx il-Malti imma li għandu interess fl-ilsna u fil-letteratura jkun jista’ jieħu idea tajba ferm tal-wirt lingwistiku u letterarju Malti. Charles Briffa jaqsam dan il-volum f’taqsimiet differenti. L-ewwel taqsima tittratta l-kitbiet dwar lIlsien Malti: hawn insibu tagħrif mogħti minn kittieba u studjużi bħal Godfrey Wettinger, Horatio C. Vella, Ġan Franġisk Agius De Soldanis, Mikiel Anton Vassalli, George Percy Badger, Edmund F. Sutcliffe SJ, Ninu Cremona, Pietru Pawl Saydon, Joseph Aquilina, Edward Fenech, Alexander Borg, Martine Vanhove, Joseph M. Brincat u oħrajn. Ittaqsima ta’ wara hija dwar il-Malti Bikri, u hawn Briffa jinkludi elementi importanti bħalma huma lqwiel, l-aforiżmi, l-għanjiet, epigrammi, ittri, ilKantilena, listi ta’ kliem, tagħlim partikolari, talb, paniġierki, kumplimenti bejn nisa puliti li jagħmlu żjara, u ħafna iktar.

THIS FAIR LAND—AN ANTHOLOGY OF MALTESE LITERATURE, Ed. Charles Briffa, Francis Boutle Publishers, 2014. Dan hu ktieb ta’ ftit iktar minn 500 paġna, editjat mill-Professur Charles Briffa, imma huwa frott ta’ għadd imdaqqas ta’ persuni li ħadmu fuq ittraduzzjonijiet ta’ siltiet letterarji mill-Malti għallIngliż. Hija din ir-raġuni ewlenija għaliex IL-PONT qed jerġa’ jpoġġi lil ktieb bħal dan fuq quddiem u jippreżentah mill-ġdid lill-qarrejja tiegħu. This Fair Land - An Anthology of Maltese Literature jippreżenta l-istorja tal-ilsien Malti u tal-letteratura Maltija permezz tax-xogħlijiet ewlenin tal-kittieba Maltin mis-seklu 15 sas-seklu 21. Biss biss Charles Briffa fi tmiem il-ktieb jagħtina tagħrif bijografiku dwar 145 kittieb differenti, minn Pietru Caxaro sa kittieba li twieldu fit-tieni nofs tas-seklu 20. Is-sabiħ ta’ dan il-ktieb hu li jittratta l-istorja tallingwa u l-letteratura Maltija billi jġib it-testi letterarji kemm bil-Malti kif ukoll bl-Ingliż. B’hekk

It-tielet taqsima tittratta s-seklu 19 u tinkludi xogħlijiet ta’ kittieba bħal Gananton Vassallo, Patri Fidel, Vicenzo Caruana, Luigi Rosato, Richard Taylor, Ludovik Mifsud Tommasi, Ġużè Muscat Azzopardi, Pawlu Bellanti, A. E. Caruana, Annibale Preca, Dwardu Cachia u oħrajn. Taqsimiet oħrajn huma dwar il-poeżija, innarrattiva u t-teatru tas-seklu 20, u l-letteratura tas-seklu 21. Charles Briffa jinkludi wkoll taqsima dwar il-letteratura barranija fl-Ilsien Malti, u hawn jissemmew ismijiet ta’ tradutturi ewlenin bħal Pietru Pawl Saydon, Victor Xuereb SJ, Mikiel Anton Vassalli, Charles Briffa, Richard Taylor, Alfred Palma, Br. Michael Buttigieg, Frances Xavier Mangion, Karmenu Vassallo, Ġużè Diacono, Dun Karm, Toni Aquilina, u oħrajn. This Fair Land—An Anthology of Maltese Literature għandu valur enċiklopediku u jinżel għasel ma’ dawk kollha li għandhom għal qalbhom l-istorja talIlsien Malti u tal-letteratura Maltija. Issa li qed joqorbu l-Festival tal-Ktieb 2016 u l-Milied, huwa wkoll rigal ideali għal dawk ħbiebna barranin li jixtiequ jsiru jafu iktar dwar il-wirt lingwistiku u letterarju Malti.

21


l-intervista

Meta smajt li Victor V. Vella kien se jkun Malta għall-Konvenzjoni tal-Emigranti fl-aħħar ta’ April li għadda kkuntattjajtu u fil-fatt irnexxielna niltaqgħu hekk kif spiccat il-Konvenzjoni. Victor li jgħix Sydney, l-Awstralja ta l-kontribut tiegħu wkoll fil-Konvenzjoni u forsi xi darba nisimgħu fuq xiex tkellem u x’qiegħed jagħmel u jikteb. Victor issa ilu nieqes minn Malta kwazi ħamsin sena u b’danakollu kif tistgħu taqraw iktar’ il quddiem għadu akkanit ferm li jikteb bil-Malti. Victor stess jgħidilna iżjed fuq dan. Merħba Victor u nirringrazzjak talli sibt il-ħin li ngħidu xi ħaga flimkien. Grazzi u kif tista’ tifhem kif nista’ qatt ngħid le li niltaqa miegħek, li fl-aħħar rajt ’il wiccek wara lkorrispondenza li kellna u nieħdu cappucino flimkien fuq dan is-sur tal-Mellieħa nħarsu lejn Għawdex fil-bogħod, lejn il-Bajja tal-Mellieħa taħtna u b’dak il-wied taħtna wkoll, kollu ward u ħdura u mimli ħajja fir-Rebbiegħa sabieħa ta’ Malta. Int issa ilek nieqes ġmielu minn Malta u sadattant għadek tikteb u titkellem bil-Malti u kif għidtli wkoll kont tgħallem l-Ingliż u l-Istorja fl-iskejjel sekondarji tal-gvern ta’ N.S.W . Eżatt. Imbagħad xi 40 sena ilu kont bdejt ngħallem il-Malti filgħaxija lil grupp ta’ adulti, li kienu Awstraljani miżżewġin lil Maltin u xtaqu jsiru jifhmu l-lingwa tas-sieħeb/sieħba speċjalment meta jkunu xi naqra bin-nervi jew bis-sakra u jaqilbu għall-Malti pur! Jew meta kienu jiltaqgħu mal-familji tal-mara jew tar-raġel u bħalma nħobbu nagħmlu naqilbu għall-Malti. Tinsiex Patrick li x-xena tal-kultura u tal-lingwa fl-Awstralja

Victor V. Vella ta’ dak iż-żmien kienet ħafna differenti minn tallum. Il-Multikulturaliżmu, jiġifieri dik il-filosofija jew politika li taċċetta d-differen, dik dak iż-żmien kienet għadha bil-gażaża f’ħalqha. Niftakar l-ewwel klassi tal-Malti konna niltaqgħu fil-każin Malti ta’ Sydney u qabel nibdew kien ikollna nnaddfu t-tazzi tal-birra u imbarazz ieħor minn fuq l-imwejjed. Ngħidlek ilverità ma kinitx klassi sabieħa: li kien hemm sabiħ kienu l-ħmistax-il student adulti ħerqana biex jitgħallmu. U jien bdejt ngħallimhom il-grammatika tal-Malti, li bħalma taf int, mhix tant faċli. Ma domtx. U malajr bdejt infassal kors ta’ lezzjonijiet fuq il-lingwistika moderna li mbagħad ħriġthom fi tliet kotba GĦERUQ, WERAQ u WARD, li ħadu posthom bħala l-kors biex titgħallem il-Malti bħala t-tieni lingwa. Imma kif għidtli darba dawn ma kinux l-ewwel kotba li ktibt u ppubblikajt. Biex ngħidlek, fl-aħħar tas-sittinijiet/u l-bidu tassebgħinijiet kienu żmien ta’ bidla fl-Awstralja, kemm mil-lat politiku kif ukoll kulturali. Kienu bdew jinħassu ħafna rwiefen ġodda u għall-emigranti, u nikkonċentraw fuq il-Maltin, dawn l-irwiefen kienu jinħassu sewwa. L-emigranta Maltija, u se nitkellem fuq l-emigranta, għax ir-raġel kien joħroġ jaħdem u jedha biex ngħid hekk. Il-mara Maltija ħadmet ukoll imma kif tista’ tifhem int dejjem tibqa’ naqra iżjed lura mir-raġel rigward it-taħlit ma’ nies oħra, specjalment dawk ta’ barra ċ-ċirku Malti jew familja u l-bqija. U għalhekk dak iż-żmien ilmexxejja tal-emigranti Maltin rajna liskop li ngħinu lill-emigrant Malti jsib il-ġwienaħ tiegħu fil-kultura Awstraljana. Tista’ tgħid li din kienet ir-raġuni li jew twieldu jew issaħħu lgħaqdiet tal-Maltin ta’ dak iż-żmien. U saħansitra jekk tisħel taqra l-kitba ta’ dak iż-żmien, qiegħed ngħid għall-kitba Maltija, poeżija u x’naf jien, ittema jew is-suġġett principali kien il-pont bejn hemm u hawn, bejn Malta u l-Awstralja. Imbagħad kont ħriġt il-ktieb FIS-SETAĦ GĦAR RWIEĦ li kif nista’ nifhem jifforma ħolqa b’saħħitħa f’din il-kullana ta’ kitba b’din it-tema ta’ ‘pont’. Eżatt. IS-SETAĦ GĦAR-RWIEĦ huwa sensiela ta’ 30 djalogu bejn żewġ nisa emigranti Maltin fejn taparsi jiltaqgħu ħdejn l-għajn tal-ilma kif kienu

22


l-intervista jagħmlu Malta u jpaċpċu fuq minn xiex kienu għaddejjin. Fl-istess ħin l-idea kienet li ddarrihom lambjent u l-istorja bil-ġografija b’kollox tal-pajjiż ilġdid biex hekk jidraw iżjed igawdu l-frott talemigrazzjoni. Tifimha Victor li jiena dak li jinteressani hu l-kitba bil-Malti u bqajt impressjonat b’dak li ktibt. Ħadt pjacir ukoll bl-idea tajba ferm li mal-kitba ħriġt ukoll numru ta’ cds ta’ stejjer u diskorsi . Kont bdejt bl-Ittri ta’ Gerit. Meta beda l-sbs radio, li hu l-istazzjon multikulturali li jinstema’ mal-Awstralja kollha, ridna nimlewh bil-materjal Malti li dak iż-żmien ftit li xejn kien jeżisti hawn. U allura ġietni l-idea li nibda nikteb lil girlfriend (taparsi) - u din tantx ixxerridha għax taqlagħli linkwiet mas-sieħba - iva, u maż-żmien ktibtilha 110 ittra biex qabel ma kienet ġejja għall-btala lAwstralja ngħidlha xi ħaġa fuq il-pajjiż u fl-istess ħin nitkellem fuq u tagħmel kuntrast ukoll mal-kultura Maltija. Dawn imbagħad semgħet bihom Josephine Zammit Cordina tal-Boomerang u bdiet u għadha xxandarhom fuq il-programm tagħha wara dawn issnin kollha. Interessanti kif gietek l-idea li taqleb mill-kotba għas-cds . Allura x’ġiegħlek tagħmel din il-bidla? Patrick, ma domtx ma fhimtha l-affari: li l-Malti jippreferixxi jisma’ milli jaqra l-passiġġati mħawrin bl-argumenti ta’ politika u tal-futboll u blistejjer tal-ikbar ħuta li ħarbet. Dawk huma parti mill-ħajja Maltija. U iżjed u iżjed dak iż-żmien meta bdejna l-sbs radio. Fil-fatt jiena naħseb u nemmen li hu r-radju li kellu influwenza kbira speċalment rigward l-edukazzjoni, rigward dak li nsejħulu ssettlement, jiġifieri li emigranti sabu ruħhom at home u draw il-ħajja Awstraljana. Għax barra li konna nżommu l-ħolqa tan-nostalġia ħajja, konna nippreżentaw ukoll programmi fuq l-istorja u fuq ledukazzjoni. Iżjed u iżjed meta tiftakar li lemigrant Malti ta’ dak iż-żmien kien il-bicca lkbira illitterat, allura la kien jaf jaqra bil-Malti u lanqas bl-Ingliż. U issa ma baqagħlekx skop li tikteb għax il-pont għamel xogħlu u ntilef u b’hekk tlift, biex ngħid hekk u kif ngħidu bil-Malti , il-qaleb u l-ġbejna.

kont... ċertu pont. Skużi għax erġajt użajt il-kelma!! Veru li jħossu eżiljat u maqtugħ mis-soċjetà għax bħalma tkanta l-kantanta Bette Midler, “From a distance…”, mil-bogħod, tara aħjar. Imma fl-istess ħin irid iżomm subgħajh fuq il-polz tas-soċjetà. Jekk toqgħod tgħawwar fuq l-istess suġġett jew suġġetti mhix kitba toħroġ imma ferita. Għalhekk dort iżjed għal dik li nsejħulha edukazzjoni ġenerali, fejn b’lingwa sempliċi nipprova nqanqal lil min jisma’ biex jesplora u jgawdi dak li għandna inkluża lproċess tal-emigrazzjoni. Kont għamilt sensiela ta’ 20 talks jew taħditiet fuq is-suġġett ta’ KIF NIKBRU u XI JZOMMNA MILLI NIKBRU, li nstemgħu wkoll hawn Malta fuq R.T.K. Bħalissa għaddej ukoll b’sensiela oħra fuq is-SABIEĦ, is-sabieħ tal-kunflitt, tal-mużika, tal-edukazzjoni tax-xjuħija, u l-bqija li qegħdin jinstemgħu fuq l-SBS u x’aktarx se jixxandru wkoll fuq l-istazzjon R.T.K. ta’ hawn Malta Biex ngħidlek meta ħlist jew ħriġt mit-tema talemigrazzjoni, ftaħt il-ġwienaħ iżjed u ktibt numru ta’ stejjer, miġburin fi ktieb IL-FESTA TAL-ĦUTA u sentejn ilu ħriġt ktieb ta’ esejs, fuq diversi suġġetti, bit-titlu: GĦAD-DELL TAL-BALLUTA u s-sena l-oħra feġġ KONFERENZA STAMPA, 2 cds li fihom 11-il monologu, ħarsa lejn il-kultura Maltija tax-xogħol, tal-politika , tal-ġustizzja eċċ. F’kelma waħda, Victor, wara dawn is-snin kollha bqajt tikteb bil-Malti u mhux biss tikteb imma xxandar u tippubblika u titkellem bil-Malti. Patrick, jiena nara l-bżonn tal-kitba bil-Malti għax aħna żgħar u x-xitla żgħira trid il-kura u tieħu pjacir li l-kitba bil-Malti f’Malta stess qiegħdha tikber. Sinjal tajjeb. Bl-Ingliż għandna pataflun ta’ publikazzjonijiet. Bil-Malti hemm iktar bżonn u għalkemm nikteb u nħobb l-Ingliż imma nara iżjed il-bżonn tal-Malti specjalment meta tista’ tilħaq mijiet biex ma ngħidx l-eluf li millkummenti li nisma’ u li qiegħed nisma’ hawn Malta stess jieħdu pjacir jisimgħu u jitgħallmu bilMalti. Avolja dan hu xogħol volontarju iżjed u iżjed fl-Awstralja imma tkun fejn tkun bla sagrifiċċju ma jsir xejn. Mela tajjeb li nieqfu fuq din in-nota. Ħadt pjacir li ltqajt miegħek u għedna dawn l-erba’ kelmiet u jien żgur li l-qarrejja ta’ IL-PONT isiru iżjed jafu li llingwa Maltija jew l-ilsien Malti għadu ħaj fl-art enormi tal-Awstralja. Nawguralek li jkollok btala

Taf int li l-awtur hu min hu jrid jimxi maż-żmien sa

23


l-intervista sabieħa issa li għaddiet il-Konvenzjoni u forsi wkoll ikollna ċans nitkellmu iżjed fuq dak li sar u x’parti ħadet il-kitba Maltija fiha. Saħħiet. Grazzi taċ-ċans li tajtni. Nifraħlek tax-xogħol li qiegħed tagħmel biex ixxerred il-kitba jew illetteratura Maltija u nawguralek ħidma kbira u ta’ fejda. ———o——— TIBNU TORRI, TIBNU IEĦOR Hekk biddiltu wiċċ il-gżejjer, ma ħallejtu xejn kif kien, bil-misħuta ekonomija tikkapparra kullimkien. Bellajtuha lil min jaħkem bellajtuha lil kulħadd kif qed tħarbtu wiċċ id-dinja u rispett ma ġġibu ’l ħadd.

kont... THE MAKING OF A BONSAI Take a tree old and twisted as can be. Take a tray,moulded lovingly from clay Then take some soil and the wire from some coil but most of all you also need tender loving care, augmented with artistic flair A good repotting now and then, one or two years never ten! Pinching, pruning and some feed; But these are not all you will need, Never overwater, On the soil and tree keep a watchful eye And your reward will be a sublime BONSAI. JOS. F. CACHIA FUKINA GASHI Qed tarana? Ġejt tiggustana? Għalkemm żgħar, aħna setgħana. Biz-zkuk mibrumin, fuq naħa mġennbin, bir-riħ imgħawġin. Hekk kif fin-natura, ir-riħ jagħti is-sura, joħloqlok skultura Sidna hekk sawwarna, bl-imħabba fawwarna, bilwire dawwarna Għeruqna ġiżżlilna, il-friegħi tagħna żabrilna, il-weraq ċekknilna, il-qasrija bidlilna. Saqqiena, temagħna, kuljum ġie jarana Ħin twil għadda magħna, Il-weraq hu naqqa, Bil-galbu, u mhux f'daqqa u jekk xi zokk faqqa' Bil-ġir u l-kubrit, kultant mhux sikwit, dewwiena ftit ftit Ħelisna mill-gwaj, u aħna l-Bonsai, lilu niżżuh ħajr

Bil-pupazzi tal-ispaga, tiġbduhielhom u jagħmew, għax il-kotra tibqa’ siekta u l-Maltin bix-xejn jedhew. Ibnu torri, ibnu ieħor, donnu mhu qed jiġri xejn, xħin imbagħad filgħodu nqumu u nintebħu, mbagħad għal xejn. Tibnu torri, tibnu ieħor qiskom għandkom bir bla qiegħ, taħsbu l’għandkom dritt minn Alla; u dad-dritt minn fejn ġibnieh? Minn fejn ġibtu dritt li tħarbtu? Tibnu u tgeddsu bħas-sardin, biex tiżdied il-konfużjoni fuq dil-blata! X’waħda din!

JOS. F. CACHIA

ALFRED GRECH

24


ktieb mill-qrib

Patrick Sammut baħħ: “Waqfet tfewwaħ qajla ż-żiffa,/ u xewqatna ġew fix-xejn,/ morna għal rasna bla tkellimna,/ kellna l-baħħ ġo qalbna t-tnejn.” (p. 227) Fil-versi ta’ Bezzina naqraw ukoll dwar il-kuntrast bejn iċ-ċokon tal-‘jien’-bniedem fuq naħa, u l-kobor tal-forzi tal-makrokożmu fuq l-oħra. Hekk f’Int ħadtni u ħallejtni wieħed jistaqsi min hu l-“int” li jindirizza l-poeta? Dan huwa dak l-ispirtu li bħal donnu qabad lill-bniedem u tefgħu jimraħ waħdu fost elementi naturali bħalma huma l-wied, lgħoljiet, ir-riħ, il-boskijiet, is-sisien u l-baħar. F’Xi jkun ir-riħ iwissi mikro- (it-tajr) u makrokożmu (ilkwiekeb u r-riħ) inisslu sens ta’ stagħġib u għadd ta’ mistoqsijiet fil-poeta.

Mal-Ħmura tax-Xefaq - ta’ Charles Bezzina, MSVLife/BOV 2016. Dan huwa ktieb li jiġbor fih 200 poeżija li din id-darba Bezzina kiteb bejn l-2011 u l2014. Nifhmu mill-ewwel li dik tiegħu bħala poeta hija pożizzjoni privileġġjata li minnha kapaċi jara u jġarrab eserjenzi li mhux kulħadd kapaċi jesperjenza. Dwar l-aspett TEMATIKU: Charles Bezzina jżomm il-firxa ta’ temi li ttratta f’antoloġiji poetiċi imgħoddija. Fost dawn tirrikorri dik tal-imħabba. Din tispikka f’poeżiji bħal Tajtni x’nifhem (fejn il-poeta jesprimi x-xewqa u jfittex limħabba); Meta tiġi (fejn l-imħabba hija mifhuma bħala possibiltà futura imma anki bħala esperjenza tal-imgħoddi); Ġo xagħrek (fejn l-“int” jintrabat ma’ elementi ħafna ikbar minnu, dawk naturali); Nixtieq (fejn l-imħabba teżisti biss fid-dimensjoni tax-xewqat u hija mgħollija fuq pedestall); u F’għajnejk qed nara (fejn f’għajnejn il-maħbuba hemm il-kobor u lmisteri tal-infinit). F’Konna mmorru fuq ix-xtajta hija maħkuma minn sens qawwi ta’ nostalġija: niftakru li l-ħwejjeġ sbieħ u sitwazzjonijiet ideali ma jdumux, u jasal żmien ieħor meta posthom joħodulhom il-

F’Irrid ix-xbieha tal-ilma tesprimi anki l-bżonn li lpoeta (mela l-“jien”) isaffi lilu nnifsu u jiġġedded. Drabi oħra Bezzina jsib kenn fil-fidi bħalma naraw fi Trankwilla l-vuċi tiegħek, fejn il-vuċi li jikteb dwarha “taf tixgħelli xemgħa f’dalma kbira”, “tkenninni millirjieħ mgħaddbin, sfrenati,/ u tgħinni ngħum fil-ħalel bla ma negħreq”, jew “iġġibli s-sliem, il-kalma f’moħħi u f’qalbi,/ it-tama tal-ġejjien, is-serħ ta’ ruħi”. Din il-vuċi li jisma’ l-poeta tista’ tkun saħansitra dik tal-baħar. U dan jerġa’ jorbot mal-fatt li l-poeta hu bniedem sensittiv u li jinterjorizza dak kollu li hemm madwaru, u huwa attent għall-ħsejjes, taħbit u lħna tal-elementi naturali. It-twemmin bħala tema jerġa’ jinħass f’Nixtieq illi nitkisser, fejn naqraw dwar ix-xewqa tal-poeta-bniedem li jinbena mill-ġdid b’moħħ, ruħ u sensi aktar qawwija u sensibbli biex ikun jista’ jġarrab aħjar lil Alla: “Agħtini fl-aħħar sensi/ wisq iżjed qawwijin,/ ħa ngħum filkobor tiegħek,/ fi ġmielek, dawl divin.” (p. 222) Is-solitudni hija motiv ieħor li jirrikorri fil-versi ta’ Bezzina. Din tinftiehem bħala kenn kontra t-tiġrib li jista’ jinqala’ f’poeżija bħal Fittex idħol u mur staħba. Fil-poeżija Tajra Bezzina jikteb, “Jien tajra illi nqtajt minn qatgħa kbira”, anki biex ikun jista’ josserva ddinja umana minn ċerta distanza. Il-“jien” u l-baħar isiru ħaġa waħda f’Illejla jien u l-baħar billi jinħabbu f’solitudni, bla ma jwarrbu l-għarfien li dik tagħhom – “id-diq li jifni qalbna”, “l-uġigħ tagħna”, “l-ħtijiet kollha”- hija sitwazzjoni eżistenzjali xejn ħafifa. Dan b’xi mod jintrabat mar-relazzjoni bejn il-poeta u lbqija tan-nies madwaru li naqraw dwarha f’poeżiji bħal Il-buffu u Buffu. Bezzina jikteb, “ninħeba taħt ilmaskra kbira tiegħi,/ bla nuri ’l ħadd u ’l ħadd tassew

25


ktieb mill-qrib min jien” (p. 90). Nifhmu li wara l-maskra li ddaħħaq hemm bniedem sensittiv bl-uġigħ u bl-imrar kollu tiegħu. Nifhmu wkoll li n-nies tinġibed lejn il-maskra għax taljena u ddaħħaq, mhux lejn dak li hemm taħtha, u dan ikompli jżid fis-solitudni tal-poeta. F’versi bħal Buffu niftakru wkoll li dak li jagħmel Bezzina hu li jberraħ permezz tal-versi dak kollu li jħoss matul waqtiet differenti. Huwa hawn fejn jilħaq livelli universali ladarba dak li jikteb dwaru mhux biss frott tiġrib personali-individwali imma jsir rifless ta’ dak li jġarrab il-bniedem in ġenerali. Proprju għalhekk spiss Bezzina jħaddem l-“aħna” bħala persuna grammatikali bħal fil-poeżija Mewġiet ilkoll kemm aħna. Anki Weġgħa hija poeżija ħierġa direttament millqalb u li b’xi mod jew ieħor tiddeskrivi l-“essenza” ta’ Charles Bezzina bħala bniedem u poeta: “Ġewwa jdejk nitlaqlek weġgħa,/ nagħtihielek bla ma tfuħ,/ fiha l-ġmied ta’ qalb mifnija,/ fiha l-krib, il-fwar taddmugħ.” Dak li jagħmel Bezzina fil-versi tiegħu huwa wkoll vjaġġ. F’Għarrfuni jikteb, “il-weraq ta’ fdal ħajti/ qed jaqa’ xott, midbiel./ […] b’dankollu għadni nwerrek,/ inkaxkar, ma nċedix.” (p. 62) Il-poeta li qed jara li żżmien ma jistenna lil ħadd iħoss li xi darba t-triq trid tintemm anki għalih. Madankollu jsostni li mhux biħsiebu jċedi u dan anki bis-saħħa tal-poeżija. Ilħajja - mit-tfulija sax-xjuħija - u l-qosor tagħha jiġu ttrattati fi Tfal aħna: hawn ir-ritmu mexxej tal-vers imħaddem (is-settenarji) jirrifletti l-ħeffa li biha tgħaddi l-ħajja. It-tifkira u ż-żmien sabiħ tat-tfulija (issimbolizzat mill-“baħar sielem”) kontra l-għarfien li ż-żmien jgħaddi u kollox jitbiddel (il-“baħar tqawwa” u “ttifel m’għadux aktar, tbiddel sewwa”) jidhru f’U meta konna ċkejkna u Qaluli nerġa’ lura rispettivament. L-istaġun tal-ħarifa jerġa’ f’Ħarifa la tgħaddix: hawn dan l-istaġun, flimkien mal-baħar, jgħinu lill-poeta jirrifletti u jistrieħ fis-solitudni. L-element tas-serħan u tan-natura bħala duwa kontra stati ġewwiena differenti nerġgħu naqraw dwaru fil-poeżija Fil-ġnien tiegħi fejn Bezzina jikteb li l-elementi naturali jservuh “biex idawlu d-dlamijiet,/ biex iqanqlu l-ilma qiegħed,/ biex iserrħu l-qalb li nfniet.” F’Kuljum ilpolz itektek naqraw dwar emozzjonijiet kuntrastanti: fuq naħa hemm it-tama (“Hemm tama tgħix ġo

kont... fina”), imma fl-istess ħin hemm ukoll l-għarfien tattmiem (“ninbarmu għad xi darba,/ u negħrqu minnufih.”). Kontra l-ħarifa mbagħad hemm irrebbiegħa li tintrabat ma’ żmien iż-żgħożija u li tispikka fil-poeżija Aħna żgħażagħ. Il-protesta, għalkemm mhix waħda li tiġi espress bi vjolenza, tinħass fil-poeżija It-tajr. Hekk jikteb Bezzina: “Tajr imġarrab, tajr tal-baħar, ġie u mar, għadda ħosbien. […] Tajr li qatt ma rajna bħalu, tajr imwerwer, tajr anzjuż, baqa’ sejjer bla sellmilna, tajr tal-lejl, tajr misterjuż.” It-ton ta’ protesta jerġa’ f’Ma rridx nara fejn Bezzina jixtieq jorqod għat-tul biex jaħrab mill-problemi talpreżent, fosthom “il-jasar, bosta ġlied,/ il-għira, ilmibegħda,/ il-ġuħ, il-mard qerried”, kif ukoll “diżastri tan-natura,/ imwiet bil-multitudni,/ traġedji kbar mistura.” Anki l-eleġija hija parti mir-repertorju ta’ Charles Bezzina. F’Nistħajlek. Lil Karen Azzopardi naqraw dwar din it-tfalja li hija ħlejqa bejn reali u bejn fantastika, u li toqgħod x’imkien bejn art u sema. Hemm ukoll drabi meta Bezzina jittratta t-tema talpoetika, mela meta jikteb dwar is-sengħa tal-poeżija jew dwaru nnifsu bħala poeta. Dan narawh f’Poeżija, fejn Bezzina jammetti li għajn ewlieni għall-versi tiegħu hija n-natura tipikament Maltija. Minħabba dan il-versi ta’ Bezzina huma miżgħudin b’riferimenti għall-elementi naturali tipikament Maltin bħalma huma l-baħar (fuq kollox), imma anki r-riħ u x-xemx. Fil-“baħar” il-poeta jara spazju ta’ misteri li jmur lura ħafna fiż-żmien. Hemm fis-skiet tal-mewġa Bezzina jilmaħ “elf sigriet” (ara Mewġa). F’Tajra (imma anki f’Minn dix-xtajta) il-baħar jintrabat ma’ ambjent ta’ kontemplazzjoni, fejn Bezzina jagħżel li “[j]oqgħod ħiem[ed] f’solitudni”, xi ħaġa li esperjenzaw poeti oħrajn bħall-istess Dun Karm Psaila fil-poeżija Waħdi. Il-baħar u l-meditazzjoni jerġgħu f’Il-vjaġġ tal-illużjoni, fejn Bezzina jikteb, “Ninsabu lkoll maħkuma minn ħsieb, meditazzjoni, nitbiegħdu kuljum għadna

26


ktieb mill-qrib

kont... differenti li għandhom mill-kobor tal-makrokożmu, imma anki mill-misteru lil jmur lil hinn minn kull possibiltà ta’ definizzjoni (ara Fi ħsiebek): “Fi ħsiebek hemm l-ispazji ta’ kull kożmu, il-kwiekeb jegħmżu ħiemda lil xulxin, il-qamar jarmi r-raxx minn lewn il-fidda,

Charles Bezzina waqt it-tnedija tal-ktieb Mal-Ħmura tax-Xefaq f’Għawdex, f’Ġunju 2016.

fil-vjaġġ tal-illużjoni.” (p. 154) L-element tar-riflessjoni jerġa’ jispikka f’X’inhi din lillużjoni, fejn għal darb oħra l-bniedem-poeta jirrifletti u jistaqsi dwar elementi ħafna ikbar minnu. Bezzina jinteraġixxi f’relazzjoni kontinwa malelementi naturali, l-aktar mal-baħar. F’Dan il-baħar dan l-element naturali jinftiehem bħala entità ħajja u spazju infinit ta’ għarfien (“Dan il-baħar jaf kull demgħa/ illi niżlet mis-smewwiet/ […] Jaf sigrieti klandestini/ illi jseħħu ġol-għerien”). F’poeżiji bħal dawn il-bniedem-poeta fiċ-ċokon tiegħu u l-baħar, ix-xtajta, is-sema, l-irjieħ u l-bqija (bħala parti millħolqien il-kbir) isiru ħaġa waħda biex b’hekk jinkiseb għarfien usa’. Ħdejn il-baħar il-poeta jinħakem minn ġrajjiet imgħoddija li għandhom mill-ħolm u millimħabba (ara Kienet xtajta). Fil-poeżija F’torri msaħħar il-poeta flimkien ma’ preżenza oħra anonima jsib il-kenn minn “kull hemm u mrar”, u jħossu “maqtugħin minn kull progress,/ ħajja sielma mingħajr ħsejjes”. (p. 149) Hemm imbagħad drabi oħra meta Bezzina jiddeskrivi spazji li jmorru lil hinn minn xtutna bħalma jagħmel fil-poeżiji Serfaus, Pfunds u Bavarja. Hawn il-poeżija takkwista l-karatteristiċi tar-ritratt ladarba Bezzina jsemmi xmajjar, baqar, djar biċ-ċmieni jdaħħnu, kaskati, għadajjar, muntanji, widien, ċriev, borra u lbqija. Quddiem dan kollu Bezzina jikteb: “Pastur f’dan kollu jiena, nitpaxxa bid-dehriet, mitluf f’dal-ġmiel, qed nikteb f’din l-art tas-sħarijiet.” (Bavarja, p. 191) Bi ħsibijietu Bezzina huwa poeta li jimraħ fi spazji

l-imrieżaq tax-xemx tikwi, lkoll dehbin. [...] Fi ħsiebek id-dagħbien ta’ fond imdallam, il-kobor silenzjuż u mingħajr tmiem, irkejjen eremiti u solitarji, il-baħħ li ma jitfisser b’ebda kliem.” Dwar l-ISTIL TA’ KITBA: Il-kliem fil-versi ta’ Charles Bezzina għandu ritmu mexxej u jitwieled bla ebda diffikultà jew tqanżiħ. Dan però huwa frott min ilu jikteb għal snin twal u b’hekk għalih il-kitba saret sengħa. Dawn ir-ritmi poetiċi li juża Bezzina spiss joqorbu lejn ir-ritmi naturali tal-istess baħar li spiss isemmi: bħalma dan tal-aħħar jimla u jofrogħ, hemm ukoll ir-ritmi, daqqa jgħaġġlu u daqqa jimxu iktar bil-kalma. Prosodikament dawn il-poeżiji ta’ Bezzina huma miktubin prinċipalment b’versi bħalma huma ssettenarji u l-ottonarji (li ritmikament huma versi li jistgħu jiġu anki kantati bla ebda tbatija), imma jitħaddmu ximindaqqiet ukoll il-kwinarji, is-senarji, id-dekasillabi u l-endeksillabi. Metrikament jaħkmu kważi esklussivament il-kwartini bir-rima mqabbża, mela l-istrofa ta’ erba’ versi bit-tieni u r-raba’ versi li jirrimaw. Hemm xi eċċezzjonijiet bħall-poeżija Jekk mhux ir-riħ (magħmula minn sestini) jew Trankwilla l-vuċi tiegħek u Illejla jien u l-baħar (magħmula minn strofi rregolari bla rima u endekasillabi). Mela strutturalment l-għażla ppreferuta minn Bezzina hija dik regolari u tradizzjonali. Il-lessiku użat għandu kemm mis-Semitiku kif ukoll mir-Romanz, u li jintrabat l-iktar ma’ reġistri bħalma huma dak naturali u dak ta’ tiġrib il-ħajja. Fost il-mekkaniżmi letterarji li jħaddem Bezzina hemm l-appell għas-sensi. Hekk f’Imxu miegħi naqraw “xommu r-riħa t’alka niedja,/ ħossu l-lehġa tal-mewġiet.”, u ftit wara “ħossu r-riħ ma’ xagħarkom ġej,/ togħmu r-raxx itir ma’ wiċċkom”.

27


ktieb mill-qrib F’dawn l-erba versi Bezzina jappella għas-sens taxxamm, tal-mess, u tat-togħma, filwaqt li jfakkarna fis-safa tal-elementi naturali li joffru serħan lil min jaf japprezzahom. L-appell għas-sensi jerġa’ f’Riħa ta’ baħar mielaħ fejn diġà fit-titlu hemm appell għas-sens tax-xamm u tat-togħma, filwaqt li naqraw versi oħrajn bħal “u l-karba mill-bogħod dwiet” (smigħ), u “riħa ta’ alka niedja,/ riħa ta’ ragħwa tfuħ” (xamm). Hemm drabi meta kliem il-poeżija bħal jimita kliem għanjiet ritwali tal-imgħoddi li kienu jitnisslu mirrabta tal-bniedem mal-elementi naturali. Hekk naqraw f’Illejla mingħajr qamar: “Illejla mingħajr qamar, inqabbdu lkoll in-nar, nixegħlu mitt ħuġġieġa, infakkru ġrajjiet kbar. […] U ngħidu talb l-imgħoddi, is-salmi tal-irjieħ, l-għanjiet u l-litaniji tal-baħar, tal-erwieħ.” Drabi oħra l-istrofi jieħdu l-għamla ta’ mistoqsijiet rettoriċi (ara Jekk mhux l-ilma).

kont... GĦADDEJ FIT-TREN Mit-tieqa tat-tren nara jaħarbu bosta għoljiet, oħrajn li għadhom ġejja, u ġejja bil-mijiet. Kull għolja l’għaddiet ħesrem mhix ħlief il-fdal, tifkira, il-ġrajja li ġrat darba, l-istorja żgħira u kbira. U t-tren ikompli jiġri b’duħħan u tisfiriet, kultant fi stazzjon jieqaf, jinbidlu n-nies fis-skiet. Għaddej it-tren ta’ dejjem, u sejjer skont il-ħin, it-tren il-ħajja kollha, it-triq is-snin tas-snin. IL-WIED TAS-SERĦ U S-SKIET Sejrin malajr nerħulha, nitilqu ftit mgħaġġlin, għax xbajna f’dal-post kiebi, imnikkta u mikdudin.

KONKLUŻJONI: Dawn huma poeżiji li ma jistgħux jinqraw kollha f’daqqa għax jgħejuk ladarba lessikalment, tematikament u ritmikament huma simili ħafna. Dan jista’ jirrifletti ċ-ċokon – ġeografiku - li minnu ġej Bezzina, ċokon li jaħrab minnu permezz talimmaġinazzjoni, tal-lehma u tal-versi li moqrija ftit ftit jinżlulek għasel. Huwa hawn fejn il-poeżiji ta' Bezzina jinftehmu wkoll bħala logħba infinita ta’ kliem li kull darba jitqiegħed f’ordni u fi skemi ġodda b’mod naturali biex jinħolqu xbihat, emozzjonijiet, u sensazzjonijiet ġodda fi-qarrej. Il-fliexken huma antiki, imma l-inbid li joffrilna Bezzina hu dejjem mill-itjeb. Il-forma hi tradizzjonali, imma l-poeżiji li naqraw f’Mal-Ħmura tax-Xefaq ipaxxu l-qalb, ilwidna u r-ruħ. Dawn ta’ Bezzina huma poeżiji mgħobbijin bil-ħeffa ta’ riflessjonijiet profondi u li għalhekk jistgħu jinqraw ukoll minn taħt l-ilsien, imma jħallu fil-qarrej eku li jidwi għat-tul. Din ilġabra għandha daħla Kritika interessanti miktuba mill-Professur Oliver Friggieri.

Sejrin mingħajr ma nafu liema huma l-mogħdijiet, u kemm se ndumu nterrqu fid-dwal u d-dlamijiet. Naraw lil min nistaqsu biex żgur ma nintilfux, ’k jgħidulna le, inkomplu, naraw jekk ninġabrux. U nimxu sa ma naslu fil-wied tas-serħ u s-skiet, nixorbu sakemm nixbgħu, nitbaħbħu fl-ilmijiet. (Poeżiji ta’ Charles Bezzina, minn Mal-Ħmura taxXefaq, MSVLife/BOV, 2016)

28


il-poeżiji MA RAJT LIL ĦADD Hawn ġew tefgħuni, waħdi ħallewni, u awgurawli mistrieħ fil-kwiet; kienu biss erbgħa illi refgħuni, qassis warajhom liebes l-istola bis-salib iswed, u kulur vjola. Warajh ġie raġel b’zappun fuq spalltu barmil żgħir f’idu, kazzola u ġir.

Maestro magnanimo aquila fervida che vivi ancora in fondo ai nostri cuori adesso liberi dove lavori ancora con le tue idee liberatrici in una festa di nobile fratellanza. CARMEL MALLIA

Mal-lejl kellimthom lil ta’ madwari l-istejjer tagħhom irrakkuntawli. Min kellu jieħu jew kellu jrodd min kien qed jibni jew kien iħott, min kien irabbi jew għex waħdu min kellu l-ħbieb jew kellu l-għadu min għex f’din l-art jew kien imsiefer. Min kien sew fqir u min kien sinjur u d-dinja xorta baqgħet iddur.

(Dopo aver passato molti anni in prigione, dove studiò da autodidatta le lingue straniere e la filosofia, Manwel Dimech (25.12.1860-17.4.1921) decise di dedicarsi all’istruzione del popolo nel tentativo di sradicarne l’ignornza. Voleva vedere una società più impegnata e più moderna. Per questo fu scomunicato dalla Chiesa e esiliato dal locale governo Inglese. Morí in Egitto, lontano dalla sua povera famiglia, rimasta priva di ogni aiuto che la facesse vivere dignitosamente.)

KEMM NIXTIEQ

U l-oqbra tagħhom? miksijin bil-fjur!

Kemm nixtieq li ngħum f’nofs ta’ baħar u mal-mewġ nitbandal ħlejju

U l-ħofra tiegħi? bla fjur, hekk bqajt! għax jiret lili ma kien hemm ħadd u jibki lili lil ħadd ma rajt!

Kemm nixtieq li nħoss żiffa ħelwa sħana ħanina ta’ Mejju

ANTHONY FARRUGIA A MANWEL DIMECH (25.12.1860 - 17.4. 1921) (esiliato da Malta da due istituzioni ingrate) Genio di Malta giovine mare mosso da cuore gentile innovatore contro una sterilità infantile uccello catturato e seppellito lontano dalla bandiera fiera di tenere una scuola nuova in un mare di idee arbitrarie di un governo strano e straniero. Tu incenso soave e redentore della nostra patria oppressa, tu, monumento di Malta gloriosa in un futuro sgomento ma preparato a rinnovarsi con impeto e sacrificio. La tua faccia vittoriosa ci rende coraggiosi e arditi.

Kemm nixtieq immur f’għalqa `l bogħod fuq l-irtuba tal-ħamrija. Kemm nixtieq li nisma’ biss skiet ’il bogħod mill-għawġ u l-kefrija. ’ll bogħod mill-kliem iebes aktar mil-blat. Dawk kollha li qalbhom bil-mibegħda mimlija. Dal-mezzi soċjali li kissru l-imħuħ. Dal-vrus qawwija li rvinaw dil-poeżija. OMAR SEGUNA BUFFURA Fuq wiċċek rajt tbissima li kienet bħal buffura li tajret b’ħeffa kbira l-uġigħ ta’ qalb miksura. CHARLES CASHA (minn Mumenti, 2013)

29


il-poeżiji IL-KANKRU

Għax aktar hu ħafif illi l-qalb tjassar milli sinjur issir u tkun għal qalbek, inkella dik il-ħaġa li naqsitek issib, ukoll jekk Alla jisma’ talbek.

Ma nafx minn fejn tfaċċa ma fhimtx għaliex jien ma kellix ħjiel tiegħu tfaċċa minn imkien.

ALFRED GRECH

Spiċċajt vittma tiegħu bħal ħafna min-nies, bla kelli xejn ħtija, ma ġibt xejn bi qżież.

MUHAMMED ALI - LEĠĠENDA LI TINTIRET ilhom li siktu l-ħsejjes tad-daqqiet, u ċ-ċapcip tal-udjenzi jsegwuk, u s-segwaċi jgħolluk wara r-rebħa.

Inħossha din saħħti qed tnin ma’ kull jum dalwaqt bħal Kristu nlissen “Missier kollox mitmum”.

f’ritratti li sfaru, tidher ma’ nies kbar, il-beatles, malcolm x, nelson mandela u l-isfidanti foreman, liston, w aktar.

Inħoss l-uġigħ qeridni qed joqrobli it-tmiem weġgħa għal qrabati għalija il-ħelsien.

ilu li siket leħnek, jisfida, jgħajjar fid-duħħan tal-logħba, u wara terġa’ xxidd il-ġentilezza. għalkemm il-mard, regħdlek idejk imbierka, mohammad, bqajt leġġenda li tintiret.

Rebaħli? Jew ħaseb? Nirbaħlu għad jien? Tghid nibqa’ niġġieled jew nċedi bis-sliem?

MARIO GRISCTI ĦAJKU

U dlonk niddeċiedi mingħajr telf ta’ żmien b’familiti fi ħsiebi niġġieled bla waqfien.

Ix-Xwejjaħ

KEVIN TANTI

Taqra ġrajjietu imħaffrin f’tikmix wiċċu; ix-xwejjaħ ħiemed.

(Facebook Page: Kitbieti)

LE, JIEN RIDT BISS GĦAL FTIT TAL-ĦIN NINĦEBA Le, jien ridt biss għal ftit tal-ħin ninħeba, ma nimmarkax prezenti u nerġa’ lura mill-ħars battal ta’ dawk li lanqas jagħrfu biex nerġa' għalli kont u nieħu sura, ta’ dawk li draw iduru daqs żugraga u jien ridt biss nillarga biex nittawwal tibqax ix-xemx li titla’ kull filgħodu tidħakli, sħana titfa’ bla ma ddawwal. Ikompli l-valz tal-muti, l-valz tal-għonja fis-sqaq, hekk kif iddur il-kantuniera, għaliex tassew m’għadnix ir-ritmu niflaħ inkella nħossni skomdu f’dil-filliera.

Ix-Xwejħa Rogħda f’idejha. Tgħid tistħajjilha tbandal bħal dari, n-nieqa? L-Għeneb Għenieqed bżieżel għalik mikxufin, jassruk mal-ewwel bewsa. LINA BROCKDORFF

30


il-poeżiji RIO

m’hawnx bħalu, agħmillu pedistall u ħu forċina mdiehba ħalli terfgħu u... titfgħu minn fuq sur!

xejn fid-dinja ma jisboq il-karnival ta’ Rio.

CHARLES FLORES (minn L-Egħxieren, PEG 1988)

l-akbar karrijiet l-ifjen kostumi l-isbaħ tfajliet (semi-nudi) fl-isħan żifniet: tislima lil Bakku qima lil Venere

THAT DARK EVENING WHEN YOU VISITED ME I am the poet. I'm always the poet. Għaxija tal-ilwien. Iħammru. F'dal-wilġiet. Ta' dassiktiet. Tal-lejla. Hawn. Fuq. Qalb. Dal-ħariet. T'għelieqi. Hawn. Imtarrfa. Bi. Friefet. Il-lejl. Miksija. Għidli. Fis-siktiet. Tas-siġar. Silwettati. Tiegħek. Issa li l-lejla. Għal waqt. Wieħed. Iltqajna.

qabel mal-folol jerġgħu lura lejn il-favelas.

Għidli: Xi. Tkun. Id-dehwa. Tiegħek. Il-lehma. Tliehem. Tiegħek. Għalfejn. F'dat-tifwiġ. Mieles. Tinstema'. Dejjem. Vuċi. Antik'antik'antika. Ta'. Min. Ra. Leħħ. Jitleħħ. U. Ħass. Bħal. Korteżulu. Ġewwa'r-ruħ. Ġewwa. Dal-fliegi. Siekta. Ta' ġo. Fina.

xejn ma jisboq il-karnival ta’ Rio! VICTOR FENECH (minn Il-Poeżiji, KKM 2011)

EH, DAK POLITIKU Eh, dak politiku, m’hawnx bħalu. ‘Tal-kitba’ mitrugħin, tal-banda karnival; tal-festa lkoll fanat’ċi u d-dħaħen tal-inċens ħallih għal min jaf xi trid, x’qed tfittex, x’se jsir. Eh, dak politiku, m’hawnx bħalu, dil-fosdqa t’art f’idejh u jien w int inrewħu l-arja friska tal-foħrija. Kulħadd marid u d-duwa doża kbira ta’ politika ħamra u blu. Eh, dak politiku,

F'das-siktiet. Umdużi. Ta'. Din. Il-lejla. Xi jkun. Għaddej. Mill-vini. Ta'. Ġo. Fik. Mit-tributarji. Tarruħ. Tal-weraq. Tiera. L-irtuba. Tas-sider. Divin. Matmura. Ta'. Ġmiel. U. Dija. Għidlu. Lill-poeta. Għidilha. Lill-poetessa. Il-mara. Tal-fjur. Tal-ġmiel. Ħamran. Jissajja. F'dis-sikta'mniddija. Għidilha. Tmur. Tfittex. Fil-ġwiebi. Divini. Tar-ruħ. W'ittella'. Mar-ramplila'ntika. Il-ġmiel. Tal-ilma. Isaffi. Dal-baħar. Plebew. Ta'. Ġewwa. Fina. Issa. Li mtlejna. B'diq. Ġdid. Bla. Fejda. Dewwaqna. Mid-diq. Antik. Id-diq. Tax-xewqa. Bnina. Tal-ġmiel. Etern. Etern. Etern. Jissanctus. Sanctus. Sanctus. Il-qniepen. Agoniċi. Ta'. Ġo. Fina. TARĊISJU ZARB (Minn www.facebook.com/tarcisio.zarb)

31


il-poeżiji tat-terremot Matul il-lejl tal-24 ta’ Awwissu 2016 terremot qawwi laqat inħawi fiċ-ċentru tal-Italja biex ħalla warajh mijiet ta’ mejtin, feruti u oħrajn bla dar. Kienu bosta dawk li rreaġixxew fuq Facebook għal din it-traġedja permezz tal-versi.

Nirrifletti u niskot quddiem ix-xejn tal-JIEN.

X'JISWA LI JISBAĦ ... liċ-ċkejknin li mietu fit-terremot fiċ-ċentru tal-Italja.

Dedicata alla memoria delle vittime del terremoto che ha colpito il Reatino il 24 agosto 2016 e ai cittadini di Accumoli, Amatrice, Arquata del Tronto e Pescara del Tronto, che con grande coraggio stanno ricostruendo un futuro sulle macerie delle loro case.

X'jiswa li jisbaħ meta l-art tibla’ l-anġli fil-qalba tal-lejl? X'jiswa li jisbaħ meta r-ruħ ċkejkna tinħataf mill-idejn qerrieda tal-mewt, waqt ħolma sabiħa bit-tama tas-sebħ ... sebħ li ma jasalx. X'jiswa li jisbaħ il-jum meta titlef lil min tħobb? Mhemmx kliem li jfisser in-niket ... ... għajjat biss ... għajjat maħnuq ta’ poplu maħsud u mneżża’, li jidwi lejn is-sema, għajjat ta’ ħniena jistaqsi lil Alla ... Għaliex? U hawn, taħt is-sema, fost wied ta’ dmugħ u demm, ... hawn biss skiet ... skiet u tmiem. MIRIAM ELLUL

JOHN MALLIA SILENZIO

Sopra la terra, sotto la terra la vita ha identica voce e chiede di rinascere dall’osmosi fra la fortuna e le rovine. Conclusa la battaglia delle rocce, placata dal pianto degli orfani, conciliata dal primo riso dei vivi, la conca sarà ancora madre. E di sera la gente che udì l’urlo sotterraneo, in piedi alle finestre, più salda dei campanili, chiederà al cielo il solo favore del silenzio. ROBERTO MALINI

ENIGMA Niskot quddiem il-bini imġarraf f’terremot. Niskot quddiem tant iġsma min-nixfa meqrudin. Niskot quddiem is-siġar maħruqin f’nar qalil. Niskot quddiem kull uragan li jħalli djar mgħarrqin. Ngħajjat sa ma ninħanaq kontra att ta’ terrur. Nibki bi lfiq bla rażan lit-trabi mormijin. Nirrabja kull fejn nara il-qerda tal-ambjent. Nitmasħan bla ma nehda kontra kull tradiment. Nifraħ nara l-imħabba tnissel fil-ġnus is-sliem. Nitgħaxxaq kull filgħodu ma’ tlugħ ix-xemx sabiħ. Nistagħġeb kull flgħaxija bi kwiekeb jilmaw sbieħ. Nistaqsi bla ma nifhem l-enigma tal-Ħolqien. Nifsi sħun ngħolli f’talba infaħħar lill-Mulej.

LANQAS XQUQ MA ĦALLA FIL-ĦITAN... Lanqas xquq ma ħalla fil-ħitan it-Terremot ta' Amatrice. Lanqas ħitan, lanqas djar. Ġebel u terrapien mitluqa għajjiena, feruti, fit-toroq li ma jwasslu mkien. Sal-passat qered. U t-tamiet. U d-daħq u l-ferħ. U l-biki u t-tnehid. U l-imħabba u l-ġlied. U r-riħa tal-ikel u taż-żmien. Kollox. U l-futur. Sadanittant aggiornanento dei morti. Centoquarantasette. Il numero è aspettato di salire. U r-rapport tat-Temp: Nel Lazio, sereno.

ĠORĠ PERESSO

32


il-poeżiji

lil hinn minn xtutna

HAIKU

vecchio-bambino: quell’impossibile ragazzo che non fui

I have the honour to shape ideas in the chest of my mind.

ho sempre troppe facce ma poche frecce all’arco

On the blank paper the mighty thoughts are settled gently.

GIUSEPPE NAPOLITANO (minn A repentaglio, L’arcolaio, 2015) L-Italja

NADIA-CELLA POP Ir-Rumanija

Deluded, brainwashed young suicide bomber they lied to you when they brainwashed you with sleek murderous words in their stupendous washing machines where they wash young gullible brains like yours with rat poison soap suds.

TERRORISM It takes less than a minute, a cruel coup without words, a lost passion, and the human being dedicates himself to misuse his energies terrorizing people, who are frightened and do not even imagine themselves to be a target of vengeance. Government leaders assault entire populations with the pretext of punish one terrorist! And with the same intent, a terrorist hurts and kills unarmed people, for being unable to kill powerful and protected government leaders. It is all a question of bad judgment and lack of humanitarian feelings.

They lied to you when they told you you will be a hero and go to heaven when you blow yourself up and kill as many people as you can and then ravish 72 young, fresh maidens! They lied to you those terror monsters who sent to hell when you killed. And you did even have the courage to ask them: “If so, why don’t you go?” ADA AHARONI (minn Anti-Terror and Peace: IFLAC Anthology, 2016) L-Iżrael

ANCORA HAIKU UN GIALLO

TERESINKA PEREIRA L-Istati Uniti

È TARDI Non ho saputo (non ho fatto in tempo) essere giovane quando potevo troppe occasioni (crescere subito) irrinunciabili (o le avrei perdute)

TO A SUICIDE BOMBER

Bagna conchiglie Lava il corpo del morto È stanca l'onda Barca ideale Una scarpa dell'uomo Galleggia fiera Piange il mare Il figli del deserto Chi è l'assassino? ÇLIRIM MUÇA (minn www.facebook.com/clirim.muca) L-Italja

ma è tardi essere

33


minn fuq l-ixkaffa ERBATAX-IL VERS ta’ Alfred Grech, 2016. Din hija t-tielet ġabra poetika ta’ Alfred Grech - li tifrex fuq mitt paġna - u li tiġbor fiha poeżiji miktubin mill-2011 sal-2013. Il-ktieb għandu Kelmtejn mill-poeta stess, Daħla mill-pinna ta’ Carm C. Cachia, u 20 xogħol artistiku ta’ George Mario Attard. Hekk Erbatax-il vers iżewweġ il-qasam tal-kelma ma’ dak viżiv biex jagħti esperjenza iktar pjaċevoli u solida lill-qarrej. Grech stess jikteb: “Hawnhekk issib mitt sunett li mhumiex sunetti fil-veru sens tal-kelma. Dan għaliex, l-ewwel nett ma jidħlux flinkwadratura ta’ sunett kif wieħed jifhem bil-forma tradizzjonali ta’ dan il-ġeneru, ħlief għall-fatt li kull poeżija għandha erbatax-il vers u miktubin bil-vers tal-ħdax (lendekasillabu). It-tieni nett għaliex lanqas l-idjoma ma hija waħda li tradizzjonalment tinsab fis-sunett.” Carm C. Cachia jikteb: “Bejn il-versi li [Grech] jinseġ tidher ċara lmaturità ta’ kittieb li hi frott tal-esperjenza u għalhekk fil-poeżiji jitfaċċaw temi bħal dubji personali, sehem l-imħabba f’ħajtu, ix-xenqa għal xi ħadd li miegħu jaqsam ilpiż tal-ħajja, is-sehem tad-divin f’ħajtu.” Kull poeżija tingħata data bħala titlu, tifrex fuq paġna waħda u hija stampata b’font kbir biex tinqara bla ebda tbatija. IL-BOGĦOD LI JIFRED ta’ Joe Axiaq (Awstralja), 2016. Kemm hu sabiħ li wieħed jaqra letteratura Maltija bil-Malti minn Maltin li qed jgħixu eluf ta’ kilometri ’l bogħod minn art twelidhom, imma li llum draw sewwa fl-art ġdida fejn ilhom jgħixu snin twal flimkien mal-familji tagħhom. Joe Axiaq huwa wieħed minn dawn il-kittieba Maltin li matul is-snin twal li ilu l-Awstralja qatt ma waqaf iħobb lil art twelidu u lil ilsien art twelidu. Dan ma għamlux - u għadu jagħmlu - biss permezz taxxandir imma anki permezz tal-kitba, fosthom anki ġabriet ta’ poeżija. Hawnhekk jagħtina 26 rakkont ambjenti f’partijiet differenti tal-Awstralja - imma anki ta’ Malta u Għawdex - bil-Maltin bħala protagonisti, bit-tajjeb u l-ħażin tagħhom. Kif jgħid Axiaq stess fid-Daħla: “Ħafna min-novelli f’dan il-ktieb kienu ppubblikati f’gazzetti, rivisti u antoloġiji letterarji f’Malta u fl-Awstralja. Għalkemm il-ġrajjiet u l-karattri huma fittizzji l-aspetti tal-ħajja Maltija fl-Awstralja u l-ambjent tal-ħajja f’Malta u f’Għawdex, li jien ħallejt fis-snin sebgħin huma reali u tifkiriet ta’ żmien li għadda.” L-isfond hu żmien lemigrazzjoni Maltija għall-Awstralja mis-snin ħamsin sas-snin sebgħin tas-seklu 20. KAĊĊA, ed. Patrick J Sammut, 2016. L-idea ta’ din l-antoloġija poetika (li tifrex fuq 70 paġna) hija li dawn il-poeżiji – miktubin minn 16-il poeta ta’ etajiet differenti - ma jintilfux imma jinġabru f’post wieħed biex permezz tagħhom il-qarrejja jibqgħu jiftakru li minkejja li r-Referendum intrebaħ minn dawk li riedu li l-kaċċa fir-rebbiegħa ma tinqatax, xorta waħda l-kaċċa tibqa’ qtil ta’ kreaturi innoċenti. Antoloġija bħal din għandha wkoll tfakkar lill-kaċċaturi responsabbli li jobdu l-liġijiet li r-riżultat tar-Referendum t’April 2015 serva fuq kollox biex tinħoloq kuxjenza fost il-poplu Malti favur it-tjur li jpassu fuq il-gżejjer tagħna. Dawn il-kreaturi mhumiex tagħna imma huma wirt naturali dinji u għalhekk kull tajra li tinqatel hija tajra misruqa lill-popli tad-dinja kollha, inklużi uliedna u wlied uliedna li għadhom saħansitra ma twildux. Hawn huma inklużi wkoll numru ta’ poeżiji li nkitbu qabel ir-Referendum tal2015 imma xorta waħda jintrabtu mas-suġġett jew jieħdu l-perspettiva ta’ poeżijiprotesta kontra l-qtil tat-tjur jew il-perspettiva li tgħinna napprezzaw l-isbuħija ta’ ħlejjaq bħal dawn. Hemm poeżiji fejn il-protesta tinħass b’saħħitha, f’oħrajn taħkem iktar irriflessjoni paċifika, f’oħrajn hemm is-sens romantiku li jitpaxxa u japprezza l-isbuħija u ssempliċità ta’ dawn il-ħlejjaq ċkejknin.

34


minn fuq l-ixkaffa ETERNITÀ - Poeżija ta’ Paul P. Borg u Viżwali ta’ Gabriel Caruana, Horizons, 2015. Ġabra ta’ poeżiji mill-isbaħ, f’format hardbound, u akkumpanjata minn għadd sabiħ ta’ disinji kkuluriti tal-artist Gabriel Caruana. Huwa eżempju perfett ta’ kemm ilpoeżija u l-arti jmorru id f’id. Fil-Kelmtejn Qabel Paul P. Borg jikteb, “It-tlaqqigħ fija tal-kelma mat-taħżiża kollha lwien ta’ Gabriel hu eżerċizzju personali, intimu u suġġestiv ħafna li ma niqafx nagħmlu kull meta nqalleb dawn ix-xogħlijiet. F’waqtiet emozzjonali b’infinità ta’ possibiltajiet skont il-burdata, jien nara siltiet mill-kitba tiegħi fit-taħżiż tiegħu. Drabi oħra fil-kitba tiegħi jfiġġuli lwien u kwadri tiegħu. Mhux biex isostnu lil xulxin; das-sostenn m’għandhomx bżonnu. Imma biex lili jfakkruni f’xulxin. Ħsibijiet sħaħ narahom miktubin fuq l-ilwien u fit-tpinġija, u donnhom ikellmuni minn ġo fihom.” Il-ktieb għandu tliet studji mill-pinna tar-Rev. Prof. Peter Serracino-Inglott, il-Prof. Richard England u l-Prof. Charles Briffa. F’din il-ġabra nsibu mal-46 poeżija, miktubin bejn l-1973 u l-2014, b’Eternità bħala l-itwal waħda. Ktieb bħal dan huwa esperjenza poetika u viżiva mill-isbaħ u għalhekk huwa rigal ideali lil min hu għal qalbna. THE CONFECTIONER’S DAUGHTER ta’ Lou Drofenik, Horizons, 2016. Dan huwa s-seba’ rumanz ta’ Lou Drofenik. Għalkemm ilha tgħix l-Awstralja għal bosta snin, ir-rabta tagħha ma’ Malta għadha b’saħħitha qatigħ. Lou Drofenik regolarment iżżur lil Malta anki biex tagħmel ir-riċerki tagħha li jgħinuha fil-binja ta’ rakkonti verosimili għall-aħħar. Matul dawn iż-żjarat hija tiltaqa’ u titkellem ma’ nies differenti, u dan jgħinha f’aspetti bħalma huma d-deskrizzjoni u d-djalogar fir-rumanzi tagħha. F’dan ix-xogħol ta’ 275 paġna naqraw storja li tkopri mal-mitt sena. Tibda f’forn ta’ villaġġ f’Malta u tkompli fil-bliet Awstraljani ta’ Sydney u Melbourne. Dan hu rumanz li joħroġ għad-dawl id-dinja intima tan-nisa, min-nanna Maltija - il-matrijarka li tibni fortuna mill-forn tagħha - għan-neputija li tixtieq taħrab mill-kultura tal-villaġġ li tħoss qed tifgaha. Dan hu wkoll xogħol li jittratta l-imħabba, l-innoċenza mitlufa u l-ġlieda. Jiċċelebra l-ħajjiet tan-nisa Maltin, il-kapaċità tagħhom li jadattaw għal kull tip ta’ sitwazzjoni, u l-intensità tar-relazzjonijiet familjari tagħhom. Li hu żgur hu li ladarba wieħed jibda jaqra dan ir-rumanz, bħar-rumanzi kollha ta’ Drofenik, mhux se jitilqu qabel ma jispiċċah.

FID-DELL TAL-PELLIKAN ta’ Salv Sammut, Horizons, 2016. Isem Salv Sammut ma jintrabatx biss mal-qasam tal-poeżija, imma fuq kollox ma’ dak tal-proża. Huwa ppubblika kemm ġabriet ta’ poeżija, rumanzi u ġabriet ta’ stejjer. F’dan ir-rumanz ta’ ftit iktar minn 400 paġna għal darb’oħra Sammut jinkludi wkoll numru żgħir ta’ poeżiji. Fid-Dell tal-Pellikan qed jara d-dawl issa imma ilu miktub mill1982. Fi kliem Noel Grima, qassis żagħżugħ u eżemplari li jmexxi klabb taż-żgħażagħ jgħaddi minn trawma meta tfajla miż-żgħażagħ tal-klabb tinġibed lejh u hu, min-naħa tiegħu, jinġibed ukoll xi ftit. Iż-żgħożija u l-impenn tiegħu jdaħħluh f’diversi kriżijiet u sitwazzjonijiet skabrużi għax altru dak li jipprietka u altru dak li jiffaċċja ruħu miegħu fil-ħajja ta’ kuljum. Il-qassis protagonist isib ostilità kbira minn dawk ta’ madwaru, miżżgħażagħ tal-klabb, mill-qassisin sħabu, mill-Kurja, min-nies in ġenerali. Ta’ bniedem dgħajjef u li jiżbalja, hu jħallas prezz għoli. Din mhix l-ewwel darba li Salv Sammut jittratta kwistjonijiet jaħarqu bla ebda biża’ u tidwir mal-lewża. L-istil tal-proża tiegħu huwa wieħed mexxej, miktub b’Malti li jinftiehem bla diffikultà. It-temi ttrattati huma attwali. Wasal il-waqt li dan il-kittieb jiġi rikonoxxut mill-awtoritajiet ikkonċernati!

35


minn fuq l-ixkaffa LAURENT ROPÀ—L-INTELLETTWALI GĦAWDXI-FRANĊIŻ BL-EWWEL APPELL GĦAL “GĦAQDA” TAL-MALTIN TAD-DINJA, ta’ Rigu Bovingdon, Horizons 2015. F’dan il-ktejjeb sabiħ ta’ 82 paġna Bovingdon jippreżentalna l-ġrajja ta’ Laurent Ropà, ewlieni fost dawk li xtaqu jħallu ’l pajjiżhom futur aktar promettenti. Lindividwu Laurent Ropà hawn jispikka b’xempju ta’ Malti (Għawdxi) li minkejja li nfatam minn pajjiżu huwa rnexxielu jissiefaħ ’il fuq, lil hinn mill-belligħat ħorox li lħajja tal-imsiefer taf tisqik, sabiex mhux biss irnexxa iżda sar portavuċi kolta għallMaltin imbiegħda; wieħed mill-bosta reklami sbieħ lin-nazzjon ċkejken tagħna lMaltin fil-familja tal-ġnus mondjali. Għalkemm il-posterità Maltija ma kinitx rgħiba ma’ dan il-patrijott xorta waħda jista’ jsir aktar sabiex il-frott fin li ħallielna mhux biss ma jintesiex imma jibqa’ apprezzat fis-swali kolti ta’ ġensna. Il-ktejjeb għandu studju mill-pinna tal-Prof. Henry Frendo, bl-isem ta’ “‘Patrijott ta’ Stoffa’: L-Emigrazzjoni bħala Ispirazzjoni”, Biblijografija Referenzjali, lista sħiħa tax-xogħlijiet ta’ Rigu Bovingdon, flimkien ma’ xi poeżiji u ittri li jkomplu jgħinuna biex nifhmu aħjar lil dan il-personaġġ ewlieni fl-istorja tal-ilsien u tal-letteratura Maltin. IL-KMANDAMENT NUMRU ĦDAX ta’ Paul P. Borg, Horizons 2016. Dan huwa r-rumanz li jifrex fuq ftit iktar minn 500 paġna, u jinqasam fi 78 kapitlu. Jittratta tema għal qalb ħafna Paul P. Borg: dik ambjentalistika. Ir-rumanz hu mogħni minn Daħla u anki minn Riflessjonijiet tal-Awtur li jiftħu u jagħlqu x-xogħol rispettivament. Kif jikteb Borg fid-Daħla, “Dan ix-xogħol ilu jinkiteb biċċa biċċa snin twal, saħansitra minn qabel is-snin disgħin meta ppubblikajt Minn Fuq għal Isfel (1991), il-ġrajja ta’ żagħżugħ li jirribella quddiem il-qerda bla rażan tal-ambjent naturali f’pajjiżna. Siltiet minnu dehru wkoll xi drabi nhar ta’ Ħadd fl-Independent u f’ It-Torċa matul is-snin. Minn dak iż-żmien iż-żeblih lill-ħolqien mhux biss ma naqasx imma żdied.” Borg ikompli hekk fi tmiem il-ktieb: “Dak li ġara fl-imgħoddi, il-kilba bla tarf ta’ min ried is-sold ikattru minn fuq dahar il-ħolqien, l-indifferenza ta’ ħafna minna u d-dgħjufija ta’ min suppost ħa ħsieb il-ħolqien imma bla skrupli ta’ xejn ma wettaqx dmiru sewwa, tħalltu mat-twissijiet fl-Iskrittura u fil-kitbiet tal-Indjani qodma talAmerka, biex joħolqu lil dan Mosè, il-protagonist tar-rumanz.” Dan hu rumanz b’saħħtu u ta’ protesta mill-pinna ta’ Borg li jipprometti ġrajja li taħkem lill-qarrej.

MALTA ĦANINA ta’ Daniel Rondeau, maqlub għall-Malti minn Aquilina, Faraxa Publications 2016. Dan huwa ktieb li ġie ppubblikat bl-għajnuna finanzjarja tal-Kunsill Malti tal-Ktieb. Oriġinarjament il-ktieb kien ippubblikat mill-Éditions Grasset fl-2012. L-awtur, ġurnalist, editur u diplomatiku, Daniel Rondeau, kien l-Ambaxxatur Franċiż għal Malta bejn l-2008 u l-2011. Ta kontribut qawwi biex jippromwovi lil Malta fuq il-media Franċiżi u biex isaħħaħ dejjem iktar ir-rabtiet storiċi u kulturali bejn Malta u Franza. F’Malta Ħanina wieħed jista’ jaqra t-tifkiriet ta’ Rondeau ta’ Malta. Rondeau jirnexxilu jislet l-eroj mill-imgħoddi kollettiv tagħna u jqegħedhom fil-kuntest tas-soċjetà moderna billi jorbothom mal-ħajjiet ta’ personalitajiet tal-preżent. Dan ma kienx faċli ladarba lingwistikament Rondeau kellu jagħżel elementi minn varjetà ta’ stili. Toni Aquilina daħal għall-isfida ta’ din il-kitba eklettika billi introduċa ġeneru letterarju ġdid fl-ilsien Malti, dak tas-saġġ storiko-letterarju li jsir ħaġa waħda mal-vjaġġ tal-ħajja u lesperjenzi ta’ Rondeau nnifsu. Malta Ħanina jista’ jinxtara mill-ħwienet ewlenin talkotba jew direttament minn www.faraxapublishing.com.

36


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.