Programm tal-Festa tan-Nawfraġju ta' San Pawl – Valletta – 2010

Page 1


Pjazza life just got better

Pjazza’s have an irresistible charm. They are meeting places, bringing people together; from all walks of life. They’re stuff of memories - whether it was that long talk after everyone’s gone, or the setting of that perfect photograph now sitting in your home. Pjazza Regina in Valletta is such a place and has been for generations. Delicata’s new refreshing, fruity wines Pjazza Regina, much like the place they are named after, are guaranteed to make those treasured moments even more memorable.

.

red white rosé 3 sensaTional i.G.T. QualiTy wines

delicata.com


sena mill-Miġja ta’ San Pawl f’Malta

Tifkira tal-Festa Solenni tan-Nawfraġju ta’ San Pawl li se ssir fl-Insinji, Kolleġġjata, Matriċi, Veskovili, Parrokkjali u Prinċipali tal-Belt Valletta Programm tal-Festa San Pawl Nawfragu, Valletta - 10 ta’ Frar 2010 3. L-10 ta’ Frar – L-Akbar Jum għal Malta Rev. Kan. Alfred Camilleri, Arċipriet 6. Nawfraġju ieħor? Etienne Montfort, President tal-Għaqda tal-Pawlini 8. Il-Papa Benedittu XVI u l-Appostlu Missierna San Pawl Rev. Kan John Ciarlò 12. Intervista lis-Sur Paul Asciak, President Fundatur tal-Għaqda tal-Pawlini Paul Grima u Paul Spiteri 15. Inkomplu nimxu flimkien Dr. Alexiei Dingli 18. Is-sehem attiv ta’ “La Valette” fil-Festi Ċentinarji Pawlini Kan. John Ciarlò 28. San Pawl u l-armar tal-Festa Mario Cassar 32. Quddiem l-Istatwa tal-Gafà Mons. Amante Buontempo 34. Pawlu huwa l-leħen li jingħaraf Vincent Farrugia 38. Il-Miġja ta’ San Pawl f ’Malta Ġanni Camilleri 40-41, 44-45 Programm tal-Festa 46. L-istorja li sawret il-Kolleġġjata ta’ San Pawl Nawfragu Robert Cassar 54. Proġetti fil-Knisja Kolleġġjata ta’ San Pawl Nawfragu Arċipriet Kan. Alfred Camilleri 62. L-Iskultur Giovanni Battista Menville u l-Prospettiva tal-Artal Titulari tal-Knisja ta’ San Pawl Nawfragu – 1680 Dr. John Debono 70. Iċ-Ċentinarju Pawlin - 1960 Martin Gravina 75. Il-Pittur Giuseppe Calleja u l-Kolleġġjata tal-Belt Michael Galea 78. San Pawl fil-Katidral ta’ Westminster Eric Montfort


Għaqda tal-Pawlini Valletta President Onorarju (Fundatur)

Paul Asciak LRSM. P&T, FLCM., Hon TCL., MQR

Presidenti Onorarji Francis Tabone Paul J. Galea Victor Enriquez Louis Attard

Paul Spiteri Hector Bruno Dr. Ray Bondin

Kumitat

Etienne Montfort

President

Mario Cassar

Paul Grima

Dione Montfort

Paul Spiteri MSc (Strat IT

Viċi-President Segretarju Teżorier

Mgmt); BSc (Hons); MIMIS (Grad); MIAP; MCP; MSCA; OSS

P.R.O.

Charles Grima

Joseph Cremona

Salvatore Rocco

Ivan Briffa Farrugia

Ass. Teżorier

Direttur Attiv. Dar il-Pawlini

Fergħa Żgħażagħ Pawlini

Direttur Armar

Ass. Direttur Dar il-Pawlini

Rev. Arċipriet Kan. Alfred Camilleri, B.A., Lic. D. Rev. Kan. Kantur Giovanni Borg Rev. Kan. Kanċellier John Ciarlo’, B.A., Lic. D. Rev. Kan. Frans Perici Rev. Kan. Karm Zammit, B.A., Lic. D. Rev. Kan. Giuseppe Grech Cremona B.A., Lic. D. Rev. Kan. Penitenzier Vinċenz Borg, B.S. Th. (Viċi-Parroku) Rev. Mons. Alex Cordina, B.A., Lic. D. S.Th. Lic. Cap. SS. Rev. Kan. Lawrenz Zammit

Kanonċi Onorarji

L-E.T. Mons. Paul Giglio, S.Th. D. (Greg) Rev. Mons. Anton Galea, B.A., Lic. D. Rev. Mons. Philip Calleja, A.M., P.E.P., M.O.M. Cap. SS., O.S.J. Rev. Kan. Feliċ Tabone Rev. Kan. Michael Zammit, S.Th. D. Lic.Ph.B. Rev. Kan. Mattew Magri, Lic. D. Rev. Kan. Antoine Borg Rev. Kan. Karm Busuttil, Magister Iuris (Int. Law)., S.Th.Dip.,

B.A., (Hons)., M.A. (Human Rights & Democ.)., M.A. (Diplomatic Stud).

Kummissjoni Web-site

Paul Spiteri (Strat IT Mgmt); BSc (Hons); MIMIS (Grad); MIAP; MCP; MSCA; OSS

ĦARĠA SPEĊJALI TAL-FESTA Il-Ħarġa Speċjali tal-Festa hija pubblikazzjoni li l-Għaqda tal-Pawlini toħroġ darba fis-sena fl-okkażjoni tal-Festa ta’ Missierna San Pawl li tiġi ċċelebrata kull 10 ta’ Frar ta’ kull sena.

Douglas Mifsud

Paul Cremona

Stephen Baldacchino

Segretarju Teżorier

Clint Mifsud

Editur:

Clint Cremona Rodrick Abela Kurt Magro

Gilmar Zammit Alan Xerri

Membri tal-Bord:

President Viċi-President

Membri Co-opted Ryan Polidano Julian Buhagiar

Jason Baldacchino

Fergħa Nisa Pawlini

Salvina Sciberras Mariella Zammit

Kummissjoni Elettorali

Joseph Bartolo James Mulholland Marcel Zammit Marmarà, B.A. ; Dip. LIS; M.A. Donald Parsons, Dip. Hlth. Sc., B.Sc., (Hons.) M.L.S. Joseph Huber, LRSM., Dip. Educ. (Adm. & Mangt.)

Kummissjoni Nar Simon Farrugia Paul Sciberras John Sciberras

Kummissjoni Armar Mario Cassar Mario Tonna Simon Farrugia Carlos Scerri

Etienne Montfort Vince Farrugia Robert Cassar, MA (History of Art); B Cons (Hons); BA (Hons) Marcel Zammit Marmarà, B.A. ; Dip. LIS; M.A. Pawlu Mizzi, Dip. Ind. Design Pawlu Spiteri (Strat IT Mgmt); BSc (Hons); MIMIS (Grad); Pawlu Cumbo David Cassar, B.A. & A.

Rappreżentant Fergħa Nisa

Maria Tabone Anne Bugeja

Rev. Kan. John Ciarlò, B.A., Lic. D.

MIAP; MCP; MSCA; OSS

Doris Montfort

2

Rev.mu Kapitlu tal-Insinji Kolleġġjata San Pawl Nawfragu tal-Belt Valletta

Antoine Farrugia Mario Sciberras Jeremy Dalli

Uffiċċju Editorjali:

Għaqda tal-Pawlini Dar il-Pawlini, 195 Triq Sant’ Ursola, Valletta, Malta. e-mail: info@sanpawlmalta.com website: www.sanpawlmalta.com

Fotografu Uffiċjali: Mario Mintoff

Mitbugħ:

Joseph Cremona Alan Xerri Antoine Farrugia Paul Cremona

(Hons.) A&CE

PROGRESS PRESS LIMITED 341 St Paul Street Valletta VLT 1211 Malta Email. info@progresspress.com.mt Tel. (356) 2124 1464 Fax. (356) 2124 1336


sena mill-Miġja ta’ San Pawl f’Malta

L-10 ta’ Frar – L-Akbar Jum għal Malta Rev. Kan. Alfred Camilleri, Arċipriet tal-Kolleġġjata San Pawl Nawfragu

Wara li s-sena l-oħra ċċelebrajna bil-kbir il-festa tagħna għax kienet is-Sena Pawlina, sena li fiha fakkarna l-elfejn sena mit-twelid tal-Appostlu Pawlu, issa din is-sena se nerġgħu niċċelebraw il-festa f ’anniversarju ieħor. Din is-sena qed infakkru l-1950 sena min-nawfraġju ta’ San Pawl f ’pajjiżna. Żgur li l-10 ta’ Frar taħbat ittifkira tal-akbar ġrajja ta’ Malta; in-nawfraġju provvidenzjali talAppostlu Missierna San Pawl fuq ixxtut tagħna u l-magħmudija ta’ Malta għall-fidi ta’ Kristu. L-10 ta’ Frar jagħti tifsira speċjali lin-nazzjonalità Maltija, mibnija u msawra fuq ċiviltà nisranija; huwa jum li jagħti lil Malta l-identità tagħha. Huwa għalhekk il-festa ta’ Malta, il-festa ta’ kull Malti. Huwa l-akbar Jum għal Malta.

Fiż-żminijiet li għaddejjin minnhom, il-fidi nisranija ta’ bosta nsara għaddejja minn mumenti ta’ prova. Malta ta’ llum hija għajjiena spiritwalment, xiħa, moralment għajjiena. Ir-rigal tal-fidi li ġabilna l-Appostlu Pawlu qed jiġi mwarrab fil-ġenb.

Pawlu ġie fostna, qagħad u tħaddet magħna, bih mimlija gżiritna kemm hi twila.

Dan l-anniversarju għandu jqanqal fina ħeġġa ġdida. Hija din il-ħeġġa li timbuttana ħalli nkunu xhieda ta’ Ġesù dejjem, kullimkien u quddiem kulħadd. Hija din il-ħeġġa u l-kuraġġ nisrani ta’ missirijietna li kitbu l-istorja glorjuża ta’ pajjiżna, u għamlu minn artna “ĠAWHRA TA’ KRISTJANEŻMU”.

Imbierka Pawlu l-mewġa li waslitek Fuq ix-xtut tagħna, mbierek dan il-jum Li l-qalb ħanina ta’ missirijietna Laqgħetek ħelu, hemm fuq l-irdum.

Għalhekk fl-okkażjoni ta’ dan l-akbar jum għal Malta, nitolbu lil Missierna San Pawl li jnissel fir-ruħ tal-Maltin kollha karattru sod li jqawwihom biex jilqgħu bil-kuraġġ għal kull ħaġa u għal kull sitwazzjoni li tista’ tkun ta’ ħsara morali u soċjali għal pajjiżna. B’hekk Malta tkun tassew qawwija jekk tkun Malta Nisranija.

Le, ma qamx minn jeddu l-baħar, Ma venvinx minn jeddu r-riħ; It-tempesta kienet ħarxa, Iżda l-ħsieb ħanin, sabiħ.

Dun Karm Malta u Pawlu, min jifridhom? Ħadd, jixhduh iż-żminijiet! L-ebda qawwa ma taf tħollu dak li nkiteb fis-smewwiet. Dun Karm San Pawl wera lill-Maltin il-wiċċ ta’ Alla, li nnifsu kien ra. Bil-kelma u bil-Magħmudija għamilna ulied Alla.

3




Ħarġa Speċjali -Festa tan-Nawfraġju ta’ San Pawl ‒ Valletta 2010

Nawfraġju ieħor? Etienne Montfort,

President tal-Għaqda tal-Pawlini

Ħajjitna hija mdawra u mżejna b’affarijiet sbieħ li writnihom mill-passat. Bħala evidenza ta’ din l-istorja kulturali reliġjuża ġewwa pajjiżna nistgħu nilmħu ġmiel ta’ knejjes u kappelli fl-ibliet u l-irħula tagħna, mnaqqxa fihom l-istorja glorjuża tagħhom filwaqt li l-għajn titpaxxa bir-rikkezza li missirijietna b’tant żelu u mħabba għoġobhom jarrikixxu lil dawn il-knejjes li jixhdu d-dawl tal-fidi tal-poplu Malti lejn Alla veru.

tiġi ċċelebrata kull sena nhar l-10 ta’ Frar fil-Parroċċa ta’ San Pawl Nawfragu fil-Belt Valletta li tfakkar Jum il-Magħmudija ta’ Malta. Ġrajja tassew importanti fl-istorja ta’ pajjiżna li wara ġiet reġistrata fl-Atti tal-Appostli. “Se nħallikom iżda l-gżira se tingħata l-aqwa ġieħ, l-akbar ktieb li qatt inkiteb l-isem tagħkom se jkun fih” versi tal-awtur bravu Oliver Friggieri fl-Oratorju ‘Pawlu ta’Malta’, li huma ttimbrati f ’moħħi u f ’qalbi.

L-ewwel knisja jew aħjar l-ewwel komunità fuq din il-gżira rċeviet l-Aħbar it-Tajba permezz ta’ għarqa providenzjali li mexxiet lill-Appostlu tal-Ġnus biex isir l-Appostlu ta’ Malta. Fi triqtu lejn Ruma, il-ġifen li fuqu kien hemm Pawlu nqabad f ’tempesta li ssoktat titqawwa fost it-tqanqil tal-elementi tan-natura biex idawwar ir-rotta ta’ Pawlu u jiġi nawfragat fuq din il-gżira tagħna MALTA. Alla ried li l-Appostlu talĠnus jiġi fostna b’nawfraġju.

Kif ġie mħabbar ftit tax-xhur ilu, f ’April li ġej se jkollna l-Qdusija Tiegħu, il-Papa Benedittu XVI li hu wkoll ser jagħmel żjara fil-gżira tagħna. Bħal San Pawl, se jwasslilna l-Aħbar it-Tajba f ’mument kruċjali meta l-Ewropa nħakmet minn taqlib kulturali li ma jaqbel xejn mal-valuri li s-soċjetà tagħna hija mibnija fuqhom – ir-reliġjon Kattolika.

Din is-sena l-Knisja qed tfakkar l-1950 sena mill-miġja ta’ San Pawl f ’Malta, liema ġrajja tan-nawfraġju

6

Teżisti problema serjissima bla ma ħadd mhu donnu qed jintebaħ x’ser jiġri fi ftit tas-snin oħra mhux biss fl-Ewropa iżda wkoll f ’Malta tagħna. Jeħtieġ noqogħdu attenti ħafna mir-riħ ta’ kultura li qed tpoġġi

ħafna popli fir-riskju li jinġarru minn sens qawwi ta’ sekulariżmu. Kulħadd huwa konxju mill-fatt li l-Ewropa ma tistax tinbena fuq ilkonsumiżmu materjalista iżda trid tinbena fuq il-valuri nsara. Teżisti theddida għar-reliġjon nisranija f ’Malta u aktar ma jgħaddi ż-żmien, jekk mhux ser niddefendu u naħdmu għar-reliġjon tagħna, artna ser tittieħed bħal mhu qed jiġri f ’pajjiżi oħra fl-Ewropa fejn hemm agenda ta’ tkabbir tal-Islam li qed jinvadi l-Ewropa bil-bini ta’ moskej u ċentri ta’ kultura Iżlamika f ’pajjiżi b’denominazzjoni nisranija. Kif kien qalilna l-Papa Ġwanni Pawlu II meta ġie jżur lil din il-gżira: “L-Ewropa teħtieġ ukoll ix-xhieda fidila ta’ Malta”. Maltin u Għawdxin, għożżu qatigħ l-identità tagħkom li tagħmilkom kbar mhux quddiem l-Ewropa biss, imma saħansitra quddiem id-dinja kollha. Din l-aqwa materja prima ta’ pajjiżkom. Iż-żjara tal-Papa Benedittu XVI fil-gżira ta’ Pawlu huwa sinjal ieħor lilna l-Maltin u l-Għawdxin biex nifhmu l-messaġġ u ma nħarsux lejn din iż-żjara minn lenti tal-istorja


sena mill-Miġja ta’ San Pawl f’Malta

jew tal-unur biss. San Pawl għadu jemmen fil-poplu tiegħu, iva, San Pawl iridna nsalvaw il-wirt nisrani tagħna l-Maltin, f ’din l-Art sabiħa, magħżula mis-Sema, biex fost l-ewwel fid-dawl tat-twemmin, tkun imgħammda mill-akbar Appostlu, Pawlu Mqaddes Missier tal-Maltin, versi poetiċi li ħarġu mill-pinna u mill-qalb ta’ Dun Frans Camilleri. Il-festa tal-10 ta’ Frar ser tkun manifestata bl-aktar mod sabiħ u dinjituż kif jixraq lil San Pawl. Ir-Rev.mu Kapitlu flimkien mal-Kumitat tal-Għaqda tal-Pawlini qed iħeġġukom biex tieħdu sehem fiċ-ċelebrazzjonijiet li sejrin isiru fil-Parroċċa Pawlina biex nikkommemoraw il-ġrajja tan-nawfraġju ta’ San Pawl fl-okkażjoni ta’ din is-sena speċjali. Din is-sena, l-Għaqda tal-Pawlini qed tfakkar l-40 anniversarju mit-twaqqif tagħha li twaqqfet bl-iskop li tkabbar l-imħabba tal-Maltin u l-Għawdxin lejn Missierna San Pawl permezz tal-festa li tiġi ċċelebrata kull sena f ’din il-Parroċċa. Nixtieq nieħu din l-okkażjoni biex għan-nom tal-Kumitat nirringrazzja u nsellem lillPresident Fundatur, is-Sur Pawlu Asciak li għadu mimli bl-għomor u flimkien miegħu numru sabiħ ta’ Pawlini li ffurmaw l-ewwel Kumitat biex taw il-ħajja lill-Għaqda tal-Pawlini biex tkun il-promotur tal-festa pawlina fil-belt bil-għan li żżomm ħaj il-wirt reliġjuż, soċjali, u kulturali fil-ħajja tal-Parroċċa.

ikkollaborat mar-Rev.mu Kapitlu tal-Kolleġġjata li għandu rappreżentanza fl-istess Kumitat tal-festa. Filwaqt li nħarsu lura u nifirħu bil-ġid kollu li sar taħt il-protezzjoni ta’ Missierna San Pawl, irridu nħarsu ’l quddiem b’kuraġġ biex il-futur ta’ din l-Għaqda ferm ħabbrieka tibqa’ ssib membri li jkunu disposti joffru mill-ħin tagħhom b’sens ġenwin ta’ volontarjat minkejja l-ostakli li toffri d-dinja ta’ llum. Irrid nirringrazzja lill-membri kollha tal-Għaqda tal-fiduċja u l-appoġġ tagħhom fija, lill-benefatturi, lill-parruċċani, lil dawk li għoġobhom jirreklamaw fil-Ħarġa Speċjali tal-Festa, il-Kunsill Lokali Valletta, u l-Awtoritajiet Ċivili tal-għajnuna li dejjem sibna meta kien il-każ. Nieħu din l-okkażjoni biex insellem lill-President u l-Kumitat tas-Soċjetà Filarmonica Nazionale La Valette tal-appoġġ sħiħ tagħhom u l-appuntament annwali talBanda fil-Festa tan-Nawfraġju ta’ San Pawl. Fl-aħħarnett, nirringrazzja lill-Kumitat, il-Fergħat, ilKummissjonijiet, il-Bord Editorjali u l-voluntiera li għal dawn l-aħħar sentejn kienu tassew ‘għodda magħżula’ biex għexna flimkien is-Sena Pawlina li nittama li ħalliet ġid spiritwali fil-qlub tal-aħwa. San Pawl Missierna, itlob għalina uliedek.

Matul dawn l-40 sena ta’ storja, President wara ieħor, Kumitat wara ieħor, l-Għaqda tal-Pawlini dejjem

7


Ħarġa Speċjali -Festa tan-Nawfraġju ta’ San Pawl ‒ Valletta 2010

Il-Papa Benedittu XVI u l-Appostlu Missierna San Pawl Rev. Kan John Ciarlò B.A., Lic. D.

Din is-sena qegħdin niċċelebraw il-festa tan-Nawfraġju ta’ San Pawl b’ferħ akbar mis-soltu. Dan għaliex din is-sena taħbat l-1950 sena minn meta l-Appostlu tal-Ġnus b’mod providenzjali wasal fostna u wasslilna l-aħbar it-tajba tal-Evanġelju. U bħalma għamlu missirijietna fl-imgħoddi, ma nistgħux għalhekk ma nfakkrux dan l-anniversarju speċjali bħalma għamilna ħamsin sena ilu fid-Dsatax-il Ċentinarju Pawlin. Kif nistgħu naqraw b’aktar dettalji f ’din l-istess ħarġa ta’ dan il-programm tal-festa, fl-1960 kienu saru ċelebrazzjonijiet kbar, kemm fuq livell parrokkjali kif ukoll fuq livell djoċesan, biex ifakkru dan l-anniversarju memorabbli. Iċ-ċelebrazzjonijiet ċentinarji fil-Kolleġġjata tagħna laħqu l-qofol tagħhom fil-festa tal-10 ta’ Frar, waqt li ċ-ċelebrazzjonijiet djoċesani u nazzjonali li saru fix-xahar ta’ Lulju, laħqu l-qofol tagħhom b’quddiesa solenni fuq il-Fosos talFloriana mmexxija mill-Kardinal Aloisius Muench, ilLegat tal-Papa, li matulha l-Papa Ġwanni XXIII, illum Beatu, wassal messaġġ speċjali bir-radju lill-poplu Malti miġbur fuq il-Fosos. Żgur li se tkun opportunità u grazzja kbira għalina lkoll li f ’April ġej, ħamsin sena wara l-festi ċentinarji pawlini tal-1960, se jkollna magħna u fostna lill-istess

8


sena mill-Miġja ta’ San Pawl f’Malta

Żjara uffiċċjali tal-E.T. President ta’ Malta, Dr. George Abela u s-Sinjura Abela ġewwa l-Vatikan. 18 ta’ Ġunju 2009

Qdusija Tiegħu l-Papa Benedittu XVI biex flimkien magħna jrodd ħajr ’l Alla għall-miġja ta’ Missierna San Pawl f ’pajjiżna 1950 sena ilu. Din se tkun it-tielet żjara papali f ’pajjiżna, wara ż-żewġ żjarat memorabbli fostna tal-mibki Papa Ġwanni Pawlu II fl-1990 u 2001. Għadna niftakru sew kemm dan il-Papa qaddis, matul dawn iż-żewġ żjarat storiċi f ’pajjiżna, tant fakkarna finnawfraġju ta’ San Pawl, u kemm ħeġġiġna biex nibqgħu ngħożżu l-wirt Pawlin tagħna. Is-Sena Pawlina M’hemmx dubju li ż-żjara tal-Papa Benedittu XVI f ’pajjiżna se tkun esperjenza kbira oħra għalina l-Maltin, ulied San Pawl. Minkejja l-impenji kbar tiegħu, il-Papa għoġbu jilqa’ bil-qalb l-istedina li saritlu kemm millPresident ta’ Malta kif ukoll mill-Arċisqof biex jiġi fostna fl-okkażjoni tal-1950 anniversarju tan-Nawfraġju ta’ San Pawl żgur li dan għamlu mhux biss għaliex jaf biżżejjed kemm il-ġrajja tan-nawfraġju ta’ San Pawl fuq ix-xtut tagħna hija għażiża għalina l-Maltin u l-Għawdxin, iżda wkoll għaliex bħala studjuż profond tat-teoloġija ta’ San Pawl, huwa għandu tant għal qalbu l-personalità u t-tagħlim tal-Appostlu tal-Ġnus. Prova ta’ dan hija s-Sena Pawlina li għadna kemm iċċelebrajna minn Ġunju tal-2008 sa Ġunju 2009 li dan il-Papa kien nieda biex ifakkar l-2000 sena mittwelid ta’ Sawlu ta’ Tarsu. Sena Pawlina li matulha saru tant ċelebrazzjonijiet, seminars, wirjiet, konferenzi, pageants, kunċerti mużikali u attivitajiet pawlini mhux biss f ’Malta, iżda madwar id-dinja, speċjalment filpajjiżi li bħal Malta, għandhom konnessjoni kbira ma’ San Pawl. Għadha f ’moħħna fuq kollox, id-dehra tal-Papa Benedittu XVI, flimkien mal-Patrijarka Bartilmew I tal-Knisja Ortodossa Griega u rappreżentanti ta’ denominazzjonijiet Insara oħra, fil-ftuħ tas-Sena Pawlina fil-Bażilika ta’ San Paolo Fuori Le Mura, meta fetaħ il-Bieb Pawlin, xegħel il-Fjamma Pawlina u żar il-qabar ta’ San Pawl fl-istess bażilika.

Ma nistgħux ma nsemmux l-omelija sabiħa li għamel il-Papa f’din l-okkażjoni li fiha sostna li Pawlu mhuwiex figura tal-imgħoddi li aħna niftakru b’venerazzjoni, iżda għalliem tal-ġnus, appostlu u messaġġier ta’ Kristu għalina lkoll, għaliex Pawlu għadu jrid ikellimna llum. Huwa spjega li għalhekk huwa kien laqqa’ s-Sena Pawlina, sabiex nisimgħuh u nitgħallmu minnu llum bħala għalliem tagħna tal-fidi u l-verità li fihom jinsabu l-għeruq tar-raġunijet għall-għaqda tad-dixxipli ta’ Kristu li fil-konverżjoni tiegħu, Kristu stess jidentifika ruħu ħaġa waħda mal-Knisja. Kemm ilu Papa, Benedittu XVI ma jehda qatt fl-omeliji, fid-diskorsi, fil-kitbiet u l-eniċkliki tiegħu juri mhux biss l-imħabba tiegħu lejn l-Appostlu tal-Ġnus, iżda wkoll l-ammirazzjoni profonda tiegħu għat-teoloġija pawlina profonda kif insibuha fl-Ittri tiegħu. Fuq kollox, ma nistgħux ma nsemmux il-katekeżijiet profondi li għamel fuq il-personalità, il-ħsieb u t-tagħlim ta’ San Pawl waqt l-udjenzi ġenerali nhar ta’ Erbgħa. Interessanti nfakkru li f ’Ottubru u Novembru tas-sena 2006, il-Papa Benedittu XVI kien għamel erba’ katekeżijiet dwar San Pawl. Dan wara li kkonkluda r-riflessjonijiet tiegħu fuq il-ħajja tat-12-il Appostlu u beda sensiela ġdida ta’ diskorsi dwar l-akbar personalitajiet tal-Knisja talewwel żmenijiet. Fl-introduzzjoni tiegħu għal dawn il-katekeżijiet pawlini, Bendittu XVI hekk tkellem dwar il-figura eċċezzjonali ta’ San Pawl: “L-ewwel wieħed minn dawn li kien imsejjaħ mill-Mulej innifsu wara li qam mill-imwiet, huwa bla dubju Pawlu ta’ Tarsu. Huwa jiddi bħal kewkba tal-aktar dawl qawwi fl-istorja tal-Knisja u mhux biss fil-bidu tagħha. San Ġwann Krisostmu faħħru bħala persuna superjuri anki għal ħafna anġli u arkanġli. Dante Alighieri fid-Divina Commedia, ispirat mir-rakkont ta’ Luqa fl-Atti tal-Appostli, jiddeskrivih sempliċement bħala ‘għodda maħtura’ li tfisser: strument magħżul minn Alla. Oħrajn sejħulu ‘it-tlettax-l appostlu’ jew direttament ‘l-ewwel wieħed wara l-Uniku’.

9


Ħarġa Speċjali -Festa tan-Nawfraġju ta’ San Pawl ‒ Valletta 2010

L-Isqfijiet Maltin għażlu disinn ta’ Mario Abela bħala l-emblema uffiċjali taż-żjara tal-Papa. Is-Sur Abela, għalliem ta’ 26 sena mir-Rabat, Għawdex, jgħallem fl-iskola ta’ Santa Tereża f’Birkirkara. Id-disinn għandu sfond ikħal li jirrapreżenta l-ibħra Maltin. Id-disinn fih ukoll salib abjad fuq ġifen isfar bi sfond li jirrappreżenta lil Malta. L-abjad u l-isfar huma l-kuluri tal-bandiera tal-Belt tal-Vatikan. L-artist irid iwassal l-idea li l-ġifen li ġab lil San Pawl f’Malta issa qiegħed iġib ukoll lill-Papa Benedittu XVI lejn Malta, u t-tnejn li huma jkunu wettqu l-missjoni tagħhom li jwasslulna l-‘Aħbar it-Tajba’.

Ċertament, wara Ġesù, huwa dak li minn dawk tal-ewwel żmenijiet għandna l-aktar tagħrif dwaru. Infatti, għandna mhux biss ir-rakkont li jagħtina Luqa fl-Atti tal-Appostli, iżda wkoll numru ta’ Ittri li ġew direttament minn idejh, mingħajr intermedjarji, li jikxfu l-personalità u l-ħsieb tiegħu. Is-16-il Katekeżi Pawlina ta’ Benedittu XVI Is-sena l-oħra, matul is-Sena Pawlina, minn Lulju sa Diċembru, Benedittu XVI iddedika 16-il katekeżi dwar San Pawl matul l-udjenzi ġenerali ta’ nhar ta’ Erbgħa. Huwa beda billi spjega l-ambjent reliġjuż u kulturali li fih għex u ħadem il-Kbir Appostlu San Pawl. Il-Papa sostna li dan huwa eżempju ta’ dedikazzjoni totali lill-Mulej u lill-Knisja tiegħu u ta’ ftuħ kbir għall-umanità lill-kulturi tagħha, u għalhekk xieraq li nagħtuh post speċjali, mhux biss fil-qima tagħna, imma anki fl-isforz biex nifhmu dak li għandu x’jgħid lilna, l-insara tal-lum. Fit-tieni diskors tiegħu, il-Papa ta biografija qasira ta’ San Pawl waqt li ta ħarsa ħafifa lill-ħidma apostolika tiegħu fil-bidu tax-xandir tal-Evanġelju fl-Ewropa. Fit-tielet katekeżi mbagħad tkellem fuq l-esperjenza li San Pawl kellu fit-triq ta’ Damasku meta Kristu Rxoxt deherlu bħala dawl jiddi, kellmu u biddillu l-ħsieb tiegħu u l-istess ħajtu. Huwa għalhekk, qal il-Papa, il-konverżjoni tiegħu ma kenitx ir-riżultat ta’ proċess psikoloġiku, ta’ evoluzzjoni

10

intellettwali u morali, imma l-frott tal-laqgħa tiegħu ma’ Ġesù Kristu. Fir-raba’ diskors tiegħu, il-Papa spjega kif bir-raġun San Pawl, waqt li jirrikonoxxi li t-Tnax imsemmija fl-Evanġelju li akkumpanjaw lil Ġesù f ’ħajtu u semgħu t-tagħlim tiegħu jistħoqqilhom it-titlu ta’ Appostli, u għandhom post speċjali fil-ħajja tal-Knisja, b’danakollu anki hu jqis lilu nnifsu bħala appostlu fis-sens strett tal-kelma, għaliex fil-bidu tal-Kristjaneżmu ħadd ma ġera kilometri daqsu, bl-art u bil-baħar, bl-iskop waħdieni li jxandar l-Evanġelju. Il-Papa fil-ħames katekeżi mbagħad tkellem fuq ir-relazzjonijiet bejn San Pawl u l-Appostli li mxew wara Ġesù qablu, u sostna li dawn ir-relazzjonijiet kienu dejjem immarkati minn rispett profond u minn dak ilkuraġġ li kellu Pawlu biex jiddefendi l-verità tal-Evanġelju. Fis-sitt katekeżi, il-Papa tkellem fuq żewġ episodji li juru l-qima, u fl-istess ħin, il-libertà li biha l-Appostlu jkellem lil Pietru u lill-Appostli fl-hekk imsejjaħ Konċilju ta’ Ġerusalemm, u l-inċidenti ta’ Antijokja tas-Sirja li San Pawl jirrakkonta fl-Ittra lill-Galatin. Fis-seba’ katekeżi, Benedittu XVI wieġeb il-mistoqsija fuq x’kien jaf San Pawl fuq il-ħajja, it-tagħlim u l-passjoni ta’ Ġesù għalkemm ma kienx iltaqa’ miegħu matul il-ħajja tiegħu fid-dinja. Huwa sostna li kien permezz


sena mill-Miġja ta’ San Pawl f’Malta

tal-Appostli u l-Knisja tal-bidu li San Pawl sar jaf anki dettalji fuq il-ħajja ta’ Ġesù kif hu stess jikteb fl-ittri tiegħu. Fit-tmien katekeżi, il-Papa spjega dak li għallem San Pawl fl-ittri tiegħu dwar il-Knisja, l-ekklesia, li jsemmi fl-Ewwel Ittra tiegħu lit-Tessalonikin, jiġifieri l-komunità ġdida ta’ dawk li jemmnu fi Kristu u li jħossu li huma ġemgħa ta’ Alla li għaliha huma msejħa l-popli kollha. Fid-disa’ katekeżi Benedittu XVI tkellem imbagħad fuq it-tagħlim ta’ San Pawl fuq il-post ċentrali ta’ Kristu Rxoxt fil-misteru tas-salvazzjoni, u spjega kif Kristu huwa għall-Appostlu l-kriterju tal-valur tal-ġrajjiet u tal-affarijiet, l-iskop ta’ kull sforz li jagħmel biex ixandar l-Evanġelju, u l-imħabba kbira li tagħtih il-qawwa fil-vjaġġi tiegħu fit-triqat taddinja. Fl-għaxar katekeżi mbagħad Benedittu XVI spjega kif fis-Salib ta’ Kristu, San Pawl ra l-imħabba u l-ħniena ta’ Alla, u kif għalih isSalib għandu post ewlieni fl-istorja tal-umanità u huwa l-punt ċentrali tat-teoloġija tiegħu, għaliex is-Salib ifisser is-salvazzjoni u l-element essenzjali tal-predikazzjoni talAppostli. Fil-ħdax-il katekeżi, il-Papa tkellem dwar l-importanza deċiżiva li San Pawl jagħti lir-risurrezzjoni ta’ Ġesù li hija l-punt fundamentali li fuqu bbaża x-xandir tiegħu għaliex mingħajr ir-risurrezzjoni l-ħajja nisranija kienet tkun sempliċement assurda. Fit-tnax-il katekeżi, il-Papa spjega t-tagħlim ta’ San Pawl fuq it-tieni miġja ta’ Ġesù u kif huwa jorbot din il-miġja mal-impenn u r-responsabbiltà tagħna biex naħdmu f ’din id-dinja ħalli nibnu dinja tassew ġusta u mġedda. Fit-tlettax-il katekeżi l-Papa spjega t-tagħlim ta’ San Pawl fuq il-ġustifikazzjoni, jew kif isir ġust il-bniedem f ’għajnejn Alla, waqt li fil-katekeżi ta’ wara spjega dak li jgħallem San Pawl dwar il-fidi li tagħmilna ġusti, fidi li mhijiex ħsieb, opinjoni jew idea, iżda komunjoni ma’ Kristu li mingħajr karità tkun fidi mejta. Fl-aħħar żewġ katekeżijiet, il-Papa tkellem fuq ir-rabta bejn Adam

L-E.T. Dr. George Abela u s-Sinjura tiegħu waqt żjara uffiċċjali ġewwa l-Vatikan nhar it-18 ta’ Ġunju 2009 (Ħajr lil Omar Camilleri - DOI)

“…fis-Salib ta’ Kristu, San Pawl ra l-imħabba u l-ħniena ta’ Alla, u kif għalih is-Salib għandu post ewlieni fl-istorja tal-umanità u huwa l-punt ċentrali tatteoloġija tiegħu, għaliex is-Salib ifisser is-salvazzjoni u l-element essenzjali talpredikazzjoni tal-Appostli.” u Kristu mfissra minn San Pawl fl-Ittra lir-Rumani li fiha ta lillKnisja l-punti essenzjali tat-tagħlim fuq id-dnub tan-nisel, kif ukoll dwar it-tagħlim ta’ San Pawl fuq il-Magħmudija u l-Ewkaristija li permezz tagħhom nistgħu dejjem aktar inħossu f ’qalbna kemm ilMulej Ġesù hu fil-qrib matul ħajjitna kollha. Bir-raġun għalhekk, waqt li din is-sena qegħdin niċċelebraw l-1950 anniversarju tan-Nawfraġju Pawlin

fuq gżiritna, ma nistgħux ma nħossuniex ixxurtjati li f ’April li ġej se jkollna fostna r-Ragħaj Universali tal-Knisja, il-Papa Benedittu XVI li daħal tant fil-fond fil-personalità u l-ħsieb tal-Appostlu Missierna San Pawl. Jalla li l-miġja tiegħu fostna, kif kien qal l-istess President ta’ Malta, tgħinna lkoll biex insaħħu l-valuri nsara li żera’ Pawlu f ’pajjiżna u li missirijietna matul is-snin dejjem għożżew kienu x’kienu d-diffikultajiet li ltaqgħu magħhom matul is-snin.

11


Ħarġa Speċjali -Festa tan-Nawfraġju ta’ San Pawl ‒ Valletta 2010

Intervista lis-Sur Paul Asciak, President Fundatur tal-Għaqda tal-Pawlini minn Paul Grima u Paul Spiteri

Is-Segretarju Paul Grima flimkien malPRO tal-Għaqda, Paul Spiteri jippreparaw il-loġistika għal-laqgħa li saret mas-Sur Paul Asciak, is-Sibt 5 ta’ Diċembru 2009 fl-Uffiċċju tal-Għaqda tal-Pawlini, nru. 195 Triq Sant Ursola, Valletta. Il-President u l-Kumitat kien preżenti għal din l-intervista.

Fejn twelidt u trabbejt u kif bdiet l-imħabba tiegħek lejn San Pawl u l-festa? Jien twelidt fit-28 ta’ Jannar fi Strada Teatro ħdejn isSuq, tgħammidt fil-Kolleġġjata ta’ San Pawl Nawfragu u semmewni Paolo. Niftakar li jiena u ħija ta’ warajja Carmelo konna midħla sewwa tal-Knisja ta’ San Pawl, konna abbatini u kuljum konna ngħinu quddiesa kull wieħed kmieni filgħodu, dak iż-żmien bil-Latin, filgħaxija konna mmorru d-dutrina, u kellna l-fanal tagħna biex meta jdoqq xi vjatku bil-lejl, ikun xi jkun il-ħin, inqumu u mmorru nakkumpanjaw is-Sagrament. Il-ġenituri tagħna kienu attivi sewwa fil-parroċċa u niftakar li meta l-mamà ħallietna, bħala

Is-Sur Paul Asciak jippreżenta d-disinn oriġinali xogħol il-pittur George Fenech li kien għamel biex jintuża bħala l-arma uffiċjali tal-Għaqda tal-Pawlini

12


sena mill-Miġja ta’ San Pawl f’Malta

rispett, numru ta’ kanonċi li kienu jafuha sewwa kienu akkompanjawha u qaddsulha fil-knisja ta’ San Pawl. Hemm ħafna xi tgħid iżda l-ħin ma jippermettilniex. Kif kienet il-Festa ta’ San Pawl qabel it-twelid tal-Għaqda talPawlini? Niftakar l-armar ta’ qabel il-gwerra dinjija, bl-Ark Trijunfali fi Triq San Pawl ħdejn il-bini tat-Times. Dan l-Ark kien inħaraq fil-gwerra biex isajru l-ikel fil-“Victory Kitchen”. Wara l-gwerra l-festa ma żammitx dak ir-rittmu ta’ entużjażmu u kemm il-festa ta’ barra kif ukoll dik ta’ġewwa kienu majnaw sewwa u l-attendenza naqset ġmielha.

Is-Sur Paul Asciak jidher jirrispondi għall-mistoqsija li saritlu waqt l-intervista

Kif twieldet l-Għaqda tal-Pawlini?

mdendla. Jien u ħabib tiegħi s-Sur Paul Zammit insistejna ftit aktar mill-ġemgħa preżenti li nkunu nafu x’ser jiġri, u wara kolletta (laqgħa) tal-Kapitlu, il-purċissjoni ma ħarġitx. Mis-sagristija ż-żgħira ħareġ ir-Rev. Karm Zammit li kien Viċi-Parroku tal-Kolleġġjata fejn għidtlu li nixtieq inkellmu fuq dak li ġara u hu qalli biex immur inkellmu aktar ’il quddiem. Ġranet wara, mort kellimtu iżda qabel Ottubru ma kelli ebda risposta.

Fi Frar ta’ l-1970 attendejt għallfesta tal-10 ta’ Frar filgħodu għallQuddiesa Pontifikali u filgħaxija għall-purċissjoni. Niftakar issagristija b’ħafna nies, saru l-5.30 p.m., it-temp kien inċert u x-xita

F’Ottubru sejjaħli r-Rev. Arċipriet Kanonku Anton Galea, illum Monsinjur, u morna nieħdu kafè għand Bonaci Premiere fi Triq Santa Luċija u staqsieni x’għandi f ’moħħi rigward il-festa. Jiena spjegajtlu u

Mill-1950 sa 1961 ma kontx Malta iżda wara l-festi kbar li kienu saru fiċ-Ċentinarju Nazzjonali Pawlin tal1960, il-festa speċjalment dik ta’ barra l-knisja ma baqgħetx ta’ l-istess livell. Bħal f ’kollox fil-ħajja, jiġu mumenti ta’ glorja u sfortunatament ngħid li jiġi żmien xejn feliċi fuq kollox u fuq kulħadd. Imma dik hi l-ħajja.

għidtlu li hemm bżonn li niffurmaw linji gwida biex noħolqu kumitat u ntejbu l-festa, kellna aktar laqgħat, u s-suġġeriment ġie approvat millKapitlu. X’diffikultajiet sibtu biex ħloqtu l-Għaqda u min kienu l-ewwel membri tal-Kumitat? Ma kenitx faċli twaqqaf l-Għaqda tal-Pawlini. Diġà kien hemm kumitat tal-festa u saru ħafna attentati iżda ma kien intlaħaq ebda ftehim. Blgħajnuna tal-Arċipriet iltqajt masSur Francis Tabone li kien imexxi l-Kumitat ta’ l-Arċipierku fejn kienet issir festa sabiħa, iltqajt mal-Kumitat u kien deċiż li noħolqu kumitat ġdid u nsemmuh “Għaqda tal-Pawlini”.

Membri tal-Kumitat jisimgħu attenti lill-fundatur tal-Għaqda tal-Pawlini

13


Ħarġa Speċjali -Festa tan-Nawfraġju ta’ San Pawl ‒ Valletta 2010

L-ewwel laqgħa saret fis-6 ta’ Novembru 1970 fil-każin Anglo Maltese fi Strada Merkanti. Jien mexxejt din il-laqgħa li għaliha kienu preżenti miegħi dawn issinjuri, Paul Degiorgio, Paul Abela, Paul Galea, Rev. P. Pawl Pisani, Paul Zammit, Emanuel Asciak, Richard Cremona, Francis Tabone, Carmelo Catania, Duminku Farrugia, u Ġużeppi Sultana. Il-Kumitat ġie elett b’dawn is-sinjuri membri: Paul Asciak (President), Rev. P.Pawl Pisani (Segretarju), Paul Zammit (Teżorier), Emmanuel Asciak, Rev. Mons. Philip Calleja, Carmel Catania, Richard Cremona, Carmel Mamo, Frans Tabone (Membri), Rev. Arċipriet Koad. Kan. Ant. Galea, Rev. Kan. Penitenzier Giuseppe Zammit, Re. Kan. Giovanni Ciarlò (Delegati tar-Rev. Kapitlu). Għamilt statut li kien ġie approvat kemm mill-Kapitlu kif ukoll mill-ewwel Kumitat tal-Għaqda u organizzajna ġabra ta’ donazzjonijiet biex inkopru l-ispejjeż talewwel festa. L-ewwel festa, dik tal-1971 kienet suċċess mill-ewwel u kienet ta’ inkoraġġiment kbir għalina. Bdejna nagħmlu ħafna attivitajiet għall-ġbir ta’ fondi, fosthom, għadni niftakar li konna nikru s-sala taż-żfin tallukanda Phoenicia biex nagħmlu laqgħat għall-membri. F’dawn il-laqgħat konna nagħmlu rkantijiet ta’ affarijiet li konna nakkwistaw u l-qligħ kien imur għallfesta. Bdejna nagħmlu wkoll attivitajiet kulturali bħall-wirja ta’ oġġetti prezzjużi li għandha l-knisja, f ’dak li kien il-Mużew tal-Arkeoloġija fi Triq ir-Repubblika, u l-Orkestra tat-Teatru Manoel iddoqq filKolleġġjata. Kif kont issib il-ħin bejn il-karriera u l-familja għax-xogħol tal-Għaqda? Meta bdiet l-Għaqda tal-Pawlini, ilkarriera tiegħi barra minn Malta, kif għidt qabel, waqfet fl-1961 u sibt, biex ngħid hekk, ir-rifuġju tiegħi f ’numru sewwa ta’ Artisti Maltin. Fl-1970 waqqaft l-Artists’ Guild. Niftakar li konna niltaqgħu fillibrerija tal-Mużew tal-Arkeoloġija. Ta’ sikwit konna ntellgħu esebizzjonijiet ta’

l-Arti hemmhekk u madwar Malta. Ma kenitx faċli biex issib il-ħin għal kollox. L-ewwel ix-xogħol u l-familja, iżda l-arti kienet dejjem parti minni u meta tkun tħobb dak li qed tagħmel, il-ħin toħolqu. Is-sena 2010 ser iġġib magħha l-1950 anniversarju mill-miġja ta’ San Pawl fostna. X’tiftakar miċ-Ċentinarju tal1960? Fl-1960 il-karriera tiegħi kienet għadha għaddejja barra minn Malta. Fl-1959 kelli l-okkażjoni li niġi mistieden minn kumpanija tal-opra Taljana biex niġi Malta u nkanta fl-opra Il Trovatore, l-aħħar opra lirika li saret fit-Teatru Radio City. Is-sena ta’ wara rġajt ġejt mistieden biex nerġa’ niġi nkanta u din id-darba l-opra kienet l-Otello ta’ Verdi. Din l-opra kienet parti minn staġun ta’ opri li tħejjew għaċ-ċelebrazzjonijiet taċ-Ċentinarju Pawlin. X’parir tagħti lill-kumitati futuri talGħaqda tal-Pawlini? Domanda f ’posta u sempliċi. Li jimxu fuq it-tfassil ta’ organizazzjoni li dan il-Kumitat immexxi minkom bl-akbar entużjażmu u dedikazzjoni baqa’ jikseb dejjem suċċessi akbar. Xogħol sar ħafna u armar ukoll, issa fil-fehma tiegħi wasal iż-żmien li tikkonsolidaw dak kollu li sar u jkun aktar għaqli li taħsbu fil-futur. Taħsbu li fil-futur ser jibqa’ jkun hemm nies bħalkom hekk iddedikati? Taħsbu li ser tibqgħu taħdmu kif qegħdin taħdmu? Allura jinħass issa l-bżonn li wieħed jikkuntenta b’dak li sar u jara li ma jitlef xejn minn dak li għamel. Jiena għandi fiduċja kbira fil-Kumitat tal-Għaqda u jiena żgur li l-membri tant numerużi tagħha jingħaqdu miegħi u jiżżukhom ħajr għal dak kollu li sar f ’dawn l-aħħar erbgħin sena u għall-festa kbira li bi ħsiebkom tħejju lil Kbir Appostlu Missierna San Pawl. Sur Paul Asciak grazzi ħafna u nawguralek ad multos annos.

Fl-aħħarnett, is-Sur Paul Asciak irregala numru ta’ dokumenti interessanti li jsawru l-istorja tal-Għaqda tal-Pawlini sa mit-twaqqif tagħha biex jiġu reġistrati u merfugħa fl-Arkivju tal-Għaqda tal-Pawlini. Ċertament, dawn id-dokumenti ntlaqgħu b’ferħ u entużjażmu kbir għax filwaqt li nistgħu nħarsu lura u naraw il-progress li sar matul is-snin, huwa l-impenn tagħna llum li nippriservaw din l-istorja u nħarsu ’l quddiem b’kuraġġ biex l-Għaqda talPawlini tibqa’ tikkontribwixxi fiż-żmien li ġej fil-Parroċċa Pawlina. 14


sena mill-Miġja ta’ San Pawl f’Malta

Inkomplu nimxu flimkien Dr. Alexiei Dingli

Sindku tal-Belt Valletta

Għeżież ħbieb, Huwa ta’ pjaċir tiegħi li għal darba oħra ġejt mistieden mill-Bord Editorjali sabiex nikteb kelmtejn. Matul is-sena li għaddiet, kelli l-okkażjoni li nżur bosta Beltin li għal raġuni jew oħra kienu għaddejin minn xi problema. Min għandu problema familjari, min problema ta’ saħħa, u l-lista tista’ tgħid ma tispiċċa qatt. Jien kont ninkwieta ħafna għal dawn il-familji għax huma dawn, li jsawru l-fibra tas-soċjetà tagħna. U wara kull żjara li kont nagħmel, kont nistaqsi lili nnifsi għalfejn dawn ilfamilji kellhom iġorru dan is-salib? Is-soluzzjoni għall-mistoqsija tiegħi ma kenitx wisq ’il bogħod, fil-fatt stajt insibha fil-kitbiet ta’ Missierna San Pawl. Aħsbu ftit fl-istorja tiegħu. Pawlu kien jaf fejn kien sejjer, kellu pjan biex jippersegwita l-Insara, u nistgħu ngħidu li l-futur tiegħu bħala mexxej tal-poplu kien diġà garantit. Dan il-pjan ma kienx ibbbażat fuq xi rgħiba għall-poter iżda fuq ix-xewqa li kellu Pawlu li jaqdi l-veru Alla. Il-Mulej, fl-imħabba tiegħu għallbniedem xtaq li Pawlu jiskopri l-vera triq u kien għalhekk li ġrat il-ġrajja tal-konverżjoni u tal-ħajja missjunarja ta’ Pawlu kif nafuha llum.

Ġrajja differenti ħafna minn kif kien ippjanaha Pawlu. Żgur li qatt ma kellu f ’moħħu li xi darba kellu jiġi Malta qabel ma ltaqa’ ma’ Alla! Però għalkemm nitkellmu ħafna fuq it-triq tal-Mulej, tajjeb li niftakru li ħafna drabi din it-triq mhix l-aktar waħda faċli! Anzi, nistgħu ngħidu li hija l-aktar triq ta’ prova. Tajjeb niftakru li Pawlu kellu jgħaddi minn ħafna tbatijiet sabiex ikun jista’ jaqdi lill-Mulej. Għadda minn tgħajjir, minn attentati fuq ħajtu, millgħarqa, sakemm fl-aħħar sab il-mewt f ’Ruma. Però r-riżultat nafuh. Nafu biżżejjed kif dan bir-raġun jistħoqqlu t-titlu ta’ Duttur tal-Ġnus, Predikatur tal-verità u Evanġelizzatur talMediterran. L-Għaqda tal-Pawlini bir-raġun taħdem u tistinka ta’ kull sena biex fl-10 ta’ Frar, il-Jum tan-Nawfraġju ta’ San Pawl, jiġi ċċelebrat f ’Beltna bl-aktar mod solenni, serju u li jixraq lil din il-ġrajja kbira flistorja ta’ pajjiżna, kif ukoll lil dan il-qaddis kbir li l-Providenza bagħtithulna f ’pajjiżna biex iwasslilna l-fidi nisranija. Jalla l-membri kollha tal-Għaqda talPawlini matul il-jiem li ġejjin ikomplu jikbru fl-imħabba tagħhom lejn Missierna San Pawl u jaħdmu

biex il-ferħ tagħhom ikun tassew rifless fl-impenn tagħhom għattisħiħ spiritwali tagħhom u ta’ dawk ta’ madwarhom. Jalla dan il-ferħ imbagħad jiġi ntegrat fil-ħajja soċjali, familjari u kulturali talkomunità parrokkjali. Fl-10 ta’ Frar 2010 ser inkunu qed infakkru ukoll l-1950 sena mill-miġja ta’ San Pawl f ’Malta u x’hemm isbaħ milli niċċelebraw dan l-avveniment permezz taż-Żjara tal-Qdusija Tiegħu, il-Papa Benedittu XVI. Bħal San Pawl, huwa se jiġi f ’din il-gżira biex iwasslilna l-Aħbar it-Tajba għażżminijiet tal-lum. Biex nikkonkludi l-messaġġ tiegħi , inħeġġeġ lill-Beltin kollha biex fuq l-eżempju ta’ San Pawl, minkejja l-mumenti ta’ prova li kultant ngħaddu minnhom, inkomplu nimxu flimkien imsaħħin bil-fidi u ngħinu lis-soċjetà tagħna tapprezza aħjar il-valuri nsara li dejjem kienu s-sinsla tal-familji Maltin u tas-socjetà Maltija kollha. F’isem il-Kunsill Lokali tal-Belt Valletta, nixtieq nawgura festa millisbaħ lill-Beltin kollha u nirringrazzja b’mod speċjali l-Għaqda tal-Pawlini tax-xogħol siewi li għamlu tul dawn l-aħħar 40 sena.

15



Introducing nothing new.

Here you go. Another perfect replica of the brew we made in 1873.

It could only be


Ħarġa Speċjali -Festa tan-Nawfraġju ta’ San Pawl ‒ Valletta 2010

Is-sehem attiv ta’ “La Valette” fil-Festi Ċentinarji Pawlini

Estratt mill-Ktieb “La Valette” Soċjetà Filarmonika Nazzjonali – L-Ewwel Mitt Sena Storja - Kan. John Ciarlò Is-sena 1960 tibqa’ mfakkra għallfesti kbar li saru f ’Malta biex ifakkru d-Dsatax-il Ċentinarju tal-miġja ta’ San Pawl fi gżiritna. Il-Festi Ċentinarji Pawlini fetħu uffiċjalment fl-1 ta’ Frar 1960, b’ċerimonja solenni li saret fis-Saqqajja, ir-Rabat, quddiem ix-xbiha storika ta’ San Pawl. Iċ-ċerimonja tmexxiet minn Mons. Arċisqof Mikiel Gonzi. Il-festi mbagħad komplew fil-Belt fil-Knisja Kolleġġjata ta’ San Pawl u laħqu l-qofol tagħhom fil-festa tal-10 ta’ Frar.

Hija mhux biss offriet kontribuzzjoni sabiħa ta’ £200 għall-ispejjeż tal-festi, iżda wkoll kellha membri tagħha fuq il-Kummissjoni Baned tal-Kumitat tal-Festa kif ukoll tat is-sehem sħiħ mużikali tagħha kif tagħmel kull sena. Kienet il-Banda “La Valette” li tat bidu għall-festi ta’ barra b’marċ li għamlet it-Tnejn, 25 ta’ Jannar, festa tal-Konverżjoni ta’ San Pawl. Il-marċ beda minn ħdejn il-Każin u għadda minn Triq Irjali, Triq Melita, u Triq San Pawl fost l-entużjażmu tan-nies.

Is-Soċjetà tat is-sehem u l-koperazzjoni sħaħ tagħha għassuċċess ta’ dawn il-festi ċentinarji.

Fit-8 ta’ Frar fil-Każin sar festin li għalih kienu mistednin it-tliet Isqfijiet Franġiskani li kienu ħadu

sehem attiv fil-festi ċentinarji. Dawn kienu Mons. Pacifico Perantoni, Isqof ta’ Gerace, Mons. F.S. Tinivella, Isqof ta’ Teggiano u Mons. P.A. Crivellari, Isqof ta’ Trivento. Attendew ukoll l-Isqfijiet Maltin, Mons. Arċisqof M. Gonzi u Mons. E. Galea. Għal din l-okkażjoni attenda wkoll il-President tal-Banda “King’s Own” is-Sur I. Bonavia u membri tal-kumitat tiegħu. Dawn għadhom sallum jiġu mistiedna ta’ kull sena għall-festin li jsir ftit qabel il-festa ta’ San Pawl. Lejlet il-festa, 9 ta’ Frar, il-Banda “La Valette” għamlet marċ trijonfali minn ħdejn il-Każin u għaddiet minn Triq Irjali, Triq San Ġwann, Triq Merkanti u Triq San Pawl. Bħal kull sena, l-entużjażmu ta’ dan il-marċ laħaq il-qofol tiegħu meta wasal fl-aħħar ta’ Triq San Pawl, fl-inħawi tal-Arċipiergu. L-għada, l-10 ta’ Frar, Festa tanNawfraġju, wara l-Pontifikal, il-Kumitat ta’ “La Valette” u tal“King’s Own” kienu mistiedna għal riċeviment fl-Awla Kapitulari millKapitlu tal-Kolleġġjata. Fis-siegħa mbagħad beda l-marċ tradizzjonali u popolari tal-Banda “La Valette” fost l-entużjażmu kbir tal-Pawlini. Fl-istess jum, wara nofsinnhar il-Banda “King’s Own” ħadet sehem għall-ewwel darba flistorja tagħha fil-festa ta’ San Pawl b’marċ fi Triq Irjali, u wara daqqet programm mużikali fi Pjazza Reġina. Il-Banda “King’s Own” mhux biss daqqet bla ħlas, iżda wkoll ħalliet il-planċier tagħha fi Pjazza Reġina sabiex ikunu jistgħu jdoqqu fuqu baned oħra.

Il-Kardinal Legat A.J. Muench li ppresieda l-Festi Ċentinarji Pawlini akkumpanjat minn membri tal-Kumitat waqt ir-riċeviment li sar ad unur tiegħu fil-Każin

18

Filgħaxija daqqet ukoll il-Banda “Leone” ta’ Victoria, Għawdex, li għamlet marċ fi Triq Irjali, u wara esegwiet programm fi Pjazza talPalazz taħt id-direzzjoni tas-Surmast


Il-Membri tal-Kumitat flimkien mal-Isqfijiet Maltin u l-Isqfijiet Franġiskani li attendew għall-festi ċentinarji li saru fil-knisja Kolleġġjata ta’ San Pawl tal-Belt

Joseph Sammut. F’nofs il-programm, is-Sur Pawl Pace, Viċi-President ta’ “La Valette” ippreżenta tazza kbira lin-Nutar John Busuttil LL.D., President tal-Banda Leone f ’isem l-ammiraturi tal-Banda “La Valette”. Wara l-festi ċentinarji ta’ San Pawl fil-Belt, il-Kumitat Nazzjonali Pawlin, imwaqqaf mill-Arċisqof, kompla sejjer bil-festi ċentinarji bi programm ta’ pellegrinaġġi, ċelebrazzjonijiet, wirjiet, laqgħat reliġjużi u akkademiċi u funzjonijiet reliġjużi fil-knejjes u fil-postijiet kollha marbutin mattradizzjonijiet Pawlini. Dawn iċ-ċelebrazzjonijiet laħqu l-qofol tagħhom bejn l-10 u l-25 ta’ Lulju, 1960 b’manifestazzjonijiet reliġjużi kbar fil-Belt u fuq il-Fosos talFurjana. Is-Soċjetà Filarmonika Nazzjonali “La Valette” ħadet sehem attiv f ’dawn iċ-ċelebrazzjonijiet nazzjonali wkoll. Fl-10 ta’ Lulju filgħodu saret Quddiesa Pontifikali mill-Arċisqof fil-knisja Kolleġġjata San Pawl, ilBelt. Filgħaxija saret it-traslazzjoni ta’ Ikona ta’ San Pawl tas-seklu erbatax mill-Katidral tal-Mdina għall-Kon-Katidral ta’ San Ġwann, il-Belt. Din l-ikona nġarret fuq

trakk mill-Mdina għall-Belt u għaddiet minn sitt parroċċi differenti u kull fejn għaddiet ingħatat merħba kbira. Folol kbar ta’ nies ħonqu l-Belt u assistew għall-wasla u d-daħla tagħha filKon-Katidral ta’ San Ġwann, fejn intlaqgħet minn Mons. Arċisqof Mikiel Gonzi, li qal it-talba taċĊentinarju Pawlin. Wara, il-Banda “La Valette” u l-Banda “King’s Own” daqqew marċi fil-Belt. Fis-17 ta’ Lulju, bil-permess ġentili tal-Kumitat, fis-sala l-kbira tal-Każin sar riċeviment organizzat minn Mons. Antonio Cilia, il-President tal-Opri Missjunarji Pontifiċji, f ’ġieh il-Kardinal Valerian Gracias, Arċisqof ta’ Bombay. Wara laqgħa kbira li saritlu fil-Kon-Katidral ta’ San Ġwann il-Komunità Indjana ta’ Malta laqgħet fostha lill-Kardinal Indjan fil-Każin u għamlitlu laqgħa sabiħa ta’ ferħ u offrietlu somma ta’ elf rupee. Is-Sur Naraindos Mohnani, f ’indirizz li għamel f ’isem sħabu l-Indjani, esprima l-ferħ ta’ kulħadd għall-preżenza tal-Kardinal f ’Malta u rringrazzja lill-poplu Malti Kattoliku għar-rispett u l-imħabba li dejjem wera lejn il-Komunità Indjana f ’Malta.

Fit-18 u d-19 ta’ Lulju fit-toroq prinċipali tal-Belt saru żewġ sfilati b’karrijiet iddekorati li kienu jippreżentaw il-punti ewlenin tal-ħajja u l-missjoni ta’ San Pawl. Il-Belt kienet maħnuqa bin-nies li daħlu biex jaraw dawn l-isfilati. Matul dawn il-jiem il-Każin ospita diversi Isqfijiet u Kardinali li marru jassistu għal dawn l-isfilati millgallarija tal-Każin. Fost dawn kien hemm il-Kardinal P. Marella, l-Arċisqof G. O’Hara, Delegat Apostoliku għall-Ingilterra, Malta u Ġibiltà, l-Arċisqof E. Florit ta’ Firenze, u l-Isqfijiet Mons. A. Nuer, Isqof Awżiljarju ta’ Thebes, Mons. G. Perniciano, Isqof Awżiljarju ta’ Piana degli Albanesi, u Mons. C. Ferrero di Cavallerleone, Arċisqof ta’ Trebisbonda u Prelat tal-Ordni Sovran tal-Kavallieri ta’ San Ġwann. Fl-20 ta’ Lulju, 1960, wasal Malta l-Kardinal Mons. A.J. Muench, ilLegat tal-Papa għall-Festi Ċentinarji Pawlini. Id-daħla tiegħu fil-Belt kienet waħda trijunfali. Kif kien għaddej minn quddiem il-Każin, il-Kardinal Legat ġie ppreżentat bukkett fjuri f ’isem is-Soċjetà. Filgħaxija l-Banda “La Valette”

19




Ħarġa Speċjali -Festa tan-Nawfraġju ta’ San Pawl ‒ Valletta 2010

u l-Banda “King’s Own” daqqew programm fi Pjazza Reġina. Għal din l-okkażjoni, il-Banda “La Valette” esegwiet Kunċert Bandistiku Vokali. Fl-ewwel parti tal-programm, il-Banda daqqet biċċiet mit-Traviata ta’ Verdi li fiha ħadu sehem is-Sopran Hilda Tabone, it-Tenur Andrew Sapiano u l-Baritonu Joe Bezzina u l-Kor tal-Ħamrun. Fit-tieni parti, il-Banda esegwiet Xena Lirika bl-isem “IdDawl mit-Tempesta” kompożizzjoni ta’ Maestro Joseph Camilleri li kitibha għall-okkażjoni fuq versi tal-poeta Malti Dun Frans Camilleri. Ħadu sehem is-Sopran Hilda Tabone u l-Kor tal-Ħamrun, waqt li ġew ippreżentati Tableaux Vivants minn Dun James W. Orr, Assistent Segretarju Ġenerali tal-Kumitat Pawlin. Fit-tielet parti, il-Banda, taħt id-direzzjoni ta’ Maestro J. Camilleri, daqqet Romanza Turandot ta’ Puccini bil-parteċipazzjoni tat-Tenur Elia Cassar, Kant Faust ta’ Gounod bis-sehem tas-sopran Hilda Tabone, tatTenur Andrew Sapiano, tal-Baxx Piju Zammit u l-Kor tal-Ħamrun li kien mgħallem minn Dun G. Cachia. Il-programm spiċċa bid-daqq tal-Innu taċ-Ċentinarju, l-Innu La Valette, l-Innu tal-Papa, l-Innu Malti u God save the Queen.

Fit-22 ta’ Lulju, wara li l-Kardinal Legat ippresieda Soireè Academique fir-Rotunda tal-Mosta li matulha ndaqq il-Paulus ta’ Mendellsohn taħt id-direzzjoni ta’ Maestro P. Albert Borg O.S.A., huwa attenda għal riċeviment li s-Soċjetà “La Valette” għamlet f ’ġieħu filKażin. Għal din l-okkażjoni attendew Mons. Arċisqof M. Gonzi, l-Isqof Mons. E. Galea, rappreżentanza tal-Kapitlu ta’ San Pawl u ta’ l-Ordnijiet Reliġjużi, l-Imħallfin W. Harding u G. Flores, il-membri talKummissjonijiet tas-Soċjetà, rappreżentanza talKumitat Nazzjonali Pawlin u tal-Kumitat tal-Festa ta’ San Pawl. Waqt ir-riċeviment, is-Soċjetà offriet rigali lill-Kardinal Legat u lill-Isqfijiet. Is-Soċjetà għamlet riċeviment ieħor f ’ġieħ l-Isqof Karmelitan Mons. Telesforo Cioli, Isqof Awżiljarju ta’ Arezzo, li kien hawn Malta għall-Festi Ċentinarji Pawlini. Waqt ir-riċeviment, l-Isqof Mons. Cioli ppreżenta lil Dr. Ġorġ Borg Olivier, il-President, ċentru tal-fidda għasSoċjetà. Fl-istess okkażjoni, is-Sur Zammit, li kien Malta ma’ grupp ta’ Maltin mill-Algiers li kienu ġew għall-Festi Ċentinarji ppreżenta lill-President trofew lis-Soċjetà. Għal din l-okkażjoni kienu preżenti l-membri tal-Kumitat u s-Surmast Direttur J. Camilleri.

Il-Kardinal Valerian Gracias Arċisqof ta’ Bombay, waqt ir-riċeviment li sarlu fil-Każin

22


Dehra tal-marċ fi Triq San Pawl fil-festa tan-Nawfragju ta’ San Pawl tal-1960

Marċi li ser jiġu esegwiti mill-Banda Soc. Fil. Naz. La Valette fl-okkażjoni tal-Festa tan-Nawfraġju ta’ San Pawl – Valletta d 10 ta’ Frar 2010 d

San Paolo 1960 Malta ta’ Pawlu Heron Viva Pablo Centenarian Celebration Golden Jubilee Pablo St. Paul ’60 Cent. Paulinary 40 Sena mill-Għaqda tal-Pawlini San Paolo nro. 5 Marcia San Paolo Inno “La Valette”

R. Caffarelli J. Vella V. Ciappara J. Chappell J. M. Barbara J. Azzopardi P. Arnaud V. Ciappara J. Azzopardi D. Darmanin C. Botti C. Botti C. Botti

Surmast Direttur: Mro. Dominic Darmanin

23



13 FEB - 24 FEB 06 MAR - 17 MAR 27 MAR - 07 MAR


St. Anne’s Square, Sliema - Tel. 2258 4432 Opening soon in Merchants Street, Valletta



Ħarġa Speċjali -Festa tan-Nawfraġju ta’ San Pawl ‒ Valletta 2010

San Pawl u l-armar tal-Festa Mario Cassar Viċi-President

Ħbieb, Għaddew biss sitt xhur minn meta kellna l-aħħar festa, xi ħaġa mhux tas-soltu, għax normalment ngħidu li għaddiet sena oħra. Kienet sena straordinarja, sena tassew speċjali, sena mimlija attivitajiet kemm fuq skala nazzjonali u oħrajn fuq skala parrokkjali. Nistgħu ngħidu li għaddiet bħal ħolma però se tibqa’ f ’moħħ u l-qalb ta’ kull pawlin għax verament memorji sbieħ speċjalment dik il-ġurnata tal-għeluq tas-Sena Pawlina, il-ġurnata tad-29 ta’ Ġunju 2009 meta erġajna rajna t-toroq tal-Belt Valletta miżgħuda bin-nies biex jassistu għall-manifestazzjoni djoċesana bis-sehem talLegat tal-Papa, l-Emminenza Tiegħu, Ennio Antonelli biex jagħlaq is-Sena Pawlina. F’għeluq is-Sena Pawlina saret Quddiesa fl-apert f ’Misraħ San Ġwann bis-sehem tal-Isqfijiet u l-kleru, li għaliha attendew l-ogħla awtoritajiet tal-pajjiż fosthom l-E.T. President ta’ Malta, Dr. George Abela u s-Sinjura tiegħu u l-Onor. Prim Ministru Dr. Lawrence Gonzi u s-Sinjura, u persuni oħra distinti. Il-poplu daħal bi ħġaru fil-kapitali Valletta biex jassisti għal dan l-avveniment kbir. Ma jistax jonqos li nagħmel riferenza għallparteċipazzjoni sħiħa tal-Parroċċa San Pawl Nawfragu tal-Belt Valletta li ħadet sehem f ’dawn il-festi kbar saħansitra bis-sehem tal-vara ta’ San Pawl li flimkien mal-vara ta’ San Publju komplew iżejnu din ilmanifestazzjoni djoċesana.

28

Iż-żewġ vari titulari ltaqgħu għal darb’oħra wara ħamsin sena, din id-darba fil-Belt Valletta, replica ta’ dak li kien seħħ fiċ-Ċentinarju Nazzjonali Pawlin tal-1960 meta f ’Malta kien ġie mfakkar id-Dsatax-il Ċentinarju millMiġja ta’ San Pawl. B’hekk għalaqna s-Sena Pawlina u tajna bidu għaċ-Ċelebrazzjonijiet li qed iżżomm il-Knisja Maltija biex titfakkar l-1950 sena mill-Miġja ta’ San Pawl f ’Malta. Ftit tax-xhur ilu, ilqajna bil-ferħ l-aħbar li l-Qdusija Tiegħu l-Papa Benedittu XVI se jżur Art San Pawl biex ifakkar l-miġja ta’ San Pawl f ’Malta. Mument ieħor sabiħ fl-istorja ta’ Malta tagħna li l-Qdusija Tiegħu, l-Papa Benedittu XVI se jżur Malta biex ikebbes il-fjamma talfidi li xegħlet 1950 sena ilu bil-miġja providenzjali ta’ San Pawl fuq il-gżira tagħna. Il-Festa tan-Nawfraġju ta’ San Pawl ta’ din is-sena għandha sinjifikat qawwi u l-Parroċċa qed tħejji għal din il-festa bl-istess dinjità li saru fiż-żewġ festi kbar li saru fi Frar u f ’Ġunju tas-sena li għaddiet. Bħala l-persuna nkarigata wkoll mill-armar tal-festa flimkien mal-kollega tiegħi Joseph Cremona, din il-Ħarġa Speċjali tal-Festa tagħtini l-opportunità biex nitkellem dwar l-armar li naraw fit-toroq tagħna fi żmien il-festa li jitratta l-aspett kulturali tal-festa pawlina. Fil-preżent, l-Għaqda tal-Pawlini varat proġett imqassam fuq perjodu ta’ snin u dan jikkonsisti f ’armar ta’ pavaljuni ġodda bil-ħsieb li jieħdu post sett ieħor biex il-parroċċa tkun imżejna kif jixraq għall-festa pawlina.


sena mill-Miġja ta’ San Pawl f’Malta

It-Tlieta, 22 ta’ Jannar 2002 qabel ma nġiebu lura ż-żewġ anġli tal-artist Karlu Darmanin li kienu għar-restawr għand Noel Cauchi, li jidher fl-istess ritratt

Puttini li jintramaw mal-faċċata tal-Knisja, xogħol l-istatwarju Karlu Darmanin u restawrati minn Noel Cauchi Kurċifiss: xogħol ta’ Noel Cauchi; Artal San Krispin u San Krispinjanu, Knisja San Pawl Nawfragu, Valletta

29


Ħarġa Speċjali -Festa tan-Nawfraġju ta’ San Pawl ‒ Valletta 2010

Il-Kumitat tal-Festa kien ħareġ sejħa ta’ interess biex jintgħażel disinn adatt għall-festa tagħna u l-għażla tal-Kumitat waqgħet fuq disinn imħejji minn Jeremy Cachia miż-Żurrieq fost disinjaturi oħra tajbin. Dan huwa disinn sabiħ ħafna u l-Kumitat iddeċieda li dan is-sett joħroġ komplut. Matul din is-sena sar ħafna xogħol importanti ta’ ħsieb għaliex ħafna mix-xogħol se jsir minn idejn il-pawlini bħal ma sar dejjem u jekk Alla jrid is-sena d-dieħla jibda l-proċess normali billi jitħejja l-ingrandiment sabiex jibda t-tfassil, il-ħjata, u l-isfumar ta’ tlettax-il pavaljun. Ma’ dan il-proġett, għaddej ukoll ix-xogħol fuq il-kolonna tal-Papa Ljun XIII li ġiet armata għall-ewwel darba filFesta tal-10 ta’ Frar 2009 f ’Misraħ San Ġwann. Wasalna fil-fażi tal-irħamar u l-induratura u hawnhekk nixtieq nieħu din l-okkażjoni biex f ’ismi u f ’isem id-Direttur tal-Armar, Joseph Cremona nirringrazzjaw lil dawk ilvoluntiera kollha li jagħmlu tant sagrifiċċji jagħtu millħin tagħhom għall-festa li sservi wkoll ta’ rikreazzjoni għalihom li qed jimpenjaw irwieħhom u qed iżommu attività ħajja fil-maħżen tal-armar u nżommu ħaj il-kult pawlin. Ftit tax-xhur ilu, preċiżament f ’Novembru li għadda nħsadna bl-aħbar tal-mewt tal-artist Noel Cauchi li miet traġikament, aġbar li ħasdet mhux biss lill-familjari tiegħu imma wkoll lid-dilettanti tal-festi speċjalment fejn tidħol l-arti tal-mudellatura tal-istatwi u dawk life-size li tiegħu huma x-xogħlijiet f ’diversi bliet u rħula Maltin. Noel kien raġel tal-familja, ta’ ftit kliem u kellu ħiliet kbar fl-immudellar tal-istatwi ż-żgħar tant li nsibu ħafna xogħlijiet fid-djar privati.

30

L-Għaqda tal-Pawlini kellha għajn tajba li tagħraf ilkwalitajiet tajbin ta’ dan l-artist żagħżugħ u tgħożż ix-xogħol li sar fuq żewġ puttini li jintramaw mal-faċċata tal-knisja ta’ San Pawl Nawfragu, liema inizzjattiva daħlu għaliha l-Fergħa Żgħażagħ Pawlini. Fl-2002 il-Kumitat ċentrali kkummissjona lil Noel Cauchi biex jirrestawra l-anġli fil-kartapesta tal-artist rinomat Carlo Darmanin biex reġgħu ngħataw id-dehra oriġinali tagħhom fejn l-artist kellu biċċa xogħol diffiċli ħafna biex jirrispetta x-xogħol tal-awtur. Illum nistgħu nammiraw u napprezzaw dan il-patrimonju li qed jiġi armat fuq żewġ pedestalli mal-faċċata tal-knisja. Fis-sena 2008, Noel ġie kkummissjunat minn Donald Parsons, Rettur tal-Fratellanza ta’ San Krispin u San Krispinjanu li tinsab fil-Kolleġġjata ta’ San Pawl Nawfragu biex jaħdem kurċifiss għal dan l-artal fl-okkażjoni tasSena Pawlina. Nista’ nikkonferma s-sodisfazzjon u l-ferħ li kellu Noel għal din il-kummissjoni li permezz tagħha, l-opra tiegħu, illum tinsab fil-Kolleġġjata ta’ San Pawl. Jekk Alla jrid, wieħed ikun jista’ jammira x-xogħol ta’ dan il-kurċifiss fil-ġimgħa tal-festa meta l-knisja tkun armata. Għalkemm Noel ma kienx mill-Belt, kellu ħafna ħbieb pawlini u kien iħobb ħafna lil San Pawl. F’isem il-Pawlini kollha, ngħidlek grazzi ta’ kull m’għamilt magħna u nwegħduk it-talb tagħna. Nagħlaq billi nħeġġeġ lill-Maltin u l-Għawdxin kollha jingħaqdu magħna l-beltin biex niċċelebraw kif jixraq u b’mod dinjituż din il-festa għażiża tal-Appostlu Missierna San Pawl, Patrun ta’ Malta.


Papa Ljun XIII - Xogħol l-istatwarju Ramon Camilleri McKay. Din l-istatwa ntramat għall-ewwel darba fi Pjazza San Ġwann għall-festa tal-10 ta’ Frar tas-Sena Pawlina 2009.

31


Ħarġa Speċjali -Festa tan-Nawfraġju ta’ San Pawl ‒ Valletta 2010

Quddiem l-Istatwa tal-Gafà 20 ta’ Jannar 1995 Mons. Amante Buontempo

(Bil-kortesija tal-familja Buontempo)

M’għadhomx, San Pawl, uliedek kif ħallejthom, Meta ppridkajt ‘il Kristu Msallab, b’idek Merfugħa ‘l fuq, u b’sejfek fl-art imniżżel, B’għajnejk miftuħa beraħ, trodd lil Sidek

tas-swar li bnew għail missirijietna. tħallix San Pawl, li nibqa waħdi nsemmi tal-Għarqa l-ġrajjiet kbar li mlew l-istorja t’Artna, l’għaliha lest inxerred demmi!

l-erwieħ għatxana tal-Maltin bi ħġarhom, jisimgħu kliemek sod u jbaxxu rashom! Illum hawn fostna min hu egħref minnek, Jikteb fit-tul biex itajrilhom ngħashom.

Għollu leħinkom biex tiddieħku bija, intom għorrief tal-lum, li ċħadtu l-Fidi; imma tistennew qatt li nbiddel fehmti bħala qaddej fidil ta’ Kristu Sidi.

Kitbietek lill-Maltin naqqaxthom f ’qalbhom, Mhux b’ittri bħalm’ għamilt mal-Korintin w oħrajn, li nsewk malajr u tilfu l-Fidi: qalbna ma tħassret qatt matul is-snin!

Irrid nibqa’ marbut, bejn żewġ kolonni, mal-Madonna u San Pawl, li qatt ma nsewni, biex leħni fid-deżert jibqa’ jinstema’ fl-irkejjen ta’ din l-art, fejn minsi ħbewni.

Imm’issa dehru fostna lpup ħattafa, Li qed iħarbtu l-merħla li rgħajt int: U donnu s-skiet qed jaħkem fuq ir-rgħajja; U jien bqajt waħdi nħuf minn wara ċ-ċint

Jien forsi ma naf xejn ħlief immil rasi għal kulma tgħid il-Knisja bl-ogħla Setgħa, għax nemmen fl-irbit sħiħ bejn Pawlu w Malta, u naf li għandi mmut bla ma naf meta!

32



Ħarġa Speċjali -Festa tan-Nawfraġju ta’ San Pawl ‒ Valletta 2010

San Pawl jippriedka f’Ateni (1515), xogħol ta’ Raffaello, Victoria and Albert Museum

Pawlu huwa l-leħen li jingħaraf Vincent Farrugia

Sa minn ċkuniti trabbejt madwar il-parroċċa tiegħi fil-Belt, il-knisja dedikata lill-Appostlu tal-Ġnus smajt ħafna dwar San Pawl iżda nistqarr li meta kien jidhirli li naf ħafna, fil-verità ma kont naf xejn, u jekk irrid inkun sinċier titgħallem kemm titgħallem u tiskopri kemm tiskopri l-kobor ta’ San Pawl, dejjem tibqa’ ssib minjiera ta’ tagħlim u tagħrif x’titgħallem. Kien żmien ta’ preparazzjoni għas-sena Pawlina li tħeġġiġt sabiex dak li qatt ma kont naf fuq l-appostlu Pawlu nibda nagħmel studju dwaru. Kien Fr. Marcello Girlando O.F.M. li kompla jimlini bil-kuraġġ u ssuġġerieli sabiex nibda kors fit-teoloġija biex b’hekk ninżel fl-għeruq ta’ ħajjet l-appostlu Pawlu. Il-llum li temmejt l-ewwel parti tal-istudju tiegħi qiegħed naqsam magħkom ftit minn din it-teżi tiegħi fuq San Pawl. F`dawn il-ftit versi sejrin naraw ftit, u fil-qosor il-figura importanti u storika ta’ Pawlu ta’ Tarsu! Dokumenti bikrija jiddiskrivu l-figura ta’ Pawlu bħala bniedem qsajjar, qargħi, matnazz u samrani. Fin-nuqqas ta’ xbiha kontemporanja din id-deskrizzjoni influwenzat ir-ritratt talqaddis tul l-istorja tal-arti (ara l-vara ta’ San Pawl f`Palazzolo, Sqallija) fir-Rinaxximent fuq l-eżempju ta’ artisti medjevali nsibuh b’dawn il-karatteristiċi u saħansitra baffi sewda folta imbagħad fis-seklu 17 u iżjed tard insibuh b’baffi bajda b’xagħar twil. Fi rwol ta’ Patrijarka, l-ikonografija jew aħjar is-simbolu komuni użat biex il-qaddis difensur ta’ Kristu jingħaraf aħjar, żdidulu xabla tal-martirju u l-manuskritt jew il-parċmina, bħala l-awtur tal-epistoli ħafna drabi nsibuh flimkien ma’ San Pietru. Sawl kif kien magħruf, inbidel b`mod radikali wara l-kuntatt personali li kellu ma’ Kristu Ġesù fi triqtu lejn Damasku. Pawlu mibdul millvokazzjoni tiegħu li b’tant żelu ħaddan il-liġi Lhudija, minn dik ta’

34


sena mill-Miġja ta’ San Pawl f’Malta

persekutur ta’ segwaċi ta’ Kristu, fi triqtu lejn Damasku, waslet lil Pawlu biex l-istess Kristu jsir iċ-ċentru ta’ ħajtu filwaqt li jħalli kollox għall-kobor tal-għarfien tiegħu u tal-ministeru tal-imħabba, li ħaddan kemm felaħ biex issa jxandar lil Kristu ma’ kulħadd l-aktar fost il-pagani. Il-passjoni tiegħu għal Kristu li tant ippersegwita permezz ta’ segwaċi ta’ Ġesù Kristu issa wasslitu biex jippriedka l-vanġelu mhux biss bil-kelma imma saħansitra b’ħajtu stess, dejjem aktar jixbah lill-Mulej tiegħu Ġesù “mhux jien ngħix imma Kristu li jgħix fija ” ( Gal 2: 20 ).

dak li hu essenzjali, muri bil-mod tiegħu ħafna drabi anki b`mod passjonali, xi kultant anki polemiku saħansitra li ma jċedi għall-ebda kompromess. Tant huwa hekk li diġà fit-tieni u t-tielet seklu tal-Kristjaneżmu kienu jakkużawh l-appostlu tal-eretiċi, fl-istorja tal-Knisja, l-ittri tiegħu kellhom influwenza qawwija ħafna fit-tisħiħ tal-kelma ta’ Kristu tal-għaqda fil-komunitajiet insara. “L-Appostlu talĠnus, huwa bniedem eċċezzjonali għani fid-dawl u nar, filpassjoni u rieda, fl-ispirtu u l-grazzja, fil-kobor u l-umiltà, f’ħin wieħed żgur minnu nnifsu” (E.P. Sanders).

Il-fehma magħquda mal-ġrajja ta’ Damasku għamlet l-ewwel minnu konvertit kbir ta’ l-istorja nisranija. Minn Lhudi mħeġġeġ ħarries kburi tal-liġi, Pawlu ħalla l-ħajtu tinqaleb u aċċetta li jitlef saħansitra dak kollu li għalih kien sigurtà, dan sabiex issa jinxteħet għall-qadi ta’ l-evanġelju li għalih kien sinonimu mal-persuna ħajja ta’ Kristu “Għalija l-ħajja hi Kristu u l-mewt hi rebħ ( Fil 1 :21 ) minħabba fih ridt li nitlef kollox u ngħodd kollox bħala knis biex nirbaħ lil Kristu u nkun ninsab fih ( Fil 3 : 8-9 ). Pawlu jistqarr, “iżda ġarrabt dan kollu għall-imħabba ta’ Gesù Kristu”.

Pawlu assigura d-dritt tal-ħsieb dejjiemi fil-Kristjaneżmu, huwa l-qaddis protettur tal-ħsieb tal-Kristjaneżmu. It-teoloġija pawlina tagħmel minn kollox biex turi biċċar ħafna drabi s-sens salvifiku tas-salib, hija teoloġija tal-kelma, għaliex huwa biss permezz tal-kelma tas-salib li din il-mewt ta’ Ġesù tibqa’ preżenti, grazzja, wegħda, impenn, u huwa Kristu rxoxt li din il-kelma tintwera, bil-predikazzjoni fis-sagramenti u fil-ħajja nisranija (E. KASEMANN) xhieda ħajja dwar il-qawmien mill-imwiet ta’ Kristu. Pawlu jgħidilna “Ġesù dak li miet, iżda fuq kollox li qam mill-mewt u għadu ħaj” (Att 25,19). Hu jkompli jgħid li Kristu Ġesù jfisser għalina, jekk immutu miegħu ngħixu wkoll (2 Tim. 2,11) u fl-ewwel ittra lillKorintin ħallielna l-isbaħ dokument ta’ tagħlim tiegħu fuq il-qawmien tiegħu mill-mewt (15,1-58). Daqstant ieħor hi essenzjali l-fidi fil-qawmien mill-mewt ta’ dawk kollha li jmutu fi Kristu għax jekk Alla ma qajjimx lil ibnu millmewt, fiergħa kienet tkun il-fidi tagħna. Konċiż fil-kelma u sod fl-azzjoni, Pawlu huwa l-pilastru tal-Kristjaneżmu, huwa eżempju u xempju perfett għal kull nisrani “Imitaw lili għax jien imitajt lil Kristu”.

Pawlu, l-interpretu l-aktar fidil tal-vanġelu, iħabbar lill-umanità kollha u japplikah għall-bżonnijiet kollha, individwali, familjari u soċjali (G. Alberion). “Solus Christi” din hi l-essenza tat-teoloġija ta’ Pawlu, il-ġustifikazzjoni permezz tal-fidi, hija l-espressjoni l-aktar qawwija tiegħu. Fil-ħajja missjunarja tiegħu Pawlu jingħaraf minn oħrajn, drabi ma jkunx daqshekk armonizzat magħhom, il-mod tiegħu, li jikkonċentra fuq

Konklużjoni Ma ġie xejn aktar provokat fid-dinja mill-predikazzjoni ta’ San Pawl (M. Luteru). Hekk inkiteb fuq l-Appostlu tal-Ġnus, u bir-raġun! Għax Pawlu għamel rivoluzzjoni qawwija fil-Knisja ta’ Kristu, bl-ittri, it-twiddib flimkien mal-mod tal-predikazzjoni u xandir evanġeliku mal-mod ta’ kif kien jgħix, saffa u għaqqad il-komunitajiet insara. Minn Lhudi mħeġġeġ, ħarries tal-liġi, Pawlu ħalla lil ħajtu tiżżarma minn barra u jimtela bl-ispirtu minn ġewwa, aċċetta li jitlef dak kollu li għalih kien ifisser sigurtà sabiex jingħata għall-qadi ta’ l-Evanġelju. “Għalija l-ħajja hi Kristu (Fil, 1-21) “Minħabba fih ridt nitlef kollox biex nirbaħ lil Kristu u nkun ninsab fih (Fil, 3 8-9). Il-kuntatt dirett u filfond ma’ Pawlu ma jistax iħallina indifferenti, ir-radikalità dejjiema tal-evanġelju li hu ppriedka twassal biex naħsbu kif aħna tassew insara, insara anke fi-żminijiet tal-lum u hekk ma jonqosx li terġa’ tqajjem fina mill-ġdid sens ta’ meravilja u stagħġib!

Mużajk Biżantin li jinstab ġewwa l-knisja ta’ Chora f’Istanbul

Lilna l-Maltin u l-Għawdxin b`mod partikulari li wellidna għall-ħajja fi Kristu Ġesù bħalu rridu nifhmu li l-mewt hija rebħa u kif Kristu miet u qam rebbieħ fuq l-istess mewt, hekk ukoll aħna nqumu rebbieħa ma’ Kristu għall-glorja ta’ dejjem. San Pawl huwa l-Appostlu u għalina huwa ukoll missier. Nitħeġġu għalhekk mit-tagħlim tiegħu u nibqgħu sħaħ u sodi fil-fidi sabiex aħna ukoll inkunu nistgħu bħal Pawlu fil-mument tal-mewt tagħna ngħidu, “Temmejt il-ġirja, ħarist il-fidi mill-bqija hemm merfugħa għalija ilkuruna tas-salvazzjoni”.

35


ISSOLVILEK IL-PROBLEMA TAL-ÓAMIEM 4 Ma j˙allix il-˙amiem ipo©©i. 4 Sempliçi biex jitwa˙˙al: jew bil-kolla, jew bil-viti, jew bl-imsiemer. 4 Ma˙dum minn vireg ta’ l-‘istainless steel’ u ‘UV stabilised polycarbonate plastic’. 4 Effettiv u r˙is. 4 L-istess sistema intuΩat f’Robert Sammut Hall, il-Furjana, fil-Knisja ta’ Sta. Catarina d’Italia u f’Bere© u Bini Storiku ie˙or.

“Theuma House”, 302, Triq San Pawl, Valletta VLT 1213 Tel: 21 236605 / 21 234075 Fax: 21 244201 info@etheuma.com www.etheuma.com



Ħarġa Speċjali -Festa tan-Nawfraġju ta’ San Pawl ‒ Valletta 2010

Pittura ta’ E.V. Cremona li ta sehem kbir fil-lat artistiku tal-Festi Ċentinarji

Il-Miġja ta’ San Pawl f ’Malta (10 ta’ Frar) Atti 27, 39-44, 28, 1-10 Ġanni Camilleri, Mellieħa - 09-02-2009

38


sena mill-Miġja ta’ San Pawl f’Malta

Dwar dil-ġrajja, kiteb Luqa bi Grieg ċar u tant sabiħ, għax dan Luqa kien jivvjaġġa ma’ San Pawl li kkonvertieh.

Kif sar jaf bil-ħsieb ta’ moħħhom, Ġulju, l-kap u ċenturjun, ma ħalliex dal-pjan jitwettaq, xtaq li Pawlu salv ikun.

Damu ftit jaraw x’ser jiġri iżda Sawl ma ġralu xejn. U ġo n-nar il-lifgħa farfar qisu qatt ma ġara xejn.

Kien it-tielet vjaġġ ta’ Pawlu meta l-ħalel kbar xitwin, kaxkru l-ġifen ġewwa Malta, b’xorti tajba għan-nies Maltin.

Pawlu qal lil dawk li jgħumu biex fis jgħumu lejn ix-xatt. Lill-oħrajn ma’ njama jaqbdu, b’hekk isalva żgur kulħadd.

“Dan xi alla!” lkoll bdew jgħidu għax hemm baqa’ qawwi u sħiħ. Dak li raw ma sarx b’dik ħiltu, ’mma b’dak li hu tant jemmen Fih.

Din il-ġrajja nkitbet fl-Atti, fl-aħħar żewġ kapitli tiegħu. Meta Pawlu kien ibaħħar lejn l-Italja b’Luqa miegħu.

Dak li sar kif għamar Pawlu u salvaw minn ħalq il-mewġ. Għax kulma kien jgħid dak Pawlu, dejjem kien jiġilu żewġ!

F’dawk l-inħawi kien hemm l-oqsma tal-kbir prinċep tal-Maltin. Dan kien Publju, l-kap tal-Gżira li sar jaf b’dawk it-talin.

Wara jiem mal-mewġ jitħabtu, f ’sebħ ta’ jum, dawn gżira raw. Ferħu lkoll dawk b’dik id-dehra, u fittxew biex hemm jankraw.

“Meta ħlisna lkoll mill-għarqa,” kiteb Luqa fl-Atti tiegħu, “sibna li dik kienet Malta” u kulħadd kien qabel miegħu.

Publju laqa’ lil dawk għandu. Żammhom miegħu tlitt ijiem sħaħ. Publju kellmu dwar missieru, talbu wkoll imur jarah.

U ħeġġiġhom Pawlu jieklu għax kien ilhom jiem sajmin u qalilhom li ħadd minnhom ma jintilef mill-baħrin.

Kif kulħadd kien salv fil-gżira, sabu n-nies hemm jistennew. Dawn laqgħuhom bl-akbar ħlewwa; mill-aħjar lil dawk kennew.

Dan missier il-kap tal-Gżira kien bid-deni u sew magħkus. Kien marid b’disenterija, xtaq li jfejqu mqar bil-flus.

Iżda r-riħ kien jonfoħ sewwa. Kien il-bard u x-xita wkoll. U mal-mewġ kbir bdew jitħabtu biex dawn ma jaħbtux ma’ skoll.

Billi x-xita kienet nieżla, u l-bard beda jagħmel tiegħu, il-Maltin lestew ħuġġieġa lil dan Pawlu u ’l sħabu miegħu.

Resaq lejh, dan Pawlu t-twajjeb, għamel talba ’l Alla tiegħu. Poġġa jdejh it-tnejn dan fuqu, fis id-deni tbiegħed minn miegħu.

Kien għalhekk li qatgħu l-ankri biex il-ġifen jieħdu r-riħ lejn ix-xatt, u biex kull wieħed jinżel fuqha qawwi u sħiħ.

Pawlu xtaq li jagħti sehmu u fis sab ftit zkuk nixfin, u tefagħhom fil-ħuġġieġa ’mma ġrat biċċa, x’waħda din!

Saru jafu n-nies tal-Gżira. Bdew iġibu l-morda ħdejh biex ifejjaq il-mard tagħhom billi jmisshom dan b’idejh.

’Mma f’ħin minnhom dawn intebħu li spiċċaw ’mwaħħlin ma’ skoll. U bil-ġifen tiela’ u nieżel bdew jitkissru f ’dan ukoll.

Qalb iz-zkuk kien hemm il-lifgħa li x’ħin ħasset dak in-nar, ħarġet, qabdet ma’ id Pawlu; dan deher ċar għax kien bi nhar.

Dam tliet xhur jgħix ġewwa l-Gżira, sa ma x-xitwa ġiet fit-tmiem, għax kien sogru tbaħħar fiha, kif xhud kienu dawk il-jiem!

Hawn qabadhom ħafna biża’ għax ix-xatt kien ftit ’il bogħod. Iżda Pawlu l-qalb għamlilhom, ikkalmahom bil-mod il-mod.

X’ħin raw dan, in-nies tal-gżira, tgħidx kemm stagħġbu b’dak li raw! “Dan qattiel!” ilkoll bdew jgħidu, u lejn l-id tiegħu ċċassaw.

U dan Luqa hekk temm dil-ġrajja: lilna wrewna ġieħ, kuraġġ. Qabel tlaqna għabbewlna l-ġifen b’kulma kien meħtieġ għall-vjaġġ.

Dawk li kienu jafu jgħumu, Ħasbu biex jaħarbu wkoll billi jaqbżu fis ġol-baħar biex mill-mewt jeħilsu lkoll

U stennew lil Sawl jintefaħ, jaqa’ f ’daqqa, u jmut hemm. Għax tassew din qabdet m’idu u tefgħatlu f ’idu s-semm.

biex ħadd minnhom żgur ma jaħrab, is-suldati riedu wkoll jaqbdu u joqtlu l-priġunieri qabel ma jaħarbu lkoll.

“Kien qattiel żgur dan ir-raġel.” Qalu n-nies li kien hemm ħdejh. Għax li dan kien raġel tajjeb, ma kenitx tigdimlu jdejh!” 39


Ħarġa Speċjali -Festa tan-Nawfraġju ta’ San Pawl ‒ Valletta 2010 sena mill-Miġja ta’ San Pawl f’Malta

Tifkira tal-Festa Solenni tan-Nawfraġju ta’ San Pawl li se ssir fl-Insinji, Kolleġġjata, Matriċi, Veskovili, Parrokkjali u Prinċipali tal-Belt Valletta

Programm tal-Festa

1950 Sena mill-Miġja ta’ San Pawl f ’Malta - 60 A.D. – 2010 Is-Sibt, 23 ta’ Jannar Bidu tal-Programm tal-Festa. 5.30 p.m. Rużarju u Barka Sagramentali. 6.00 p.m. Quddiesa Konċelebrata bis-sehem tar- Reverendissmu Kapitlu. Titmexxa mill-Arċipriet Kan. Alfred Camilleri. Isir talb speċjali għas-suċċess tal-Festa. Wara l-Konċelebrazzjoni l-vara ta’ San Pawl toħroġ min-niċċa u titqiegħed fil-knisja għall- qima tagħna. Isir kant Pawlin u tingħad il-kurunella lil Missierna San Pawl. Il-fjamma Pawlina tinxtegħel b’mod solenni quddiem ix- xbieha ta’ San Pawl. It-Tnejn, 25 ta’ Jannar Festa tal-Konverżjoni ta’ San Pawl 5.30 p.m. Rużarju u Barka Sagramentali. 6.00 p.m. Konċelebrazzjoni bis-sehem tal-Kapitlu. Il-priedka tal-okkażjoni ssir mill-Kan. Antoine Borg, Kappillan tal-Parroċċa ta’ Santa Marija, Mġarr (Malta) It-Tlieta, 26 ta’ Jannar 5.30 p.m. Rużarju u Barka Sagramentali. 6.00 p.m. Quddiesa konċelebrata mmexxija mill- Komunità tal-Patrijiet Franġiskani. Imexxi l-Gwardjan P. Marcello Ghirlando O.F.M. L-Erbgħa, 27 ta’ Jannar Grupp Kariżmatiku ‘Ħniena Divina’ 5.30 p.m. Rużarju u Barka Sagramentali. 6.00 p.m. Quddiesa organizzata u animata mill-Grupp Kariżmatiku. Iqaddes Rev. P. Tonio Mifsud O.F.M. Conv. Il-Ħamis, 28 ta’ Jannar 5.30 p.m. Rużarju u Barka Sagramentali. 6.00 p.m. Quddiesa letta. Wara l-quddiesa jkollna adorazzjoni li fiha jsir talb speċjali biex il-Festa tkun mument qawwi ta’ grazzja u ta’ għaqda u mħabba bejnietna.

40

Il-Ġimgħa, 29 ta’ Jannar JUM IT-TFAL 5.30 p.m. Rużarju u Barka Sagramentali. 6.00 p.m. Quddiesa organizzata għat-tfal. Iqaddes Rev. Kan. Lawrence Zammit. It-tfal kollha li jattendu jingħataw tifkira tal-Festa. Is-Sibt, 30 ta’ Jannar JUM IL-FESTA NISRANIJA 5.30 p.m. Rużarju u Barka Sagramentali. 6.00 p.m. Quddiesa organizzata mill-Kummissjoni Familja. Iqaddes Rev. P. Ray Falzon O.F.M. Wara l-Evanġelju jsir it-tiġdid tas-Sagrament taż-Żwieġ. Tingħata tifkira tal-okkażjoni. Il-Ħadd, 31 ta’ Jannar JUM L-GĦAQDA TAL-PAWLINI 5.30 p.m. Rużarju u Barka Sagramentali. 6.00 p.m. Quddiesa organizzata u animata mill-membri tal-Għaqda tal-Pawlini li din is-sena qed tiċċelebra l-40 anniversarju mit-twaqqif tagħha. Iqaddes Rev. P. Pawl Galea O.F.M. It-Tnejn, 1 ta’ Frar JUM L-EWKARISTIJA 5.30 p.m. Rużarju u Barka Sagramentali. 6.00 p.m. Quddiesa mmexxija mill-Monsinjur Joseph Mifsud Bonnici. Wara l-omelija, il-Ministri Straordinarji tat-Tqarbin iġeddu l-impenn tagħhom. It-Tlieta, 2 ta’ Frar FESTA TAL-PREŻENTAZZJONI TA’ ĠESÙ FIT-TEMPJU 5.30 p.m. Rużarju u Barka Sagramentali. 6.00 p.m. Quddiesa konċelebrata bis-sehem tal-Kapitlu. L-Erbgħa, 3 ta’ Frar JUM L-GĦAQDIET U L-OPERATURI PASTORALI 5.30 p.m. Rużarju u Barka Sagramentali. 6.00 p.m. Quddiesa mmexxija minn Rev. P. George Aquilina O.F.M.


Il-Ħamis, 4 ta’ Frar JUM IL-KELMA T’ALLA 5.30 p.m. Rużarju u Barka Sagramentali. 6.00 p.m. Quddiesa li fiha jiġu mistiedna dawk li jaqraw il-Kelma t’Alla. Fil-quddies, dawn iġeddu l-mandat tagħhom. Iqaddes Rev. P. Norbert Ellul Vincenti O.F.M. Il-Ġimgħa, 5 ta’ Frar 5.30 p.m. Rużarju u Barka Sagramentali. 6.00 p.m. Quddiesa b’riflessjoni dwar il-grazzja li messet lil Malta meta laqgħet l-Aħbar it-Tajba mingħand Pawlu. Iqaddes Rev. Kan. Carmelo Busuttil. Is-Sibt, 6 ta’ Frar L-EWWEL JUM TAT-TRIDWU 5.00 p.m. Għasar kantat immexxi mill-Kan. Joseph Grech Cremona. 5.30 p.m. Rużarju. 6.00 p.m. Quddiesa kantata solenni mmexxija mill-Kan. Kanċillier Ġwann Ciarlò. Jieħu sehem il-Kor Parrokkjali Saulus. Wara l-quddiesa l-ewwel priedka tat-Tridwu minn Rev. P. Martin Mamo O.F.M. Cap. Innu, Antifona, u Barka Sagramentali. Wara l-barka sagramentali jsir il-bews tar-Relikwija tad-Driegħ ta’ San Pawl. Il-Ħadd, 7 ta’ Frar IT-TIENI JUM TAT-TRIDWU 5.00 p.m. Għasar kantat immexxi mill-Kan. Frans Perici Calsacione. 5.30 p.m. Rużarju. 6.00 p.m. Quddiesa kantata mmexxija mill-Kan. Kantur Ġwann Borg. Wara l-quddiesa priedka tat-Tridwu minn Rev. P. Martin Mamo O.F.M. Cap. Innu, Antifona, u Barka Sagramentali. Wara l-barka sagramentali jsir il-bews tar-Relikwija tad-Driegħ ta’ San Pawl. It-Tnejn, 8 ta’ Frar IT-TIELET U L-AĦĦAR JUM TAT-TRIDWU 5.00 p.m. Għasar kantat immexxi mill-Kan. Lawrence Zammit. 5.30 p.m. Rużarju. 6.00 p.m. Quddiesa kantata mmexxija mill-Kan. Arċipriet Alfred Camilleri. Wara l-quddiesa priedka tat-Tridwu minn Rev. P. Martin Mamo O.F.M. Cap. Innu, Antifona, u Barka Sagramentali. Wara l-barka sagramentali jsir il-bews tar-Relikwija tad-Driegħ ta’ San Pawl.

It-Tlieta, 9 ta’ Frar LEJLIET IL-FESTA 10.00 a.m. Quddiesa għall-morda u għall-anzjani li fiha jiġi amministrat is-Sagrament tal-Griżma tal-Morda. Iqaddes il-Kan. Penitenzier Vincent Borg, Viċi-Parroku.

sena mill-Miġja ta’ San Pawl f’Malta

5.15 p.m. Traslazzjoni Solenni mmexxija mill-E.T. Mons. Pawlu Cremona, Arċisqof ta’ Malta. Għasar Solenni bis-sehem tal-Kor u l-orkestra. 7.15 p.m. Quddiesa kantata ta’ lejliet il-Festa. Iqaddes Rev. Kan. Carmelo Attard. L-Erbgħa, 10 ta’ Frar JUM IL-FESTA TAN-NAWFRAĠJU TA’ SAN PAWL 7.00 a.m. Quddiesa. Mistiedna speċjali l-Kappillani, Superjuri, u r-Retturi tal-knejjes tal-Belt Valletta. Imexxi l-konċelebrazzjoni l-Provinċjal Sandro Overand O.F.M. 8.00 a.m. Quddiesa. Mistiedna speċjali li għaliha jiġu mistiedna rappreżentanza minn Kapitli u saċerdoti oħra. Imexxi din il-konċelebrazzjoni Rev. Mons. Lawrence Mifsud. 9.00 a.m. Jasal l-E.T. Mons. Pawlu Cremona, Arċisqof ta’ Malta. 9.15 a.m. Quddiesa Pontifikali mmexxija mill-E.T. Mons. Pawlu Cremona, Arċisqof ta’ Malta. Wara l-Evanġelju, jinseġ il- paneġierku, Mons. Carmelo Refalo, Arċipriet tal-Parroċċa tax-Xagħra, Għawdex. 11.45 a.m. Quddiesa letta. Iqaddes Rev. P. Robert Farrugia O. Carm. 3.45 p.m. Quddiesa bl-Ingliż għall-viżitaturi. Iqaddes Prof. P. Peter Serracino Inglott. 5.00 p.m. Għasar lett. 5.30 p.m. Purċissjoni Sinodali bil-vara devota tal- Appostlu Missierna San Pawl u d-Driegħ Mirakoluż. Imexxi l-Purċissjoni Rev. Kan. Lawrence Zammit. 7.00 p.m. Fi Pjazza San Ġwann, l-Arċipriet Kan. Alfred Camilleri jmexxi l-Istqarrija tal-Fidi. 9.30 p.m. Dħul tal-Purċissjoni, Innu, Antifona u Barka Sagramentali.

Matul il-ġranet tal-Festa jieħu sehem il-Kor Parrokkjali Saulus taħt id-direzzjoni tas-Sur Albert Scicluna. FilĦruġ tal-vara min-niċċa, u mill-ewwel Jum tat-Tridwu ’l quddiem, il-Kor u l-Orkestra jkunu taħt id-direzzjoni ta’ Mro. Dr. Joseph Gatt Ph. D.

41


Sterling Silver with semi-precious stones and fine Costume Jewellery 43A, Zachary Street, Valletta Tel. 21226565


sena mill-Miġja ta’ San Pawl f’Malta

Studju tal-artist Malti James Vella Clark (1975) maħdum fl-1997 meta kien jiddisinja biss billapes. “Jiena u naħdem fuq din it-tpinġija, niftakarni naħseb kif lil San Pawl spiss nassoċjawh ma’ l-Appostlu aggressiv, kif jidher fl-istatwa tal-Gafà, jew kif ġieli huwa stess kien jagħti x’jifhem mill-Ittri u l-mod kif kien jikteb. Hawnhekk iżda, San Pawl bħal donnu huwa mneżża’ minn kull sens ta’ superjorità u jidher bħala bniedem umli u kwiet. Bilkalma kollha jidher qed iżomm il-lifgħa f’idu qabel ma jarmieha lura filħuġġieġa. Fil-pittura, San Pawl u sieħbu San Luqa jidhru kalmi u f’kontroll assolut.

43


Ħarġa Speċjali -Festa tan-Nawfraġju ta’ San Pawl ‒ Valletta 2010 sena mill-Miġja ta’ San Pawl f’Malta

Tifkira tal-Festa Solenni tan-Nawfraġju ta’ San Pawl li se ssir fl-Insinji, Kolleġġjata, Matriċi, Veskovili, Parrokkjali u Prinċipali tal-Belt Valletta

Programm tal-Festa

1950 Sena mill-Miġja ta’ San Pawl f ’Malta - 60 A.D. – 2010 Is-Sibt, 23 ta’ Jannar ĦRUĠ TAL-ISTATWA TA’ SAN PAWL MIN-NIĊĊA 08.00 a.m. Salut 12.00 p.m. Salut 06.00 p.m. Quddiesa konċelebrata bis-sehem tal- Kapitlu b’talb speċjali għas-suċċess talFesta. Ma’ tmiem il-Quddiesa tiġi esegwita l-Antifona ‘Sanctae Paule’ ta’ Mro. Dr. Paolo Nani. L-Għaqda tal-Pawlini tiftaħ l-impenji tagħha tal-festa fejn tipparteċipa għal din l-okkażjoni. Wara l-konċelebrazzjoni solenni jsir il-Ħruġ tal-Istatwa ta’ San Pawl min-niċċa fejn jiġu esegwiti Innijiet Pawlini. Tingħad il-kurunella lil San Pawl. L-orkestra fil-knisja tkun taħt id-direzzjoni ta’ Mro. Dr. Joseph Gatt Ph.D., Wara ċ-ċelebrazzjoni fil-knisja, attività organizzata mill-Għaqda tal-Pawlini għall- membri u l-parruċċani fi spirtu festiv ħdejn il-knisja. Il-Ħadd, 31 ta’ Jannar Jum l-Għaqda tal-Pawlini fl-okkażjoni tal-40 anniversarju mit-twaqqif tal-Għaqda. Quddiesa animata u organizzata mill-membri tal-Għaqda fil-Knisja ta’ San Pawl Nawfragu. Iqaddes Rev. P. Pawl Galea O.F.M. Riċeviment tal-Festa mogħti mill-Kumitat tas-Soc. Fil. Naz. La Valette. Il-Ġimgħa, 5 ta’ Frar 7.30 p.m. Kunċert Ġenerali tal-marċi fil-Każin tas Soc. Fil. Naz. La Valette. Is-Sibt, 6 ta’ Frar L-EWWEL JUM TAT-TRIDWU 8.30 p.m. Riċeviment tal-Festa ġewwa Domus Pauli. L-Għaqda tal-Pawlini ‘Fergħa Żgħażagħ tippreżenta l-Premju San Pawl għas-sena 2009-10.

44

Il-Ħadd, 7 ta’ Frar IT-TIENI JUM TAT-TRIDWU 8.30 p.m. L-Għaqda tal-Pawlini torganizza festival ta’ mużika allegra fil-Każin tas-Soc. Fil. Naz. La Valette bis-sezzjoni tal-Brass Band taħt id-direzzjoni tas-Surmast Mro. Dominic Darmanin A. (Mus.) L.C.M., F.L.C.M. It-Tnejn, 8 ta’ Frar IT-TIELET U L-AĦĦAR JUM TAT-TRIDWU 7.30 p.m. Manifestazzjoni bl-Istatwa ta’ San Pawl fil-Konverżjoni bis-sehem tal-Għaqda Mużikali Beland – Żejtun A.D. 1861 bħala parti miċ-ċelebrazzjonijiet tal-40 anniversarju mit-twaqqif tal-Għaqda tal- Pawlini. Il-Fergħa Żgħażagħ Pawlini jieħdu sehem attiv f’din il-manifestazzjoni reliġjuża. Il-marċ jibda minn Triq San Pawl, Triq San Ġwann, Triq Sant Ursola, Triq San Kristofru, Triq il-Mediterran, Triq San Nikola, Triq Sant Ursola, Triq San Nikola, Triq San Pawl, Triq l-Arċisqof, Triq San Pawl, Triq Santa Luċija, Triq ir-Repubblika sa Pjazza l-Assedju l-Kbir fejn l-Istatwa ta’ San Pawl tittella fuq pedestal f’atmosfera festiva. It-Tlieta, 9 ta’ Frar LEJLIET IL-FESTA 5.30 p.m. Traslazzjoni solenni mmexxija minn Mons. Pawl Cremona, Arċisqof ta’ Malta. Jinħaraq salut u nar tal-ajru minn Misraħ Kastilja. 7.00 p.m. Il-Banda tas-Soc. Fil. Naz. La Valette tesegwixxi marċ tradizzjonali u popolari minn Triq ir-Repubblika, Pjazza San Ġwann, Triq il-Merkanti, Triq Melita, Triq San Pawl, Triq San Duminku, Triq il-Mediterran. SPETTAKLU TA’ LOGĦOB TAN-NAR TAL-ART U TAL-AJRU L-Għaqda tal-Pawlini – Kummissjoni Nar tippreżenta spettaklu ta’ logħob tan-nar mill-Port il-Kbir. In-Nar tal-Art ġie manifatturat mill-Kamra tan-Nar 12th May ta’ Ħaż-Żebbuġ.


L-Erbgħa, 10 ta’ Frar JUM IL-FESTA TAN-NAWFRAĠJU TA’ SAN PAWL 8.00 a.m. Salut 9.15 a.m. Quddiesa Pontifikali mmexxija minn Mons. Pawl Cremona, Arċisqof ta’ Malta. 11.45 a.m. Il-Fondazzjoni Wirt Artna żżomm tradizzjoni antika ta’ sparar mis-Saluting Battery tal-Belt Valletta fl-okkażjoni tal-Festa tan-Nawfraġju ta’ San Pawl, bħala l-Qaddis Patrun tal- Gżejjer Maltin. 12.00 p.m. Wara l-Quddiesa Pontifikali, l-E.T. President ta’ Malta Dr. George Abela u s-Sinjura Tiegħu, u dinjitarji oħra distinti jkunu mistiedna għal riċeviment fid-Domus Pauli. 12.45 p.m. Marċ tradizzjonali u popolari mill-Banda tas-Soc. Fil. Naz. La Valette. Jibda minn Triq San Pawl, Triq l-Arċisqof, Triq ir- Repubblika, Misraħ San Ġwann, Triq il- Merkanti, Triq Melita, Triq San Pawl u l-marċ jintemm ħdejn il-knisja. 5.30 p.m. Purċissjoni Sinodali bil-vara ta’ San Pawl u r-Relikwija tad-Driegħ Mirakoluż. Salut u kaxxa nfernali.

sena mill-Miġja ta’ San Pawl f’Malta

Il-Banda Konti Ruġġieru tar-Rabat tilqa’ l-vara ta’ San Pawl ħierġa mill-Knisja bl- Innu lil San Pawl ta’ Mro. C. Botti. Tkompli b’marċ minn Triq l-Arċisqof, Triq il- Merkanti, Triq it-Teatru l-Qadim, Triq ir- Repubblika fejn il-Banda ssellem lill-Istatwa ta’ San Pawl fi Pjazza l-Assedju l-Kbir. IlBanda Konti Ruġġieru ssegwi l-purċissjoni għal Pjazza San Ġwann fejn wara l-Istqarrija tal-Fidi jiġi esegwit l-Innu ‘Mis-Sema l-Ġmiel li Jsebbaħ’ ta’ Mro. Giuseppe Micallef. 5.30 p.m.

Il-Banda tas-Soc. Fil. Nicolò Isouard tal-Mosta tesegwixxi marċ minn Triq ir- Repubblika, Pjazza San Ġwann fejn hemm tassisti għall-Istqarrija tal-Fidi quddiem poplu numeruż. Il-Banda Nicolò Isouard tkompli b’marċ u tesegwixxi Innijiet Pawlini sad-dħul tal-vara fil-Knisja.

9.30 p.m. Dħul tal-vara, kaxxa nfernali u għeluq tal- Festa. Fil-ġurnata tal-10 ta’ Frar 2010 se terġa’ ssir il-badge day li ġiet introdotta fil-festa tal-2009 biex din it-tradizzjoni żżomm postha fil-Festa tan-Nawfraġju ta’ San Pawl.

www.sanpawlmalta.com

45


Ħarġa Speċjali -Festa tan-Nawfraġju ta’ San Pawl ‒ Valletta 2010

Twaqqif tal-Parroċċa F’anqas minn sena wara r-rebħa tal-kavallieri tal-Ordni ta’ San Ġwann fuq il-Misilmin waqt l-assedju qalil tal-1565, il-Granmastru tal-Ordni, Fra Jean de Valette (1557-68) nhar it-28 ta’ Marzu 1566 qiegħed solennement l-ewwel ġebla tal-belt il-ġdida. Il-kanonċi tal-Knisja Katidrali tad-Djoċesi fl-Imdina ddeċidew jixtru biċċa art f ’din il-belt imsemmija. L-art inxtrat meta l-gżira kienet mingħajr Isqof propju tagħha u kienet immexxija mill-Vigarju Ġenerali sede vacante Don Anton Bartolo. Fuq din l-art kellha tinbena knisja għall-parroċċa talbelt il-ġdida u mhux kif ħasbu l-Ġurati tal-Università li ser jiġi trasferit il-Katidral mill-Imdina għall-Belt Valletta. Il-ħtieġa li jintbagħat qassis għall-bżonnijiet spiritwali tan-nies filBelt beda jiżdied tant li fl-20 ta’ Diċembru 1570, il-Vigarju Ġenerali bagħat lil Don Teramo Balzan biex jamministra s-sagramenti lin-nies. Don Teramo kien jamministra s-sagramenti minn kappella ċkejkna dedikata lil Marija Annunzjata fejn illum tinsab il-Knisja tal-Madonna tal-Karmnu li kienet lesta fl-1570.

L-istorja li sawret ilKolleġġjata ta’ San Pawl Nawfragu

Robert Cassar

M.A.; B. Cons.(Hons.); B.A. Hons.

L-istorja tat-twaqqif tal-Parroċċa ta’ San Pawl Nawfragu teħodna lura għażżminijiet bikrin ta’ wara l-Assedju l-Kbir meta ġie deċiż li tinbena belt moderna fuq l-Għolja Xiberras. Antikament fuq din l-għolja naturali bejn żewġ ibħra kien hemm niċċa jew aħjar kappella ċkejkna dedikata lil San Pawl li sfat meqruda mitTorok waqt l-Assedju. 46

L-ewwel kappillan Il-kapitlu tal-Knisja Kattedrali mmexxi mill-Vigarju Ġenerali Bartolo, fit-22 ta’ April 1571 iddeċieda li jibgħat saċerdot sekular fil-Belt Valletta sewwa sew fil-knisja tal-Karmelitani. L-ewwel kappillan nominat għall-parroċċa tal-Belt kien Don Mariano Briffa li sa mit-2 ta’ Ġunju 1570 kien kappillan tal-knisja parrokkjali ta’ Ħal Qormi. Hekk kienet twaqqfet il-Parroċċa tal-Belt il-ġdida u li ħarġet direttament mill-Knisja Katidrali. Il-bini ta’ l-ewwel knisja parrokkjali Fl-1577, bi flus il-Katidral, kien ingħata bidu għall-bini tal-knisja ta’ San Pawl fil-lok fejn illum insibu l-knisja tal-Ġiżwiti. Inbniet millarkitett Malti Girolamo Cassar u ġiet dedikata lill-“Miġja ta’ San Pawl f ’Malta’’. Din tlestiet f ’qasir żmien u f ’Diċembru 1582, il-kappillan ħalla l-knisja tal-Karmnu u mar fil-knisja tiegħu propja. Kwadru titulari Fl-1580 tlesta l-kwadru titulari ta’ din il-knisja mill-artist Matteo Perez d’Aleccio. Dan juri l-mument tal-miraklu tal-lifgħa li ġrat wara n-Nawfraġju ta’ San Pawl. Tħallas mill-Isqof ta’ Malta, Fra Tomaso Gargallo u bħala rikordju ta’ dan insibu fih kemm ir-ritratt kif ukoll l-arma araldika tiegħu. Fortunatament, dan il-kwadru hekk prezzjuż għadna ngawduh sal-ġurnata ta’ llum għaliex meta nbnew kemm ittieni kif ukoll it-tielet knisja, dan ġie addattat u rranġat biex qagħad fil-prospettiva kemmxejn ċkejkna li għadu fiha sa llum. Tqassim tal-limiti parrokkjali Bejn l-1571 u l-1585, iż-żewġ kappillani tal-Belt baqgħu jeżerċitaw il-missjoni tagħhom; wieħed fil-knisja ta’ San Pawl mantnuta millKatidral u l-ieħor fil-knisja tal-Porto Salvo mingħajr distinzjoni ta’ limiti. Waqt iż-żjara tal-Viżitatur Appostoliku, Mons. Inkwiżitur Asciano Libertano fis-17 ta’ Novembru 1585, huwa stabbilixxa l-limiti propji taż-żewġ parroċċi. Tinbena t-tieni knisja Fl-1609 l-art tal-ewwel knisja ngħatat lill-Ġiżwiti biex tinbena t-tieni knisja fil-post ta’ llum. Il-patrijiet Ġiżwiti xtraw biċċa art bejn Triq il-Merkanti u Triq San Pawl qrib il-Monte di Pietà. Din ċedewha lill-Kappillan ta’ San Pawl, Don Giovanni Pace flok il-knisja ċkejkna li kienet għadha kemm inbniet. Sat-2 ta’ Mejju 1609, l-Isqof Gargallo kien ġa ta l-kunsens biex jinbeda l-bini tat-tieni knisja parrokkjali ta’ San Pawl. Din tlestiet għaxar snin wara. Il-knisja kienet żgħira u kienet tikkonsisti f ’ħames artali u peress li ma kellhiex kor, il-qassisin


kienu jkantaw is-salmi quddiem l-artal maġġur. Skond wieħed mill-pattijiet li ġew stipulati bejn il-Patrijiet Ġiżwiti u l-Kappillan Pace, il-kwadru titulari tan-Nawfraġju ta’ San Pawl kellu jiġi trasferit fil-knisja l-ġdida b’mod li tibqa’ ntitolata għan-Nawfraġju ta’ San Pawl. Minn barra l-kwadru titulari, kellhom jiġu trasportati wkoll dak ta’ San Eliġju, ilħwejjeġ tas-servizz u l-fonti tal-magħmudija. Tinbena t-tielet knisja Maż-żmien it-tieni knisja bdiet turi sinjali li ser taqa’. Għalhekk fl-1639 kellha tinħatt u minnufih beda l-bini ta’ knisja ġdida fuq l-istess sit. In-navata tal-knisja nbniet fuq disinn ta’ Bartolomeo Garagona filwaqt li l-kappelluni u s-saqaf huma ta’ Francesco Sammut. Il-koppla, il-kor u s-sagristija kienu saru iżjed tard.

Dettal tal-faccata l-qadima tal-Knisja Kolleggjata madwar l-1880

Fondazzjoni Caterina Valenti Fl-1656, Caterina Valenti – “una donna singolare per la sua pietà e devozione verso San Paolo. . . fu devotissima signora ed affezionatissima verso la chiesa’’ waqqfet f ’din il-knisja benefiċjatura/uffiċjatura ta’ tmien saċerdoti u arċipriet bħala kap tagħhom. Dan jidher mid-digriet ta’ l-Isqof Mons. Fra Giovanni Balaguer, fl-atti tal-Kurja veskovili tat-23 ta’ Jannar 1658, fejn ġew stipulati l-obbligazzjonijiet marbuta ma’ din ilfundazzjoni. Il-‘beneficiati’ nominati millfondatriċi kkonċedewlha li tindifen fil-knisja, fin-nava fl-ewwel ringiela li tiġi f ’riġlejn il-presbiterju u quddiem l-artal maġġur. Il-vara proċessjonali Fid-29 ta’ Jannar 1690, il-vara proċessjonali li għadna ngawdu sa llum inġarret għall-ewwel darba għall-festa ta’ San Pawl. L-istatwa F’dan ir-ritratt jidhru ż-żewġ kampnari tal-Kolleġġjata turi l-figura ta’ l-Appostlu San Pawl waqt il-miraklu tal-lifgħa, dak il-mument fejn ilMaltin għarfu li dik il-persuna kienet xi ħadd speċjali. Inħadmet fl-injam u hija dokumentata li saret Ruma fl-1659 bi flus in-Nobbli Paolo Testaferrata, Baruni ta’ Gomerino. Aktarx li l-festa tan-Nawfraġju ta’ San Pawl kienet għall-ewwel issir nhar dik tal-Konverżjoni jiġifieri fil-25 ta’ Jannar. Probabbilment li l-purċissjoni bdiet issir b’wegħda wara l-flaġell tal-pesta tal-1676. Kien l-Isqof Mons. Fra Davide Cocco Palmieri li stabbilixxa jum il-festa tan-Nawfraġju għall10 ta’ Frar. Dan ġie konfermat fis-Sinodu li sar fil-Katidral ta’ l-Imdina f ’April 1703. L-Isqof kien iddikjara wkoll lill-Appostlu San Pawl patrun tal-Belt Valletta. Parroċċa ssir Kolleġġjata Fis-16 ta’ Settembru 1733, din il-knisja parrokkjali ġiet elevata għat-tiltu ta’

Il-faċċata tal-knisja kif nafuha llum

47




Ħarġa Speċjali -Festa tan-Nawfraġju ta’ San Pawl ‒ Valletta 2010

Kolleġġjata Insinji bis-saħħa ta’ Breve Speċjali tal-Papa Klement XII. L-Inkwiżitur Mons. Gio Francesco Stoppani ta l-investitura lillkanonċi l-ġodda fil-Palazz tiegħu fil-Birgu fis-7 ta’ Diċembru 1733 għalkemm il-pussess pubbliku sar erba’ snin wara mill-Inkwiżitur Francesco Durini. Kienet it-tieni Kolleġġjata li twaqqfet f ’Malta wara dik ta’ Birkirkara. Dak iż-żmien il-kapitlu kien jikkonsisti f ’żewġ dinjitarji ta’ Arċipretura u Prepositura u għaxar kanonċi, dekorati b’kappa manja vjola, rukkett u muzzetta vjola. Il-Konsagrazzjoni tal-knisja Nhar is-Sibt, 14 ta’ Mejju 1740, l-Isqof Mons. Fra Paolo Alpheran de Bussan mar fis-sagristija fejn irrikonoxxa l-awtentiċità tar-relikwi ta’ San Awrelio u ta’ San Bonifacio li aktar tard tqiegħdu fl-artal maġġur. Dawn tqiegħdu ġo kapsola apposta u nġarru għallOratorju tal-Madonna tal-Karità minn erba’ qassisin libsin spellizza u pjaneta. L-Isqof hemmhekk intona l-uffizzju tal-Qaddisin Martri. Matul il-lejl, il-kant u l-uffizzju ma qata’ xejn b’lista ta’ qassisin jagħtu qima qabel il-konsagrazzjoni propja. L-għada, il-15 ta’ Mejju, kmieni filgħodu daħal fl-Oratorju u tkantaw is-salmi penitenzjali. Wara ħareġ barra għall-knisja u bierek l-artal maġġur u l-knisja. Wara reġa’ mar fl-Oratorju u nċensa r-relikwi li ntrefgħu minn erba’ qassisin u ttieħdu b’korteo għall-knisja. Dawn ġew depożitati fl-artal maġġur u ġew siġillati. L-artal indilek biż-żejt u ġie nċensat. Wara ġew konsagrati s-slaleb ta’ l-irħam biżżejt. Wara nofsinhar sar l-għasar u waqt il-Magnificat ġew inċensati s-slaleb ta’ fuq il-kolonni. Filgħaxija fil-Belt saret mixgħela u kien hemm sparar ta’ maskli u suffarelli flimkien mad-daqq tal-qniepen.

L-arma tal-familja Sciberras Testaferrata fuq l-pedestall tal-vara titulari ta’ San Pawl

50

Il-pesta ta’ l-1813 u l-għoti tar-relikwa tal-kolonna Fost l-akbar avveniment li seħħ f ’din ilkolleġġjata insinji kien wara l-flaġell talpesta ta’ l-1813 li laqat lil Malta. Matul din l-epidemija, il-kapitlu tal-Kolleġġjata ddistingwa ruħu għall-ħidma kuraġġuża matul dan il-perjodu. Fosthom, tliet kanonċi kienu tilfu ħajjithom wara li sfaw vittmi tal-flaġell. Kienu dawn il-merti speċjali li fl-1817, il-Papa Piju VII ried jirregala relikwa tal-kolonna tal-Qtugħ ir-Ras ta’ San Pawl lil din ilkolleġġjata. Għal dan l-iskop, il-Papa nkariga lill-Isqof Sagrista tiegħu, Mons. Fra Giuseppe Bartolomeo Menochio biex jikkunsenja din ir-relikwija lill-kapitlu. Kien Menochio personalment li mar fis-Santwarju tat-Tre Fontane fejn inqatgħet parti mill-kolonna u solennement ta l-biċċa maqtugħa lill-Kan. Giovanni Romei li rċevieha f ’isem il-Kapitlu. Ġewwa Ruma stess, l-Kan. Romei qabbad


sena mill-Miġja ta’ San Pawl f’Malta

lill-iskultur Ruman Filippo Pacetti biex issir ras tal-fidda sabiex titqiegħed fuq l-istess kolonna. Din tħallset minn Mons. Giacomo Testaferrata. Privileġġi oħra mogħtija lill-Kolleġġjata Minbarra l-għotja tar-relikwija tal-kolonna, il-Papa Piju VII, fis-6 ta’ April 1818 ta privileġġ ieħor lill-kanonċi ta’ din il-kolleġġjata, dik li l-muzzetta tkun infurrata blaħmar flok dik vjola li kienet tintlibes oriġinarjament. L-istess Papa ta wkoll il-privileġġ li fil-funzjonijiet sagri jagħmlu użu mill-mazza tal-fidda. Dan sar bħala rikonoxximent tal-ħidma fejjieda li l-membri tal-kapitlu wettqu waqt il-pesta ta’ l-1813, ħidma li kienet anke rikonoxxuta u mfaħħra mill-Gvern Ingliż. Dan huwa privileġġ singolari għaliex filwaqt li l-kanonċi tal-Katidral u tal-Kolleġġjati l-oħra kienu jużaw il-mazza biss meta jkunu flimkien, kull kanonku ta’ San Pawl jista’ jagħmel użu mill-mazza anke meta jiffunzjona waħdu. L-użu tal-mazza kien qala’ ħafna nkwiet u ma kienx ġie aċċettat mill-awtoritajiet ekkleżjastiċi lokali. Il-kwistjoni baqgħet sejra sa Jannar ta’ l-1851 meta ħarġet l-ordni li seta’ jibda jintuża dan il-privileġġ tal-mazza kif għadu jsir salġurnata ta’ llum fi żmien il-Gvernatur Ingliż Sir Richard Moore O’Ferral. Ċentinarju Pawlin 1858 Sas-sena 1858, kienet għada ma ġietx stabbilita s-sena 60 W.K. bħala s-sena tan-Nawfraġju ta’ San Pawl f ’Malta. Għalhekk fl-1858 kienu saru festi kbar fil-Belt Valletta bejn is-6 u l-10 ta’ Frar li kkommemoraw dan iċ-Ċentinarju. Diversi ġurnali kienu taw prominenza lil dan l-avveniment. Minn xhur qabel li bdew ilpreparazzjonijiet, il-Kapitlu tal-Kolleġġjata ta’ San Pawl, f ’seduta tat-2 ta’ Awissu 1857 waqqaf kumitat organizzattiv għall-festi ta’ dan l-anniversarju. Fil-15 ta’ Jannar 1858, il-Papa Piju IX kien ikkonċeda indulġenza plenarja fl-okkażjoni taċ-ċelebrazzjonijiet taċ-ċentinarju. Bħala armar fuq barra li ntrama apposta għall-okkażjoni baqgħu jissemmew diversi arki trijonfali li filgħaxija kienu jiżżejnu b’mixgħela mpressjonanti. L-akbar wieħed fosthom kien tpoġġa fil-bidu ta’ Triq San Pawl maġenb il-Berġa ta’ Kastilja. Id-disinn tiegħu kien ta’ Dr. Nicola Zammit u kien fuq stil neo-gotiku. Tinbena l-faċċata Fl-1885 kienet tlestiet il-faċċata tal-knisja preżenti ta’ San Pawl u li hija fil-fatt it-tielet waħda. Dawn inbidlu tul iżżmien minħabba raġunijiet ta’ tkabbir, ħsarat u prosperità finanzjarja. Id-disinn sar minn Dr. Nicola Zammit. Fost proposti tad-disinn, Zammit kien ippropona faċċata akbar li tkun bi tliet kampnari, jiġifieri tnejn żgħar fit-truf u wieħed imdaqqas fin-nofs. Il-pjan ta’ dan falla minħabba biża’ fl-istruttura eżistenti u minħabba raġunijiet finanzjarji. Waqt ix-xogħol tal-bini, il-festi ta’ dawk is-snin saru b’forma aktar ridotta mis-soltu.

l-qofol tagħhom f ’Lulju ta’ l-1960 minħabba l-biża’ tal-maltemp li soltu jagħmel fix-xitwa. Dawn saru fuq skala nazzjonali għalkemm fil-Belt il-festi marbuta manNawfraġju ta’ San Pawl f ’Jannar u Frar kienu saru b’aktar pompa mis-soltu. Il-Q.T. il-Papa Ġwanni XXIII għażel lill-Eminenza Tiegħu l-Kardinal Aloisius Josef Muench bħala l-Legat Tiegħu għaċ-ċelebrazzjonijiet. Il-festi kienu laħqu l-qofol tagħhom nhar il-Ħadd 10 ta’ Lulju fejn Mons. Arċisqof Mikiel Gonzi mexxa Pontifikal solenni fil-Knisja Kolleġġjata ta’ San Pawl. Dakinhar filgħaxija, il-kwadru polittiku ta’ San Pawl telaq mill-Knisja Katidrali fl-Imdina u tniżżel proċessjonalment sal-Kon-Katidral ta’ San Ġwann. Manifestazzjoni unika li saret kienet meta l-Kardinal Aloisius Traglia qaddes quddiesa fil-beraħ fuq il-gżira ta’ Selmun fejn ittieħdet ukoll ir-relikwija tad-driegħ. Però fost l-akbar manifestazzjonijiet li baqgħu jissemmew kien il-Pontifikal solenni li sar fuq tribuna fuq il-fosos tal-Furjana nhar is-Sibt filgħaxija tat-23 ta’ Lulju. Għal din l-okkażjoni nħarġu l-istatwi ta’ San Pawl u ta’ San Publju mill-knejjes rispettivi tagħhom fejn tqiegħdu fuq it-tribuna. Din kienet okkażjoni unika u emozzjonanti li qanqlet ħafna fervur għal ħafna snin wara. Is-sensiela ta’ avvenimenti li seħħew tul dawn l-aħħar 440 sena, għamlu l-Kolleġġjata ta’ San Pawl Nawfragu dik li hi. Dan però ma setax iseħħ jekk ma kienx għall-perseveranza ta’ missirijietna fosthom kanonċi, benefatturi u ħafna nies oħra li taw is-sehem tagħhom anke b’sagrifiċċji kbar favur għan wieħed, dak li jxerrdu u jkabbru dejjem aktar id-devozzjoni lejn l-Appostlu Missierna San Pawl.

Bibljografija: Calleja, Fr. Joe. ‘Festi Ċentinarji tan-Nawfraġju ta’ San Pawl fl-1858’. Programm Festa San Pawl Valletta, 1996, pp. 18-21. Ciarlò, Kan John. ‘L-għoti tal-Privileggi tal-Muzzetta Ħamra u l-Mazza tal-Fidda lill-Kapitlu ta’ San Pawl millPapa Piji VII’. Programm Festa San Pawl Valletta, 1998, pp. 41-45. Galea, Michael. Il-Knisja Parrokkjali ta’ San Pawl Nawfragu Valletta, Malta, 1974. SAL. ‘Kanonċi Pawlini Vittmi tal-Pesta’. Programm Festa San Pawl Valletta, 2006, pp. 62-63.

Ċentinarju Pawlin 1960 Fl-aħħarnett ma nistax ma nsemmix il-festi kbar li kienu saru fl-1960 għaċ-Ċentinarju Pawlin 50 sena ilu u li għadhom jidwu f ’moħħ kulħadd sal-ġurnata ta’ llum. Dawn iċ-ċelebrazzjonijiet li fakkru id-Dsatax-il Ċentinarju mill-miġja ta’ San Pawl fostna kienu laħqu

51


Big on

BOAT

HOME BUSINESS

TRAVEL

MEDICAL

MOTOR and small on

* According to insurance industry survey.

CALL FOR A QUOTE TODAY

Head Office: Msida Road, Gzira GZR 1405, Malta Tel: 21 345 123 Fax: 21 345 377 insurance@gasanmamo.com | www.gasanmamo.com Branches: Valletta • Mellie˙a • Paola • B’Kara • Qormi • Sliema • Mrie˙el • Rabat • Hamrun Tied Insurance Intermediaries throughout Malta & Gozo

GasanMamo Insurance is authorized to carry on business of Insurance regulated by the MFSA



Ħarġa Speċjali -Festa tan-Nawfraġju ta’ San Pawl ‒ Valletta 2010

Proġetti fil-Knisja Kolleġġjata ta’ San Pawl Nawfragu Arċipriet Kan. Alfred Camilleri Ftit wara li ħadt il-pussess tiegħi fl-1 ta’ Novembru 1994, fl-ewwel laqgħa tal-Kapitlu li saret ftit wara, ġie diskuss ir-restawr tal-istatwa titulari ta’ San Pawl. Il-Kan. Ġwann Borg ġie nkarigat mill-Kapitlu u tkellem mas-Sur Dominic Cutajar, espert tal-arti għall-pariri meħtieġa. Wara li sar rikors il-Kurja ġie deċiż li jsir restawr u mhux rinnovazzjoni. Ir-restawr sar mir-restawratur Eamanuel Spagnol u qam is-somma ta’ LM 290. Ġew restawrati partijiet żgħar minn wiċċ l-istatwa, fl-idejn u fis-saqajn. Dan ir-restawr sar wara ħafna snin ta’ diskussjoni li ma wasslu għal xejn. Kulħadd kien sodisfatt mix-xogħol. L-iskaffolding kien misluf lilna mill-Valletta Rehabilitation Project. F’Mejju tas-sena 1995 bdiet tiġi nstallata sistema ġdida ta’ dawl fil-knisja. Is-sistema kienet qdiemet u perikoluża. Inħadmet mis-Sur Noel Debono u s-Sur Tony Ciantar. Qamet b’kollox madwar LM 16,000. Is-switch board li qam LM 1,200 tħallas mill-Konfraternità tal-Karità. F’dan l-istess żmien beda r-restawr tal-koppla minn barra. Il-koppla minn barra kienet fi stat diżastruż. Sar restawr ta’ żebgħa fil-lanterna u ġew mibdula t-twieqi tagħha. Inbidel ħafna ġebel, tneħħa t-taraġ għax kien qiegħed iżomm l-ilma, il-koppla nksiet bis-siment, ingħata l-qatran u ġiet miksija bil-water-proofing membrane. Saru ventilaturi fil-lanterna u taraġ ta’ l-istainless steel. Ġew restawrati t-twieqi kbar tal-koppla u quddiemhom tpoġġew twieqi kbar tal-aluminium biex jipproteġu lit-twieqi tal-injam u jservu ta’ ventilazzjoni. Sar taraġ tal-aluminium biex wieħed jitla’ fil-koppla. Il-ħitan talkopppla ġew imkaħħla u mbajda mill-ġdid. Ix-xogħol ta’ restawr fuq il-koppla sar mill-imgħallem Emanuel Cini u qam b’kollox madwar LM 13,000. Sar xogħol tajjeb u bil-għaqal. Fil-bidu tas-sena 1997 ġiet imnaddfa u rrestawrata l-gallerija tal-orgni, inizjattiva li ħadha s-Sur Ray Bondin f’isem il-Valletta Rehabilitation Project. Saret sistema ġdida ta’ anti-lightning equipment (kalamita) għall-knisja. Din qamet LM 2,500. Il-kanċell ġie mdawwar bil-ħbula biex ħadd ma jitla’ fuq il-presbiterju.

Saru żewġ faċilitajiet sanitarji ġodda fis-sagristija. Wieħed biex jintuża mill-pubbliku, filwaqt li l-ieħor jintuża missaċerdoti. Ġew meħjuta sett pjaneti u sett kapep tal-lama biex jintużaw fil-festa ta’ San Pawl. Dawn qamu madwar LM 1,500.

Inxtraw stands bix-xemgħa li jinxtegħlu bid-dawl biex nevitaw nugrufun fil-knisja.

Matul dan iż-żmien sar ħafna xogħol ta’ restawr fid-dar parrokkjali li kienet fi stat tal-biki. Saret ukoll sistema ġdida ta’ dawl.

Ġew irranġati u mbajda ż-żewġ turġien li jagħtu għallkampnar.

Sar ħafna xogħol ta’ restawr ukoll fiċ-Ċentru Parrokkjali San Pawl.

54


sena mill-Miġja ta’ San Pawl f’Malta

Fil-bidu tas-sena 1998 irnexxieli nieħu f’idejja dar kbira fi Triq Sant’Ursola li qabel kienet ilKwartieri Ġenerali tal-Kavallieri ta’ San Ġwann. Ma kinitx ħaġa faċli għax il-Kavallieri riedu jixtruha huma għan-negozju u talbu offerta qawwija biex jagħtu lura ċ-ċavetta. Iżda wara ħafna taħbit irnexxieli nieħu l-post f’idejja. Dan iċ-ċentru li kien fi stat ħażin ħafna ġie restawrat bi spejjeż kbar u b’hekk jista’ jintuża għall-użu tal-parroċċa.

F’Settembru 2001 l-aħwa Robert u David Cassar żebgħu mill-ġdid issagristija l-kbira. Issa d-dehra tagħha hija isbaħ ferm.

F’Awwissu 2004 sar restawr intensiv fuq tliet konfessjonarji li hemm filknisja. Dan ix-xogħol qam madwar LM 1,000.

F’dan iż-żmien ġew restawrati ż-żewġ niċeċ li hemm fil-kappella tal-Bambina. F’niċċa minnhom tpoġġiet il-Madonna tal-Karità fuq il-pedestall tagħha filwaqt li finniċċa tal-faċċata tpoġġew diversi oġġetti artistiċi flimkien ma’ diversi relikwarji tal-qaddisin.

Fil-kuritur tas-sagristija li jagħti għallKappella tas-Sagrament saru tliet vertini veru sbieħ biex fihom isiru l-ġirandola u l-ventartali tal-fidda. Dawn qamu madwar LM 5,000.

Wara li tlesta x-xogħol ta’ restawr fuq il-koppla minn barra, matul issena 1998, beda x-xogħol ta’ restawr fuq il-koppla minn ġewwa. L-aħwa Robert u David Cassar ħadu ħsieb iżżebgħa tal-ħitan u tal-pilastri filwaqt li r-restawratur Alfred Briffa ħa ħsieb ir-restawr tal-pittura. Dan ix-xogħol b’kollox qam madwar LM 3,000. Hawnhekk ta’ min jgħid li l-fallakki li ntużaw fil-koppla ġew mislufa lilna mill-Valletta Rehabilitation Project.

F’Diċembru tas-sena 2001 beda xogħol kbir ta’ restawr u ta’ manutenzjoni fuq is-sular ta’ fuq taċ-Ċentru Parrokkjali ta’ quddiem il-knisja, dak li kellu jsir id-Domus Pauli. Minħabba l-istat diżastruż li kien fih dan il-post kellna nagħmlu ħafna spejjeż li sakemm tlesta nfaqna s-somma ta’ madwar LM20,000.

Fl-1 ta’ Novembru 1999 infetaħ uffiċjalment iċ-Ċentru Parrokkjali ta’ Santu Rokku. F’Novembru 1999 sar xi xogħol ta’ restawr fl-irħam tal-knisja u tas-sagristiji. Kellna ħafna rħam li kien miksur u mtebba’. Il-post fejn titqiegħed l-istatwa ta’ San Pawl filfesta tranġa. L-irħam kien sfronda u għalhekk kien hemm bżonn li jinqala’ l-irħam, l-art titbattan u terġa’ titgħatta. Saret biċċa xogħol tajba.

Sar ix-xogħol ta’ restawr fuq ilkappella verament sabiħa ta’ San Mikiel. Sar restawr u tindif fuq ilbronż, fuq il-ħaġar prezzjuż li jżejjen din il-kappella. Is-Sur Ray Bondin bħala koordinatur tal-Valletta Rehabilitation Project, ħa mhux biss l-inizjattiva iżda ħallas ukoll għall-ispejjeż kollha. Ix-xogħol sar mir-restawraturi Taljani ta’ Dr. Sante Guido Restauri. Ir-restawr qam madwar LM 15,000. Sar karru tal-ħadid biex fuqu titpoġġa l-istatwa ta’ San Mikiel Arkanġlu.

Matul dan iż-żmien wara li tnaddfu ħafna partijiet mill-kantina u l-kannierja saret sistema ġdida ta’ dawl.

F’Jannar tas-sena 2003 tlesta x-xogħol fuq iż-żewġ kampnari talknisja. Ix-xogħol sewa madwar wLM 23,000.

F’Marzu tas-sena 2001 bdejna naħsbu biex nirrestawraw il-kampnari talknisja li kienu fi stat ħażin ħafna. Ix-xogħol sar mill-bennej Emanuel Cini filwaqt li l-Perit kien Andrew Ellul. Is-Sur Luciano Bezzina offra li jagħtina l-ġebel li ntuża kollu b’xejn. Dan il-proġett qam b’kollox madwar LM 20,500.

Saret sistema ġdida ta’ alarm malknisja kollha. Din is-sistema hija sofistikata ħafna u qamet is-somma ta’ LM 730.

F’Awwissu 2001 sar xogħol ta’ restawr fuq in-navati tal-knisja. Filwaqt li d-deheb ġie restawrat u mnaddaf, l-iskultura tal-ġebel ġiet miżbugħa mill-ġdid. Dan ix-xogħol sar mis-Sur Robert Cassar.

F’April 2003 ġie mnaddaf u restawrat l-Altar Maġġur tal-knisja. Dan sar fuq l-inizjattiva tas-Sur Ray Bondin u kien imħallas mill-Valletta Rehabilitation Project. F’Novembru 2003 saret Lightning Protection System (kalamita) ġdida għall-knisja. Inħadmet millkumpanija MCE LTD u qamet madwar LM 3,500.

Sar ukoll lift biex jintuża sabiex jittellgħu fuq tant partijiet ta’ l-armar tal-knisja u oġġetti oħra. Dan il-lift qam madwar LM 7,000. F’April 2005 saret pjattaforma talħadid biex fuqha jintrama’ s-sepulkru. Dan ħa post dak ta’ l-injam li kien spiċċa. Dan il-proġett qam madwar LM 400. Nhar it-Tnejn, 8 ta’ Awwissu 2005 intrama mill-ġdid it-tużell. Dan kien ilu ma jintrama madwar tletin sena. Kellu xi ħsara, iżda wara restawr ħafif reġa’ tela’ biex ikun gawdut mill-ġdid. F’Diċembru tas-sena 2005 sar altar mejda ġdid. Dan sar fuq disinn ta’ Joseph Scerri u sar mill-mastrudaxxa Charles Debono. Tħallas mill-Kan. Kantur Ġwann Borg u qam LM 1,700. Saru żewġ gradenzini ġodda tal-ġewż Amerikan. Dawn jikkumplimentaw l-ambone li kien sar xi erba’ snin qabel u ma’ l-altar mejda. Kull gradenzina qamet madwar LM 1,300. Tħallsu mill-Arċipriet Camilleri u minn Mary Camilleri. F’April 2006 beda x-xogħol ta’ restawr fuq it-travi li jżommu l-qniepen tal-kampnari tal-Knisja. Minħabba nuqqas ta’ manutenzjoni kienu fi stat ħażin ħafna. Ġew mibruxa u miżbugħa mill-ġdid. F’dan iż-żmien beda wkoll ir-restawr tal-koppletti. Sar ħafna xogħol ta’ restawr fuq il-koppletti tal-Kappella tas-Sagrament. It-twieqi tal-injam kienu fi stat tal-biki imma ġew restawrati mill-ġdid. F’Diċembru tas-sena 2006 iżżanżnu tliet siġġijiet sbieħ tal-ġewż biex jitpoġġew fuq il-presbiterju bħala sedja. Id-disinn sar mis-Sur Joseph Scerri u nħadmu minn Charles Debono. Qamu madwar LM 2,269.

55




Ħarġa Speċjali -Festa tan-Nawfraġju ta’ San Pawl ‒ Valletta 2010

Matul is-sajf tas-sena 2006 sar ħafna xogħol ta’ restawr, tibjid, u dawl ġdid fid-dar li ngħata lill-Għaqda talPawlini f’numru 8, Triq l-Arċisqof.

Sur Brian Parsons. Sar restawr ukoll tad-drapp tat-tużell tal-festa. Dan ir-restawr qed isir gratis mis-Sinjura Marcelline Xerri.

Fil-quddies ta’ Sibt il-Għid tas-sena 2007, is-Sur Anton Cassar għoġbu jirregala lill-knisja tagħna gwarniċ sabiħ tal-fidda għall-pittura ta’ San Mikiel tal-Qaddisin kollha.

Fil-ftuħ tas-Sena Pawlina 2008-2009 saret il-Fjamma Pawlina, kolonna tal-ġewż Amerikan mimlija skultura bi fjamma fuqha li tissimbolizza l-imħabba tagħna lejn Missierna San Pawl. Din il-fjamma tpoġġiet quddiem il-vara ta’ San Pawl.

F’Ġunju tas-sena 2007, is-Sur Louis Cassar fuq stedina tal-Arċipriet pitter pittura sabiħa tal-Qaddis ġdid San Ġorġ Preca. Din tqiegħdet bħala sotto kwadru fuq l-altar ta’ San Mikiel. Is-Sur Cassar irregala l-pittura b’xejn. Il-korsija tal-knisja minn barra ġiet miksija bil-membrane biex ikun evitat li jidħol xi ilma. Dan il-proġett qam is-somma ta’ LM 5,500. Saru tliet antiporti tal-ġewż Amerikan. Id-disinn sar mir-Rev. Charles Vella u nħadmu mis-Sur Charles Debono. L-antiporti ż-żgħar qamu LM 3,500 filwaqt li l-antiporta l-kbira qamet LM 10,000. Saru żewġ settijiet ta’ balavostri talġewż Amerikan għall-presbiterju. Sett minn dawn jintuża għal kuljum filwaqt li l-oħrajn li huma aktar kbar u elaborati jintużaw fi żmien il-festa. Saret pjattaforma tal-ħadid għat-tron li jintuża fi żmien il-Festa. Saret niċċa tal-ġewż Amerikan għallistatwa ta’ San Pawl. Id-disinn sar mill-Perit David Cassar u nħadmet mis-Sur Charles Debono. Qamet madwar 47,752 Ewro. Sar battisteru li jikkumplimenta l-għamara li għandna fuq ilpresbiterju. Id-disinn sar mis-Sur Joseph Scerri tar-Rabat. Bejn iddisinn, fattura, skultura, injam, ram, żebgħa tax-xemgħa u bronż, qam b’kollox madwar 1,200 Ewro. Sar restawr intensiv u b’sengħa kbira tal-ġirandola. Din issa tista’ titgawda mil-ġdid u wieħed jista’ jammira s-sbuħija tagħha. Dan ir-restawr sar gratis mis-Sur Brian Parsons. Sar restawr tal-injam tat-tużell talfesta. Dan ukoll qed isir gratis mis-

58

Għall-okkażjoni tas-Sena Pawlina wkoll ġiet ordnata tapezzerija kbira bl-immaġni ta’ San Pawl biex tiddendel mal-kolonni tal-presbiterju. Din it-tapezzerija inxtrat mid-ditta Ecumenicus ta’ Milan u qamet madwar 900 Ewro. Matul dawn l-aħħar snin sar ħafna xogħol ta’ restawr fuq l-oġġetti esibiti fid-Domus Pauli. Sar restawr fuq pittura, kotba u oġġetti ta’ l-injam. Xogħol ta’ manutenzjoni ma waqaf qatt.

LM 2,700. Dawn ukoll se jintużaw għal okkażjonijiet speċjali. B’hekk issa żidna bil-kbir mal-kollezzjoni ta’ xogħlijiet tal-fidda maħduma Malta li għandha l-knisja tagħna. Grazzi millġdid lis-Sinjorina Camilleri li hija tant ġeneruża mal-knisja Pawlina tagħna. Sar pavaljun aħmar tal-Canavazza d’Oro biex jintrama fil-kappella talKarità fi żmien l-altar ta’ Ripożizzjoni f’Ħamis ix-Xirka. Dan il-pavaljun se jintrama wkoll fi żmien il-festa fl-arkata tal-Kappella tas-Sagrament. Qam is-somma ta’ 1,200 Ewro. Saru sistemi tajba ta’ sigurtà għatteżori li fihom jintrefgħu l-oġġetti prezzjużi tal-knisja. Saru żewġ winches ġodda, wieħed biex jintuża għal-linef u l-ieħor biex jintuża għat-tużell. Wieħed minn dawn il-winches ingħata lill-knisja tagħna mis-Sur Victor Vella millMellieħa. Dan jiswa 1,300 Ewro. Grazzi ħafna.

Matul il-programm tal-festa tassena 2009 infetaħ it-tieni sular tad-Domus Pauli. Hawn ġew esebiti abiti sagri, għamara, kappella ċkejkna b’ħafna relikwarji, sala bl-istorja tal-parroċċa, u sala oħra bl-istorja talKonfraternitajiet fi ħdan il-Parroċċa tagħna. Diversi benefatturi komplew jirregalaw lid-Domus diversi oġġetti prezzjużi. Tajjeb wieħed ikun jaf li mal-ftuħ tad-Domus Pauli, l-Arċipriet waqqaf il-Kummissjoni Domus Pauli li fiha l-membri jkunu reponsabbli għal dan il-Mużew. Kollox isir fuq bażi volontarja.

Għall-festa ta’ din is-sena, ser jiżżanżan tapit ġdid għall-Artal Maġġur tal-Knisja li sewa 2,700 Ewro. Dan tħallas mill-benefattur is-Sur Victor Spiteri.

Sar ħafna xogħol ta’ manutenzjoni fl-entratura u fis-sala prinċipali tadDomus. Tneħħiet iż-żebgħa kollha u sar kollox fuq il-ġebla.

Saru proġetti kbar li qamu ħafna flus imma b’sodisfazzjon ngħid li l-proġetti kollha tħallsu u tħallsu fil-pront.

Ġew ordnati par impulluzzi talfidda ta’ Malta għand id-ditta Victor Azzopardi. Dawn ser jintużaw f’okkażjonijiet speċjali. Qamu s-somma ta’ LM 1,200 jew 2,795 Ewro. Dawn tħallsu mill-benefattriċi Mary Camilleri. Ġew ordnati wkoll buqar u fliskatur tal-fidda ta’ Malta maħduma wkoll mid-ditta Azzopardi. Dawn ukoll ġew imħallsa minn Mary Camilleri u qamu s-somma ta’ 6,500 Ewro jew

Ma’ dawn il-proġetti msemmija żgur li saru ħafna oħrajn li jew insejthom jew ħassejt li m’humiex ta’ importanza. Żgur li dan ix-xogħol kollu ma kienx isir kieku ma sibtx l-appoġġ ta’ tant nies li għamluli kuraġġ, ta’ tant nies li ħadmu b’xejn u ta’ tant benefatturi li bl-appoġġ finanzjarju tagħhom sar dan kollu.

Deherli li kelli nsemmi dawn ilproġetti għax dawn parti integrali mill-ħajja tal-knisja tagħna u jekk ħadd ma jiktibhom jispiċċaw jintesew. Nirringrazzja lil Alla li xejn ma jsir jekk mhux bir-rieda kollha talimħabba tiegħu, lil San Pawl patrun tal-Parroċċa li kien miegħi meta ħadt riskju kbir speċjalment fit-twettiq ta’ proġetti kbar u lill-Parruċċani li kienu dejjem warajja u dejjem apprezzaw dak li sar speċjalment is-sagrifiċċji li jsiru. Grazzi tassew.


sena mill-Miġja ta’ San Pawl f’Malta

Mumenti storiċi li seħħew nhar id-29 ta’ Ġunju 2009 f’Għeluq is-Sena Pawlina, mnedija mill-Q.T. il-Papa Benedittu XVI. Għal din l-okkażjoni kien hawn fostna d-Delegat tal-Papa, l-Emminenza Tiegħu, Kardinal Ennio Antonelli. Fl-ewwel ritratt tidher fl-isfond l-istatwa ta’ San Publju mill-Parroċċa talFloriana li ġiet mistiedna għal dan l-avveniment speċjali. Tidher ukoll il-wasla tal-Emminenza tiegħu, l-Kardinal Ennio Antonelli fuq iz-zuntier tal-Kon-Katidral ta’ San Ġwann, fejn ġiet ikkonċelebrata Quddiesa Solenni quddiem udjenza numeruża. Fit-tieni ritratt tidher filmaesta tagħha l-istatwa ta’ San Pawl hekk kif tqiegħdet fil-post tagħha maġenb iz-zuntier tal-Kon-Katidral imdawwra minn numru ta’ reffiegħa Pawlini. Fl-aħħar ritratt tidher ilvara ta’ San Pawl hekk kif waqfet momentarjament quddiem il-Każin tasSoċjetà Filarmonica Nazionale La Valette fost l-entużjażmu tal-partitarji Pawlini.

59


PAVLVS

THE SHIPWRECK 60 A.D. NARRATING THE DISCOVERY OF AN ANCIENT LEAD ANCHOR, EMBOSSED WITH THE NAMES OF THE EGYPTIAN GODS ISIS AND SARAPI(S) ON THE SEABED OFF SALINA BAY ON A SUNDAY MORNING IN APRIL 2005, THIS BOOK ALSO TELLS THE STORY OF THE SEARCH FOR THE REAL SITE OF ST PAUL’S SHIPWRECK IN MALTA. IN THE PROCESS, THE AUTHOR MARK GATT SURPRISES US WITH A NOVELISTIC BUT ACCURATE ACCOUNT OF THE STORM, SHIPWRECK AND LANDING OF ST PAUL IN MALTA. HIS OWN INVESTIGATIONS ON THE SITE OF THE APOSTLE PAUL’S SHIPWRECK IS ALSO HIS OWN QUEST FOR THE SPIRITUAL MESSAGE OF SALVATION IN ST PAUL’S LIFE AND TEACHING EMBODIED IN THE REAL ‘ANCHOR’ OF CHRIST JESUS. AVAILABLE FROM LEADING STATIONERS, BOOKSELLERS AND FROM:

4, CASTILLE PLACE, VALLETTA Trade enquiries: Allied Newspapers Limited – Books Retail/Wholesale Division, ‘Strickland House’, 341, St Paul Street, Valletta. Tel: 2559 4165 Email: pgrech@timesofmalta.com


More about BMW

www.bmw.com.mt

joy is yoUThfUl. Joy seeks out the kid in all of us. It knows there’s fun to be had right around the next corner, just over the next hill. Joy knows that after you experience it for the first time, there’s no looking back. You’re hooked for life. We realized a long time ago that what you make people feel is just as important as what you make. And at BMW, we make Joy. The story of Joy

continues at bmw.com/joy or visit the bmw showroom at mUsCATs moToRs now!

joy is bmw.

Sheer Driving Pleasure


Ħarġa Speċjali -Festa tan-Nawfraġju ta’ San Pawl ‒ Valletta 2010

L-Iskultur Giovanni Battista Menville u l-Prospettiva tal-Artal Titulari talKnisja ta’ San Pawl Nawfragu – 1680 Dr. John Debono Wara li ntemm l-Assedju l-Kbir tal-1565 l-Ordni ta’ San Ġwann qatagħha li jibni belt fortizza fuq l-għolja Xiberras minn fejn ilkavallieri, flimkien mal-Gran Mastru, setgħu jamministraw u jmexxu l-gżejjer Maltin. Għalhekk fi ftit snin inbnew fortifikazzjonijiet, bereġ, knejjes, palazzi, djar, u bini ieħor ċivili u ekkleżjastiku importanti. Fost dawn il-binjiet imponenti ħasbu wkoll għall-kostruzzjoni tal-Knisja Konventwali f ’ġieh il-qaddis patrun tagħhom San Ġwann il-Battista. Din inbniet bejn is-snin 1573 u l-1577 fuq pjanti ta’ l-arkitett Malti Ġlormu Cassar. Dan it-tempju maestuż għal madwar tmenin sena wara li tlesta baqa’ kwazi mingħajr tiżjin f ’dawk li huma skultura fil-ġebla, indurar, pittura fis-saqaf u xogħlijiet fl-irħam. Kien għal nofs is-seklu sbatax li t-tempju beda jissebbaħ b’opri tal-arti, l-aktar skultura fuq il-ħitan tal-kappelli tal-ġnub, is-saqaf tal-korsija, it-twieqi ovali u l-arkati li ġew ikkummissjunati lil skulturi Maltin bħal Michele Casanova, Pietro Burlò, Domenico Gambin (ir-raġel ta’ bint Burlò) u oħrajn barranin, speċjalment Franċiżi bħal Giuseppe Faudali u Giovanni Baptista Menville. 1 Għalkemm ix-xogħol ta’ skultura fittempju kien diġà beda qabel il-wasla tal-artist Fra Mattia Preti f ’Malta, kien hu li b’sengħa profonda ħareġ b’disinji meraviljużi li għoġbu lillmembri tal-Ordni u hekk serva ta’ katalista għax-xogħol li twettaq fissnin ta’ wara. Illum nistgħu niftaħru li t-tempju f ’ġieh San Ġwann inbidel f ’ġawhra tal-arkitettura barokka. Dan it-tisbiħ ġewwa l-Knisja Konventwali ta’ San Ġwann ħajjar lill-Awtoritajiet Ekkleżjastiċi lokali

62

biex jimitawh u jikkummissjunaw lill-istess artiġjani fil-knejjes tagħhom. Fis-snin 1666 – 80 tlestew mill-ġebla l-kor u l-koppla ellittika tal-knisja ta’ San Pawl Appostlu 2 ġewwa l-belt Valletta, xogħol li kien immexxi minn Lorenzo Gafà.3 Għalhekk il-prokuraturi responsabbli mill-bini tal-knisja setgħu jibdew iħabirku biex iżejnu dan it-tempju. Nhar l-1 ta’ Ġunju 1680 l-artistskultur Joannes Baptista Mainvillo – iben il-mejjet Bartolomeo, ta’ nazzjonalità Franċiża, miżżewweġ u joqgħod il-Belt – ftiehem marReverendu Lorenzo Baldacchino u Joseph Alard, prokuraturi talbini ta’ din il-knisja, biex fi żmien tmien xhur jiskolpixxi u jżejjen il-prospettiva ta’ madwar il-kwadru titulari. 4 Id-disinn li fuqu ħadem Mainvillo għamlu Lorenzo Gafà. Il-prokuraturi ftiehmu miegħu dwar il-ħlas, li tela’ għas-somma ta’ 275 skud, li kellha titħallas skond ixxogħol imwettaq, bl-aħħar pagament isir ma’ tmiem ix-xogħol. Dan ilftehim twettaq fil-preżenza tal-Isqof Mikel Ġeronimo Molina fil-Palazz tiegħu ġewwa l-Belt. Ix-xhieda ta’ din l-obbligazzjoni kienu r-Reverendi Aloisio Fanali u Joseph Micallef millBelt. Għalkemm il-kuntratt ma tantx jispjega u jidħol f ’wisq dettalji ta’ x’kien fih id-disinn, is-somma mitluba, sostanzjali għal dawk iżżminijiet, turi li l-iskultura kellha tkun waħda mżejna b’mod elaborat, mirquma u bilanċjata skond l-arti. Iż-żmien ta’ tmien xhur biex titlesta din il-kummissjoni juri wkoll li Mainvillo kellu ħafna skultura x’jagħmel fix-xogħol li ndaħal għalih. Wieħed jista’ jinnota l-interess li wera l-Isqof f ’din il-kummissjoni, għax San Pawl kien u għadu l-patrun tal-gżejjer Maltin.

Jista’ jagħti l-każ li matul medda ta’ madwar 100 sena din l-iskultura mirquma minn Menville jew ġarrbet xi ħsarat inkella tħammġet binnugrufun tax-xema’ u ma baqgħetx tintgħoġob. Jibqa’ l-fatt li fittmeninijiet tas-seklu tmintax din il-prospettiva ġiet miksija b’irħam ħadrani, imżejjen b’kapitelli ndurati bid-deheb – ġawhra maestuża f ’dan it-tempju. 5 Ħżuż ta’ pjanta minn Gafà għattkabbir tas-sagristija għall-istess knisja Fit-tieni nofs tas-seklu sbatax Gafà kien magħruf bħala l-arkitett ewlieni tal-gżira. Kien involut fil-pjanti u fil-kostruzzjoni ta’ tempji imponenti, fosthom San Pawl tar-Rabat, San Lawrenz tal-Birgu, tal-Karmnu u l-Katidral ta’ l-Imdina, San Nikola tas-Siġġiewi, San Ġorġ ta’ Ħal Qormi, Santa Katarina taż-Żejtun, u l-Katidral t’Għawdex. Wara, meta kien ikun hemm bżonn ta’ xi tibdil fil-kostruzzjoni, Gafà kien jiġi mqabbad biex iħażżeż il-pjanti meħtieġa. Hekk għamel biex setgħet titkabbar is-sagristija tal-knisja ta’ San Pawl tal-Belt. Fit-12 ta’ Ġunju 1683 ir-Reverendu Mattia Caruana minn Bormla ta lil Cesare Passalacqua, prokuratur tal-knisja ta’ San Pawl, dar li kellu biswitha biex tinħatt u hekk titkabbar is-sagristija tal-istess tempju. 6 Dan il-bini, fi triq magħrufa tal-arġentiera, kien jikkonsisti f ’żewġ partijiet: f ’waħda minnhom kien hemm intrata tmiss ma’ ħanut, bitħa, kċina u kamra mikrija lil Pietro Tabone; 7 il-parti l-oħra, fejn kien jgħix Ignatio Scotto, kienet tikkonsisti f ’kamra ġo bitħa, kantina u gabinett. Dan il-ħsieb seta’ jseħħ għax il-binja kienet tasal sas-sagristija tal-knisja


Pjanta Sagristija, Kollezzjoni Domus Pauli

u l-ħajt tal-kappella ta’ San Gejtanu. L-arkitett Giovanni Barbara minn Ħal Lija għamel din ir-relazzjoni biex hekk ġie ffirmat il-kuntratt li bih Dun Mattew Caruana seta’ jirċievi minflokha żewġ għelieqi f ’Ħal Tarxien. 8 Xi tagħrif bijografiku fuq l-iskultur Menville L-iskultur Giovanni Battista twieled ġo Franza fis-snin bikrin talerbgħinijiet tas-seklu sbatax. Wisq probabbli li l-ewwel kuntatti ma’ Malta kienu saru minn missieru Bartolomeo. Billi kien ukoll skultur, aktarx li ġie mogħti xi kummissjoni mingħand l-Ordni ta’ San Ġwann jew xi kavallier biex jiskolpixxi statwa ta’ San Pawl għall-grotta li ġġib ismu ġewwa r-Rabat. 9 Wieħed ma jistax jgħid eżatt fejn setgħu saru dawn il-kuntatti, jekk hux f ’pajjiżna nkella ġo Franza stess. Wisq probabbli wkoll li Bartolomeo kien jieħu lit-tifel Giovanni Battista miegħu biex iħarrġu f ’sengħetu. Fl-10 ta’ Awwissu 1661 Giovanni żżewweġ lil Diana Gallo fil-knisja ta’ Porto Salvo ġewwa l-Belt. 10 Kellhom ta’ l-inqas disat itfal –

Raffaele, Mederico, Luca, Vincenzo, Antonio, Rosolea, Gaspare, Marija Dignamerita u Marchesa. Miċ-ċertifikat tal-magħmudija ta’ Raffaele, nhar is-17 ta’ Novembru 1663, il-parrinu kien ilKommendatur Fra Raffaele Spinola. 11 Fil-magħmudija tat-tieni wieħed, nhar is-26 ta’ Jannar 1665, ittarbija ngħatat l-isem ta’ Mederico; il-parrinu kien il-Kavallier Fra Mederico Blondel. 12 - Ma kenitx kumbinazzjoni li dawn l-ewwel ulied ta’ din il-koppja ngħataw l-istess isem bħal tal-parrinijiet. Mill-arkivji li kkonsultajt sibt li kunjomu mhux dejjem kien jinkiteb kif meħtieġ. Il-kappillani, jew nies oħra responsabbli miż-żamma tar-reġistri tal-magħmudijiet, taż-żwiġijiet, u Status Animarum, kienu jiktbuh kif iħossuh jew kif kienu jisimgħuh. Dawn huma xi ftit mill-varjazzjonijiet – Melchiera 13 , Menviera 14 Maijnero 15 Minivier 16 Milvera 17, Minviela 18, Minvilla 19 u Menville 20. Fost xi kuntratti nutarili nsibu li kunjomu kien miktub hekk – Mienville 21, Mienvilla 22, Mainvillo 23, u Menville 24 . Tgħid fl-aħħar beda jiġi aċċettat Menville?

Anke l-isem ta’ martu, għal xi raġuni mhix magħrufa, inbidel minn Diana għal Anna. Firreġistru tal-magħmudija tal-ewwel tifel isimha huwa mniżżel Diana, filwaqt li fl-ulied l-oħra huwa Anna. Fl-Istatus Animarum, fejn irnexxieli nara, isimha huwa dejjem Anna. Aktarx li isimha nbidel wara l-ewwel ftit snin miż-żwieġ tagħha ma’ Giovanni Battista. Mederico u Luca, tnejn minn ulied l-iskultur Giovanni Battista, saru l-kapijiet tal-funderija ta’ l-Ordni. 25 Huma marru jitħarrġu din is-sengħa sewwa f ’Toulon fi Franza u meta ġew lura fi gżiritna kienu jagħmlu biċċiet tal-artillerija. Barra dan ixxogħol huma kienu jaħdmu wkoll privatament qniepen għall-knejjes Maltin: fosthom fondew dawk għall-parroċċi ta’ Ħal Luqa, Ħal Qormi, Birkirkara, Żejtun, Mosta, Żurrieq, Żabbar, u kunventi talKarmnu ġewwa l-Imdina, Santu Wistin il-Belt u r-Rabat, il-Knisja Konventwali ta’ San Ġwann u l-Katidral ġewwa l-Imdina. Tifel ieħor, li kien jismu Antonio, kien ingħaqad patri ma’ l-Ordni Franġiskan Konventwali. 26

63


Ħarġa Speċjali -Festa tan-Nawfraġju ta’ San Pawl ‒ Valletta 2010

Bust ta’ l-arkitett Lorenzo Gafà

Don Cesare Passalacqua, Sagristija San Pawl Nawfragu, Valletta

Dok. 1 Ċertifikat taż-żwieġ bejn Diana u Giovanni: APDV, Liber Matrimoniorum, vol. Vii (1651-66), f. 128v. Diana Gallo contra Giovanne Melchiera Francese Denunciationibus praemissis tribus diebus continuis festivis quarum prima die 31 Julij 1661 secunda die 7, et tertia die 10 Augusti 1661 inter missarum sollemnia habita est nulloquo legittimo impedimento detecto ego Frater Dominicus Farrugia Rector Parochialis Ecclesiae Sanctae Mariae Portus Salutis Civitatis Vallettae Insulae Melitae eodem die quo fuit facta tertia denunciatio habita prius dispensatione a Reverendissimo Domino Archidiacono Generali Don Alexandro Bologna Dianam filiam virginem Magistri Gaspar Gallo, et Maruzzae coniugorum huius nostrae parocciae, et Joannem Melchiera exterum gallum in hac nostra Parochiali Ecclesia interrogavi, eorumque mutuo consensu solleminter habito per verba de presenti matrimonio conniunxi praesentibus testibus notis Magistro Jacobino Meteli, Carloro Malaspina, et Herrico Micheli. Postea eis ex ritu Ssanctae Matris Ecclesiae in Missae Celebratione bendixi. Ita est ego Frater Dominicus Farrugia Rector et superior. Riferenzi: 1. Fit-18 ta’ Novembru 1664 Giuseppe Faudali flimkien ma’ l-Iskultur Giovanni Baptista Mienville ġew ikkummissjunati mill-uffiċjali tal-Lingwa Franċiża biex jonqxu u jiskolpixxu l-kappella ta’ San Pawl fil-Knisja Konventwali ta’ San Ġwann. Fost ix-xogħol li kienu mqabbdin jagħmlu kellhom iħottu l-artal eżistenti u floku jibnu ieħor imdawwar b’erba’ kolonni u jiskolpixxu l-ħitan kollha b’tiżjin ta’ trofej, armi tal-Lingwa u ornamenti oħra: A(rkivju N(utarili) V(alletta), Nut(ar). T. Agius, R 11/34, ff. 314-315. Għal aktar tagħrif fuq l-iskultura u xogħlijiet fl-irħam ġo San Ġwann, ara J. Debono, St. John’s Conventual Church, stone carving, gilding and marble work (1640s – 1660s), fi J. Debono, Art and Artisans in St. John’s and other Churches in the Maltese Islands ca. 1650 – 1800 stone carving, marble, bells, clocks and organs, Malta 2005, 4-102. 2. Għal aktar tagħrif fuq il-knisja ta’ San Pawl, ara L. Mahoney, 5000 Years of Architecture in Malta, Malta 1996, 223-6, 312 u 316. Ara wkoll J. Ciarlò, The Hidden Gem St. Paul’s Shipwreck Collegiate Church, Malta 1993. 3. Għal aktar tagħrif fuq Gafà, ara L. Mahoney, A History of Maltese Architecture from Ancient Times up to 1800, Malta, 1988, 69, 228, 231-46 u passim, id., 5000 Years of Architecture, 170-76 u passim, K. Sciberras, Roman Baroque Sculpture For the Knights of Malta, Malta 2004, 11, 15, 60, 72-8 u Melchiorre Cafà Maltese Genius of the Roman Baroque, ed. K. Sciberras, Malta 2006, 1, 3, 16, 18, 112-13, 116-20, 126-27.

64


sena mill-Miġja ta’ San Pawl f’Malta

Festa tan-Nawfraġju ta’ San Pawl Fil-Knisja Parrokjali, Insinji, Kolleġġjata, Veskovili tal-Belt Valletta A.D. 60 – 2010

l-Erbgħa, 10 ta’ Frar 2010

www.sanpawlmalta.com

Dettal: In-Nawfraġju ta’ San Pawl – Matteo Perez d’Aleccio (1579) | Knisja Kolleġġjata San Pawl Nawfragu, Valletta | Disinn: Paul Mizzi

sena mill-Miġja ta’ San Pawl f’Malta

1:53:11 PM

1/18/2010 .indd 1

Tessera 2010

Pawl n a S ’ a t u j ġ awfra Festa tan’-FN rar 2010 iġja sena mill-M l f’Malta ta’ San Paw

0 ta

l-Erbgħa, 1

ta’ San Nawfraġju

Dettal: In-

indd 1

arbural2010.

tteo Perez Pawl – Ma

79) – Knisja

d’Aleccio (15

San Kolleġġjata

agu, Va Pawl Nawfr

lletta

25/11/2009

20:38:59

Fl-okkażjoni tal-1950 sena mill-Miġja ta’ San Pawl f ’Malta u l-erbgħin anniversarju mit-twaqqif tal-Għaqda tal-Pawlini tal-Belt Valletta, il-Kumitat nieda logos fuq disinn ta’ Paul Mizzi, membru tal-Bord Editorjali tal-Għaqda. F’din is-sena speċjali ntagħżel il-kwadru titulari li nsibu fil-Kolleġġjata San Pawl Nawfragu, Valletta, xogħol tal-artist Spanjol, Matteo Perez d’Aleccio li jirrapreżenta n-Nawfraġju ta’ San Pawl. Kif jidher hawn fuq, din l-immaġini ntużat fil-materjal pubbliċitarju u nformattiv tal-festa 2010.

65



sena mill-Miġja ta’ San Pawl f’Malta

4. ‘..... di fare la scultura, lavoro, et ornamento del quadro dell’Altare titulare di detta Chiesa Parrochiale di Santo Paolo Apostolo conforme il disegno gia fatto dal maestro Lorenzo Gafà, quale tiene in suo potere detto Gio. Batta, e che sia di tutta perfettione conforme richiede l’arte della scultura ....’: ANV, Nut, P. Attard, R 30/23 (167981), ff. 295-295v (1679-80). 5. Għal aktar dettalji, ara L. Zahra, ‘Il-Faċċata tal-Kor fil-Kolleġġjata ta’ San Pawl’, Programm Festa San Pawl 2000, 26-7. 6. ANV, Nut. B. Vassallo, R 461/29, ff. 1318v-1321. 7. Ibid., ff. 1321-1322, 5 ta’ Lulju 1683. 8. Ibid., ff. 1322-1323, 6 ta’ Lulju 1683. 9. Nixtieq nirringrazzja lil Monsinjur Ġwann Azzopardi, li bi ħsiebu jikteb aktar fid-dettal dwar din il-ġrajja, għal din l-informazzjoni. 10. A(rkivju) P(arrokkjali San) D(uminku) V(alletta), Liber Matrimoniorum, vol. Vii (1651-1666), f. 128v. Ara Dok. 1. Ta’ min josserva li f’dawk is-snin kien hemm numru konsiderevoli ta’ barranin, speċjalment Franċiżi, li żżewwġu lokalment. Minn tiftix li għamilt fl-arkivji jirriżulta li l-Istato Libero ta’ dik is-sena huma aktarx mitlufa. 11. Ibid., Liber Baptizatorum, vol. Ii (1650-1678), f. 180v. 12. Ibid., f. 194. 13. Ara nota 10. 14. Ara nota 11. 15. Ara nota 12.

16. Nhar id-19 ta’ Ottubru 1666 it-tifel Luca ġie mgħammed: APDV, Liber Baptizatorum, vol. Ii (16501678), f. 215. 17. Skond l-Istatus Animarum ta’ 1667 il-koppja, flimkien ma’ tliet uliedha, kienu jabitaw fl-inħawi ta’ sopra ilGioco della palla: A(rkivju A(rċiveskovili) F(urjana), Rollo della Parrocchia di Porto Salvo del 1667, f. 5v. 18. Skond l-Istatus Animarum ta’ 1679 il-koppja, flimkien mas-seba’ uliedha, kienet tabita fl-inħawi ta’ dove la mina sotto il-Molino di vento: Ibid., Rollo della Parrochia di Porto Salvo del 1679, f. 4. 19. Ibid., Rollo della Parrochia di Porto Salvo del 1681, f. 5v. 20. Ibid., Status Animarum Rollo della Parrochia di Porto Salvo del 1695, mhux paġnat. 21. ANV, Nut. T. Agius, R11/34. ff. 314-315, 18 ta’ Novembru 1664. 22. Ibid., R 11/53, ff. 776-777, 1 ta’ Mejju 1679. 23. ANV, Nut. P. Attard, R 30/23 (1679-81), ff. 295-295v (1679-80), 1 ta’ Ġunju 1680. 24. Giovanni Battista kellu madwar 57 sena u kien armel meta għamel it-testment tiegħu: ANV, Nut. G. Simon, R442/14, ff. 320v – 323v, 22 ta’ Frar 1702. 25. Għal aktar tagħrif fuq dawn il-funduturi u oħrajn, ara Debono, Bell-Founders (Eighteenth Century), fi Art and Artisans in St. John’s and other Churches, 185-319. 26. ANV, Nut. G. Simon, R442/14, f. 321v.

67



S. & T. Service Ltd. Customs Clearance Import & Export Lifting Machines & Trucking Service Joe Phil, Ġużè Galea Street, Qormi QRM 06 Tel: 2146 2210 - Fax: 21461431 - Mob: 9942 9595


Ħarġa Speċjali -Festa tan-Nawfraġju ta’ San Pawl ‒ Valletta 2010

Iċ-Ċentinarju Pawlin - 1960 Martin Gravina

“Bir-raġun kollu l-festi ċentinarji li llum qegħdin jingħalqu, ħadu t-tifsira ta’ trijonf tal-Fidi Nisranija, mistqarra pubblikament quddiem id-dinja kollha minkom li tridu tkunu d-dixxendenti denji ta’ dawk in-nies antiki u twajba li laqgħu lill-Appostlu nawfragu.’’ Silta mid-diskors tal-Papa Ġwanni XIII li kien imxandar nhar l-24 ta’ Lulju 1960. Il-ftuħ Uffiċjali taċ-Ċentinarju Il-Ħadd 31 ta’ Jannar, il-ġurnata uffiċjali tal-ftuħ taċċentinarju, filgħodu fil-Kattidral ta’ San Pawl l-Imdina, Mons. Arċisqof għamel pontifikal, li fih il-priedka kienet saret mill-Isqof Galea. Wara nofsinhar, kif spiċċa l-Għasar Pontifikali, Mons. G. Pace, Isqof ta’ Għawdex u l-Isqof E. Galea, mexxew purċissjoni Sinodali tal-kleru u sekulari u għal din l-attività attendew numru kbir ta’ nies li mlew is-Saqqajja u t-triqat tal madwar. Fost id-daqq tal-qniepen tal-Kattidral, il-purċissjoni mxiet għall-Knisja Parrokkjali ta’ San Pawl tar-Rabat fejn fiha ħadu sehem il-Konfraternitajiet tar-Rabat, għadd kbir ta’ reliġjużi, kumitati, flimkien mal-Kappillani, l-Arċipriet u l-Kapitlu Metropolitan, l-Isqof ta’ Għawdex u l-Isqof Galea, u l-Arċisqof Gonzi li kien qiegħed iġorr ir-relikwija ta’ San Pawl. Wara li l-purċissjoni marret fil-Knisja Parrrokkjali ta’ San Pawl, baqgħet sejra lejn is-Saqqajja. Il-Banda Konti Ruġġieru tar-Rabat akkumpanjat il-Kor tal-Ħamrun li kanta l-innu taċ-ċentinarju fejn imbagħad sar indirizz qasir ta’ l-okkażjoni minn Mons. L. Spiteri. Wara dan id-diskors, l-Arċisqof, fost l-applaws ta’ dawk preżenti, għamel il-mixegħla tan-niċċa waqt li l-poplu kanta l-Kredu. F’dan il-ħin indaqqet mota ta’ għaxar minuti mill-knejjes kollha. Imbagħad Mons. Arċisqof qara t-talba taċ-ċentinarju u l-messaġġ mibgħut mill-Vatikan li kien iġib il-firma tal-Kardinal Tardini. Wara Dun C.G. Vella qrah bil-Malti u bl-Ingliż. Il-purċissjoni reġgħet imxiet lura lejn il-Kattidral fost il-kant ta’ Christus Vincit fejn fl-aħħar ingħatat il-Barka Sagramentali.1 Wieħed mill-karrijiet li ħadu sehem fl-isfilata Pawlina

Il-Ħuġġieġa fuq il-Gżejjer ta’ San Pawl Fit-3 t’April kienet saret ċerimonja qasira imma simbolika fuq il-Gżejjer ta’ San Pawl il-Baħar. Taħt l-istatwa ta’ San Pawl il-Kappillan ta’ San Pawl il-Baħar Patri Serafin Galea O.F.M., intona l-Veni Creator u qara l-Kapitlu tanNawfraġju mill-Atti tal-Appostli liema qari nqara fl-istess ħin fuq ir-Rediffusion fejn anki ndaqqet mota mill-knejjes kollha. Wara l-Kanonku J. Brincat xegħel ħuġġieġa li, imrewħa mir-riħ li kien qed jonfoħ, malajr ħadet u kienet tidher sew minn diversi nħawi. Minn din il-ħuġġieġa tqabbdu erba’ torċi li nżammu minn rappreżentanti tal-Għaqdiet, tal-Unions, tal-Baned u tal-poplu fejn 1  Il-Berqa, 1 ta’ Frar, 1960, pp. 1, 8.

70


sena mill-Miġja ta’ San Pawl f’Malta

Il-ħuġġieġa li saret fuq il-Gżejjer ta’ San Pawl nhar it-3 t’April, 1960

imbagħad filgħaxija nġabru fix-Xagħra tal-Furjana għallejla ta’ talb u penitenza.2 Il-Kurċifiss ta’ Ġieżu fix-Xagħra tal-Furjana Bħala parti mill-festi taċ-ċentinarju, il-Kurċifiss Mirakuluż f ’Ta’ Ġieżu kien espost fil-Kon-Kattidral ta’ San Ġwann għall-venerazzjoni tal-pubbliku mill-31 ta’ Marzu sal-Ħadd 3 t’April filgħaxija fejn imbagħad kien meħud proċessjonalment il-Floriana Parade Ground, għal-lejl ta’ Talb u Penitenza.

Hekk kif spiċċa l-kant l-Isqof Galea beda l-meditazzjoni tal-Via Sagra. Erbatax-il kappillan qagħdu ħdejn kull stazzjon u qalu xi talb li kellu x’jaqsam ma’ kull stazzjon. Wara li ntqal it-talb quddiem kull stazzjon, inxtegħel kull salib. Qabel il-quddiesa li kienet iċċelebrata mill-Isqof saret priedka minn Patri G. Delia S.J. Fl-aħħar il-Kurċifiss ittieħed proċessjonalment fil-Knisja ta’ San Publiju, fejn imbagħad l-għada 4 t’April filgħaxija ttieħed proċessjonalment għall-Knisja Ta’ Ġieżu.3

Fil-għaxija, wieħed mill-erba’ vannijiet li fuqu kien hemm ix-xemgħa mixgħula mexa quddiem il-purċissjoni bilKurċifiss. Il-purċissjoni telqet mill-Kon-Kattidral ta’ San Ġwann u għaddiet minn Triq Irjali għall-Furjana. FixXagħra tal-Furjana, il-kurċifiss tqiegħed fuq palkett li kien twaqqaf mir-Royal Engineers u fuq iż-żewġt iġnub ta’ l-altar u tal-Kurċifiss kien hemm erbatax – il salib ieħor, sebgħa fuq kull naħa. Wara li l-Boys Brigade daqqew fanfarra saret minuta skiet u l-Kor tal-Ħamrun kanta l-Miserere.

Il-wasla ta’ l-Ikona ta’ San Pawl mill-Imdina sal-Belt Il-ftuħ ta’ l-aħħar ħmistax taċ-ċelebrazzjonijiet bdew il-Ħadd 10 ta’ Lulju filgħaxija fejn l-Ikona ta’ San Pawl meqjuma fil-Kattidral ta’ l-Imdina ttieħdet fuq trakk miftuħ sal-Belt, akkumpanjata mill-Arċisqof, il-kapitlu tal-Kattidral u membri ta’ l-eżekuttiv u kumitati oħra taċ-ċelebrazzjonnijiet. Meta l-ikona waslet il-Belt ħdejn il-Knisja tal-Vitorja l-Kapitlu ta’ San Pawl ta merħba u għadda d-Driegħ lill-Arċisqof li ġarrha sal-Kon-Kattidral flimkien ma’ l-Ikona. Meta l-Arċisqof wasal fil-Kon-

2  Il-Berqa, 4 ta’ April, 1960, p.8.

3  Il-Berqa, 4 ta’ April, 1960, p.8.

71


Quddiesa mill-Kardinal Luigi Traglia fuq il-Gżejjer ta’ San Pawl nhar id-19 ta’ Lulju, 1960

Kattidral, irreċita t-talba taċ-Ċentinarju u ta l-barka biddriegħ. F’dik il-lejla l-knejjes kollha għamlu mixegħla fuq il-faċċati u l-Baned La Valletta u l-King’s Own daqqew marċijiet fil-Belt fost entużjażmu kbir.4 L-isfilata Pawlina It-Tnejn 18 ta’ Lulju, filgħaxija, eluf ta’ nies ħonqu l-Belt biex jaraw wieħed mill-isbaħ episodji taċċelebrazzjonijiet Pawlini li kienet sfilata twila ta’ karrijiet dekorati li rrappreżentaw il-punti ewlenin tal-ħajja u l-missjoni ta’ San Pawl. Kien hemm sittax-il karru fejn organizazzjonijiet reliġjużi, Boy Scouts u Kulleġġi kienu individwalment responsabbli. Din l-isfilata kienet bdiet minn Misraħ Kastilja u meta beda jidlam, id-dwal moħbija tal-karrijiet żejnu aktar id-dehra tagħhom. Meta l-isfilata waslet ġewwa x-Xagħra tal-Furjana nġemgħu bosta nies filwaqt li kummentarju dwar l-istorja ta’ l-Appostlu beda jakkumpanja kull karru li beda jasal. Żewġ baned, dik ta’ l-Imperial tal-Mellieħa u l-oħra ta’ San Piju X ta’ Ħal Lija akkumpanjaw din l-isfilata. L-istess sfilata kienet reġgħet saret ġewwa l-Belt l-għada filgħaxija fejn din id-darba kienet akkumpanjata mill-Baned Żejtun u ta’ San Pawl il-Baħar.5

4  Il-Berqa, 11 ta’ Lulju, 1960, p.8.

5  Il-Berqa, 19 ta’ Lulju, 1960, p.1. Times of Malta, 19 ta’ Lulju 1960, p.9. Times of Malta, 22 ta’ Lulju 1960, p.12.

72

Il-Lejla tas-Sibt 23 ta’ Lulju 1960 Id-Delegat Appostoliku Monsinjur G.P. O’Hara iċċelebra quddiesa kantata fuq il-Fosos tal-Furjana nhar is-Sibt 23 ta’ Lulju 1960 filgħaxija fejn il-folla kbira attendiet kemm għal din il-quddiesa kif ukoll għal-logħob tan-nar li sar wara. Il-Kardinal Legat, Kardinali oħra u għadd kbir ta’ Isqfijiet u Monsinjuri mxew proċessjonalment mill-Knisja ta’ San Publiju għal fuq it-Tribuna fejn saret il-quddiesa b’omelija mill-Patri Franġskan Akkursju Xerri. Iż-żewġ vari, dik ta’ San Pawl tal-Belt u l-oħra ta’ San Publiju tal-Furjana, flimkien mad-Driegħ ittieħdu fuq il-Fosos għal din l-okkażjoni. Wara s-solennità tal-quddiesa, dik il-lejla spiċċat billi mill-ġonna ta’ Hastings telgħet kaxxa nfernali u rockets li tista’ tgħid ma qatgħu xejn. Matul naħa kollha taxXagħra, l-ewwel kien hemm musketterija kulurita u mbagħad logħob tan-nar tal-art b’diversi disinji li żammew lil dawk l-eluf ta’ nies kważi sa nofs il-lejl jammiraw dan ix-xogħol pirotekniku.6 Il-Papa jbierek lil Malta bil-Malti “Inberkukom b’qalbna kollha fl-isem tal-Missier u talIben u tal-Ispirtu s-Santu’’. Dawn il-ftit kelmiet bil-Malti qalhom il-Papa Ġwanni XX111 nhar l-24 ta’ Lulju 1960 6  Il-Berqa, 25 ta’ Lulju, 1960, p.8. Sunday Times of Malta, 24 ta’ Lulju, 1960, p.1.


sena mill-Miġja ta’ San Pawl f’Malta

Il-Kurċifiss Mirakuluż ta’ Ġieżu quddiem il-Kon-Kattidral ta’ San Ġwann

f ’messaġġ li kien imxandar direttament għal fuq il-Fosos mir-Radju tal-Vatikan, u li kien il-final grandjuż talpurċissjoni li saret mill-Kon-Kattidral għal fuq il-Fosos. Preżenti kien hemm il-Kardinal Legat, il-Kardinali, l-Arċisqof Gonzi, l-Isqfijiet ta’ Malta u ta’ barra. Il-purċissjoni li kienet twila u fiha ħadu sehem ħafna għaqdiet, fosthom anki partiti politiċi kienet immexxija mill-Kardinal Muench, li kien f ’karozza miftuħa flimkien ma’ l-Arċisqof Gonzi. Ħadu sehem ukoll il-Kardinal Traglia u l-Kardinal Marella, numru kbir ta’ kavallieri talOrdni ta’ Malta kif ukoll ħafna Maltin li kienu ġew minn barra għal dawn il-festi. Fil-purċissjoni kien hemm ukoll id-Driegħ u relikwa tal-katina ta’ San Pawl. Fuq il-lemin tat-tribuna tqiegħdet il-vara ta’ San Pawl filwaqt li fuq in-naħa l-oħra tqiegħdet il-vara ta’ San Publiju. Hekk kif l-Għaqdiet inġabru fuq il-Fosos, u l-pjazza kienet mimlija bin-nies, il-Kardinali, l-Arċisqof, l-Isqfijet u l-kavallieri ħadu posthom fuq it-Tribuna. Wara ġie trasportat is-Sagrament mill-knsija ta’ San Publiju, fejn imbagħad il-Kardinal Legat ta l-Barka Sagramentali. Fil-ħin tat-tmienja ta’ filgħaxija bdew jinstemgħu l-qniepen tal-Bażilika ta’ San Pietru – is-sinjal magħruf tar-radju Vatikan – u wara ftit l-announcer tar-Radju Vatikan ħabbar lid-dinja li l-Papa Ġwanni XX111 kien sejjer ixandar messaġġ speċjali għal Malta fi tmiem il-festi taċ-Ċentinarju Pawlin. Imbagħad instema’ leħen il-Papa bit-taljan jaqra l-messaġġ tiegħu. Fl-aħħar tal-messaġġ il-Papa ta l-Barka Papali lill-poplu ta’ Malta u Għawdex bl-ilsien Malti. Dan il-messaġġ reġa’ mbagħad inqara bil-Malti minn Monsinjur A.

Il-purċissjoni tal-24 ta’ Lulju, 1960

Bonnici. Fl-aħħar tkellem l-Arċisqof Gonzi fejn wera s-sodisfazzjon personali tiegħu għall-festi li kienu saru. Il-manifestazzojni spiċċat bil-kant ta’ l-Innu tal-Papa u b’dimostrazzojni kbira lill-Kardinal Muench u lillArċisqof x’ħin dawn kienu neżlin minn fuq it-Tribuna.7 Radd ta’ Ħajr ’l Alla Il-Ħadd 31 ta’ Lulju, fil-knejjes kollha, sar Te Deum bħala radd il-ħajr ’l Alla għaċ-ċelebrazzjonijiet li kienu saru. Anki għal dan il-għan kienet ħarġet ċirkulari mill-Kurja Arċiveskovili fejn barra din id-direttiva, kien sar ringrazzjament lil dawk kollha li ħadu sehem kemm fit-tħejjija ta’ dawn il-festi, kemm fil-funzjonijiet sagri u dimostrazzjonijiet oħra, u l-ordni li nżammet qalb ġemgħat hekk kbar ta’ nies. Kienu ħafna l-attivitajiet kemm soċjali kif ukoll reliġjużi anki għat-tfal barra dawn ta’ fuq imsemmija, fosthom laqgħat reliġjużi, attivitajiet f ’diversi rħula u bliet, pageant dwar il-ħajja ta’ San Pawl fl-Empire Stadium tal-Gżira, oratorji u drammi, diversi pellegrinaġġi, quizzes Pawlini, talb u adorazzjonijiet, esebizzjonijiet, fosthom dik ġewwa l-Istitut Kattoliku, tqassim ta’ ikel lill-foqra, attivitajiet għall-morda u għat-tfal fuq il-Fosos tal-Furjana, diversi ċelebrazzjonijiet pontifikali kemm fil-Kolleġġjata ta’ San Pawl il-Belt kif ukoll fil-Kon Kattidral, tnaqqis tassentenzi tal-priġunieri u oħrajn. Ma naqasx it-tiżjin tal-ħwienet, uffiċini, u toroq b’armar fuq disinn ta’ E. Cremona. Kienet ukoll novità għal pajjiżna meta ġewwa l-Belt intramaw disnji ta’ dawl jimxi, kif ukoll il-fjakkolata li kienet saret ma’ Malta nhar it-22ta’ Lulju.

7 Il-Berqa, 25 ta’ Lulju, 1960, p.1. Times of Malta, 25 ta’ Lulju, 1960, p.1.

73


Ħarġa Speċjali -Festa tan-Nawfraġju ta’ San Pawl ‒ Valletta 2010

It-Tribuna fuq il-Fosos tal-Furjana disinn ta’ Emvin Cremona

L-Ikona ta’ San Pawl miżmuma fil-Kattidral tal-Imdina fi triqtha lejn il-Belt

Iċ-ċerimonja li saret quddiem in-niċċa ta’ fuq is-Saqqajja fir-Rabat flokkażjoni tal-ftuħ tal-festi Ċentinarji

Biss bla dubju ta’ xejn il-festi ġewwa l-Belt ta’ l-10 ta’ Frar, li kienu bdew nhar it-12 ta’ Jannar, kienu saru b’aktar solennità minn qabel. Mill-ftuħ ta’ dawn il-festi sa l-aħħar ta’ Jannar meta kienet saret akkademja mużiko letterarja, il-vara ta’ San Pawl kienet tqiegħdet fuq l-altar maġġur għall-ewwel darba mill-gwerra ’l hawn. Kien hawn ilpreżenza ta’ tliet Isqfijiet Franġiskani li kienu ħadu sehem ukoll fil-purċissjoni tal-festa li kienet deskritta bħala waħda kbira kemm mil-lat li kienu ħadu sehem fiha kif ukoll mill-entużjażmu tal-poplu kbir li kien daħal il-Belt dak in-nhar. F’dan iċ-Ċentinarju barra l-coverage kbir li kien sar millmedja barranija fosthom il-BBC u r-RAI TV, kienu saru diversi affarijiet kommemorattivi. Fosthom insibu s-sett ta’ bolol, souvenirs, medalji u badges, kalendarju ta’ dik is-sena, bnadar żgħar, santi u statwi ta’ San Pawl, film taċ-

74

Ċentinarju, lapida ġewwa l-Kon-Kattidral u oħra f ’wieħed mill-bibien tal-Kolleġġjata ta’ San Pawl il-Belt. Il-festi u ċerimonji kbar u ta’ devozzjoni flimkien ma’ l-entużjażmu tal-poplu, u l-ħidma bejn il-kumitati, ilGvern u s-Servizzi kienu l-fatturi prinċipali għas-suċċess ta’ dan iċ-Ċentinarju kemm f ’Malta kif ukoll f ’Għawdex. Qatt fl-istorja ta’ pajjiżna ma kienu ġew numru kbir ta’ dinjitarji ekkleżjastiċi u ċivili, turisti u emigranti f ’daqqa minn kull rokna tad-dinja u poġġew lil Malta fuq il-mappa dinjija.8

8  Times of Malta, 1 ta’ Awwissu, 1960. Ħajr lill-Arkivju tal-Kattidral Mdina u lil Alfred Zahra.


sena mill-Miġja ta’ San Pawl f’Malta

Il-Pittur Giuseppe Calleja u l-Kolleġġjata tal-Belt Michael Galea Il-Knisja kienet dejjem meċenata u patruna tal-arti, u għalhekk filknejjes ħafna drabi nsibu pinoteki. Dan jgħodd mhux anqas għallKolleġġjata ta’ San Pawl Nawfragu, il-Belt Valletta. F’din il-knisja hemm xogħlijiet ta’ pitturi Maltin kif ukoll barranin. Minn fost il-pitturi lokali li għandhom xogħlijiet f ’din il-knisja pawlina, hemm il-pittur Giuseppe Calleja (1823-1915). Kien alliev ta’ Giuseppe Hyzler (1793-1858), u baqa’ dejjem jaħdem taħt id-direzzjoni tas-surmast tiegħu. Għal diversi snin Calleja kien jgħallem id-disinn fl-iskejjel tal-Gvern. Barra mill-ħafna xogħlijiet tiegħu ta’ pittura u ta’ disinn, Calleja ħalla ħafna kitba fuq l-arti kritika u ta’ riċerka. Ħalla wkoll noti awtobiografiċi Schizzi sulla mia vita li jgħinuna nkunu nafuh aħjar u jgħarrfuna fuq xi xogħlijiet tiegħu. Għalkemm forsi jidher li ma tantx jissemma, b’danakollu Giuseppe Calleja ħalla patrimonju u wirt kbir artistiku. Flimkien ma’ ħafna xogħlijiet fi knejjes, huma ħafna l-opri ta’ Calleja li jinsabu f ’kollezzjonijiet privati. Il-pittur Giuseppe Calleja għandu rabta mal-Kolleġġjata tal-Belt Valletta. Twieled il-Belt fit-12 ta’ Diċembru 1828, u tgħammed l-għada fil-Knisja Parrokkjali ta’ San Pawl Nawfragu, il-Belt Valletta; ngħata l-isem ta’ Giuseppe Maria, bin Antonio Calleja u Maria Teresa mwielda Cachia; il-parrini kienu Giuseppe u Antonia Cachia. (1)

Giuseppe Calleja

Fost il-Fratellanzi mwaqqfa fil-knisja ta’ San Pawl Nawfragu, u li wħud minnhom imorru lura għas-seklu sbatax, f ’din l-istess knisja fit-18 ta’ Diċembru 1804, l-Isqof djoċesan, Fra Vincenzo Labini (1780-1807), waqqaf kanonikament il-Fratellanza ta’ Sant’Agata, li kellha l-altar tagħha fil-kappella ta’ San Gejtanu. Fundatur ta’ din il-Fratellanza kien il-kjeriku Michele Tanti. Sant’Agata, Verġni u Martri, hija kompatruna ta’ Malta, u patruna tal-barklori u ta’ dawk li jaħdmu fuq il-baħar. Aktar tard l-Isqof Labini kien ħa ħsieb qabbad il-pittur Palermitan Giuseppe Velasquez (Velasco) ipinġi kwadru, li kien jirrapreżenta ‘l Sant’ Agata u San Gejtanu. Dan il-kwadru aktar tard inbidel, u tqiegħed ieħor floku, dak li hemm illum fil-kappellun ta’ San Gejtanu; dan ta’ l-aħħar huwa xogħol Giuseppe Hyzler li tqiegħed fil-post fid-9 ta’ Marzu 1852, preżenti l-pittur Hyzler u l-Prokuratur tal-knisja, l-Kanonku Imbroll. (2) Però nafu li minħabba li kien marad ħafna, Hyzler kien ikun mgħejjun millalliev Giuseppe Calleja bħalma kien il-każ tal-kwadru li qed nitkellmu fuqu. (3) U mbagħad fil-kappellun ta’ San Ġużepp hemm żewġ kwadri kbar ovali li jirapreżentaw ’l San Franġisk Saverju u San Ġerolamo rispettivament, li huma xogħol Giuseppe Calleja. (4) Ħdejn il-kappellun ta’ San Gejtanu fl-istess knisja hemm il-kappella tasSagrament. Il-frontispizju fl-irħam u l-paviment ta’ din il-kappella nħadmu fl-1860 fuq disinn ta’ Giuseppe Calleja. (5)

Il-Gvernatur Richard Moore O’Farrell, Giuseppe Calleja, Sagristija Knisja San Pawl, Valletta

75


Ħarġa Speċjali -Festa tan-Nawfraġju ta’ San Pawl ‒ Valletta 2010

Fl-1861 Giuseppe Calleja kien sebbaħ il-koppla ta’ din il-kappella tas-Sagrament b’għadd ta’ pitturi li kienu jirrapreżentaw it-Tmien Beatitudini. (6) Peress li din il-pittura mażżmien sfat delapidata, sewwasew fl-1927 il-pittura ta’ Giuseppe Calleja ġiet sostitwita b’dik li hemm illum, li tirrapreżenta qaddisin ta’ l-Ewkaristija, fosthom San Pawl, xogħol taż-żejt fuq it-tila minn Lazzaro Pisani (1854-1932). (7) Minn mindu fil-bidu tas-seklu dsatax daħlet f ’Malta l-era Ingliża, il-Gvernatur kien dejjem xi Ġeneral u Protestant. Il-Maltin kienu talbu biex ikollhom Gvernatur mhux militari imma diplomatiku ċivili ta’ karriera u kattoliku. It-talba ntlaqgħet mill-Gvern Ingliż: fl1847 wasal f ’Malta bħala Gvernatur, Sir Richard More O’Ferrall, diplomat b’karriera parlamentari, u Kattoliku Irlandiż. Dan il-Gvernatur kien qrib ħafna l-Kapitlu talKolleġġjata tal-Belt. Fis-6 ta’ April 1847, fuq rakkomandazzjoni ta’ More O’Ferrall, il-Papa Piju IX (18461878) ta lill-Kapitlu l-użu tal-mazza bħala rikonoxximent għas-servizz li l-kanonċi taw waqt l-imxija tal-pesta fl-1813. Il-mazza artistika tal-fidda rregalaha l-Gvernatur stess. Hija xogħol ta’ artiġjant mill-isbaħ fil-fidda: San Pawl imdawwar b’erba’ figuri mitoloġiċi, u ġrajjiet mill-ħajja ta’ San Pawl: in-Nawfraġju ta’ San Pawl, San Pawl qed jippriedka, San Pawl qed ifejjaq lill-missier Publius, u San Pawl qed ifejjaq il-morda. B’sens ta’ gratitudni l-Kapitlu fl-1858 qabbad lill-pittur Giuseppe Calleja jpinġi kwadruritratt ta’ Sir Richard More O’Ferrall li qiegħed Il-frontispizju u l-paviment tal-Kappella tas-SS.mu Sagrament nħadmu fuq fis-sagrisitja l-kbira. L-iskrizzjoni bil-Latin disinn ta’ Giuseppe Calleja hija komposta mill-magħruf epigrammatista, Rev. Dr. Giuseppe Zammit (Brighella). (8) Semmejna l-Papa Piju IX (9), li kkonċeda li l-Kapitlu tal-Kolleġġjata ta’ San Pawl igawdu l-privileġġi mogħtija mill-predeċessur tiegħu l-Papa Piju VII (1800-1823). B’turija ta’ gratitudni fl-1858 l-Kapitlu qabbad il-pittur Giuseppe Calleja jpinġi portrait ta’ dan il-Papa, li qiegħed fis-sagristija l-kbira. (10) L-iskrizzjoni tal-kwadru komposta millfuq imsemmi Rev. Dr. Zammit tgħid: “Pius IX Pont. Max. Privilegia Novo Rescripto Confirmavit AD MDCCCLVIII”. Fin-noti awtobiografiċi li ħallielna Giuseppe Calleja – Schizzi sulla mia vita – huwa jsemmi li fl-1901 pinġa kwadru li jirrapreżenta s-Sagra Familja (11) għaż-żewġt aħwa saċerdoti, Rev. Joseph Fiteni, Kanonku tal-Knisja Kolleġġjata ta’ San Pawl tal-Belt Valletta (12) u Rev. Dr. Leopoldo Fiteni DD, Arċipriet tal-Kolleġġjata ta’ l-Isla. (13)

76

Giuseppe Hyzler, is-surmast ta’ Giuseppe Calleja, kien ħalla fittestment tiegħu (14) li xtaq jindifen għand il-Patrijiet Kapuċċini tal-Floriana, jew għand il-Patrijiet Agostinjani tal-Belt Valletta. Però meta miet fid-19 ta’ Jannar 1858 b’attakk ta’ apuplesija (15) fil-fatt indifen fil-knisja ta’ San Pawl, Valletta. (16) Min-naħa l-oħra, filwaqt li l-familja tal-pittur Giuseppe Calleja kellha drittijiet għas-sepultura fil-knisja ta’ San Pawl, fejn l-istess Giuseppe Calleja kien tgħammed, meta miet fit-12 ta’ Awwissu 1915 Giuseppe Calleja ndifen fiċ-Ċimiterju tal-Addolorata, Raħal Ġdid. Ebda epitaffju ma jimmarka l-qabar tiegħu. (17)


sena mill-Miġja ta’ San Pawl f’Malta

Kwadru titulari tal-Kappellun ta’ San Gejtanu, Giuseppe Hyzler u Giuseppe Calleja

Noti u Riferenzi: 1. Arkivju Parrokkjali San Pawl, Valletta, Liber Bapt. Vol. XIX, f.152. 2. Pisani, G. , Sant’ Agata VM u l-fratellanza tagħha mwaqqfa f ’San Pawl tal-Belt, 1949, 24. 3. Calleja, J., Giuseppe Calleja 1828-1915 The Man, The Teacher, The Artist, 1992, 36. Calleja, Gius. Breve cenno sugli oggetti di Belle Arti esistenti nelle Chiese di Malta, u The Works of Art in the Churches of Malta and the Governor’s Palace, Valletta, Malta. 4. Ferris, A., Descrizione storica della Chiesa di Malta e Gozo, 1866, 165; Caruana dei Conti Gatto, V. Malta Artistica Illustrata, Pittura, 1905, 88. 5. Calleja, J., op. cit. 42. 6. L’Ordine – 15.2.1861. 7. Galea, M., Knisja ta’ San Pawl Nawfragu, 1974, 43; Caruana Gatto, op.cit., 88; Ferris, op.cit., 161; Programm Festa 1983. 8. Ferris, op.cit., 160; Calleja,J., 58,82; Skrizzjoni; Richard More O’ Ferrall Inter Anglos Melitae Praefectus Catholici Nominis Professione Conspicuus S. Ecclesia in Animi Grati Testimonium Posuverunt. 9. Papa Piju IX ġie ddikjarat Beatu f ’Settembru 2000. 10. Ferris, 160. 11. Calleja, J., 57. 12. Miet fl-1 ta’ Jannar 1907. 13. Miet fil-31 ta’ Awwissu 1852. 14. Atti tan-Nutar Vincenzo Paolo Frendo ta’ l-20.5.1856. 15. Calleja, J., 102. 16. Arkivju Parrokkjali San Pawl Valletta, Liber. Def. Vol. XVIII, f.667. 17. Il-qabar jinsab West, M.A. No. 5.

77


Ħarġa Speċjali -Festa tan-Nawfraġju ta’ San Pawl ‒ Valletta 2010

Westminster Cathedral, Londra

San Pawl fil-Katidral ta’ Westminster Eric Montfort

Il-Katidral ta’ Westminster kien issemma fl-aħbarijiet tagħna, minħabba li l-Arċisqof Mons. Pawl Cremona O.P. iċċelebra quddiesa bħala parti mill-attivitajiet li ċċelebraw il-kanonizzazzjoni ta’ San Ġorġ Preca. L-għażla tal-Katidral ta’ Westminster, ġewwa Victoria, fil-qalba tal-Londra u f ’lokalità eleganti ħafna fejn jgħixu u jaħdmu ħafna Maltin. Għaxar minuti mixi ’il bogħod, insibu l-kunvent u d-Dar tas-Sorijiet Franġiskani f ’St. George’s Drive, post li min jaf kemm ospita Maltin, l-iktar nies li kellhom jagħmlu operazzjonijiet, konvalexxenti u nieshom ukoll. Żewġ waqfiet bilferrovija taħt l-art, insibu Vauxhall u Pimlico, fejn fis-snin ħamsin u sittin kienu joqogħdu ħafna Maltin. Illum hemm inqas, u l-propjetà f ’dawn il-postijiet għoliet ħafna, imma xorta għad fadal ħafna Maltin. Fl-imgħoddi niftakar lil George Dougall, li kien isib

78

wens f ’ħafna qtates fid-dar tiegħu f ’Vauxhall. Dawk li jiftakru żmien ir-Rediffusion, jafuh għall-kummentarju ta’ kuljum, Din hija Londra li kien jixxandar fis-18.55 kuljum. Tul il-mawriet tiegħi f ’Londra, dejjem sibt wens filKatidral ta’ Westminster. Fil-verità hemm żewġ imqades kbar u importanti f ’din iż-żona vitali ta’ Londra: l-Abbazija ta’ Westminster, magħrufa bl-Ingliż bħala Westminster Abbey li fiha jiġu nkurunati, jiżżewġu u jindifnu renjanti Ingliżi u nieshom, kif ukoll il-Katidral, sede tal-Knisja Kattolika Ingliża li nbena fi żminijiet iktar riċenti. Dan il-Katidral jinsab quddiem pjazza żgħira, ftit ’il bogħod miċ-ċentru ta’ Victoria, fejn insibu l-istazzjonijiet tal-ferrovija u tal-linja, kif ukoll talferrovija taħt l-art.


sena mill-Miġja ta’ San Pawl f’Malta

Konverżjoni ta’ San Pawl, mużajk, St. Paul Chapel, Westminister Cathedral, Londra

Quddiemha f ’Cardinal Way, inbena ċentru kummerċjali modernissimu, u ħaġa tal-iskantament, minkejja l-ġenn li hemm tul dan il-vjal, il-Katidral, anke madwar il-pjazzetta quddiemu, iżomm ċertu serenità f ’kull ħin tal-jum. Inbena fi stil neo-Biżantin, fis-seklu 19, u minkejja li hu stil differenti mill-arkitettura Vittorjana li nsibu f ’dawn l-inħawi, aktar jaqbel ma’ din l-arkittetura milli taqbel dik il-monstrożità t’arkitettura moderna li nsibu faċċata. Jidher li s-sens tal-estetika ma ntilifx biss hawn Malta. Dan il-Katidral inbena fejn qabel kien hemm għelieqi u ilma salmastru, u fejn qabel kienu jorganizzaw swieq, fieri u anke jġelldu l-barrin. Għal xi żmien kien hemm ħabs. Meta twaqqfet id-Djoċesi ta’ Westminster fl-1854, fuq inizjattiva tal-ħabrieki Papa Piju IX, inħasset il-ħtieġa li jkun hemm ċentru deċenti għall-qima lill-Mulej Alla. L-ewwel Arċisqof kien ir-Reverendu Nicholas Wiseman. Il-bini kellu d-disinn tal-Perit John Francis Bentley u l-ewwel ġebla tqiegħdet fl-1895. Malajr sar post magħruf ħafna u minkejja li llum telgħu binjiet iktar għoljin, xorta waħda huwa baqa’ wieħed milliktar postijiet prominenti f ’Londra. Il-Katidral, iddedikat lid-Demm Prezzjuż ta’ Sidna Ġesù Kristu għadda minn ħafna esperjenzi, fosthom Kungress Ewkaristiku fl-1908, fejn dakinhar kienu ħadu sehem sebà kardinali, 130 isqof u 4,000 saċerdot. Il-Papa Ġwanni Pawlu II żaru fl-1995 u s-Salib tal-Millennju għadda minn hawnhekk fl-1999. Fih reġa’ ndifen il-Kardinal Herbert Vaughan li stinka bla heda sabiex dan il-bini maestuż isir. Sakemm miet fl1903, il-Katidral ma kienx għadu lest u kellhom jgħaddu bosta snin sabiex il-fdalijiet tiegħu, midfuna f ’Mill Hill Park, inġabu fil-Katidral. Trittiku ta’ San Pawl, bronż indurat, St. Paul Chapel, Westminister Cathedral, Londra

79


Ħarġa Speċjali -Festa tan-Nawfraġju ta’ San Pawl ‒ Valletta 2010

Mużajk ta’ San Pawl, St. Paul Chapel, Westminster Cathedral, Londra

Fil-Katidral ta’ Westminster hemm kapolavuri, għalkemm għad hemm vojt x’jimtela. Hemm xogħlijiet ta’ mużajk mill-isbaħ u tassew imponenti, u l-Istazzjonijiet fil-Passjoni tal-Mulej Ġesù Kristu huma rrapreżentati b’mod li ta’ bilfors iġiegħel lil dak li jkun jarahom għal darba darbtejn. Dawn l-iskulturi, maħduma minn Eric Gill 90 sena ilu, jipprovdu meditazzjoni b’mod differenti, bħal per eżempju nsibu pelikan titma ż-żgħar tagħha b’demmha, hekk kif Kristu feda d-dinja b’demmu. Barra minn hekk, insibu għaxar kappelli, uħud minnhom uniċi għall-aħħar. Fost dawn insibu l-Kappella talErwieħ Qaddisa u l-Kappella tas-Sagrament Qaddis, li fiha wkoll it-tema tat-Trinità Qaddisa. Kappella oħra li tinteressa lil ħafna Maltin hija l-Kappella ddedikata lil San Pawl. Insibuha ftit ’il fuq, mal-lemin tad-daħla talKatidral. Ix-xogħlijiet tal-mużajk jafu l-oriġini tagħhom fl-1961 lil Boris Anrep, artist prominenti Russu, li ħafna snin qabel kien digà ħadem fil-kripta ta’ ġewwa fl-istess Katidral. Dan ix-xogħol imbagħad tkompla mill-assistent ta’ Anrep, Justin Vulliamy, li kien diġà ddistingwa ruħu fuq xogħol ieħor maħdum fil-mużajk li nsibu fil-Katidral, ix-xbieha ta’ San Kristofru. Vulliamy uża l-istess teknika ta’ Anrep, u l-istess stil iddettaljat u fin jidher sew.

80

Dawn ix-xogħlijiet fil-mużajk juru l-konverżjoni ta’ San Pawl, in-nawfraġju, il-mewt tiegħu, u s-sengħa tiegħu fit-tined. Dawn ix-xogħlijiet ġew ippreparati f ’Venezja u Pariġi qabel ma twaħħlu fil-Katidral. Malta tidher sew fix-xogħol li juri n-nawfraġju, għax hemm imnaqqxa l-kelma Melita, kif kienet magħrufa l-gżira tagħna fi żmien San Pawl. Insibu wkoll statwa ta’ San Pawl qed iżomm ix-xabla, miksija bid-deheb, mal-ħajt tal-kappella. Jien konvint li llum, iktar minn qatt qabel ħafna Maltin jafu sew din ilkappella, l-iktar jekk ta’ spiss imorru Londra, issa li hemm iktar mezzi biex nagħmlu hekk. Illum, il-Katidral ta’ Westminster u l-iskola primarja Kattolika għat-tfal li qiegħda maġenb il-Katidral u li hi ddedikata lil San Pawl, għaddejjin minn ħafna bidliet importanti, minħabba l-mewġa ta’ immigrazzjoni li hemm fir-Renju Unit, l-iktar mill-Ewropa tal-Lvant, imma wkoll mill-Afrika, l-Asja u l-Karibew. Bosta minn dawn huma Kattoliċi u taw ħajja ġdida lil dan il-Katidral u l-istess Djoċesi ta’ Westminster. Kemm nieħu gost kull meta nara nies ta’ kull ġens u kulur flimkien jieħdu sehem fil-Quddiesa tan-nofs-siegħa jew tal-ħamsa u nofs. Inħoss li minkejja dawn il-bidliet, il-Maltin sejrin jibqgħu attivi hawnhekk, u f ’dan il-Katidral.




Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.