Programm tal-Festa tan-Nawfraġju ta' San Pawl – Valletta – 10 ta' Frar 2014

Page 1

Programm tal-Festa tan-Nawfraġju ta’ San Pawl Valletta – 10 ta' Frar 2014


E C N E I R E EXP

Y E N R U O J E H T

www.demajowinesandspirits.com JohnnieWalkerMalta


10 ta' Frar 2014

Programm tal-Festa Solenni tanNawfraġju ta’ San Pawl li se ssir fl-Insinji, Kolleġġjata, Matriċi, Veskovili, Parrokkjali u Prinċipali tal-Belt Valletta 10 ta’ Frar 2014 3 Kustodji tal-Verità, l-Imħabba u l-Unità Rev. Kan. Mons. Alexander Cordina, S.Th.Lic., Cap. S.S. 6 Entużjażmu Pawlin fil-qalba tal-Kapitali Etienne Montfort, President, Għaqda tal-Pawlini 10 Il-Kapitali Ewropea tal-Kultura Jason Micallef, Chairman, Fondazzjoni Valletta 2018 11 Nelevaw lill-festi tagħna mal-Ewropa kollha Dr. Alexiei Dingli, Sindku tal-Belt Valletta 13 Il-Pittura tan-Nawfraġju ta’ San Pawl f'Malta, fi Greenwich, Londra Jonathan Borg, BA (Melit.), PG Dip, MA (Leics.) 17 Pawlu – Ġesù, Avventura ta’ Mħabba Kan. Alfred Camilleri, B.A., Lic. D. 22 Il-ħelsien mill-Pesta tal-1814 Winston L. Zammit, B.A. (Hons) P.G.C.E. MA 26 Apprezzamenti Kan. John Ciarlò u Vince Farrugia 27 Biex Malta tibqa’ l-Gżira ta’ Pawlu Kan. Też. John Ciarlò, B.A., Lic. D. 35 Meta rajtek l-ewwel darba! Rev. Kan. Mons. Alexander Cordina, S.Th.Lic., Cap. S.S. 36 Programm tal-Festa – 10 ta’ Frar 2014 41 Investiment fl-armar tal-festa Alan Xerri, Kummissjoni Armar 46 Il-Festa tal-1894 u l-Istatwa tal-Papa Ljun XIII Martin Gravina, Dip. Educ. (Adm. & Mangt.) 50 San Pawl… San Publiju Comm. Salvator Mousù 52 Tajjeb li tkun taf… Kan. Alfred Camilleri, B.A., Lic. D. 54 Il-Kungress Ewkaristiku Internazzjonali A.D. 1913 – 2013 Donald Paul Parsons, Dip. Hlth. Sc., B.Sc (Hons.) M.L.S. 58 It-toroq tal-Parroċċa ta’ San Pawl – Kif biddlu isimhom Michael Galea, DPA Pro Merito Melitensi (SMOM) 62 Il-Festa ta’ San Pawl fl-1827 u fl-1869 Giovanni Bonello, Ex-Imħallef tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem 64 Qaddisin b’rabta mal-Kolleġġjata ta’ San Pawl Nawfragu Robert Cassar, M.A., B.Cons (Hons),B.A. (Hons)

Ritratti tal-Kopertina Ħajr: Daniel Cilia Affresk ta’ San Pawl b’ikonografija fuq stil Taljan xogħol ta’ Attilio Palombi fil-bidu tas-seklu għoxrin. L-affresk jinsab fl-appostolat tal-korsija tal-Knisja Kolleġġjata.

ĦARĠA SPEĊJALI TAL-FESTA Din hija pubblikazzjoni li l-Għaqda talPawlini fil-Belt Valletta, toħroġ darba fissena fl-okkażjoni tal-Festa tan-Nawfraġju ta’ San Pawl, li din is-sena ser tiġi ċċelebrata nhar it-Tnejn, 10 ta’ Frar 2014.

Mitbugħ minn:

PROGRESS PRESS LIMITED Intornjatur Street, Industrial Estate, Mrieħel, B'Kara - BKR 3000 Malta Email. info@progresspress.com.mt Tel. +356 22764440 Fax. +356 25594236 1


Għaqda tal-Pawlini - Valletta

Kummissjoni Banda • Etienne Montfort • David Gauci Hampton

President Onorarju (Fundatur) • Paul

Asciak LRSM. P&T, FLCM., Hon TCL., MQR

Presidenti Onorarji • Francis Tabone • Paul • Louis Attard • Paul • Dr. Ray Bondin

J. Galea Spiteri

• Jonathan Grima • Ray Zahra

• Mario

Cassar

Akkademja Kulturali Pawlina

• Victor Enriquez • Hector Bruno

• David Bonello (Chairman) • Mario Micallef

• Valhmor Montfort • Charles Coleiro

Membri Onorarju • Rev. • Rev.

Arċipriet Kan. Alfred Camilleri B.A., Lic. D. Mons. Anton Galea, B.A., Lic. D.

Kumitat 2013-14

• Etienne Montfort (President) • Antoine Farrugia • Edward

Bonello B.Comm.

(Segretarju Ġenerali) (Relazzjonijiet Pubbliċi)

• Dione

Montfort • Mario Bonello

(Teżorier) (Direttur tal-Attivitajiet) • Salvatore

Rocco • Mario Cassar

(Direttur ta’ Dar il-Pawlini/ (Viċi-President/ Rappreżentant Kummissjoni Nar) Direttur Imħażen) • Carlos

Scerri • David Bonello

(Direttur tal-Armar) (Direttur Artistiku)

Reviżuri tal-Għaqda tal-Pawlini • John

Mizzi

• Joe

• Stephen

Baldacchino

• Douglas

Tabone

Mifsud

• Roderick

B.Sc Bus & Comp (Melit.) (Teżorier) (Segretarju)

Attard

• Clint

Mifsud

• Alan

Xerri

• Jason

Baldacchino

(Relazzjonijiet Pubbliċi) (Asst. Ko-ordinatur B.Com (Hons) Banking & Finance Attivitajiet / Asst.Teżorier )

Mangion

• Jean

• Vince Farrugia

• Edward Bonello B. Comm.

• Robert Cassar,

• Martin Gravina

(Segretarju) (Deputy Chairman)

Fergħa Nisa Pawlini

MA (History of Art); Dip. Educ. (Adm. & Mangt.) B Cons (Hons); BA (Hons)

• Doris Montfort (President Fergħa Nisa) • Mariella Zammit • Maria Tabone • Salvina Sciberras • Anne Bugeja

• David

• Marcel Zammit Marmarà Cassar B.E.& A. (Hons.) A.& C.E. B.A., Dip. LIS, M.A.

Kummissjoni Elettorali

• Silvio Cutajar • Pawlu Mizzi B. Ed (Hons) Dip. Ind. Design

• James Mulholland • Joseph Bartolo (Chairman) • Marcel Zammit Marmarà, B.A. ; Dip. LIS; M.A. • Joseph Huber, LRSM., Dip. Educ. (Adm. & Mangt.)

• Pawlu

Kummissjoni Nar

Kummissjoni Armar

B.A., (Hons)., M.A. (Human Rights & Democ.)., M.A. (Diplomatic Stud).

(Editur) (Chairman)

(Co-opted) (Co-opted)

Mons. Philip Calleja, A.M., P.E.P., M.O.M. Cap. SS., O.S.J. Kan. Feliċ Tabone • Rev. Kan. Mattew Magri, Lic. D. • Rev. Kan. Antoine Borg • Rev. Kan. Karm Busuttil, Magister Iuris (Int. Law)., S.Th.Dip.,

• Rev. Kan. John Ciarlò, B.A., Lic. D. • Etienne Montfort

Paul Lia

• Ivan Briffa Farrugia (Chairman) • Salvatore Rocco Rapp. tal-Kumitat fil-Kummissjoni Nar • Neil Micallef • Keith Farrugia • Jeremy Dalli • Paul Sciberras

Kan. Kantur Giovanni Borg Kan. Teżorier John Ciarlò, B.A., Lic. D. Kan. Frans Perici • Rev. Kan. Penitenzier Vinċenz Borg, B.S. Th. (Viċi-Parroku) • Rev. Kan. Lawrenz Zammit

• Rev. • Rev.

Bord Editorjali

(Rappreżentant tal- (Rappreżentant tal Fergħa fil-Kumm. Armar) Fergħa f’Dar il-Pawlini) • Daniel

• Rev.

• Rev. • Rev.

Baldacchino

• Glen

Arċipriet Mons. Alexander Cordina

S.Th. Lic. Cap. SS.

• L-E.T. Mons. Paul Giglio, S.Th. D. (Greg) • Rev. Mons. Anton Galea, B.A., Lic. D. • Rev. Kan. Alfred Camilleri, B.A., Lic. D. • Rev. Kan. Mario Tong

(President Fergħa Żgħażagħ) (Viċi-President) • Joswè

• Rev.

Kanonċi Onorarji

Micallef

Fergħa Żgħażagħ Pawlini

Rev.mu Kapitlu tal-Insinji Kolleġġjata San Pawl Nawfragu tal-Belt Valletta

Cumbo

Uffiċċju Amministrattiv

Għaqda tal-Pawlini Dar il-Pawlini, 195 Triq Sant’ Ursola, Valletta, Malta VLT1237

• Mario Cassar Scerri (Chairman) Rappreżentant tal-Kumitat

e-mail: info@sanpawlmalta.com sît elettroniku: www.sanpawlmalta.com

• Antoine Farrugia • Keith Farrugia • Paul Grima

Fotografu Uffiċjali: Daniel Cilia (fotografu) Ħajr lil: Mario Mintoff (Photocity) Daniel Cardona (fotografu), Paul Xuereb (fotografu)

• Carlos

fil-Kummissjoni Armar

2

• Alan Xerri • David Bonello • Glen Attard


10 ta' Frar 2014

Kustodji tal-Verità, l-Imħabba u l-Unità

M

alli jgħaddi l-Milied, kull qalb Pawlina tibda tħabbat u tfur aktar mis-soltu. Il-ħarsa tagħna tmur lejn il-Festi li nagħmlu li jimmiraw lejn isSolennità tan-Nawfraġju fl-10 ta’ Frar. Din hija l-ewwel Festa tiegħi magħkom bħala Arċipriet u bħalkom qalbi tfur bis-sens veru li din il-Festa għandha tnissel fil-qalb ta’ kull wieħed u waħda minna. Din is-sena ħsibt li l-priedki tatTridu nagħmlihom jiena biex norbtu l-Festa mal-ħsieb u l-pjan pastorali tal-parroċċa tagħna. Il-Papa San Girgor il-Kbir, meta tkellem dwar ir-rgħajja tal-Knisja, qal li r-ragħaj huwa l-kustodju tal-Verità, ilkustodju tal-imħabba u l-kustodju tal-unità. Dawn it-tliet punti reġa’ semmihom il-Papa Franġisku fis-Solennità ta’ San Pietru u San Pawl fid-29 ta’ Ġunju tal-2013. U jekk dawn it-tliet realtajiet jgħoddu għar-ragħaj fil-Knisja, kemm aktar jgħoddu għall-Appostlu? Jidher ċar li San Pawl kellu għal qalbu l-Verità, l-Imħabba u l-Unità. Il-kitbiet tiegħu huma mimlija eżortazzjonijiet biex il-poplu nisrani jżomm sħiħ mal-verità, jgħix l-imħabba u jibni l-unità. Għalhekk, ma jagħmlix sens li nisrani ma jkollux għal qalbu dawn ir-realtajiet.

Mons. Alexander Cordina S.Th.Lic., Cap. S.S. Arċipriet

"…nkunu persuni li fl-għajxien tagħna nibnu s-Saltna t’Alla kull fejn inkunu” sħiħ u kollu kemm hu. Ma nistgħux ngħixu, kif kien qal il-Papa Emeritu Benedittu XVI, kristjaneżmu tassupermarket: nagħżlu li jogħġobna u l-bqija nwarrbuh għax skomdu.

Bl-istess mod, irridu nkunu Pawlini matul is-sena kollha mhux għal ftit ġranet fi Frar. Nistedinkom ilkoll biex nagħmlu eżami tal-kuxjenza u biex din il-Festa li niċċelebraw b’qalbna kollha, tkun okkażjoni ta’ tiġdid tal-għajxien tal-Fidi tagħna, li nkunu nies li nżommu mal-Verità kif inhi; li nkunu persuni ta’ mħabba biex nagħtu kontribut ħalli nibnu ċ-Ċiviltà tal-imħabba, kif kien isejħilha l-Papa Pawlu VI, biex inwettqu l-akbar xewqa ta’ Ġesù: li nkunu lkoll ħaġa waħda. Mingħajr dawn it-tliet realtajiet ma jeżistix Pawlin, ma jeżistix nisrani. Jalla San Pawl jispirana biex inkunu bħalu dixxipli radikali ta’ Ġesù, nersqu mill-ġdid lejn is-sagramenti b’mod regolari, niċċelebraw l-Ewkaristija speċjalment il-Ħadd, u nkunu persuni li bil-qalb kollha fl-għajxien tagħna nibnu s-Saltna t’Alla kull fejn inkunu. Nawgura minn qalbi lil kulħadd il-Festa t-Tajba, Festa li timlielna ’l qalbna bil-verità, bl-imħabba u bl-għaqda. Tkunu dejjem imberkin.

Aħna, bħala Pawlini, irridu nimpenjaw ruħna bis-sħiħ għallVerità kif inhi fil-Vanġelu ta’ Sidna Ġesù u kif twassalhielna l-Knisja. Id-dinja, u anke s-soċjetà Maltija, il-ħin kollu qed jagħmlu kompromessi qarrieqa mal-Verità li hi Persuna: il-Persuna ta’ Ġesù. Ma jistax ikollna ammirazzjoni għal “xi affarijiet” li qal Kristu mingħajr ma nżommu ma’ Kristu 3



PAVLVS

THE SHIPWRECK 60 A.D. NARRATING THE DISCOVERY OF AN ANCIENT LEAD ANCHOR, EMBOSSED WITH THE NAMES OF THE EGYPTIAN GODS ISIS AND SARAPI(S) ON THE SEABED OFF SALINA BAY ON A SUNDAY MORNING IN APRIL 2005, THIS BOOK ALSO TELLS THE STORY OF THE SEARCH FOR THE REAL SITE OF ST PAUL’S SHIPWRECK IN MALTA. IN THE PROCESS, THE AUTHOR MARK GATT SURPRISES US WITH A NOVELISTIC BUT ACCURATE ACCOUNT OF THE STORM, SHIPWRECK AND LANDING OF ST PAUL IN MALTA. HIS OWN INVESTIGATIONS ON THE SITE OF THE APOSTLE PAUL’S SHIPWRECK IS ALSO HIS OWN QUEST FOR THE SPIRITUAL MESSAGE OF SALVATION IN ST PAUL’S LIFE AND TEACHING EMBODIED IN THE REAL ‘ANCHOR’ OF CHRIST JESUS. AVAILABLE FROM LEADING STATIONERS, BOOKSELLERS AND FROM:

4, CASTILLE PLACE, VALLETTA Trade enquiries: Allied Newspapers Limited – Books Retail/Wholesale Division, ‘Strickland House’, 341, St Paul Street, Valletta. Tel: 2559 4165 Email: pgrech@timesofmalta.com


Programm tal-Festa tan-Nawfraġju ta’ San Pawl ‒ Valletta 2014

Entużjażmu Pawlin fil-qalba tal-Kapitali

M

erħba. X’sejrin nikkommemoraw fi Frar li ġej? Nistaqsi: x’inhuma l-festeġġjamenti li l-poplu Malti ser jiċċelebra fil-jum tal-10 ta’ Frar? Jekk nagħtu ħarsa ħafifa lejn ittifsira tal-kelma nawfraġju, malajr wieħed jintebaħ li ma jagħmilx sens li tiċċelebra traġedja. Iżda, minn din it-traġedja, Malta kellha qliegħ kbir. Ħsara li ssarrfet f ’ġid lin-nies tal-gżira. Il-providenza divina tagħżel lil din il-gżira biex iżżomm sħiħ it-twemmin li ġabilna Pawlu, l-Appostlu tal-Ġnus. Jekk inħarsu ftit lejn il-qasam letterarju u nqallbu ftit fil-kotba, malajr ninnutaw li nkitbu bibljoteki sħaħ dwar il-qaddis: il-ħajja tiegħu, il-konverżjoni, it-tagħlim tiegħu, il-vjaġġi li huwa għamel sabiex iwassal il-Kelma, u episodji oħra fosthom il-ġrajja tan-nawfraġju li ġiebet ġewwa artna lil San Pawl. Matul dawn is-sekli, il-fjamma tal-fidi baqgħet tixgħel, iva, ilfidi nisranija baqgħet kontinwa u ħajja fil-qalb ta’ kull Malti. F’dan ir-rakkont naraw kif San Luqa li kien qed jakkumpanja lil Pawlu fil-vjaġġ, jagħti deskrizzjoni dettaljata ta’ dak li seħħ fi triqithom lejn Ruma. Fil-veru sens tal-kelma, San Luqa jpitter dan ir-rakkont bi preċiżjoni, tant li kull Malti jistenna bil-ħerqa kull sena f ’Jum il-festa biex jerġa’ jisma’ s-silta fl-Atti ‘.......u meta ħlisna mill-għarqa sirna nafu li l-gżira kien jisimha MALTA’. Din hija ġrajja li ħalliet marka profonda u sawret l-identità Maltija. Minn dakinnhar ’il quddiem, Malta tinbidel f ’ċiviltà nisranija. San Pawl wassal l-Aħbar it-Tajba lin-nies 6

tagħmilna distinti minn nazzjonijiet oħra, bit-tama u bil-fidi li ma ninġarrux mal-kurrenti ta’ żmienna.

Etienne Montfort President Għaqda tal-Pawlini

tal-gżira u din baqgħet tidwi għal elfejn sena sħaħ minkejja l-ostakli tal-ħajja, l-irwiefen u l-kurrenti li jqumu minn żmien għal żmien, ħakkiema b’reliġjonijiet u kulturi differenti li mexxew lil dawn ilgżejjer. Minkejja dawn l-ostakli, u xkiel ieħor li jikkontradixxu dan l-akbar avveniment reliġjuż li qatt inkiteb fl-istorja ta’ Malta, inkluż kitbiet riċenti li jibqgħu jippruvaw itappnu l-identità ta’ dan il-poplu, Malta tibqa’ protetta u mbierka taħt il-ħarsien ta’ Missierna San Pawl.

"…San Pawl wassal l-Aħbar it-Tajba lin-nies tal-gżira u din baqgħet tidwi għal elfejn sena sħaħ…” Il-‘gregalata’ li bagħtet lil San Pawl fi gżiritna kienet grazzja. Dan in-nazzjon għandu jgħożż dan il-patrimonju reliġjuż u jagħti l-importanza lil din il-ġrajja li

Il-knisja ta’ San Pawl taħt ittitlu tan-nawfraġju tfakkar ta’ kull sena din l-akbar ġrajja. Jeħtieġ li nżommu din il-ġrajja ħajja fi żminijietna u jeħtieġ inżommu lil dan l-Appostlu Pawlu, bħala mudell, li l-kelma tiegħu għadha attwali u tapplika fil-ħajja ta’ kull nisrani. Fil-ġranet kesħin ta’ Frar, f ’dan it-tempju ddedikat lin-nawfraġju ta’ San Pawl, imżejjen u mlibbes għall-okkażjoni, xhieda tal-imħabba tal-Maltin lejn dan il-Maqdes u lejn il-Qaddis protettur ta’ dawn il-gżejjer, nerġgħu nirċievu l-aħbar it-Tajba permezz tat-tridijiet u l-paneġierku ta’ Jum il-Festa bliskop li niġġeddu fit-twemmin tagħna u sabiex kliem San Pawl ikunu d-direzzjoni ta’ ħajjietna. Il-Festa torbot magħha l-element profan u mal-festi liturġiċi li jiġu ċċelebrati fix-xahar ta’ Frar, norbtu wkoll il-festi esterni li jsiru ad unur dan il-qaddis kbir, patrun tal-belt Valletta u tal-gżejjer Maltin. L-Għaqda tal-Pawlini qed terġa’ tiċċelebra festa oħra dinjituża għaliex il-festa ser tiġi ċċelebrata fil-jum proprju tagħha l-10 ta’ Frar. Ser nifirħu wkoll għaliex ilParroċċa għandha Arċipriet ġdid. Filwaqt li l-Għaqda tal-Pawlini ssellem u tirringrazzja lil exArċipriet Kan. Mario Tong tasservizzi tiegħu f ’din il-knisja minkejja esperjenza qasira f ’din il-Parroċċa, bil-pjaċir kollu jmiss lill-Mons. Alex Cordina biex jiċċelebra l-ewwel festa tiegħu bħala


10 ta' Frar 2014

Arċipriet tal-Kolleġġjata. F’dawn l-aħħar xhur, l-Arċipriet integra tajjeb fil-Parroċċa u fl-Għaqda tal-Pawlini u l-ħidma tal-Kumitat ma’ dik tal-Arċipriet u l-W. Rev. Kapitlu kienet waħda reċiproka. L-Għaqda tal-Pawlini tieħu ħsieb l-organizzazzjoni ta’ din ilfesta pawlina fil-belt fejn iżżomm l-appuntament annwali tagħha billi tħejji festi li jikkumplimentaw mal-valuri sbieħ li hija mogħnija bihom din il-festa: il-valur talgħaqda, il-valur tal-imħabba, u l-valur tas-solidarjetà. L-Għaqda tal-Pawlini għandha responsabbiltajiet kbar. Aktar ma jgħaddu s-snin, l-Għaqda tal-Pawlini qed tkompli tikber fl-istatura tagħha b’membri attivi matul is-sena u b’mod partikolari fil-preparamenti tal-festa. Ilkoll impenjati biex nagħmlu festa sabiħa lil San Pawl. Għaqda li għandha rwol importanti li tkattar l-imħabba u d-devozzjoni lejn San Pawl u tippromwovi l-kult pawlin. L-armar sabiħ u eleganti li jżejjen it-toroq prinċipali ta’ beltna, il-baned mistiedna fil-festa, il-piroteknika, il-mixgħela tad-dawl, tradizzjonijiet u karatteristiċi differenti minn festi oħra huma kollha frott il-ħidma tal-membri attivi li għandhom għal qalbhom il-festa ta’ San Pawl. Fil-festa li jmiss, l-Għaqda talPawlini se tagħti lura rigal lill-festa li kien ilu nieqes għal dawn l-aħħar numru ta’ snin. Qed nirriferi għallplanċier li kien jintrama fl-antik fi Triq San Pawl k/m Triq Santa Luċija. Uniku fl-għamla tiegħu fejn se jerġa’ jibda jaqdi l-funzjoni tiegħu fil-festa bil-parteċipazzjoni tal-banda fuq il-planċier fil-ġranet tal-festa. Grazzi lil dawk il-protagonisti li ħadmu fuq din l-istruttura b’tant ħeġġa u dedikazzjoni. Grazzi fuq kollox lill-Kumitat li vara dan il-proġett ambizzjuż u sintendi lil kull min ta sehem f ’dan il-proġett. Ma’ din l-istruttura, sar ukoll ir-restawr tal-faċċata tal-palk u ħafna xogħol ieħor mill-membri tal-Kummissjoni Armar u mill-Fergħa Żgħażagħ.

Il-Ħadd, 6 t'Ottubru 2013 – Il-Kumitat tal-Għaqda tal-Pawlini flimkien marRev. Mons. Alexander Cordina ġewwa d-Domus Pauli, fl-okkażjoni tal-ħatra tiegħu bħala Arċipriet tal-Parroċċa. Fir-ritratt jidhru, mix-xellug, is-sinjuri Stephen Baldacchino, Salvatore Rocco, Mario Cassar, Etienne Montfort, Antoine Farrugia, Rev. Mons. Alexander Cordina, Carlos Scerri, David Bonello, Mario Bonello, Doris Montfort u Dione Montfort.

Dawn l-oġġetti sbieħ ikomplu jarrikixxu lil din il-festa ferm popolari mall-Maltin u l-Għawdxin li ta’ kull sena jżommu dan l-appuntament sabiex jiċċelebraw magħna din il-festa. Nistieden lill-ammiraturi tal-festi sabiex jiġu jżuru lil din il-belt nobbli fl-istorja, fl-arti, u fil-kultura biex jgħixu għal ftit żmien esperjenza differenti fil-ġranet tal-festa f ’ambjent festiv b’armar ġdid u eleganti li jżejjen it-toroq tal-kapitali.

"…San Pawl wassal l-Aħbar it-Tajba linnies tal-gżira u din baqgħet tidwi għal elfejn sena sħaħ…”

Fergħat u l-Kumissjonijiet kollha talkontribut sħiħ tagħhom, ir-reffiegħa tal-vara, benefatturi u sostenituri oħra tal-Għaqda biex flimkien irnexxielna nilħqu l-aspirazzjonijiet tagħna għas-suċċess tal-festa 2014. Ringrazzjament ieħor imur lejn is-Soc. Fil. Naz. ‘La Valette’, ilKunsill Lokali tal-Belt Valletta, il-Kunsill Malti għall-Kultura u l-Arti, l-Istazzjon Net TV, ilFondazzjoni Valletta 18 u lillPulizija tad-distrett għaliex dawn l-entitajiet huma l-atturi prinċipali tal-festa pawlina fil-belt. Fl-aħħarnett, nestendi l-awgurju tiegħi tal-festa t-tajba lill-familji Maltin u Għawdxin u nistedinhom sabiex flimkien nifirħu ‘wlied dil-gżira, ifirħu b’dan id-dawl, bierku l-Mulej li wassal, ġo artna lil San Pawl’.

Wasalt biex nikkonkludi l-messaġġ tiegħi għal din il-festa u bħal ma għamilt f ’dawn l-aħħar snin, nieħu din l-okkażjoni biex nestendi r-ringrazzjament tiegħi lejn il-Wisq Rev.mu Kapitlu, il-Kumitat, il7


delicata.com


Head Office: Msida Road, Gzira GZR 1405, Malta | Tel: 21 345 123 Fax: 21 345 377 | insurance@gasanmamo.com

www.gasanmamo.com GasanMamo Insurance is authorized to carry on business of Insurance regulated by the MFSA


Programm tal-Festa tan-Nawfraġju ta’ San Pawl ‒ Valletta 2014

Il-Kapitali Ewropea tal-Kultura – Ċelebrazzjoni tal-Belt Valletta

I

l-Belt Valletta ġiet uffiċjalment iddikjarata bħala Kapitali Ewropea tal-Kultura għassena 2018 f ’Mejju tas-sena li għaddiet, mill-Kunsill talMinistri tal-Unjoni Ewropea. Hekk il-Belt għalqet b’suċċess il-proċess tal-għażla biex issa għandna quddiemna kapitlu ġdid fl-istorja tal-Belt Valletta, u ta’ pajjiżna kollu kemm hu. Quddiemna issa għandna l-fażi tat-twettiq ta’ programm ambizzjuż, li biex ikun suċċess jeħtieġ is-sehem ta’ kulħadd. Mill-ewwel stqarrejt li f ’dan ilproġett għandha tkun fuq quddiem nett il-komunità Beltija. Dan il-proġett għandu jżomm fiċċentru l-għaqdiet u l-individwi Beltin, li tant huma għonja artistikament u kulturalment. Aħna nemmnu li dan it-titlu huwa opportunità unika biex il-Belt tagħna tiċċelebra l-arti, il-kultura, u l-komunità li tagħtiha l-ħajja. Għal sekli sħaħ, il-Belt Valletta kienet iċ-ċentru tal-ħajja tal-gżejjer Maltin. Meta fl-1566, il-Kavallieri ddeċidew li jibnu Belt Kapitali ġdida, għażlu li jibnuha fuq l-għolja Sceberras għax minn dan il-punt strateġiku setgħu jmexxu tajjeb l-andament kummerċjali u politiku tal-gżejjer, hekk kif minn fuq din l-għolja wieħed jista’ josserva dak li jiġri fil-Port il-Kbir u Marsamxett. Għalhekk il-Belt minn dejjem kienet tieqa li minnha tħares lil hinn minn gżirietna għal fuq il-bqija tad-dinja ta’madwarna. Dan ġab miegħu l-istil ta’ ħajja tal-Maltin li jissellef minn kulturi differenti, anki jekk spiss dawn jafu jidhru kontradittorji. Dan il-kuntatt għadu ħaj illum, u għadu jibdel u jaffettwa l-mod kif ngħixu ħajjitna illum. 10

Jason Micallef

Chairman, Fondazzjoni Valletta 2018

Permezz tal-Kapitali Ewropea talKultura rridu nifhmu iżjed l-użanzi tagħna u nagħtuhom l-opportunità li jkomplu jiżviluppaw fil-kuntest tal-ħajja tal-lum. Irridu nagħtu spazju għall-kultura tal-festi, ilfootball, il-karnival, l-irfiegħ, u r-riti kollha li ngħixu u jagħtuna l-identità partikolari tagħna. Irridu nħarsu lejn dawn l-appuntamenti, u naħdmu biex insostnuhom. Dan nagħmluh billi nieħdu l-azzjoni meħtieġa biex inti, il-protagonist prinċipali ta’ dawn l-attivitajiet tkun fiċ-ċentru tal-proġett 2018.

"…espressjoni ta’ dawk li għandhom għal qalbhom il-kultura u l-arti f’pajjiżna fil-forom kollha tagħha." Fl-istess waqt però, irridu nħarsu ’l quddiem hekk kif dan it-titlu jisħaq li jħalli legat u wirt b’saħħtu għal dawk li se jiġu

warajna. Ma jkunx biżżejjed li norganizzaw sena attivitajiet millisbaħ, iżda li tgħaddi u ma tħalli xejn warajha. Irridu noħolqu attivitajiet kulturali ġodda, li jiċċelebraw lil Malta tal-lum, biex niġġeneraw il-wirt ta’ għada. Ma jkunx biżżejjed li niċċelebraw dak li aħna biss, imma rridu nisfidaw lilna nfusna u jkollna l-kuraġġ noħolmu dak li nistgħu nkunu. Dan it-titlu jagħtina l-opportunità li nikbru, li nħarsu lejn il-Belt minn lenti ġdida, u nindirizzaw l-isfidi li hemm quddiemna b’ottimiżmu ġdid. Irridu nieħdu din l-opportunità biex immexxu proċess ta’ riġenerazzjoni xprunat millkultura, u b’hekk intejbu l-livell talgħixien fil-Belt, u fil-kumplament ta’ Malta u Għawdex. Il-Kapitali Ewropea tal-Kultura tista’ tkun mezz kif niżviluppaw iżjed opportunitajiet fl-arti u l-kultura, permezz ta’ tagħlim u kreattività minn kmieni, biex dawn l-oqsma jkunu tassew jistgħu joffru karrieri għaż-żgħażagħ tagħna u t-tkattir ta’ mpjiegi ġodda u aktar xogħol. Dan nagħmluh billi nkomplu niżviluppaw id-djalogu tagħna mal-komunitajiet, fil-Belt u barra l-Belt, għax nemmnu li l-Kapitali Ewropea tal-Kultura jeħtieġ li tkun espressjoni ta’ dawk li għandhom għal qalbhom il-kultura u l-arti f ’pajjiżna fil-forom kollha tagħha. F’ismi personali u f ’isem ilFondazzjoni Valletta 2018 nawgura l-festa t-tajba lill-Pawlini kollha.


10 ta' Frar 2014

G

Nelevaw lill-festi tagħna mal-Ewropa kollha

ħeżież ħbieb. Huwa pjaċir tiegħi li għal darba oħra ġejt mistieden millBord Editorjali sabiex nikteb kelmtejn, speċjalment f'dan il-perijodu ta' transizzjoni għallknisja. Żmien ta' tiġdid, grazzi għarriformi kbar li qed jixpruna Papa Franġisku. Riformi mfassla fuq ixxogħol ta' San Pawl li kien eżempju imprezzabbli għall-insara kollha. Anke l-parroċċa għaddiet minn żmien ta' tiġdid. Minn hawn nixtieq nuri l-apprezzamenti tiegħi lil Dun Mario Tong tax-xogħol tiegħu meta serva bħala Arċipriet. U minn qalbi nixtieq nilqa’ lir-Rev. Arċipriet Dun Alex Cordina u nwiegħdu l-appoġġ tagħna sabiex ikun jista’ jaqdi dmiru fil-komunità Beltija. Matul din is-sena x-xogħol tagħna kompla sabiex il-belt kollha inkluż il-parroċċa tkompli tisbieħ. Fosthom nista’ nsemmi l-proġetti ta' pavimentar in-naħa tal-Barakka t'isfel, il-playground il-ġdid ta' ħdejn il-qanpiena, tranġar ta' bankini, il-ħadid li qed jitwaħħal fit-toroq fejn hemm it-turġien u l-kisi millġdid ta' triq San Pawl. Apparti dan qed naħdmu ukoll sabiex intejbu l-aċċessibiltà fil-Knejjes tagħna u propju għalhekk se jsir intervent sabiex il-Knisja ta' San Pawl ikollha aċċess għall-persuni b'disabilità ukoll. Tlesta ukoll ir-restawr tan-niċeċ maġenb il-Knisja ta' San Pawl, niċeċ mill-isbaħ li għandhom jagħtu dehra mill-isbaħ lit-triq. Dan ma kienx ikun possibbli kieku mhux għal bosta xogħol li għamilna sabiex jinstabu l-finanzi u jinħarġu l-permessi mill-MEPA. Però bil-għajnuna t'Alla, irnexxielna nagħtu lil dawn l-istatwi ħajja ġdida kif jixirqilhom. Ftit ta' snin ilu waqqafna l-għaqda Festi Beltin li tgħaqqad il-festi kollha tal-Belt sabiex ngħinuhom u nsaħħuwhom kemm mil-lat

Dr. Alexiei Dingli

Sindku tal-Belt Valletta

organizzattiv kif ukoll minn dak finanzjarju. Matul din is-sena tkompla x-xogħol kbir li konna bdejna u bi pjaċir ngħid li grazzi għal dan ix-xogħol, il-festi kollha se jieħdu kontribuzzjoni finanzjarja sostanzjali li se tkompli ssaħħaħ il-festi tagħna.

"…wasal iżżmien li nelevaw aktar lill-festi grandjużi tagħna u nesponu dawn il-ġojjelli malEwropa kollha." Aktar minn hekk, matul din issena nixtieq li jirnexxielna nagħmlu pass ieħor sabiex intaffu darba għal dejjem parti mill-ispejjeż rikurrenti li qed ikollhom il-festi tal-Belt. Ikolli nistqar li sabiex ħloqna din l-għaqda, ħadt ħafna xogħol. Izda llum il-ġurnata li qed nara l-frott tax-xogħol kollu li għamilt f'dawn l-aħħar snin, ninsab kburi u fiduċjuż li l-festi Beltin se jkompli jissaħħu fis-snin li ġejjin. Kif tafu, il-Kunsill Lokali tal-Belt Valletta rnexxielu ukoll iġib it-titlu

ta' Belt Kapitali Ewropea tal-Kultura fl-2018. Dan huwa unur importanti għal kull wieħed u waħda minna. Mhux biss se jkun iż-żmien meta għajnejn l-Ewropa se jkunu fuqna, iżda se tkun opportunità unika fejn aħna nistgħu nagħtu lill-għażiża belt tagħna dik l-imbuttatura li jixirqilha sabiex nerġgħu narawha ħajja s-sena kollha. Fost l-affarijiet li seħħew din is-sena, ma nistax ma nsemmix il-planċier il-ġdid li kien ilu ma jintrama mis-snin 60. Planċier kummissjonat millMCCA bħala parti mil-legat li se tħalli l-Valletta 2018 u li qed jerġa’ jqajjem tradizzjonijiet antiki. Dan se jwassal sabiex l-għaqdiet talparroċċa jagħmlu aktar xogħol kulturali ukoll. Hawn ma nistax ma nfaħħarx l-inizjattiva tal-Kanzunetta Pawlina. Inizjattiva tajba ħafna li qed tesponi t-talent lokali. Xi ħaġa li taqbel ferm mal-missjoni tal-Valletta 2018. Però nemmen li għandna nkunu aktar ambizzjużi u naħseb wasal iż-żmien li nelevaw aktar lill-festi grandjużi tagħna u nesponu dawn il-ġojjelli mal-Ewropa kollha. Din hija l-opportunità li se tagħtina l-Valletta 2018. Però x-xogħol tal-kunsill ma jiqafx hawn. Aħna kommessi li nkomplu nippromwovu l-festi tagħna u nirrapreżentaw l-interessi tagħhom f'diversi kumitati. Inkomplu ngħinu kif nistgħu lillgrupp tal-armar sabiex il-Belt tagħna tkompli tisbieħ u nesponu bi kburija l-festi glorjużi tagħna. Fl-aħħar, f ’isem il-Kunsill Lokali tal-Belt Valletta, nixtieq nirringrazzja lir-Rev. Arċipriet Dun Alex Cordina ta’ kemm ħdimna flimkien matul dawn l aħħar xhur. Nagħlaq billi nawgura festa mill-isbaħ lill-Beltin kollha u nirringrazzja b’mod speċjali l Għaqda tal-Pawlini tax-xogħol siewi li dejjem għamlu għall-ġid tal-Belt. 11


ORNC Chapel © Peter Smith of Newbery Smith Photography, 2010 (4)

Programm tal-Festa tan-Nawfraġju ta’ San Pawl ‒ Valletta 2014

12


10 ta' Frar 2014

Jonathan Borg

BA (Melit.), PG Dip, MA (Leics.)

Bla dubju ta’ xejn, San Pawl u l-episodju tan-nawfraġju tiegħu f’Malta għandhom post speċjali f’qalb il-Maltin, speċjalment għall-Pawlini Beltin. Għalhekk jista’ jkun ta’ interess għall-qarrejja ta’ din il-publikazzjoni li jsiru jafu b’postijiet barra minn Malta li wkoll għandhom rabta ma’ dan l-episodju tant għażiż għalina.

Il-Pittura tan-Nawfraġju ta’ San Pawl f'Malta, fi Greenwich, Londra Post mill-iktar interessanti, li forsi ftit jgħaddi minn moħħna li għandu konnessjoni man-nawfraġju tal-Appostlu tal-Ġnus, hija l-Kappella ta’ San Pietru u San Pawl flOld Royal Naval College fi Greenwich, Londra; kumpless li jifforma parti mill-Wirt Kulturali Dinji tal-UNESCO. 13


Programm tal-Festa tan-Nawfraġju ta’ San Pawl ‒ Valletta 2014

Storja qasira tal-Old Royal Naval College

D

an il-bini majestuż inbena fuq il-pjanti u disinji talarkitett famuż Britanniku Sir Christopher Wren (1632 -1723) bejn is-sena 1696 u 1742. Christopher Wren huwa forsi l-aktar magħruf għall-bini tal-Kattidral ta’ San Pawl ġewwa Londra kif ukoll bosta binjiet sbieħ oħra li bena ġewwa Londra wara nirien kbar, magħrufa bħala l-Great Fire of London tal-1666 li ħakmu u qerrdu ħafna mil-Londra antika. Ta’ min jgħid li dan il-bini sar fuq ilfdalijiet ta’ palazz Irjali magħruf bħala l-Palazz ta’ Placentia, il-palazz favorit tar-Re Enriku VIII u li fih twieled hu kif ukoll bintu r-Reġina Eliżabetta I. Fuq wara ta’ dan il-kumpless insibu l-Queen’s House, palazz mill-isbaħ mibni fl-1619 mill-arkitett bravu Inigo Jones fuq stil rinaxximentali Taljan.

Il-kumpless li bena Wren fi Greenwich sar fuq ordni tarReġina Marija II bħala r-Royal Hospital for Seamen at Greenwich. Dan kellu jservi bħala sptar għal madwar 1500 baħri li servew fil-flotta Brittanika u li sfaw midruba jew ħarġu bilpensjoni. Fil-bidu tas-seklu 19, dan l-isptar kien qed iservi iktar minn 2700 pensjonant. Dawn il-pensjonanti kienu jgħixu taħt dixxiplina kbira u kienu jibqgħu jilbsu uniformi blu skura avolja ma kinux għadhom fis-servizz. L-isptar kien jipprovdilhom ikla u kważi żewġ litri birra kuljum, u ħwejjeġ nodfa kull ġimgħa. Il-birra kienet issir ġo birrerija fuq il-post stess u kienet tasal diretta ġolkċejjen f ’sistema ta’ pajpijiet! Biex jgħaddu l-ħin, il-baħrin setgħu anki jilagħbu bowling. Fil-fatt il-

Canaletto - Dehra ta' Greenwich mix-xmara c. 1750 -1752

14

bowling alleys li kienu tal-injam għadhom jeżistu sal-lum inklużi l-boċċi u l-pins! F’mumenti ta’ okkażjoni l-baħrin kienu jieklu fil-Painted Hall, sala kbira mimlija dekorazzjoni u pittura mas-saqaf li hi meqjusa bħala waħda millisbaħ swali tal-pranzu fid-dinja. Dan l-isptar baqa’ jservi sal1869. Wara l-1873 dan il-kumpless ġie mibdul fir-Royal Naval College u baqa’ jiffunzjona bħala post ta’ taħriġ għall-uffiċjali tar-Royal Navy sal-1998 kif ukoll kien jospita reattur nukleari sal-1999. Illum dan il-bini qiegħed iservi ta’ mużew marrittimu fost l-aqwa fid-dinja kif ukoll jifforma parti mill-Università ta’ Greenwich u t-Trinity College of Music. Il-kumpless hu mibni fuq l-istil klassiku u magħmul minn erba' kwadranti mifrudin b’żewġ toroq interni u pjazza kbira bejniethom. Dan il-kumpless jagħti dehra milliktar imponenti u majestuża bl-użu ta’ ħafna kolonni doppji u ż-żewġ koppli li jiddominaw il-pajsaġġ tal-madwar. Fl-istess ħin dawn il-koppli joħolqu effett mill-iktar grazzjuż hekk kif meta wieħed iħares lejn il-kumpless min-naħa tax-xmara Tamiġi (Thames) jinnota li l-Queen’s House tidher eżatt bejn dawn iż-żewġ koppli qisha qiegħda f ’inkwatru, bil-pajsaġġ naturali warajha. Fil-fatt din il-veduta talbini mix-xmara ġiet immortalizzata mill-pittur Taljan Canaletto, artist famuż għax-xenarji li kien ippitter.


ORNC landscape picture © Bill Bertram (Pixel8) 2007-08 from Wikimedia Commons

10 ta' Frar 2014

Il-Kappella ta’ San Pietru u San Pawl

F

’waħda minn dawn il-kwadranti, magħrufa bħala Queen Mary Court, insibu il-Kappella ta’ San Pietru u San Pawl, mibnija fl-1742 minn Thomas Ripley skont il-pjanti ta’ Christopher Wren. Din il-kappella kella tiġi mibnija mill-ġdid minn

James Stuart bejn l-1779 u l-1789 minħabba xi nirien li ħakmuha. Din il-kappella hija mibnija fuq l-istil neoklassiku u għandha saqaf b’xogħol tal-istukko millaqwa. L-art tal-kappella hija tal-irħam u turi disinji li jirreplikaw il-pattern tal-ħbula li jintużaw fuq ix-xwieni.

Greenwich

Dettall: It-titular li jirrappreżenta n-Nawfraġju ta' San Pawl f'Malta li jinsab f'Old Royal Naval College, xogħol tal-artist Benjamin West. © Peter Smith of Newbery Smith Photography Ara paġna 16.

Pittura li tirrapreżenta n-Nawfraġju ta’ San Pawl

P

erò bla dubju ta’ xejn l-iktar ħaġa li torbot din il-kappella magħna l-Maltin hija l-pittura sabiħa ta’ fuq l-altar maġġur li turi n-Nawfraġju ta’ San Pawl f ’Malta fil-mument li qiegħda tigdmu l-lifgħa. Din il-pittura (1789) hi xogħol l-artist Anglo-Amerikan Bejnamin West (1738 -1820). L-episodju tan-Nawfraġju jagħmel ħafna sens f ’dan il-post hekk kif din il-kappella kienet iffrekwentata mill-

baħrin pensjonanti. Min jaf kemm din il-pittura fakkrithom f ’kemm -il darba esperjenzaw il-biża’ talgħarqa u li bħal San Pawl u sħabu għoddewha b’waħda. Benjamin West kien il-pittur personali tar-Re tal-Ingilterra u kien magħruf l-iktar għall- pitturi b’temi storiċi. L-iktar kapulavur popolari tiegħu hija Il-Mewt tal-Ġeneral Wolfe.

Biblijografija: Bold J., Bradbeer C., and van der Merwe P. 1999, Maritime Greenwich: A Souvenir Guide, National Maritime Museum, London

Greenwich hi belt żgħira imma ħelwa ħafna u żgur li timmerita żjara tajba. Apparti l-kumpless navali li għadna kemm tkellimna fuqu, insibu bosta parks u ġonna antiki, l-Arena O2 (il-Millenium Dome), ix-xini Cutty Sark (l-iktar xini veloċi tat-tip tea-clipper li qatt inbena u l-aħħar wieħed li għadu jeżisti), kif ukoll l-osservatorju astronomiku ta’ Greenwich. Dan l-osservatorju hu ukoll Wirt Kulturali Dinji tal-UNESCO minħabba li huwa l-post minn fejn jgħaddi l-Greenwich Prime Meridian, il-post minn fejn jibda jiġi kkalkulat il-ħin tad-dinja sa mill-1884. e

Nota tal-awtur

L-awtur jixtieq jirringrazzja lil Greenwich Foundation, ilfondazzjoni non-profit li tieħu ħsieb l-Old Royal Naval College, għall-għajnuna fil-kisba ta’ xi ritratti hawnhekk prodotti.

15


Programm tal-Festa tan-Nawfraġju ta’ San Pawl ‒ Valletta 2014

16

© Peter Smith of Newbery Smith Photography


10 ta' Frar 2014

Pawlu – Ġesù, Avventura ta’ Mħabba Ir-relazzjoni ta’ Pawlu ma’ Kristu

Fil-kitbiet tiegħu, San Pawl jurina b’mod ċar kemm ir-rabta tiegħu ma’ Kristu kienet kbira u profonda. Għalih Kristu kien tant kollox li l-istess ħajja tiegħu ma kienet tfisser xejn mingħajr il-preżenza kostanti tiegħu. Pawlu jħossu l-ħin kollu maħtuf minn Kristu; hija l-laqgħa mal-ikbar imħabba tiegħu ma’ Kristu li jħossha ddur miegħu u żżomm sħiħ u qawwi. Il-laqgħa tiegħu ma’Ġesù Rxoxt għalih kienet tfisser li hu rnexxielu jsib il-ġawhra prezzjuża, u r-raġuni kollha tal-ħajja tiegħu: ‘Ngħix, imma mhux jien, iżda jgħix fija Kristu’, Gal. 2,20 u wkoll, ‘Għalija l-ħajja hi Kristu’, Fil. 1:21.

Pawlu jinbidel

Nistaqsu. Pawlu kif wasal għal din ir-rabta tant intima ma’ Kristu? Fil-ħajja kollha ta’ Pawlu, l-akbar ġrajja tiegħu bla dubju ta’ xejn hija dik ta’ Damasku, l-konverżjoni tiegħu. Naraw li wara l-qawmien ta’ Kristu mill-mewt, u l-inżul tal-Ispirtu s-Santu f’Pentecoste, il-ġrajja li l-aktar ħalliet effett fuq il-Kristjaneżmu tal-bidu hija preċiżament din il-bidla ta’ Pawlu mill-Ġudajiżmu għall-Kristjaneżmu. Jidher li din l-esperjenza qawwija f’Damasku ntrabtet sħiħ mas-sejħa apostolika li għamlet lil Pawlu xandar tal-Iben t’Alla fost il-ġnus. Pawlu jfakkar aktar minn darba fl-ittri tiegħu l-laqgħa tiegħu ma’ Kristu li bidlitlu ħajtu, li twieled mill-ġdid bħala nisrani, missjunarju mill-aqwa u bħala ħassieb profond. Hu ma jgħid xejn la fuq iċċirkostanzi, u lanqas ma jsemmi fejn kien jinsab. Huwa Luqa li jagħtina dan it-tagħrif u mhux darba biss imma għal tliet darbiet li fihom jirrakkonta l-ġrajja kollha. It-tliet rakkonti juru ftit differenzi bejniethom waqt li l-element komuni huwa dak tad-dawl li bih jiddawwal

Il-wirja ta’ Ġesù lil Pawlu, millbanda l-oħra ġabet f ’Pawlu żewġ bidliet partikolari: taqliba sħiħa fil-valuri li kien iħaddan sa issa, u li din l-esperjenza kebbset fiha xewqa qawwija biex jgħarraf lil Ġesù lil kulħadd u allura l-ħeġġa missjunarja tiegħu.

Kan. Alfred Camilleri B.A., Lic. D. fil-ħin tad-dehra ta’ Kristu li jkellmu. Pawlu jisma’ l-leħen, u jibda djalogu qasir: ‘Sawl, Sawl għaliex qiegħed tippersegwitani?’ ‘Min inti Mulej?’. Wara din l-esperjenza Pawlu jittieħed għand il-kommunità tal-Insara ta’ Damasku u jitgħammed minn idejn Ananija. Minn hawn tibda avventua ta’ mħabba. Ġesù u Pawlu jsiru nseparabbli.

F’Damasku

F’Damasku d-dinja idejali ta’ Pawlu tgħaddi minn taqliba sħiħa u radikali. Fis-siltiet awtobijografiċi tal-ittri tiegħu, huwa ma jiqafx fuq iċ-ċirkostanzi storiċi li seħħew, iżda jitkellem mill-ewwel dwar il-laqgħa personali ma’ Kristu u għalhekk iwarrab dak li kien jaħseb dwar Ġesù u d-dixxipli tiegħu. Dawn huma xi siltiet li juru din il-bidla; Rajt il-Mulej – deher lili wkoll – Alla idda fi qlubna f’wiċċ Kristu – u fuq kollox fl-ewwel Ittra lill-Galatin, 11-12, 15-16. Fejn insibu deskrizzjoni verament għanja: ‘L-Evanġelju li ħabbartilkom jien... kien irrivelat lili minn Ġesù Kristu... meta Dak li għażilni sa minn ġuf ommi u li sejjaħli permezz tal-grazzju tiegħu, għoġbu jirrivelali lill-Ibnu biex inħabbru fost il-ġnus…'

L-inizzjattiva ta’ Alla

Pawlu jgħid ċar u tond li l-inizzjattiva tal-bidla f’ħajtu hija mhux tiegħu imma ta’ Alla. Huwa Hu li għażel li jsejjaħlu u li jurih li Ġesù hu ibnu. Jgħid li hu ma kienx jistħoqqlu dan u f’ċertu sens hu l-inqas wieħed li jimmerita dan minħabba li kien jippersegwita l-Knisja ta’ Alla.

Pawlu jħossu msejjaħ u kellu l-grazzja tar-rivelazzjoni minn Ġesù stess. Fl-Ittri tiegħu, kien iħobb jippreżenta ruħu bħala dak li ġie msejjaħ biex ikun Appostlu ta’ Ġesù Kristu.

Pawlu u Kristu

Ir-relazzjoni ta’ Pawlu ma’ Kristu tidher l-aktar ċara fil-Kap. 3 tal-Ittra lill-Filippin meta Pawlu jikteb hekk: ‘Dak kollu li għalija kien qliegħ, jien għaddejtu bħala telf minħabba Kristu. Jien ngħodd kollox bħala telf ħdejn il-qliegħ kbir li hemm filli nagħraf lil Kristu Ġesù Sidi; minħabba fih ridt li nitlef kollox, u ngħodd kollox bħala knis, biex nirbaħ lil Kristu, u nkun ninsab fih’. (3,7-9)

Pawlu Missjunarju

Fil-mument stess tad-dehra li kellu f ’Damasku, huwa rċieva l-vokazzjoni missjunarja. Din id-dehra kellha s-sejħa ta’ appostlu tal-ġnus. B’saħħtu u b’ħajtu kollha, Pawlu ħassu obbligat lejn Kristu li sejjaħlu u għażlu, u xtaq li b’kull mod din l-imħabba ta’ Kristu lejh mhux biss iħaddanha f ’ħajtu imma li l-ġnus kollha taddinja ta’ dak iż-żmien tisma’ bi Kristu u jsiru dixxipli tiegħu. Pawlu ġie magħżul, mibdul u maħtur biex ikun għodda siewja tal-Mulej bħala Appostlu tal-Ġnus, u l-ewwel missjunarju tal-Ewropa. Bil-qawwa ta’ Alla f ’Damasku, Pawlu sab lil Kristu. Bil-qawwa ta’ Alla, permezz ta’ Pawlu, ilMaltin għarrfu lil Kristu u bħal Pawlu għamluh l-għażla ta’ twemminhom u ta’ ħajjithom. 17


Raymond Borg VAT REG: MT 1583-7620 "St.Joseph Stores" 142, Marsa Road Marsa MRS 1704

e-mail: rhl@go.net.mt telephone: 2122 2552 www.rayshardwaremalta.com


NAZZARENU HABER 34 for all types of frame making 34

293, St.Paul’s Str., Valletta tel. 2124 5957


THE ONLY SHOPPING & ENTERTAINMENT COMPLEX IN VALLETTA From an early morning coffee to a late night movie

St. Lucia Street, Valletta • www.embassycomplex.com.mt • facebook.com/embassyshoppingcomplex


122, Valley Road, B’Kara T 2149 2149 satariano.com


Programm tal-Festa tan-Nawfraġju ta’ San Pawl ‒ Valletta 2014

Settembru 1814 – Purċissjoni Solenni u festi speċjali fil-Kolleġġjata

Il-ħelsien mill-Pesta tal-1814

Bejn April 1813 u Marzu 1814, il-Gżejjer Maltin inħakmu minn imxija ta’ Pesta li qatlet 4,572 ruħ f ’ Malta u mitt ruħ f ’Għawdex. Din l-imxija li nġiebet minn xi bastimenti minn barra, feġġet għallewwel darba fostna fil-Belt Valletta, fi Triq San Pawl fis-16 t’April 1813, u minn hemm infirxet ma’ Malta, u feġġet ukoll fir-raħal tagħna f ’Għawdex.1

Winston L. Zammit B.A. (Hons) P.G.C.E. MA

Miżuri fil-Belt Valletta

L

-amministrazzjoni Kolonjali Ngliża, immexxija millKummissarju Ċivili Sir Hildebrand Oakes, ħadet numru ta’ miżuri biex tikkontrolla l-imxija tal-pesta, li wħud minnhom kienu jolqtu lill-Belt Valletta, fejn kienu jgħixu eluf ta’ nies.

Biex ir-regolamenti jiġu osservati sewwa, il-Belt Valletta nqasmet fi tmien distretti, u kull distrett tqiegħed taħt is-sorveljanza ta’ tlieta minn nies2. L-abitanti ta’ żewġ żoni partikolari tal-belt Valletta, dawk ta’ Strada Pozzi (Wells Street) u tal-Mandraġġ ġew evakwati minn djarhom u meħudin fil-Fortizza Manoel, minħabba l-ħerba li l-pesta għamlet f’dawk l-inħawi3. Kif wieħed jista’ jimmaġina malimxija tal-pesta waqqfet l-attività ekonomika kollha. In-nies issakkru fi djarhom, u eluf ma kellhomx biex jgħixu. Għaldaqstant bħala għajnuna lil dawn in-nies twaqqfet Soċjetà For the Relief of the distressed and suffering, li sal-21 ta’ Mejju 1813 kienet ġabret is-somma ta’ 1,450 dollaru. Fost il-membri tal-Kumitat

ta’ din is-soċjetà, kien hemm iż-żewġ kappillani taż-żewġ parroċċi li fihom kienet maqsuma l-belt Valletta f ’dak iż-żmien, Patri Vinċenz Portelli OP, Kappillan tal-Parroċċa ta’ Porto Salvo sa mill-1803, u l-Kanonku Dun Ġużepp Scerri, Vigarju Kurat talParroċċa ta’ San Pawl Nawfragu li ġie maħtur f ’din il-kariga fi Frar 1813 4. F’Mejju tal-1813, fit-tmien distretti li fihom kienet maqsuma l-Belt Valletta kien hemm madwar 2,150 ruħ fil-bżonn. Għaldaqstant is-Soċjetà fuq imsemmija fit-22 ta’ Mejju 1813, awtorizzat lit-Teżorier tagħha biex jagħti għajnuna lil dawn in-nies 5. Insibu wkoll li l-Università tal-belt Valletta (IlGvern Lokali ta’ dak iż-żmien) bdiet tqabbad lil xi ndividwi biex ifornu bi ħlas, provvisti lin-nies li kienu jgħixu fid-distretti li fihom kienet maqsuma l-belt Valletta 6. Insibu wkoll li fil-belt Valletta, kien hemm żewġ sptarijiet b’rabta mal-pesta, wieħed kien sptar ta’ osservazzjoni u l-ieħor kien sptar proprju tal-pesta 7.

Pinzetta tal-fidda użata fit-tqarbin waqt il-pesta tal-1813 (Kollezzjoni Domus Pauli)

22

Il-Kapitlu Pawlin u l-Pesta Fost il-vittmi tal-pesta fil-Belt Valletta, kien hemm numru ta’ saċerdoti, li tnejn minnhom kienu membri tal-Kapitlu Pawlin. F’Mejju tal-1813, miet ilKanonku Dun Ġużepp Mirabelli li kien joqgħod f’nru. 55 Strada San Paolo 8. F’Lulju mietu il-Kanonku Prepostu (it-Tieni Dinjità tal-Kapitlu) Dun Ġużepp Raffaele Camilleri li kien joqgħod f’nru. 137, Triq Sant’ Ursola 9, kif ukoll Dun Franġisk Saverju Cauchi li kien joqgħod f’nru. 29 Piazza Vittorin, Dun Vinċenz Grima li kien joqgħod f’nru. 98, Strada Cristoforo, u Dun Gejtano Tramblett li kien joqgħod f’nru. 233 Strada Reale 10. Billi l-membri tal-Kapitlu Pawlin matul din l-imxija iddistingwew ruħhom fil-qadi tal-Ministeru Pastorali, is-Santa Sede fis-6 t’April 1818, ikkonċedew lillKapitlu, l-użu tal-mazza u talmuzzetta nfurrata bl-aħmar. 11 e

Kanonku jqarben l-impestati


10 ta' Frar 2014

Wegħda b’rabta mal-Pesta

Il-Purċissjoni

F

W

il-15 ta’ Ġunju 1813, waqt li kienet qed tinfirex l-epidemija tal-pesta, l-erba’ Ġurati tal-Università (Il-Gvern Lokali tal-Belt Valletta u t-tliet ibliet) għamlu wegħda li fost affarijiet oħra kienet tgħid li kif tieqaf il-pesta jagħmlu, għal darba biss, proċessjoni mill-Kolleġġjata ta’ San Pawl tal-Belt għall-knisja filjali ta’ San Publju l-Furjana blistatwa ta’ San Pawl, protettur tal-Gżejjer Maltin. Il-Ġurati ntrabtu wkoll li jippreżentaw erba’ torċi lil San Publju. Din il-wegħda ġiet approvata millKummissarju Ċivili Oakes fl-20 ta’ Ġunju 1813 12.

Malli l-Gżejjer Maltin ġew dikjarati ħielsa mill-pesta, f’Jannar 1814, tkanta Te Deum f’San Ġwann li għalih attendew il-Ġurati li dakinnhar filgħaxija xegħlu l-galleriji tal-‘Banca Giuratale’, fi Triq il-Merkanti (fil-post fejn għal diversi snin kien hemm ir-Reġistru Pubbliku 13. Imbagħad fix-xahar ta’ Settembru 1814, il-Ġurati ħasbu biex iwettqu l-wegħda li kienu għamlu. Iżda minbarra l-proċessjoni bl-Istatwa

ta’ San Pawl li saret it-Tnejn 19 ta’ Settembru, għamlu Tridwu fil-ġranet 16, 17, 18 ta’ Settembru fil-Kolleġġjata ta’ San Pawl. Għal din l-okkażjoni, il-Knisja Kolleġġjata ta’ San Pawl ġiet armata bid-damask tagħha, filkorsija u fil-kappelli iżda nkera wkoll xi damask minn knejjes oħra. Fuq l-altar maġġur ġiet esposta l-ġirandola tal-fidda 14. It-Tridwu, li matulu ġie espost Ġesù Sagrament, beda l-Ġimgħa 16 ta’ Settembru, u matul dawn ittlitt ijiem saru kuljum quddiesa u vespri kantati. Matulhom tqaddsu wkoll 32 quddiesa, quddiem Ġesù Sagramentat, kif kienet id-drawwa ta’ dak iż-żmien. Il-funzjonijiet kollha jidher li saru bil-mużika li kienet taħt id-direzzjoni tas-Surmast Pietru Pawl Bugeja 15. Wara t-Tridwu, it-Tnejn 19 ta’ Settembru filgħodu tqaddset quddiesa kantata votiva ta’ San Pawl, mill-Arċipriet tal-Kolleġġjata. Dun Ġakkinu Pace, assistit minn żewġ Ministri u minn Ċerimonier. Filgħaxija mbagħad saru l-vespri bil-mużika, u wara tkantat il-kumpieta 16.

Il-kuċċarun li biha kien isir it-tqarbin tal-morda bil-pesta (Kollezzjoni Domus Pauli)

Riferenzi: 1. P Cassar, Medical History of Malta (1965) pp 176, 185, 186. 2. P Cassar, op. cit p 179 A Bonnici, Disinfection Part 14 The P(hilathelic) S(ociety) M(alta) M(agazine) August 1989 p 18. 3. P Cassar, op. cit , p. 181 4. A Bonnici, Disinfection Part 13, The P.S.M Magazine, April 1988 p.11. A Ferris, Descrizione delle Chiese di Malta e Gozo (1866 / pp. 166, 180) 5. A Bonnici, Disinfection Part 14, op. cit. P.18. 6. Librerija Nazzjonali Malta . Univ 449 ff. 140 R, 140 V, 141R, 141V, 142 R to 143V 7. A Bonnici, Disinfection Part 17, The

ara ħarġet il-purċissjoni tal-wegħda bl-Istatwa u bir-Relikwija ta’ San Pawl li baqgħet sejra sal-knisja ta’ San Publju, il-Furjana. Matul it-triq fuq kull naħa kienu skjarati s-suldati. 17 Fl-istess purċissjoni ħadu sehem tliet vuċijiet, tliet vjolinisti, u wieħed li jdoqq il-vjolinċell u l-purċissjoni daħlet filknisja ta’ San Publju tkantat l-antifona. 18 MillFurjana, bl-istess ordni, il-purċissjoni reġgħet lura lejn il-Kolleġġjata Pawlina, u din id-darba s-suldati mxew warajh. Matul il-purċissjoni kollha ndaqqu l-qniepen u sar sparar ta’ salut mill-fortifikazzjonijiet. 19 Kif il-purċissjoni daħlet lura fil-Kolleġġjata Pawlina, tkanta t-‘Te Deum’, l-antifona, u l-Innu ‘Tantum Ergo’ u wara ngħatat il-Barka Sagramentali. L-ispejjeż talmużika, li kienet taħt id-direzzjoni ta’ Maestro Pietru Pawl Bugeja, matul it-Tridwu u l-Jum tal-Festa, telgħu b’kollox għal 732 skud 5 tari. 20 Il-gazzetta tal-Gvern tgħidilna li fil-lejl tad19 ta’ Settembru kien hemm il-mixgħela talBanca Giuratale (Is-Sede tal-Università) fil-belt Valletta (21). Iżda f’din l-okkażjoni l-Università ħallset biex tipprovdi ftit allegrija billi fid-19 ta’ Settembru, kemm filgħodu u kemm filgħaxija qabbdet lil xi mużiċisti biex idoqqu. 21 B’rabta mal-imsemmija pesta (1813) nsibu li bl-impenn tal-Kanonċi Dun Giovanni Romei, il-Kapitlu Pawlin ingħata biċċa millkolonna tal-Martirju ta’ San Pawl li tinsab f’Ruma fil-Knisja tal-Martirju ta’ San Pawl fi Tre Fontane. Din ingħatat lill-Kapitlu Pawlin bħala premju għall-ħidma tal-imsemmi Kapitlu fost il-poplu matul il-pesta tal-1813. Din irrelikwija prezzjuża li ngħatat fuq l-ordni talPapa Piju VII, ilha sa mis-sena 1817 esposta, illum f’niċċa speċjali fil-kappella ta’ Santa Tereża meqjuma fil-Kolleġġjata ta’ San Pawl.

P.S.M. Magazine, Dec 1990 p.24. 8. A Bonnici, Disinfection Part 14, op. cit. 20. Il-Kan. Mirabelli miet fis-26 ta’ Mejju 1813 (Tagħrif fil-pussess tal-awtur). 9. A Bonnici, Disinfection Part 21. The P.S.M Magazine. Aug, Dec 1993 p. 26. 10. Ibid pp. 20, 26, 28. 11. A. Ferris op. cit. P. 160 12. L.N.M Univ 449 f. 125 V j 126 R. 13. L.N.M Univ 516, Accounts Jan – Jun 1814, 31-01-1814. 14. L.N.M Univ 516 Accounts 1814, Sept 1814. 15. M(alta) G(ovt) G(azzette), 21.IX.1814 p. 193, L.N.M. Univ 517 Accounts September 1814, ara wkoll taħt servizi in Musica fatti nella Colleggiata di San Paolo, per commissione delli Illus

Signor Gurati dell’ Univ della Valletta in occasione del ringrazziamento etc. 16. L.N.M, Univ 517, Accounts 1814 ara wkoll taħt servizi in Musica op. cit. 17. M.G.G. 21-IX-1814, p. 193 18. L.N.M, Univ 517 Accounts 1814, Servizi in Musica op. cit. It-Tliet vuċijiet kienu Bruno, Mamo, Molinas. Ittliet vjolini kienu Raull, Figaretta, u Ferdinando, u tal-vjolinċell Raffaele. 19. M.G.G. 21-IX-1814 p. 193. 20. L.N.M Univ 517 Accounts 1814. Servizi in Musica op. cit. 21. M.G.G 21.IX.1814 p.193 u L.N.M Univ 517, Accounts 1814, Spese fatto in occasione del Triduo fatti in San Paolo per la Festa il Giorno di Lunedi 19 (Settembre)

23



Lombard Bank - 225, Tower Road, Sliema

Lombard Bank Malta p.l.c.

Head Office: 67 Republic Street Valletta Malta • PO Box 584 Valletta VLT 1000 Malta Tel: +356 25581117 • Fax: +356 25581151 • e-mail: mail@lombardmalta.com • www.lombardmalta.com • SWIFT Code: LBMAMTMT Licensed to conduct Investment Services Business by the Malta Financial Services Authority Regulated by the Malta Financial Services Authority & listed on the Malta Stock Exchange


Programm tal-Festa tan-Nawfraġju ta’ San Pawl ‒ Valletta 2014

Kanonċi li ħallewna

kitba tal-Kan. John Ciarlò

Kanonku Karm Zammit (1932-2012)

Kanonku Mikiel Zammit (1938-2012)

Kanonku Ġuzepp Grech Cremona (1929-2013)

it-22 ta’ Awwissu 2012, ħalliena l-Kanonku Karm Zammit. Huwa sar Kanonku Effettiv tal-Kolleġġjata ta’ San Pawl Nawfragu fis-7 ta’ Dicembru 1993. Il-Kanonku Karm Zammit ġie ordnat saċerdot fl-14 ta’ Marzu 1959 wara li studja fl-Università ta’ Malta minn fejn iggradwa fl-Arti u fit-Teoloġija. Wara li serva bħala Viċi Parroku filParroċċa ta’ Stella Maris, tas-Sliema, huwa għadda żmien twil jgħallem fis-Seminarju Minuri u wara ħadem fl-Uffiċċju taż-Żwiġijiet fil-Kurja tal-Arċisqof. Matul is-snin kollha tas-saċerdozju tiegħu, huwa qeda l-missjoni pastorali tiegħu fil-Parroċċa ta’ Ħal Luqa fejn twieled u kien jgħix. Il-Kanonku Zammit ippubblika diversi kotba dwar il-Lingwa Maltija u l-Parroċċa ta’ Ħal Luqa.

il-21 ta’ Novembru 2012 ħalliena l-Kanonku Mikiel Zammit. Huwa sar Kanonku Onorarju tal-Kolleġġjata ta’ San Pawl Nawfragu fl-24 ta’ Jannar 1992. Il-Kanonku Mikiel Zammit ġie ordnat saċerdot fl-1996 wara li studja f ’Ruma minn fejn iggradwa fil-Filosofija u t-Teoloġija. Matul is-snin tas-saċerdozju tiegħu huwa dejjem qeda d-dmirijiet saċerdotali tiegħu fil-Parroċċa ta’ San Ġorġ, Ħal Qormi, fejn twieled u kien jgħix. Matul is-snin, il-Kanonku Zammit kien jgħallem ir-Reliġjon fl-Iskejjel Sekondarji Statali u għal snin kien Kap tad-Dipartiment tar-Reliġjon fejn kien resposnabbli tat-taghlim tar-Reliġjon fl-Iskejjel Governattivi mad-Dipartiment tal-Edukazzjoni.

it-2 ta’ Ġunju 2013 ħalliena l-Kanonku Ġuzepp Grech Cremona. Huwa kien sar Kanonku Effettiv tal-Kolleġġjata ta’ San Pawl Nawfragu fl-24 ta’ Jannar 1992. Il-Kanonku kien ordnat saċerdot fis-7 ta’ April 1962 wara li studja fl-Università ta’ Malta minn fejn iggradwa fl-Arti u t-Teoloġija. Għal bosta snin tas-saċerdozju tiegħu ħadem bħala Viċi Parroku tal-Parroċċa ta’ San Publiju l-Furjana fejn kien jgħix. Wara kien Kappillan tal-Kor tal-Konkatidral ta’ San Ġwann u ħadem ukoll fl-Uffiċċju Missjunarju. Huwa kien ukoll Rettur tal-Knisja Filjali ta’ Santa Luċija. IlKanonku Grech Cremona ta s-sehem tiegħu ukoll fil-predikazzjoni kif ukoll fil-kitba ta’ ħajjet ilqaddisin u ta’ suġġetti reliġjużi.

F

F

Pawlini li ħallewna Salvu Scicluna

S

alvu, membru ieħor li għadda wkoll għall-ħajja ta’ dejjem, kien ukoll involut ħafna flGħaqda tal-Pawlini. Fil-fatt, huwa kien għal xi żmien co-opted u aktar tard kien ukoll membru tal-kumitat tal-Għaqda tal-Pawlini. Salvu kien bniedem dedikat ħafna. Fejn tidħol servizzi tal-baned, infatti kien ikun responsabbli matul il-jiem tal-festa biex jara li s-servizzi li jingħataw ikunu xierqa u dinjitużi. Salvu kien ukoll magħruf fil-knisja Ta’ Ġieżu għall-impenn u l puntwalità fil-Knisja fosthom il-Via Sagra matul ir-randan. Salvu Scicluna okkupa l-kariga ta' Segretarju fil-Kumitat tal-Għaqda tal-Pawlini fis-sena 2001/ 02. Fissena 2003/04, is-Sur Scicluna kellu l-kariga ta' Uffiċjal għar-Relazzjonijiet Pubbliċi. Għal xi snin oħra, serva bħala membru fil-Kumitat. 26

F

kitba ta' Vince Farrugia

Joseph Chetcuti

Ġ

użi, kif konna nsejħulu, kien persuna attiva ferm fil-parroċċa. Il-ħidma tiegħu kienet ta’ siwi kbir mhux biss għallknisja iżda anki l-Għaqda tal-Pawlini bbenefikat ħafna. Niftakar lil Ġużi jirrakuntali kemm, ma’ missieru, kien jarma d-dawl tat-triqat talparroċċa għal żmien il-festa. Anke fiċ-Ċentinarju Pawlin kien involut ma’ missieru fl-Armar tad-dawl. Ġużi kien li għamel is-sistema ta’ speakers filknisja. Xi ħaġa li dak iż-żmien kienet vera innovattiva u li għadha tintuża sa llum. Fost l-akbar xogħol li għamel kienet is-sistema tad-dawl tal-knisja; biċċa xogħol vera ta’ ħsieb għall-fatt li l-ħitan huma kollha tal-irħam. Infatti Ġużi kien joħloq golji kbar u twal biex itaqqab minn wara sabiex b'hekk tgħaddi s-sistema ta’ wiring. Ħadem ukoll scaffolding għall-knisja fi żmien

Dun Karm Zammit viċi parroku. Intant lill-Għaqda tal-Pawlini kien ħadmilha karru biex jinġarru l-arbli u armar ieħor tal-festa. Kien għamel sistema bil-mutur biex il-pavaljuni u l-liedna jitilgħu bil-kumdità fil-kamra li kien hemm fuq is-sagristija. Qabel kien jitla’ kollox bit-tarjola. Għalkemm kien kiber u saħħtu ma baqgħetx li kienet, kien jagħmel l-almu tiegħu kollu sabiex għall-festa kont tarah jattendi għall-funzjonijiet ta’ San Pawl. Il-memorja ta’ Ġużi żgur li ma ninsewha qatt u jibqa’ mmarkat fil-qalb tal-parroċċa u tal-Għaqda tal-Pawlini. Agħtihom O Mulej il-mistrieħ ta' dejjem, id-dawl ta' dejjem jiddi fuqhom. Jistrieħu fissliem. AMEN


10 ta' Frar 2014

Biex Malta tibqa’ l-Gżira ta’ Pawlu

F

’diskors imqanqal li kien għamel fl-1936, il-magħruf Professur Monsinjur Pietru Pawl Saydon fl-okkażjoni taċ-ċelebrazzjoni tal-festa nazzjonali tat-8 ta’ Settembru, quddiem ilmonument tal-Assedju l-Kbir filBelt, kien tenna: ‘’Malta, għalkemm żgħira, għandha hi wkoll il-bixra individwali tagħha li tagħżilha minn kull nazzjon oħra, kbira jew żgħira. Tingħażel Malta min-nazzjonijiet oħra, għax hi u weħidha fost ħafna ġnus oħra, tista’ tiftaħar u tgħid: Għalkemm żgħira, żammejt dejjem sħiħ it-twemmin ta’ Kristu. Malta, ilgżira ż-żgħira b’ruħ kbira. Ir-Reliġjon kienet dejjem il-ħajja tagħha u meta ġnus oħra tilfu l-fidi jew telquha titnawwar u titħassar bil-bruda u bit-taħlit ta’ fehmiet ħżiena, Malta baqgħet dejjem imqabbda magħha, bħal siġra, li, biex tgħix, trid iżżomm għeruqha mqabbdin mal-art. Malta baqgħet Malta, għax baqgħet Nisranija, u biex tibqa’ Nisranija Malta tqabdet, tat demmha, tat ħajjitha. Inħobbu r-Reliġjon nisranija bħalma dejjem ħabbewha missirijietna. Nimxu dejjem fid-dawl tagħha biex ma nitilfux il-ġieħ u l-kobor li writna. Ma nħallu qatt li s-semm ta’ tagħlim ħażin u ta’ drawwiet sfieqa jidħol minn artijiet oħra biex imewwet ittilqima li laqqam f’qalbna Pawlu u li missirijietna saqqew b’demmhom. U waqt li d-dinja miġnuna tgħajjat f’wiċċ Alla, bħalma darba għajtu l-Lhud għomja quddiem Pilatu: ‘Ma rriduhx ’il dan isaltan fuqna! Insemmgħu mill-Gżira tagħna għajta kbira u qawwija, il-għajta ta’ Malta Rebbieħa u Nisranija li tinxtered maddinja kollha u li ddum tidwi sal-aħħar taż-żmien; Ma rridu ’l ħadd ħlief Kristu jsaltan fuqna’’

Twissija profetika għal-lum ukoll

Żgur li jekk qattx kien hemm żmien li għandna nħossu l-bżonn li nisimgħu u nagħtu kas tat-twissija kuraġġuża,

Mhux ġejjieni faċli

Kan. Też. John Ciarlò B.A., Lic. D. profetika u patrijottika li kien għamel il-Professur Saydon tmienja u sebgħin sena ilu huwa proprju llum. Ikollna bilfors nammettu li Malta tallum ma għadhiex Malta ta’ tmienja u sebgħin sena ilu. Kif anqas id-dinja tal-lum ma għadha kif kienet tmienja u sebgħin sena ilu. Matul dawn is-snin, Malta għaddiet u għadha għaddejja minn tant tibdil soċjali, ekonomiku u reliġjuz. U bħall-bqija tad-dinja, Malta wkoll kellha u għadha tħabbat wiċċha mal-isfidi u l-irwiefen tassekulariżmu, tal-materjaliżmu u tal-liberaliżmu sfrenat. Iżda dan ma għandux jaqtgħalna qalbna. Jgħidu x’jgħidu u jiktbu x’jiktbu ċerti ġurnalisti u opinjonijisti llum, jibqa’ l-fatt li l-parti l-kbira tal-Maltin u l-Ghawdxin għadhom sallum iħossuhom kburin li fl-10 ta’ Frar bil-ferħ jiftakru u jiċċelebraw l-isbaħ paġna tal-istorja reliġjuħa tagħna, paġna li mhix miktuba biss bl-ittri tad-deheb fil-ktieb tal-istorja nazzjonali tagħna li tagħtina l-identità tagħna, iżda wkoll li hija mnaqqxa fl-istorja tassalvazzjoni, l-Iskrittura Mqaddsa. Huwa għalhekk li anki din is-sena għandna nħossu d-dmir li mhux biss nirringrazzjaw ’l Alla għall-grazzja li wasslilna fuq xtutna lil San Pawl, iżda wkoll li nirringrazzjaw lil missirijietna li baqgħu jżommu dejjem ħajja fil-qalb tal-poplu tagħna t-tilqima li biha laqqamna l-Appostlu Pawlu li bir-raġun insejħulu Missierna.

Iżda fl-istess waqt ma nistgħux ma ngħidux ukoll li x’se jkun ilġejjieni tal-fidi nisranija tagħna ma nafux. Iżda nafu żgur li l-ġejjieni mhux se jkun wieħed faċli bħalma lanqas fl-imgħoddi ma kien faċli għal missirijietna li jibqgħu sodi fil-fidi tagħhom. Żgur li l-isfidi u l-irwiefen tas-sekulariżmu, talmaterjaliżmu, tal-permissiviżmu u l-ateiżmu mhux biss se jkomplu jheddu r-ruħ nisranija tal-poplu tagħna, iżda wkoll se jkomplu jżidu fil-qawwa tagħhom biex iġarrfuha. Żgur ukoll li mhux se jonqsu l-isforzi u l-ħidma djabolika ta’ xi wħud mill-istess ħutna Maltin li, għal xi raġuni jew oħra ċaħdu diġà l-egħżeż wirt tagħna, li jkomplu jaħdmu biex b’mod sistematiku jisfidaw dak kollu li hu għażiż għalina. Żgur ukoll li se jkomplu jiżdiedu wkoll l-isforzi ta’ nies barranin li, għajjura għallpatrimonju kattoliku tagħna, ikomplu jiġu fostna biex ixerrdu s-semm tattagħlim u d-drawwiet li jidhrilhom li għandhom jieħdu post it-tagħlim u d-drawwiet li żera’ Pawlu f’pajjiżna. Jekk tassew irridu li Malta tibqa’ Pawlina għalli ġej irridu bilfors nilqgħu l-istedina li kontinwament qed tagħmlilna l-Knisja llum. Stedina ta’ konverżjoni, ta’ tiġdid u ta’ evanġelizzazzjoni ġdida. Irridu bilfors nikkumbattu l-indifferenza, il-bruda u l-apatija reliġjuża li qed jagħmlu ħerba minn bosta minn ħutna l-Maltin, speċjalment żgħażagħ, illum. Irridu bilfors niċħdu l-ambjent tas-sekulariżmu u tarrelattiviżmu morali tant moda llum. Irridu bilfors inwarrbu l-fehmiet teoloġiċi żbaljati li qegħdin jinxterdu minħabba l-kriżi tad-diżubbidjenza għall-Maġisteru tal-Knisja. Huwa b’hekk biss li nistgħu niggarantixxu li għalli ġej ulied din ilgżira Pawlina jistgħu jibqgħu jgħożżu l-wirt Nisrani Malti u Pawlin li matul iż-żmenijiet ta’ l-identità, il-kobor u l-qawwa lil din il-gżira żgħira tagħna . 27


Dettol Disinfectant Liquid Kills 99.9% of bacteria and viruses

Original

Pine

Lavender & Orange Oil

Fresh Cotton Breeze

• Kills 99.9% of bacteria and viruses, including E.coli, Salmonella, MRSA and the Flu virus • Provides an expert protection against harmful bacteria with a unique non-bleach formula • Specially developed to leave a nice and pleasant smell in your home and on your laundry

Use biocides safely. Always read the label and product information before use. EXCLUSIVELY DISTRIBUTED BY CHARLES DE GIORGIO LTD • T: 25600500



Ta’ Jimmy Green Grocer

FRUIT & VEGETABLES St Paul’s Street, Valletta prop. Joseph Caruana

St.Elmo's Fire Jewellery (Prop. Joe Zammit) Gold & Silversmith

Gold & Silver Jewellery Hand made Filigree Crafts Sterling & Silver Gifts Repair Service

outdoor and studio PHOTOGRAPHY for any occasion

www.photocitymalta.com www.photocitymalta.com www.photocitymalta.com www.photocitymalta.com

e : info@photocitymalta.com

Mon to Fri: 10:00a.m. to 5.00p.m. Sat: 10:00am to 2:00p.m. 87, Republic Street, Valletta – Malta

Tel: 2125 1112 Mobile: 9945 1909

21236723

27 and 57 South street, Valletta. VLT 1102

Hair Salon 62, St. Ursula Street, Valletta Tel. 2124 8713



KTIEB B’XEJN!

Ċempel fuq 79865105 biex tkun taf aktar!

Il-prodotti finanzjarji tagħna huma reali Qed toħlom li tixtri karozza ġdida iktar spazjuża għallfamilja tiegħek? Ikseb il-ħolma tieghek. Staqsina għallpakkett finanzjarju li l-aktar jgħodd għalik. Kellimna llum. Impenn lejn is-suċċess tiegħek.

BOV PERSONAL LOANS 2131 2020 I bov.com

Ibgħat sms vojt fuq 7969 6975 (tariffi normali japplikaw) Is-self kollu huwa suġġett għall-kriterji normali ta’ self u għall-approvazzjoni finali mill-fergħa tiegħek tal-BOV. Termini u kundizzjonijiet japplikaw. Maħruġ mill-Bank of Valletta p.l.c. 58, Triq San Żakkarija, il-Belt Valletta VLT 1130 - Malta

36299 BOV Personal Loan Family Car A5.indd 1

19/12/2013 09:21


Š 2014 Daniel Cilia


Š 2014 Daniel Cilia


Ritratt: Paul Xuereb

Meta rajtek l-ewwel darba! Għadni żgħir ġewwa l-familja, ngħix nitgħallem, hekk, flimkien ma’ missieri u ma’ ommi, fl-akbar paċi tal-għajxien.

“Ġewwa l-Belt Valletta, ibni, hemm isiru festi kbar f ’ġieh l-Appostlu, Missier tagħna b’kull tifħir u bl-akbar ħrar.

Kien jum xitwi btala ħajja, fil-kampanja u fis-skiet; flimkien ħriġna biex nistrieħu, tant ’il bogħod minn kull inkwiet.

U malajr weġibtu ngħaġġel: “imxi mmorru l-Belt malajr; lil San Pawl ridt niġri nara biex flimkien niżżuh kull ħajr.

U kif lura fis wasalna, minn dil-ħarġa ma’ l-irjieħ, jien staqsejt lill-ġenituri, allavolj’għajjien mistrieħ:

U miskin missieri ħadni, kien ġa dalam, kesħa w star. Għax jien ridt lil Pawlu nara illum l-għaxra minn ta’ Frar.

“għaliex tiġi din il-btala ġewwa Frar, il-għaxar jum? X’Festa nfakkru ġo pajjiżna ta’ kull sena f ’dan il-jum?”

U wasalna l-Belt bil-għaġġla ġewwa Triq San Pawl fuq nett u għall-ewwel darba rajtu lil Missierna dejjem rett.

U missieri wieġeb bilġri: “din il-festa ta’ ġieħ kbir għax l-Appostlu Pawlu fdiena u dal-ġens ma ħalliehx fqir.

Is-snin reġgħu ġrew u gerbu dejjem rota ddur fiż-żgur, nerġa’ llum nintrabat b’qalbi ma’ San Pawl, bih qalbi tfur.

“Huwa l-jum li fih niftakru fin-Nawfraġju ta’ San Pawl u minn dak inhar pajjiżna beda jgħix f ’tal-Fidi d-dawl.

Wegħda ħlift li marbut nibqa’ ma’ dil-Knisja Kolleġġjata; iben umli tal-Appostlu f ’ħajja mseddqa ddedikata.

U l-istorja tan-Nawfraġju hekk, saħħritni mliet il-qalb; u nitgħallem dejjem aktar ridt b’kull ħajr, imħabba w talb!

Jien minn dejjem kont inħobbok, o Missier tagħna l-Maltin. U nitolbok tibqa’ magħna, f ’kull imrar ta’ l-imġarrbin.

U staqsejt: “Għidli missieri,” kont ħerqan li nisma’ żgur, “fejn issir il-festa kbira?” Kelli qalbi dejjem tfur.

Gratitudni mill-qalbi niżżi ’l Alla l-Għoli f ’dan il-maqdes: jalla l-poplu belti w Malti ma’ San Pawl dejjem jitqaddes!

Miktuba mill-Arċipriet Rev. Kan. Mons. Alexander Cordina S.Th. Lic. Cap. SS. nhar is-6 t’Ottubru, 2013 fl-okkażjoni ta' Jum il-Pussess tiegħu bħala Arċipriet tal-Kolleġġjata ta’ San Pawl Nawfragu.


Programm tal-Festi Solenni tan-Nawfraġju ta’ San Pawl li se ssir fl-Insinji, Kolleġġjata, Matriċi, Veskovili, Parrokkjali u Prinċipali tal-Belt Valletta

Programm tal-Festa – 10 ta’ Frar 2014 Is-Sibt, 25 ta’ Jannar

Is-Sibt, 1 ta’ Frar:

FESTA TAL-KONVERŻJONI TA’ SAN PAWL ĦRUĠ TAL-VARA TA’ SAN PAWL MIN-NIĊĊA

JUM IL-FAMILJA

5.30 p.m. Rużarju u Barka Sagramentali. 6.00 p.m. Quddiesa konċelebrata bis-sehem talKapitlu mmexxija minn Rev. Kan. Mons. Alexander Cordina, Arċipriet tal-Kolleġġjata San Pawl Nawfragu. Isir talb speċjali għassuċċess tal-Festa. Fi tmiem il-Quddiesa tiġi esegwita l-Antifona ‘Sancte Paule’ ta’ Mro. Dott. Paolo Nani. Wara l-konċelebrazzjoni solenni, jsir il-Ħruġ tal-Vara ta’ San Pawl min-niċċa u tingħad il-kurunella lil San Pawl. Diskors tal-okkażjoni mill-Arċipriet u wara jiġu esegwiti innijiet Pawlini u l-Istatwa devota ta’ San Pawl titpoġġa fil-knisja għallqima tagħna. L-orkestra fil-knisja tkun taħt id-direzzjoni ta’ Mro. Dr. Joseph Gatt Ph.D., 8.30 p.m. Dinner Dance tal-Festa - Le Meridien Hotel organizzat mill-Għaqda tal-Pawlini.

Il-Ħadd 26 ta’ Jannar

JUM IL-ĦAJJA

6.00 p.m. Quddiesa. Ċelebrant: Kan. Lawrenz Zammit.

It-Tnejn, 27 ta’ Jannar

JUM IŻ-ŻGĦAŻAGĦ U L-GĦARAJJES

6.00 p.m. Quddiesa. Ċelebrant: Kan. Też. Ġwann Ciarlò.

It-Tlieta, 28 ta’ Jannar

JUM L-EVANĠELIZZAZZJONI L-ĠDIDA

6.00 p.m. Quddiesa. Ċelebrant: Kan. Pen.Vinċenz Borg (animata mill-prayer group ‘Ħniena Divina’)

L-Erbgħa, 29 ta’ Jannar

JUM IL-KAPITLU

6.00 p.m. Quddiesa. Ċelebrant: Kan. Kant. Ġwann Borg,

Il-Ħamis, 30 ta’ Jannar

JUM IL-KUMMISSJONIJIET U L-KUNSILL PASTORALI

6.00 p.m. Quddiesa. Ċelebrant: Arċipriet Rev. Kan. Mons. Alexander Cordina

Il-Ġimgħa, 31 ta’ Jannar

JUM IL-MAGĦMUDIJA: TIĠDID TAL-WEGĦDIET 6.00 p.m. Quddiesa. Ċelebrant: Kan. Lawrenz Zammit

6.00 p.m. Quddiesa. Ċelebrant: Kan. Alfred Camilleri. 8.00 p.m. L-Akkademja Kulturali Pawlina ttella’ serata mużiko-letterarja fil-Knisja Kolleġġjata San Pawl Nawfragu.

Il-Ħadd, 2 ta’ Frar:

MAGĦMUDIJIET U PREŻENTAZZJONI TAT-TRABI U TFAL ŻGĦAR 10.00 a.m. Quddiesa.

JUM L-GĦAQDA TAL-PAWLINI

5.30 p.m. Rużarju. 6.00 p.m. Quddiesa animata u organizzata millmembri tal-Għaqda tal-Pawlini. Iqaddes l-Arċipriet Rev. Kan. Mons. Alexander Cordina. Tieħu sehem l-orkestra żagħżugħa ‘Valletta Ensemble’. 8.00 p.m. Riċeviment tal-Festa mogħti millKumitat tas-Soc. Fil. Naz. ‘La Valette’.

It-Tnejn, 3 ta’ Frar

JUM IL-KOMUNITÀ TA’ ĠIEŻU

5.30 p.m. Rużarju. 6.00 p.m. Quddiesa mmexxija mill-Gwardjan u l-Komunità Franġiskana.

It-Tlieta 4 ta’ Frar

JUM IS-SAĊERDOTI U L-VOKAZZJONIJIET 5.30 p.m. Rużarju. 6.00 p.m. Quddiesa mmexxija minn Rev. Fr. Michael Bellizzi, Direttur taċ-Ċentru Djoċesan tal-Vokazzjonijiet.

L-Erbgħa, 5 ta’ Frar

JUM L-ISPIRITWALITÀ TA’ KOMUNJONI

5.30 p.m. Rużarju. 6.00 p.m. Quddiesa mmexxija mill-Arċipriet Rev. Kan. Mons. Alexander Cordina.

ATTIVITÀ FIL-KAŻIN TAS-SOC. FIL. NAZ. ‘LA VALETTE’.

7.30 p.m. Kunċert Ġenerali ta’ marċi brijużi għallpartitarji fil-Każin tas-Soc. Fil. Naz. ‘La Valette’.

Il-Ħamis, 6 ta’ Frar

L-EWWEL JUM TAT-TRIDWU

5.00 p.m. Għasar kantat mill-Kan. Lawrenz Zammit.


5.30 p.m. Rużarju. 6.00 p.m. Quddiesa kantata solenni. Iqaddes il-Kan. Vinċenz Borg. Wara l-Quddiesa, l-ewwel priedka tat-Tridwu mill-Arċipriet Rev. Kan. Mons. Alexander Cordina. Innu, Antifona u Barka Sagramentali. Wara jsir il-bews tar-Relikwja tad-Driegħ Mirakoluż. 8.00 p.m. Riċeviment tal-Festa mogħti mill-Kumitat għall-membri attivi fi Domus Pauli. L-Għaqda tal-Pawlini ‘Fergħa Żgħażagħ’ tippreżenta l-Premju San Pawl għas-sena 2013-14.

Il-Ġimgħa, 7 ta’ Frar

IT-TIENI JUM TAT-TRIDWU

5.00 p.m. Għasar Kantat immexxi mill-Kan. Penitenzier Vinċenz Borg. 5.30 p.m. Rużarju. 6.00 p.m. Quddiesa kantata solenni. Iqaddes ilKan. Ġwann Ciarlò. It-tieni priedka tatTridwu mill-Arċipriet Rev. Kan. Mons. Alexander Cordina. Innu, Antifona u Barka Sagramentali. Wara jsir il-bews tar-Relikwja tad-Driegħ Mirakoluż. 8.30 p.m. L-Għaqda tal-Pawlini tinawgura l-planċier fi Triq San Pawl k/m Triq Santa Luċija. Il-Brass Band tas-Società ‘La Valette’ iżżanżan dan il-planċier u tesegwixxi mużika allegra taħt id-direzzjoni ta’ Mro. D. Darmanin ALCM, LLCM, FLCM biex tferraħ il-partitarji Pawlini fl-okkażjoni tal-Festa tan-Nawfraġju ta’ San Pawl. Nota storika: Dan il-palk inħadem fl-1904 u din is-sena, proprju 110 sena wara, l-Għaqda tal-Pawlini varat dan il-proġett ambizzjuż għall-festa 2014 fejn ġiet restawrata l-faċċata artistika ta’ dan il-palk minn idejn il-Pawlini fejn inħadmet ukoll struttura ġdida bl-iskop li terġa’ tittella l-Banda f’Jum il-Festa tal-10 ta’ Frar.

Is-Sibt, 8 ta’ Frar:

IT-TIELET JUM U L-AĦĦAR JUM TAT-TRIDWU FESTA TAT-TFAL

10.00 a.m. Purċissjoni bl-Istatwa ċkejkna ta’ San Pawl. Jieħdu sehem it-tfal tal-Parroċċa u bil-parteċipazzjoni tas-Soċjetà tal-M.U.S.E.U.M. Kif l-istatwa tasal filknisja, issir quddiesa għat-tfal. 5.00 p.m. Għasar kantat immexxi millKan. Frans Perici Calascione. 5.30 p.m. Rużarju. 6.00 p.m. Quddiesa kantata solenni mmexxija millKan.Ġwann Borg. Wara l-Quddiesa, ittielet priedka tat-Tridwu. Innu, Antifona u Barka Sagramentali. Wara jsir il-bews tar-Relikwja tad-Driegħ Mirakoluż. 7.00 p.m. Manifestazzjoni bl-Istatwa ta’ San Pawl bil-parteċipazzjoni tal-Għaqda Mużikali Beland – Żejtun A.D. 1861 u l-Għaqda Mużikali Sant’ Elena A.D. 1919 – B’Kara. Il-marċ jibda minn Triq ir-Repubblika, Misraħ iż-

Żewġ Assedji, Triq Santa Luċija, Triq San Pawl, Triq l-Arċisqof, Triq Sant’ Ursola, Triq San Kristofru, Triq San Pawl, Triq San Nikola, Triq il-Mediterran fejn tittella’ statwa ta’ San Pawl fuq pedestal ħdejn ilġonna tal-Barrakka t’Isfel f’atmosfera festiva. Kif jintemm il-marċ, se jiġi organizzat festin ħdejn il-ġonna tal-Barrakka t’Isfel organizzat mill-partitarji Pawlini tal-Arċipierku.

Il-Ħadd, 9 ta’ Frar:

LEJLIET IL-FESTA

10.00 a.m. Quddiesa għall-morda u għall-anzjani li fiha jiġi amministrat is-Sagrament tal-Griżma tal-Morda. Iqaddes Rev. Kan. Vinċenz Borg. 5.15 p.m. Traslazzjoni Solenni mmexxija mill-E.T. Mons Pawl Cremona O.P., Arċisqof ta’ Malta. Għasar Solenni bis-sehem tal-Kor u l-Orkestra. 7.15 p.m. Quddiesa kantata ta’ lejliet il-Festa mmexxija Rev. Mons. Lawrence Gatt, Kanċillier tal-Kurja tal-Arċisqof. 7.00 p.m. Marċ tradizzjonali u popolari mill-Banda tas-Soc. Fil. Naz. ‘La Valette’ flimkien mall-Banda Ċittadina Leone A.D. 1863 tar-Rabat Għawdex li jibda minn Triq ir-Repubblika, Pjazza San Ġwann, Triq il-Merkanti, Triq Melita, Triq San Pawl, Triq San Kristofru, u Triq il-Mediterran.

SPETTAKLU TA’ LOGĦOB TAN-NAR TALART U TAL-AJRU MILL-PORT IL-KBIR L-Għaqda tal-Pawlini ‘Kummissjoni Nar’ tippreżenta spettaklu ta’ logħob tan-nar mill-Port il-Kbir. In-nar inħadem mill-Kamra tan-Nar Santa Marija tal-Imqabba u l-Kamra tan-Nar ta’ San Ġużepp ta’ Ħaż-Żebbuġ.

It-Tnejn, 10 ta’ Frar:

JUM IL-FESTA TAN-NAWFRAĠJU TA SAN PAWL

7.00 a.m. Quddiesa. Mistiedna speċjali l-Kappillani, is-Superjuri u r- Retturi tal-Knejjes tal-Belt. Imexxi l-konċelebrazzjoni l-Kappillan ta’ San Duminku, P. Michael Camilleri OP. 8.00 a.m. Quddiesa. Mistiedna speċjali jkunu rappreżentanza mill-Kapitli tal-Kottonera u saċerdoti oħra. Imexxi l-konċelebrazzjoni l-Arċipriet tal-Birgu Kan. Joe Cilia. 9.00 a.m. Jasal l-E.T. Mons. Pawl Cremona O.P. Arċisqof ta’ Malta. 9.15 a.m. Quddiesa Pontifikali mmexxija millE.T. Mons. Pawl Cremona O.P. Arċisqof ta’ Malta. Wara l-Evanġelju jinseġ ilpaneġierku l-Kan. Lawrenz Zammit. 11.45 a.m. Quddiesa letta . Iqaddes Rev. Patri Robert Farrugia O.Carm. 12.00 p.m. Il-Fondazzjoni Wirt Artna żżomm tradizzjoni antika ta’ sparar mis-Saluting Battery tal-Belt Valletta fl-okkażjoni tal-Festa tan-Nawfraġju ta’ San Pawl, bħala l-Patrun tal-Gżejjer Maltin. 12.45 p.m. Marċ tradizzjonali u popolari millBanda tas-Soc. Fil. Naz. ‘La Valette’. Il-Fergħa Żgħażagħ Pawlini se jinawguraw proġett ġdid tal-armar fi Triq il-Merkanti k/m Triq Melita.


3.45 p.m. Quddiesa bl-Ingliż għall-viżitaturi . Iqaddes il-Viċi Kan. Pen. Vinċenz Borg. 5.30 p.m. Purċissjoni Sinodali bil-vara ta’ San Pawl u r-Relikwja tad-Driegħ Mirakoluż ta’ San Pawl. Il-Banda Konti Ruġġieru tar-Rabat tilqa’ l-vara artistika ta’ San Pawl ħierġa mill-Knisja bl-Innu lil San Pawl ta’ Mro. Cardenio Botti. Imbagħad tesegwixxi programm mużikali għall-ewwel darba fuq il-planċier fi Triq San Pawl. 6.00 p.m. Il-Banda tas-Soc. Fil. Nicolò Isouard talMosta tesegwixxi marċ minn Triq irRepubblika għal Pjazza San Ġwann fejn hemm tassisti għall-Istqarrija tal-Fidi u tkompli b’marċ sad-dħul tal-vara fil-knisja. 7.00 p.m. Fi Pjazza San Ġwann issir l-Istqarrija tal-Fidi. 9.15 p.m. Mistieden speċjali fuq il-planċier, ilmużiċista George Curmi, il-Pusè. 9.30 p m. Dħul tal-Purċissjoni, Innu, Antifona u Barka Sagramentali.

KONĊELEBRAZZJONI TA’ RINGRAZZJAMENT TAL-FESTA U DĦUL TAL-VARA FIN-NIĊĊA 6.00 p.m. Quddiesa ta’ radd il-ħajr immexxija mill-Wisq Rev.mu Kapitlu. Matul il-ġranet tal-Festa jieħu sehem il-Kor Parrokkjali ‘Saulus’ taħt id-direzzjoni tas-Sur Albert Scicluna. Fil-Ħruġ tal-vara ta’ San Pawl min-niċċa u mill-ewwel jum tat-Tridwu ’l quddiem il-Kor u l-Orkestra jkunu taħt id-direzzjoni ta’ Mro. Dr. Joseph Gatt Ph.D. NOTA: F’każ ta’ maltemp u l-purċissjoni ma toħroġx fil-ġurnata tal-10 ta’ Frar, il-programm ta’ filgħaxija jitmexxa għas-Sibt, 15 ta’ Frar. 4.30 p.m. Quddiesa. 5.30 p.m. Purċissjoni. www.sanpawlmalta.com

Programm ta' marċi li ser jiġu esegwiti mill-Banda Soc. Fil. Naz. 'La Valette' fl-okkażjoni tal-Festa tan-Nawfraġju ta’ San Pawl, Valletta

10 ta’ Frar 2014

Grupp ta' Pawlini f'atmosfera festiva quddiem il-Każin tas-Società Filarmonica Nazionale 'La Valette', waqt il-marċ tal-Ħadd filgħodu li sar mill-Banda 'La Valette' fl-1999.

Badge Day Fil-ġurnata tal-Festa 2014 issir il-badge day biex din it-tradizzjoni żżomm postha fil-festa tanNawfraġju ta’ San Pawl

Rio Grande . . . . . . . . . . . . . . . . . . . Joseph Azzopardi Gallant. . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . Vincenzo Ciappara 21st September1964 . . . . . . . . . . . Luigi Bongailas Claudio. . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . .Michael Ciantar Figli di San Paolo. . . . . . . . . . . . . . . Archibald Mizzi San Paolo 31. . . . . . . . . . . . . . . . . . . . Cardenio Botti Margot. . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . John Mamo Holiday in Spain . . . . . . . . . . . . . . . . . John Theuma Sorrento . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . Orazio Cachia Doctor Gentium. . . . . . . . . . . . . . . . Andrew Coleiro Vivalette . . . . . . . . . . . . . . . . . . . Dominic Darmanin Cento Quaranta. . . . . . . . . . . . . . . James Chappelle Marcia San Paolo nru. 5. . . . . . . . . . Cardenio Botti Inno Marcia San Paolo. . . . . . . . . . . Cardenio Botti Surmast Direttur: Mro. Dominic Darmanin ALCM, LLCM, FLCM


Š 2014 Daniel Cilia


Š 2014 Daniel Cilia


10 ta' Frar 2014

Investiment fl-armar tal-festa

Alan Xerri Kummissjoni Armar

Hekk kif għaddiet il-Laqgħa Ġenerali annwali tal-Għaqda tal-Pawlini, il-Kumitat ilġdid għas-sena 2013-2014 ħatar diversi kummissjonijiet biex jgħinuh fil-ħidma tiegħu, fosthom il-kummissjoni talarmar. Kif ġew approvati l-membri għal din is-sena ta’ ħidma, il-kummissjoni nidiet programm sabiex twettaq numru ta’ proġetti kemm ta’ restawr kif ukoll proġetti ġodda li aħna konvinti li se jinżlu tajjeb ħafna kemm mall-partitarji Pawlini kif ukoll maddilettanti tal-festi inġenerali. Bdejna din is-sena ta’ ħidma billi l-membri tal-kumissjoni armar flimkien ma’ volontarji oħra, ħadmu sabiex jiġu riorganizzati d-diversi mħażen li l-Għaqda tippossjedi u li huma strumentali sabiex jinħadem u jkun jista’ jintrefa’ l-armar bl-aħjar mod possibbli. Barra minn hekk sar xogħol fuq makkinarju tal-ħadid sabiex ikun jista’ jiġi faċiltitat ix-xogħol talarmar fil-ġranet tal-festa kif ukoll tiżdied is-sigurtà għallvoluntiera involuti fil-festa.

L-istruttura tal-palk maħduma mill-ġdid mill-Kummissjoni Armar

Xogħol ta' irħamar minn Vince Farrugia

41


Il-Palk

H

ekk kif sar dan, tajna bidu għall-proġett ta’ restawr fuq il-palk/planċier li jintrama’ fi Triq Santa Luċija kantuniera ma’ Triq San Pawl. Din l-opra hija maestrija fis-sena tal-injam, li tmur lura għas-sena 1900. Il-Kummissjoni ħasset il-ħtieġa li b’mod ġenerali tirrestawra din l-opra kemm f’dak li hija żebgħa kif ukoll saru xi alterazzjonijiet fl-istruttura biex b’hekk tiffaċilita aktar il-mod kif jintrama’. Dan ix-xogħol sar b’ko-ordinazzjoni sħiħa bejn Carlos Scerri, Direttur tal-Armar, fi ħdan l-Għaqda tal-Pawlini, kif ukoll Mario Cassar fil-kariga ta’ Viċi President u Direttur tal-Imħażen megħjuna mill-membri l-oħra tal-Kummissjoni. Proġett ieħor abbinat ma’ dan il-palk u li ser jerġa’ jagħti lura l-funzjoni tiegħu wara nuqqas

Xogħol ta' restawr fuq id-dekorazzjoni tal-faċċata tal-palk

t’ammont ta’ snin huwa l-ħidma ta’ qafas/pjattaforma sabiex ikunu jistgħu jerġgħu jibdew jittellgħu mużiċisti fil-ġranet tal-festa. Dan ix-xogħol sar mill-membru tal-Kummissjoni Keith Farrugia megħjun minn membri oħra. Hekk kif tlesta x-xogħol fuq dan il-palk, b’ko-ordinazzjoni malMCCA, dan il-palk intrama f’postu fl-okkażjoni tan-Notte Bianca 2013,

fejn wara nuqqas ta’ ħamsa u erbgħin sena, ħolma tal-ħafna Pawlini li sa ftit żmien ilu kienet titqies bħala xi ħaġa kważi impossibbli, reġgħet saret realtà. Ħaġa interessanti waqt l-armar ta’ dan il-palk kienet l-iskoperta ta’ graffiti li tnaqqxu mall-ħitan tat-triq tul is-snin l-imgħoddija minn bandisti li xi darba jew oħra kienu taw servizz waqt il-festa tal-Appostlu Missierna San Pawl.

Il-Pedestal tal-marċ tal-aħħar Jum tat-Tridwu

I

ttieħdet inizjattiva sabiex jiġi restawrat kif jixraq il-pedestal li fuqu tintrama l-istatwa ta' San Pawl "tal-anġlu", wara li b’ċertu ammont ta’ snin, l-elementi kienu bdew iħallu l-marka tagħhom fuq din l-opra. Dan kien jikkonsisti fi bdil ta’ partijiet minnu midDirettur tal-Armar kif ukoll bl-introduzzjoni ġdida ta’ skema ta’ kuluri li l-kummissjoni ħasbet sabiex tagħti dehra aktar xierqa. Dan kien jinvolvi xogħol ta’ irħamar minn Vince Farrugia, xogħol ta’ l-induratura minn Jeremy Agius, David Bonello, Matthew Sammut u Mario Cassar, b'dan tal-aħħar ikko-ordina l-iskema ta’ kuluri li ġiet implimentata fuq dan il-pedestal, megħjun minn Glen Attard u Christiana Farrugia. Permezz ta’ dawn l-interventi, jistgħu jiġu apprezzati aktar il-karatteristiċi sbieħ li jippossjedi dan il-pedestal, opra oħra fl-iskultura tal-injam li tassew tixraq lill-festa tagħna. 42

Xogħol ta' restawr fuq il-pedestal millKummissjoni tal-Armar


10 ta' Frar 2014

Sa mill-2011 din l-istatwa bdiet iżżejjen il-qalba tal-Parroċċa Pawlina

Xogħol ta' sfumar minn Alan Xerri

Xogħlijiet ta' restawr u xogħol fid-drapp Restawr tal-istatwa ta’ San Pawl

Din is-sena s-Sur Ivan Briffa u s-Sinjura tiegħu, ġentilment iffinanzjaw proġett ta’ restawr tal-istatwa ta’ San Pawl li qiegħda tittella’ b’dimostrazzjoni fl-aħħar jum tat-Tridwu. Dan ix-xogħol ta’ manutenzjoni sar minn Mario Vassallo u Clive Busuttil. Ghal dan il-ġest nobbli, il-Kummissjoni terġa’ tirringrazzja mill-qalb lill-familja Briffa li dejjem tagħti s-sapport tagħha meta l-festa talbet l-għajnuna tagħha.

Pedestal tal-Papa Ljun XIII Is-sena l-oħra ġew ordnati l-kumplament tal-iskudetti u ornamenti skulturati fl-injam mill-iskultur belti Eddie Hili fuq

disinn ta’ Alan Xerri, biex issa l-iskultura fuq dan il-pedestal hija lesta. Dawn ġew ġentilment sponsorjati minn Mario Cassar, Pierre Galea u l-istess Alan Xerri. Din is-sena tkompla x-xogħol fuqhom fejn tlesta x-xogħol fuq l-induratura minn Simon Farrugia u tpittru l-emblemi minn Antoine Farrugia.

Pavaljuni Triq San Duminku

Dan is-sett tlesta kompletament mill-ħjata, fejn din it-triq ser tibda tkun armata bi tlettax–il pavaljun. Alan Xerri kompla bl-isfumar biex ukoll ser ikollna nofs dan is-sett lest minn kollox. Dan is-sett għandu jiġi finalizzat għall-festa tal-2015.

Xogħol ta' ħjata li jsir f'Dar il-Pawlini li tinsab fi Triq l-Arċisqof

43


Programm tal-Festa tan-Nawfraġju ta’ San Pawl ‒ Valletta 2014

Erba’ bandalori quddiem il-Kolleġġjata

S Kuruni tal-liedna u paljijiet

Il-Fergħa Żgħażagħ din is-sena tat kontribut qawwi b’risq il-festa speċjalment f ’dak li għandu x’jaqsam ma’ armar tal-festa. Fuq inizjattiva tagħha stess, din is-sena nħadmu ammont kbir ta’ kuruni tal-liedna għal Triq San Paolo, Merkanti u Pjazza San Ġwann kif ukoll sett ta’ ħames paljijiet quddiem il-Knisja tal-Madonna ta’ Liesse. Din issena wkoll b’sodisfazzjon kbir il-Fergħa sejra żżanżan opra kbira tal-arti li nistidnukom tkunu hawn f ’nhar il-festa sabiex taraw ir-rizultat tal-ħidma ta’ dawn iż-żgħażagħ.

ejrin jiżżanżnu erba’ bandalori quddiem ilKnisja Kolleġġjata. Dawn qegħdin jinħadmu fuq disinn ta’ Alan Xerri. Ix-xogħol ta’ tifsil ġie kkoordinat minn Mario Cassar megħjun minn Stephen Baldacchino u Christopher Vassallo. Dawn ġew meħjuta mis-Sur Jesmond Fenech u l-isfumar ser isir mill-istess Alan Xerri. Fiċ-ċentru tagħhom sejrin jiġu ttrasportati erba’ pitturi minn fuq bandalori diġa’ eżistenti tal-pittur ċelebri Malti l-Kavallier Paolo Camilleri Cauchi. Dawn jirrapreżentaw l-erba’ dutturi tal-Knisja li huma Santu Wistin, San Tumas ta’ Aquino, San Ġwann Griżostmu u San Ambroġ. Ma’ dawn il-bandalori, sar xogħol fuq erba’ sopraporti u arbli ġodda tal-ħadid, xogħol li kien maħdum kollu mill-membri tal-Kummissjoni Armar koordinat minn Carlos Scerri u Keith Farrugia.

Bandalori Pjazza Reġina

S

er jiġi mniedi proġett ta’ sett ta’ erba’ bandalori biex jintramaw f ’din il-pjazza ewlenija filbelt kapitali tagħna. Dawn ser isiru b’disinn, ħjata, sfumar u pittura ta’ Antoine Farrugia megħjun minn diversi membri tal-Għaqda.

Pavaljuni Triq ir-Repubblika

Ix-xogħol ta’ sfumar fuq dan is-sett ta’ pavaljuni, kif jidher fir-ritratt (dettall), tkompla minn Antoine Farrugia, fejn b’sodisfazzjon din is-sena ser ikollna nofs dan is-sett ta’ erbatax–il pavaljun lest mill-isfumar, proġett li jekk Alla jrid għandu jiġi ffinalizzat għall-festa tal-2015.

B

’dan t’hawn fuq tajna ħarsa lejn din is-sena ħidma mpenjattiva li kellha din il-Kummissjoni. Ħdima bil-għaqal sabiex lill-festa kbira tagħna nkomplu nżommuha fil-livell għoli li hi magħrufa għalih f’kull aspett. Nistidnukom tkunu magħna fil-jiem kollha tal-festa kemm f’dak li huwa estern u b’mod speċjali f’dak li għandu x’jaqsam mall-festi interni għax wara kollox dak huwa l-qofol tal-festa. Dan kollu ma setax isir mingħajr l-għajnuna ta’ ħafna u ħafna benefatturi u voluntiera li grazzi għall-għajnuna tagħhom kemm finanzjarja u anki materjali nkunu

44

Dawn tal-aħħar ser ikunu qegħdin jirrapreżentaw lill-personalitajiet importanti fl-istorja tal-Parroċċa li jinkludu lil Caterina Valenti (benefattriċi talKnisja Kolleġġjata San Pawl Nawfragu), Melchiore Gafà (l-iskultur Malti li ħadem l-istatwa ta’ San Pawl) u l-Gran Mastri tal-Ordni Emmanuel Pinto u Emmanuel De Vilhena, persunaġġi kbar li kkontribwew bi kbir biex tissebbaħ b’opri kbar artistiċi l-Kolleġġjata Pawlina. nistgħu nsostnu l-ħidma tagħna biex inkunu nistgħu nippreżentaw programm bħal dan t’hawn fuq. Fl-aħħar u mhux l-inqas l-akbar ringrazzjament għandu jmur lil Alla l-Imbierek u lill-Kbir Appostlu Missierna San Pawl li jżommu l-ħarsa tagħhom fuqna kontinwament. Minn hawn nixtiequ nawguraw il-festa t-tajba kemm lill-parruċċani u l-partitarji Pawlini Beltin kif ukoll lill-poplu Malti u Għawdxi kollu għax tassew Malta kienet, għadha u se tibqa’ Pawlina. Viva l-Kbir Appostlu Missierna San Pawl!


10 ta' Frar 2014

45


Programm tal-Festa tan-Nawfraġju ta’ San Pawl ‒ Valletta 2014

Il-Festa tal-1894 u l-Istatwa tal-Papa Ljun XIII

Il-Papa Ljun XIII, ikkonċeda li l-festa tan-Nawfraġju ta’ San Pawl issir festa kmandata ta’ prima klassi u ta’ preċett għad-djoċesi kollha Maltija – 16 ta’ Mejju 1888. Martin Gravina

Dip. Educ. (Adm. & Mangt.)

I

l-festa daħlet bi Tridu l-aktar solenni, deskritt bħala wieħed mill-isbaħ, fejn matul ittlitt ijiem il-Pirjol tal-Ordni Agostinjan Patri Paolo Zammit mill-kunvent ta’ Santu Wistin talBelt, niseġ tliet diskorsi li kienu mfaħħra mill-ħafna. Fl-ewwel jum huwa pprietka dwar il-mod straordinarju tal-wasla ta’ San Pawl f ’Malta – it-tieni jum dwar il-qagħda tal-appostlu fostna, filwaqt li fit-tielet jum ipprietka dwar it-teżor li ħalla lilna l-Maltin. Fl-aħħar jum tat-Tridu filgħaxija rappreżentanza mill-parroċċa ta’ San Duminku ppreżentat lill-Kapitlu ta’ San Pawl bukkett mill-isbaħ u torċa li kienet impittra (bil-pittura fuqha). Dan il-ġest kien sar bħala sinjal tal-għaqda li kien hemm bejn iż-żewġ għaqdiet. Lejlet il-festa kienet saret translazzjoni mmexxija millArċipriet tal-kolleġġjata l-Kanonku D.P. Agius, bil-Primi Vespri akkumpanjati bil-mużika solenni tas-surmastrijiet Nani. Kemm lejlet kif ukoll nhar il-festa l-knisja kienet mimlija barranin jammiraw ilKnisja li bħas-soltu kienet imżejna bir-rikkezzi. Nhar il-ġurnata talfesta s-Sibt l-10 ta’ Frar, fid-disgħa ta’ filgħodu qaddes il-quddiesa kantata l-istess Arċipriet, fejn l-Arċisqof u Isqof Monsinjur Pietro Pace assistew minn fuq it-tron li kien armat għall-okkażjoni. F’din il-quddiesa niseġ il-paniġierku bitTaljan il-Patri lettur Luigi Muscat tal-Ordni Eremitaġġ Agostinjana, li wera l-kapaċità tiegħu fl-orazzjoni li għamel. Il-mużika tas-sekondi 46

Il-Papa Ljun XIII, pittura ta' Philip de László

vespri u l-quddiesa solenni talġurnata tal-festa kienu wkoll tassurmastrijiet Nani taħt id-direzzjoni ta’ Dr. Paolo u t-tifel tiegħu Antonio. L-aħjar artisti tat-Teatru Rjal, De Gambarell, Travaglini, Gennari, Begami u kantanti maltin ħadu sehem fil-quddiesa kantata. Ilpaniġierku ta’ waranofsinhar li kien bil-Malti, għamlu l-Kanonku D. Antonio Vella. Wara li spiċċaw issekondi vespri ħarġet il-purċissjoni b’pompa kbira u li kienet immexxija mill-Isqof Monsinjur Pace.

Kemm fil-wasla tiegħu fil-knisja kif ukoll lura lejn il-Palazz Arċiveskovili, (lejlet u nhar il-festa) l-Isqof li kien maħbub ħafna mill-poplu, kien dejjem milqugħ b’dimostrazzjoni ta’ ferħ u turija ta’ solidarjetà. Imma din intweriet l-aktar meta f ’jum il-festa filgħaxija, wara li ta l-barka Sagramentali huwa u sejjer lejn ilPalazz, kien hemm dimostrazzjoni kbira fejn tneħħew iż-żwiemel minn mal-karozza (sic) tiegħu u ġiet miġbuda miż-żgħażagħ akkumpanjat mill-Banda tal-Isla, fost it-tixjir


L-istatwa tal-Papa Ljun XIII ta' Vincenzo Cremona

tal-bnadar, mixegħla tal-gassijiet, ċapċip u turija tal-ferħ tal-poplu. Il-festa kienet suċċess minn kull att, anki fir-rigward tal-attendenza tan-nies li ġew lejlet u nhar il-festa minn kull rokna tal-pajjiż, kemm ġewwa l-knisja kif ukoll fit-toroq tal-Belt. Ta’ ammirazzjoni kien ukoll il-logħob tan-nar li kien sar ħdejn l-uffiċċju notarili. Il-ġurnali ta’ dawk iż-żminijiet jagħtuna wkoll deskrizzjoni tal-ġurnata tal-festa bħala waħda li kienet suċċess u li minkejja li kienet ix-xitwa il-ġurnata kienet qisha fl-eqqel tas-sajf Malti. It-toroq prinċipali, Triq Merkanti u Triq San Ġwann, kienu mżejna billuminazzjoni sabiħa, u diversi baned lokali u militari għamlu programmi ta’ mużika f ’diversi partijiet tal-Belt. (1) Fosthom kien hemm il-banda tal-Isla, l-Unjoni ta’ Ħal Luqa, Royal

Riferenzi: Malta Tagħna. 10 ta’ Frar, 1894 p. 3 Ibid. 17 ta’ Frar, 1894 p. 3 Malta. 12 ta’ Frar, 1894 p. 2 Ibid. 13 ta’ Frar, 1894 p. 2 Il Portafoglio Maltese. 12 ta’ Frar 1894, p. 1, 2 L’Ordine. 13 ta’ Frar 1894, p. 1, 2 Melita Sempre. 17 ta’ Frar, 1894 p. 3

L-istatwa tal-Papa Ljun XIII maħduma mill-ġdid minn Ramon Camilleri McKay għall-festa tal-2009

Malta Artillery u r-Reġiment East Surrey. F’salib it-toroq ta’ Triq San Pawl ma’ Triq San Ġwann intramaw l-erba’ statwi li kienu jirrappreżentaw l-erba’ kontinenti, liema statwi kienu saru minn Vincenzo Cremona fl1892. Imma bħala tifkira ta’ meta nhar is-16 ta’ Mejju 1888, il-Papa Ljun XIII ikkonċeda li l-festa tanNawfraġju ta’ San Pawl issir festa kmandata ta’ prima klassi u ta’ preċett għad-djoċesi kollha Maltija, u meta l-istess Papa kien ukoll ikkonċeda li kull meta l-jum tal-10 ta’ Frar jaħbat is-Sibt jew xi ġurnata oħra tal-karnival, il-festa tkun trasferita għall-ewwel Tnejn, il-Pawlini riedu jfakkru lil dan il-Papa bi statwa tiegħu. Għalhekk, nhar it-8 ta’ Frar, filgħaxija l-istatwa l-ġdida tal-Papa Ljun XIII, xogħol fil-kartapesta maħduma minn Ċensu Cremona kienet miġjuba Strada Merkanti, akkumpanjata bil-banda u l-gassijiet. Public Opinion. 13 ta’ Frar, 1894 p. 3 Risorgimento. 12 ta’ Frar, 1894 p. 1 Ibid. 13 ta’ Frar, 1894 p. 2 The Malta Standard. 13 ta’ Frar, 1894 p. 2

Noti: 1.

Riferenza għall-ġurnal Melita Sempre tas-17 ta’ Frar, 1894 p. 3. …La Vallette non si faceva sentire in quei giorni

L-għada filgħodu din tqiegħdet fuq il-pedistall tagħha li kellu allegorija ta’ persunaġġi w anġli. Din l-istatwa kienet armata bejn Strada Merkanti u Strada Santa Luċija, jiġifieri filkantuniera tas-sagristija ta’ San Pawl. (2) Din l-opra kellha l-ammirazzjoni ta’ kull minn raha u tifħir fil-ġurnali. F’jum il-festa seħħ inċident li seta’ kellu konsegwenzi serji. Palk li kien armat fi Triq San Ġwann u li fuqu kienet qiegħda ddoqq il-Banda Unjoni ta’ Ħal Luqa sfronda fejn saru xi ħsarat lil xi strumenti tal-banda u weġġgħu ħafif anki xi bandisti. Kien ukoll irrappurtat li bandist minnhom kien weġġa’ serjament fejn anki kien intilef minn sensih. Bħala prokuratur tal-festa ta’ din is-sena kien il-Kanonku Dekan Dun G. Carlo Borg Olivier li lejh mar kull tifħir għas-suċċess li kien hemm. tanto festivi. Non l’avra’ invitata il Comitato? I possibile? 2.

Din l-istatwa baqgħet tintrama salfesta tal-10 ta’ Frar, 1933. Bis-saħħa tal-Għaqda tal-Pawlini fis-sena 2008 beda x-xogħol fuq replika tagħha, b’partijiet minnha li huma talistatwa oriġinali, u kienet imżanżna għall-festa tal-10 ta’ Frar, 2009.

47




Programm tal-Festa tan-Nawfraġju ta’ San Pawl ‒ Valletta 2014

San Pawl… San Publiju Comm. Salvator Mousù

M

al-ewwel daqqa t’għajn lejn dan ittitolu xi wħud forsi jaħsbu li din hi xi anagramma i.e. logħob bil-kliem jew bl-ittri, oħrajn tiġihom f’moħħhom il-konnessjoni bejn dawn iż-żewġ pijunieri tal-Kristjaneżimu f’Malta filwaqt li oħrajn ir-rabta, jew rabtiet, li dawn iż-żewġ qaddisin welldu fiddevozzjonijiet u, sussegwentement, fl-opri u manifestazzjonijiet artistiċi daqskemm storiċi. U fuq dan l-aħħar punt xtaqt li nhewdnu xi ftit f’din il-kitba. Ovvjament l-akkaniment ta’ adulazzjoni li kull devot, vulgarment insejħulu ‘partitarju’. għandu lejn wieħed jew l-ieħor, spiss ma jħallihx jifli u jilmaħ il-kobor jew aħjar il-milja, tal-virtujiet jew valuri talqaddis ‘l-ieħor’. Imma, ngħid għalija, jien ma nistax nitfantas jew ninsa l-espressjoni li tant u tant drabi ssemmiet, tkantat, ġiet ippridkata, poetizzata u anki, saħansitra, impittra il-famuża espressjoni “Pawlu u Publiju, min jista’ jifridhom?” Barra milli l-isem tat-tnejn jibda bl-istess ittra, it-tnejn iġibu wkoll isem Ruman u t-tnejn kienu, u kburin

L-istatwi titulari ta' San Pawl u San Publju fuq il-fosos tal-Furjana waqt iċċelebrazzjonijiet taċ-Ċentinarju Pawlin 1960

50

biha, ċittadini Rumani. Fuq kollox, it-tnejn kienu kapijiet influwenti ferm fi żmienhom u wisq aktar wara mewthom peress li t-tnejn ħallsu b’demmhom il-konvinzjonijiet tagħhom. Konvinzjonijiet mhux biss ta’ twemmin imma anki ta’ rettitudini f’għemilhom u f’ħajjithom. Mela, ir-rabta storika u evanġelika ferqet is-sekoli u f’pajjiżna welldet u rabbiet l-għeruq li żviluppaw f’wirt, tista’ tgħid, f’kull branka tal-arti. Għalkemm naturalment dal-fatt ġara kważi unikament f’pajjiżna għal raġunijiet ovvji u forsi l-aktar dawk ġeografiċi imma, sorprendentement għal xi wħud, din il-konnessjoni intgħaġnet ukoll permezz ta’ diversi Santi Padri li, biex ngħidu kollox, seħħet ferm qabel ma effettivament sbukkat fil-gżejjer tagħna. Irrid insemmi lill-erba’ ‘kbar’ li mhux biss semmew iżda taw l-eloġju tagħhom lil din ir-rabta, qaddisa, ta’ Pawlu u Publiju fl-omeliji tagħhom. Dawn ma kienu ħadd ħlief San Ambroġju, San Ġwann Krisostomu, San Girgor il-Kbir u San Ġerolamu Wara ġew oħrajn bħal San Eusebio u mbagħad ilVenerabbli Beda u l-kittieba aktar ma noqorbu lejna aktar jiżdiedu. M’iniex ser noqgħod insemmi oħrajn għaliex mhux biss il-lista hi twila imma wkoll mhux il-każ li nidħlu f’dawn id-dettalji anki akkademiċi. Li nista’ ngħid biss huwa li l-kittieba dwar ir-rabta ta’ San Pawl ma’ San Publiju, faqqsu l-aktar fl-era tal-Kavallieri ġo pajjiżna. U min kien il-perċimes li welled jew, għallinqas, saħħaħ bħal ħadd qablu din il “għoqda”? Ħadd ħlief il-kavallier eremit Juan Beneguas. Dan il-kavalier ta’ ħajja qaddisa u devot kbir ta’ San Pawl, bħala membru fidil u ferm osservanti tal-Ordni li kienet fuq il frontline tad-difiża tar-Reliġjon ried bix-xhieda ta’ ħajja Kristjana eżemplari jgħix, jimmedita u jitlob propju filpost l-aktar sagru għal qalb il-Maltin għax fih kienu jaraw it-twelid tal-aħbar it-tajba f’pajjiżna jew aħjar f’dik li llum

nafuha bħala l-grotta ta’ SanPawl. Forsi hawn min jaħseb li jien qed nesaġera meta ngħid li Beneguas “welled” l-għaqda Pawlina-Publijana. Imma, irridu nżommu quddiem għajnejna li ftit li xejn, jekk hawn, xi ħaġa li turina dwar dan li qed nitkellmu fuqu qabel il-miġja ta’ dan il-kavallier fostna. Bla dubju l-iprem monument u għaldaqstant konferma tas-suġġett tagħna llum huma dawk iż-żewġ knejjes uniċi mgħaqqdin ma’ xulxin tar-Rabat viz: dik ta’ San Pawl li malġenb tagħha qed tistrieħ dik ta’ San Publiju. Ta’ din is-sitwazzjoni huwa, jew kien, feliċement responsabbli dan Beneguas. Imma kif? Qabel ma ġie Malta dan il-kavallier kien mar f’Napli fejn hemmhekk ordna tliet statwi tal-injam ta’ bejn erba’ jew ħames piedi u li kull waħda ried li tkun ukoll indurata. Dawn riedhom li jirrappreżentaw lil San Pawl, lil San Publiju u lil San Luqa. Meta tlestew huwa ġabar kull ma kellu miegħu, fosthom bosta relikwi u statwetta tal-Madonna u salpa b’kollox lejn Malta. Meta ġie bihom kulħadd sema’ bih u peress li ried jagħmel kollox b’manifestazzjoni huwa poġġa kollox f’San Ġwann (il-Kon-Kattidral) u minn hemm propju f’jum il-festa ta’ San Luqa i.e. fis-17 ta’ Ottubru tas-sena 1609 huwa, flimkien mal Ordni u l-Kleru, organizza purċissjoni jew pellegrinaġġ l-ewwel għall-Kappuċċini (il-Furjana) imbagħad lejn il-Kattidral ta’ Notabile. Din il-manifestazzjoni tant kienet kbira u tant ħa sehem il-poplu li jingħad, għallinqas hekk kiteb Patri Pelaġju, li ħadu sehem fiha mhux inqas minn 20,000 ruħ! Li hu importanti f’dan l-avveniment hu l-fatt li ż-żewġ statwi ta’ San Pawl u San Publiju kienu aktarx l-ewwel statwi ta’ dalqaddisin li nafu bihom, għallinqas dik ta’ San Publiju żgur. Naturalment fl-istess proċessjoni kien hemm ukoll l-istatwina tal-Madonna u l-istatwa ta’


Juan Benegas de Cordoba, xogħol tal-pittur Pietro Erardi

San Pawl jikkonsagra lil San Publju bħala l-ewwel Isqof ta' Malta, Kolleġġjata ta' San Pawl, Valletta

San Luqa imma, li jinteressana hawn huma dawk it-tnejn li fuqhom qed nitkellmu li appuntu f’dik il-manifestazzjoni twieldet ir-rabta bejn San Pawl u San Publiju. In fatti ittwajjeb Beneguas ried iqatta’ ħajtu bħala eremit fil-grotta ta’ San Pawl flimkien mal-istatwi u relikwi għeżież tiegħu u sa bena fuq il-għar kappella imma f’dal-każ dedikata lil San Publiju biex, anki monumentalment u arkitettonikament, tkun simbolu tal-għaqda bejn dawn iż-żewġ qaddisin.. Ġo dil-kappella/knisja ma setax ma jiġix ikkonfermat dan il-binomju mill-pitturi li jirrappreżentaw lil San Pawl jgħammed lil Publiju u l-Konsagrazzjoni tiegħu bħala isqof, it-tnejn xogħol tal-pittur Rocco Buhagiar (1725-1805). –Min-naħa l-oħra fil-knisja ‘sieħba’ kbira ta’ San Pawl episodji Pawlu-Publiju jadornaw u jsebbħu s-saqaf fl-affreski ta’ Elio Coccoli (1880-1974) b’dik ixxena oriġinali tal-kappellun li fiha naraw l-aħħar tislima ta’ Publiju – issa isqof – li qed ixejjer lil Pawlu li jidher isalpa fuq il-ġifen li qed jieħdu lejn Ruma, u l-martirju. Imbagħad l-istess pittur jagħtina xena oħra – drammatika ferm, kważi teatrali – li turina l-Konsagrazzjoni ta’ Publiju minn Pawlu fil-kor ta’ dil-knisja storika daqskemm sabiħa.

San Pawl jgħammed lil Publiju, Ġiannikol Buhagiar, Knisja ta' San Publju, Rabat

il-ġmiel tagħhom, li jirrappreżentaw dawk l-erba’ il’Kbar’ li semmejna fil-bidu li ħallew rikordju ta’ eloġji lil dawn iż-żewġ qaddisin tagħna ’il fuq minn millenju ilu! Dritt naslu biex nagħlqu, jew aħjar ngħidu ‘niftħu’, din il-mawra tagħna, anki meditattiv xi ftit, bil-Hidden Gem mhux biss tal-Belt imma ta’ Malta kollha: l-Għażiża Kolleġġjata ta’ San Pawl. Il-kor li naturalment kien kollu mmirat għal glorifikazzjoni tal-Appostlu tal-Ġnus, ma setax jonqos li, permezz tal-pittur Giuseppe Velasco, ifakkarna f’dak l-avveniment kruċjali ta’ meta San Pawl fejjaq lill-missier tal-“Ewwel Bniedem tal-gżira” (il‘Protos’). Ta’ min jinnota hawn li wkoll fil-kor jinsab il-kwadru vertikali ta’ San Publju biswit it-titular ta’ D’Aleccio (1547-1616) li tpitter mill-istess pittur li kien esegwixxa t-titular tal-parroċċa ta’ San Publiju talFurjana, Giuseppe Pace (1755 – bidu tas-seklu 19).

Imma, kont ser ngħid fuq kollox, għax iż-żewġ tempji maestużi huma per eċċellenza daqs dawk tar-Rabat magħġunin ma’ Pawlu u Publiju jiġifieri dawk talBelt Valletta u l-Furjana. Għalkemm in-nebbieta, biex insejħilha hekk, hi dik primordjali tal-ewwel żerriegħa tal-Kristjaneżmu f’artna spazju mdaqqas (mhux bħal dawk tar-Rabat) jifridhom. Firda li fil-passat kienet kawża ta’ għelt li ż-żmien u s-sens komun eliminaw. Jekk nidħlu fil-knisja arċipretali ta’ San Publiju niffaċċaw ukoll liż-żewġ qaddisin flimkien fejn fl-ewwel altar fuq il-lemin ta’ kif tidħol jinsab it-titular ta’ San Pawl, li qed ifejjaq lill-missier Publiju – xogħol Rocco Buhagiar. L-iskop ta’ dil-preżentazzjoni żgur li kien dak tal-kawża prinċipali li Publiju sar Nisrani. Imbagħad ma jistgħux jonqsu dawk tal-Predikazzjoni ta’ San Pawl, b’San Publiju ħdejh u dik tal-Ordinazzjoni tiegħu bħala isqof minn idejn San Pawl. It-tnejn huma xogħol ta’ Emvin Cremona (1919-1987) li esegwixxa mal-ħamsin sena ilu. Ta’ min jinnota hawn li dan l-istess pittur ħalla erba’ pendentivi ta’ taħt il-koppla,

L-istatwi titulari ta' San Pawl u San Publju armati quddiem xulxin fil-knisja Arċipretali tal-Furjana f'okkażjoni unika fiċĊentinarju tal-1960 (Ritratt ħajr lil Nazzareno Haber)

51


Programm tal-Festa tan-Nawfraġju ta’ San Pawl ‒ Valletta 2014

Tajjeb li tkun taf… Kan. Alfred Camilleri B.A., Lic. D.

Dan it-tagħrif kellu jidher fil-Ħarġa Speċjali tal-Festa tas-sena li għaddiet iżda minħabba raġunijiet diversi baqgħet ma dehret qatt. Ħassejt li minkejja li għadda ċertu żmien xorta hemm lok li din għandha tiġi stampata mhux biss biex tingħalaq din is-sensiela ‘Tajjeb li tkun taf ’ iżda wkoll biex ix-xogħol li sar fil-knisja jiġi rrekordjat fl-istorja glorjuża tal-Parroċċa tagħna.

Wieħed mis-sett ta' siġġijiet ġodda li nħadmu għall-knisja

K

Kappellun San Ġużepp - Wara r-restawr

ien ilu jinħass il-bżonn li jsiru siġġijiet ġodda għall-Knisja maestuża tagħna. Bħal kull ħaġa oħra, kien wasal iżżmien li jinbidlu u jsiru oħrajn ġodda li jixirqu l-knisja tagħna. Sar rikors il-Kurja biex isir dan il-proġett u wara proċedura normali, il-proġett li jsiru siġġijiet ġodda ġie approvat. Wara ħafna ħsieb, is-siġġu li ntgħażel kien wieħed li jixbaħ ħafna s-siġġijiet li hemm fil-Bażilika ta’ San Ġorġ tar-Rabat, Għawdex. Id-differenza saret billi issa ġie mibdul il-forma tad-dahar tas-siġġu biex ikun aktar komdu. Ma’ din l-istruttura sar ukoll il-ġinokkjatur. It-tip ta’ injama li ntgħażlet huwa tal-fagu u dawn ġew mogħtija lostru li jixbaħ lill-għamara eżistenti li nsibu fil-knisja tagħna. Ta’ min isemmi li l-għamara li saret ftit snin qabel, l-injama li ntużat kienet tal-ġewż amerikan. 52

Kappellun San Ġużepp - Wara r-restawr (dettall)


Dan il-proġett ġie kkummissjunat lidditta FXB Ltd u ġew immanifatturati fil-gżira ta’ Għawdex. L-ispiża ta’ kull siġġu kienet tlaħħaq għal €110.00 iżda s-sejħa lill-benefatturi kienet ta’ €90.00. Id-differenza fil-prezz ġew mħallsa minn tliet benefatturi prinċipali, Marco Grech, Charles Camilleri, u Rev. Kan. Frans Perici. Ġew ordnati 320 siġġu li lkoll tħallsu minn diversi benefatturi li huma lkoll membri tal-parroċċa u membri msieħbin fl-Għaqda talPawlini. L-Għaqda tal-Pawlini tat il-parti tagħha b’riżq dan il-proġett. Interessanti ninnutaw ukoll li 45 siġġu tħallsu minn persuni li m’humiex parruċċani imma xtaqu jkollhom sehem f ’dan il-proġett tant bżonnjuż fil-knisja tagħna. Grazzi tassew lil kull min għen f ’dan il-proġett.

Kappellun San Ġużepp - Qabel ir-restawr

Dan il-proġett ġie mbierek millArċipriet Kan. Alfred Camilleri nhar l-1 ta’ Novembru 2011 waqt Quddiesa kantata solenni biex tfakkar is-sbatax-il sena ta’ parrokat fil-Kolleġġjata Pawlina.

Proġett ta’ Restawr: Insalvaw il-patrimonju artistiku tal-knisja Kolleġġjata

Ż

mien ilu meta kont għadni Arċipriet, kont tkellimt malawtoritajiet konċernati dwar kif il-Parroċċa tista’ tikkwalifika għall-fondi biex isir ir-restawr tal-pittura tassaqaf tal-knisja biex nippriservaw dan il-patrimonju. It-talba ġiet milqugħa u bi pjaċir ngħid li l-Parroċċa kienet eliġibbli u kkwalifikat biex tibbenifika iċ-ċifra ta’ €20,000.00 mill-Fond għallKawżi Ġusti. Nixtieq pubblikament nirringrazzja lil ex-Ministri l-Onor. Tonio Fenech, u Dott. Austin Gatt. Peress li kien wasal iż-żmien li jien nagħlaq il-kapitlu tiegħi mill-kariga ta’ Arċipriet tal-Kolleġġjata Pawlina, tajt il-handing-over lill-Arċipriet Mario Tong biex jamministra dawn il-finanzi b’riżq dan il-proġett.

Arzella Kappellun San Gejtanu - Qabel ir-restawr (dettall)

Arzella Kappellun San Gejtanu - Wara r-restawr (dettall)

53


Programm tal-Festa tan-Nawfraġju ta’ San Pawl ‒ Valletta 2014

Il-Kungressi Ewkaristiċi bħal dak li sar f ’Malta mitt sena ilu għadhom jiġu organizzati u jiltaqgħu f ’pajjiżi diversi tant li fl-2012, fl-Irlanda, ġie ċċelebrat il-50 Kungress Ewkaristiku Internazzjonali. Il-Kungressi jlaqqgħu kardinali, isqfijiet, saċerdoti, lajċi u studjużi biex tiżdied id-devozzjoni u l-għarfien lejn l-Ewkaristija. Il-Papa jibgħat legat tiegħu u fil-każ tal-Kungress tal-1913, il-Papa San Piju X, kien bagħat Malta lill-Kardinal Duminku Ferrata. Il-kungress kien attira eluf ta’ persuni, saħansitra kattoliċi li jgħixu lil hinn minn xtutna u li attendew bi ħġarhom għall-attivitajiet kollha li kienu ġew organizzati matul dik il-ġimgħa. Ta’ min wieħed isaqsi: Kieku kellu jerġa’ jiġi organizzat kungress ieħor ta’ dan it-tip l-attendenza kif tkun?

Il-Kungress Ewkaristiku Internazzjonali A.D. 1913 – 2013 Donald Paul Parsons

Dip. Hlth. Sc., B.Sc (Hons.) M.L.S.

B

ejn l-Erbgħa, 23 u 27 t’April 1913, f ’Malta seħħ l-erbgħa u għoxrin Kungress Ewkaristiku Internazzjonali. Kienu ġranet memorabbli tabilħaqq. It-toroq prinċipali f ’Malta kienu mżejna apposta għal dan l-avveniment hekk kbir. U l-attivitajiet ewlenin li saru fil-knejjes prinċipali talBelt Valletta fejn, fost oħrajn, il-knisja Kolleġġjata, il-knisja parrokkjali tal-Floriana u r-rotunda tal-Mosta kienu strumentali f ’dawn iċ-ċelebrazzjonijiet. Ittqarbin in ġenerali fil-knejjes kollha ta’ Malta ma naqas qatt.

L-innu uffiċċjali u popolari “Nadurawk ja Ħobż tas-Sema” kien inkiteb apposta għall-Kungress Ewkarisitiku bi kliem ta’ Dun Karm Psaila u b’kompożizzjoni tas-surmast Giuseppe Caruana. Nhar it-Tlieta 22 t’April wara nofs in-nhar wasal il-kardinal Domenico Ferrata fuq il-vapur S.M. Hussar. Telgħu jagħtuh merħba l-Isqof Awżiljari ta’ Malta, Mons. Angelo Portelli O.P. u l-Avukat talKuruna l-Onorevoli Sir V. Frendo Azzopardi. Aktar tard, il-kardinal niżel minn fuq il-vapur u għaddewh minn ħdejn il-knisja ta’ Sarria fejn kien hemm jilqgħuh l-Isqof ta’ Malta Monsinjur Pietru Pace u l-Imħallef G. Pullicino kif ukoll

Il-baldakkin tal-Konfraternità tal-Qalb ta' Ġesù jidher ħiereġ mill-Kon-Katidral ta' San Ġwann fil-purċissjoni l-kbira tal-Kungress tal-1913

54

kor tat-tfal. Minn hemm imxew f’purċissjoni lejn il-Kon-katidral ta’ San Ġwann u wara għall-palazz talArċisqof. Matul it-triq kollha ndaqq diversi drabi l-Innu Pontifiċju. L-Erbgħa, 23 ta’ April, wara nofsinhar, il-Kardinal Legat telaq lejn il-Mosta u huwa u għaddej millĦamrun, minn Birkirkara u minn Ħal Lija kien mogħti merħba minn baned lokali u hekk kif wasal fil-Mosta kien hemm jilqgħuh kor kbir ta’ tfal subien u bniet, u fir-Rotunda talMosta laqgħuh il-Kumitat Eżekuttiv ukoll. Hawnhekk il-Kardinal daħal fil-knisja tar-Rotunda u inawgura l-Kungress bl-ewwel Assemblea Ġenerali. Fetaħ il-Kungress l-Isqof ta’ Namur, il-Belġju, Monsinjur T.L. Heylen, li kien il-President talKumitat Permanenti tal-Kungressi Ewkaristiċi Internazzjonali. Hawn inqara d-digriet tal-Q.T. il-Papa Piju X u wara l-Kardinal Legat tal-Papa għamel id-diskors talinawgurazzjoni. Imbagħad l-Isqof ta’ Malta Monsinjur Pietru Pace wieġeb għad-diskors tal-Kardinal Ferrata. Wara tkellem l-Isqof Awżiljari Monsinjur Portelli O.P. f ’isem il-kleru u l-Markiż Alfredo Mattei f ’isem il-poplu. Għall-ħabta tat-tmienja ta’ filgħaxija saret priedka u ngħatat ilBarka Sagramentali fil-Kon-katidral ta’ San Ġwann fil-Belt Valletta u wara saret adorazzjoni tul il-lejl kollu fil-knisja Kolleġġata ta’ San Pawl Nawfragu fil-Belt Valletta.


Il-Ħamis, 24 t’April, fis-sebgħa ta’ filgħodu t-tfal kienu l-protagonisti tal-ġurnata billi sar it-tqarbin speċifikament għalihom fil-knisja ta’ San Pubilju fil-Floriana, u wara mxew lejn Strada Rjali, illum Triq ir-Republika fil-Belt Valletta. Imbagħad fit-tmienja ta’ filgħodu saret quddiesa pontifikali fil-Kon-katidral ta’ San Ġwann iċċelebrata mill-Kardinal Lualdi. Aktar tard, saru seduti sezzjonali f’diversi knejjes proprju fil-Belt Valletta u fil-parroċċi għall-poplu Malti. Wara nofsinhar saret it-tieni Assemblea Ġenerali firRotunda tal-Mosta, u filgħaxija fil-preżenza tal-Kardinal Legat tal-Papa, il-banda King’s Own esegwiet programm fi Pjazza San Ġorġ fil-Belt Valletta, u wara saret adorazzjoni matul il-lejl fil-knisja tal-Portu Salvu fil-Belt Valletta. L-għada kien hemm quddiesa pontifikali ċċelebrata mill-Kardinal Legat tal-Papa fil-Kon-katidral ta’ San Ġwann, u aktar tard wara nofs in-nhar fir-Rotunda tal-Mosta saret it-tielet Assemblea Ġenerali. Bħal ġurnata ta’ qabel saret adorazzjoni oħra tul il-lejl però din id-darba fil-knisja ta’ Santa Marija ta’ Ġesù. Is-Sibt filgħodu saret quddiesa pontifikali ċċelebrata mill-Kardinal Nava fil-Kon-katidral ta’ San Ġwann. Fl-istess waqt saret quddiesa pontifikali oħra fir-Rotunda tal-Mosta li din kienet iċċelebrata mill-Kardinal Bourne. Illum ukoll kien imiss ir-raba’ u l-aħħar Assemblea Ġenerali fir-Rotunda tal-Mosta fejn fiha sar id-diskors ta’ għeluq mill-Kardinal Legat tal-Papa, u għall-ħabta tal-ħamsa ta’ wara nofsinhar mill-Barraka ta’ Fuq. Il-Kardinal radd il-Barka Solenni talBaħar bis-Santissmu Sagrament fost ħafna bċejjeċ tal-Baħar idoqqu s-sirena bħala turija ta’ qima lejn Ġesù Sagramentat.

It-tribuna li ntramat fuq il-Mall fil-Furjana fl-1913

Filgħaxija, fit-Teatru Rjali, ippakkjat b’diversi persuni distini, ittella’ għall-ewwel darba l-Oratorju Sagru San Paolo Evangelizza i Maltesi bi kliem ta’ Monsinjur u Professur Giovanni Formosa, b’mużika tas-Surmast Carlo Diacono. Għall-ħabta tad-disgħa ta’ filgħaxija l-banda tas-Soċjetà Filarmonika Nazzjonali ‘La Valette’ esegwiet programm fi Pjazza San Ġorġ, u wara kien hemm adorazzjoni tul il-lejl fil-bażilika tal-Madonna tal-Karmnu. L-aħħar ġurnata tal-kungress kienet proprju nhar il-Ħadd, 27 t’April, fejn fit-tmienja ta’ filgħodu saret quddiesa pontifikali fil-Kon-katidral ta’ San Ġwann li għaliha kkonċelebra l-Kardinal Legat tal-Papa, u wara ngħatat il-benedizzjoni papali. Fi tmiem il-Pontifikal ilprogramm kompla b’purċissjoni bis-sehem tas-Soċjetajiet Kattoliċi, il-Kongregazzjonijiet, il-Konfraternitajiet, il-Kleru, il-Kappillani, il-Kapitli tal-Katidral ta’ Malta u ta’ Għawdex, id-Dinjitarji kollha li kienu ħadu sehem fil-Kungress, il-Kumitat Permanenti tal-Kungressi Ewkaristiċi Internazzjonali, il-Kumitat Ġenerali lokali u kif ukoll il-Korpi Kostitwiti. Il-purċissjoni mxiet mill-Kon-katidral għal tul Triq Rjali sa quddiem il-Mall fil-Furjana fejn illum hemm il-monument ta’ Kristu Re. Hemm hekk ġiet mogħtija l-Barka Sagramentali minn fuq it-Tribuna li twaqqfet apposta, u fl-aħħar kien tkanta t-Te Deum. F’din iċ-ċelebrazzjoni indimentikabbli ħadu sehem madwar sebat elef ruħ.

Il-ventartal u l-gandlieri tas-sekonda tal-fidda tal-artal ta' San Mikiel mislufa mill-Kolleġġjata biex intramaw fuq it-tribuna għall-Kungress Ewkaristiku

55


Programm tal-Festa tan-Nawfraġju ta’ San Pawl ‒ Valletta 2014

Ġimgħa Ewkaristika 2013

B

ejn il-Ħamis, 30 ta’ Mejju u l-Ġimgħa, 7 ta’ Ġunju, il-Knisja fakkret il-kungress billi ġiet organizzata ġimgħa attivitajiet proprju fl-okkażjoni talġimgħa Ewkaristika fejn fiha kienu se jiġu ċċelebrati s-solennità tal-Ġisem Imqaddes ta’ Kristu, Korpus u l-Qalb Imqaddsa ta’ Ġesù. Matul din il-Ġimgħa Ewkaristika saru apprezzament tal-preżenza ħajja ta’ Ġesù f’dan is-Sagrament b’talb ta’ adorazzjoni li sar proprju filparroċċi kollha ta’ Malta. Ġew organizzati żewġ konferenzi li waħda minnhom saret fil-Kurja tal-Arċisqof u s-suġġett kien “IlFidi fil-kuntest tat-tibdil soċjali li seħħ f’Malta matul dawn l-aħħar

mitt sena”. Il-kelliema kienu l-Professur Oliver Friggieri u r-Rev. Dr. Konrad Grech S.J. It-tieni konferenza fil-Kurja tal-Arċisqof, u proprju s-suġġett kien l-Apprezzament tal-Ġisem ta’ Kristu - Knisja u Ewkaristija. Il-kelliema kienu r-Rev. John Anthony Berry u s-sinjorina Pauline Dimech. Matul iżżewġ konferenzi kien hemm interventi mużikali kif ukoll ħin għas-sehem ta’ dawk preżenti. Għal darb’oħra reġa’ tkanta u ndaqq l-Oratorju Sagru San Paolo Evangelizza i Maltesi b’tifkira tal-kungress b’differenza li din id-darba ġie esegwit fil-Kon-katidral ta’ San Ġwann, bil-parteċipazzjoni tal-Orkestra Filarmonika Nazzjonali, tal-kor u tas-solisti.

Kartolina kommemorattiva, 1913

Ċelebrazzjoni Djoċesana

N

har il-Ġimgħa, 7 ta’ Ġunju 2013, il-festa solenni talQalb Imqaddsa ta’ Ġesù d-Djoċesi ta’ Malta fakkret il-mitt sena minn dan il-kungress permezz ta’ ċelebrazzjoni djoċesana, fejn fiha ġie ċċelebrat is-Sagrament tal-Ewkristija fi Pjazza San Ġorġ, il-Belt Valletta. Il-programm għal din il-ġurnata hekk speċjali kien attribwit mas-27 t’April 1913 sewwasew l-aħħar ġurnata tal-Kungress. Id-dħul solenni tal-quddiesa sar hekk kif għall-ħabta tas-sebgħa u nofs ta’ filgħaxija, fil-bieb prinċipali tal-Kon-katidral ta’ San Gwann tfaċċa l-istandard tal-arċkonfraternità tas-Santissimu Sagrament, li jinsab filknisja tal-Portu Salvu, u l-fratelli talistess konfraternità jsegwu warajhom kien hemm l-ordnijiet tal-kavalieri, fosthom ewlenin, l-ordni Militari Sovran ta’ Malta kif ukoll l-Ordni Ekwestri tal-Qabar Imqaddes ta’ Ġerusalemm. Il-purċissjoni kompliet 56

b’numru sabiħ ta’ abbatini u saċerdoti konċelebranti u fl-aħħar Monsinjur Arċisqof Pawlu Cremona O.P. flimkien mal-Kapitlu tal-Katidral u bis-sehem tan-Nunzju Appostoliku għal Malta Monsinjur Aldo Cavalli, l-Isqof Awżiljaru Monsinjur Charles J. Scicluna, l-Arċisqof Monsinjur Ġużeppi Mercieca u magħom ukoll l-Isqof ta’ Malindi l-Kenya Monsinjur Emanuel Barbara mexxew din l-okkażjoni hekk speċjali. Fi Pjazza San Ġorġ kien hemm jistennew il-purċissjoni dieħla, numru kbir ta’ tfal li resqu sewwasew għallewwel tqarbina f’dawk il-ġranet u kif ukoll il-fratellanzi tas-sagrament li jinsabu mifruxin fil-parroċċi ta’ Malta. Il-Kor ‘Collegium Musicum’ bid-direzzjoni tas-surmast Dion Buhagiar animaw il-quddiesa fejn fiha ġiet esegwita quddiesa b’kompożizzjoni tal-istess surmast. Fil-bidu tal-omelija li għamel Monsinjur Arċisqof intqal dawn

il-kliem: ‘‘Aħna llum qegħdin niċċelebraw l-imħabba ta’ Alla l-Imbierek li dehret fi Kristu, l-Iben t’Alla li sar bniedem. U llum qegħdin niċċelebrawha taħt żewġ forom. L-ewwel forma hija l-Qalb ta’ Ġesù, ilQalb minfuda ta’ Ġesù għalina, u minnaħa l-oħra llum qegħdin niċċelebraw ukoll l-Ewkaristija, il-mitt sena talKungress Ewkaristiku Internazzjonali’’. Punt ieħor li qajjem Monsinjur Arċisqof kien mislut mill-Ittra ta’ S. Pawl (Rum 5, 5-11) fejn iddeskriva lill-Appostlu jistagħġeb għaliex lanqas id-dnub tal-bniedem ma żamm lil Alla milli jħobbna. Tiftakru x’qal missierna! Diġà diffiċli li wieħed jagħti ruħu għal xi ħadd tajjeb imma li wieħed jagħti ruħu għal xi ħadd li huwa bid-dnub, dik hija xi ħaġa kbira ħafna. U allura l-ewwel stagħġib li jrid ikollna hu lejn Alla l-Imbierek li jħobb lilna lkoll anke fid-dnub tagħna meta hu jkun qed jiġbidna lejh biex insiru bħalu.


Iċ-Ċelebrazzjoni Ewkaristika fi Pjazza San Ġorġ ħadet kważi sagħtejn u hekk kif ġiet fi tmiemha, Monsinjur Arċisqof mexa f’purċissjoni bisSagrament Imqaddes taħt il-baldakkin li proprju kien intuża mitt sena qabel. Ta’ min jgħid li dan hu proprjetà tal-fratellanza tas-Sagrament li tinsab fil-Knisja Kolleġġjata ta’ San Pawl. Il-purċissjoni għaddiet minn Triq l-Arċisqof, Triq il-Merkanti, Triq il-Melita, Triq ir-Repubblika u għal fuq Misraħ San Ġwann. Kif il-purċissjoni waslet fi Triq Melita, kantuniera ma’ Triq irRepubblika, kien hemm jistenna s-Sagrament Imqaddes, banda mdaqqsa tas-Soċjetà Filarmonka Nazzjonali ‘La Vallette’ fejn indaqqet il-fanfara mill-innu pontifiċju mħallta tant tajjeb mal-innu Marcia San Paolo tal-kompożituri Charles Gounod u Cardenio Botti rispettivament. U hekk kif il-purċissjoni waslet fil-misraħ ta’ quddiem il-Kon-kaditral ta’ San Ġwann eżattament fuq iz-zuntier majestuż tal-istess Kon-katidral, il-Banda ‘King’s Own’ daqqet fanfara wkoll bħala turija ta’ qima xierqa lejn is-Sagrament Imqaddes. Wara tkantat għanja liturġika li ġġib l-isem “id-Dija tad-Dinja” miktuba għall-okkażjoni minn Patri George Buttiġieġ O.F.M. Conv. U anke l-innu popolari “Nadurawk ja Ħobż tas-Sema”. Għall-ħabta tal-ħdax ta’ bil-lejl, Monsinjur Arċisqof Pawlu Cremona O.P. sawwab il-Barka Sagramentali fuq il-folla li kien hemm u fuq dawk kollha li baqgħu b’xi mod jew ieħor mixjin wara Ġesù Sagramentat. Nirringrazzjaw ’l Alla li t-temp kien wieħed favorevoli għall-aħħar u għaldaqstant kollox mexa kif kien ippjanat. Għalkemm mitt sena wara rġajna fakkarna dan il-Kungress Ewkaristiku hekk importanti flistorja tal-Knisja f ’Malta, nistgħu ngħidu li din id-darba rajna differenzi kbar kemm fl-attendenza kif ukoll fl-imġiba tal-miġemgħa lejn l-Ewkaristija Mqaddsa. L-armar tat-toroq tista’ tgħid kważi xejn għajr għal xi festuni li ntramaw minn fejn għaddiet il-purċissjoni.

Il-baldakkin jidher jinġarr tul Pjazza San Ġorġ (Ritratt: Mario Mintoff, Photocity)

Il-baldakkin merfugħ mill-fratelli tal-Qalb ta' Ġesù jakkumpanja l-Ewkaristija merfugħa minn Mons. Arċisqof Cremona nhar is-7 ta' Ġunju, 2013 (Ritratt: Mario Mintoff, Photocity)

Dan kollu hu dovut għall-fatt li mitt sena wara l-ewwel Kungress Ewkaristiku tal-1913, il-poplu Malti sar jgħix stil ta’ ħajja differenti ferm minn ta’ dak iż-żmien. Madankollu, qatt ma naqtgħu qalbna, nibqgħu nittamaw f ’Alla l-Imbierek u nitolbu bil-qalb għat-tisħiħ talfidi. Xejn xejn Kristu reġa’ kien magħna u mexa fit-toroq tagħna u raxx kotra setgħana ta’ barkiet speċjali fuq il-familji Maltin u Għawdxin. U dan hu aktar minn biżżejjed għax fejn hemm Hu hemm l-imrieżaq jiddu ta’mħabbtU mqar fi knejjes u toroq battala.

Fl-aħħar nixtieq nagħlaq b’din ir-riflessjoni qasira: Mitt sena oħra, preċiżament fis-sena 2113, il-Maltin se jerġgħu jfakkru bi ħġarhom dan il-Kungress Ewkaristiku bil-qima sħiħa li tixraq lill-isem, id-Demm, ir-Ruħ u d-Divinità ta’ Sidna Ġesù Kristu? Billi ebda talb m’hu mitluf quddiem Alla l-Imbierek ejja nitolbuH minn qalbna biex pajjiżna jerġa’ jospita Kungress Ewkaristiku Internazzjonali ieħor. U jalla dan il-Kungress ikun imdawwal mill-istess imħabba, żelu u devozzjoni liema bħalhom li kien imdakkar bihom il-Kungress Ewkaristiku Internazzjonali tal-1913. 57


Programm tal-Festa tan-Nawfraġju ta’ San Pawl ‒ Valletta 2014

Valletta: It-toroq tal-Parroċċa ta’ San Pawl – Kif biddlu isimhom Michael Galea

DPA Pro Merito Melitensi (SMOM)

Meta l-Kavallieri tal-Ordni ta’ San Ġwann ta’ Ġerusalemm waslu f ’Malta fis-26 ta’ Ottubru 1530, huma sbarkaw fil-Birgu. Sitt xhur wara li kien intemm l-assedju tat-Torok b’rebħa għall-Insara, tqiegħdet l-ewwel ġebla tal-Belt Valletta fit-28 ta’ Marzu 1566. Imbagħad fit-18 ta’ Marzu 1571, ilGranmastru Fra Pietro Del Monte (1568-72) u l-Kavallieri daħlu joqogħdu fil-Belt l-ġdida.

B

iex jipprovdu servizz pastorali u l-amministrazzjoni tasSagramenti lin-nies talBelt Valletta kien hemm żewġ knejjes parrokkjali: dik ta’ San Pawl Nawfragu, u dik ta’ Sidtna Marija ta’ Porto Salvo (il-Patrijiet Dumnkikani). Kienet inqalgħet daqsxejn ta’ kwistjoni bejn iż-żewġ parroċċi dwar il-limiti u l-konfini taż-żewġ parroċċi. Din il-kwistjoni baqgħet sejra għal xi żmien.

Papa Gregorju XIII (1572-85) kien innomina Inkwiżitur ġdid għal Malta: Ascanio Libertano, però Papa Gregorju miet ftit wara, u s-suċċessur tiegħu Papa Sistu V (1585-90) kien ikkonferma n-nomina ta’ Libertano bħala Inkwiżitur, u Vigarju Apostoliku (fl-assenza tal-Isqof djoċesan)1. Malajr Mons Libertano beda Viżta Pastorali fid-Djoċesi ta’ Malta u Għawdex peress li l-Isqof Fra Tommaso Gargallo kien sospiż.2 Monsinjur Ascanio Libertano ilmenta li ż-żewġ parroċċi tal-Belt ma kellhomx limiti determinati; għalhekk huwa stabilixxa b’mod ċar u definittiv il-konfini taż-żewġ 58

Il-Knisja ta' San Pawl li tagħti l-isem lit-triq li qiegħda fiha

parroċċi: Triq Merkanti bdiet taqsam iż-żewġ parroċċi: dawk tax-xaqliba tal-Punent ġew fdati lill-Kappillan ta’ Porto Salvo, u dawk tan-naħa l-oħra tat-triq li tiġi fuq il-Port il-Kbir ġew fdati lill-Kappillan ta’ San Pawl.3 Mal-mixja taż-żmien l-ismijiet tat-toroq li huma fi ħdan u l-konfini tal-Parroċċa ta’ San Pawl, tbiddlu. Il-Gżejjer Maltin għaddew minn tliet perjodi differenti fl-istorja tagħhom: mill-perjodu tal-Kavallieri

ta’ San Ġwann (1530-1798) għal dak tal-Franċiżi (1798-1800), imbagħad l-era Ingliża (1800-1964). Il-pjanta tal-Belt Valletta kif ħażżiżha Francesco Lapparelli minn Cortona kienet kunċett ġdid għal belt fortizza: toroq dritti li jaqsmu lil xulxin f ’sens vertikali u orizzontali. Fil-limiti tal-parroċċa ta’ San Pawl huma erbgħa t-toroq vertikali, meta tħares lejhom minn Kastilja, filwaqt li huma partijiet


10 ta' Frar 2014

minn għaxar toroq orizzontali. Xi drabi s-swar taw isimhom lit-toroq speċjalment fi żmien l-Ordni.4 Meta waslu l-Franċiżi f ’Ġunju 1798, Napuljun ma kienx kuntent jissakkeġġja u neżża knejjes u palazzi mir-rikkezzi tagħhom, imma biex inessi kull tifkira u jwarrab u jħassar kull għelm u sinjali li l-Ordni talKavallieri kien ħalla warajh, beda jkisser l-armi u l-istemmi minn fuq bini pubbliku u jagħti ismijiet ġodda bil-Franċiż lit-toroq tal-Belt Valletta. Fil-bidu tas-snin tletin tasseklu għoxrin, l-Ingliżi qalbu jew bidlu ismijiet ta’ toroq mit-Taljan għall-Malti.

Toroq Vertikali: • Is-Sur ta’ San Giacomo ta l-isem ta’ Strada San Giacomo – Rue de Merchands – Strada Mercanti – Merchants Street – Triq ilMerkanti. • Is-Sur ta’ San Paolo ta l-isem ta’ Strada San Paolo – Rue de la Constitution – Strada San Paolo – St. Paul Street – Triq San Pawl. • Parti minn din it-triq kienet magħrufa bħala ‘it-triq tal-Masri ‘Eġizzjani’ għaliex hawn kienu jagħmlu n-negozju tagħhom l-impurtaturi tal-qoton masri. 5 • Is-Sur ta’ San Pietro ta l-isem lil Strada San Pietro – Rue de la Barrague – imbagħad tbiddel fi Strada Sant Ursola minħabba l-kunvent tas-sorijiet tal-klawsura – St Ursola Street – Triq Sant’ Ursola. • Din it-triq kienu jsejħulha ‘it-triq tal-Gran Viskont’, kap kummissarju tal-pulizija, li kien joqgħod f ’din it-triq. • Is-Sur ta’ San Luigi ta l-isem ta’ Strada San Luigi – imbagħad Strada Levante – East Street – Triq Lvant. • F’parti minn din it-triq ħdejn ilBarrakka t’Isfel kienet magħrufa bħala ‘is-Sur tal-ħaddidin’ peress li kien hemm għadd ta’ ħaddidin jipprattikaw din is-sengħa.

tal-Griegi kattoliċi, aktar tard Strada del Popolo – Rue des Liberateurs de la Patrie – Strada Vescovo – Bishop Street – llum Triq l-Arċisqof. • Strada della Fontana, peress li kien instab għajn tal-ilma, fl-inħawi talFossa, waqt il-bini tas-swar – Rue des Droits de l’Homme – Strada San Cristoforo – St Christopher Street – Triq San Kristofru. Din it-triq kienet magħrufa bħal ‘ittriq tas-siġġijiet’ għaliex f’parti minnha kienu jaħdmu s-siġġijiet.

Triq Sant' Ursola

Toroq Orizzontali:

• Strada Pia issemmiet għall-Papa Piju V, benefattur kbir biex inbniet il-belt Valletta; imbagħad fi żmien il-Franċiżi issemmiet Rue de Bonheur publique / Rue de la Felicitè publique – fi żmien l-Ingliżi Strada Brittanica – Brittania Street, illum Melita Street – Triq Melita. • Is-Sur ta’ San Ġwann ta l-isem ta’ Strada San Goivanni Battista, qabel Strada del Monte għall-Granmastru li ħabbrek sfieq għall-bini talBelt – Rue de Peuple – Strada San Giovanni – St. John Street – Triq San Ġwann. Parti minn din ittriq bejn Triq il-Merkanti u Triq San Pawl kienu jsejħulha ‘n-niżla tal-Ganċ’ li kellu x’jaqsam mallKastellanja, l-Qorti tal-Ordni, meta l-akkużat kien jiġi espost għar-redikolu; kienet magħrufa wkoll bħala ‘n-niżla tal-kalzrati’. • Strada della Vittoria kienet tfakkar ir-rebħa tal-Assedju tal1565 – Rue des Defenseurs de la Patrie – Strada Santa Lucia – St Lucia Street – Triq Santa Luċija. • Strada San Salvatore – Rue de la Fraternitè – Strada Teatro, issemmiet għat-Teatru Manoel, imbagħad Old Theatre Street wara li kien inbena t-Teatru Rjal – Triq it-Teatru l-Antik. • Strada dei Greci issemmiet għallknisja tal-Madonna ta’ Damasku

• Strada San Marco biex tfakkar il-qaddis patrun tar-Repubblika ta’ Venezja – Rue des Patriotes – Strada San Domenico, issemmiet għall-kunvent u knisja tad-Dumnikani – St. Dominic Street – Triq San Duminku. • Strada San Pantaleone – Rue des dues Balles – Strada San Nicola imsemmija għall-knisja ta’ dan il-Qaddis (magħrufa wkoll bħala l-Knisja tal-Erwieħ) – St. Nicholas Street – Triq San Nikola. • Strada della Fortuna – Rue de la Reconnaissance – Strada Ospedale, għaliex tmiss din it-triq mal-Isptar ewlieni tal-Ordni – Hospital Street – Triq l-Infermerija. • Strada San Elmo – Rue de l’Hospital, għaliex it-triq tmiss mal-Isptar l-Antik tal-Ordni li baqa’ jintuża bħala sptar mill-Franċiżi – Strada Tramontana – North Street – Triq it-Tramuntana. Wieħed josserva wkoll li t-tibdil fl-ismijiet tat-toroq jirrifletti u jagħti xhieda tat-taqlib u ċ-ċirkostanzi li jseħħu u jgħaddi minnhom ilpajjiż mal-mixja taż-żmien.

Riferenzi: 1. Bonnici, A. OFM Konv., Storja talInkwiżizzjoni ta’ Malta, Vol. 1, 1990, 117. 2. Bonnici, A. OFM Konv./Schiavone, M. Minn Publju sa Pawlu, 20017,8. 3. Fsadni, M., Id-Dumnikani fil-Belt 1569-1619), 1971, 78-79; Bonnici, 118. 4. Zammit, T., Valletta – An Historical Sketch, 1918, 24. 5. Ibid., 25.

59


NATIONAL ROAD , BLATA L-BAJDA Tel: 21241307/21220644 E-mail : itcshowroom@onvol.net

30% Discount on presentation of this advert


Cruise Vacations... Make your dream holiday a Reality! 10 dAyS

12 dAyS

8 dAyS

13 dAyS

E1399

E1899

E1499

E1699

from only

from only

Scandinavia & Russia

British Isles, Fjords & Iceland

5 – 14 Jul | 12 – 21 Jul

Imagine discovering.... Sweden, Finland, Russia, Estonia & Latvia

10 - 17 Aug

31 Aug - 12 Sep

8-day Cruise on board the Legend of the Seas

13-day Cruise on board the Adventure of the Seas

Price Includes: Flights, Transfers, 11 Nights Cruise, Tour Manager & All taxes.

Price Includes: Flights, Transfers, 7 Nights Cruise, Tour Manager & All taxes.

Price Includes: Flights, Transfers, 12 Nights Cruise, Tour Manager & All taxes.

Imagine discovering.... Faroe Islands, Iceland, Scotland & Norway

Price Includes: Flights, Transfers, 2 Nights Pre/ Post Cruise, 7 Nights Cruise, City Tour, Tour Manager & All taxes.

Iceland & Norwegian Fjords Cruise

Fjords Cruise

12-day Cruise on board the Celebrity Infinity

24 Jul - 4 Aug

10-day Cruise on board the Legend of the Seas

from only

from only

Imagine discovering.... Oslo, Stavanger, Geiranger, Alesund & Hamburg

Imagine discovering.... Reykjavik, Akureyri, Trondheim, Alesund, Olden & Stavenger

17 dAyS

18 dAyS

10 dAyS

12 dAyS

E2799

E3299

E1999

E1149

from only

from only

from only

from only

Orlando & Western Caribbean Cruise

Canadian Rockies & Alaska Cruise

New York & Canada Cruise

Eastern & Western Med Cruise

17-day Cruise on board the Oasis of the Seas

18-day Cruise on board the Rhapsody of the Seas

10-day Cruise on board the Explorer of the Seas

12-day Cruise on board the Norwegian Jade

11 - 27 Jul

11 - 28 Jul

Imagine discovering... Hollywood Studios, Magic Kingdom, Epcot Centre, Busch Gardens, Universal Studios, Sea World, Haiti, Jamaica & Mexico

Price Includes: Flights, Transfers, 8 Nights at the Rosen Plaza Hotel, 7 Nights Cruise, Tour Manager & All taxes.

Imagine discovering.... Frankfurt, Calgary, Banff , Jasper, Lac Le Jeune, Seattle, Juneau, Skagway, Tracy Arm Fjord, Victoria

Price Includes: Flights, Transfers, 7 Nights Cruise, Tour Manager & All taxes.

For more info, contact us on

2277 6000

26 Aug - 08 Sep

12-23 Jul

Imagine discovering.... New York, Maine, New Brunswick, Nova Scotia & Massachusetts

Book an Outside Cabin & get a FREE uPgRAdE to a Balcony

Price Includes: Flights, Transfers, 3 Nights Acc. in New York, 9 Nights Cruise, Tour Manager & All taxes.

Imagine discovering.... Venice, Piraeus, Izmir, Santorini, Rome, Livorno & Cannes

Price Includes: Flights, Transfers, 11 Nights Cruise, Tour Manager & All taxes.

Valletta | Birkirkara | Hamrun | Paola | Sliema | gozo

www.smsmondial.com.mt


Programm tal-Festa tan-Nawfraġju ta’ San Pawl ‒ Valletta 2014

Il-Festa ta’ San Pawl fl-1827 u fl-1869

Giovanni Bonello

Ex-Imħallef tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem

Ħ

afna kienu l-viżitaturi tasseklu dsatax li kitbu fuq ilfesti reliġjużi Maltin, iżda rari ferm issib xi riferenza għall-festa ta’ San Pawl. Dan aktarx billi l-biċċa l-kbira tal-frustieri dak iż-żmien ma kenux iżuru Malta fix-xitwa. Jien ser insemmi hawn tnejn minn dawn l-eċċezzjonijiet.

Ir-Reverendissimu Andrew Bigelow (1795-1877) kien pastor Evanġelist li żar Malta fl-1827 u ppubblika l-memorji tiegħu f ’Boston erba’ snin wara.1 Għalkemm kien inkwetat b’dik li hu ra bħala s-setgħa esaġerata tal-kleru fil-gżira, ipprova jikteb b’ċertu distakk. Ħa nittraduċi liberalment xi siltiet mid-deskrizzjoni twila tal-festa li huwa jagħti. Kienet fortuna mhux mistennija għalih bħala turist li nzerta Malta fl10 ta’ Frar ‘għaċ-ċelebrazzjoni kbira li ssir f ’ġieh San Pawl… kelli l-okkażjoni li nara b’għajnejja l-aktar spettaklu li jista’ jolqtok li l-kattoliċiżmu (popery) għandu f ’dal-post’. In-Nawfraġju ta’ San Pawl huwa ġrajja li żgur jistħoqqilha tifkira solenni, imma jekk f ’Malta tiġix ċelebrata b’mod xieraq, huwa dibattibbli, jikkummenta. Il-festa tibda l-lejl ta’ qabel, meta l-knisja tkun mixgħula b’mod li jgħammxek, imma l-ispettaklu l-kbir ikun l-għada. Il-quddiesa tiġi ċelebrata wara nofsinhar b’solennità akbar mis-soltu u mbagħad tibda t-tħejjija għall-purċissjoni l-kbira. Ilkonfraternitajiet kollha jingħaqdu fiċċerimonja, u l-ġerarkiji ekkleżjastiċi 62

Il-knisja Kolleġġjata minn ġewwa armata għall-festa fil-bidu tas-seklu għoxrin (Kollezzjoni Domus Pauli)

kollha huma mġiegħla jżidu malmaestà u l-imponenza tagħha. Ilpoplu wkoll ma joqgħodx lura li juri r-rispett tiegħu għal din is-solennità. Il-faċċati tad-djar il-kbar fit-toroq minn fejn tgħaddi l-purċissjoni kellhom tappezzeriji tal-ifjen kuluri, ikaxkru sal-art. Triq San Pawl, bilbini antik, b’arkitettura grandjuża u fantażjuża, kellha dehra mill-isbaħ b’dak it-tiżjin. It-twieqi u l-galleriji kienu miżgħuda bl-ispettaturi, u l-folol kienu jifgaw il-pjazza u t-toroq li jagħtu għall-perkors tal-purċissjoni. Bigelow għażel post fl-għoli minn fejn ikun jista’ jara aħjar. Il-bibien miftuħin beraħ tal-knisja kienu juru ġewwa mixgħul b’numru ta’ xemgħat ma tgħoddhomx. Għalkemm kmieni, xorta kien hemm bżonnhom minħabba d-dħaħen folti tal-inċens li kienu jxejnu l-viżibilità. Il-patrijiet

tal-ordnijiet reliġjużi kienu lebsin, ħerġin wieħed wara l-ieħor, il-ħwejjeġ tal-okkażjonijiet tal-gala, ħlief ilFranġiskani u l-Kapuċċini li skont ilwegħda tal-faqar, jibqgħu lebsin xorta anke f ’okkażjonijiet speċjali. Dawn imxew b’rashom mikxufa, bis-sandli u ċoqqa ta’ drapp oħxon kannella, b’ħabel ma qaddhom, ebda għażel madwar għonqhom, u bil-kuruni u slaleb fqar u magħmulin bla sengħa. Huma servew ta’ kuntrast qawwi għas-saċerdoti li ġew warajhom, lebsin b’lussu kbir u b’mixja reali. Kull konfraternità kellha bandalora imsebbħa b’mod jolqtok, fuqha mpittra x-xbieha tal-fundatur jew tal-qaddis patrun. Anke d-dixxipli fqar ta’ San Franġisk kienu qed jikkompetu, fl-għana tal-istendardi tagħhom, mal-aktar konfraternitajiet sinjuri u ambizzjużi. Slaleb indurati u jleqqu kienu qed jinġarru fl-għoli.


10 ta' Frar 2014

L-inċensiera jfewħu bl-inċens kienu quddiem ma’ kull konfraternità. Dawk li ma kenux qed iġorru stendardi, slaleb jew inċensiera, kellhom xemgħat mixgħula, li ftit kienu jidhru fid-dawl qawwi. Meta l-bidu tal-purċissjoni kien wasal fil-quċċata tat-triq, waqaf biex jagħti l-ħin lill-parti ewlenija toħroġ. Il-folla kienet qed tistenna dan b’ħerqa qawwija. Din kienet ix-xbieha talAppostlu Pawlu, għoli ta’ bniedem, u sabiħa daqs kemm l-iskultura, l-induratura u d-dekorazzjoni setgħu jagħmluha. Ir-reffiegħa ħarġu l-vara min-niċċa u wrewha lill-poplu. Kienet fuq wiċċ wiesgħa, fuq l-ispalel b’saħħithom ta’ numru ta’ reffiegħa, milwijin taħt dak il-piż. L-Appostlu kien liebes paramenti sħaħ u qisu qed jippriedka – żgur mhux bħal ma kien deher meta l-mewġ tefgħu fuq dik ix-xtajta. Kien liebes ħwejjeġ qishom tad-deheb fin. Fuq rasu kellu kappell bħal tal-kardinali fis-sura tiegħu, imma ndurat bħal ħwejġu. Wiċċu – aħjar ma niddiskrevihx. Ma kienx jixbah xejn lil dak talpovru ħajjat tat-tined minn Tarsu.

Malli tfaċċat il-vara kulħadd niżel għarrkobbtejh b’qima u biża’. Kollha neħħew l-għata ta’ rashom, kull għajn issammret fuq il-vara. Kull xofftejn iċċaqalqu b’devozzjoni, u kien jidher li qed jitolbu lill-istatwa bħala l-idolu u l-alla tagħhom – bl-istess ħerqa li l-pagani kienu jaduraw ix-xbihat ta’ Ġove u Apollo. Ir-reffiegħa waqfu waqt li l-folol kienu qed joffru d-devozzjoni tagħhom.U mbagħad niżlu t-taraġ ilkbir tal-knisja u l-purċissjoni telqet. L-Isqof, bil-mitra f ’rasu mar wara l-istatwa bil-mixi, b’numru kbir ta’ qassisin warajh. Il-purċissjoni mxiet b’kant solenni, l-arja tqila bl-inċens. Il-qniepen daqqu bil-qawwa kollha, bil-bandalori miftuħin mir-riħ, isslaleb jiddu u l-paramenti jfewwġu, u l-istatwa tgħaxxqek tal-Appostlu – xejn li seta’ jsebbaħ il-korteo ma kien nieqes. Bħala spettaklu, l-effett kien mill-aktar jolqtok. Biex jara aħjar, Bigelow tela’ f ’gallerija ta’ xi ħbieb, minn fejn seta’ jimraħ it-triq kollha, dehra mhux inqas sabiħa mill-ispettaklu li

kien għaddej minnha. Il-folla bdiet tinżel għarrkobbtejha kif il-vara kienet toqrob, kif ukoll in-nies fittwieqi u l-verandi. Il-purċissjoni mbagħad għaddiet minn Strada Rjali u minn xi toroq oħra, biex reġgħet waslet fil-knisja fejn raddet lura l-piż prezzjuż minn fejn kien ħareġ. Hemm jibqa’, sakemm anniversarju ieħor isejjaħlu, biex jerġa’ jisraq il-ħars, l-għaġeb u l-venerazzjoni’.2 It-tieni viżitatur magħżul li ħalla xi kitba fuq il-festa ta’ San Pawl kien żagħżugħ Taljan li kien jgħix Malta fl-1869. Pietro PerolariMalmignati (1848-1882) kiteb ktieb sħiħ fuq Malta, fi żminijiet meta l-anti-klerikaliżmu kien qawwi fost it-Taljani minħabba reżistenza tal-Papa kontra l-unità Taljana. L-awtur hekk jiddeskrivi l-festa: Kien filgħaxija. It-triq kollha kienet imdawla bil-lumini bojod, ħomor u sofor. Meta għaddiet il-vara tal-qaddis qabbdu l-logħob tan-nar, faqqgħu l-murtali, ħaffu r-ritmu tat-tokk tal-qniepen, xejru imkatar bojod, u kulħadd għajjat b’kemm kellu vuċi ‘Viva l-Appostlu Tagħna’ ħsejjes li jtarrxu anke lill-bumbardieri. Dan l-istorbju ssibu biss il-Belt. FilFurjana, għall-kuntrarju, issib is-skiet l-aktar profond; u dan minħabba tradizzjoni li, meta San Pawl għadda minn hemm, beżaq kemm-il darba fl-art, u anqas għolla rasu biex iħares lejn dawk li kienu joqogħdu hemm. Fil-paneġierku ta’ San Pawl, il-predikatur, wara li fehem kif kien jaf hu, l-għemil tal-qaddis, imkaxkar mill-ħeġġa żied: imma kif tistgħu tiċċelebraw lil San Ġwann, lil San Pietru jew lil San Ġużepp? San Pawl jagħmilhom trab, kollha kemm huma’.3

Riferenzi:

Owen Stanley, il-Purċissjoni tal-festa ta’ San Pawl, fl-1831. Tidher il-faċċata tal-knisja l-qadima qabel ma reġgħet inbniet (Ħajr lin-National Library of Australia)

1. Andrew Bigelow, Travels in Malta and Sicily, Boston, 1831. 2. Ibid., pp. 138-141. 3. Pietro Perolari-Malmignati, Alcune Occhiate a Malta, Padova, 1870, pp. 62-63.

63


Programm tal-Festa tan-Nawfraġju ta’ San Pawl ‒ Valletta 2014

Il-Kolleġġjata ta’ San Pawl Nawfragu fil-Belt rabtet ma’ isimha diversi qaddisin oħra matul iż-żminijiet. Id-devozjoni lejn dawn il-qaddisin tqanqlet permezz ta’ sitwazzjonijiet diversi fejn benefatturi u fundaturi tal-konfraternitajiet għażluhom sabiex ikunu l-patruni tagħhom u hemm jibqgħu jkunu meqjuma filknisja ta’ San Pawl u forsi anke fi knejjes oħra lil hinn. Dawn il-qaddisin żgur intgħażlu kemm għallħajja eżemplari tagħhom u kif ukoll għar-rabta mat-tagħlim ta’ Missierna San Pawl li bla dubju mxew fuq il-kitbiet tiegħu. Il-kurzità hija ta’ kif missirijietna saru jafu b’dawn in-nies ta’ ħajja eżemplari u imitawhom. Wieħed ma jridx jinsa li Malta kienet lok ta’ kummerċ kbir speċjalment mal-Italja u żgur li dawn id-devozzjonijiet ġew id f ’id mal-mewġ tal-kummerċ li kien jasal l-ewwel fost l-oħrajn f ’riġlejn il-parroċċa tagħna fl-inħawi tal-port il-Kbir, fix-xatt, Triq San Pawl u dik tal-Merkanti fost l-oħrajn.

Qaddisin b’rabta mal-Kolleġġjata ta’ San Pawl Nawfragu Robert Cassar

M.A., B.Cons (Hons),B.A. (Hons)

San Omobono

Q Is-sarkofagu rjali ta' Santa Elena magħmul minn porfidu aħmar li jinsab fil-Musei Vaticani

Sant’Elena

F

ost l-ewwel minn dawn id-devozjonijiet li daħlet fil-knisja tagħna kienet dik lejn Sant’Elena fl-1610 meta twaqqaf artal lilha dedikat bħala patruna talKonfraternità tal-argentiera. Il-kappella tagħha llum ma għadiex teżisti peress li din twaqqgħet u tkabbret sabiex saret il-kappella dedikata lill-Madonna tal-Karità fil-bidu tas-seklu għoxrin. Però l-kwadru oriġinali ta’ dan l-artal għadu esebit fl-Oratorju tal-Karità. Sant’Elena kienet il-mara tal-Imperatur Constantius u omm l-Imperatur Kostantinu. Hija l-aktar marbuta mas-sejba tar-relikwi tas-salib imqaddes fl-Art Imqaddsa għalkemm fitxet u sabet diversi relikwi oħra marbuta mal-passjoni ta’ Sidna Ġesù Kristu. Matul ħajjitha hija għamlet ħafna karità mal-foqra, mal-priġunieri u kienet tqatta’ ħafna ħin maddevoti liebsa ħwejjeġ sempliċi u modesti. Hija mietet nhar it-18 ta’ Awwissu tas-sena 330. Indifnet ġo mawsolew lilha dedikat barra l-belt ta’ Ruma fuq il-Via Labicana u l-ġisem tagħha tqiegħed ġo sarkofagu tal-porfidu aħmar mil-isbaħ. Dan illum jinsab sponut fil-Musei Vaticani minħabba li tneħħa minn fejn kien minħabba li l-mawsolew ġie abbandunat. F’Malta, għad għandha devozzjoni qawwija fil-Kolleġġjata u Bażilika dedikata lilha f’Birkirkara. 64

addis ieħor b’rabta qadima ma’ din il-kolleġġjata hu San Omobono li tiegħu għad hemm fratellanza li oriġinarjament kienet dedikata lill-ħajjata u n-nissieġa. Fis-6 ta’ Lulju 1611, twaqqfet din ilKonfraternità b’digriet tal-Isqof Gargallo. L-artal tiegħu f’waħda mill-kappelli laterali f’din il-knisja, insibu l-kwadru titulari li juri lil San Omobono jqassam il-ġid lill-fqajrin. Interessanti hija l-ikonografija ta’ dan il-qaddis fejn huwa dejjem muri jagħti xi flus mill-ħorża li jkollu lil xi fqir fejn riġlejh. Dan anke narawh fil-finjali tal-lanterni u s-surġentina tal-purċissjoni kif ukoll fuq il-lampier, ilkoll maħduma fil-fidda. Fil-ktajjen ta’ dan tal-ahhar insibu wkoll tliet imqassijiet żgħar tal-fidda, simbolu li jfakkarna fil-Konfraternità tal-ħajjata. Omobono Tucenghi minn Cremona fit-Tramuntana tal-Italja kien jgħix fis-seklu tnax fi żmien ta’ taqlib politiku bejn il-Kunsill tal-Gvern u l-Imperu meta Cremona kienet taqa’ direttament taħtu. Omobono, li kien merkant tad-drappijiet fini, xogħol li kien wiret minn għand missieru, wasslu biex ikun ta’ eżempju lill-mexxejja ta’ dak iż-żmien permezz ta’ ħajja sempliċi u qaddisa li huwa għex. Huwa kien miżżewweġ u bla tfal u għalhekk wara l-ħin tax-xogħol kien jiddedika ħajtu mal-fqar fejn kien jagħti tista’ tgħid ġidu kollu lilhom. Dan ma kienx jinżel tajjeb ma’ martu li ħafna drabi kien jispiċċa fl-inkwiet magħha. Huwa kien ta’ kuljum jisma’ l-quddiesa u kien propju f’dan ilmument fejn tant kien viċin tal-Mulej, li ħalla din l-art. Dan seħħ fil-knisja ta’ San Eġidju fi Cremona nhar it-13 ta’ Novembru 1197. F’dan il-jum għadha tiġi ċelebrata l-festa tiegħu. Kien propju minħabba l-ħafna mirakli li bdew isiru permezz tal-interċessjoni tiegħu, li l-Papa Innoċenz III wara inqas minn sentejn wara mewtu għamlu qaddis nhar it-13 ta’ Jannar 1199. Kien l-ewwel qaddis lajk (ebda rabta mat-tmexxija tal-knisja) li sar filKnisja Kattolika. Oriġinarjament kien midfun f’sarkofagu


Il-ġisem devot ta' San Omobono fil-kripta tal-Katidral ta' Cremona

fil-knisja dedikata lilu fi Cremona imma aktar tard meta fis-1643 kien proklamat patrun tal-belt fejn għadu sa llum, il-ġisem tiegħu ġie traslat għall-kripta tal-Katidral ta’ Cremona. Huma ħafna dawk il-pellegrini li jirrikoru għand dan il-qaddis espost bħala korp sant f’urna talħġieġ. F’Malta, minbarra fil-kolleġjata ta’ San Pawl, konna

Santa antika ta' San Omobono li turi lill-qaddis flikonografija tipika qed jgħin lill-fqar

nsibu xi devozzjonijiet żgħar lejh fil-parroċċi tal-Birgu, Ħaż-Żebbuġ, Ħal Luqa u f’dik ta’ San Ġorġ fir-Rabat ta’ Għawdex, dejjem b’rabta max-xogħol tal-ħjata. Barra minn xtutna nsibu devozzjoni qawwija fil-bliet tat-Tramuntana tal-Italja fosthom Turin, Modena u oħrajn permezz ta’ kwadri, altari u knejjes dedikati lil San Omobono.

San Krispin u San Krispinjanu.

F

it-22 ta’ April 1614, daħlet devozzjoni oħra fil-knisja ta’ San Pawl permezz tal-għoti ta’ kappella bl-artal lill-Konfraternità taħt it-titlu ta’ San Krispin u San Krispinjanu. L-għaqda tal-iskrapan u s-sillara ngħaqdu taħt dawn ilqaddisin patruni li kienu wkoll iwettqu dan ix-xogħol f’ħajjithom. Il-konfraternità baqgħet issebbaħ il-kappella tagħha b’opri tal-arti fosthom il-kwadru titular xogħol Rocco Buhagiar u juri ż-żewġ qaddisin aħwa fil-glorja tas-sema jiltaqgħu minn Kristu Salvatur. Fil-lunetti tal-ġenb, xogħol l-artist, Michele Busuttil naraw ir-rapreżentazzjoni tal-martirju individwali ta’ dawn il-qaddisin. Tista’ tgħid li din iddevozzjoni lejn dawn il-qaddisin hija ta’ natura unika għall-gżejjer Maltin. San Krispin u San Kripinjanu, żewġ aħwa mwielda lill-familja nobbli Rumana fi Franza madwar is-sena 255 wara Kristu. Huma trabbew fil-fidi Kristjana u tgħalmu s-sengħa ta’ skarpan mingħand Kristjan ieħor. Minbarra x-xogħol

L-artal dedikat lil San Krispin u San Krispinjanu fil-Kolleġġjata ta' San Pawl armat għall-festa nhar il-25 ta' Ottubru

tagħhom, huma ngħaqdu mal-Isqof Quintus biex jippridkaw ir-reliġjon Kattolika fuq imitazzjoni ta’ San Pawl fl-inħawi tal-Galia Rumana waqt l-Imperu ta’ Massimjanu. Ma għaddiex ħafna żmien, li ma nqabdux mill-magistrat Ruman Rictus Varus li anke ttorturahom għall-

fidi tagħhom. Dawn l-aħwa xorta baqgħu sodi fit-twemmin tagħhom, li Varus qatagħhielhom għall-mewt permezz tal-qtugħ ir-ras, peress li kienu ċittadini Rumani, xi ħaġa simili għal dak li ġara fil-martirju ta’ San Pawl stess. Il-martirju tagħhom sar ġewwa Soissons nhar il-25 ta’ Ottubru fis-sena 285. Il-qabar tagħhom kien il-lok tal-bini tal-Katidral ta’ Soissons fi Franza li wara saru anke l-patruni tal-belt. Il-fama tagħhom ġriet malEwropa kollha. L-irjus tagħhom kienu ttieħdu Ruma u għadhom miżmuma f’relikwarju fil-knisja ta’ San Lorenzo in Panisperna. San Eliġju kien ħadem relikwarju prezzjuż għar-ras ta’ San Krispin. Relikwi oħra tagħhom kienu ngħataw mill-Imperatur Karlumanju lill-Katiral lilhom dedikat f’Osnabrück fil-Ġermanja. Dawn iż-żewġ qaddisin huma l-aktar magħrufa fil-letteratura Ingliża meta jissemmew minn Shakspeare fil-kitba tiegħu bl-isem ta’ Henry V, fejn tissemma’ l-battalja ta’ Agincourt li kienet seħħet filverità nhar il-festa tagħhom fil-25 ta’ Ottubru 1415 u ntrebħet mill-Inglizi bl-interċessjoni tal-qaddisin aħwa. 65


Programm tal-Festa tan-Nawfraġju ta’ San Pawl ‒ Valletta 2014

San Martin

F

erm aktar magħruf minn Krispin u Krispinjanu, id-devozzjoni lejn San Martin tista’ tgħid hija magħrufa mad-dinja kollha. Iddevozzjoni lejh daħlet meta t-tvernara u l-koki ngħaqdu f’Konfraternità dedikata lil San Martin, Isqof ta’ Tours fejn ingħataw il-kappella fl-1620. Fuq l-artal tagħha nsibu kwadru millisbaħ attribwit lil Stefano Erardi. Fih naraw lil San Martin fl-abiti ta’ Isqof u fil-parti ta’ fuq insibu lil Marija Annunzjata u lill-Arkanġlu Gabriel peress li aktar tard intgħażlet biex tkun il-kopatruna tal-Konfraternità. San Martin twieled fis-sena 316 f’Savaria fil-Pannonia, illum tagħmel parti mill-Ungerija. Huwa trabba f’Ticinum, illum Pavia fl-Italja fejn kontra r-rieda tal-ġenituri tiegħu daħal fil-Knisja Kattolika u sar katekumenu. Tajjeb wieħed jgħid li għalkemm huwa kien Ruman, dan kien leġittimu peress li fit-313, ir-reliġjon Kristjana saret leġittima għall-Imperu Ruman. Ta’ ħmistax-il sena, huwa daħal mal-kavallerija Rumana u milli jidher kien jifforma parti minn gwardja ċerimonjali li ma tantx kienet tara ġlied. Minħabba t-twemmin tiegħu favur il-paċi, huwa ddeċieda li jitlaq minn suldat għalkemm ġie arrestat

Il-qabar ta' San Martin ġewwa Tours fi Franza

minħabba dan. Wara li ġie mitluq, mar f’Tours fejn sar dixxiplu ta’ Illarju minn Poitiers. Hemmhekk Martin oppona l-ereżija Arjana. Fit-361, huma waqqfu l-eqdem monasteru fl-Ewropa, dak Benedittin ta’Ligugé fejn sar ċentru ta’ evanġelizzazjoni fin-nofsinhar ta’ Franza, dak iż-żmien il-Galia. Fit-371, Martin inħatar bħala Isqof ta’ Tours kontra r-rieda tiegħu imma b’akklamazzjoni talpoplu. Martin miet f’Candes-SaintMartin, fiċ-ċentru ta’ Franza fit-8 ta’ Novembru, 397. Indifen f’Tours fejn inbena tempju li sar post ta’ pellegrinaġġ kbir. Wara ħafna taqlib

Il-kwadru ta' San Martin, xogħol attribwit lil Stefano Erardi

tul is-sekli, kien fl-1860 fejn waqt skavi sabiex isibu l-pedamenti talabbazija l-antika, instab il-qabar ta’ San Martin fejn kien hawn qawmien fid-devozzjoni lejh. Fuq il-post reġgħet inbniet bażilika dedikata lilu li ġiet konsagrata fl-1925. Fil-kripta nsibu l-qabar monumentali tiegħu.

San Gejtanu

S

an Gejtanu kien qaddis devot ferm tista’ tghid sa mill-ewwel żminijet tat-twaqqif tal-parroċċa tagħna. Fl-1656, twaqqaf artal dedikat lilu f’wieħed millkappelluni u hawnhekk naraw il-prominenza li ngħata dan il-qaddis f’din il-knisja. L-artal u d-dekorazzjoni li kien hemm dak iż-żmien sar bil-generozità tad-devoti u tal-Balì Rospigliosi li anke ħallas il-lampier tal-festa. Dan kollu sar meta Gejtanu kien għadu biss Beatu u fil-fatt f’dokumenti antiki nsibu referenza għall-artal bħala tal-Beato Gaitane. Kien fit-12 ta’ April 1671, li Gejtanu ġie kanonizzat qaddis u dan il-fatt interessanti jurina kif din id-devozzjoni ‘moderna’ daħlet filknisja parrokkjali tagħna li tista’ tgħid kienet għada għarwiena mid-dekorazzjoni li naraw fiha llum. San Gejtanu twieled fl-ewwel ta’ Ottubru, 1480, ġewwa Vicenza fl-Italja. Huwa miet fis-7 ta’ Awissu 1547 gewwa Napli, u l-festa tiegħu għadha tiġi ċċelebrata f’dan il-jum. 66

Il-qabar ta' San Gejtanu fil-knisja ta' San Paolo Maggiore f'Napli

Gaetano dei Conti di Tiene, kien ta’ nisel nobbli u wara li studja għal avukat, studja l-liġi ċivili u kanonika u sar qassis. Fl-1522, huwa waqqaf sptar fejn enfasizza fuq il-fejqan spiritwali aktar minn dak fiżiku. Huwa waqqaf l-Ordni Teatin fl-1524 u aktar tard waqqaf bank ġewwa Napli biex jgħin lill-foqra vittmi tal-usura. Huwa miet ġewwa Napli u ndifen fil-kripta ta’ San Paolo Maggiore fil-pjazza msemmija għalih fejn hemm monument tiegħu tal-bronż.


10 ta' Frar 2014

San Mikiel

F

is-17 ta’ Gunju 1664, twaqqfet il-fratellanza tal-bejjiegħa blimnut, tal-ħaxix, tal-laħam u tal-ħut, f ’kelma waħda dawk kollha li jużaw il-miżien bħala strument ewlieni fix-xogħol tagħhom. Dawn għażlu lill-Arkanġlu San Mikiel bħala l-patrun tagħhom minħabba l-ikongrafija tiegħu li normalment turih iżomm il-miżien f ’idejh. Twaqqaf l-artal dedikat lil dan ilqaddis bil-pittura oriġinali, xogħol attribwit lil Mattia Preti u juri lill-qaddis fit-taqbida tiegħu maddemonju filwaqt li jiżen it-tajjeb mil-ħażin. L-istess konfraternità millewwel ordnat statwa proċessjonali mill-isbaħ tal-Arkanġlu jisħaq id-demonju, xogħol Ruman tal1674. San Mikiel tista’ tgħid li huwa magħruf mad-dinja kollha anke barra r-reliġjon kattolika. Huwa meqjum saħansitra mil-Lhud, mill-Islam, mill-Protestanti u l-Ortodossi. Anke

Sant’Agata

D

evozzjoni li daħlet fil-knisja ta’ San Pawl fil-bidu tasseklu dsatax kienet dik ta’ Sant’Agata. Din il-qaddisa flimkien ma’ San Pawl hija kopatruna ta’ Malta. Twaqqfet Konfraternità nhar it-18 ta’ Diċembru, 1804 u tqiegħed kwadru ta’ din il-qaddisa fuq l-artal fil-kappellun ta’ San Gejtanu. Ilfundatur tagħha kien il-Kjeriku Michele Tanti. Il-konfraternità ħadet ħsieb tagħmel statwa proċessjonali tal-qaddisa fl-1807, xogħol Vincenzo Dimech. Il-konfraternità kienet tikkonsisti fil-barklori tad-dgħajjes u l-ħaddiema tax-xatt. Dan jurina li l-kult lejn din il-qaddisa kien ġej minn Sqallija, propju f ’Catania fejn hija l-aktar meqjuma permezz talkummerċ dirett li kien isir mill-port il-Kbir. Filfatt xi opri tal-konfraternità saru Sqallija, fosthom wieħed isemmi l-lanterni tal-fidda u s-sett gandlieiri tal-festa li saru Catania kif ukoll ilkwadru titulari l-qadim li kien inġieb minn Sqallija, xogħol il-pittur Sqalli Giuseppe Velasquez. Madankollu,

L-għar ta' San Mikiel f'Cagnano Varano fil-Gargano

xi setet jemmnu f ’dan l-Arkanġlu. L-isem Michael ġej mil-Lhudi li jfisser “min hu bħal Alla?”. Jissemma fit-testment il-ġdid fl-Apokalissi fejn jiġġieled u jirbaħ kontra Satana. L-aktar post ta’ pellegrinaġġ marbut ma’ dan l-arkanġlu huwa s-Santwarju ta’ Monte Sant’Angelo fil-Gargano fl-Italja. Skond leġġenda, jingħad li San Mikiel deher f ’għar tal-Monte Gargano madwar is-sena il-kult lejn Sant’Agata f ’Malta jmur lura ħafna snin. Wieħed ma jridx jinsa l-katakombi ta’ Sant’Agata firRabat fejn tradizjonalment jingħad li l-qaddisa qagħdet fihom għal xi żmien. Konfraternità oħra taħt it-titlu ta’ din il-qaddisa tinsab filknisja ta’ Bormla. Il-festa tal-qaddisa ssir nhar il-5 ta’ Frar u kien hemm żmien li peress li dan il-jum kien ikun lejlet l-ewwel jum ta’ Tridu ta’ San Pawl, l-istatwa kienet tintrama xorta fil-korsija faċċata tal-vara ta’ San Pawl li kien ikun ġa armat. Din kienet okkażjoni unika fejn iż-żewġ patruni ta’ Malta kienu jkunu armati flimkien. Sfortunatament, din l-istawa llum ma għadhiex tintrama fil-knisja għall-festa tagħha. Agata twieldet minn familja sinjura fi Sqallija Rumana. Hija kkonsagrat lilha nfisha għal Alla ta’ età vera ċkejkna. Kienet tgħix fis-sena 251 wara Kristu waqt il-persekuzzjoni tal-insara minn Decius. Il-Konslu talbelt ta’ Catania, Quintianus qatagħha li jobdi l-editt li ħareġ l-imperatur kontra l-Insara. Dan qabad lil Agata u tefagħha ġo burdell fejn irreżistiet

490 wara Kristu. Skond leġġenda oħra li qanqlet aktar devozzjoni lejn dan l-anġlu, jingħad li San Mikiel deher fuq il-Mawsolew ta’ Adrianu f ’Ruma jxejjer ix-xabla wara li l-Papa San Girgor il-Kbir (c.590604) talab biex tispiċċa l-pesta li kien hemm dak iż-żmien f ’Ruma. Wara li spiċċat, dan il-papa semma l-mawsolew Castel Sant’Angelo u fuqu poġġa statwa kbira tal-qaddis li għadha meqjuma sa llum.

Is-surġentina bl-istatwa ta' Sant' Agata, patruna tal-konfratenità dedikata lilha fil-Kolleġġjata ta' San Pawl

il-ħruxijiet li saru kontra tagħha. Meta reġgħet dehret quddiem il-konslu, hi żammet sħiħ fil-fidi lejn Kristu Ġesù u dan aktar wera ħruxija magħha u tefagħha l-ħabs u ssottomettieha għal tortura mill-aktar kiefra. Waqt li fil-ħabs, dehrilha San Pietru li mirakolożament fejqilha l-feriti li kellha. Ftit wara, hija mietet fil-paċi ġewwa l-ħabs fejn kienet. In-nies ta’ Catania li kienu segwaċi tal-qdusija tagħha, ħadu ħsieb li jidfnuha f’Badia di Sant’Agata, Catania. Ir-relikwi tagħha jinsabu fil-Katridral ta’ Catania b’tant għożża u devozzjoni. 67


Programm tal-Festa tan-Nawfraġju ta’ San Pawl ‒ Valletta 2014

Santa Margerita

D

evozzjoni oħra li mhux daqshekk komuni f’pajjiżna hija dik ta’ Santa Margerita Marija Alacoque. Din hija marbuta ħafna ma’ dik lejn il-Qalb ta’ Ġesù li tagħha nsibu l-Konfraternità fil-knisja tagħna. Din id-devozzjoni lejn din il-qaddisa nibtet lejn l-bidu tas-seklu għoxrin meta saret statwa tagħha għarkubteja fis-sħab f’estasi tadura l-Ewkaristija. Din l-istatwa kienet xogħol Karlu Darmanin għalkemm din inbidlet ma’ waħda tal-injam li saret minn Ferdinando Stuflesser ġewwa Bolzano fl-1959 fuq l-istess ikongrafija ta’ qabilha. Din l-istatwa li matul is-sena tinżamm f’niċċa fil-kappella tal-Kurċifiss kellha devozzjoni kbira ħafna, u dan jixhdu n-numru kbir ta’ ex-voto li nsibu mwaħħlin malħitan tan-niċċa. Il-festa tagħha ssir

fis-16 ta’ Ottubru u l-istatwa tinħareġ fil-knisja għad-devozzjoni. Kienu ħafna dawk id-devoti li rrikorrew f’riġlejha sabiex jaqilgħu xi grazzja. Tista’ tgħid li ħafna tfal bniet flantik kienu jissemmew għaliha. Santa Margerita twieldet fl-1647 f’Lhautecour fi Franza u sa minn tfulita uriet imħabba kbira lejn l-Ewkaristija. Ta’ erba’ u għoxrin sena daħlet fil-kunvent tal-Viżitazzjoni f’Paray-le-Monial biex issir soru wara li kellha viżjoni mistika ta’ Kristu msawwat. Hija baqgħet tara viżjonijiet speċjalment tal-Qalb ta’ Ġesù u għalkemm ippruvat f’ħajjitha tippromwovi din id-devozzjoni, ftit kienu dawk li fehmuha. Lejn l-aħħar ta’ ħajjitha hija rnexxiela twaqqaf il-festa tal-Qalb ta’ Ġesù u saħansitra

L-istatwa devota ta' Santa Margerita Alacoque fil-Kolleġġjata ta' San Pawl

bniet kappella dedikata lil din iddevozzjoni. Hija mietet fis-17 ta’ Ottubru 1690. Riedu jgħaddu ħafna snin wara biex verament fehmuha. Ġiet kanonizzata biss fl-1920 mill-Papa Benedittu XV u l-festa tagħha ġiet inkluża fil-kalendarju Ruman fl-1929.

San Ġwann Nepomucenu

D

evozzjoni kurjuża u li forsi ftit jafu biha kienet dik lejn San Ġwann Nepomucenu, l-qaddis patrun tar-Republika Ċeka. Tifkira ta’ din għadu jeżisiti kwadru ta’ dan il-qaddis fl-Awla Kapiturali, xogħol sabiħ attribwit lil Francesco Zahra. Dan il-qaddis millBohemia kien jgħix fi Praga bejn l-1345 u l-1393. Huwa marbut ħafna mas-sigriet tal-qrar u għandu ikonografija partikolari ħafna. Normalment iġibuh liebes ta’ kanonku b’ilbies korali, jiġifieri bil-muzzetta, ir-rukkett u l-berettin. F’idejh jidher iżomm Kurċifiss u b’subajh il-werrej l-ieħor jidher jagħmlu ma’ xoftu b’ġest li jidher isikket. Ma’ rasu naraw dija magħmula minn ħames stilel. Id-devozzjoni lejh ċertament tqanqlet mir-reliġjużi li jwettqu s-sagrament talqrar. Din kienet komuni ħafna fil-passat speċjalment fl-inħawi tal-Belt u l-Furjana. Barra minn Malta, tista’ tgħid li dan il-qaddis hu meqjum fl-Ewropa kollha bi statwi, pitturi u altari. Huwa ġie ttorturat u

Bibljografija: 1. Michael Galea, Il-Knisja Parrokkjali ta’ San Pawl Nawfragu Valletta, Malta, 1974.

68

Il-kwadru ta' San Ġwann Nepomucenu fl-Awla Kapitulari tal-Kolleġġjata ta' San Pawl, xogħol ta' Francesco Zahra

maqtul fuq ordni tar-Re Wenceslaw IV nhar l-20 ta’ Marzu minħabba li baqa’ jżomm is-sigriet tal-qrar peress li kien il-konfessur tar-reġina u r-re riedu jikxifha. Il-ġisem tiegħu ntefa’ fix-xmara Vlatva u nġabar middevoti tiegħu. Ftit wara ndifen fil-Katidral ta’ San Vitu fi Praga fejn għadu hemm sa llum magħluq ġo monument kbir tal-fidda.

2. http://www.santiebeati.it 3. http://en.wikipedia.org/wiki 4. http://www.tradizione. oodegr.com/tradizione_index/ vitesanti/crispiniano.htm

Dawn id-devozzjonijiet huma xhieda sħiħa ta’ kemm missirijietna kellhom għal qalbhom il-knisja Kattolika u t-tagħlim tagħha. Dejjem fittxew li jimxu fuq il-passi ta’ dawn il-qaddisin li permezz tal-ħajja qaddisa u straordinarja tagħhom, intgħażlu sabiex ikunu ta’ eżempju għalina u jgħinuna biex nersqu aktar lejn Kristu u t-tagħlim tiegħu. Minbarra l-lat reliġjuż, il-ħajja ta’ dawn ilqaddisin daħlet ukoll fil-folklor meta ħafna minnhom intrabtu wkoll ma’ xi sengħa jew xogħol partikolari bħal fl-eżempju talqaddisin patruni talKonfraternitajiet. e

5. http://stjosephstable.blogspot. com/p/saints-of-week.html 6. Roma, le reliquie dei Santi Crispino e Crispiniano nella chiesa di Sant’Angelo in Panisperna


VALUES YOU CAN BANK ON The values that helped create Malta’s first community bank are the values that today help support thousands of customers from all walks of life.

psbank

facebook.com/a

2122 6644

apsbank.com.mt

Deposits. Loans. Investments

APS Bank Ltd. is licensed by the Malta Financial Services Authority



Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.