Il-Pont Dicembru 2012

Page 1

Ħarġa numru 3: Diċembru, 2012

Editorjal

H

ija ħaġa sabiħa li l-Università ta’ Malta tqassam id-Dottorati Onoris Causa kull tant żmien. Ftit snin ilu kellna l-okkażjoni ta’ meta stiednet lill-attur u reġista Roberto Benigni proprju biex tgħaddilu dan l-unur. Bosta jiftakru li f’dik l-okkażjoni l-Università ta’ Malta stiednet ukoll Professur barrani biex iniedi l-ktieb tiegħu f’rabta ma’ Dante u d-Divina Commedia, filwaqt li nsiet Malti li għal għoxrin sena sħaħ u spejjeż tiegħu ħadem biex l-ilsien Malti jkollu t-traduzzjoni ta’ din l-opra letterarja universali. Dan it-traduttur kien Alfred Palma, li hu wkoll kittieb u poeta. Ironikament, xi xhur wara Alfred Palma kien ġie mistieden mill-Comune ta’ Ravenna biex jipparteċipa fl-avveniment annwali “Dante nel mondo” (2008). F’dik l-okkażjoni jiena kont akkompanjajtu u hemm konna ngħatajna merħba ta’ rejiet. Alfred Palma kien qara partijiet mid-Divina Commedia - li hu qaleb għall-Malti u li ppubblika fl1986 - fil-Basilika ta’ San Franġisk f’Ravenna, quddiem folla nies li verament apprezzaw dan il-ġest li sar b’sagrifiċċji kbar u li żgur ma rrendiex fuq livell finanzjarju. Għal Palma dik kienet okkażjoni li ppremjatu tassew; tant hu hekk li huwa kien ġie onorat bil-Lauro Dantesco. Ftit ilu l-Unversità ta’ Malta reġgħet tat l-unur tad-Dottorat Onoris Causa lillkantant u tenur kbir Joseph Calleja, anki jekk mal-

letteratura ftit għandu x’jaqsam. Nixtieq li jasal ukoll dak il-jum meta l-istess istituzzjoni tibda tagħti l-istess unur lil aktar persuni li ħadmu b’sagrifiċċji kbar u b’imħabba lejn Art Twelidhom biex komplew jagħnu oqsma differenti ta’ dan il-wirt universali. Fuq nota differenti, IL-PONT huwa okkażjoni oħra li turi kemm hawn Malta ma jonqsux l-attivitajiet marbutin mal-letteratura u l-ilsien Malti. Prosit kbira lil dawk kollha li b’sagrifiċċju jiddedikaw daqstant ħin biex itellgħu inizzjattivi bħal dawn. Minn hawn nistaqsi: “Meta se jasal dak iż-żmien meta l-awtoritajiet ikkonċernati jiftħu ċentru apposta li jospita dawn l-Għaqdiet tal-Malti u simili; ċentru permanenti fejn ikunu jistgħu jtellgħu l-attivitajiet tagħhom u jsibu post deċenti u xieraq għall-arkivji tagħhom ukoll?” Xi ħaġa simili saret diġà fil-każ tal-Akkademja tal-Malti u dan żgur li kien pass għaqli fid-direzzjoni t-tajba. Nawgura l-Milied it-Tajjeb lil kull min se jaqra IL-PONT u lil ta’ madwaru ☺ Kull min jixtieq jikteb lill-Editur jew jibgħat materjal relevanti - li m’għandux ikun twil ħafna—jista’ juża dan il-kuntatt: sammutpatrickj@gmail.com


L-AĦBARIJIET JITFAKKAR IL-POETA NAZZJONALI Bħal kull sena l-Kumitat Festi Nazzjonali fakkar lillPoeta Nazzjonali, Dun Karm Psaila, b’attivitajiet apposta. Din is-sena l-għodwa ta’ tifkira seħħet fit18 ta’ Ottubru, jum it-twelid ta’ Dun Karm. Ħadu sehem għadd ta’ studenti, għalliema, uffiċjali edukattivi u persuni distinti oħra. L-okkażjoni bdiet b’korteo li telaq mill-iskola Primarja talFurjana fid-9.30 a.m., u mexa sa quddiem ilmonument tal-Poeta Nazzjonali fit-tarf ta’ Triq Sant’Anna, xogħol tal-iskultur Toni Ellul. Hemm saret ċerimonja li nkludiet qari ta’ poeżiji, diskorsi uffiċjali u tqegħid ta’ fjuri mal-istess mafkar. Doreen Galea kantat poeżiji ta’ Dun Karm b’arranġamenti mużikali tal-Mro Domenic Galea.

Il-mafkar iddedikat lill-Poeta Nazzjonali fil-Furjana

VERSI TINGĦATA LIBSA ĠDIDA L-organu uffiċjali tal-Għaqda Poeti Maltin, ir-rivista VERSI, li ilha toħroġ sa mill-1986, ingħatat libsa ġdida. L-idea hija li din ir-rivista ddedikata kompletament lill-qasam tal-poeżija tkompli ssib dejjem iktar qarrejja u twassal il-poeżija għand numru akbar ta’ persuni. Fil-ħarġa 2012.3 Alfred Massa jsellem lill-poeta Anton Buttigieg f’għeluq il-mitt sena minn twelidu. Hemm ukoll rapport dwar il-Premjazzjoni tal-Konkors ta’ Poeżija għatTfal li sar aktar kmieni din is-sena. Hemm inklużi

għadd ta’ poeżiji b’ilsna differenti, esejs letterarji miktubin apposta għall-istudenti li se jersqu għalleżamijiet tal-Malti SEC u MATSEC, u reċensjonijiet dwar żewġ ġabriet tal-poeżija ta’ Charles Mifsud u Therese Pace. Massa jsellem ukoll lil Peter A. Caruana, Membru Onorarju tal-Għ.P.M., li miet aktar kmieni din is-sena, filwaqt li l-paġna Poeti Kontemporanji hija ddedikata lil Joseph Sciberras minn Ħ’Attard. Hemm ukoll paġna ddedikata lillaħbarijiet mid-dinja tal-poeżija u oħra li tinkludi l-messaġġ tal-President tal-Għ.P.M. għal Jum ilPoeżija 2012. Min hu interessat jakkwista kopja jista’ juża l-e-mail: ghpm@hotmail.com JITĦABBRU R-REBBIEĦA TAL-PREMJU DINJI TALPOEŻIJA NOSSIDE 2012 It-Taljana Emilia Fragomeni li toqgħod f’Ġenova u hija għalliema tal-letteratura, rebħet it-XXVIII edizzjoni tal-Premju Dinji tal-Poeżija Nosside 2012 bil-poeżija Orme (Traċċi). Dan huwa l-uniku konkors dinji miftuħ għall-ilsna kollha u anki għal kull forma ta’ komunikazzjoni (kitba, mużika u vidjow). Din is-sena pparteċipaw 374 konkorrent minn 70 pajjiż differenti f’51 lingwa differenti, inkluż il-Malti. Fost dawk li se jkollhom il-poeżija tagħhom ippubblikata fl-antoloġija NOSSIDE 2012 se jkun hemm ukoll waħda minn Malta, dik ta’ Giancarlo Callari bl-isem ta’ Il viaggio della speranza. Iċ-ċerimonja tal-premjazzjoni saret f’Reggio Calabria nhar il-Ġimgħa, 30 ta’ Novembu, fejn iltaqgħu poeti mill-ħames kontinenti.

RIŻORSA PERFETTA GĦALL-GĦALLIEMA L-ISTUDENTI TAL-MALTI

U

Għal kull min jinteressa ruħu fit-tagħlim tallingwa u l-letteratura Maltija żgur li jsib utli ħafna dan is-sit elettroniku: http://malti.skola.edu.mt/


L-AĦBARIJIET L-GĦAQDA POETI MALTIN TIPPARTEĊIPA FILFIERA TAL-KTIEB Wara kuntatti li saru mas-Sinjorina Joyce Grech, l-Għaqda Poeti Maltin ingħatat l-opportunità għall-ewwel darba illi l-membri tagħha jaqraw poeżiji magħżula minnhom stess matul il-Fiera tal-Ktieb. Il-membri li kienu preżenti biex jaqraw huma Salv Sammut, Emmanuel Attard Cassar, Joseph C. Sciberras, Godwin Cini, Omar Seguna, Leanne Ellul u Miriam Ellul. Fost il-poeżiji li nqraw kien hemm dawk ta' Charles Magro, Therese Pace u Edmund Calleja. Il-qarrejja kienu mqassmin fuq tlett ijiem biex dejjem ikun hemm membru tagħna preżenti.

Intimità ta’ Christine Borg Farrugia. Fit-Tieni Post ġiet Patéma ta’ Mario Attard. Fit-taqsima tal-Ingliż l-Ewwel ġiet il-poeżija Blue Tongued Lizard ta’ Donovan Gatt. It-Tieni ġiet Vaudeville ta’ Kristina Miggiani. L-Ewwel fit-Taqsima talMalti ġiet il-poeżija Bersall, ta’ Therese Pace. Fit-Tieni Post ġiet il-poeżija Nawfraġju Ieħor ta’ Stefano Farrugia. Fit-Tielet Post ġiet il-poeżija Rabta, ta’ Mark Amaira. Therese Pace ngħatat ukoll il-Premju ‘Mons. Amante Buontempo’, bħala r-Rebbieħa assoluta tal-Konkors Nazzjonali tal-Poeżija 2012.

Ir-rebbieħa tal-Konkors Nazzjonali tal-Poeżija 2012 flimkien mal-President tal-Għ.P.M., Charles Magro

Godwin Cini, membru tal-Kumitat tal-Għ.P.M., waqt il-parteċipazjoni tiegħu fil-Fiera tal-Ktieb 2012.

PREMJAZZJONI TAL-KONKORS TAL-POEŻIJA 2012

NAZZJONALI

Il-Konkors Nazzjonali tal-Poeżija 2012, li l-Għaqda Poeti Maltin nediet fl-1 ta’ Lulju 2012, ġie fi tmiemu b’Serata ta’ Premjazzjoni li saret il-Ġimgħa, 16 ta’ Novembru, fis-sala tas-Soċjetà tal-Arti, Manifattura u Kummerċ, il-belt Valletta. Din is-sena wkoll kien hemm għadd sabiħ ta’ konkorrenti, membri tal-Għaqda Poeti Maltin u mhumiex. Il-Ġurija li eżaminat il-poeżiji kienet magħmula mis-Sinjuri George Falzon, Louis Briffa u l-Inġ. Maurice Mifsud Bonnici. Il-Konkors kellu tliet taqsimiet: tal-Malti, tal-Ingliż u tatTaljan. Ir-rebbieħa f’kull kategorija kienu dawn li ġejjin: Bit-Taljan ġiet fl-Ewwel Post il-poeżija

PROSIT LILL-ORGANIZZATURI TAL-KTIEB 2012

TAL-FIERA

Għal darb’oħra prosit lill-organizzaturi tal-Fiera tal-Ktieb li saret bejn is-7 u l-11 ta’ Novembru 2012 fid-Dar tal-Mediterran, il-Belt. Bħal dejjem, din ma kinitx biss okkażjoni fejn dawk li jħobbu l-ktieb setgħu jaraw x’hawn disponibbli f’rabta ma’ oqsma differenti u jixtru l-kotba favoriti tagħhom. Il-Fiera tal-Ktieb saret ukoll okkażjoni fejn wieħed jista’ jikseb tagħrif siewi dwar aspetti differenti f’rabta mal-letteratura lokali. Qed nirreferi għad-diversi stands li ttellgħu u li kienu ddedikati lill-illustraturi tal-kotba tat-tfal, lill-gazzetti lokali tas-seklu 19, lill-kittieba deputati, lil Giovanni Pietro Francesco Agius De Soldanis, u anki lill-kittieba li għaddew għal ħajja aħjar din is-sena.


L-INTERVISTA Manwel Cassar

M

anwel Cassar twieled fl1933 l-Imsida. Fl-Awstralja, Melbourne, ħadem bħala għalliem, skrivan maċ-Ċivil, editur letterarju ta’ ġurnali u rivisti differenti, u i n t e r v i s t a t u r korrispondent tar-Rediffusion. Fl-1959 waqqaf l-Għaqda tal-Letteratura tal-Maltin fl -Awstralja. Huwa pittur ta’ esperjenza u koawtur ta’ antoloġiji ta’ poeżiji bħal Driegħ ma’ Driegħ (1971), Mal-Ħmura ta’ Filgħodu (1982), Frott Ieħor (1992) u Riflessi Fiddiena (2000). 1. Illum inti għandek ’il fuq minn 80 sena u ilek li emigrajt lejn l-Awstralja sa mill-1955. Kif tħares lejn Malta u x’hemm minnha li baqa’ jinfluwenzak anki jekk imbiegħed minnha fiżikament u temporalment? Għandek żball ċkejken, mhux għax jimporta ħafna. It-80 sena nagħlaqhom fit-3 ta’ Jannar 2013. Lil Malta għadni nħobbha, għad li ma nagħlaqx għajnejja għal xi nuqqasijiet li huma marbuta mal-insularità. Il-moralità hi ġeneralment tajba, speċjalment dik li trabbejt fiha li darrietni nirrispetta l-valuri sodi reliġjużi u sekulari; nifraħ li għadha tinfluwenzani. Listess l-Ilsien Malti li spiss insemmi hawn fissens li naqra ta’ art għandha Lsienha u dammet bih letteratura ġmielha fil-kwalità, u fil-kwantità proporzjonalment. 2. X’inhi r-relazzjoni tal-poeta u artist MaltiAwstraljan mal-kontinent il-kbir? Kif toħroġ din fil-poeżija/arti tiegħu?

Il-poeta Malti-Awstraljan ġenwin, u mhux il-qabbiel newwieħi emozzjonalment għal Malta, jidwi l-ġijografija mil-lat deskrittiv u l-metafora fl-espressjoni tal-kontinent li jinsab fih b’ħajja differenti. Meta jitħallat, kif tajjeb li jagħmel, mal-letteratura lokali, jintlaqat mill-oriġinalità, il-virilità u attitudnijiet li jħarsu lejn suġġetti globali kontemporanji b’moħħ wiesa’. Hemm fl-istess ħin ċerta daqqa fix-xogħol Awstraljan li diffiċli tfissirha, imma tagħrafha. L-istess il-MaltiAwstraljan jevolvi mhux bilfors dejjem jew bl-istess kejl f’leħħa differenti minn ta’ Malta. Madankollu l-ħarsien tal-Malti korrett blidjoma Maltija huma magħżużin. Intervistajt għadd ta’ artisti Maltin-Awstraljani ta’ Victoria u ta’ New South Wales. Huma jew figurattivi jew ċerebrali. Hemm min għandu rabta ta’ memorja Maltija, imma hekk jew hekk hawn abbundanza ta’ materjal u ta’ opportunitajiet. 3. X’inhuma jagħmlu l-poeti u kittieba Maltin-Awstraljani hemmhekk biex iżommu kuntatt ma’ xulxin? Sfortunatement, il-kittieba Maltin-Awstraljani ma tantx iżommu kuntatt ma’ xulxin. Imma f’Melbourne għandna ċ-ċans li niltaqgħu darba fix-xahar f’laqgħat ta’ qari tal-Maltese Literature Group-Grupp Letteratura Maltija, u darba fis-sena f’kunċert mużiko-letterarju filFestival tal-Maltin. Personalment, jiena ġieli nżid billi naqra xogħlijiet tiegħi f’laqgħat ta’ qari talAwstraljani u multikulturali. Kemm jogħġobhom jistaqsu fuq l-Ilsien Malti u Malta u mhix l-ewwel darba li talbuni naqralhom poeżiji tiegħi bil-Malti meta nkun ippreżentajtilhom traduzzjoni bl-Ingliż!


IN-NOVELLA TAL-MILIED IL-ĦOLMA TA’ TFAJJEL B’KEWKBA A Child’s dream of a Star ta’ Charles Dickens maqluba għall-Malti minn MARIO ATTARD

D

arba kien hemm tfajjel li kien iħobb jimxi ħafna kif ukoll jaħseb fuq bosta affarijiet. Kellu oħtu li kienet għadha ċkejkna, li għalih kienet il-ħabiba tiegħu l-ħin kollu. Dawn iż-żewġt aħwa kienu jqattgħu l-ħin kollu jiġġerrew. Kienu jistagħġbu bil-ġmiel tal-fjuri; kienu jistagħġbu bl-għoli u bl-ikħal tas-sema; kienu jistagħġbu bil-fond tal-ilma; kienu jistagħġbu bittjubija u bis-setgħa kbira ta’ Alla li għamel lid-dinja hekk sabiħa.

Kultant kienu jgħidu lil xulxin: “Li kieku t-tfal kollha tad-dinja kellhom imutu, il-fjuri, l-ilma u s-sema jiddispjaċihom għalihom?” Huma kienu tal-fehma li jiddispjaċihom. “Għaliex,” qalu, “ir-rimjiet huma ttfal tal-fjuri, u l-għadajjar żgħar tax-xita li donnhom b‘logħob jinqalbu ’l isfel għan-niżla huma t-tfal talilma; it-tbajja’ jleqqu fis-sema jilagħbu noli bil-lejl, żgur li huma t-tfal tal-kwiekeb; u żgur li jiddispjaċihom jekk lil ħbiebhom, it-tfal tal-bnedmin, ma jarawhomx iżjed.”

lewn il-qarsa tax-xemgħa, kien jgħidilha “Rajtha l-kewkba!” Imbagħad kienet tifforma tbissima u b’leħen batut kienet tgħid, “Bambin, bierek lil ħija u lill-kewkba!” It-tifel iħares lejn il-kewkba waħdu Għalhekk ma damx ma wasal iż-żmien li fih it-tifel sab ruħu waħdu, u fuq is-sodda ma rax aktar lil wiċċ oħtu; u fost l-oqbra l-oħra kien hemm qabar ċkejken li qabel ma kienx hemm; u meta l-kewkba kienet tiddi ħafna fuq wiċċu kien jaraha fid-dmugħ tiegħu. Issa din id-dija tant kienet qawwija li bħal donnha għamlet triq ta’ dawl qawwi li jagħti għall-ġenna, hekk li meta t-tifel irtira fis-sodda solitarja tiegħu ħolom bil-kewkba; u ħolom li, minn fejn kien, ra serbut twil ta’ nies immexxija mill-anġli. U l-kewkba wrietu dinja kbira mdawla fejn kienu jinsabu ħafna aktar anġli jistennewhom sabiex jilqgħuhom. Dawn l-anġli kollha li kienu jinsabu jistennew, xeħtu ħarsithom imdawla fuq dawk in-nies li kienu qegħdin jinġarru lejn il-kewkba; u wħud minnhom ħarġu mirringieli twal li kienu fihom u bisuhom bl-akbar imħabba u marru magħhom f’toroq ta’ dwal, u kienu jinsabu kuntenti fil-kumpanija tagħhom tant li t-tfajjel ġewwa soddtu beka bil-ferħ li ħass.

Qabel jitfaċċaw il-kwiekeb kollha f’wiċċ is-sema, dejjem kienet titfaċċa kewkba ċara u tleqq qrib il-kampnar tal-knisja u fuq l-oqbra. Kienet kewkba ikbar mill-oħrajn u iktar sabiħa minnhom ukoll, hekk ħasbu ż-żewġt aħwa, u ta’ kull fil-għaxija, id f’id wara l-ħġieġ tat-tieqa, kienu joqogħdu josservawha. Min minnhom jaraha l-ewwel kien jgħid “Rajtha l-kewkba!” u spiss kienu jgħiduha flimkien peress li kienu draw sew il-ħin li fih titfaċċa kif ukoll f’liema naħa tas-sema.

Imma kien hemm ħafna anġli li ma marrux magħhom, u fosthom kien hemm xi ħadd li huwa kien jaf. Dak il-wiċċ marid li darba kien mimdud fuq is-sodda kien imdawwal u gglorifikat, u sab li oħtu kienet waħda mill-mistednin.

U hekk saru ħbieb sewwa tagħha tant, li qabel ma kien jimteddu fis-sodda biex jorqdu, dejjem kienu jħarsu lejha għal darba oħra sabiex jagħtuha l-lejl it-tajjeb; u malli għajnejhom tkun se taħbat se tmur bihom kienu jgħidu talba ċkejkna, “Bambin, bierek lill-kewkba!”

Hekk kif kienet qiegħda ddur lura biex tkompli sejra, ħuha ġebbed idejh u qalilha ”Hawn jien, oħt! Ħudni miegħek!” u daret u xeħtet ħarsitha mimlija dija fuqu. U kien il-lejl, u l-kewkba kienet qiegħda tiddi f’kamartu, fejn bdiet titfa’ raġġi twal diretti għal fuqu u lil oħtu raha fid-dmugħ tiegħu stess.

Imma meta t-tifla kienet għadha ċkejkna, ċkejkna ħafna, tilfet saħħitha u tant kienet ma tiflaħx li ma setgħetx aktar tmur wara t-tieqa filgħaxija biex tara lill-kewkba, għalhekk it-tifel, b’qalbu maqsuma, kien jittawwal waħdu filwaqt li lil oħtu marida u b’wiċċha

Minn dak il-ħin ’il quddiem, it-tifel beda jħares lejn il-kewkba bħallikieku hija d-dar li fiha jrid imur meta jasal iż-żmien għalih; u ħaseb li huwa ma kienx maħluq għal din id-dinja biss, imma wkoll għal dik il-kewkba, għaliex l-anġlu ta’ oħtu diġa’ mar fiha.

L-anġlu ta’ oħtu mexa bil-mod lejn id-daħla talkewkba, u hija staqsiet lil min kien qed jieħu ħsieb dawk li bdew jiddaħħlu, “Ħija ġej?” It-tweġiba tiegħu kienet “Le.”


IN-NOVELLA TAL-MILIED

kont...

Ħu dak it-tifel li għadu tarbija

Bint dak ir-raġel tmut

Twieldet tarbija u din kienet maskili u kienet tiġi ħu dak it-tifel; u mietet waqt li kienet għadha ċkejkna ħafna tant li lanqas kien għadu jaf jgħid kelma waħda.

Dak it-tifel li sar raġel żgħir, issa sar raġel sew, xagħru bdiet issir griża, u kien jinsab bilqiegħda maġenb il-fuklar, imtaqqal bid-dulur, u wiċċu xxarrab bid-dmugħ hekk kif il-kewkba reġgħet infetħet mill-ġdid quddiemu.

Għal darba oħra t-tifel ħolom b’dik il-kewkba miftuħa u bil-kumpanija ta’ anġli, u s-serbut twil ta’ nies, u l-fillieri ta’ anġli b’għajnejhom jarmu d-dija jħarsu lejn dawk in-nies. Oħt dak it-tifel staqsiet lil min kien qed jieħu ħsieb dawk li bdew jiddaħħlu, “Ħija ġej?” It-tweġiba tiegħu kienet, “Mhux dak, imma ħuk ieħor.” Hekk kif dak it-tifel ra lil ħuh tarbija f’dirgħajha qalilha: “Oħt, hawn qiegħed jiena! Ħudni miegħek!” U hija daret lejh u tbissmitlu. U l-kewkba bdiet tiddi. Omm it-tifel tmut Iż-żmien għadda u dan it-tifel sar raġel żgħir, u kien okkupat ġmielu bil-kotba meta l-qaddej anzjan mar fuqu u qallu: “Ommok m’għadhiex magħna. Ġejt inġib il-barka li tat lill-iben għażiż tagħha!” Filgħaxija, għal darba oħra, ra lillkewkba u lill-bqija l-oħra. Oħt dak it-tifel staqsiet lil min kien qed jieħu ħsieb dawk li bdew jiddaħħlu, “Ħija ġej?” It-tweġiba tiegħu kienet, “Ommok ġejja.” U għajta kbira ta’ ferħ instemgħet mal-kewkba kollha għaliex l-omm ingħaqdet mill-ġdid ma’ wliedha. U r-raġel żgħir ġebbed dirgħajh u qal, “Ja ommi, oħti u ħija, jiena hawn qiegħed. Ħuduni magħkom!” U dawk ilkoll weġbuh, “Mhux għalissa.” U l-kewkba bdiet tiddi.

Oħt dak it-tifel staqsiet lil min kien qed jieħu ħsieb dawk li bdew jiddaħħlu, “Ħija ġej?” It-tweġiba tiegħu kienet, “Le, imma ġejja bintu xebba.” U dak ir-raġel li darba kien tifel ra lil bintu, mitlufa hija wkoll għalih, ħlejqa anġelika qalb dawk it-tlieta u qal, “Ras binti tinsab fuq sider oħti u dirgħajha madwar għonq ommi, u fejn riġlejha hemm it-tarbija ta’ darba, qiegħed nisma’ s-sejħa tiegħi biex jien wkoll nitlaq minn hawn, ikun imfaħħar Alla!” U l-kewkba bdiet tiddi. Ir-raġel jara lill-kewkba għall-aħħar darba. Ġara li t-tifel sar raġel xiħ. Dak wiċċu li darba kien lixx issa tkemmex, u l-passi tiegħu tqalu u saru bla saħħa, filwaqt li dahru tgħawweġ. Lejla waħda waqt li kien jinsab mimdud fuq is-sodda tiegħu, b’uliedu madwaru, qal bħalma qal bosta drabi qabel, “Qiegħed nara lkewkba!” Uliedu qalu minn taħt l-ilsien, “Qiegħed imut.” U qal: “Iva. Għomri qiegħed jaqa’ minn fuqi kif taqa’ biċċa ħwejjeġ, u riesaq lejn il-kewkba bħala tifel. U issa, Missier, nirringrazzjak talli spiss ħallejtni nara lill-għeżież tiegħi li jinsabu jistennewni.” U l-kewkba bdiet tiddi; u iddiet fuq il-qabar tiegħu.


IL-POEŻIJI MILIED IEĦOR

illusione ci inganna di essere ancora legati. di credere ancora ai rapporti che umani dicemmo

Ftit ftit qed jerġa’ joqrob Milied ieħor: ġa qed inħoss is-seħer tiegħu fija; u għad li hi mitfija l-kewkba tiegħi, se’ terġa’ tixgħelhieli l-Fantasija: u fid-dawl tagħha jien se nerġa’ nemmen il-kliem sabiħ maħżuż fil-kartolini; se’ nerġa’ nsib mill-ġdid il-ferħ ta’ dari, u nerġa’ nemmen li mhux se’ jħallini. Se’ nerġa’ nħossha ħelwa l-fewġa kiesħa ta’ nifs Diċembru jonfoħ fuq ħaddejja; u r-riħa mingħajr fwieħa tal-ġulbiena se’ nerġa’ nxommha tfewwaħ f’imnifsejja. Se’ nerġa’ nara par idejn maħbuba jixegħlu xemgħat ħomor fuq il-friegħi; nar’hom mill-ġdid iqarstu ir-rigali, u nerġa’ nemmen illi għadhom tiegħi! Se’ nerġa’ nagħmel wegħda lili nnifsi li s-seħer ma nitfihx mad-dwal milwiena; se’ nerġa’ għal sena oħra ngħix bit-tama li qalbi tħoss dak li ngħidilha jiena! ALFRED PALMA

NATALE NON SA CHE DI SPENTI SAPORI Solitaria la riva che languido il mare accarezza levigati i colori che il sole dipinge di luce e pallido staglia nei toni di azzurro del cielo riposano barche in attesa di nuove stagioni dormono quiete scogliere sul pelo dell'acqua fa rumore la gente che vuole sentirsi di fuori: è il tempo in cui tutti si credono buoni e sinceri e godono semplici cose che pagano care negli occhi sazi nei cuori non trovi sorprese

oggi tu vivi in chiuso sentire abitudini Natale non sa che di spenti sapori GIUSEPPE NAPOLITANO Italja L-AĦĦAR TOKKI TA' DIĊEMBRU L-aħħar tokki ta' Diċembru, appik waslu, se jibdew, tista' tgħid id-dinja kollha, ħafna nies qed jistennew, L-aħħar tokki ta' Diċembru, l-ewwel nota diġa' bdiet, kollox siket, kollox ħemed, f'daqqa waħda waqa' s-skiet. L-aħħar tokki ta' Diċembru, qed iħabbru tibdil sħiħ, sena tmut oħra titwieled, bla ma ħadd jaf x'hemm għalih. L-aħħar tokki ta' Diċembru, jorbtu tnejn mill-isbaħ xhur, wieħed eku tal-imgħoddi, l-ieħor bxara tal-futur. L-aħħar tokki ta' Diċembru waslu fl-aħħar, qed jinfnew, fadal tnejn, jonqos biss waħda, issa kollha f'salt għaddew. L-aħħar tokki ta' Diċembru, għaddew kollha u spiċċaw, fadal biss li sena ġdida, riżq u barka nawguraw. CHARLES MIFSUD


MINN FUQ L-IXKAFFA INTERMEZZI—ĠABRA TA’ 30 NOVELLA ta’ Lina Brockdorff, KKM, 2012. Mill-kumment ta’ George Peresso: “Lina Brockdorff hija mħarrġa sew fil-kitba fejn il-passat isir l-arkivju tal-memorja […] Fil-proża mistħajla, l-arkivju tal-memorja hu preżenti wkoll. Hu li jqanqal. Hu li jnebbaħ. Hu li jsawwar ċerti ideat, saħansitra fl-għażla ta’ metafori u tixbihat. Jew fis-soppressjoni ta’ ċerti fatti. Il-memorja li tuża Brockdorff f’din il-ġabra mhix il-memorja kollettiva storika, imma l-memorja personalizzata f’ambjent soċjali. Il-memorja rrakkontata u li tirrakkonta f’Intermezzi hija esperjenza li għandha bidu fil-psikoloġija umana u li ssawwar il-personalità tagħna, forsi anki bħala persuna distinta u awtonoma, imma li intrinsikament issib lilha nfisha, il-passat tagħha, f’ħaddieħor.”

XBIHAT TAL-ANTENATI/ANCESTRAL VISIONS ta’ Marlene Saliba, 2011. Mill-qoxra ta’ wara: “Fil-poeżiji tagħha bil-Malti u bl-Ingliż, Marlene Saliba tiddeskrivi b’mod tassew kommoventi n-nies ammirevoli li bnew l-imqades Neolitiċi ta’ art twelidna u tirrifletti dwar ir-relevanza tal-kultura tagħhom għalina. Ir-ritratti mill-isbaħ u x-xbihat ta’ xogħlijiet evokativi ta’ diversi artisti mis-seklu tmintax sal-lum iżidu d-dimensjoni viżiva tal-ħajja ta’ dawn l-antenati tal-Gżejjer Maltin—ħajja li b’għadd ta’ modi tista’ titqabbel ma’ tagħna, ngħixu f’liema rokna tad-dinja ngħixu. Il-fotografija prinċipali tal-fdalijiet Neolitiċi hi ta’ Daniel Cilia.” Il-ktieb għandu “Daħla” mill-Prof. Oliver Friggieri u oħra minn Jay Ramsay, u anki “Kelmtejn tal-Awtriċi”.

L-GĦANJA TAT-TIFKIRA, damma ta’ poeżiji ta’ Joe M. Attard Il-Kav. Joe M. Attard minn Għawdex jista’ jissejjaħ “Il-Poeta tal-Kummissjoni u talOkkażjoni” għax il-biċċa l-kbira tal-poeżiji tiegħu nkitbu wara li ġie avviċinat biex ifakkar anniversarji jew okkażjonijiet importanti kemm privati kif ukoll pubbliċi. Juża ħafna l-vers popolari u mexxej tat-tmienja. Dan il-ktieb jinqasam f’ħames taqsimiet ewlenin: Okkażjonijiet Speċjali, Anniversarji, Il-Festi Tagħna, F’Jum il-Mewt, u Mixxellanja. Il-ktieb għandu produzzjoni ta’ Joe Zammit Ciantar u studju qasir mill-pinna tal-Prof. Oliver Friggieri. L-Għanja tat-Tifkira jittratta l-ħajja talGħawdxin, f’waqtiet ta’ ferħ u ta’ niket, u temi bħalma huma l-paċi, il-ħajja, iż-żgħożija, u d-dinja ta’ madwarna, fost oħrajn.


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.