Programm tal-Festa tan-Nawfraġju ta' San Pawl – Valletta – 10 ta' Frar 2015

Page 1


E C N E I R E EXP

Y E N R U O J THE

www.demajowinesandspirits.com JohnnieWalkerMalta


10 ta' Frar 2015

Please enjoy responsibly

Programm tal-Festa Solenni tan-Nawfraġju ta’ San Pawl li se ssir fl-Insinji, Kolleġġjata, Matriċi, Veskovili, Parrokkjali u Prinċipali tal-Belt Valletta – 10 ta’ Frar 2015 3 Festa li ma ġġibx l-għaqda, tkun ħela Rev. Kan. Mons. Alexander Cordina, S.Th.Lic., Cap. S.S. 4 Patruni tal-Ħarġa Speċjali tal-Festa 2015 5 Ħidma f'direzzjoni waħda; il-festa Mario Cassar, President, Għaqda tal-Pawlini 8 Il-Beltin protagonisti b'risq Belt Kapitali Ewropea tal-Kultura Jason Micallef, Chairman, Fondazzjoni Valletta 2018 9 Xogħlijiet sabiex il-belt kollha tkompli tisbieħ Prof. Alexiei Dingli, Sindku tal-Belt Valletta 13 Il-Qima lejn l-Appostlu tal-Ġnus u Tifkiriet Oħra Pawlini u Beltin f’Birkirkara Philip Xuereb, BA (Melit.), PG Dip, MA (Leics.) 17 Tislima Kan. John Ciarlò, B.A., Lic. D. 20 Festa ta’ San Pawl fl-1892 Martin Gravina Dip. Educ. (Adm. & Mangt.) 24 Il-Virtujiet espressi fis-simboli allegoriċi tal-Mazza Kapitulari Mons. Lawrenz Cachia 28 Pawlu – Rigal illustri ta’ Tama u Fidi għal Gżiritna Kan. Też. John Ciarlò B.A., Lic. D. 32 Id-Dinjità tal-Kantur fi ħdan il-Kapitlu Pawlin Winston L. Zammit B.A. (Hons) P.G.C.E. MA 36 Programm tal-Festa – 10 ta’ Frar 2015 39 Legat ta' mitt sena Etienne Montfort 40 Inlibbsu lil Beltna b'libsa xierqa f'ġieħ il-miġja ta' San Pawl Alan Xerri 46 San Pawl fil-poeżija bejn is-sekli dsatax u għoxrin Kyle Grima B.A. (Unuri) 50 Turġien u kantunieri Prof. M.A. Falzon B.A.(Hons),M.Phil.(Cantab.),Ph.D.(Cantab.),F.C.C.S.,F.R.A.I. 54 Għaqda tal-Pawlini - Tiġdid u Relazzjonijiet Antoine Farrugia – Segretarju, Għaqda tal-Pawlini 56 140 Sena Storja – Società Filarmonica Nazionale "La Valette" Antoine P. Portelli – Teżorier, Soc. Fil. Naz. "La Valette" 58 Kurżitajiet mistura fil-Knisja ta’ San Pawl Nawfragu Robert Cassar M.A. History of Art; B.Cons.(Hons.); B.A.(Hons.) 65 Prelati b’rabta mal-Kolleġġjata tal-Belt Valletta Michael Galea DPA Pro Merito Melitensi (SMOM) 69 An 18th Century Spanish Sculpture by Antonio Asensio De La Cerda Dr. Juan Antonio Sánchez López Ph.D. (University of Málaga, Spain) Dr. Antonio Rafael Fernández Paradas Ph.D. (UNIA, Spain)

Ritratt tal-Kopertina Ħajr: Fotografu Daniel Cilia Sopratvalja tal-artal maġġur irrakkmata fuq is-satin. Din tkun armata fl-okkażjoni tal-Festa tanNawfraġju ta' San Pawl. Disinn ta' Antonio Falzon; nofs is-seklu dsatax.

ĦARĠA SPEĊJALI TAL-FESTA Din hija pubblikazzjoni li l-Għaqda talPawlini fil-Belt Valletta, toħroġ darba fissena fl-okkażjoni tal-Festa tan-Nawfraġju ta’ San Pawl, li din is-sena ser tiġi ċċelebrata nhar it-Tlieta, 10 ta’ Frar 2015.

Mitbugħ minn:

PROGRESS PRESS LIMITED Intornjatur Street, Industrial Estate, Mrieħel, B'Kara - BKR 3000 Malta Email. info@progresspress.com.mt Tel. +356 22764440 Fax. +356 25594236 1


Għaqda tal-Pawlini Valletta

• Joseph Bartolo (Chairman) • Marcel Zammit Marmarà

Kummissjoni Banda

President Onorarju (Fundatur) • Paul

Kummissjoni Elettorali

Asciak LRSM. P&T, FLCM., Hon TCL., MQR

Presidenti Onorarji

• Francis Tabone • Paul J. Galea • Victor Enriquez • Louis Attard • Paul Spiteri • Hector Bruno • Dr. Ray Bondin • Etienne Montfort

• Etienne Montfort • Lino Bartolo

• Antoine Farrugia (Chairman) • Mario Bonello

Kumitat 2014-15

Spiteri

(Segretarju Ġenerali) (Relazzjonijiet Pubbliċi) • Dione

Montfort • Roderick Abela

(Teżorier) (Direttur tal-Attivitajiet) • Keith

Farrugia • Mario Bonello

(Direttur tal-Imħażen (Viċi-President/ Direttur Kummissjoni Nar) Direttur Imħażen) • Alan

Xerri • Anton Cassar

(Direttur tal-Armar) (Assistent Segretarju)

Fergħa Żgħażagħ Pawlini • Glen

Attard

• Gilmar

Zammit

(President Fergħa Żgħażagħ) (Viċi-President) • Daniel

Mangion

• Kareem

• Ylenia

Montfort

• Dale

Spiteri

(Segretarju) (Teżorier)

Cassar

Kanonċi Onorarji

• L-E.T. Mons. Paul Giglio, S.Th. D. (Greg) • Rev. Mons. Anton Galea, B.A., Lic. D. • Rev. Kan. Alfred Camilleri, B.A., Lic. D. • Rev. Mons. Philip Calleja, A.M., P.E.P., M.O.M. Cap. SS., O.S.J. • Rev. Kan. Feliċ Tabone

(Assistent Teżorier) (Assistent Koordinatur Attivitajiet)

Bord Editorjali

• Jeremy

• Christian

Spiteri

Agius

(Rappreżentant tal-Fergħa Żgħażagħ fil-Kummissjoni Armar u Kummissjoni Nar)

Kumitat Fergħa Nisa Pawlini • Doris Montfort (President Fergħa Nisa) • Mariella Zammit • Maria Tabone • Salvina Sciberras • Anne Bugeja

• Keith Farrugia (Chairman) • Antoine Farrugia (Rapp. tal-Kumitat fil-Kummissjoni Nar) • Glen Attard (Teżorier) • Roderick Abela • Joe Barbara • Jeremy Agius • Alan Xerri

Kummissjoni Armar • Alan

• Antoine Farrugia Xerri (Chairman) Rappreżentant tal-Kumitat

fil-Kummissjoni Armar

Attard (Teżorier) • Keith Farrugia • Carlos Scerri

2

Kan. Antoine Borg Kan. Karm Busuttil, Magister Iuris (Int. Law)., S.Th.Dip.,

B.A., (Hons)., M.A. (Human Rights & Democ.)., M.A. (Diplomatic Stud).

• Rev. Kan. John Ciarlò

• Etienne Montfort

• Vince Farrugia

• Pawlu Mizzi

• Edward Bonello

• Marcel Zammit Marmarà

• Robert Cassar

• Martin Gravina

• David Cassar

• Pawlu Cumbo

(Editur) (Chairman)

(Segretarju) (Diżinjatur)

(Editur Eżekuttiv) (Proof reader)

• Silvio Cutajar

Kummissjoni Nar

• Glen

• Valhmor Montfort • Etienne Montfort

Arċipriet Mons. Alexander Cordina, S.Th. Lic. Cap. SS. Kan. Kantur Ġwann Borg • Rev. Kan. Teżorier John Ciarlò, B.A., Lic. D. • Rev. Kan. Frans Perici • Rev. Kan. Penitenzier Vinċenz Borg, B.S. Th. (Viċi-Parroku) • Rev. Kan. Lawrenz Zammit

• Rev. • Rev.

Mifsud

Cassar

• Rev. • Rev.

(Uffiċċjal Relazzjonijiet Pubbliċi) (Ko-ordinatur (Assistenta Segretarja) Attivitajiet) • Clint

• Mario

Rev.mu Kapitlu tal-Insinji Kolleġġjata San Pawl Nawfragu tal-Belt Valletta

Kan. Alfred Camilleri B.A., Lic. D. Mons. Anton Galea, B.A., Lic. D.

• Mario Cassar (President) • Antoine Farrugia • Paul

• Jonathan Grima • Chris Vella

Akkademja Kulturali Pawlina

Membri Onorarju • Rev. • Rev.

• James Mulholland • Joseph Huber

• Mario

Cassar • David Bonello • Jeremy Agius

Uffiċċju Amministrattiv Għaqda tal-Pawlini Dar il-Pawlini, 195 Triq Sant’ Ursola, Valletta, Malta VLT1237 e-mail: info@sanpawlmalta.com sît elettroniku: www.sanpawlmalta.com Fotografu Uffiċjali: Daniel Cilia (fotografu) Ħajr lil: Mario Mintoff (Photocity) Paul Borg Olivier (fotografu)


10 ta' Frar 2015

Festa li ma ġġibx l-għaqda, tkun ħela

L

-Appostlu Missierna San Pawl kien mitluf wara Ġesù; għalih Ġesù kien kollox. U allura kellu għal qalbu dak li Ġesù xtaq l-aktar: l-UNITÀ. Kien Ġesù li fl-aħħar ċena talab lill-Missier “biex ikunu lkoll ħaġa waħda” (Ġw 17). Għal ħames darbiet Ġesù jinsisti fuq l-għaqda bejn dawk kollha li jemmnu. Għalhekk, kull dixxiplu ta’ Ġesù ma jistax ma jkollux l-unità għal qalbu u jaħdem għaliha.

"…l-unità, l-għaqda, tippresupponi żewġ realtajiet oħra: l-imħabba u l-maħfra.”

Anke San Pawl kien jinsisti mal-komunitajiet insara biex ikunu ħaġa waħda bejniethom. Fl-ittra lill-Filippin insibu: “Jekk hemm fikom xi faraġ fi Kristu; jekk hemm xi kelma ta’ ħlewwa fl-imħabba; jekk hemm xi xirka fl-Ispirtu; jekk hemm xi ħniena u mogħdrija; kunu fehma waħda u imlewni bil-ferħ! Ħa jkollkom l-istess imħabba, u ruħ waħda u ħsieb wieħed.” (Fil 2: 1-2). U fl-ewwel ittra lill-Korintin: “Bħalma l-ġisem hu wieħed u fih ħafna membri u l-membri kollha talġisem, għad li huma ħafna, jagħmlu ġisem wieħed, hekk ukoll Kristu. Għax aħna wkoll, ilkoll tgħammidna fi Spirtu wieħed biex nagħmlu ġisem wieħed, sew Lhud sew Griegi, sew ilsiera sew ħielsa, u lkoll xrobna minn Spirtu wieħed.” (I Kor 12:12-13). U lil Titu jwissi: “Bniedem li jġib il-firda widdbu darba darbtejn, u mbagħad aħrab minnu.” (Tit 3:10). Biżżejjed dawn it-tliet siltiet biex naraw kemm San Pawl kien jinsisti biex il-komunità tkun ħaġa waħda. Imma l-unità, l-għaqda, tippresupponi żewġ realtajiet oħra: l-imħabba u l-maħfra.

Mons. Alexander Cordina S.Th.Lic., Cap. S.S. Arċipriet

L-imħabba hija arti li rridu nitgħallmuha, hi x’inhi l-età tagħna, hi x’inhi l-kundizzjoni tagħna. Għandha dawn ilpassi li nipproponi ngħixuhom flimkien fil-ġranet tal-Festa biex jibqgħu magħna s-sena kollha: Tħobb lil kulħadd! Tħobb l-ewwel! Tħobb lill-ieħor bħalek inifsek! Issir ħaġa waħda mal-ieħor! Tħobb lil Ġesù fl-ieħor! U dan kollu sakemm titwieled l-imħabba reċiproka. F’din l-imħabba hemm inkluża wkoll, kif jgħidilna Ġesù, l-imħabba tal-“għedewwa”. U hawn naslu għat-tieni punt:

il-maħfra. Fejn hemm il-bniedem hemm in-nuqqasijiet u allura ma jistax ikun hemm komunità magħquda jekk m’hemmx il-maħfra. U hija din il-maħfra li tagħmilna liberi biex inwettqu l-akbar xewqa tal-Mulej Ġesù. Min ma jgħix dawn ir-realtajiet ma jistax jissejjaħ devot ta’ San Pawl u wisq inqas nisrani. Jalla l-Festa tkun inċentiv biex ilkoll naħdmu għall-unità. Festa li ma ġġibx l-għaqda tkun ħela ta’ enerġija u ta’ riżorsi. Il-Mulej Ġesù lest jagħtina l-grazzja tal-unità u San Pawl Missierna, jinterċiedi għalina biex fejn hemm bżonn inrattbu r-ras u l-qalb ħalli Kristu, kif wegħidna Hu stess, ikun dejjem preżenti f ’nofsna (Mt 18: 20). Dan hu l-awgurju li nagħti lill-Beltin Pawlini u lil kull min jiġi jżurna fil-jiem tal-Festa. Nawgura Festa Nisranija ta’ ġid spiritwali lil kulħadd. 3


Il-Bord Editorjali jirringrazzja lil dawn il-

Patruni tal-Ħarġa Speċjali tal-Festa 2015 Individwi Kan. John Ciarlò Attard Glen Bartolo Lino Bonello Chris Bonello David Bonello Edward Camilleri David Camilleri Holger

Cassar Mario Cumbo Pawlu Farrugia Antoine Farrugia Vince Grima Jonathan Mckay Tonio Mizzi Pawlu Mizzi Vincent

Montfort Etienne Naudi Montalto Joseph Portelli Antoine P. Rocco Salvatore Spiteri Kareem Vella Clark James Xerri Alan

Corporate Anastasi – Merchants Street Valletta (prop. Dominic Anastasi) Auberge – Melita Street Valletta (prop. Dione Tabone) Bibas – Hompesch Road, Fgura Bonnici Printing Press – Melita Street, Valletta (prop. Pawlu Bonnici) Eddie's Cafe Regina Est. 1947 – Pjazza Regina Valletta Formston Lifting Services – Valletta (prop. Jason Formston) Galea's Art Studio – South Street Valletta (prop. Charles and Edwin Galea) La Cave Wine Cellar & Pizzeria - de Robertis Roof Top Restaurant, Valletta La Pira Café – Merchants Street, Valletta (prop. Paul Lapira) Luciano Restaurant – Merchants Street (prop. Luciano Bonello) Marica Hair Salon – St. Ursola Street, Valletta (prop. Marica Gauci) MUSEUM Café Est. 1921 – Melita Street, Valletta (prop. Sandro Spiteri) Nazzareno Haber Framemaker – St.Paul Street, Valletta Photocity Valletta – South Street, Valletta (prop. Mario Mintoff ) R. Zampa Fashionwear – St.John Square, Valletta (prop. Ray Zampa) Ray's Hardware Ltd. – Marsa Road, Marsa (prop. Raymond Borg) Ta' Jimmy Green Grocer – St. Paul Street, Valletta (prop. Joseph Caruana) Tara's Jewellers – Zachary Street, Valletta (prop. Paul Attard)


Ħidma f'direzzjoni waħda; il-festa

M

erħba u f’isem l-Għaqda tal-Pawlini nilqagħkom biex nagħtu bidu għal dan iż-żmien tant mistenni minna l-Pawlini – żmien il-festa tanNawfraġju tal-Appostlu Missierna San Pawl fuq ix-xtut Maltin.

Il-festa tagħna, li tilħaq il-qofol tagħha nhar l-10 ta’ Frar, hija festa li ma tiġix iċċelebrata biss millparroċċa tagħna, imma tiġbor fiha wkoll kull Malti u Għawdxi, għax hija l-festa tal-magħmudija 10 ta' Frar 2015 ta’ pajjiżna bħala pajjiż Nisrani – magħmudija li għadna nsarrfu sal-lum sa mill-miġja provvidenzjali tal-Appostlu tal-Ġnus fostna. L-aħħar sena kienet mimlija ħidma. Ħidma ta’ kumitat ħabrieki flimkien mal-fergħat tan-nisa u taż-żgħażagħ, kif ukoll il-kummissjonijiet differenti. Xogħol li spikka fih l-entużjażmu tal-membri tal-Għaqda, min b’kontribut u min b’ieħor, f ’direzzjoni waħda, li hija l-festa. F’dan il-punt nixtieq insemmi inizjattiva innovattiva li ħareġ biha l-Bord Editorjali li huwa responsabbli minn din il-pubblikazzjoni li għandna f ’idejna. Għall-ewwel darba dan il-Bord ħaseb li jintroduċi Tabula Gratulatorja (faċċata), li fiha jiġbor patruni; individwi li jkunu jixtiequ jagħtu kontribut tagħhom għall-Ħarġa Speċjali tal-Festa b’kontribuzzjoni li ssostni l-Ħarġa Speċjali flimkien mar-riklamar. Din hija inizjattiva interessanti ħafna u tixhed l-ideat friski li l-festa tagħna hija kapaċi tiżżewwaq bihom. Bi pjaċir insemmi l-inizjattiva li ħareġ biha l-Kumitat biex nappoġġjaw lill-Arċipriet fil-proġett

ġġib magħha sfidi ikbar – il-Festa tagħna hija waħda li affaxxinat ġenerazzjonijiet ta’ persuni u dan jgħabbina b’responsabbilità.

Mario Cassar

President Għaqda tal-Pawlini

"Kburi bix-xogħol li wettaqna flimkien u l-miri li ksibna din is-sena" tar-restawr tal-linef tal-knisja li jintramaw fl-okkażjoni tal-festa tan-Nawfraġju. Il-Kumitat għaraf il-bżonn li minkejja l-limitazzjonijiet finanzjarji tiegħu jipparteċipa għal darb' oħra fi proġett ieħor ta' restawr fil-knisja. Dan sabiex flimkien nippreservaw il-wirt Pawlin li aħna kburin bih. Il-festa tal-Appostlu Missierna hija festa li tiddistingwi ruħha mill-oħrajn. Forsi għax hija Festa Nazzjonali allura għajnejn Malta kollha jkunu fuqna, forsi għax hija festa ta’ għeruq twal u fondi fissoċjetà Maltija u Beltija u allura dan ipoġġi fuqna responsabbiltà kbira; jew forsi għax din tiġi fix-xitwa allura

Għalhekk il-Kumitat jaħdem biex iżomm dan il-livell mingħajr ma jaqta’ lura, u hawnhekk ippermettuli nagħmel l-appell tiegħi għall-ġenerożità, fi sfond li l-festa dejjem ġġib magħha spejjeż ikbar kull sena li tgħaddi. L-appell tiegħi huwa wkoll għallParruċċani, kif ukoll mistednin biex nieħdu sehem fil-programmi u l-attivitajiet tal-festa, kemm dawk tal-Knisja, kif ukoll dawk esterni. Il-festa hija okkażjoni biex ningħaqdu bħala komunità Pawlina waħda, u niċċelebraw flimkien l-ikbar festa tal-Maltin. Fl-aħħar ta’ dan il-messaġġ, ippermettuli nesprimi r-ringrazzjamenti tiegħi għal sena mimlija ħidma. Għalhekk bla ma nsemmi ismijiet, għax wisq nibża’ li nħalli lil xi ħadd barra, nixtieq nirringrazzja lill-Arċipriet u lillKapitlu tal-Kolleġġjata, lill-sħabi tal-Kumitat, li kburi ngħid li ħdimna f ’għaqda liema bħalha u fi spirtu ta’ team, lill-fergħat tan-nisa u tażżgħażagħ, u lill-kummissjonijiet kollha: tal-armar, tan-nar, tal-baned, tal-kultura u fl-aħħar iżda żgur li mhux l-inqas tal-bord editorjali. Kburi bix-xogħol li wettaqna flimkien u l-miri li ksibna din is-sena. Għalhekk nasal biex nawguralkom il-festa t-tajba, lilkom u lill-familji tagħkom, u j’Alla San Pawl Missierna jżomm idejh fuqna l-Maltin, iżda b’mod speċjali fuqna l-Beltin f ’dawn il-jiem tal-festa ad unur lilu. 5


Ladies | Mens | Kids | Home

Sliema 21 310 811 bhsmalta

Valletta 21 241 633

B’Kara 21 491 655

bhs@camillerigroup.com

Fgura 21 802 004 www.bhs.com.mt

mothercare@camillerigroup.com www.mothercare.com.mt mothercaremalta

Sliema 2131 5122

|

Valletta 2123 6717

|

B’Kara 2149 4555

|

Fgura 2180 5944

|

Gozo 2156 0021


PAVLVS

THE SHIPWRECK 60 A.D. NARRATING THE DISCOVERY OF AN ANCIENT LEAD ANCHOR, EMBOSSED WITH THE NAMES OF THE EGYPTIAN GODS ISIS AND SARAPI(S) ON THE SEABED OFF SALINA BAY ON A SUNDAY MORNING IN APRIL 2005, THIS BOOK ALSO TELLS THE STORY OF THE SEARCH FOR THE REAL SITE OF ST PAUL’S SHIPWRECK IN MALTA. IN THE PROCESS, THE AUTHOR MARK GATT SURPRISES US WITH A NOVELISTIC BUT ACCURATE ACCOUNT OF THE STORM, SHIPWRECK AND LANDING OF ST PAUL IN MALTA. HIS OWN INVESTIGATIONS ON THE SITE OF THE APOSTLE PAUL’S SHIPWRECK IS ALSO HIS OWN QUEST FOR THE SPIRITUAL MESSAGE OF SALVATION IN ST PAUL’S LIFE AND TEACHING EMBODIED IN THE REAL ‘ANCHOR’ OF CHRIST JESUS. AVAILABLE FROM LEADING STATIONERS, BOOKSELLERS AND FROM:

4, CASTILLE PLACE, VALLETTA Trade enquiries: Allied Newspapers Limited – Books Retail/Wholesale Division, ‘Strickland House’, 341, St Paul Street, Valletta. Tel: 2559 4165 Email: pgrech@timesofmalta.com


Programm tal-Festa tan-Nawfraġju ta’ San Pawl ‒ Valletta 2015

Il-Beltin protagonisti b'risq Belt Kapitali Ewropea tal-Kultura

S

entejn minn meta il-Belt Valletta ġiet iddikjarata Kapitali Ewropea tal-Kultura, ħafna minnha b’xi mod jew ieħor saru jafu jew semgħu bil-ħidma tal-Fondazzjoni Valletta 2018. Nasal ngħid li llum, ħafna Beltin skoprew li l-għan tal-Fondazzjoni huwa appuntu t-twettiq ta’ programm kulturali ambizzjuż li jixħet dawl fuq il-kultura tal-Beltin u l-Maltin inġenerali u jwettaq ħidma sabiex din tiġi mogħtija l-attenzjoni li jixirqilha. Dan qed iseħħ permezz ta’ numru ta’ proġetti li jolqtu aspetti differenti tal-ħajja. Dawn huma l-komunità, l-edukazzjoni, it-taħriġ, l-avvenimenti kbar, ilħidma ma’ entitajiet pubbliċi, il-ħidma mal-Kunsilli Lokali kif ukoll il-finanzjament u r-riċerka. Il-Fondazzjoni Valletta 2018 għamlet ħilitha sabiex sa mill-bidu tressaq lill-Beltin fiċ-ċentru ta’ din il-ħidma u kien għalhekk li twaqqaf il-Valletta Forum. Illum wara dak li ħareġ mill-ewwel żewġ inizjattivi ta’ dan il-Forum, il-Fondazzjoni qed tara kif tinvesti f ’ideat li xi individwi fi ħdan il-Forum ressqu lejha. B’kollaborazzjoni malKunsill Lokali, qed issir ħidma sabiex dawn l-ideat jieħdu l-ħajja minn issa sal-2018, u lil hinn. F’dawn iż-żminijiet, il-Fondazzjoni Valletta 2018 qed tinvesti f ’ħidma madwar proġetti kapitali li ser jitwettqu sabiex jiġġeneraw ħajja ġdida fil-Belt kapitali. Flimkien ma’ Strada Stretta u l-Biċċerija, hemm ukoll ir-riġenerazzjoni tas-Suq l-Antik tal-Belt li jinsab fil-parroċċa Pawlina. Hawnhekk fejn il-Fondazzjoni tistenna u tittama li kulma jmur, aktar residenti Beltin jersqu lejha b’ideat u kritika kostruttiva. Ilbieb miftuħ għal kulħadd. 8

Jason Micallef

Chairman, Fondazzjoni Valletta 2018

Il-ħidma tal-Għaqda tal-Pawlini kif ukoll dik tal-Kolleġġjata, huma realtajiet Maltin li l-Fondazzjoni ma tistax, u anzi, ma tridx tinjora. Għalhekk wieħed mill-obbligi talFondazzjoni huwa li jingħata appoġġ u spazju sabiex il-kultura tal-festi, l-armar, l-irfiegħ u drawwiet simili marbuta mal-identità tagħna, jibqgħu ħajjin. Dan ħareġ ċar anki fil-vidjo li permezz tiegħu l-Fondazzjoni nediet id-dehra ġdida tagħha f’Ottubru li għadda. Hawnhekk, iċ-ċkejken Ian Celeste, tifel Belti, deher flimkien ma’ nannuh matul il-mixja fil-Kapitali Valletta, fejn il-ħsejjes u l-ħajja ta’ niesha, jinsġu l-identità nazzjonali.

"…aktar Beltin isiru protagonisti f’din il-bidla…" Fil-Belt u anke fil-parroċċa Pawlina, insibu numru ta’ persuni u persunaġġi li jġibu magħhom talenti varji, artistiċi jew kulturali. Dan huwa teżor li rridu ngħożżu u nsarrfu sabiex insibu l-milja ta’ dan it-titlu fin-nisġa tassoċjetà u l-parroċċa tagħna stess. Dawn il-kwalitajiet ma jinstabux biss f’ħajjet min kapaċi jidher jew jgħajjat l-aktar imma anki f’dak l-anzjan li jgħix waħdu, dak iż-żagħżugħ mistħi jew dik is-sinjura eleganti fid-

dedikazzjoni ta’ ħidmietha. Kwalitajiet daqstant ieħor spettakolari jinstabu fl-imħuħ kreattivi u l-idejn esperti ta’ tant voluntiera li b’imħabba vera jistinkaw għal xhur sħaħ sabiex tiġi organizzata din il-Festa tanNawfraġju ta’ San Pawl; festa xitwija iżda sabiħa daqs il-festi l-oħra li jiġu ċċelebrati fil-Belt Valletta. Kif qed nitkellmu dwar il-komunità, nixtieq inħeġġeġ lill-Beltin, b’mod speċjali lill-Pawlini u lilek li qed taqra dan l-artiklu, sabiex ma tibqax lura milli tipparteċipa fi proġetti pubbliċi jew twieġeb għal sejħiet varji li l-Fondazzjoni u entitatjiet kulturali oħra jagħmlu matul is-sena. Hija xewqa kbira tal-Fondazzjoni Valletta 2018 u l-entitatjiet kulturali oħra li jaraw aktar Beltin isiru protagonisti f’din il-bidla li qegħdin nixprunaw lejn l-istess Belt kapitali kif ukoll lejn pajjiżna b’mod ġenerali. Ilparteċipazzjoni hija kruċjali sabiex nassiguraw li l-legat tat-titlu Kapitali Ewropea tal-Kultura jibqa’ jsarrfilna f’ġid għal ħafna snin wara l-2018. Nieħu din l-okkażjoni sabiex f’ismi u f’isem il-Fondazzjoni Valletta 2018 nawgura l-festa t-tajba lill-komunità Pawlina, u nifirħilkom għall-kwalità li kapaċi tipproduċu għal din ilfesta nazzjonali f’ġieħ San Pawl. L-espressjoni tagħkom hija xhieda ħajja ta’ mħabba lejn il-kultura u l-arti f’pajjiżna fil-forom kollha tagħhom.


10 ta' Frar 2015

H

Xogħlijiet sabiex il-belt kollha tkompli tisbieħ

uwa ta’ pjaċir tiegħi li għal darb’oħra ġejt mistieden mill-Bord Editorjali sabiex nikteb kelmtejn fl-okkażjoni tal-Festa. Din hija sena speċjali ħafna fejn qegħdin niċċelebraw l-450 sena minn meta l-flotta Ottomana mmexxija minn Mustafà Paxà, il-Ġeneral tat-truppi Ottomani, niżel l-art b’40,000 suldati sabiex jagħtu bidu għal dak li kellu jkun magħruf bħala l-Assedju l-Kbir ta’ Malta. Dan l-assedju mdemmi tant kien avveniment kbir li biddel wiċċ l-Ewropa darba għal dejjem. Tant hu hekk li l-filosfu Voltaire jgħid, ‘xejn mhu magħruf aktar mill-assedju ta’ Malta’. Din kellha tkun l-aħħar theddida Ottomana fl-Ewropa, b’din il-battalja tkun l-aħħar wiċċ imb’wiċċ għall-ġlieda bejn ilforzi Kristjani u dawk Ottomani għall-kontroll tal-Mediterran. Dan l-Assedju ma kienx biss gwerra bejn popli, iżda fuq kollox, gwerra bejn reliġjonijiet. Dan ma kienx ikun possibbli kieku ma kienx għal San Pawl, li żera’ l-fidi f ’din l-art ħelwa. San Pawl mar lilhinn minn hekk u saħansitra niżżel isem din il-gżira fl-Atti tal-Appostli sabiex jissiġilla darba għal dejjem ir-rabta tagħha ma’ Kristu. Però kellu jkun l-Assedju l-Kbir, li jgħammed lil din l-art, bid-demm ta’ tant ħutna Maltin għax fl-iskrittura hemm miktub “ħenjin intom meta jgħajrukom u jippersegwitawkom u jaqilgħu kull xorta ta’ gideb fuqkom minħabba fija, ifirħu u thennew għax ħlaskom kbir fis-smewwiet”. Dak iż-żmien Malta kienet l-aħħar bastjun Kristjan fin-naħa t’isfel tal-Ewropa. Din il-gżira kienet il-fanal li kebbes id-dawl fil-Mediterran. Però f ’dik is-sena tal-1565, id-dawl ta’ dan il-fanal intefa’ bl-imwiet u l-qerda li ġabu magħhom it-Torok.

xogħol li għamilna sabiex jinstabu l-finanzi u jinħarġu l-permessi millAwtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar. Però bil-għajnuna t’Alla, irnexxielna nagħtu lil dawn l-istatwi ħajja ġdida kif jixirqilhom.

Prof. Alexiei Dingli Sindku tal-Belt Valletta

L-iskrittura tgħid ukoll li jekk il-qamħa ma taqax fl-art u tmut, hi tibqa’ waħedha; imma jekk tmut, tagħmel ħafna frott. U l-istess ġralha din l-art. Wara li għaddiet id-dalma tal-mewt permezz tal-Assedju l-Kbir, rajna l-ħajja terga’ tinbet. Fil-fatt, grazzi għall-Assedju, il-Gran Mastru Jean De Valette iddeċieda li jibni belt ġdida fuq il-peniżola ta’ Xiberras, biex b’hekk tissaħħaħ il-pożizzjoni ta’ Malta. Kien għalhekk li kiteb il-Papa Piju V u l-Prinċpijiet tal-Ewropa sabiex tinbena l-Belt il-ġdida. U b’hekk, fl-2016, se nkunu qegħdin niċċelebraw l-450 sena minn mindu nbniet il-Belt Valletta. Belt li tagħtina isimna u li tagħmilna kburin. Għalhekk, il-Kunsill Lokali talBelt Valletta qed jaħdem bla heda sabiex niżguraw li dan l-anniversarju jiġi ċċelebrat kif jixraqlu. Bħalissa għaddejjin b’ħafna xogħlijiet sabiex ilbelt kollha nkluż il-Parroċċa tkompli tisbieħ. Dan l-aħħar irnexxielna ntejbu l-aċċessibilità fil-knejjes tagħna u proprju għalhekk sar intervent sabiex il-knisja ta’ San Pawl ikollha aċċess għall-persuni b’diżabilità wkoll. B’hekk persuna bi problemi ta’ mobilità tista tidħol fil-knisja waħedha u mingħajr l-ebda għajnuna. Tlesta wkoll ir-restawr tan-niċeċ maġenb il-knisja ta’ San Pawl, niċeċ mill-isbaħ li għandhom jagħtu dehra mill-isbaħ lit-triq. Dan ma kienx ikun possibbli kieku mhux għal bosta

Apparti minn dan ix-xogħol, il-Kunsill Lokali tal-Belt Valletta rnexxielu wkoll iġib it-titlu ta’ Belt Kapitali Ewropea tal-Kultura fl2018. Dan huwa unur importanti għal kull wieħed u waħda minna. Mhux biss se jkun iż-żmien meta għajnejn l-Ewropa se jkunu fuqna, iżda se tkun opportunità unika fejn aħna nistgħu nagħtu lill-għażiża belt tagħna dik l-imbuttatura li jixirqilha sabiex nerġgħu narawha ħajja s-sena kollha. Għalhekk huwa importanti ferm li r-residenti jħossuhom parteċipi f ’dawn l-avvenimenti. Ippermettuli nagħmel appell lil kull min jixtieq jikkontribwixxi (kemm b’ideat jew b’kollaborazzjonijiet) sabiex jikkuntattjani u b’hekk niżguraw li kull belti jkollu sehem attiv f ’dawn l-anniversarji. Dan jista’ jsir jew billi jiġi l-Kunsill u niltaqgħu flimkien jew permezz tal-email alexieid@ gmail.com jew ittra (Kunsill Lokali tal-Belt Valletta, 31 Triq Nofsinhar, Valletta). Fl-aħħar mill-aħħar ma rridux ninsew li l-belt mhix magħmula biss mill-ġebel tal-binjiet li għandna iżda fuq kollox, hija magħmula minn komunità beltija li hija l-qalb u r-ruħ tal-kapitali tagħna. Fl-aħħar, f ’isem il-Kunsill Lokali tal-Belt Valletta, nixtieq nirringrazzja lill-W. Rev. Arċipriet Mons. Alex Cordina ta’ kemm ħdimna flimkien matul dawn l-aħħar xhur. Nagħlaq billi nawgura festa mill-isbaħ lill-beltin kollha u nirringrazzja b’mod speċjali lillGħaqda tal-Pawlini tax-xogħol siewi li dejjem għamlu għall-ġid tal-Belt. 9


122, Msida Valley Road, B’Kara. T (+356) 2149 2149 satariano.com



Programm tal-Festa tan-Nawfraġju ta’ San Pawl ‒ Valletta 2015

Il-Qima lejn San Pawl u tifkiriet oħra Pawlini u Beltin f ’Birkirkara Philip Xuereb

Knisja ta’ San Pawl fil-Wied ta’ Birkirkara

San Pawl tal-Wied

A

ktarx li l-ewwel ħaġa li tiġi f’moħħ dak li jkun, b’rabta mal-kult tal-Appostlu Missierna San Pawl f’Birkirkara hija l-knisja ddedikata lilu u magħrufa bħala Tal-Wied. Minn tagħrifa aktarx tardiva tas-seklu tmintax nieħdu li din il-knisja, jew aħjar dik oriġinali, kienet inbniet fis-sena 1538.1 Dwar il-post fejn qiegħda hemm għajdut jew tradizzjoni orali antika, li San Pawl kien ippriedka hemm.2 Biss aktarx li fiż-żmien li fih jissemma li nbniet oriġinarjament, hemmhekk kien it-tarf sew tar-raħal ta’ Birkirkara, għal min kien ikun ġej min-naħa tal-Punent tal-gżira. Għax Birkirkara ta’ dak iż-żmien kellha tkun differenti ferm u iżgħar minn dik li hi llum u mixħuta n-naħa t’isfel tal-wilġa li tibda tielgħa mill-Wied u tasal sa taħt San Ġwann tal-lum. Tant li aktar ‘il fuq minnha, mhux wisq bogħod kien hemm ir-raħal l-ieħor ta’ Ħas-Sajjied, illum waħda mill-eqdem partijiet fiċċentru storiku ta’ Birkirkara. Kienet tinfirex aktarx madwar dawk li llum magħrufin bħala Triq il-Kbira, Triq Santu Rokku u Triq l-Imsida u t-trejqiet l-oħra li jintisġu magħhom. Kien hemm ukoll nukleu abitat kif taqsam il-Wied minn ħdejn l-istess knisja ta’ San Pawl, fil-bidu tat-triq li tagħti għall-Imrieħel. Wieħed irid jifhem li qabel ma nfetħet Triq Mannarino fis-snin għoxrin tas-seklu li għadda, li allura għal dak iż-żmien kienet bypass, it-traffiku, kien x’seta’ kien, li kien jgħaddi minn Birkirkara, minn u lejn il-Belt, minħabba l-istat tal-Wied u aktar tard minħabba l-pont baxx li kien hemm jgħaqqad iż-żewġ partijiet ta’ Triq il-Knisja l-Qadima, kien jitla’ minn ħdejn il-knisja ta’ San

1 Borg V. Mons. f’ Il-Knisja Filjali ta’ San Pawl Appostlu fil-Wied ta’ Birkirkara (1970) p. 3, fejn jikkwota ż-Żjara Pastorali tal-Isqof Fra Pawlu Alpheran de Bussan tal-1712. Wieħed jista’ jara wkoll il-kitba tal-istess awtur fil-ktieb 2000 Sena minn Twelidek – San Pawl (2009) p. 13. 2 Ta’ min ifakkar iżda li fl-ewwel seklu wara Kristu, f’Malta ma kienx għad hawn irħula u wisq anqas parroċċi. L-irħula bdew jiżviluppaw fil-Medju Evu u probabbilment ħafna, wara l-ħakma tal-Għarab u forsi anke l-Isvevi. Għaliex fil-lingwa taħgna anqas biss għandna l-kelma Għarbija għal raħal li hija Qarja - ‫ قرىە‬- waqt li l-kelma raħal – ‫ رحل‬oriġinarjament tfisser jew post ta’ waqfa (stazzjon) jew post ta’ abitazzjoni inkella, kif ngħdu llum, dar – u mhux fil-plural.

12

Pawl għal Triq il-Kbira, ikompli minn Triq l-Imsida3, minn quddiem il-knisja tal-patrijiet konventwali u joħrog minn fejn illum hemm l-uffiċċju tal-VAT. Il-knisja ta’ San Pawl li hemm illum inbniet minflok ilqadima fl-1852 fuq pjanta u disinn tal-perit Giuseppe jew Luigi Bonavia (1821-1885) mill-Belt Valletta.4 Iżda minbarra t-tagħrif li wieħed għadu jista’ jsib dwar il-knisja oriġinali fir-rapporti tal-Viżti Pastorali, nieħdu idea tajba tagħha mill-akkwarell tal-Ingliż Rev. David Frederick Markham, li seta’ sar lejn l-1845 u l-1846.5 3 Fejn jiltaqgħu dawn it-toroq, sa fis-snin sebgħin tasseklu l-ieħor kien jarma s-suq hekk li l-inħawi għadhom magħrufin ma’ ħafna bħala Is-Suq tar-Raħal. 4 Fil-Ktieb kommemorattiv tal-1970 (ara nota 1) il-perit jissemma bħala Giuseppe iżda f’dak tal-2009 jissemma bħala Luigi (p.19) u tingħata mill-awtur, Mons. V. Borg, referenza għal AAM, Suppliche 39, 352v. Waqt li Giuseppe jissemma bħala l-arkitett ta’ għadd ta’ xogħlijiet fil-Belt Valletta u barra minnha fis-seklu dsatax, Luigi jissemma b’rabta ma’ wieħed millkampnari tal-knisja ta’ Santu Wistin fil-Belt (www.agostinjani. org). Luigi la jissemma minn Mahoney L. – 5000 Years of Architecture in Malta (1996) u anqas minn Mifsud Bonnici R. Dizzjunarju Bijo-Bibljografiku Nazzjonali (1960 u wara). 5 DePiro N., The International Dictionary of Artists who Painted Malta (2002) p. 309. Koll. ta’ Dr. Albert Ganado.©


10 ta' Frar 2015

Titular tal-Knisja Medjevali

X

hieda oħra antika tal-qima lejn San Pawl f’Birkirkara kienet ix-xbieha tiegħu fil-kwadru titulari għamla ta’ trittiku li kien hemm fil-knisja parrokkjali medjevali, li kienet tinsab fl-istess post fejn illum hemm il-Knisja l-Qadima. Mhux magħruf meta kien sar iżda mill-viżti pastorali tal-ewwel nofs tas-seklu sbatax, insibu li kien deskritt bħala kwadru kbir li kien impitter fuq l-injam (Cagliaris 1615 u 1618) u li kien iconam pervetustam (kwadru antikissmu – Balaguer 1644). Bħal ħafna kwadri tas-sekli ħmistax u sittax, u qabel ukoll, dan kellu fiċ-ċentru tiegħu lill-Madonna, u fil-ġnub kien hemm San Pawl bħala patrun talgżira u Santa Elena bħala l-patruna ta’ Birkirkara.1

Il-Knisja l-antika ta’ San Pawl tal-Wied Akkwarell ta’ D. Markham.

Tagħrif interessanti li ta’ min isemmi hawn hu dak dwar il-kwadru. Fl-1637, l-Isqof Balaguer Camarasa kien ordna fost l-oħrajn lil Gio. Maria Gilestri, li kien jieħu ħsieb il-knisja ta’ San Pawl tal-Wied, biex jagħmel kwadru ġdid. Dan jissemma fil-Viżta li l-istess Isqof għamel fl-1659. Kien kwadru fuq it-tila li fin-naħa ta’ fuq juri lil San Pawl u n-naħa t’isfel jinkludi lill-qaddisin Krispin u Krispinjanu. Mill-Viżta pastorali tal-1679 nieħdu wkoll li San Pawl kien muri waqt il-konverżjoni.6 Irid jingħad ukoll li għal numru ta’ snin fl-ewwel nofs tas-seklu sittax, din il-knisja kellha magħha ċimiterju li fih kien hemm kolonna b’salib fuqha. Aktarx li dan iċ-ċimiterju kien jintuża sakemm kienet qed tinbena l-Knisja (parrokkjali) l-Qadima, billi, sa fis-seklu dsatax, id-dfin kien għadu jsir anke direttament filknejjes. Is-salib imsemmi, li jġib fuqu l-annu 1611, kif jidher mill-akkwarell ta’ Markham, kien tħalla quddiem il-knisja ta’ San Pawl, sakemm inbniet dik preżenti. Illum jinsab fuq il-bejt, ’il fuq mill-bieb tas-sagristija. F’din il-knisja tinsab ukoll vara tal-injam imdaqqsa ta’ San Pawl kompluta b’kollox, iżda li toħroġ proċessjonalment biss f ’okkażjonijiet patikulari, bħal fil-pellegrinaġġ li sar is-sena li għaddiet fl-okkażjoni tas-Sena tal-Fidi. Din kienet saret fis-snin ħamsin f ’Bolzano l-Italja. Qabel kien hemm statwa oħra tal-kartapesta li kienet saret minn Wistin Camilleri, li kienet ikbar. Din illum tinsab fil-knisja tal-Erwieħ fil-Belt.

1 Wieħed irid ikun jaf li għalkemm sa mill-1402, il-Karkariżi kienu qed jużaw bħala knisja parrokkjali, waħda ddedikata lit-Tlugħ fis-Sema tal-Madonna, Santa Liena dejjem baqgħet il-patruna tal-parroċċa, kif kienet fil-knisja ewlenija li kien hemm fl-Għargħar (illum San Ġwann). Imbagħad meta kienet lesta l-Knisja l-Qadima li naraw illum, fl-1709 il-Karkariżi kienu talbu u ngħataw li jinbidel it-titular – u għal dan kien tqiegħed il-kwadru ta’ Santa Elena li kien hemm fuq l-altar ewlieni talkappellun tan-Nofsinhar, u li skond Ignazio Saverio Mifsud, kien sar Ruma, xi sittin sena qabel, minn celeberrimo pittore.

Fil-Knisja l-Qadima Preżenti

M

eta nbniet il-Knisja l-Qadima preżenti, lejn nofs is-seklu sbatax, dal-kwadru kien inbidel ma’ ieħor ġdid tal-Assunzjoni tal-Madonna. Iżda t-titular l-antik li kien jinkludi x-xbieha ta’ San Pawl kien dam sal-aħħar snin tal-istess seklu fuq l-ewwel altar tax-xellug int u dieħel. Fil-Knisja l-Qadima wkoll, il-preżenza ta’ San Pawl kienet tinsab fuq il-faċċata, għax maġenb it-timpanu jew frontispizju, fuq il-pilastri korinti li jiddelimitaw il-faċċata, kien hemm żewġ statwi tal-ġebel ta’ San Pietru u San Pawl. Meta nbniet il-bażilika preżenti, dawn kienu ttieħdu hemm u għamlu xi żmien fil-ġnub tal-altar talkappella tal-Kunċizzjoni, sakemm fl-ewwel nofs tas-seklu dsatax, ittellgħu mat-tnax-il statwa oħra tal-Appostli u Evanġelisti fuq il-faċċata.1 1 Dawn l-istatwi kienu nbidlu ma’ oħrajn ġodda fis-sena 2000. L-istatwa oriġinali ta’ San Pawl kienet sofriet ħafna biż-żmien u l-elementi.

6 Borg V. Mons., Op.cit.

13


Fil-Bażilika Elenjana

F

il-Bażilika ta’ Santa Elena wieħed jiltaqa’ ma’ diversi xbihat ta’ San Pawl. Ibda biex fiż-żewġ settijiet ta’ statwi li jintramaw fuq ilprima tal-altar maġġur: dawk tal-festa tal-patruna li huma indurati biddeheb u saru fis-seklu dsatax, u dawk tas-sekondi festi, li huma tal-injam indurati bil-fidda u li huma eqdem. Fuq il-presbiterju spazjuż imbagħad, wieħed jara statwa kbira ta’ San Pawl, sieħba ma’ oħra ta’ San Ġwann l-Evanġelista. Dawn huma tal-bronż, u qabel it-tibdil fil-liturġija li sar bil-Konċilju Vatikan II, kellhom iservu bħala leġiji biex minn fuqhom jinqraw l-Epistola (S. Pawl) u l-Evanġelju (S. Ġwann). Il-ħsieb li jsiru beda fl-1952, iżda wara ħafna ġrajjiet, kienu ddaħħlu fil-Kolleġġjata Elenjana f’Jannar tal1962. L-istatwi saru għand il-funditur Karkariż Vincenzo Sammut fl-Artistic Foundry li kellu fi Triq Mannarino. L-abbozz u l-ġesso tal-istatwa ta’ San Pawl kienu saru minn Emanuel Borg Gauci minn Ħal Qormi. Bħala pittura mbagħad, naraw lil San Pawl fil-kwadru maġenb it-titular ewlieni, akkumpanjat fuq in-naħa l-oħra, din id-darba minn San Ġwann il-Battista. Dawn iż-żewġ kwadri kienu saru tard fis-seklu tmintax u huma attribwiti lil Rokku Buhagiar. Kwadri hekk jew mod ieħor b’dawn iż-żewġ qaddisin jinsabu f’diversi knejjes, l-aktar mis-seklu tmintax ’il hawn. Setgħu kienu dikjarazzjoni politika dak iż-żmien, meta wieħed iqis li San Ġwann il-Battista kien ilpatrun tal-Ordni tal-Kavallieri li kien jaħkem fuq il-gżejjer Maltin, u San Pawl, naturalment, il-patrun ewlieni Ritratti: (Fuq) Statwa tal-bronż ta’ San Pawl fuq il-presbiterju tal-Kolleġġjata Elenjana. (Fin-nofs) Kwadru ta’ San Pawl fil-kor tal-Bażilika ta' Sant' Elena. (Xellug) Statwa ta’ San Pawl fuq ilfaċċata tal-Bażilika ta’ Sant’ Elena.

14

tal-Maltin.1 F’dan il-kwadru San Pawl muri fl-estasi tiegħu fis-seba’ sema. Xbieha oħra tal-Appostlu Missierna San Pawl insibuha f’waħda millpendenti tal-koppla tal-kappella ta’ Sant’Andrija. Din kienet saret millpittur Taljan Filippo Venuti flimkien mal-bqija tad-dekorazzjoni talimsemmija kappella fis-sena 1897. Insibu x-xbieha ta’ San Pawl fissagristija wkoll. Din hija inkluża fil-kwadru tal-Kurċifiss, li huwa riproduzzjoni tal-hekk imsejjaħ Kurċifiss tax-Xitan li hemm fil-knisja ta’ Santa Katerina d’Italja fil-Belt, u li fis-seklu tmintax (meta saret ukoll ir-riproduzzjoni) kien igawdi ċerta devozzjoni qawwija. Ix-xbieha ta’ San Pawl, bust, tinsab fi speċi ta’ kwadru ellittiku, in-naħa t’isfel tal-kwadru, filvojt taħt id-dirgħajn ta’ Kristu Msallab. Imbagħad fil-mużew fl-Awla Kapitulari, fis-sala fejn hemm miġburin l-abbozzi tal-pittura li Virġinio Monti kien għamel fit-trollijiet u l-koppla tal-Bażilika bejn is-snin 1906-1910, hemm żewġ affreski fuq ċangatura tal-franka Maltija, li l-istess pittur Taljan kien għamel bħala prova għatteknika tal-affresk fuq il-ġebla lokali qabel ma aċċetta l-kummissjoni. Dawn juru lill-prinċpijiet ewlenin tal-Appostli, Pietru u Pawlu. Bħala xogħol pittoriku, irrid insemmi hawn biċċa xogħol li l-pittur Karkariż Ġużeppi Briffa għamel fil-koppla talkappella tas-Santissmu Sagrament fl1930. Din id-darba din mhix xbieha ta’ San Pawl, imma dehra tal-purċissjoni l-kbira tal-Kungress Ewkaristiku Internazzjonali tal-1913. Il-Purċissjoni tidher ħierġa mill-bieb l-antik ta’ Putirjal, li kien inbena f’nofs is-seklu dsatax mill-awtoritajiet kolonjali Ingliżi. Ħafna għadhom jiftakru dan il-bieb li kien inħatt fl-1964.

1 Biss żewġ xbihat hekk jinsabu wkoll fis-sala tal-arazzi tal-Palazz Maġistrali, fuq kull naħa tal-Kurċifiss.


San Pawl fit-Toroq ta’ Birkirkara

Statwa ta’ San Pawl maġenb lGħassa tal-Pulizija, Birkirkara.

F

’Birkirkara nsibu wkoll numru ta’ statwi fit-toroq. Forsi l-iktar in vista hi dik li hemm fuq il-knisja ta’ San Pawl tal-Wied – tiddomina fuq arterja passaġġa u traffikuża. Kif jidher mill-akkwarell ta’ Markham, imsemmi aktar ’il fuq, qabel ma’ nbniet il-knisja preżenti, kien hemm statwa ta’ San Pawl fuq kolonna quddiem il-knisja ta’ San Pawl il-qadima, li allura kienet tmur lura sew qabel ma nbniet il-ġdida. Anzjani jsemmu wkoll li, forsi sal-bidu tas-seklu għoxrin, dik kienet aktar lil hinn fi Triq il-Wied stess, lejn fejn tibda Triq in-Naxxar, imma fuq in-naħa ta’ fejn illum tibda Triq Azzopardi. Din l-istatwa, bħal ħafna statwi oħra ta’ San Pawl, hija bbażata fuq dik ta’ San Pawl meqjuma fil-Kolleġġjata ta’ San Pawl Nawfragu fil-Belt Valletta. Jista’ jkun ukoll li l-istatwa preżenti mhix l-istess waħda li tidher fl-akkwarell imsemmi. Statwa oħra ta’ San Pawl f’Birkirkara, li hija ta’ ċertu kobor, u li wkoll hija magħmula fuq dik proċessjonali tal-Belt, hija l-istatwa li hemm fil-kantuniera tal-villa setteċenteska fi Triq ilKbira, illum l-għassa tal-pulizija. Jingħad li din id-dar kienet il-villeġġatura ta’ Sinjur mill-Belt. Kien u għad hemm djar simili f’Birkirkara, kif kellu wkoll il-kittieb magħruf ta’ dik ilħabta, Ignazio Saverio Mifsud, Belti ieħor. Niltaqgħu ma’ oħra, f’niċċa fi speċi ta’ frontispizju fil-għoli, fuq dar tal-istess żmien, fejn jiltaqgħu Triq Santu Rokku u Triq Santa Liena. Għal darb’oħra, din l-istatwa hija magħmula fuq dik tal-Belt. Hemm oħra mbagħad fuq bejt baxx fil-parti ta’ fuq ta’ Birkirkara, fi Triq Ħal Għargħur. Hija statwa li llum tidher aktarx malandata biż-żmien, sfortunatament b’ħafna ħsara u tiswijiet u miżbugħa b’kuluri aktarx qawwija. Mad-daqqa t’għajn, donnu jidher li din l-istatwa ma kinitx magħmula għalfejn tinsab illum, imma xejn m’hu magħruf aħjar dwarha. Taħtha hemm skrizzjoni antika li tgħid: Declaratio sermonem tuorum illuminat et intellectum dat parvulis 1. Din hija wkoll magħmula fuq dik tal-Belt, għalkemm forsi hija eqdem mill-oħrajn imsemmija.

1 Il-predikazzjoni tiegħek iddawwal l-imħuħ u tgħarraf liċ-ċkejknin

15


Tifkira tat-Tieni Gwerra Dinjija

I

t-tieni konflitt mondjali (għal Malta 1940-43) ġiegħlet lil ħafna nies jitilqu minn djarhom fl-ibliet ta’ madwar il-portijiet, minħabba l-bumbardamenti mill-ajru, li kienu jolqtu indiskriminatament mhux biss objettivi militari iżda wkoll ċivili. Xi nies mill-Belt Valletta kienu ġew bħala refuġjati f’Birkirkara bħal oħrajn l-aktar mill-Kottonera. Hawn is-sigurtà kienet relattivament aħjar, għalkemm Birkirkara wkoll messha s-sehem tagħha tal-bombi u vittmi, fosthom ukoll refuġjati. Meta l-gwerra ntemmet imbagħad, xi wħud minn dawn ir-refuġjati kienu baqgħu joqogħdu f’Birkirkara, anke għaliex bit-trasport pubbliku, malajr kienu jilħqu l-Belt u l-inħawi talport fejn setgħu kienu impjegati. Imma Birkirkara u l-knisja kolleġġjata tagħha, f’din il-gwerra serviet ukoll ta’ refuġju għal affarijiet oħra għeżież u importanti millokalitajiet aktar mhedda. Forsi l-ewwel ma jiġi f’moħħ dak li jkun huma l-kwadru inkurunat u l-istatwa tal-Kunċizzjoni ta’ Bormla li wara ttieħdu lura f’pellegrinaġġ li baqa’ jissemma. Kien hemm ukoll l-istatwi ta’ Marija Bambina u r-Redentur ta’ l-Isla. Imma kienu ttieħdu f’Birkirkara wkoll ċerti affarijiet prezzjużi talKolleġġjata ta’ San Pawl Nawfragu tal-Belt. Meta kollox kien reġa’ għan-normal, il-Kapitlu Pawlin, 16

Dettall mill-koppla tal-kappella tas-Ssmu. Sagrament li juri l-purċissjoni l-kbira.

bħala tifkira u ringrazzjament, kien irregala lill-Kapitlu Elenjan gwantiera tal-fidda bl-istemma tal-Kapitlu Belti minquxa fuqu u b’din l-iskrizzjoni li biha se nagħlaq din il-kitba: SAEVA PER URBEM BARBARORUM RABIE DIROQUE UNIVERSAM PER INSULAM BELLO FURENTI PERFUGIUM ARGENTES VASIS VESTIMENTISQUE TUTUM INSIGNIS COLLEGIATAE ARCIMATRICIS AC PAROECIALIS ECCLESIAE HELENIANAE LIBENTIA CAPITULO OBLAT UNANIMO COLLEGIUM CANONICORUM CIVITATIS VALLETTAE MEMORAT BEATIQUE PAULI APOS. NAUF. AUGUSTAAEQUE IMPERATRICIS AUSPICIBUS GRATO ANIMO DONAT MCMXLI – MCMXLIV A.D.1 1 Traduzzjoni approssimattiva: Kien iqell fuq id-dinja l-għadab tal-barbari – Kulħadd imbeżża mill-gwerra qalila fuq il-gżira – Kenn żgur għall-oġġetti tal-fidda u l-paramenti (sagri) – FlInsinji Kolleġġjata u parrokkjali knisja Elenjana – li bi pjaċir il-kapitlu kollu offra – Il-Kulleġġ tal-Kanonċi talBeltValletta – Ifakkar – Taħt il-ħarsien ta’ San Pawl Appostlu Nawfragu u l-Imperatriċi Awgusta – Ħajr mill-qalb jagħti – MCMXLI-MCMXLIV A.D.

San Pawl f’affresk ta’ Virginio Monti, Awla Kapitulari, Bażilika Sant'Elena.

San Pawl f'pendent taħt il-koppletta talkappella ta' Sant' Andrija fil-Bażilika Elenjana.


San Pawl fi kwadru ta’ Emvin Cremona fil-knisja tal-Patrijiet Franġiskani Konventwali, Birkirkara.

Fil-Knisja tal-Patrijiet Konventwali

D

awn il-patrijiet kienu ġew f’Birkirkara fi żmien il-gwerra bħala refuġjati fil-villa popolarment magħrufa bħala Ta’ Paċ. Huma Stabbilew ruħhom f ’dawk l-inħawi magħrufin bħala Il-Wejter, fi Triq l-Imsida u bejn is-snin ħamsin u l-bidu tas-sittinijiet tas-seklu l-ieħor, bnew kunvent

Tislima

F

id-19 ta’ Marzu 2014, festa ta’ San Ġużepp, ħalliena l-Kanonku Mattew Magri. Huwa twieled f ’Ħal Balzan fit-2 ta’ Awwissu 1946. Sa miċ-ċokon tiegħu trabba l-MUSEUM u baqa’ membru attiv sakemm kellu 20 sena. Wara li temm l-istudji sekondarji tiegħu fil-Liċeo, daħal is-seminarju jistudja għas-saċerdozju. Huwa studja l-filosofija u t-teoloġija flUniversità ta’ Malta minn fejn kiseb il-Baċellerat fit-Teoloġija. Kien fl-20 ta’ Lulju 1974 li ġie ordnat saċerdot mill-Arċisqof Monsinjur Mikiel Gonzi flimkien ma’ 49 seminarsta oħra fl-okkażjoni ta’ għeluq ilħamsin sena mill-Konsagrazzjoni Episkopali tal-Arċisqof Gonzi.

u knisja mdaqqsa ġmielha ddedikata lil San Franġisk t’Assisi. Hawn fuq wieħed miż-żewġ altari tal-ġnub, dak iddedikat prinċipalment lill-Qalb Imqaddsa ta’ Ġesù, hemm inkluża wkoll ix-xbieha ta’ San Pawl, ma’ qaddisin oħra. Dan il-kwadru kien sar millpittur magħruf Belti Emvin Cremona fl-1962.

kitba tal-Kan. John Ciarlò Wara l-ordinazzjoni tiegħu ntbagħat mis-superjuri bħala ViċiParroku tal-Parroċċa ta’ San Pawl Nawfragu tal-Belt fejn dam jaqdi l-missjoni u l-ħidma pastorali u parrokkjali tiegħu għal dsatax-il sena sħaħ. Huwa kien jaqdi d-dmirijiet parrokkjali tiegħu bl-akbar spirtu ta’ dedikazzjoni fost il-parruċċani Pawlini u kien maħbub ħafna speċjalment mill-morda u l-anzjani. Matul is-snin, huwa waqqaf il-kor parrokkjali u ħatar Kanonku Effettiv mill-Kapitlu tal-Kolleġġjata. Kien fl-1993 li ġie mitlub missuperjuri biex imur jaħdem bħala Viċi fil-Parroċċa tanNaxxar fejn ukoll baqa’ sakemm

miet jaqdi bl-akbar spirtu ta’ dedikazzjoni l-missjoni pastorali u parrokkjali tiegħu fost ilparruċċani Naxxarin li tant kienu jħobbuh. Anki fin-Naxxar waqqaf kor parrokkjali. Wara li beda l-ħidma tiegħu fin-Naxxar inħatar Kanonku Onorarju talKolleġġjata ta’ San Pawl Nawfragu.

17


ISSOLVILEK IL-PROBLEMA TAL-ÓAMIEM 4 Ma j˙allix il-˙amiem ipo©©i. 4 Sempliçi biex jitwa˙˙al: jew bil-kolla, jew bil-viti, jew bl-imsiemer. 4 Ma˙dum minn vireg ta’ l-‘istainless steel’ u ‘UV stabilised polycarbonate plastic’. 4 Effettiv u r˙is. 4 L-istess sistema intuΩat f’Robert Sammut Hall, il-Furjana, fil-Knisja ta’ Sta. Catarina d’Italia u f’Bere© u Bini Storiku ie˙or.

“Theuma House”, 302, Triq San Pawl, Valletta VLT 1213 Tel: 21 236605 / 21 234075 Fax: 21 244201 info@etheuma.com www.etheuma.com



Programm tal-Festa tan-Nawfraġju ta’ San Pawl ‒ Valletta 2015

Festa ta’ San Pawl fl-1892

Martin Gravina

Dip. Educ. (Adm. & Mangt.)

“Din is-sena ġiet mikxufa l-gallarija tal-orgni li verament irnexxiet u ġiet sabiħa wisq, xogħol ta’ l-induratur is-sur Giusè Sammut li mpenja bil-bosta biex tirnexxi din l-opra hekk sabiħa. Ilknisja ma hemmx bżonn niddiskriviha xejn, għax kollu żejjed li wieħed ifaħħar ħaġa magħrufa minn Malta kollha.” Malta Tagħna 13 ta’ Frar 1892 p1.

K

ienu kbar il-preparamenti għall-festa tan-Nawfraġju ta’ San Pawl li kienet iċċelebrata b’suċċess ġewwa l-Belt Valletta fis-sena 1892. Ta’ dan il-gazzetti taw tifħir lillKapitlu tal-Kolleġġjata u l-kumitat tal-festa. L-Erbgħa, għaxra ta’ Frar ta’ din is-sena kienet il-ġurnata ta’ dan l-avveniment mistenni mill-poplu Malti u wkoll ġurnata pubblika. Ilħidma għas-suċċess ta’ din il-festa wasslet ukoll sabiex ir-rivalità bejn il-parroċċa ta’ San Duminku u dik ta’ San Pawl tispiċċa, u għalhekk wassal li l-patrijiet Dumnikani jieħdu sehem sħiħ f ’din il-festa. Ilprietki tat-tlitt ijiem tat-tridu kienu magħmula minn Patri Lawrenz Caruana tal-Ordni tal-Predikaturi. Dan il-patri kien magħruf għallprietki li kien jaf jagħmel u bil-ħila tiegħu għaraf jinseġ tliet diskorsi bil-Malti li qanqlu qalb kulħadd. Skont il-programm, f ’nofsinhar ta’ lejlet il-festa l-knisja kienet miftuħa għall-viżitaturi, filwaqt li fit-tlieta neqsin kwart saret ittranslazzjoni bir-relikwa ta’ San Pawl segwita bil-kant tal-primi vespri. F’jum il-festa, minn kmieni filgħodu kien jidher influss ta’ 20

Il-gallarija ta' l-orgni li kienet inawgurata fl-1892.

nies ġejjin minn kull rokna talpajjiż nieżla minn Triq San Pawl lejn il-knisja. Bħas-soltu kienet armata għall-okkażjoni u mixgħula b’ numru mdaqqas ta’ xemgħat li dawlu kull parti tal-knisja. Fil-ħamsa ta’ filgħodu kor komplut kanta l-matutin solenni b’kant Gregorjan. F’dik l-għodwa l-Arċisqof Monsinjur Pietru Pace qaddes quddiesa letta, fejn imbagħad fid-disgħa assista għall-quddiesa l-kbira (kantata) mit-tron imdawwar mill-kanoniċi. Il-quddiesa kienet iċċelebrata mill-Arċipriet tal-parroċċa ta’ San Pawl, il-Kanonku Dun Pawl Agius. Wara l-Evanġelju, Patri Anġelo Portelli tal-Ordni talPredikaturi niseġ il-paniġierku li tqies bħala wieħed mill-isbaħ u l-aktar elokwenti. Waranofsinhar sar paniġierku għall-vernakolu mill-kappillan taż-Żurrieq Dun Emmanuele Mifsud, segwita solenniment bis-sekondi-vespri. Il-festa ta’ din is-sena ġiet fi tmiemha meta għall-ħabta talħamsa ta’ filgħaxija ħarġet ilpurċissjoni deskritta bħala waħda twila u sabiħa bil-vara ta’ San Pawl. Fiha akkumpanjaw ukoll l-Isqof ta’ Portsmouth Monsinjur John Vertue u l-Isqof ta’ Auckland Monsinjur

John Edmund Luck OSB li kienu fuq żjara f ’pajjiżna. Triq San Pawl, Triq Merkanti, Triq Irjali u toroq sekondarji kienu maħnuqa binnies li ġew għal din l-okkażjoni. F’din is-sena, fil-knisja mżejna mill-isbaħ, kienet ġiet mikxufa l-gallerija tal-orgni li kienet reġgħet inbniet u indurata, xogħol tal-induratur Giusè Sammut, għall-ispiża ta’ kważi mitejn lira. Il-mużika matul il-ħamest ijiem kienet tal-maestri Dottor Paolo u Antonio Nani li mwettqa b’mod eċċellenti minn artisti u dilettanti, kienet taħt id-direzzjoni tas-Surmast Antonio Nani. Għalkemm f ’dik il-ġimgħa tal-festa, it-temp kien wieħed li jaqtagħlek qalbek minħabba l-fatt li kien imsaħħab u birriħ, lejlet, kif ukoll nhar il-festa t-temp kien wieħed mill-isbaħ. L-illuminazzjoni kien fiha għaxqa f ’dawk it-toroq imżejna mill-aħjar għal din l-okkażjoni. Bħala tiżjin ġdid, kienu saru l-erba’ statwi li jirrappreżentaw l-Ewropa, l-Asja, l-Afrika u l-Amerika, xogħol l-artist Vincenzo Cremona. Dawn kienu ġew armati f ’salib it-toroq ta’ Triq San Pawl kantuniera ma’


Triq San Ġwann, ħdejn l-istatwa ta’ San Pietru d’Alcantara. Bosta baned daqqew filħamest ijiem tal-festa. Skont ilprogramm fit-tlitt ijiem tat-tridu fis-sitta ta’ filgħaxija kien ikun hemm illuminazzjoni u diversi baned. Hekk insibu li s-Soċjetà Filarmonika Duke of Edinburgh tal-Birgu, il-Ħadd 6 ta’ Frar tellgħet programm fi Pjazza San Ġorġ, taħt id-direzzjoni ta’ Maestro G. Grech. Lejlet il-festa f ’nofsinhar il-Banda Nazzjonali Prince of Wales daqqet diversi marċi fit toroq tal-Belt, filwaqt li filgħaxija kien hemm baned f ’diversi ċentri tal-Belt. Waħda minn dawn il-baned kienet The Duke of Edinburgh li għallħabta tas-sebgħa u nofs fuq palk fi Triq San Ġwann, kantuniera ma’ Triq San Pawl, tellgħet program. Aktar tard għall-ħabta tad-disgħa u nofs kien hemm ġigġifogu n-naħa ta’ fuq ta’ Triq Merkanti. Nhar l-għaxra ta’ Frar, f ’nofsinhar il-Banda Nazzjonali La Vallette mmexxija bl-isbaħ standardi fosthom dak Irjali, daqqet diversi marċi ferrieħa matul it-toroq talBelt. Meta l-Banda waslet fi pjazza San Ġorġ waqfet taħt il-gallerija tal-Palazz sellmet lill-gvernatur Sir Henry Augustus Smyth bl-istandardi Rjali fost iċ-ċapċip tan-nies u l-għajjat għal tliet darbiet ta’ ‘hurraj’. Il-gvernatur mill-gallarija laqa’ bi gratitudni din id-dimostrazzjoni ta’

Riferenzi: • • • • • • • • • • • • •

Il-Ħabbar. 16 ta’ Frar, 1892, p. 3. Public Opinion. 9 ta’ Frar, 1892, p. 2. Ibid. 11ta’ Frar, 1892, p. 2. Ibid. 16 ta’ Frar, 1892, p. 2. Malta Tagħna. 13 ta’ Frar, 1892, p. 1, 2. Risorgimento. 8 ta’ Frar, 1892, p. 2. The Malta Times & United Service Gazette. 12 ta’ Frar, 1892, p. 2. La Gazzetta di Malta. 8 ta’ Frar, 1892, p. 2. Ibid. 9 ta’ Frar, 1892, p. 2. Ibid. 11 ta’ Frar, 1892, p.2. Ibid. 16 ta’ Frar, 1892, p. 2. The Malta Standard. 12 ta’ Frar, 1892, p. 3. L’Ordine. 16 ta’ Frar, 1892, p. 2, 3.

L-Isqof John Edmund Luck

ċapċip, fejn il-poplu rrisponda lura. Il-banda mbagħad daqqet il-“God save the Queen” fost il-ferħ li kien hemm u kompliet it-triq tagħha blistandardi Maltin u Ingliżi msallba flimkien turija tal-unjoni bejn Malta u l-Ingilterra. Hija reġgħet għamlet waqfa oħra quddiem l-Union Club fejn il-poplu ċapċap fost l-għajjat ta’ Long live England u Long live Malta. Fit-tlieta u nofs ta’ waranofsinhar il-banda filarmonika I Cavalieri di Malta għamlet programm mużikali fuq il-palk li kien armat Strada Santa Luċija kantuniera ma’ Triq San Pawl. Filgħaxija, għallħin tal-purċissjoni ma naqasx is-sehem ta’ diversi baned.

L-Isqof John Vertue

l-attenzjoni tal-pulizija flimkien ma’ dawk li kienu jieħdu ħsieb il-knisja biex jaraw x’kien il-każ. Hemm sabu ftit tiben jaqbad, u li mmedjatament ġie mitfi. Għas-sigurtà ddeċidew li jagħmlu spezzjoni fil-knisja, fejn indunaw bil-bieb tal-gallarija nofsu miftuħ. Huma daħlu u sabu raġel mixħut b’nofsu mgħotti bit-twapet li kien hemm. Meta mistoqsi, huwa rrisponda li minħabba li ma kellux fejn jistrieħ, iddeċieda li jorqod fil-gallarija tal-orgni. Imma l-pulizija bħala prekawzjoni arrestatu biex setgħet tistħarreġ aktar il-każ fid-dettall.

Inċident żgħir li ġara filgħaxija dakinhar tal-festa kien, meta għallħabta tal-ħdax, xi nies raw xi duħħan ħiereġ minn ċurniera fis-sotterran tal-knisja ta’ San Pawl. Dawn ġibdu

Il-Kumitat tal-Festa Nazzjonali ta’ San Pawl Nawfragu rringrazzja bil-qalb lill-Gvernatur talli ta l-permess li l-erba’ statwi li kienu inawgurati jkunu miżmuma fiddaħla tat-taraġ li tagħti għassala tal-armi ġewwa l-palazz.

Noti: • L-aħħar li l-gallarija tal-orgni ġiet imnaddfa u restawrata kien f’Novembru tas-sena 1996 mid-Ditta Darmanin. • F’Ġunju tal-1892 l-orgni li kien hemm fil-knisja parrokkjali ta’ San Pawl il-Belt inbiegħ lill-Knisja Parrokkjali tal-Qala għas-somma ta’ 51 skud. (9.90 Euro). Il-Knisja tal-Qala, 1990 p.31. • L-Isqof John Vertue twieled f’Londra nhar it-28 t’April 1826 u kien ordnat qassis f’Diċembru 1851. Fl-1871 kien imlaħħaq kappillan ta’ Portsmouth fejn dam jaħdem sal-1878. Huwa ġie Malta fejn baqa’ hawn sal-1882.

F’din is-sena laħaq bħala l-ewwel isqof tad-djoċesi ta’ Portsmouth. Huwa miet nhar it-23 ta’ Mejju 1900. “Diocese of Portsmouth Past and Present” by Gerard Dwyer” L-Isqof John Edmund Luck twieled f’Peckham, Surrey l-Ingilterra nhar it-18 ta’ Marzu 1840. Huwa pprofessa mal-Benedittini fl-1861 fejn ħa l-isem ta’ Edmund. Fl-1865 huwa kien ordnat qassis. Fl-1882 laħaq isqof ta’ Auckland, New Zealand. Miet f’Auckland nhar it-23 ta’ Jannar 1896. http://www.teara.govt.nz/en/ biographies/2l19/luck-john-edmund

21


hi tech machinery

property

marine

HOSPITALITY & LEISURE

construction gas

contact details For further information about Polidano Group or any one of its subsidiaries, kindly contact us on:

Tel: [+356] 21244520 | Fax: [+356] 21244200 | Email: info@polidano-group.com Address: Hal-Farrug Road, L/o Luqa LQA05, Malta

www.polidano-group.com


Antiques & Fine Arts Gregorio Bonici Square Zejtun 7969 5845 aaazejtun@gmail.com We buy. We sell. We part exchange. Payments by instalment accepted


Il-Virtujiet espressi fis-simboli allegoriċi tal-Mazza Kapitulari Mons. Lawrenz Cachia

D

omt għoxrin sena Arċipriet ta’ ĦażŻebbuġ u, skont drawwa qadima kont kull sena nistieden Kanonku tal-Kolleġġjata ta’ San Pawl talBelt biex imexxi l-funzjonijiet u l-proċessjoni fil-festa ta’ San Ġużepp, li f ’dak ir-raħal issir b’solennità kbira fl-aħħar Ħadd ta’ Lulju. Billi l-Kanonċi ta’ San Pawl tal-Belt għandhom il-privileġġ li jieħdu magħhom il-Mazza Kapitulari kull fejn imorru jiffunzjonaw, kull sena kien ikollna dik il-mazza prezzjuża u sabiħa fil-funzjonijiet u fil-proċessjoni. Waqt il-proċessjoni jien kont inkun qrib ħafna talmazzier, li għall-ewwel li mort Arċipriet kien is-Sur Manwel Caruana. Għalhekk kont kull sena nħares lejn dik il-mazza għal żmien twil u kont dejjem nammira l-ġmiel artistiku tagħha. Iżda barra l-ġmiel artistiku, min iddisinja dik il-Mazza ried ukoll jagħtina tagħlim jew messaġġ Nisrani. Hemm żewġ modi kif id-disinjatur bravu wasslilna dak il-messaġġ. L-ewwel mod huwa ċar billi naqax fil-fidda espisodji millħajja ta’ San Pawl fuq il-panewijiet tal-parti ta’ fuq tal-mazza. It-tieni mod kif wassal 24

messaġġ huwa aktar sottili għaliex inqeda bis-simboliżmu. Dan insibuh fl-istatwetti. Il-parti ta’ fuq tal-mazza hija f ’għamla kwadrata. F’nofs din il-parti hemm statwa wieqfa ta’ San Pawl. Madwar din hemm erba’ statwetti, ta’ figuri femminili bilqegħda, waħda f ’kull kantuniera, u kull waħda għandha xi simbolu f ’idha jew maġenbha. Dawn issimboli jirrappreżentaw l-Erba’ Virtujiet Kardinali. Il-Virtujiet Kardinali huma: • • • •

Għaqal jew Prudenza; Ħaqq jew Ġustizzja; Qies jew Temperanza; Qawwa jew Fortezza.

Is-simboli ta’ dawn il-virtujiet mhux dejjem huma mogħtija l-istess, u ghalhekk bilfors tidħol ftit tal-interpretazzjoni. Imma nistgħu ngħidu dan li ġej għas-simboli tal-Mazza Kapitulari. L-Għaqal huwa rappreżentat mis-serp għax Sidna Ġesù stess qalilna “Kunu għaqlin bħas-sriep’’. Anki l-velu fuq ras il-figura jżid ifisser l-għaqal ghax huwa sinjal ta’ min moħħu mhux imtajjar bil-frugħa.


10 ta' Frar 2015

Il-Ħaqq huwa rappreżentat mill-fasces jew bsaten marbuta flimkien, għax dawn fi żmien l-Imperu Ruman kienu jimxu quddiem il-Maġistrat li kien bniedem ta’ awtorità speċjalment legali u penali. Il-kuruna tar-rand ukoll kienet tfisser Ġustizzja ghalkemm kienet tfisser ukoll ħwejjeġ oħra. Għalkemm il-miżien huwa sikwit użat bħala simbolu tal-Ġustizzja, meta huwa msieħeb mal-arloġġ isir simbolu tat-Temperanza li biha wieħed jagħmel kollox skont il-ħin mitlub u l-kejl jew piż meħtieġ. L-iljun huwa kważi dejjem simbolu tal-Qawwa jew Fortezza. Hekk ukoll il-martell jew mazza u t-tarka jfissru wkoll il-Fortezza għax bihom wieħed jilqa’ u jfarrak lill-għadu tiegħu. Dwar il-Virtujiet Kardinali li semmejna rrid inżid dan li ġej. L-ewwelnett jissejħu Kardinali għax huma meqjusa bhala l-pedament tal-virtujiet l-oħra morali. Il-bibien kbar antiki ma kinux iduru fuq ċappetti bħal tal-lum, iżda kien ikollhom speċi ta’ fus jew perm li jduru fuqu. Dan bil-Malti qadim kien jissejjaħ għarqub u bil-Latin kien jissejjah cardo. Mill-kelma cardo ġejja l-kelma kardinali għax fuq dawn l-erba’ virtujiet iduru l-virtujiet l-oħra morali. Il-Virtujiet Kardinali kienu diġà ssemmew millfilosfi qodma tal-Greċja u ta’ Ruma, speċjalment minn Ċiċerun. Iżda s-Santi Padri u t-Teologi Nsara komplew spjegawhom aħjar skont id-dawl tal-Fidi. Dan jgħodd b’mod speċjali għal San Tumas t’Akwinu. Hekk insibu li waqt li ħafna teologi jispjegaw il-Morali Nisranija billi jimxu mal-Kmandamenti, San Tumas jispjega l-morali billi jfisser il-Virtujiet Kardinali u dawk il-virtujiet l-oħra li joħorġu minnhom. (Ara Summa Theologica, Prima Secundae, Q. 61)

25




Programm tal-Festa tan-Nawfraġju ta’ San Pawl ‒ Valletta 2015

Pawlu – Rigal illustri ta’ Tama u Fidi għal Gżiritna “In the year of Our Lord 60, An Illustrious Gift from the Sea’’.

D

an huwa titlu ta’ Hexamerton Two filfamuż rumanz “The Kappillan of Malta’’ ta’ Nicholas Monsarrat. Dan il-kapitlu, Monsarrat jiddedikah kollu għallpriedka li l-kappillan Father Salvatore, jew Dun Salv, jagħmel lil ħutu l-Maltin fix-xelter, imwerwrin u bil-mewt ma’ wiċċhom, fil-jum tal-biża’ tas-16 ta’ Jannar 1941, il-jum tal-blitz talLuftwaffe Ġermaniża fuq Malta, blattakk fuq l-Illustrious fil-Port il-Kbir. Mitlub biex ikellem lil ħutu Maltin sabiex jagħmlilhom kuraġġ u jqawwilhom qalbhom f ’dik issiegħa diffiċli u iebsa tal-gwerra, Dun Salv ħass li biex jagħmel dan kellu jkellimhom dwar wieħed, li kif jikteb

Kan. Też. John Ciarlò B.A., Lic. D. Monsarrat “knew the fear of death, yet had conquered death, the last enemy. Someone who had suffered shipwreck and misery and fury from the skies. Someone who had brought hope and faith to this very island’’. Dan ix-xi ħadd ma kienx għajr San Pawl, li kif tenna Dun Salv, erba’ ġimgħat oħra

Pawlu f ’Malta “Il-bniedem li jien qiegħed nikkwotalkom”, qalilhom Dun Salv, “kien tabilħaqq il-bniedem l-aktar illustrious (illustri) li qatt kellu jasal Malta, għalkemm il-miġja tiegħu kellha tiswa l-għarqa ta’ bastiment sabiħ biex iwasslu hawn. San Pawl kien raġel qasir, bħali, u ma kienx iħossu sew fil-baħar. Erba’ ġimgħat mil-lum aħna niċċelebraw in-nawfraġju li xeħtu fuq il-blat f ’San Pawl il-Baħar tagħna”. “Huwa niżel fl-art, imbenġel, jitriegħed b’deni tal-mewt bit-tkexkix tal-bard, wara vjaġġ l-aktar tal-biża’, f ’ħajja li ġegħlitu jgħaddi minn tant provi iebsa. Huwa radd ħajr lill-għażiż ħabibu u mgħallem tiegħu mejjet, Ġesù, għallfatt li sgiċċa mill-mewt, għalkemm kien jaf f ’qalbu mtertqa, li l-mewt kienet għadha qiegħda tistennieh fi żmien ftit ġimgħat jew xhur.’’ 28

minn dak il-jum tal-biża’, il-Maltin kienu jiċċelebraw in-nawfraġju tiegħu fuq il-blat ta’ San Pawl il-Baħar. Dun Salv fetaħ il-priedka tiegħu b’diversi kwotazzjonijiet mill-Ittra ta’ San Pawl, qabel ma beda jirrakkonta u jiddeskrivi l-istorja mqanqla u avventuruża ta’ ħajtu, lill-Maltin ħutu, li f ’dawk il-jiem kienu ilhom tant jisimgħu bil-vapur Ingliż Illustrious.


10 ta' Frar 2015

Il-Vjaġġ lejn Ruma

D

un Salv wara kompla jiddeskrivi bid-dettalji kollha l-ħajja mqanqla ta’ San Pawl, sa mill-konverżjoni tiegħu fi triq ta’ Damasku, u l-persekuzzjoni qalila li kellu jsofri minn ħutu l-Lhud. Kompla sejjer jispjega l-vjaġġ tiegħu fil-Mediterran lejn Ruma, bit-tempesta qalila li sab ruħu fiha flimkien mal-baħrin u l-ħabsin l-oħra sakemm fl-aħħar flimkien ma’ sħabu kollha ta’ fuq il-bastiment rifes qawwi u sħiħ fuq ix-xtajta Maltija. Wara li ddeskriva lil Pawlu jqum minn għarkubbtejh wara li temm it-talb tiegħu, lemħu jkompli jfarraġ lil sħabu sakemm ra l-abitanti ta’ Malta, imbeżżgħin, resqin lejh u lejn sħabu biex jagħtuhom merħba, u jiskopru dak li l-baħar inkurlat kien ġabilhom. Il-kappillan ma setax jonqos li jkompli jitkellem dwar il-laqgħa ta’ San Pawl ma’ Publju, ir-rajjes talgżira, u l-ħbiberija kbira li tnisslet

bejniethom. U bi kliem meqjus, kompla jiddeskrivi, kif flimkien ma’ sieħbu Luqa, San Pawl kien iterraq minn tarf għall–ieħor tal-gżira, jitkellem, iwieġeb il-mistoqsijiet u jippriedka l-kelma ta’ Alla u jiġbed warajh ħafna segwaċi. Fl-aħħar, Dun Salv temm ilpriedka twila u mqanqla tiegħu u qal: “Forsi din kienet l-aħħar ħaġa f ’ħajtu li kellha timlieh bil-ferħ, u din sabha f ’Malta. Il-ħbieb Insara ġodda ta’ Pawlu għabbewlu kulma kien jeħtieġ għall-vjaġġ tiegħu u niżlu fil-port biex jarawh sejjer. “Għal darba oħra, din kienet l-aħħar tislima ta’ niket, u għal darb’ oħra hu kellu jgħid: “Għaliex qegħdin tibku? Tridu intom taqsmuli qalbi?’’. Iżda din id-darba ma bekiex. F’din l-aħħar tislima tiegħu, f ’dan l-aħħar vjaġġ tiegħu, huwa ried juri ruħu sod. Ma seta’ jkun hemm ħadd fil-port li ma kienx jemmen li Pawlu kien sejjer għall-mewt tiegħu’’.

Il-festa filBelt Valletta

I

żda l-priedka ta’ Dun Salv ma waqfitx hawn. Wara kompla jgħid: “Il-knisja tan-Nawfragju ta’ San Pawl fil-Belt Valletta, wara baqgħet għal dejjem tieħu ħsieb żewġ relikwji tal-appostlu tagħna; parti millgħadma ta’ driegħu ġewwa ossarju mqaddes, u minn post imsejjaħ it-Tre Fontane f’Ruma, u parti mill-kolonna tal-ġebel li fuqha qatgħulu rasu. “Il-fidi tiegħu ukoll baqgħet soda, sekli wara li ħalla ħajtu għaliha. Huwa kien wassal f’Malta l-ewwel aħbar ta’ Ġesù Kristu s-Salvatur, u l-eroiżmu u l-qawwa tiegħu taw lill-gżira l-aqwa eżempju biex tibqa’ tirreżisti kontra kull għadu tad-dinja.’’ Dun Salv temm itenni lil ħutu l-Maltin, imwerwrin bil-bombi neżlin fuq rashom, “Għalkemm fid-dinja ftit huma dawk li jistgħu jkunu qaddisin, iżda lkoll jistgħu jġibu ruħhom ta’ rġiel.’’

Malta ta’ llum u ta’ għada

K

ellu raġun Nicholas Monsarrat jikteb li fis-60 tal-Mulej, Malta rċeviet mill-baħar ‘an illustrious gift’, rigal li l-Maltin tal-imgħoddi, u l-maġġuranza tal-Maltin ta’ llum baqgħu dejjem jgħożżuh bħala l-akbar persunsaġġ li qatt rifes fuq l-art Maltija talli wasslilha t-tama u l-fidi. Naqbel perfettament ma’ Monsarrat li l-miġja ta’ dan il-persunaġġ “illustri’’ kif kien fil-bidu, hekk baqa’ tul l-elfejn sena ta’ storja Maltija, kemm fi żminijiet diffiċli kif ukoll anqas diffiċli u taħt kull ħakma ta’ kull qawwa barranija li ħakmet il-gżira tagħna, kienet l-ewwel u qabel kollox tassew għajn ta’ tama u ta’ fidi għalina l-Maltin. Jekk irridu tassew inkunu sinċieri magħna nfusna u nanalizzaw bil-kalma dak li wassal lil dan il-poplu ċkejken tagħna biex ikun dak li hu llum, ma nistgħux ma nagħrfux il-ġid kbir, it-

tama u l-fidi li kiseb dan il-poplu biex wasal fejn wasal bis-saħħa tal-effetti tajbin li ħalliet il-miġja ta’ Pawlu fostna u li sawru l-identità Nisranija u Ewropeja ta’ dan il poplu ċkejken Malti u li għenuh jasal fejn wasal illum. Ma nistgħux ukoll ma nistaqsux lilna nfusna kull meta jasal il-jum tal-10 ta’ Frar: X’kien jiġri minna bħala poplu, li kieku dak il-bastiment li kien fuqu San Pawl ma nkaljax fuq xtutna fis-sena 60 tal-Mulej? Diffiċli li tgħid. Iżda żgur li l-istorja tagħna l-Maltin żgur li kienet tkun mod ieħor. Iżda rridu nistaqsu wkoll: x’hemm lest għalina u għal pajjiżna li tant inħobbu fil-futur? Kif se tkun Malta tagħna ta’ għada ma nafux u ma nistgħux nipprevedu fiż-żgur. Ħaġa waħda hi żgur; li jkun jaqbel għalina u għal dawk li għad jiġu warajna

jekk bħal missirijietna li ġew qabilna nkomplu nibnu fis-sod fuq dak li dejjem żammna qawwijin tul is-snin – it-tama u l-fidi li wasslilna San Pawl. L-awgurju tagħna għalhekk f’din il-festa tan-Nawfraġju ta’ San Pawl, fl-10 ta’ Frar tas-sena 2015, huwa li bilgħajnuna ta’ Alla, u bil-ħidma ta’ kull min hu tassew Malti u Nisrani, Malta tkompli tilqa’ l-isfidi ġodda tas-seklu 21 mingħajr ma titlef qatt il-valuri veri u dejjiema li sawruha u għamluha Malta Maltija u Malta Nisranija. 29


r

Groce

PULIZIJA

POST OFFICE

NINSABU QRIB TIEGĂ“EK

Valletta 173, Triq l-Ifran

www.gasanmamo.com

173, Triq l-Ifran, Valletta | Tel: 2123 2666 | insurance@gasanmamo.com | www.gasanmamo.com GasanMamo Insurance Ltd hi awtorizzata mill-MFSA.



Programm tal-Festa tan-Nawfraġju ta’ San Pawl ‒ Valletta 2015

B’dedika speċjali lill-Kantur attwali Kan. Ġwann Borg fl-okkażjoni tal-Ġublew tad-Djamanti tal-Ordinazzjoni saċerdotali (1955-2015)

Id-Dinjità tal-Kantur fi ħdan il-Kapitlu Pawlin

Fost il-kanonikati li hemm imwaqqfa fil-Kolleġġjata ta’ San Pawl tal-belt Valletta, insibu d-dinjità tal-Kantur, it-tielet dinjità tal-Kapitlu. Il-Kanonku li jkollu din id-dinjità iġorr fuq spalltu virga waqt il-funzjonijiet u purċissjonijiet. Winston L. Zammit

Debono kien wieħed mill-membri eletti tal-Kunsill tal-Gvern. 15

B.A. (Hons) P.G.C.E. MA

I

l-Kanonikat tal-Kantur, jaf il-bidu tiegħu fl-1744, ftit wara t-twaqqif tal-istess Kolleġġjata, meta twaqqaf bħala kanonikat sempliċi minn Margerita Benvicini. Iżda fl-Atti tan-Nutar Antonio Vella tal-10 ta’ Jannar 1745, dan il-Kanonikat ġie mgħolli għad-dinjità ta’ Kantur. 1 L-ewwel Kantur tal-Kolleġġjata Pawlina, kien il-Kanonku Dun Ġwann Battista Xerri, li ħa l-pussess fit-30 ta’ Settembru 1753. 2

Kan. Kantur Salvatore Xerri

Nafu li kien il-Kanonku Kantur fl-1804. F’din is-sena kien ukoll id-Deputat tar-Rev.mu Kapitlu , meta twaqqfet il-Fratellanza ta’ Sant’ Agata fil-Kolleġġjata Pawlina u saret il-professjoni tal-ewwel fratelli. 3

Kan. Kantur Goffredo Xerri Ġie maħtur Kanonku Kantur fl-1858, u ġie ordnat saċerdot fl-1860. Fl-1863 ġie maħtur bħala Direttur tad-Duttrina filKolleġġjata Pawlina. 4 Fl-1872, wara konkors il-Kantur Xerri ġie maħtur Kappillan ta’ Ħaż-Żabbar, kariga li huwa żamm sal-1875. 5 Fl-1875, wara l-ħatra ta’ Mons. Carmelo Scicluna bħala Isqof ta’ Malta, ġie maħtur Segretarju talKurja u Kanonku tal-Katidral. 6 32

Fl-1885, il-Kantur Debono inħatar prelat domestiku 16 u fis-sena ta’ wara (1886) inħatar Kanonku Kuġitur tal-Katidral. 17 Kien ukoll Rettur tal-Knisja tal-Ġiżwiti il-Belt Valletta, fejn xettel id-devozzjoni lejn il-Madonna ta’ Pompei. 18

Fl-1876 inħatar Aġent Vigarju Ġenerali 7 u fl-1877 l-Isqof Scicluna ħatru bħala Vigarju Ġenerali. 8 Fl-1880 aġixxa bħala Locum – Tenens waqt l-assenza tal-Isqof Scicluna minn Malta. 9 Spiċċa mill-kariga ta’ Vigarju Ġenerali f ’Mejju 1885. Miet f ’Diċembru tal-istess sena fl-età ta’ 48 sena. 10

Kan. Kantur Emmanuel Debono DD

Ġie ordnat saċerdot fis-17 ta’ Diċembru 1864 11 u f ’Awwissu tal1865, ingħata l-grad ta’ Duttur fitTeoloġija mill-Università ta’ Malta. 12

Fi Frar tal-1873, ħa l-pussess ta’ Kanonku Kantur. 13 F’xi żmien bejn l-1878-1879 sar Vigarju Kurat tal-Parroċċa ta’ San Pawl Nawfragu u fl-1879 ġie kkonfermat f ’din il-kariga għal għomru. 14 Bejn l-1873 u l-1883 il-Kantur

Bit-tħabbrik tiegħu fl-1894, ġew Malta il-‘Blue Sisters’ li fetħu l-ewwel dar tagħhom f’Tas-Sliema. Fl-1897, irregalalhom l-art, biex jibnu kunvent bl-isem ta’ ‘Casa Leone XIII’ f’San Ġiljan. Ix-xogħol inbeda fl-1898. 19 Wara l-mewt tal-Isqof Awżiljarju Mons. Salvatore Gaffiero, f’Diċembru 1906, ġie maħtur bħala Isqof Awżiljarju għad-djoċesi ta’ Malta, iżda miet ftit wara fil-Belt Valletta fl-10 ta’ Marzu 1907. 20

Kan. Kjeriku Kantur M.A. Scerri

Wara l-ħatra ta’ Mons. Debono bħala Kanonku tal-Katidral, iddinjità Kanturali għaddiet għand il-kjeriku student M A Scerri li ggradwa bħala Avukat fl-1898. Iżda billi ma kompliex fit-triq biex jiġi ordnat saċerdot, ħalla din iddinjità f ’xi żmien wara l-1898. 21

Kan. Kantur Enrico Calleja Schembri DD

Fl-1879 daħal bħala student filKulleġġ tal-Ġiżwiti St. Ignatius f’ San


10 ta' Frar 2015

Ġiljan 22 u wara kompla l-istudji tiegħu fl-Università ta’ Malta, minn fejn kiseb id-Dottorat fit-Teoloġija fl-1898. 23 Ġie ordnat saċerdot fl-1897, u ċċelebra l-ewwel quddiesa tiegħu fil-knisja ta’ Santa Katerina ilbelt Valletta. 24 Fl-1898 inħatar bħala Kappillan ta’ 2nd Battilion RMA 25 u fis-7 ta’ Frar 1901, ħa l-pussess ta’ Kanonku Kantur. 26 Il-Kantur Calleja Schembri kien studjuż kbir tan-numiżmatika, u fl-1908 ippubblika ktieb ‘Coins and medals of the Knights of Malta’. Fl1910, ġie maħtur bħala Kappillan talUbbidjenza tal-Ordni ta’ San Ġwann u Kavallier tal-Ordni tas-Santu

Sepulkru, 27 u ‘Cameriere Segreto di Sua Santità’ bit-titlu ta’ Monsinjur. 28 Fl-1921 wara l-għotja tas-SelfGovernment, ikkontesta l-elezzjonijiet Ġenerali għas-Senat f’isem il-Partit Kostituzzjonali iżda ma ġiex elett. 29 Mons. Calleja Schembri miet fid-dar tiegħu f’Ħal Lija fil-11 ta’ Ottubru 1927 fl-età ta’ 57 sena. Il-funeral tiegħu sar fil-Kolleġġjata Pawlina fit-13 ta’ Ottubru 1927. 30

Kan. Kantur Emmanuele Flery

Twieled f ’Bormla. Ingħaqad mal-Ordni Agostinjan u ġie ordnat saċerdot fl-14 ta’ Mejju 1894, f ’

Borgo u Baggione ħdejn Firenze. Ta’ 36 sena minħabba l-mard ingħaqad mal-kleru djoċesan. 31 Fl-1902 inħatar kappillan talMonasteru ta’ Santa Katerina fil-belt Valletta 32 u fl-1916 insibu li kellu l-kariga ta’ Sagristan Maġġur fil-Kon-Katidral ta’ San Ġwann. 33 Fl-1921, ġie maħtur Kanonku talKolleġġjata Pawlina, u ħa l-pussess fis-7 ta’ Jannar 1922. 34 Fis-snin 30, aktarx fl-1934 ġie promoss għad-dinjità ta’ Kanonku Kantur 35 għamel il-fondazzjoni tal-quddiesa solenni tal-Festa tal-Martirju ta’ San Pawl. U fl-1938 kellu l-kariga ta’ Prokuratur tal-Knisja. 36 IlKantur miet fit-8 ta’ Mejju 1962. 37

Kan. Kantur Dun Ġwann Borg

D

un Ġwann Borg twieled l-Isla fit-23 ta’ Settembru 1927, iżda trabba fil-Belt Valletta. Ġie ordnat saċerdot fis-7 ta’ Awwissu 1955. 38 Wara l-ordinazzjoni għamel xi żmien jgħallem fil-Kulleġġ De La Salle, iżda fl-istess sena 1955, fuq talba ta’ Mons. Arċisqof Mikiel Gonzi, beda jservi bħala Viċi Parroku fil-Parroċċa ta’ San Pawl tal-Belt, kariga li huwa żamm għal sitt snin. Fl-1960, Dun Ġwann ġie maħtur Kanonku tal-Kolleġġjata Pawlina u ħa l-pussess fit-12 ta’ Lulju 1960. Tliet snin wara ġie maħtur Kantur u ħa l-pussess fit-2 ta’ Mejju 1963. Minbarra li kien Viċi Parroku, Dun Ġwann għen ħafna liż-Żgħażagħ Ħaddiema Insara, u kien ukoll l-Assistent Ekkleżjastiku tal-Fergħa tal-Irġiel tal-Azzjoni Kattolika talParroċċa ta’ San Pawl. 39 Fl-1962, blgħajnuna tal-Fratellanza tal-Karità, Dun Ġwann Borg fetaħ Youth Centre ‘St. Paul’s Youth Centre’ fl-Arċipiergu, l-Belt Valletta. 40 Fis-snin 60, Dun Ġwann Borg beda jgħallem fil-Kulleġġ San Alwiġi B’Kara, u aktar ’il quddiem beda jgħallem fl-iskejjel sekondarji tal-Gvern. Fl-1970 inħatar bħala Direttur Spiritwali fl-Iskejjel tal-Gvern u baqa’ f ’din il-kariga sakemm irtira bl-età fl-

Rev. Kan. Ġwann Borg (quddiem) waqt it-Traslazzjoni Solenni ta' lejlet il-festa tanNawfraġju ta' San Pawl. Jidher ukoll l-E.T. l-Arċisqof ta' Malta Pawlu Cremona O.P.

1988. Fost l-iskejjel li ta s-servizz tiegħu bħala Direttur Spiritwali insibu l-Liċeo tasSubien fil-Ħamrun. Il-Kantur Borg, wettaq ukoll il-Ministeru Pastorali permezz talpredikazzjoni. Fost il-paneġierku

li għamel insibu dak tal-Festa tan-Nawfraġju ta’ San Pawl filKolleġġjata tal-Belt Valletta fl1968, u dak tal-Festa ta’ Marija Bambina fil-Bażilika tal-Isla. Għal diversi snin il-Kantur Borg ta wkoll is-sehem tiegħu fl-Istitut 33


Programm tal-Festa tan-Nawfraġju ta’ San Pawl ‒ Valletta 2015

tal-Edukazzjoni Kattolika mwaqqfa filKnisja ta’ Santu Rokku fil-Belt Valletta. Il-Kan. Ġwann Borg huwa wieħed mirrappreżentanti tal-Kapitlu fil-Kumitat tal-Għaqda tal-Pawlini. Dan għall-fatt li skont l-istatut tal-Għaqda, ir-Rev. Arċipriet u tliet rappreżentanti tar-Rev. mu Kapitlu għandhom id-dritt tal-vot fil-Kumitat tal-Għaqda tal-Pawlini. Naturalment kien jattendi għas-seduti tal-Kumitat tal-Għaqda tal-Pawlini u jattendi regolarment għas-Seduti Ġenerali li jinżammu darbtejn fissena, f ’Marzu biex teleġġi President u tmien membri fil-Kumitat, u f ’Ottubru biex jingħata rapport amministrattiv u rendikont finanzjarju. Sa ftit tas-snin ilu, il-Kan. Ġwann Borg kien jassisti fl-arbular tal-Festa billi jdur il-Parroċċa bieb bieb mall-membri tal-Kumitat. Barra minn hekk, il-Kan. Borg huwa benefattur tal-Kolleġġjata Pawlina partikolarment bl-opri li saru fi żmien l-Arċipriet Kan. Alfred Camilleri. F’dawn l-aħħar snin minħabba l-età avvanzata tiegħu, mar joqgħod fid-Dar tal-Kleru f ’Santa Venera, iżda xorta waħda għadu attiv pastoralment. Ta’ kuljum filgħodu jidħol il-Belt Valletta u jqaddes il-quddies tal-10.00 a.m. filKnisja tal-Ġiżwiti, u jieħu sehem filfunzjonijiet fil-Kolleġġjata ta’ San Pawl. 41

Il-Pontifikal tal-Festa 2010. Jidhru (mill-lemin għax-xellug) il-Kan. Ġwann Borg, Rev. Mons. Anton Galea, l-E.T. Mons. Pawlu Cremona O.P., Arċisqof ta' Malta, Rev. Mons. Philip Calleja u l-Arċipriet Rev. Alfred Camilleri.

L-Erbgħa 26 ta' Jannar 2000 – Żjara ta' kortesija lill-E.T. President ta' Malta, Prof. Guido de Marco, ġewwa l-Palazz Presidenzjali mill-Kumitat tal-Għaqda tal-Pawlini, ilKapitlu tal-Knisja Kolleġġjata San Pawl Nawfragu u l-Presidenti Onorarji fl-okkażjoni tat-30 Anniversarju mit-twaqqif tal-Għaqda. Jidher Rev. Kan. Ġwann Borg.

Riferenzi: 1. C.P.B L-Insinji Kolleġġjata ta’ San Pawl Nawfragu tal-Belt Valletta. Leħen is-Sewwa, 11.2.1967, p. 4. 2. L(ibrerija) N(azzjonali) M(alta), 16 p. 150. 3. G. Pisani, St. Agata V.M. u l-Fratellanza tagħha mwaqqfa f’San Pawl talBelt. Tagħrif Storiku pp 10,11. 4. A(rkivju) K(atidral) M(alta) Concorsi B’Kara, 1866, f. 204R. 5. L’Ordine, 8.11.1872. 6. Ibid. 22-IV-1875. 7. Ibid. 12-X-1876. 8. Il Portafoglio Maltese, 27-III-1877. 9. A(rkivju) N(azzjonali) M(alta), CSG /04/52 No. 3884. 10. L’Ordine, 30-XII-1885. 11. J. Calleja, Ordinazzjoni Saċerdotali (1800-2000), Malta, 2001, p.27. 12. Arkivju Università Malta, Atti dell’Università 18391883, Vol. III, pp 161, 162.

34

13. Fede ed Azione, 19-II-1873. 14. L’Ordine, 26-XI-1879. 15. Fede ed Azione, 20-IX-1873. L’Ordine, 16-XII-1875; 26-X-1880. 16. L’Ordine, 18-II-1885. 17. Malta, 24-25-VI-1886. 18. Is-Salib, 16-III-1907, p.3. 19. Il Risorgimento, 17-XII-1894. A. Mercieca, ‘Sir Adrian Dingli, Melita Historica, Vol. 1 no. 4, 1955, pp. 259,260. 20. Malta Tagħna, 15-XII-1906, 16-III1907 Archivio Vaticano Segreteria di Stato, Anno 1907, Rubrica 283, Fasc. 8 Il Risorgimento, II-III-1907. 21. Guida Generale di Malta e Gozo, 1888, p. 73; 1899, p. 118. L’Ordine, 8-VII-1898, p. 3. 22. Ex ALUMNI SOCIETATIS JESU Melitensis et Gaudisiensis, p. 70. 23. Malta, 21-X-1896. L’Ordine, 8-VIII-1898, p.2.

24. L’Ordine, 15-VI-1897, p. 2. 25. Ibid. 4-II-1898. 26. Ibid. 11-II-1901. 27. Malta, 27-1-1910, p. 2. 28. Ibid. 23-IX-1910, p. 2. 29. Ibid. 29-X-1921, p.2. 30. Ibid. 13.X.1927, p.3. 31. L(eħen) I(s) S(ewwa), 12-V-1962, p. 8. 32. Malta Tagħna, 8-II-1902. 33. Ibid. 25-XI-1916. 34. Il-Ħabib, 27-VIII-1921, p. 2; 21-1-1922, p.2. 35. Annuario della Diocesi di Malta Anno III, 1935, p. 18. 36. LIS, 27.VI.1936, p.3. 37. Ibid. 12-V-1962, p.8. 38. Direttorju Ekkleżjażtiku, 2001, p. 76. 39. Tagħrif fil-pussess tal-awtur, L.I.S., 13-VII-1960, p.4; 11-V-1963. 40. L.I.S. 18-XII-1962, p.5; 2-1-1964, p. 1. 41. Tagħrif fil-pussess tal-awtur.


Sunset Chill

EVERYONE LOVES THEIR PJAZZA

Soft, smooth and mellow, perfect at the end of the day. .

RED WHITE ROSÉ 3 SENSATIONAL I.G.T. QUALIT Y WINES

delicata.com


Programm tal-Festi Solenni tan-Nawfraġju ta’ San Pawl li se ssir fl-Insinji, Kolleġġjata, Matriċi, Veskovili, Parrokkjali u Prinċipali tal-Belt Valletta

Programm tal-Festa – 10 ta’ Frar 2015 Is-Sibt, 24 ta’ Jannar

Il-Ġimgħa, 30 ta’ Jannar

KONĊELEBRAZZJONI U ĦRUĠ TALVARA TA’ SAN PAWL MIN-NIĊĊA.

IT-TIELET JUM TAN-NOVENA – JUM IS-SAĊERDOTI U L-VOKAZZJONIJIET

5.30 pm Rużarju u Barka Sagramentali. 6.00 pm Konċelebrazzjoni bis-sehem tal-Kapitlu mmexxija minn Rev. Kan. Mons. Alexander Cordina, Arċipriet tal-Kolleġġjata San Pawl Nawfragu. Isir talb speċjali għas-suċċess tal-festa. Fi tmiem il-Quddiesa, tiġi esegwita l-Antifona ‘Sancte Paule’ ta’ Mro. Dott. Paolo Nani. Wara l-konċelebrazzjoni solenni, isir ilĦruġ tal-Vara ta’ San Pawl min-niċċa u tingħad il-kurunella lil San Pawl. L-Arċipriet jagħti l-mandat lir-reffiegħa tal-vara ta’ San Pawl. Wara jiġu esegwiti innijiet Pawlini fejn il-vara devota ta’ San Pawl titqiegħed fil-knisja għallqima tad-devoti. L-orkestra fil-knisja tkun taħt id-direzzjoni ta’ Mro. Joseph Gatt Ph.D. 8.30 pm Dinner Dance tal-Festa organizzat mill-Għaqda tal-Pawlini.

Il-Ħadd, 25 ta’ Jannar

FESTA TAL-KONVERŻJONI TA’ SAN PAWL

6.00 pm Konċelebrazzjoni mill-Kapitlu mmexxija minn Rev. Kan. Mons. Alexander Cordina. Jippriedka Rev. P. Deo Debono OSA, Kappillan ta’ Santu Wistin, Belt Valletta.

It-Tnejn, 26 ta’ Jannar

Jum il-Ħajja 6.00 pm Quddiesa mmexxija minn Rev. Kan. Lawrenz Zammit.

It-Tlieta, 27 ta’ Jannar

6.00 pm Quddiesa mmexxija minn Rev. P. Charlon Muscat, Direttur Djoċesan tal-Vokazzjonijiet. 7.30 pm Kunċert fil-Knisja li jfakkar il-200 anniversarju mill-mewt ta' Mro. Dr. Paolo Nani.

Is-Sibt, 31 ta’ Jannar

IR-RABA’ JUM TAN-NOVENA – JUM IL-FAMILJA 6.00 pm Quddiesa mmexxija minn Rev. Kan. Też. Ġwann Ciarlò. Mistiedna b’mod speċjali dawk li żżewġu matul is-sena li għaddiet u dawk li għandhom anniversarji partikolari. 7.30 pm L-Akkademja Kulturali Pawlina ittella' serata Pawlina fil-Knisja Kolleġġjata San Pawl Nawfragu.

Il-Ħadd, 1 ta’ Frar

IL-ĦAMES JUM TAN-NOVENA – MAGĦMUDIJIET U PREŻENTAZZJONI TAT-TRABI U TFAL ŻGĦAR 10.00 am Quddiesa u preżentazzjoni tat-trabi u tat-tfal immexxija mill-Arċipriet, Kan. Mons. Alex Cordina. 6.00 pm Jum l-Għaqda tal-Pawlini Quddiesa bis-sehem speċjali talPawlini, immexxija mill-Arċipriet, Kan. Mons. Alex Cordina. 8.00 pm Riċeviment tal-Festa mogħti millKumitat tas-Soc. Fil. Naz. ‘La Valette’.

It-Tnejn, 2 ta’ Frar

IS-SITT JUM TAN-NOVENA

Jum iż-Żgħażagħ u l-Għarajjes 6.00 pm Quddiesa mmexxija minn Rev. Arċipriet Kan. Mons. Alex Cordina.

6.00 pm Konċelebrazzjoni tal-Kandlora mmexxija mill-W. Rev.mu Kapitlu tal-Kolleġġjata.

L-Erbgħa, 28 ta’ Jannar

IS-SEBA’ JUM TAN-NOVENA – JUM IL-KOMUNITÀ TA’ ĠIEŻU (KNISJA TA’ SANTA MARIJA TA’ ĠESÙ)

L-Ewwel Jum tan-Novena – Jum il-Magħmudija

6.00 pm Quddiesa mmexxija mill-Kan. Penitenzier Vinċenz Borg. Isir it-tiġdid tal-wegħdiet tal-Magħmudija.

Il-Ħamis, 29 ta’ Jannar

It-Tieni Jum tan-Novena – Jum Il-Kapitlu

6.00 pm Quddiesa mmexxija mill-Kan. Kantur Ġwann Borg. Ċelebrazzjoni penitenzjali u qrar.

It-Tlieta, 3 ta’ Frar

6.00 pm Quddiesa mmexxija mill-Gwardjan u l-Komunità Franġiskana.


L-Erbgħa, 4 ta’ Frar

IT-TMIEN JUM TAN-NOVENA – JUM L-UNITÀ PASTORALI

6.00 pm Quddiesa mmexxija mill-Kappillani tal-Unità. Animata mill-Prayer Group ‘Ħniena Divina’. 8.15 pm Riċeviment tal-Festa mogħti mill-Kumitat għall-membri attivi f’Domus Pauli. L-Għaqda tal-Pawlini ‘Fergħa Żgħażagħ’ tippreżenta l-Premju San Pawl għas-sena 2014-15.

Il-Ħamis, 5 ta’ Frar

Id-Disa’ Jum tan-Novena – Jum ilKummissjonijiet u l-Kunsill Pastorali

6.00 pm Quddiesa mmexxija mill-Arċipriet, Kan. Mons. Alex Cordina. Wara l-Quddiesa, ‘Sawl’: siltiet mill-ħajja ta’ San Pawl interpretata mill-attur Mario Micallef.

Il-Ġimgħa, 6 ta’ Frar

L-Ewwel Jum tat-Tridwu

5.00 pm Għasar mmexxi mill-Kan. Lawrenz Zammit. 5.30 pm Rużarju. 6.00 pm Quddiesa kantata solenni. Iqaddes Rev. Kan. Ġwann Ciarlò. Wara l-Quddiesa, l-ewwel priedka tat-Tridwu minn Rev. P. Michael Camilleri, OP Kappillan ta’ San Duminku. Innu, Antifona, u Barka Sagramentali. Wara jsir il-bews tar-Relikwija tad-Driegħ Mirakoluż. 7.45 pm Kunċert Ġenerali tal-marċi fil-Każin tas-Soċjetà.

Is-Sibt, 7 ta’ Frar

FESTA TAT-TFAL

10.00 am Purċissjoni bl-istatwa ċkejkna ta’ San Pawl. Jieħdu sehem it-tfal tal-Parroċċa u bilparteċipazzjoni tas-Soċjetà tal-M.U.S.E.U.M. Kif l-istatwa tasal fil-Knisja tal-Kolleġġjata ta’ San Pawl Nawfragu, issir quddiesa għattfal. Wara l-Quddiesa, l-istatwa ċkejkna ta’ San Pawl titla’ fuq kolonna fi Triq S. Luċija fost il-ferħ u l-entużjażmu tat-tfal. Piccola Banda Għaqda Mużikali tal-Kunċizzjoni tal-Ħamrun takkumpanja l-Festa tat-Tfal.

IT-TIENI JUM TAT-TRIDWU

5.00 pm Għasar immexxi mill-Kan. Vinċenz Borg. 5.30 pm Rużarju. 6.00 pm Quddiesa kantata solenni. Iqaddes Rev. Kan. Ġwann Borg. Wara l-Quddiesa, it-tieni priedka tat-Tridwu minn Rev. P. Michael Camilleri, OP Kappillan ta’ San Duminku. Innu, Antifona, u Barka Sagramentali. Wara jsir il-bews tar-Relikwija tad-Driegħ Mirakoluż. 9.00 pm L-Għaqda tal-Pawlini torganizza festival ta’ mużika allegra fil-Każin tas-Soc. Fil. Naz. ‘La Valette’ bis-sehem tal-Brass Band taħt id-direzzjoni tas-Surmast Direttur Mro. D. Darmanin ALCM, LLCM, FLCM.

Il-Ħadd, 8 ta’ Frar

IT-TIELET JUM TAT-TRIDWU

5.00 pm Għasar immexxi mill-Kan. Frans Perici Calascione. 5.30 pm Rużarju. 6.00 pm Quddiesa kantata solenni. Iqaddes Rev. Kan. Mons. Alex Cordina. Wara l-Quddiesa, ittieni priedka tat-Tridwu minn Rev. P. Michael Camilleri, OP Kappillan ta’ San Duminku. Innu, Antifona, u Barka Sagramentali. Wara jsir il-bews tar-Relikwija tad-Driegħ Mirakoluż. 7.00 pm Manifestazzjoni bl-Istatwa ta’ San Pawl bil-parteċipazzjoni tal-Għaqda Mużikali Sant’Elena A.D. 1919 u l-Banda Duke of Connaught’s Own A.D. 1865 ta’ B’Kara. Il-marċ jibda minn Triq ir-Repubblika, Misraħ iżŻewġ Assedji, Triq Santa Luċija, Triq San Pawl, Triq San Nikola, Triq il-Mediterran fejn l-istatwa ta’ San Pawl tittella’ fuq pedestal ħdejn ilĠonna tal-Barrakka t’Isfel f’atmosfera festiva. Kif jintemm il-marċ, ser jiġi organizzat festin ħdejn il-Ġonna tal-Barrakka t’Isfel mill-partitarji Pawlini tal-Arċipierku.

It-Tnejn, 9 ta’ Frar

LEJLIET IL-FESTA

10.00 am Quddiesa għall-morda u għall-anzjani li fiha jiġi amministrat is-Sagrament tal-Griżma tal-morda. Iqaddes Rev. Kan. Penitenzier Vinċenz Borg. 5.15 pm Traslazzjoni Solenni mmexxija millE.T. Mons. Isqof Charles J. Scicluna, Amministratur Appostoliku. Għasar solenni bis-sehem tal-Kor u l-orkestra.


Programm tal-Festa tan-Nawfraġju ta’ San Pawl ‒ Valletta 2015

7.15 pm Quddiesa kantata ta’ lejliet il-Festa mmexxija minn Rev. Mons. Arċisqof Emeritu Pawl Cremona OP. 7.00 pm Marċ tradizzjonali u popolari mill-Banda tas-Soc. Fil. Naz. ‘La Valette’ flimkien malGħaqda Mużikali Beland – Żejtun A.D. 1861 li jibda minn Triq ir-Repubblika, Pjazza San Ġwann, Triq il-Merkanti, Triq Melita, Triq San Pawl, Triq San Kristofru, u Triq il-Mediterran.

SPETTAKLU TA’ LOGĦOB TAN-NAR TALART U TAL-AJRU MILL-PORT IL-KBIR L-Għaqda tal-Pawlini ‘Kummissjoni Nar’ tippreżenta spettaklu ta’ logħob tan-nar tal-art u tal-ajru mill-Port il-Kbir. In-nar inħadem mill-Kamra tan-Nar Santa Marija tal-Imqabba, St. Andrew’s Band Fireworks Factory, u Independent Fireworks Factory – Qrendi.

It-Tlieta, 10 ta’ Frar

JUM IL-FESTA TAN-NAWFRAĠJU TA’ SAN PAWL 7.00 am Quddiesa. Mistiedna speċjali l-Kappillani, is-Superjuri, u r-Retturi tal-Knejjes talBelt. Imexxi l-Konċelebrazzjoni Rev. P. Deo Debono OSA Kappillan ta’ Santu Wistin.. 8.00 am Quddiesa. Mistiedna speċjali jkunu rappreżentanti mill-Kapitli tal-Kottonera u saċerdoti oħra. Imexxi l-Konċelebrazzjoni Rev. Kan. Robin Camilleri. 9.00 am Jasal Rev. Mons. Isqof Charles J. Scicluna. Ħruq ta’ logħob tan-nar mill-Port il-Kbir. 9.15 am Quddiesa Pontifikali u paneġierku Rev. Mons. Isqof Charles J. Scicluna. 11.45 am Quddiesa letta. Iqaddes Rev. P. Robert Farrugia O. Carm. 12.00 pm Il-Fondazzjoni Wirt Artna żżomm tradizzjoni antika ta’ sparar mis-Saluting Battery tal-Belt Valletta fl-okkażjoni tal-Festa tan-Nawfraġju ta’ San Pawl, bħala Patrun tal-Gżejjer Maltin. 12.45 pm Marċ tradizzjonali u popolari millBanda tas-Soc. Fil. Naz. ‘La Valette’. 3.45 pm Quddiesa bl-Ingliż għall-viżitaturi. Iqaddes Rev. Kan. Vinċenz Borg, Viċi Parroku. 5.30 pm Purċissjoni sinodali bil-vara devota ta’ San Pawl u r-Relikwija tadDriegħ Mirakoluż ta’ San Pawl. Tinħaraq kaxxa nfernali u akkumpanjament ta’ ħruq ta’ logħob tan-nar. Il-Banda Konti Ruġġieru tar-Rabat tilqa’ l-vara ta’ San Pawl ħierġa mill-Knisja blInnu lil San Pawl ta’ Mro. Cardenio Botti, takkumpanja lill-vara waqt il-purċissjoni u tieħu sehem waqt l-Istqarrija tal-Fidi fi Pjazza San Ġwann. Imbagħad tesegwixxi programm mużikali fuq il-planċier fi Triq San Pawl k/m Triq Santa Luċija. 6.15 pm Is-Soċjetà Filarmonika Pinto Banda San Bastjan A.D. 1862 ta’ Ħal Qormi tieħu sehem għall-ewwel darba f’Jum ilFesta fejn tesegwixxi marċ minn Triq

38

ir-Repubblika, Pjazza San Ġwann, u tkompli takkumpanja il-vara ta’ San Pawl minn Triq il-Merkanti, Triq Melita, Triq San Pawl sad-dħul tal-vara fil-knisja. 7.00 pm Fi Pjazza San Ġwann issir l-Istqarrija tal-Fidi. 9.30 pm Dħul tal-vara devota u artistika ta’ San Pawl, Innu, Antifona, u Barka Sagramentali.

Is-Sibt, 14 ta’ Frar

Konċelebrazzjoni mmexxija mill-W. Rev. mu Kapitlu bħala ringrazzjament tal-Festa u dħul tal-vara lura fin-niċċa. Matul il-ġranet tal-Festa jieħu sehem il-Kor Parrokkjali ‘Saulus’ taħt id-direzzjoni tas-Sur Albert Scicluna. FilQuddiesa tal-ħruġ tal-vara ta’ San Pawl min-niċċa u mill-Ewwel Jum tat-Tridwu ’l quddiem, il-Kor u l-Orkestra jkunu taħt id-direzzjoni ta’ Mro. Dr. Joseph Gatt Ph.D. Bejn id-19 u t-23 ta’ Jannar se ssir l-Missjoni ż-żgħira filParroċċa tagħna bħala preparazzjoni għall-Festa. Il-Ħamis 22 ta’ Jannar issir ċelebrazzjoni penitenzjali fil-Knisja wara l-Quddiesa ta’ filgħaxija. Se jkun hawn konfessuri barranin għall-Qrar. Tkun ħaġa qaddisa li nersqu għal dan is-sagrament bħala preparazzjoni għall-Festa.

Badge DaY Fil-ġurnata tal-Festa 2015 issir il-badge day biex din it-tradizzjoni żżomm postha fil-festa tanNawfraġju ta’ San Pawl.

Programm ta' marċi li ser jiġu esegwiti mill-Banda Soc. Fil. Naz. 'La Valette' fl-okkażjoni tal-Festa tan-Nawfraġju ta' San Pawl, Valletta 10 ta’ Frar 2015

Joyful Feast . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . Mario Micallef Maestoso. . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . Joseph Sammut San Paolo1976 . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . Edgar Lowell Silver Eagle . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . Luigi Bongailas Naufragio. . . . . . . . . . . . . . . . . . . . Emmanuel Bugeja Flame of Faith. . . . . . . . . . . . . . . . Vincenzo Ciappara 10 ta’ Frar. . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . Archibald Mizzi Christopher Colombus . . . . . . . . . . Joseph Azzopardi Iberia . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . James Chappell Aquila. . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . . Dominic Darmanin San Paolo 1947. . . . . . . . . . . . . . . . . . . Cardenio Botti Marcia San Paolo nro. 5 . . . . . . . . . . . . Cardenio Botti Inno Marcia San Paolo. . . . . . . . . . . . . Cardenio Botti Surmast Direttur: Mro. Dominic Darmanin ALCM, LLCM, FLCM


Legat ta' mitt sena minn Etienne Montfort

I

l-Banda Konti Ruġġieru tar-Rabat għandha rabta speċjali mal-Festa Pawlina fil-kapitali Valletta. Grazzi għall-ħabib tiegħi, Manuel Sapiano li llum jokkupa l-kariga ta’ President tal-istess Soċjetà, għaddieli tagħrif interessanti li xtaqt naqsmu magħkom. Niftakar li kont iltqajt miegħu filfesta ta’ San Pawl f ’Ħal Safi. Sintendi d-diskors tagħna dejjem jaqa’ fuq il-Festa ta’ San Pawl, fejn nieħdu gost nitkellmu u naqsmu l-ħsibijiet dwar l-impenji u l-avvenimenti talKumitati rispettivi. Fost affarijiet oħra, is-Sur Sapiano semmieli anniversarju importanti tal-Banda Konti Ruġġieru fil-festa ta’ San Pawl fil-Belt Valletta, fejn għarrafni li l-ewwel servizz dokumentat flarkivji tal-Banda Konti Ruġġieru fil-Festa ta’ San Pawl fil-Belt Valletta imur lura għall-10 ta’ Frar 1915. Naturalment dakinnhar li ltqajt ma' Manuel, żammejt dan ilħsieb frisk fil-kuriduri ta’ moħħì biex nerġa’ nagħmel kuntatt miegħu ħalli ma jintilifx dan l-anniversarju. Fil-fatt niftakar li kont erġajt ikkomunikajt miegħu u fil-pront għaddieli l-informazzjoni utli dwar il-programm li kien ġie esegwit mill-Banda Konti Ruġġieru flimkien ma’ dettalji oħra li jagħmlu dan l-artiklu interessanti għall-istorja. Fil-fatt żammejt din il-komunikazzjoni elettronika li kien għaddieli s-Sur Sapiano ftit tas-snin ilu datat nhar it-Tnejn, 5 ta’ Settembru 2011.

Surmast Direttur Antonio Epifanio Agius.

Il-Banda Konti Ruġġieru, c1915.

Sa fl-aħħar waslet is-sena 2015 biex nippubblikaw din l-istorja ħelwa fl-okkażjoni tal-100 sena dwar il-Banda Konti Ruġġieru u l-Festa tan-Nawfrġju ta’ San Pawl.

• Marcia Sinfonica- Primavere Italiche- Azzoni • Scena- Angelus- Massenet • Marcia Sinfonica - Ricordi Abbruzzesi -Manete • Sinfonia - Mignon - Thomas • Scelta - Mosè in Egitto - Rossini • Serenata - The Belfrey - Hougall • Scelta - La Fanciulla del West Puccini • Cellezione di Varie Opere - Babilonia - De Mussi • Gavotte- Ye Olden Chimes - Batter • Inno Conte Ruggiero • Inno degli Alleati

F’dan is-servizz il-Banda esegwiet dan il-Programm fi Piazza San Giorgio:

Is-Surmast Direttur kien Antonio Epifanio Agius. Għal dan is-servizz, il-Banda Konti Ruġġieru kienet

tħallset £4 5s (Per un programma di San Paolo Valletta dal Procuratore e da alcune persone della Valletta). Fost l-ispejjeż li l-banda kellha, kien hemm: • Per Vetture £2 18s • 4 Lampade 12s 8d Nieħu din l-okkażjoni biex nirringrazzja lis-Sur Manuel Sapiano li għoġbu jgħaddili dan it-tagħrif. Bi pjaċir infurmat li l-Għaqda talPawlini reġgħet għamlet l-istedina lill-Kumitat tas-Soċjetà San Pawl Banda Konti Ruġġieru biex tieħu sehem fil-Festa tan-Nawfraġju ta’ San Pawl nhar it-Tlieta, 10 ta’ Frar 2015.

39


Programm tal-Festa tan-Nawfraġju ta’ San Pawl ‒ Valletta 2015

Ifirħu wlied dil-gżira! Dawn huma l-famużi kliem li jlissen il-poplu Malti kull nhar l-għaxra ta’ Frar. U bir-raġun niċċelebraw din il-ġrajja unika fl-istorja ta’ pajjiżna, b’solennità speċjali għallgżejjer Maltin. Huwa għalhekk li fl-ewwel ġranet ta’ Frar, il-Belt kapitali tibda tilbes il-libsa adattata għal din l-okkażjoni tant importanti, li aħna l-membri tal-Kummissjoni Armar, tant għandna għal qalbna. Mal-ħatra tal-Kumitat tal-Għaqda tal-Pawlini għas-sena 2014-2015, reġgħet twaqqfet din il-kummissjoni sabiex tibda l-ħidma tagħha bi preparazzjoni għall-festa tal-10 ta’ Frar 2015. Kien għalhekk li mill-ewwel laqgħat ġie deċiż li l-ħidma ta’ din il-Kummissjoni tkun ibbażata fuq żewġ prinċipji: xogħol ta’ restawr u xogħol fuq opri ġodda.

Inlibbsu lil Beltna b'libsa xierqa f'ġieħ il-miġja ta' San Pawl Pjazza Reġina

Mal-bidu tas-sena ta’ ħidma, beda x-xogħol intensiv ta’ restawr fuq l-armar ta’ Pjazza Reġina, li jikkonsisti minn ħames pedestalli inkluż wieħed ta’ daqs konsiderevoli. Minħabba li dan huwa armar antik, il-ħidma ma kenitx waħda faċli. Din kienet tinkludi t-tneħħija taż-żebgħa l-antika, tiswijiet strutturali fejn kien hemm bżonn, kif ukoll irfinar sabiex il-prodott finali jkun wieħed ta’ livell. Ma’ dan ix-xogħol saret ukoll sistema sabiex dan l-armar jintrama u jiżżarma bl-inqas ħsara u tbatija possibbli. Dan għandu jiggarantixxi li dawn l-opri nkunu nistgħu nibqgħu ngawduhom għal kemm jista’ jkun żmien. Dan ix-xogħol delikat kien ikkoordinat kollu minn Keith Farrugia assistit minn Carlos Scerri u megħjun minn membri oħra. Sabiex tkompli tissebbaħ l-istess pjazza, qiegħed isir xogħol fuq sett ta’ erba’ bandalori, disinn, sfumar u pittura ta’ Antoine Farrugia bilħjata tkun fdata f’idejn Jesmond Fenech. Dawn ser ikunu qegħdin jittrattaw tema xi ftit innovattiva b’erba’ persunaġġi li bil-ħiliet artistiċi tagħhom ikkontribwew għallKolleġġjata tagħna tul iż-żminijiet.

Pavaljuni ta’ Strada San Domenico

Tlestew il-kumplament talpavaljuni li kien għad fadal għal Triq San Duminku, sfumati minn Alan Xerri. Dan ifisser li ngħalaq 40

Alan Xerri Kummissjoni Armar il-proġett ta’ tlettax-il pavaljun, mifrux fuq dawn l-aħħar sentejn.

Liedna ġdida għal Strada San Paolo

Proġett ambizzjuż għal din is-sena kien il-ħidma mill-ġdid tal-liedna ta’ Triq San Pawl. Minn qalbna nixtiequ nsellmu l-memorja ta’ Ġiġi Grima u l-mara tiegħu Ġuża, memorja sabiħa ta’ nies b’qalb kbira Pawlina. B’impenn u b’mod volontarju Ġiġi kien ħadem il-liedna kollha li tintrama fil-festa tagħna. Dan il-proġett impenjattiv kien immexxi u esegwit b’suċċess mill-Fergħa Żgħażagħ Pawlini taħt it-tmexxija tal-President attwali Glen Attard li matul is-Sajf, blgħajnuna ta’ bosta voluntiera nisa u rġiel fi ħdan l-Għaqda tagħna, bdiet tinħadem din il-liedna. Il-proċess wassal sabiex fil-21, 22 u 23 ta’ Novembru 2014 ittellgħet maratona tal-liedna fid-Domus Pauli; fejn wara talba qasira, din ġiet inawgurata mill-Wisq Rev. Arċipriet Mons. Alexander Cordina. Kienet attività sabiħa u familjari fejn bissaħħa tal-konkorrenza qawwija tal-Pawlini Beltin flimkien ma’ żgħażagħ minn diversi festi oħrajn intlaħaq l-ammont mixtieq ta’ liedna li kellna ppjanat. Dan ifisser li din is-sena, it-triq tal-knisja ser tkun armata b’liedna ġdida bid-differenza

li ser inżidu kantuniera oħra n-naħa tas-suq. Inxtraw ukoll jumbo bags apposta, sabiex din il-liedna ġdida tkun preservata bl-aħjar mod possibbli waqt l-armar u ż-żarmar tagħha. Biex tikkumplimenta l-liedna introduċejna wkoll skema ġdida ta’ erba’ bandalori diġà eżistenti n-naħa ta’ fuq ta’ Triq San Pawl, li ġew alterati b’xogħol ta’ ħjata ta’ erba’ armi ġodda minn Marcelle Xerri fuq disinn ta’ Alan Xerri.

Il-Ħolma ssir realtà

Kien ilu jinħass il-bżonn li quddiem il-Kolleġġjata jsir proġett li jkompli jarrikkixxi u jikkumplimenta l-opri l-oħra kbar li saru f ’dawn l-aħħar snin. Ġie deċiż li bħala kontinwazzjoni massett ta’ erba’ bandalori li żżanżnu s-sena li għaddiet isiru erba’ trofej għal magħhom li, jekk Alla jrid, għandhom ikomplu jimlew u jsebbħu din il-parti ta’ Triq San Pawl. Id-disinn ta’ dawn it-trofej, bħal bandalori li żżanżnu sena qabel sar minn Alan Xerri fejn, taħt is-superviżjoni tiegħu u megħjun mill-membri tal-Kummissjoni Armar ġie kkoordinat ix-xogħol kollu tal-injam li sar minn Lawrence Cini. L-iskultura, li hija kollha magħmula b’ħila kbira fl-injam, qiegħda ssir mill-iskultur Belti Eddie Hili. Ix-xogħol fuq il-bnadar ta’ dawn it-trofej ġie kkoordinat minn Mario Cassar bil-ħjata ssir minn Mariella Zammit u Paul


Scerri. Inħadmu wkoll erba’ labardi ġodda oriġinali bix-xogħol tat-torn isir minn Albert Debono, xogħol ta’ stainless steel minn Twanny Zammit u l-immudellar u xogħol tal-fibre minn Ramon Camilleri McKay. Ix-xogħol preparatorju fuq l-induratura sar minn Kareem Spiteri filwaqt li s-sinjuri Matthew Sammut, Neville Farrugia u Jeremy Agius ħadmu fuq l-induratura. Għal din is-sena ser ikun varat l-ewwel parti ta’ dan il-proġett fejn nittamaw li sas-sena d-dieħla nkunu nistgħu ngawdu dan il-proġett komplut.

Dan ix-xogħol li semmejna ma setax ikun possibbli mingħajr l-għajnuna u l-appoġġ ta’ bosta benefatturi u voluntiera li, min birriżorsi tiegħu u min bil-ħin liberu, kienu ta’ sostenn f ’din il-ħidma. Nirringrazzjaw lil dawk kollha li matul is-sena kienu parti mill-iskemi u attendew għall-attivitajiet ta’ ġbir ta’ fondi organizzati kemm millKummissjoni Armar kif ukoll millentitajiet kollha fi ħdan l-Għaqda tal-Pawlini. Fuq nota personali nixtieq nirringrazzja minn qalbi lil sħabi l-membri fil-Kummissjoni

Armar u lill-voluntiera. Dan għaliex xejn ma jista’ jkun possibbli bilħidma ta’ bniedem wieħed iżda dak li nkiseb matul din is-sena kien sforz kollettiv u mill-qalb. L-aħħar iżda żgur mhux l-inqas ringrazzjament għandu jmur lil Alla l-imbierek u lil San Pawl Missierna talli jżommu ħarsithom fuqna kontinwament. Filwaqt li nawguraw il-festa t-tajba lill-poplu Malti u Għawdxi kollu…Ifirhu wlied dil-gzira li sibtu dan id-dawl bierku l-Mulej li wassal ġo artna lil San Pawl! 41




THE ORIGINAL AMERICAN BRAND

REPUBLIC STREET, VALLETTA NEW YORK

LONDON

MILAN

MADRID

ISTANBUL

TOKYO

HONG KONG

SHANGHAI


assisting you in financing your dream home With the new BOV HomeAssist Loan package, your family can now make it easier for you to get a home loan by supporting you with the upfront contribution. Talk to us today to see how you can benefit from this new package for first time buyers. Your success is our goal.

BOV HOME LOANS 2131 2020 I bov.com

Send a blank SMS to 7969 6975 (normal SMS tariffs apply)

Loans are subject to normal bank lending criteria and final approval from your BOV Branch. The term of the loan must not go beyond retirement age. Terms and conditions apply. Issued by Bank of Valletta p.l.c. 58, Zachary Street, Valletta VLT 1130 - Malta


Programm tal-Festa tan-Nawfraġju ta’ San Pawl ‒ Valletta 2015

San Pawl fil-poeżija bejn is-sekli dsatax u għoxrin Kyle Grima B.A. (Unuri)

N

umru kbir ta’ poeti tul iż-żmien urew ix-xewqa li, fil-vers poetiku li jipprovdu, ifaħħru lil Missierna San Pawl. Ilpoeti ta’ żminijiet differenti jesprimu l-karatteristiċi li għandu San Pawl. Hemm poeti li jfaħħru lil San Pawl u jitolbuh imma hemm numru konsiderevoli ta’ poeti li jenfasizzaw l-avvenimenti relatati ma’ San Pawl u anke fuq l-esperjenzi li San Pawl għadda minnhom tul ħajtu. Ġan Anton Vassallo, li għex bejn l-1817 u l-1868, kien poeta li permezz tal-lingwaġġ poetiku tiegħu xorta kien kapaċi jkun viċin in-naturalezza ta’ fomm il-poplu. Filwaqt li l-Professur Oliver Friggieri ġabar il-poeżiji ta’ dan il-poeta, Friggieri jaqsam il-poeżiji ta’ Vassallo f’temi li jvarjaw minn poeżiji ċajtiera sa dawk reliġjużi. Fost il-poeżiji li nsibu, Vassallo jenfasizza t-tjubija li San Pawl ħalla f’Malta filpoezija bl-isem ta’ Talba lil San Pawl Missierna. Vassallo jesklama li kliem San Pawl ħalla biss ġid f’pajjiżna. Permezz tal-Kelma ta’ Kristu li kien wassal San Pawl lill-poplu Malti, “... mill-għedewwa tagħna tibqa’ mħarsa”. Il-poeta jkompli billi jitlob lil San Pawl biex ineħħi d-dwejjaq li għandu l-poplu Malti u jdaħħal l-hena fosthom. Bejn l-1890 u l-1900 ġew ippubblikati numru ġmielu ta’ poeżiji kollha ddedikati lil Missierna San Pawl. F’riċerka skoprejt li gazzetta li tat importanza kbira lill-poeti minuri hija Il Gazzetta Maltia (1899-1900) ippubblikata minn Ġużè Muscat Azzopardi. Dan l-editur, speċjalment fi żmien il-festa ta’ San Pawl ippubblika numru ta’ rapporti ġurnalistiċi u ħadem kemm felaħ biex poeti li ma kinux rinomati jiktbu poeżiji dedikati lil San Pawl. Ġużeppi Psaila Cumbo jiddedika

46

poeżija lil San Pawl, speċifikament fuq in-nawfraġju ta’ San Pawl.

Lil San Paul AP.

poeta li ffirma bl-isem G. Vella faħħar lil San Pawl rigward il-fatt li ħaddan ir-reliġjon Kattolika u “Hsieb[u] biss li fis-saltna tahha [j]ara/ Ta Cristu ir-religion, oh b’liema hleuua”. Fit-tieni strofa l-poeta jkompli jenfasizza li San Pawl irnexxielu jmexxi l-Insara bil-ħeġġa kollha li kellu u fl-aħħar tal-poeżija, il-poeta jitlob biex ibierek il-gżira li qegħdin fiha. Fuq l-istess ton, fil-poeżija Lil Cbir Appostlu Missierna San Paul, il-poeta bl-isem ta’ Anton Muscat Fenech, li huwa poeta minuri, jenfasizza l-fatt li San Pawl ħeles lil min kien fi tbatija kbira u li mexxa lill-poplu Malti fit-triq it-tajba. Strofa li tolqot lill-qarrej minn din il-poeżija hija:

Inħares leic u nilmah f’moħħoc dìa Li turi gherf u cobor, ħeġġa u ħrara Bla tarf u kies. Ismec f’ilsien l’insara Nisma bil gieħ, bl’imħabba u cull fohrìa.

Mimlija collha ferh ulied dil Gzira, Ismec ifahhru f’dan il jum ghaziz, U juru chemm kdusitec chienet cbira,

Poeżija oħra bl-isem ta’ Lil San Paul AP, li f’dan il-każ il-poeta mhux magħruf, il-poeta jilmaħ dija f’moħħ San Pawl u jesprimi l-fatt li San Pawl kien il-persuna li fetħet it-triq lejn l-għarfien li nibet fil-poplu Malti u għad għandu għal dan il-qaddis. B’mod poetiku, il-poeta anonimu juri lillqarrejja li demm il-poeta stess huwa miġbud lejn Missierna San Pawl u hu jfaħħru.

Jecc bl’isem ħelu ta Gesù tinsab mimlìa Id-dinja, u fieh it-triek tas-seuua jara Cullhadd; cont int li xeghiltha din ix-xrara Ma cullimchien, fein rait l’icbar tbatìa. Malta bi ħġarha, ghax minnec tafu gidha Ghal żmien hecc tuil fil ġrajja colla tahha. Min inti katt? chemm leic jiġbidni demmi! Is-sliem ghalìc, o Paulu: Dejjem ġdida Ghainuna tina u ghakal seuua maħħa. Anonimu

Fil-ħarġa ta’ Il Gazzetta Maltia tas-27 ta’ Jannar 1900, Ġużè Muscat Azzopardi jiddedika faċċata sħiħa mill-gazzetta tiegħu għal sunetti ddedikati lil San Pawl. F’sunett bl-isem ta’ Lill’Appostlu Missierna SAN PAUL,

Milli wieħed jista’ jinnota, Muscat Fenech, li kiteb din il-poeżija fl1881, ried ifaħħar isem San Pawl. Din is-sekwenza ta’ ħsibijiet li kien hemm f’din il-poeżija hija applikata wkoll fis-sunett Lil Cbir Appostlu Missierna San Paul ta’ Carmelo M. Camilleri li huwa wieħed mill-poeti minuri li kienu jiktbu fuq San Pawl lejn l-aħħar tas-seklu 19. F’din il-poeżija, Camilleri jitlob lil San Pawl biex jgħin lill-Insara kollha iżda f’nofs is-sunett il-poeta jenfasizza x-xewqa li wieħed irid jitlob lil Missierna San Pawl biex il-Maltin jirbħu kontra l-għedewwa. B’mod interessanti Ġużeppi Borg Mifsud, fil-poeżija li ġġib l-isem ta’ Il Conversioni/ Ta’ l-Appostlu Missierna/ San Paul, jinkludi d-djalogu fil-poeżija tiegħu u b’hekk jagħti l-ħajja lil din il-poeżija. Filwaqt li l-poeta jiddeskrivi s-sitwazzjoni diżastruża ta’ Malta qabel il-miġja ta’ San Pawl, il-poeta jiddeskrivi l-konverżjoni ta’ San Pawl għar-reliġjon Nisranija u dan wassal biex San Pawl jasal f’pajjiżna. Minn dak l-istadju, il-poeta jaqleb il-perspettiva



Programm tal-Festa tan-Nawfraġju ta’ San Pawl ‒ Valletta 2015

għal San Pawl li jevita t-triq li ħa Ġuda billi “jgħallem/ X-inhi il fidi ta’ l’Insara”. F’poeżija oħra tal-istess poeta bl-isem ta’ Lil cbir appostlu/ Missierna San Paul/ Fil-10 ta’ frar 1900 jesklama li ġejja l-festa ta’ San Pawl iżda fit-tielet strofa jagħmel flexbekk lejn il-miġja ta’ San Pawl f’Malta u juri li huwa kkonverta lill-Maltin għar-reliġjon li għadhom jemmnu fiha sal-lum. Il-poeta tul din il-poeżija jippreżenta l-esperjenza ta’ San Pawl u jidħol fiddettal meta jiltaqa’ ma’ San Publiju u meta ħalla f’Malta traċċi tal-fidi tiegħu. Fl-ewwel sena ta’ Il Gazzetta Maltia, Ġużè Muscat Azzopardi kien iddedika l-ewwel faċċata għall-festa tal-Appostlu Missierna San Pawl permezz ta’ dawn il-kliem: “San Paul dac li heles dil gzira mahbuba taghna mil kerk tal chiefer ghadu U fiha uahhal il gloriusa bandiera tal Fidi ta Cristu”. Muscat Azzopardi, minkejja li mhux b’xi forma poetika bħas-sunett fost l-oħrajn, jesprimi l-importanza tar-reliġjon li ħallielna San Pawl f’pajjiżna. L-editur tal-gazzetta, skont dak li kiteb flewwel faċċata tal-ħarġa numru 24 ta’ Il Gazzetta Maltia, jitkellem fuq il-fatt li minn mindu wasal San Pawl f’Malta, imħabbitna lejh ma naqset qatt, anzi żdiedet. Muscat Azzopardi, f’dan il-paragrafu interessanti u li jista’ jitqies bħala poetiku minħabba l-lingwaġġ li qiegħed jintuża, jenfasizza li isem San Pawl “jig’ri minn fomm ghal l-ihor”. Kwotazzjoni li tista’ titqies bħala importanti hija “l-imhabba kauuija li bakghet ghalih sa mil l-ibghad zmienijiet tixghel gio fina biex giurnata afforza tat-talb helu tieghu l-Alla niltakghu fi hdanu ghal hena ta dejjem”. Permezz ta’ din il-kwotazzjoni, Muscat Azzopardi jirrifletti l-mentalità u l-fidi li kellhom il-Maltin lejn San Pawl li għadha ħajja sal-ġurnata tal-lum. Hawnhekk għandu jinħoloq parentesi importanti biex jiġi diskuss rapport interessanti rigward il-festa ta’ San Pawl fl-1900. F’Il Gazzetta Maltia, Ġużè Muscat Azzopardi, f’artiklu bl-isem “Il festa nazionali ta l’AP. Missierna S.Paul” jgħid li l-festa kienet suċċess. Il-prietki għamilhom Dun Carmelo Schembri u Muscat Azzopardi jispjega dwar it-tlitt ijiem tat-Tridu li kienu ta’ suċċess waqt 48

li joħloq spjegazzjoni fuq il-fatt li minħabba t-temp, il-festa ma saritx fil-ġurnata tal-għaxra ta’ Frar imma l-purċissjoni ħarġet nhar it-tnejn filgħaxija. Muscat Azzopardi joħloq referenzi diretti lejn “Surmastrijiet Dr. Paolo u Antonio Nani”. L-editur ta’ Il Gazzetta Maltia jirringrazzja lill-Kapitlu u lill-prokuraturi talorganizzazzjoni tagħhom biex il-festa setgħet issir realtà. Dun Karm, li għex bejn l-1871 u l-1961, huwa meqjus bħala l-poeta Nazzjonali Malti u kiteb numru kbir ta’ poeżiji b’dedikazzjoni lill-festa ta’ San Pawl. Huwa interessanti li Dun Karm, kważi kull darba li tasal ilfesta ta’ San Pawl kien jikteb poeżija dwar dan il-qaddis. Dun Karm dam jagħmel dan għal madwar tletin sena. Għall-kuntlarju tal-mod kif il-poeti minuri jippreżentaw lil San Pawl ta’ Il Gazzetta Maltia, fl-ewwel poeżija tiegħu ddedikata lil San Pawl, li nkitbet fl-1915, Dun Karm ma jibdiex ifaħħar immedjatament imma jibda billi jiddeskrivi r-reazzjonijiet tal-Maltin meta raw il-lifgħa taqbad ma’ id Pawlu ta’ Tarsu. Dun Karm, f’din il-poeżija jkompli billi jiddiskuti l-fatt li “l-ebda bxara/ Ma tista’ tneħħi dan il-kliem minn ħluqna”. Il-poeta jitkellem fuq il-fatt li l-kelma t’Alla li pprovda San Pawl hija waħda b’saħħitha u mhi qatt se titbaxxa u l-poeta jisħaq li “Jgħidu li jridu l-barranin għedewwa”. Fil-poeżija li nkitbet fl-1925 minn Dun Karm bl-isem ta’ l-X ta’ Frar – VIII, il-poeta jippreżenta lil San Pawl bħala qaddis kbir li tella’ lil Malta mill-problemi li kienu fihom. Dun Karm kompla billi jgħid li waqt li San pawl għandu s-saħħa li jesprimi l-kelma t’Alla lill-bnedmin, il-poeta jenfasizza fuq il-ħlewwa li kellu San Pawl u joħloq din id-deskrizzjoni: Fl-aħħar jidher qalbieni Rażul, ħarstu ta’ ljun, Qsajjar, dirgħajh godlija, Kelmtu, bħal sejf misnun. Iktar ’il quddiem, il-poeta joħloq paralleliżmu bejn it-tbatija li esperjenza San Pawl mas-salib li refa’ Kristu. Ilpoeta joħloq similitudni ta’ San Pawl għaddej bil-ġifen fuq il-mewġ “bħalma

ġerrej/ Jirkeb iż-żwiemel ġwejjed”. L-aħħar poeżija li Dun Karm kien kiteb fuq San Pawl, fis-sena 1945, il-poeta jirreferi għal Alla bħala l-“Id moħbija” li wasslet lil San Pawl fost il-Maltin u bidlet id-destin tagħhom. Filwaqt li l-poeta jirreferi għall-episodju tal-lifgħa li gidmet lil San Pawl Missierna, Dun Karm javża lil San Pawl biex meta terġa’ titfaċċa xi “lifgħa” (il-poeta jqis il-lifgħa bħala problema) oħra, Dun Karm jitlob lil San Pawl biex jeqred din il-lifgħa fin-“nar ta’ Mħabba Kbira”. F’teżi mressqa minn Angela Briffa, din il-perusna kkummentat li “Dun Karm f’San Pawl jara l-għaqda fost il-Maltin u sakemm jibqa’ t-tagħlim ta’ Pawlu fuq il-blat tagħna, tibqa’ wkoll l-unità tant meħtieġa għallformazzjoni ta’ nazzjon”. Dan juri li Dun Karm, bħala poeta mhux biss jara lil San Pawl bħala dik ilpersuna li tatna l-fidi imma anke bħala l-bniedem li joħloq il-bażi tan-nazzjonalità Maltija. B’mod ġenerali, numru ta’ poeti, bħal Dun Karm, jaraw lil San Pawl bħala wieħed mill-pilastri ewlenin tattradizzjonaliżmu u l-identità Maltija. Milli wieħed jista’ jinnota, filqasam tal-poeżija Maltija, tul iżżminijiet, San Pawl Missierna huwa wieħed mill-persunaġġi li spikkaw. Huwa interessanti li wieħed jgħid li l-maġġoranza tal-poeti Maltin kitbu mill-inqas poeżija waħda ddedikata lill-Patrun ta’ Malta. Ġan Anton Vassallo, Carmelo M Camilleri, Ġużeppi Borg Mifsud u Dun Karm fost l-oħrajn huma kollha poeti li ħassew li jiddedikaw numru ta’ poeżiji.

Bibljografija • Dun Karm. Ed Friggieri, Oliver. Dun karm: il-poeżija miġbura. Malta, 1980. Stampat

• Grima, Kyle. Il-kontribut ta’ Il Gazzetta Maltia (1899-1900) għalliżvilupp letterarju f’Malta. Malta: Università ta’ Malta, 2014. Teżi • Vassallo, Ġan Anton. Ed Friggieri, Oliver. Ġan Anton Vassallo: Ilpoeżiji. Malta, 2012. Stampat

• http://www.akkademjatalmalti.com/ filebank/documents/Analizi%20 Estetika%20-%20Angela%20 Fenech.pdf – Angela Briffa, Teżi


Lombard Bank - 225, Tower Road, Sliema

Lombard Bank Malta p.l.c.

Head Office: 67 Republic Street Valletta Malta • PO Box 584 Valletta VLT 1000 Malta Tel: +356 25581117 • Fax: +356 25581151 • e-mail: mail@lombardmalta.com • www.lombardmalta.com • SWIFT Code: LBMAMTMT Licensed to conduct Investment Services Business by the Malta Financial Services Authority Regulated by the Malta Financial Services Authority & listed on the Malta Stock Exchange


Programm tal-Festa tan-Nawfraġju ta’ San Pawl ‒ Valletta 2015

Turġien u kantunieri

Divertiment żgħir fuq il-mixi fil-Belt Valletta Prof. Mark Anthony Falzon

Head of Department, Sociology, Faculty of Arts, University of Malta

N

ixtieq nesplora b’mod leġġer xi aspetti tal-Belt Valletta bħala belt li timxi fiha. Il-mixi hu parti mir-ruħ ta’ belt. Nafu per eżempju li r-riġenerazzjoni urbana spiss tinvolvi modi ġodda ta’ kif wieħed juża l-ispazju urban biex jimxi (il-proċess ta’ pedestrianisation). Hemm ukoll ilfigura klassika tal-flâneur li jiddjaloga mal-belt u mal-urbanità billi jħuf u jippassiġġa ’l hawn u ’l hinn. Il-punt hu li għarfien ta’ belt, kwalunkwe belt, jitlob riflessjoni ta’ kif nimxu fiha. Jien ġej minn familja Beltija miżżewġ naħat u qattajt snin twal ngħix il-Belt. Illum inżurha l-iktar għall‘qadi’, kelma simpatika li tfisser xi formola minn xi dipartiment jew xi firma ta’ nutar, u biex nixtri. Filkaż tiegħi l-emigrazzjoni lejn ilħwienet ta’ Tas-Sliema għadha mhix kompleta – għadni nemmen, forsi stupidament, li l-Belt hemm x’tixtri. Dawn l-aħħar snin il-Belt reġgħet ħadet naqra nifs id-divertiment u l-kultura u spiss insib ruħi hemm filgħaxijiet. U ġieli mmur biex ngħid li mort, mingħajr raġuni speċifika. Daħla l-Belt fiha l-istrateġija u l-koreografija tagħha. Kwalunkwe distanza fil-Belt hi perkors magħmul minn numru ta’ kantunieri u linji dritti. Il-possibilitajiet huma infiniti u kull waħda tiftaħ bieb fuq xeneġġjat ta’ memorji, personalitajiet, u tentazzjonijiet. Bħal f’Le città invisibili ta’ Calvino, il-wieħed hu anke l-ħafna. Meta kont tifel u l-mamà kienet tibgħatni nixtrilha kont invarja t-toroq u b’hekk ngħix dinja ġdida kull darba. Tgħid ngħaddi minn quddiem il-vetrina tal-ispiżjara b’dak il-mudell enormi u jicċċaqlaq ta’ Swiss Army knife, jew minn quddiem dik it-tieqa baxxa u mudlama tad50

dar tal-ħares fi Strada Zekka? Jew forsi minn quddiem il-knisja forsi ninzerta xi tifla dieħla għall-provi tal-kor. Tiskanta kemm tista’ toħloq ċrieki u fantasiji bi ftit linji dritti. Iktar u iktar jekk iżżid magħhom għexieren ta’ turġien u tlajja u niżliet. Kull mappa tal-Belt Valletta hi sa ċertu punt gidba li tippreżenta sett ta’ toroq fuq pjan ċatt, għall-wita. Fil-verità, u kif skopra b’ċertu rabja Byron (‘Adieu, ye cursed streets of stairs ...’), il-Belt fiha l-kedded tagħha. Xi snin ilu ġew għandi tliet studenti tal-arkitettura b’idea għall-proġett ta’ escalators (stil Hong Kong) minnaħat t’isfel – fejn joqogħdu wkoll ħafna xjuħ – għaċ-ċentru tal-Belt. Għall-ewwel qlibt ftit għajnejja imma malajr indunajt li kellhom punt. Il-Belt tfasslet bid-disinn l-aktar assoċjat mal-ordni u r-razzjonalità – dak ta’ gradilja. Il-problema hi li l-gradilja tirrapreżenta l-Belt millgħoli. Illum jiġi f’moħħna l-Google Earth però fiż-żmien li saret kienet x’aktarx rappreżentazzjoni ideali, divina kważi. S’intendi hemm differenza bejn kif jaraha Alla u kif jgħixuha n-nies, bejn il-Google Earth u l-iStreet View. Malli ninżlu għall-livell tat-triq il-gradilja tisparixxi u minflok jitfaċċaw ittlajja u n-niżliet li l-ebda mappagradilja ma tagħti ħjiel tagħhom. Il-gradilja tinponi żewġ affarjiet. L-ewwel, l-ordni: Kull perkors f’belt gradilja hu linja dritta jew numru ta’ linji dritti iġġontati b’kantunieri preċiżi. L-implikazzjoni ta’ linja dritta hi li wieħed għandu ideja ċara ta’ fejn sejjer – kif poġġiha Le Corbusier, ‘il-ħmar jiddawwar, iħalli ħsibijietu mħawda jitlajjaw, idur u jagħqad ’l hawn u ’l hinn ... il-bniedem jimxi għad-dritt għax għandu għan u jaf fejn sejjer’. It-tieni, l-uniformità. Belt gradilja ma tagħmilx distinzjoni bejn palazz u ħanut, ladarba t-triq

li jinsabu fiha għandha l-istess wisa’. Per eżempju l-faċċata tal-Knisja u l-Oratorju ta’ San Pawl għandhom quddiemhom l-istess spazju li għandu l-barbier li qiegħed ftit ’l isfel – it-triq ma tagħmilx preferenzi, ħlief fejn ikun hemm pjazza. Hija uniformità mposta u għalhekk belt gradilja hi trijonf ta’ poter ċentralizzat u b’saħħtu. Dan kollu ftit għandu x’jaqsam mal-esperjenza ta’ Byron u ta’ kull min jittanta jimxi fil-Belt. It-tlajja u l-inżul jiddettawlek x’tara. X’aktarx li inti u tiela’ jew nieżel tħares lejn l-art u tibqa’ għaddej; jekk trid tħares mingħajr ma tikser sieqek trid tieqaf. (Naħseb din wahda mirraġunijiet għaliex vetrina fi Strada Rjali jew Zakkarija hija nofs il-bejgħ, waħda fi Triq il-Ganċ ftit inqas.) Gidba oħra tal-mappa-gradilja hi dik tal-ekwidistanza. Mixja fil-Belt x’aktarx tlaqqgħek ukoll ma’ nies li tafhom, speċjalment jekk tgħaddi mit-toroq prinċipali; meta ma jkollokx ċans u/jew aptit tara nies x’aktarx ‘tgħaddi minn taħt’ kif ngħidu. F’dan issens Strada Rjali hi effettivament itwal minn Strada Sant’Ursola. Jien kont student il-Kulleġġ San Alwiġi u nhar t’Erbgħa ma kienx ikollna skola. Għalhekk kienu jibgħatuni għand in-nanniet. Parti mill-ġurnata kont ngħaddiha taparsi nistudja jew imnieħri fil-kotba tan-nannu. Għall-ħabta tal-għaxra n-nannu, bniedem soċjevoli li jaf ħafna nies, kien joħroġni miegħu għad-dawra li kien jagħmel ta’ kuljum. Konna nitilqu minn Strada Zekka u sakemm naslu Strada Rjali nkunu diġà ltqajna ma’ xi nofs tużżana ħbieb; malli konna naqbdu Strada Rjali dan-numru kien jiżdied u ġieli domna siegħa minn ħdejn San Ġwann sa Pjazza Reġina. L-iktar li niftakar kienu qassisin (fosthom ilKanonku Micallef li kien jgħallimni


Triq Sant'Ursola, Valletta. Ritratt ta' Paul Borg Olivier.

San Alwiġi u li bħali kien ikun liberu) u ismijiet assoċċjati mat-trejdjunjoniżmu, fosthom Joe Attard Kingswell. Dan erġajt għextu meta għamilt żmien naħdem ma’ ċertu Charles Micallef St.John (kittieb ta’ stoffa li dak iż-żmien kien involut fil-politika u fl-isport) idDipartiment tal-Mużewijiet. Kien hemm drabi fejn waqt li konna nkunu weqfin nitkellmu kienu jgħaddu iktar ħbieb ta’ Charles, sakemm tinġema’ qaqoċċa sħiħa. Il-konoxxenzi ta’ Charles kienu jestendu mill-Prim Ministru għal xi manigold ta’ xi każin Nazzjonalista. Lin-nannu però ma kienx jafu. Ġieli nzertajnih Strada Rjali imma donnhom ma kinux ikunu jafu x’se jaqbdu jgħidu lil xulxin. Il-qaqoċċa ta’ Charles kienet differenti minn dik tan-nannu. Li jwassalni għal punt ieħor: Għidli ma min tiltaqa’ l-Belt u ngħidlek x’int. Kif ngħidlek x’int ukoll skont kif timxi fi Strada Rjali. Jekk timxi fin-nofs tat-triq f ’linja dritta x’aktarx int estrovert u xi ftit ‘arani’, kif ngħidu. Ilkarikatura klassika hi tal-avukati u/jew politiċi mexjin trijonfalment lejn il-Qorti bil-mowbajl ma’ widnejhom u kull ftit passi jieqfu jkellmu xi klijent min-naħa d-dellija tal-liġi bil-ġlekk mitfugħ fuq idejh u l-ingravata maħlula jew qasira wisq. Il-biċċa ta’ bejn il-Qorti u Cordina fiha studju antropoloġiku talpoter u l-ġerarkiji tas-soċjetà Maltija fiha nfisha. F’Death in Venice ta’ Thomas Mann, il-protagonist von Aschenbach jaħseb bejnu u bejn ruħu li li tasal Venezja mill-art, bit-tren, hu bħallikieku tidħol f’palazz mill-bieb ta’ wara. Il-Belt Valletta mhix wisq differenti. Naħseb waħda mir-raġunijiet li Bieb il-Belt għandu storja ta’ ansjetà u skumdità hi li twieled bħala l-bieb ta’ wara

imma spiċċa jservi bħala l-entratura prinċipali. Ir-rabta tal-Belt mal-bqija ta’ Malta ma kenitx importanti daqs ir-rabta bil-baħar ma’ bliet marittimi oħra. In-nies li jżuru l-Belt kienu jaslu bil-baħar u jitilgħu lejn iċ-ċentru millinħawi tal-Victoria Gate jew aktar tard minn Strada San Marco. Wieħed għalhekk ma kienx jimxi lejn iċ-ċentru, kif nagħmlu llum; wieħed kien jitla’ lejn iċ-ċentru, blimplikazzjonijiet simboliċi kollha. (Belt, kwalunkwe belt, qatt m’hi ’l bogħod mir-ritwal u s-simboliżmu.) Daż-żmien spiss immur il-Belt bit-traġitt mill-Kottonera u kull darba nittanta nerġa’ ngħix dik l-esperjenza, kieku ma kienx għall-attrazzjoni tal-lift il-ġdid. Hemm ħaġ’oħra li mappa tal-Belt taħbi. Meta timxi fit-toroq tiltaqa’ ma’ mill-inqas żewġt ibliet. L-ewwel waħda, dik tal-livell tal-għajn, hi x’aktarx kummerċjali u għalhekk timxi mal-moda taż-żmien. Hemm ftit ħwienet li ma nbidlux minn żmien tfuliti imma llum ngħoddhom fuq is-swaba t’id waħda. It-tieni livell (li forsi ma tantx ninnutawh) hu dak ta’ dawk li kienu l-piani nobili tad-djar u l-palazzi. Dan il-livell hu relattivament dilapidat (‘mitluq’) għalkemm din mhux bilfors problema ladarba l-urbanità tistiva ż-żmien vertikalment u b’hekk issir vjaġġ fl-istorja. Apparti li fil-fehma tiegħi belt għandha bżonn ukoll it-telqa u l-għabra. Kultant iqum l-argument ta’ jekk il-Belt Valletta hix belt ‘vera’ (paragunata mal-metropoli ta’ żmienna) jew le. Irrisposta hi faċli u ma tirrikjedix soċjoloġija jew teoriji: Imxi. Nota: Partijiet minn dan l-artikolett ġie ispirat minn dawn il-kotba: • de Certeau, M. 1984. The Practice of Everyday Life (Berkeley, CA: University of California Press).

• Kostof, S. 1991. The City Shaped: Urban patterns and meanings through history (London: Thames & Hudson).

51


Costa Fascinosa Malta to Malta

SAVONA

BARCELONA

ROME

PALMA

PALERMO

MALTA

Day Wed Thurs Fri Sat Sun Mon Tues Wed

Palma de Mallorca Barcelona

Port VALLETTA At sea PALMA DE MALLORCA BARCELONA SAVONA CIVITAVECCHIA PALERMO VALLETTA

Country MALTA

Arr -

Dep 18:00

SPAIN SPAIN ITALY ITALY ITALY MALTA

13:00 08:00 10:00 09:00 13:00 13:00

19:00 14:30 17:30 19:00 18:00 -

Departures: | 01 April | 08 April | 15 April | 22 April | 29 April | 06 May | 13 May | 16 September | 23 September

Savona Civitavecchia (Rome) Palermo

Tel: 2277 6000

Valletta│Birkirkara│Paola│Sliema│Hamrun│Gozo

www.smsmondial.com.mt

NATIONAL ROAD , BLATA L-BAJDA Tel: 21241307/21220644 E-mail : itcshowroom@onvol.net

30% Discount on presentation of this advert


Pemberton A5 Landscape.pdf

C

M

Y

CM

MY

CY

CMY

K

1

22/12/2014

15:12


Programm tal-Festa tan-Nawfraġju ta’ San Pawl ‒ Valletta 2015

Għaqda tal-Pawlini Tiġdid u Relazzjonijiet Antoine Farrugia

Segretarju – Għaqda tal-Pawlini

K

ull għaqda, grupp jew komunità turi kemm hija ħajja u tirnexxi filħidma tagħha billi ma tinqatax għal rasha, billi twassal kontinwament il-messaġġ tagħha u billi tiġġedded. L-Għaqda tagħna hija ħajja u kontinwament tiġġedded permezz tal-ħidma tagħha. Min hu midħla tal-Għaqda talPawlini, jaf sewwa li f ’Marzu li għadda kellna bidla importanti fid-direzzjoni. Ir-responsabbiltà issa hija ħafna ikbar għax l-Għaqda mxiet u kibret immens fir-relazzjonjiet tagħha ma’ għaqdiet u korpi oħra, fl-immaġini tagħha, fil-ħidma talfesta u t-tixrid tal-kultura Pawlina f ’pajjiżna. Tislima lill-President preċedenti Etienne Montfort li għaraf jikkonserva dak li wiret minn ta’ qablu u kompla jsaħħaħ sabiex qed ingawdu dak li għandna llum. Madwar ħames mitt membru qed jiffurmaw l-Għaqda u dan juri kemm qatt ma nieqfu milli niġġeddu. Attenzjoni speċjali tingħata sabiex jingħaqdu membri żgħażagħ ġodda u li mill-ewwel ninsistu sabiex jinvolvu ruħhom b’mod attiv. Għandna f ’moħħna tragrawd importanti ħafna peress li fl-elfejn u għoxrin l-Għaqda tal-Pawlini se tkun qed tiċċelebra l-ħamsin sena tagħha. Ir-responsabbiltà ta’ dan kollu qiegħed f ’idejna. Kif irridu nwassluha l-Għaqda tagħna għal dan l-anniversarju hekk importanti? L-ewwel u qabel kollox irridu nkunu għaqda ta’ aħwa Pawlini. Irridu nżommu ħajja u attwali l-immaġini tal-Għaqda tagħna permezz talmessaġġ li nibagħtu, permezz taddeċiżjonijiet li jittieħdu u permezz ta’ attitudni pożittiva. Lit-tfal tagħna 54

10 ta' Frar 2014 – Mument speċjali waqt il-purċissjoni fejn il-Kappillan tal-Parroċċa ta' San Duminku offra bukkett fjuri bħala sinjal ta' għaqda li teżisti bejn iż-żewġ parroċċi.

28 ta' Ġunju 2014 – Partitarji Pawlini f'mument festiv quddiem il-Knisja ta' San Pawl f'Palazzolo Acreide, Sqallija.

minn ċkunithom irridu ngħallmuhom x’inhi l-kultura tagħna u ma nieqfu qatt nuruhom x’wirt għandna u x’responsabbilità ghandna biex ngħadduh lil ta’ warajna intatt. Ir-relazzjoni tagħna malGħaqdiet Beltin li jorganizzaw il-festi hija waħda tajba ħafna. Hemm kollaborazzjoni sħiħa bejnietna, naħdmu ħafna flimkien

fil-kummissjoni rappreżentattiva talfesti Beltin immexxi u amministrat mill-Kunsill Lokali. Inizjattiva importanti u sinifikanti immens nibtet nhar l-10 ta’ Frar 2014 fejn qed jiġu ppreżentati fjuri u jitpoġġew fuq il-bradella mill-Kappillan, Pirjol jew Arċipriet rispettivi taghna. Fir-ritratt jidher Rev. Michael Camilleri, OP Kappillan tal-Parroċċa ta’ San Duminku qed jippreżentah


Il-Ħadd, 29 ta' Ġunju 2014 – Preżentazzjoni ta' tifla Maltija lil San Pawl waqt il-festa f'Palazzolo Acreide, Sqallija. Fir-ritratt jidher isSegretarju tal-Għaqda tal-Pawlini, is-Sur Antoine Farrugia jippreżenta lit-tifla tiegħu Savannah. Ritratt ta' Keith Scicluna.

waqt il-purċissjoni tagħna. Anke hawn, mal-Kunsill hemm relazzjoni tajba ħafna u rridu ngħidu li nsibu kollaborazzjoni sħiħa magħhom. Teżisti relazzjoni tajba ħafna bejna u s-Soċjetà Filarmonika Nazzjonali La Valette. Fis-sena li għaddiet is-Soċjetà kienet qed tfakkar il140 sena anniversarju mit-twaqqif tagħha. L-Għaqda tagħna kienet rappreżentata b’mod tajjeb ħafna waqt dawn iċ–ċelebrazzjonijiet. F’Ġunju li għadda is-Soċjetà kienet mistiedna f ’Palazzolo Acreide fi Sqallija għall-festa kbira li jiċċelebraw lil San Pawl. Għadd sabiħ ta’ membri tal-Għaqda ngħaqdu mal-banda "La Valette" waqt isservizzi li tat fil-festa. Dan jawgura tajjeb għaliex flimkien qed nieħdu deċiżjonijiet importanti f ’armonija sħiħa bejnietna. Ir-relazzjoni tagħna ma’ ħutna Pawlini Sqallin tmur lura s-snin. Numru sabiħ ta’ membri tal-Ghaqda tal-Pawlini ta’ kull sena jmorru jiċċelebraw il-festa magħhom f ’Ġunju, filwaqt li huma qed jirreċiprokaw billi jingħaqdu

magħna fi Frar. F’xi okkażjonijiet ġieli saru ukoll xi preżentazzjonijiet ta’ tifkira tal-okkażjoni. Fir-ritratt qed naraw tifla minn tagħna qed tiġi pprezentata lil San Pawl waqt il-ħruġ tal-vara fl-2014. Relazzjoni oħra li qed tikber hija mal-komunità Pawlina ta’ Solarino fi Sqallija ukoll.

"Ir-relazzjoni tagħna ma’ ħutna Pawlini Sqallin tmur lura s-snin…" L-Għaqda tagħna hija rappreżentata fil-Kunsill Pastorali Parrokkjali. Ma nistgħux ma nsemmux ir-relazzjoni tajba li għandna mal-Kapitlu talKolleġġjata tagħna fejn dawn għandhom ukoll rappreżentanza diretta fil-Kumitat u fejn l-Arċipriet jattendi b’mod regolari għal-laqgħat. Qed nattendu ukoll fil-Forum talgħaqdiet Beltin ta’ Valletta Belt

Kulturali 2018. Huwa fil-ħsieb taddirezzjoni tal-Għaqda li nżommu relazzjoni tajba u ħajja mal-għaqdiet u awtoritajiet governattivi filqasam artistiku u kulturali. Avventura ġdida li se nkunu qed invaraw minn Jannar ta’ din is-sena huwa programm ta’ laqgħat ta’ arti u kultura fiċ-Ċentru Kulturali Pawlin bil-kollaborazzjoni tal-Iskola Primarja tal-Belt Valletta u l-Fondazzjoni Save a Life. Dan il-ħsieb nibet għax aktar ma jgħaddi ż-żmien, aktar qed niltaqgħu ma’ individwi li huma ’l bogħod millkultura li sawritna u ddawwar lilna, lil beltna u lil pajjiżna, li ovvjament kollu ġej mir-rigal sabiħ ta’ identità ta’ poplu li tana l-Appostlu Missierna. Dawn il-laqgħat se jwasslu sabiex inressqu iktar tfal u żgħażagħ lejn l-Għaqda tal-Pawlini u nressquhom ’l bogħod minn dak li jagħmel ħsara. Inkomplu ninvestu fl-individwu, fil-membru u fit-talenti tagħna … b’hekk żgur li nkunu qed niġġeddu f’din l-opra sabiħa li missirijietna semmewha l-Għaqda tal-Pawlini. 55


140 Sena ta’ Storja

Società Filarmonica Nazionale "La Valette"

I

s-sena 2014 kienet waħda ta’ importanza kbira għas-Società Filarmonica Nazionale La Valette. Kien fid-19 t’Ottubru 1874 meta Paolo Darmanin għaqqad grupp ta’ żgħażagħ biex jiffurmaw banda ħalli tipparteċipa fil-festa għażiża ta’ San Pawl Nawfragu. Din id-data baqgħet imniżżla fl-annali tas-Soċjetà bħala Jum il-Fondazzjoni. Il-Kumitat tad-Direzzjoni beda jipprepara għal dan l-avveniment sa mill-bidu tas-sena 2013. Twaqqfet Kummissjoni apposta biex tibni programm vast u varjat imxerred matul is-sena kollha. Dan il-programm kien jinkludi ’l fuq minn 40 attività, bejn marċi, esebizzjonijiet, quddies ta’ radd il-ħajr, riċevimenti u żjara barra minn Malta. 56

din il-laqgħa ġew diskussi numru ta’ ideat u inizjattivi kif is-Soċjetà tagħna tista’ tagħti sehem aktar waqt attivitajiet organizzati mill-Kunsill.

Antoine P. Portelli Teżorier

Il-banda tas-Soċjetà ipparteċipat bil-kbir fil-festa ta’ San Pawl fil-Belt nhar l-10 ta’ Frar 2014. Inzertat ġurnata b’temp eċċellenti u l-folol li daħlu l-Belt jiċċelebraw il-festa pparteċipaw bil-kbir. Fl-aħħar ta’ Marzu l-Kumitat laqa’ b’mod formali għall-ewwel darba lis-Sindku u l-Kunsill Lokali tal-Belt waqt seduta apposta tal-Kumitat. Matul

L-esebizzjoni tal-Ġimgha Mqaddsa ta’ din is-sena kellha t-tema Cum Ipsum, Per Ipsum ed In Ipsum u ġiet inawgurata mill-Arċipriet tal-Kolleġġjata Fr. Alex Cordina. Matul il-Ġimgha Mqaddsa, il-Banda pparteċipat fi programm ta’ marċi funebri, kif ukoll ħadet sehem waqt il-purċissjoni tal-Ġimgha l-Kbira li toħroġ millKnisja ta’ Ġieżu. Il-professjonalità tal-banda bħal dejjem spikkat waqt din iċ-ċelebrazzjoni sagra. Fl-20 ta’ Ġunju, is-Soċjetà laqgħet fis-sede tagħha lil Mons. Charles Scicluna, l-Isqof Awżiljarju ta’


Ritratt xellug: Il-Ħadd 19 t’ Ottubru 2014 wara quddiesa kkonċelebrata minn Mons. Pawl Cremona, Arċisqof ta' Malta. Firritratt jidher il-President u l-Kumitat taddirezzjoni tas-Soċjetà flimkien mal-Wisq Rev.mu Kapitlu tal-Kolleġġjata.

"Konna milqugħin bil-kbir u l-Kumitat Organizzattiv ta’ Palazzolo offra għajnuna kbira." Malta. Huwa ċċelebra l-quddiesa tradizzjonali tal-Festa tal-Qalb ta’ Ġesù fil-Każin. Ġimgħa wara, ilBanda għamlet kunċert ġenerali millisbaħ, jumejn biss qabel ma’ l-banda, b’kontinġent ta’ 96 persuna telqet lejn Palazzolo fi Sqallija. Hemmhekk is-Soċjetà kienet mistiedna ddoqq waqt il-festa ta’ San Pawl li tiġi organizzata fid-29 ta’ Ġunju.

Il-kontinġent Malti fuq iz-zuntier tal-Knisja ta' San Pawl f'Palazzolo Acreide, Sqallija flimkien mad-diriġenti tal-lokal.

Il-Kunċert Annwali ta' Como li ttella' fl-Istitut Kattoliku, Furjana, fl-okkażjoni tal-140 anniversarju mit-twaqqif tas-Soċjetà.

Iż-żjara tal-banda fi Sqallija kienet opportunità biex inwasslu t-talenti tagħna f’art oħra. Konna milqugħin bil-kbir u l-Kumitat Organizzattiv ta’ Palazzolo offra għajnuna kbira. Il-membri tal-Kumitat kienu mistednin għall-Quddiesa Pontifikali li tmexxiet mill-Isqof ta’ Siracusa. Kellna l-opportunità nindirizzaw lill-Kongregazzjoni u noffru rigali. Il-banda daqqet darbtejn fit-toroq ta’ Palazzolo kif ukoll għamlet kunċert fuq il-planċier fil-pjazza prinċipali. Kienet esperjenza sabiħa għal kull min attenda.

inġarru waqt marċ li sar mill-każin sal-Knisja Kolleġġjata ta’ San Pawl Nawfragu nhar il-Ħadd 19 t’ Ottubru. Saret quddiesa kkonċelebrata minn Mons. Pawl Cremona, li kien għadu kemm sar Arċisqof Emeritus. Il-Kunċert Annwali ta’ Como sar is-Sibt 8 ta’ Novembru fl-Istitut Kattoliku. Kien kunċert ieħor kbir kif taf torganizza s-Soċjetà. Indaqqet għall-ewwel darba s-Sinfonija ġdida miktuba misSurmast Direttu Mro. Dominic Darmanin bl-isem ta’ ‘La Valette’.

Din l-esperjenza ta’ ċelebrazzjonijiet matul sena sħiħa kienet ta’ impenn iżda ta’ sodisfazzjoni kbir għasSoċjetà. Wara li kienu saru ċ-ċelebrazzjonijiet tal-mitt sena, inħass il-bżonn li terġa’ titkebbes il-fjamma fost il-membri. Issa tajjeb li s-Soċjetà terġa’ tibda tipprepara għal għaxar snin oħra biex tiċċelebra il-150 sena tagħha.

Minbarra s-servizzi tal-banda li nagħtu ta’ kull sena f’lokalitajiet varji matul is-sajf, bħala parti miċċelebrazzjonijiet tal-140 sena millFondazzjoni saret esebizzjoni ta’ statwi ta’ Pawlu Aquilina fis-sala tal-Każin, kif ukoll wirja ta’ standardi ta’ każini tal-baned oħra. Dawn l-istandardi

L-għeluq taċ-ċelebrazzjonijiet saru nhar il-Ħadd 16 ta’ Novembru b’quddiesa ta’ Radd il-Ħajr filBasilika tal-Madonna tal-Karmnu mmexxija mill-Pirjol Fr Alex Scerri, u filgħaxija sar Riċeviment għall-membri u mistednin distinti. Matul dan ir-riċeviment tqassmu

F’isem il-President is-Sur Charles Camilleri u l-Kumitat tad-Direzzjoni tas-Soċjetà nixtieq nieħu din l-opportunità sabiex nawgura l-festa t-tajba lillPawlini kollha f ’dan il-jum tant għażiż għalina l-Beltin, għalina l-insara u għalina l-Maltin.

numru ta’ tifkiriet lill-Presidenti u Surmastrijiet tas-Socjetà, kif ukoll membri tal-Kumitati passati.

57


Programm tal-Festa tan-Nawfraġju ta’ San Pawl ‒ Valletta 2015

Kurżitajiet mistura fil-Knisja ta’ San Pawl Nawfragu Robert Cassar

M.A. History of Art; B.Cons.(Hons.); B.A.(Hons.)

I

l-knisja Kolleġġjata ta’ San Pawl Nawfragu, bħal ħafna postijiet antiki u bi storja, jqanqlu sens ta’ misteru u kurżità permezz tal-ħafna sinjali u oġġetti f ’irkejjen mhux daqshekk innutati. Dawn kienu mħollija minn dawk il-ħafna li abitaw dan il-maqdes qabilna.

Dawn is-sinjali jew oġġetti jqajmu mistoqsijiet dwar x’setgħu jfissru, jew min għamilhom jew anke min għadda jew ħadem f ’dawn ilpostijiet mistura u mhux daqshekk aċċessibbli għall-poplu ġenerali. Ħafna minn dawn saru mhux b’intenzjoni ta’ xi arti kbira bħal ħafna oġġetti artistiċi li nsibu f ’din il-knisja, però huma ta’ għajnuna sabiex jagħtu dimensjoni lil aspett ieħor tal-ħajja soċjali madwar il-

knisja ta’ San Pawl, ħajja li ħafna drabi kienet u għadha ssir wara l-kwinti. F’dan l-artiklu ser naraw l-ambjent tal-kampnari li ħafna drabi jkun abitat mill-kampanara meta jsir id-daqq tal-qniepen, ser nagħtu ħarsa lejn l-orgni majestuż tal-knisja, ser ninżlu fil-kannierja li hija d-dinja ta’ ħajja oħra fejn marru dawk ta’ qabilna, ser nidħlu fil-kor ta’ wara l-artal u fl-aħħarnett ser nidħlu fl-Oratorju tal-Qalb ta’ Ġesù.

Graffita fil-kampnar li tfakkarna fil-festa ta' l-1947.

Graffiti fil-kampnari u mal-bejt tal-knisja

M

a’ ħafna mill-ħitan talkampnari u f’xi nħawi tal-bejt tal-knisja, insibu diversi graffiti jew tnaqqix fil-ġebel ħafna drabi mil-kampanara li waqt li

58

jistennew bejn servizz u ieħor kienu jispiċċaw iħarbxu xi ħaġa mal-ħajt. Ħafna jaraw dawn bħala ħmieġ u sfreġju tal-ġebla, però wħud minnhom issa huma antiki, u qed jgħidulna

ukoll storja li ġrat jew ta’ nies li taw is-servizz tagħhom hawnhekk. Fost dawk l-aktar interessanti nsibu waħda taħt il-qanpiena magħrufa tal-quddies li tfakkarna fil-mewt tal-Papa Piju


XI li wara jiem ta’ agunija miet nhar l-10 ta’ Frar 1939 filghodu kmieni1. Peress li s-solennità tal-festa kienet ġa daħlet meta miet il-Papa, din tkompliet mingħajr il-briju tas-soltu. Fil-fatt il-festi esterni li soltu jsiru barra dakinhar tħassru, kien limitat id-daqq tal-qniepen u tħassret il-mużika tas-sekondi vespri u l-purċissjoni ta’ filgħaxija saret taħt forma mqassra ta’ pellegrinaġġ bir-rużarju2. Fil-fatt id-daqq tattrapassjoni li ħabbru l-mewt tal-Papa sar l-għada 11 ta’ Frar mil-knejjes kollha tad-djoċesi sabiex tkun tista titkompla s-solennità tan-Nawfraġju ta’ San Pawl dakinhar ta’ l-10 ta’ Frar. Żgur li din il-graffita saret b’dieqa minn xi kampanar li l-għada tal-festa kellu jdoqq ittrapassjoni tal-mewt meta suppost kien l-għada ta’ jum ta’ ferħ. Graffita oħra li nsibu taħt il-qanpiena magħrufa ta’ ‘nieqes kwart’, insibu miktub hekk, “TIFKIRA TAL FESTA BIL SPARAR 19-1-47”. Żgur li din inkitbet b’entużjażmu meta fil-festa ta’ San Pawl inħaraq xi nar (dak iż-żmien minn fuq il-bejt tal-knisja) wara ż-żminijiet koroh tal-gwerra li kienet għadha kemm spiċċat fis-snin ta’ qabel. Fuq wara tal-koppla mbagħad insibu graffita mirquma u pulita fuq kantun sħiħ. Din tgħid: “accomodata li 12. Marzo. 1849” u hija mdawra minn żewġ friegħi taż-żebbuġ u lifgħa ħierġa mill-ħuġġieġa taħt. Il-kelma ‘accomodata’ fl-antik kienet tirreferi għal xi tiswija jew restawr li jkun sar. Din tista’ tirreferi għal xi tiswijiet li kienu saru fuq il-ħitan li jdawru l-periferija tal-knisja minn wara. Fil-ħajt li jagħti fuq il-kappellun ta’ San Ġużepp imbagħad insibu skultura riljiev ta’ fjura forma ta’ rużun stilizzat donnu qiegħed hemm sabiex jillimita l-konfini tal-propjetà tal-knisja ta’ San Pawl minn dik privata. Insibu wkoll graffiti oħra b’ismijiet li wħud minnhom intilfu fl-anonimità u oħrajn niftakruhom jew nafuhom. Insibu ismijiet bħal Giulio Chircop, Aaron Cassar 28/12/20, Fco. Grech, Żejtun3, Costantino Borg 8-7-1958, A. Calleja 4 Aprile 1926, Felice

Graffita fil-kampnar li tfakkarna fil-mewt tal-Papa Piju XI.

Il-mewt tal-Papa Ljun XIII mfakkra fil-pittura tas-saqaf.

Micallef 1880, Pio S 1912, E. Caruana Mazzier u Sakristan4 u R. Haber 10-7-19605. ‘Graffita’ interessanti oħra hija skrizzjoni li żied l-artist tas-saqaf tal-knisja, Attilio Palombi meta hekk kif lesta l-figura ta’ Sant’Andrija, miet il-Papa Ljun XIII. Din kitibha fuq il-firma fuq l-affresk u tgħid hekk, “XX Luglio 1905 Muore in Roma LEONE XIII". Il-mewt tal-Papa kienet tkun avveniment kbir u din il-kitba tirrifletti l-emozzjoni li kienet tinħass fil-knisja u ġiet trasmessa lilna permezz tal-pittur li ħalla dan is-sinjal li diffiċli wieħed jarah mill-viċin sakemm ma jiġix wiċċ imbwiċċ mal-pittura.

Kampanara taħt il-qanpiena l-kbira qed jistennew li jkomplu jdoqqu nhar it-8 ta' Mejju 1939 bejn it-3 u s-6 ta' wara nofsinar.

59


Programm tal-Festa tan-Nawfraġju ta’ San Pawl ‒ Valletta 2015

L-Orgni

L

-orgni tal-knisja tagħna fih diversi kurżitajiet li wieħed ma jarahomx minn barra. Għalkemm fuq barra jidhru xi sfafar, tista’ tgħid li fuq ġewwa talkaxxa tiegħu nsibu foresta sħiħa ta’ sfafar ta’ kull tul u wisa’ kif ukoll oħrajn magħmula mill-injam. Minbarra dawn is-sfafar, l-orgni tagħna huwa mgħammar b’xi strumenti ohra li kienu jintużaw l-aktar biex tindaqq xi pastorali jew innijiet oħra speċjalment fil-lejl tal-Milied.

(Fuq) Foresta ta' kanen fl-orgni fuq ġewwa. (Isfel) Il-katuba mdendla ġo l-orgni. Jidhru wkoll xi ġnieġel. Fir-ritratt tan-nofs tidher il-pittura li nsibu fuq il-katuba. (Isfel lemin) Tlett sfafar fl-orgni li jimitaw strumenti tipiċi Maltin bħaż-żaqq u ż-żavżafa.

60

Fost dawn insibu li fis-saff ta’ fuq ġewwa l-kaxxa tal-orgni, hemm katuba kbira tal-banda mdendla missaqaf, ċimblu, kif ukoll virga mgħammra bi qniepen u ġnieġel ċkejkna. Il-katuba hija interessanti ferm u aktarx li kienet xi strument antik tal-banda jew miltari. Impittra fuq naħa tagħha nsibu trofew b’arma fin-nofs impittra bajda u ħamra bis-salib tat-tmien ponot jaqleb dawn il-kuluri fuqha. Fuq imbagħad insibu kurazza araldika u fl-isfond ħierġa minn warajh bħal trofew festiv, insibu l-bandiera Maltija u bandiera tal-Ordni ta’ San Ġwann ħamra bis-salib bil-ponot fuqha. Interessanti li l-bandiera Maltija għadha mingħajr il-‘George Cross’ u għalhekk din il-pittura titfagħna lura żgur għal qabel-ittieni gwerra dinjija. Mal-ħajt fuq ġewwa tal-kaxxa talorgni nsibu kitba bil-lapes imħażża li tgħid hekk: “Mro Andrea Borg e Figlio Salvatore A 1839”. Jista’ jkun li din il-kitba ħallewha hemm meta dan il-missier u l-iben kienu qed jagħmlu xi xogħol fuq dan l-istrument kbir. Kemm mal-kaxxa kif ukoll mal-ħitan fuq barra nsibu diversi kitbiet bil-lapes li ħallew diversi mużiċisti li daqqew fil-gallarija tal-orgni fil-passat. Fost dawn insibu ismijiet bħal Ruġġier Zarb, Contrabasso, 10 Febbraio 1931, 1934, 1937 u S. Mifsud, Contrabasso, 5-5-40.


Il-Kannierja

H

uma ftit dawk li qatt żaru l-kannierja ta’ taħt il-knisja kolleġġjata. Huwa l-lok li jirrapreżenta d-dinja l-oħra fejn jinsabu l-fdalijiet ta’ missirijietna. Kien il-post fejn indifnu ħafna u ħafna parruċċani, qassisin, benefatturi u nies importanti. Ilkannierja jew il-kripta hija maqsuma f ’diversi kmamar li fihom kien isir id-dfin qabel ma dan beda jsir fiċċimiterji lejn nofs is-seklu dsatax minħabba raġunijiet ta’ sanità. Fost l-aktar li jispikkaw huma l-kripta tal-qassisin li tiġi taħt il-kor talknisja u dik tal-fqar magħrufa aħjar bħala tal-Poveri Morti taħt is-sagristija l-kbira. Fatt interessanti huwa li ħafna mill-oqbra ta’ din ta’ l-aħħar huma ta’ qies wisq akbar min-normal. Jingħad li dawn kienu ġew irranġati waqt l-imblokk talFranċiżi fl-1798-1800 meta l-Kapitlu ordna li jindifnu l-ventaltari tal-fidda u teżori oħra ġo fihom sabiex ma jinsterqux mill-armata ta’ Napuljun, bħalma kien qed jiġri fil-knejjes l-oħra tal-Belt u fl-irħula6. Dawn l-oqbra reġgħu ntużaw fil-bidu tat-tieni gwerra dinjija għalkemm meta l-prokuraturi raw li l-attakki kienu qed jiħraxu, il-fided reġgħu nqalgħu u ttieħdu fil-Bażilika ta’ Birkirkara u f ’dar privata f ’Hal Lija.

Il-qabar issiġillat ta' Ġwanni Battista Delicata.

Lapida ta' Dun Xmun Borg fil-kannierja.

Fil-kripta tal-qassisin, li tiġi taħt l-artal tal-kor, l-oqbra ma humiex midfuna ġo l-art, imma mdawra b’ċint. Fin-nofs ta’ din il-kamra nsibu artal sempliċi tal-ġebel u b’kurċifiss skolpit alto riliev fil-ġebel imdawwar fi gwarniċ bħala d-dedikazzjoni tiegħu. F’dan l-ispazju nsibu wkoll taraġ li ma jwassal għal imkien. Flantik, qabel ma nbidel l-artal tal-kor, lejn nofs is-seklu għoxrin, dan ittaraġ kien ifeġġ ġo bokkaport fit-tarġa ta’ dan l-artal li kien ġie mbarrat. Taħt dan it-taraġ insibu bokka fonda li kienet isservi bħala osswarju meta jitnaddaf xi qabar. Fuq wara tal-artal tal-Kurċifiss ta’ din il-kripta nsibu sezzjoni ta’ dfin maqsuma f ’diversi daħliet li jiġu taħt il-presbiterju tal-artal maġġur. F’waħda minn dawn insibu lapida ta’ l-irħam li tfakkar benefizzju ta’ quddies b’att

notarili tas-6 ta’ Settembru 1660 għal ruħ Dun Xmun Borg li tiegħu ukoll insibu l-arma mnaqqxa fuq din il-lapida. Din il-lapida hija l-unika tax-xorta tagħha f ’dan il-post u tista’ wkoll qed tikkommemora l-post fejn indifen dan il-qassis li b’xi mod kellu rabta mal-knisja tagħna. F’kamra oħra tal-kannierja li tiġi taħt il-pulptu, insibu qabar li minbarra li huwa fil-ħajt, kien xi darba ġie ssiġillat permezz ta’ stanga tal-ħadid u katnazz. Ilqabar huwa ta’ Ġwanni Battista Delicata u dan nafuh minn lapida ċkejkna tal-irħam li ġġib id-data 17607. Għaliex dan huwa ssiġillat ma nafux, però jista’ jkun li kienet ir-rieda tal-mejjet jew tal-eredi tiegħu li rabtu lill-prokuraturi talknisja b’xi ftehim ta’ dan it-tip.

L-artal tal-Kurċifiss fil-kripta tal-qassisin.

61


Programm tal-Festa tan-Nawfraġju ta’ San Pawl ‒ Valletta 2015

L-Artal Maġġur u l-Kor

F

ost il-kurżitajiet li nsibu mal-knisja, forsi ftit huma dawk li jafu b’xi dettalji li nsibu fuq l-armar li nsibu jżejjen l-altar maġġur fil-festa. Fuq is-sitt gastri tal-fidda li jintramaw fuq it-tarġa sekonda bejn il-gandlieri, insibu li mdawra ma kull widna tagħhom hemm lifgħa ċkejkna. Dan is-simbolu li jirrapreżenta l-mument tat-twemmin tal-poplu ta’ Malta li kien għadu kemm laqa’ lil San Pawl wara t-tempesta kiefra. Tista’ tgħid li dan is-simbolu li huwa wkoll parti millarma tal-Kapitlu tal-Kolleġġjata, insibuh mal-knisja kollha. L-artisti li ħadmu l-oġġetti ekkleżjastiċi sabu l-lifgħa bħala element dekorattiv li setghu faċilment jamalgamawha mal-bqija tal-iskema dekorattivi. Fost l-oħrajn inisibu l-lifgħa tal-filugranu fuq il-fjuretti talartal maġġur, imdawra mal-inżul tal-quċċata tal-lopop tat-tużell u tal-lampier maġġur, imdawra mal-fisien tal-leġiju l-kbir u tas-salib tal-kleru kif ukoll f ’postijiet aktar mistura bħal ma huma s-saqajn tal-lavidita8 li tintrama għall-quddies tal-festa. Saħansitra, il-lifgħa mdawra ma’ sejf insibuha rappreżentata fuq iż-żewġ pinnuri li nsibu fil-qċaċet tal-kampnari tal-knisja. Dan is-simboliżmu ikonografiku nsibuh ukoll firrappreżentazzjoni ta’ qaddisin li għandhom devozzjoni fil-knisja tagħna bħalma huma San Mikiel Arkanġlu rappreżentat minn għajn magħluqa ġewwa trijanglu jew San Omobono minn imqass, simbolu tax-xogħol tal-ħjata. B’kurżità nsibu li fit-tliet ktajjen tal-lampier l-antik tal-artal ta’ San Omobono nsibu mqass ċkejken tal-fidda maħdum f ’kull waħda minnhom.

Fil-passaġġ tal-kor għadna naraw il-fdalijiet ta’ arma ġentilizja li qiegħda mnaqqxa fil-ħajt. Din l-arma ftit wieħed jista’ jagħti każ tagħha minħabba li ħafna drabi tkun mgħottijia bi slielem u apparat ieħor ta’ din ixxorta. Sfortunatament, l-istemma li kienet tirrapreżenta xi persuna kienet imħassra, jew intenzjonalment jew bil-ħsara taż-żmien. Ta’ min kienet ma nafux imma jista’ jagħti l-każ li dan kien il-benefattur li ħallas għal xi xogħol f ’dak il-passaġġ. Skond il-mibki Pawlu Vella, jingħad li dak il-passaġġ kien differenti minn kif nafuh illum u fih kienet ġiet merfugħa l-vara ta’ San Pawl flimkien malerba’ anġli (mingħajr il-pedestal) tul is-snin tat-tieni gwerra dinjija. Jingħad li dawn kienu mkebbin fit-tiben u ġew imblukkati b’ħajt doppju tal-ġebel kontra xi każ ta’ splużjoni (magħruf bħala ‘blast wall’). Jingħad li meta reġgħu fetħu l-ħajt, sabu li wieħed mill-anġli li kellu saqajh tmiss mal-umdità xxarrbet u żżarmat u kellu jissewwa.

Wieħed mil-pinnuri tal-kampnari bil-lifgħa u s-sejf imnaqqxa fih.

Jekk inħarsu lejn il-gandlieri tal-maġġur tal-festa, insibu li fuq is-saqajn tagħhom insibu diversi armi fuqhom u simboli oħra ta’ San Pawl. Interessanti ferm huwa li l-armi huma tal-benefatturi diversi li ħallsu għal dan is-sett ta’ tlettax-il gandlier. Is-sitta ż-żgħar tħallsu mill-benefattur Mallia, filwaqt li l-kbar tħallsu hekk: il-Markiż Emanuel Testaferrata Bonici u l-Kan. Penitenzier Paolo Agius Tabone ħallsu wieħed bejniethom, il-familja Ellul u l-Kan. Matteo Hyzler Naudi ħallsu ieħor, filwaqt li ieħor millkbar tħallas mis-Saċerdot Carmelo Galea Sant. Il-gandlier tas-salib u ieħor mill-kbar tħallsu mill-ġbir tal-poplu u fil-fatt dawn iġibu arma bil-bandiera ta’ Malta. Dawn l-armi ċkejkna li bilkemm wieħed jinduna bihom huma tifkira ta’ dawn il-benefatturi li sas-snin sebgħin kienet għadha ssir quddiesa b’sufraġju għalihom l-għada talfesta qabel kienu jiżżarmaw u jintrefgħu għal sena oħra. Fil-kor insibu diversi skrizzjonijiet mill-Atti talAppostli, però waħda minnhom, ftit jafu biha. Din tinsab fl-arkata ta’ faċċata l-abside tal-Konverżjoni ta’ San Pawl li hija wkoll imdawra bi skrizzjoni b’ittri tad-deheb. Din tista’ taraha biss minn ġol-kor u tgħid hekk; “ECCE ENIM ORAT QVIA VAS ELECTIONIS EST MIHI ISTE VT PORTET NOMEN MEVM CORAM GENTIBVS” u huwa l-kliem li bih Alla bagħat lil Sawlu jwassal Ismu lill-ġnus kollha. 62

Arma mħassra fil-passaġġ tal-kor.


10 ta' Frar 2015

Dettall: Arma tal-benefattur il-Kan. Matteo Hyzler Naudi fuq wie침ed mil-gandlieri l-kbar.


Programm tal-Festa tan-Nawfraġju ta’ San Pawl ‒ Valletta 2015

L-Oratorju tal-Qalb ta’ Ġesù

F

il-Kolleġġjata ta’ San Pawl insibu żewġ oratorji. Dak tal-Madonna tal-Karità huwa l-aktar magħruf peress li dan huwa anness mal-faċċata tal-knisja li tagħti għal fuq Triq San Pawl. L-ieħor forsi ftit jafu bih peress li dan jinsab fuq parti mis-sagristija l-kbira u jinsab anness mal-kmamar fejn jinżamm l-armar tal-knisja. Fil-passat dan kien jintuża ghad-devozzjonijiet privati u l-laqgħat tal-Konfraternità tas-Sagrament u l-Qalb ta’ Ġesù u llum baqa biss jintuża sabiex jintrefa armar konness mal-festi tal-Ewkaristija. Fih insibu artal wieħed bi kwadru titulari li juri l-aħħar ċena tas-Sinjur tagħna u mal-ġnub ta’ din ilkamra rettangulari nsibu bankijiet fejn kienu jpoġġu l-fratelli waqt l-uffizzjatura. Interessanti hija l-Via Sagra li b’ sensiela ta’ inċiżjonijiet antiki magħluqa fi kwadri illustrati. Kurżità li nsibu f’dan l-oratorju hi li waħda mill-panewijiet tal-bankijiet malġenb, hija bieba li tagħti għal fuq garigor mistur. Dan jagħti aċċess ’l isfel għall-bejt ta’ fuq il-kappella tal-Kurċifiss, u ’l fuq għal spazju vojt li jiġi wara l-arzella talKappella ta’ San Gejtanu u l-bejt tal-knisja.

D

L-artal tal-Oratorju tal-Qalb ta' Ġesù.

awn il-postijiet, inħawi u tifkiriet li nsibu madwar il-bini tal-kolleġġjata ta’ San Pawl mhux dejjem huma xi kapulavuri tal-arti, għalkemm dawn jagħtu ħjiel fuq il-ħajja ta’ x’kien qed isir wara l-kwinti sabiex l-attività baqgħet għaddejja. Ħafna drabi huma dawn it-tifkiriet, sinjali jew anke postijiet mistura li jitfgħu dawl fuq persuni inqas magħrufa li ħafna drabi waqgħu fl-anonimità għajr is-sinjal li ħallew

Riferenzi 1. Il-graffita tinqara, “EL.PAPA. MET.1939 / 10F / C.Agius”. 2. Leħen is-Sewwa, 11 ta’ Frar 1939, p.2; Lvcerna, Anno 11 No. 3 Marzo 1939, p.84; “. . . sospese le feste esterne, si e` limitato il suono festoso delle campane, soppressa la musica nei secondi vespri e accorciato il percorso e la durata della processione, che e` stata seguita dai giovani dell’Azione Cattolica e dai membri della Dottrina Cristiana di Valletta, recitando il rosario.” Ħajr lis-Sur Martin Gravina tat-tagħrif li għaddieli dwar il-fatti li ġraw dakinhar. 3. Francesco Grech miż-Żejtun jew aħjar kif kien magħruf bħala Ċikku

64

warajhom. Ċerta nħawi u rkejjen fil-kolleġġjata jnisslu wkoll sens ta’ misteru minħabba l-fatt li huma ftit nies li jistgħu jżuruhom. Min jaf kemm nies ġew qabilna u għaddew minn dawn il-postijiet u qdew l-attività tagħhom ta’ wara l-kwinti fil-kwiet u fl-anonimità . . . dawn huma wkoll parti mill-istorja li sawret ilkolleġġjata ta’ San Pawl u kienu żgur ta’ sostenn lil ħafna persunaġġi magħrufa li baqgħu mniżżlin fl-istorja.

Ċepieċ kien il-mexxej tad-daqqaqa tal-qniepen li kienu jiġu għallfesta tan-Nawfraġju sa ma miet f’Jannar ta’ l-2004. Kien hu li mexxa l-operazjoni sabiex tniżżlu l-qniepen l-antiki mill-kampnar fl-1977 u biex ittellgħu l-ġodda f’Jannar tal-1978. Kien biex xieraq li din il-persuna torbot isimha mal-kampnari tagħna. 4. Din il-graffita li tinsab maġenb ilqanpiena l-kbira, tfakkarna f’Manwel Caruana li kien mazzier u sagristan tal-kolleġġjata. Huwa kien magħruf aħjar bħala Leli s-Saxon (Sexton, sagristan bl-Ingliż) jew Leli l-Loppa (minħabba l-fatt li l-mazza li kien iġorr kienet qisa xi loppa ta’ lampier).

5. Nazzareno Haber li huwa l-mazzier preżenti, żgur li kiteb dik il-graffita maġenb dik ta’ Manwel Caruana meta kien qed idoqq ghall-festi memorabbli taċ-ċentinarju Pawlin fl-1960. 6. Minbarra l-knejjes kollha tal-Ordni ta’ San Ġwann, knejjes bħal din ta’ Santu Wistin fil-Belt, ta’ San Ġorġ f’Ħal Qormi u tal-Karmelitani fl-Imdina ġew misruqa mit-teżori u r-rikkezzi li kellhom mill-invażuri Franċiżi. 7. Il-lapida tinqara: “ADITUS AD SEPULCRUM / IOANNIS BAPTISTÆ DELICATA / ANNO DOMINI 1760”. 8. Kontenitur ċkejken fejn ilqassis jaħsel is-swaba li bihom ikun mess l-ostja mqaddsa.


10 ta' Frar 2015

Prelati b’rabta mal-Kolleġġjata tal-Belt Valletta Michael Galea

DPA Pro Merito Melitensi (SMOM)

M

al-mixja taż-żmien kienu diversi l-prelati, dinjitarji għolja talġerarkija tal-knisja universali, li mexxew funzjonijiet solenni fil-knisja Kolleġġjata ta’ San Pawl Nawfragu tal-Belt Valletta. Insemmu xi wħud.

L-arma ta' l-Inkwizitur Durini meta sar Kardinal

Mons. Carlo Francesco Durini

B

’Ittri esekutorjali tas-Sacra Rota ta’ Awwissu 1737, ilknisja parrokkjali ta’ San Pawl tal-Belt Valletta ġiet elevata f’Insinji Kolleġġjata. Dawk l-ittri tal-Papa Klement XII (1730-1740) kienu indirizzati lil Mons. Carlo Francesco Durini, Inkwiżitur u Delegat Apostoliku f’Malta (1735-1739) u bħala Esekutur tal-Bolli Appostoliċi. Mons. Carlo Francesco Durini twieled f’Milan, l-Italja, fl-1693; kiseb Dottorat fil-liġi ċivili kanonika fl-Università ta’ Pavia; ordna saċerdot fl-1725; Referendarja u Prelat Domestiku tal-Papa. Il-Brevi tal-ħatra tiegħu ta’ Inkwiżitur f’Malta bid-data 4 ta’ April 1735 u ż-żewġ brevijiet l-oħra bħala Delegat Apostoliku

u l-ieħor li tah is-setgħa li jittratta kawżi kriminali jġibu t-tnejn id-data 13 ta’ April 1735. Mons. Durini wasal f’Malta fl-10 ta’ Ġunju 1735. 1 Kien ġie definit li l-funzjoni tal-pussess tal-kanonċi kellha tieħu forma pubblika u solenni. Il-knisja tlibbset tapizzeriji u tqiegħdu kwadri ritratti tal-Papa Klement XII, tal-Granmastru Fra Ramon Despuig (1736-41) u talIsqof Mons. Fra Paul Alpheran de Bussan (1728-57) rispettivament. Il-funzjoni tal-pussess inżammet nhar il-Ħamis, 5 ta’ Settembru 1737. Il-kanonċi ġodda flimkien mal-Arċipriet u l-Prepostu ħadu posthom fuq il-presbiterju fuq innaħa tal-Epistola biswit Monsinjur Durini, li dan imbagħad talab li jinqraw il-Bolli tat-twaqqif talKolleġġjata, u l-mandati esekutorjali. Dan sar mill-Kanċillier tas-Santo Officio, Gioacchino Grixti. Il-kanonċi ħadu l-ġurament: ‘Io….giuro d’essere sempre fedele ed ubbidiente alla Santa Madre Chiesa Cattolica, di difendere questa Chiesa eretta in Collegiata, e questo Capitolo, e d’osservare, ed adempire gli obblighi, che sono annessi all’erezione di questa Collegiata, tanto di sacri canoni, quanto anche particolare et….’ 2 Ġiet ċelebrata quddiesa solenni bil-kor u l-orkestra; il-mużika nkitbet għall-okkażjoni mis-Surmast Sciampagna, maestro di cappella tal-istess knisja. Iċ-ċelebrant kien l-Arċipriet, Don Giuseppe Guiccardi; filwaqt li l-kanonċi assistew mill-kor. L-inkwiżitur Mons. Durini assista mis-sedja tiegħu fil-presbiterju. 3 Wieħed isemmi li meta Mons. Durini temm il-kariga tiegħu f’Malta, aktar tard inħatar Kardinal. Miet fl-1769. 4

Kardinal Charles Martial Allemand Lavigerie.

Il-Kardinal Charles Martial Allemand Lavigerie

P

relat ieħor li ħalla ismu mal-Kolleġġjata ta’ San Pawl Nawfragu, Valletta, kien il-Kardinal Charles Martial Allemand Lavigerie, figura ekkleżjastika prominenti tas-seklu dsatax. Lavigerie twieled fl-1825 f ’Bainona, Franza. Fis-snin talformazzjoni tiegħu kellu fost id-diretturi tiegħu, lil Federico Ozanam, li ħalla l-impronta tiegħu fuq Lavigerie. Ordna saċerdot fl-1849. Fl-1860 mar missjunarju fis-Sirja u fil-Libanu, u waqt dan il-vjaġġ rifes għallewwel darba f ’Malta. Fl-1868 waqqaf is-Soċjetà tal-Patrijiet il-bojod – kienu jissejħu hekk għaliex dawn il-missjunarji kienu jilbsu l-abjad. Fl-1882, Papa Ljun XIII (1878-1903) ħatru Kardinal. Miet fl-1892. Huwa kien għamel ħidma missjunarja flAlġerija, fis-Sudan, u fit-Tuneżija, fejn ġie midfun f ’Kartaġni. 65


Programm tal-Festa tan-Nawfraġju ta’ San Pawl ‒ Valletta 2015

F’konsulta tal-Kapitlu talKolleġġjata ta’ San Pawl miżmuma fid-29 ta’ Mejju 1882, il-Kanonku Prepostu, Dun Gio Batta Dingli, semma petizzjoni minn għadd ta’ ċittadini Maltin indirizzata lill-istess Kapitlu biex dan jieħu l-inizjattiva jorganizza merħba pubblika lil dan il-prelat fl-okkażjoni taż-żjara li kellu jagħmel f ’Malta dik is-sena stess.5 Il-Kapitlu laqa’ dik il-proposta, u għal dan l-għan, kienet twaqqfet kummissjoni.

San Pawl, li tiegħu huma jgħożżu ġelożament il-fidi. Nassigurakom li jien ngħożż b’affezzjoni kbira l-Knisja Kolleġġjata tagħkom’. 8 B’tifkira ta’ din ir-rabta bejn ilKardinal Lavigerie u l-Kolleġġjata ta’ San Pawl tal-Belt Valletta hemm kwadru ritratt (1884) talKardinal, pittura ta’ Giuseppe Calì (1846-1930), fid-Domus Pauli, il-Mużew Parrokkjali. 9

Il-programm ta’ dik iż-żjara talKardinal Lavigerie f ’Malta kellha eku aktar tard dik is-sena stess. Fil-laqgħa tal-Kapitlu miżmuma fl-24 ta’ Awwissu 1882 inqrat ittra mibgħuta mis-Segretarju tal-Istat, Kardinal L. Jacobini, bid-data tat-8 ta’ Awwissu, indirizzata lillKapitlu: il-Papa kien laqa’ t-talba tal-Kapitlu biex il-Kardinal Lavigerie, Arċisqof ta’ Alġier, jiġi nominat Protettur tal-istess Kapitlu.6 ‘Il-Qdusija Tiegħu l-Papa, kien laqa’ t-talba mressqa lill-Papa mir-Rev.du Kapitlu ta’ San Pawl Appostlu Nawfragu tal-Belt Valletta, Djoċesi ta’ Malta, għoġbu jinnomina Protettur tal-istess Kapitlu, ilKardinal Charles Martial Allemand Lavigerie, Arċisqof ta’ Alġier’. 7 Fis-17 ta’ Ottubru 1882 issejħet laqgħa apposta tal-Kapitlu, meta l-Kanonku Penitenzier Dun Paolo Agius, Segretarju, qara ittra bid-data tat-22 ta’ Settembru, mibgħuta mill-Kardinal Lavigerie lill-Kapitlu; il-Kardinal kien qed jikteb minn Alġier, esprima l-ferħ tiegħu li l-Papa fuq talba tal-Kapitlu ta’ San Pawl kien innominah Protettur ta’ dak il-Kapitlu. ‘Irċevejt f ’Alġier, fejn ninsab dan il-mument, l-ittri li permezz tagħhom il-Qdusija tiegħu għoġbu jgħarrafni li laqa’ t-talba tagħkom, u li l-Qdusija Tiegħu nnominani Protettur tal-Kapitlu Illustri u Insinji tagħkom. Mingħajr xejn dewmien, irrid nurikom il-ferħ li ħassejt għal dan… Jien inħobb il-Maltin b’imħabba ħelwa… iżda jien inħobbkom bħala wlied 66

ċċelebraw quddies pontifikali f ’diversi knejjes fl-ibliet u rħula ta’ Malta. Nhar il-Ġimgħa, 25 ta’ April 1913 il-Kardinal kien assistit mill-Kapitlu. Għal dik l-okkażjoni, il-knisja żżejnet bħal f ’jum il-festa titulari. 10 Ħafna mill-membri tal-kleru li ġew għall-Kungress kienu alloġġjati f ’kunventi, kulleġġi u għand familji privati. Matul dik iż-żjara tiegħu f ’Malta biex jieħu sehem fil-Kungress, il-Kardinal Lualdi qagħad għand il-Markiża R. Apap Testaferrata (144 Sda. Cristoforo, Valletta). 11 Il-Kardinal Lualdi ħa sehem attiv fil-Kungress. Iċċelebra wkoll pontifikal fil-KonKatidral ta’ San Ġwann. 12 F’dik l-okkażjoni tal-Kungress, is-Soċjetà Filarmonika Nazionale La Valette kienet tat festin lil 80 foqra, u l-Kardinal Lualdi ried li huwa stess iservi lill-foqra. 13

Mons. J.M. Emard

Mons. Alessandro Lualdi

Rev. Monsinjur Alessandro Lualdi

B

ejn it-22 u s-27 ta’ April 1913 kien inżamm f’Malta l-XXIV Kungress Ewkaristiku Internazzjonali. Il-Legat tal-Papa Piju X (19031914) għal dak il-Kungress kien il-Kardinal Domenico Ferrata, li kien ġa magħruf qalb il-Maltin, għaliex fl-1905 kien il-mibgħut bħala Delegat Speċjali (a latere) tal-istess Papa bl-iskop preċiż tal-Inkurunazzjoni tal-kwadru titulari tal-Immakulata Kunċizzjoni tal-Kolleġġjata ta’ Bormla. Attendew għall-Kungress 5 kardinali u ’l fuq minn 40 Isqof. Fost il-Kardinali kien hemm Mons. Alessandro Lualdi, Arċisqof ta’ Palermo. Uħud minn dawk il-prelati

M

atul dak il-Kungress, prelat ieħor li qaddes filKolleġġjata ta’ San Pawl tal-Belt kien Mons. J.M. Emard, Isqof ta’ Valleyfield, Kanada. Matul il-jiem li kien f ’Malta għallKungress huwa qagħad għand Prof. Dr. S. Cassar Md (217, Sda. S. Paolo). Mons. Emard qaddes quddiesa letta fil-knisja ta’ San Pawl nhar is-Sibt, 26 ta’ April.14

L-għada qaddes fl-Oratorju tal-Onorati, il-Belt, assistit min-nobbli Reverendu Dun Salvatore Dei Conti Manduca 15 u Dun Emanuele Bonnici Cilia. L-Isqof ippriedka bl-Ingliż. 16 Waqt il-Kungress fl-okkażjoni tat-Tqarbina tat-Tfal – 14,000 tifel u tifla ħadu sehem. Quddiem dik id-dehra kommoventi, Mons. Emard esklama: ‘an admirable confusion’! Mons. Emard ippubblika ktejjeb dwar il-Kungress: Au Congres Eucharistique de Malte.


10 ta' Frar 2015

Paolo Marella

Ħ

Arċisqof ta’ Palermo. Il-Kardinal Pappalardo twieled f ’Villafranca Sicula fid-djoċesi ta’ Agrigento fl-1918, u ordnat saċerdot fl-1941. Fl-1965 ġie nnominat Arċisqof Titulari ta’ Mileto u kkonsagrat Isqof fl1966. Fl-1970 ġie trasferit bħala Arċisqof ta’ Palermo fejn erba’ snin wara ġie maħtur Kardinal mill-Papa Pawlu VI bit-Titlu ta’ S. Marija Odigitria dei Siciliani. Fil-jiem li l-Kardinal Pappalardo kien f ’Malta kien maħsub li jiġi fil-knisja ta’ San Pawl. Il-parruċċani kienu mgħarrfa b’dan. Għalhekk il-Kardinal għadda minn Triq San Pawl fejn waqaf u nieżel mill-karozza. Kien hemm ġemgħa tistennieh, u meta wasal tagħtu merħba kbira. Ġie milqugħ quddiem il-bieb tal-knisja mill-Arċipriet u l-Kapitlu, u ppreżentat b’bukkett fjuri.

Matul il-jiem taċ-ċelebrazzjonijiet, nhar il-Ġimgħa, 22 ta’ Lulju 1960 il-Kardinal Paolo Marella qaddes Pontifikal solenni fil-knisja Kolleġġjata ta’ San Pawl, Valletta assistit mill-Kapitlu. Din il-quddiesa kienet imħabbra filprogramm uffiċjali tal-festi ċentinarji. Fil-jiem li l-Kardinal kien f’Malta, il-kappillan tiegħu kien Dun Anton Galea, aktar tard l-Arċipriet tal-istess knisja ta’ San Pawl.

Sfortunatament ma kienx hemm ħin biex jidħol fil-knisja. Iżda qabel ma telaq inġiebet ir-Relikwija għażiża tad-Driegħ ta’ San Pawl, u l-Kardinal bierek il-folla bir-Relikwija. 20 Imbagħad kompla triqtu; iddispjaċih li ma setax jieqaf fit-tul għaliex kellu appuntament mal-Arċisqof Mikiel Gonzi. 21

afna huma dawk li għadhom jiftakru ċ-ċelebrazzjonijiet li fl-1960 fakkru d-XIXil Ċentinarju tan-Nawfraġju ta’ San Pawl f’Malta. Il-Legat tal-Papa Ġwanni XXIII (illum qaddis) kien il-Kardinal Aloisius Joseph Muench. Ħadu sehem erba’ kardinali, 32 Arċisqof, u għadd kbir ta’ pellegrini barranin. Il-funzjoni ta’ għeluq dawk il-festi solenni kienet il-proċessjoni li ħarġet mill-Kon-Katidral ta’ San Ġwann, il-Belt, għall-Pjazza San Publju, Floriana, immexxija millLegat tal-Papa, bil-parteċipazzjoni tal-Kardinali u Isqfijiet, meta ġie trasmess bir-radju messaġġ mill-Papa u ta l-Barka Tiegħu għall-ewwel darba bil-Malti: ‘Inberkukom b’qalbna kollha fl-Isem tal-Missier, u tal-Iben u tal-Ispirtu s-Santu’.

Il-Kardinal Paolo Marella kien iltaqa’ malkommunità Maltija fl-Awstralja fl-1951 meta kkonsagra l-kommunità kollha ta’ Sydney lill-Qalb Imqaddsa ta’ Ġesù; dak iż-żmien il-Kardinal Marella kien id-Delegat Apostoliku għall-Awstralja, New Zealand u Oceania.

Bla dubju, dawn huma ġrajjiet u mumenti sbieħ fl-istorja ta’ din il-knisja Kolleġġjata.

Dakinhar stess li l-Kardinal Marella kien qaddes fil-Kolleġġjata tal-Belt Valletta, huwa ngħata l-Grad Akkademiku Doctor Divinitatis (Honoris Causa) millUniversità ta’ Malta fil-knisja tal-Ġiżwiti, Valletta. 16 Bejn it-18 u t-23 ta’ Lulju kienu diversi l-Prelati li matul dawk il-jiem taċ-ċelebrazzjonijiet qaddsu fil-Kolleġġjata tal-Belt. Fost dawn wieħed isemmi lir-Rev. Peter Canisius Van Lierde OSA, Sagristan tal-Papa u Vigarju Ġenerali tal-Belt Vatikan. 17

Pappalardo

F

’Mejju 1981 is-Santa Sede ħabbret li l-Papa Ġwanni II kien għażel lil Malta fejn kellhom jinżammu id-disa’ Kungress Marjoloġiku Internazzjonali u s-sittax-il Kungress Internazzjonali Marjan. Iż-żewġ Kungressi nżammu f ’Malta mit-8 sat-18 ta’ Settembru 1983. Is-suġġetti ewlenin speċjalment għall-Kungress Marjoloġiku, kienu d-devozzjoni Marjana fis-sekli sbatax u tmintax. Kienu attendew għadd ta’ prelati eminenti barranin. Malta ħadet ukoll sehem attiv ħafna billi kienu diversi l-kelliema Maltin waqt is-sessjonijiet taż-żewġ Kungressi. Kien hemm kungressisti minn 50 pajjiż. 19 Il-Legat tal-Papa Ġwanni Pawlu II għal dawn iżżewġ Kungressi kien il-Kardinal Salvatore Pappalardo,

Kardinal Salvatore Pappalardo

67


Il-Kardinal Paolo Marella mal-Kapitlu tal-Kolleġġjata fil-festi taċ-Ċentinarju 1960.

Noti u Riferenzi: 1. 2. 3. 4. 5. 6. 7.

8.

68

Bonnici, A., Storja tal-Inkiżizzjoni ta’ Malta, Vol. III, 1994, 103. Galea, M., Il-Knisja Parrokkjali ta’ San Pawl Nawfragu – Valletta, 1974, 25. Ibid., 26. Bonnici, 126. Atti Kapitulari, f.74. Ibid., 90. ‘La Santità di Nostro Signore accogliendo benignamente le istanze umiliate al Pontefice Suo Trono dal Rev. do. Capitolo di San Paolo Apostolo Naufrago della Valletta, Diocesi di Malta, si è degnata di nominare Protettore del Capitolo stesso Cardinale Carlo Marziale Allemand Lavigerie, Arcivescovo di Algeri’. Ibid., 109. ‘Signori – Ho ricevuto in Algeri, dove in questo momento mi trovo le lettere, per le quali Sua Santità si è degnata farmi conoscere di aver aderito alle vostre istanze, è che Sua Santità mi ha nominato Protettore del Vostro Illustre ed Insigne Capitolo. Non voglio tardare a manifestarvi la gioia che ne ho provata. Io amo I Maltesi d’un tenero amore.. Ma io li amo sopra tutto come figli di San Paolo, del quale hanno cosi gelosamente custodito la fede. Vi

9. 10.

11. 12. 13. 14. 15.

16. 17.

assicuro che sono affezionatissimo alla Vostra Chiesa Collegiata’. Cassar, R., Il-Mużew Parrokkjali – Domus Pauli, Programm Festa 2004, 23. Farrugia, L., (Ed.), Ricordo del XXIV Congresso Eucaristico Internazionale celebrato nell’Isola di Malta, 1914, 196. Daily Malta Chronicle – 18.4.1913. Ibid., 18.4.1913. Malta Herald – 21.4.1913; Malta Tagħna – 29.4.1913. Malta Herald – 26.4.1913. Malta Herald – 25.4.1913. Dun Salvatore Dei Conti Manduca kien membru ta’ wieħed mis-sotto Kumitati tal-Kungress. Aktar tard kien l-Arċipriet tal-Kolleġġjata ta’ San Pawl mill-1928 sal-1945. Malta Herald – 25.4.1913. F’dik l-istess okkażjoni l-Grad Akkademiku Doctor Divinitatis (Honoris Causa) ġie mogħti wkoll lil-Legat tal-Papa, Kardinal Muench, u lill-Kardinali William Godfrey, Arċisqof ta’ Westminster u Aloisius Traglia, Pro Vigarju ta’ Ruma, filwaqt li l-Grad ta’ Doctor of Science (Honoris Causa) ngħata lill-Prof. Enrico Medi, Viċi President Euratom (cfr

Programm Uffiċċjali taċ-Ċentinarju). 18. Tagħrif mogħti lill-awtur millKan. Ġwann Borg, Kantur. 19. Fl-okkażjoni ta’ dawn iż-żewġ Kungressi ġew pubblikati: (i) Programm dettaljat taż-żewġ Kungressi mill-Pontificia Accademia Mariana Internationalis; (ii) Marian Devotions in the Islands of Saint Paul (1600-1800), Borg V. (Ed.), 20. Fuljett Parrokkjali – Programm tal-Festa 1984. 21. Tagħrif mogħti lill-awtur millKan. Ġwann Borg, Kantur.


10 ta' Frar 2015

The Virgin of Sorrows Statue at St Paul Shipwreck Collegiate Church, Valletta (Malta)

An 18th Century Spanish sculpture by Antonio Asensio de la Cerda The study of 18th century Baroque Sculpture in the city of Málaga (Andalusia, Spain) is by no means complete. In 2007, Dr. Sergio Ramírez González Ph.D. together with the authors published a study on a previously unknown family of three sculptors of unquestionable prestige in the Andalusian artistic context of the period. The family line starts with Pedro Asensio de la Cerda and his son Vicente Asensio, who followed in his father’s footsteps from their workshop in the capital. A third member of the family, Antonio Asensio, brother and uncle respectively, was an itinerant artist who worked in different Andalusian provinces and whose work was also exported outside Spain as in the case of the statue of the Virgin of Sorrows at St Paul Shipwreck Collegiate Church in Valletta. Dr. Juan Antonio Sánchez López Ph.D.

University of Málaga, Spain

Dr. Antonio Rafael Fernández Paradas Ph.D.

UNIA, Spain

(Left) Antonio Asensio de la Cerda. Saint John Nepomuk (1771). Church of “los Remedios”, Olvera (Cádiz, Spain). (Right) Antonio Asensio de la Cerda. Child Jesús of the Thorn (c. 1760-1770). Monastery of the Caridad, Ronda (Málaga, Spain).

The Asensio family of sculptors

E

xisting documents reveal that in the 18th century, there was in Málaga, a family of notable sculptors boasting a long tradition within the artistic context of the city at the time. Research reveals the existence of an extended family of three sculptors. The family line starts with Pedro Asensio de la Cerda whose son, Vicente, and brother, Antonio, played the role of collaborators and students, working either from the workshop

or in their own right as in the case of Antonio Asensio who ventured beyond the boundaries of Málaga. Between the 16th and 17th centuries and the beginning of the 18th, the cities of Seville and Granada were among the most prominent centres of Andalusian sculpture and by extension of Baroque Spain. From 1730 onwards, the decline of the former cities boosted the emergence of Málaga and Antequera as artistic

centres supported by the towns` economic and commercial boom. It is not clear why the brothers Pedro and Antonio Asensio de la Cerda left their home town of Cieza in the Kingdom of Murcia (Spain) –where Pedro was baptized in 1703 to settle in the Andalusian region, in the province of Malaga. Since 1658, the city had had a certain prestige in sculptural material thanks to the presence of a prestigious artist born in Granada, Pedro de Mena y Medrano (162869


Programm tal-Festa tan-Nawfraġju ta’ San Pawl ‒ Valletta 2015

1688), one of Spain’s most important sculptors, who had set up his home and workshop here when he was hired to sculpt the choir stalls of the Cathedral of Malaga. After Mena´s death in 1688, other sculptors tried to continue the work. Around 1740, Pedro Asensio de la Cerda together with another foremost sculptor, Fernando Ortiz (1717-1771) were graduated to the Academy of San Fernando in Madrid for Pedro Asensio’s work in the Spanish Royal Court. In 1728, Pedro Asensio de la Cerda married Rosalía Rodríguez Ávalos in the parish church of San Juan (Saint John) in Malaga. Some time before this date, probably between 1720-1725, his brother Antonio is likely to have moved to Málaga. Pedro had already settled in Málaga early in the 1730s where he engaged in the art of sculpture until his death sometime between 1771 and 1775. It is likely that at a very young age, Antonio Asensio arrived at Málaga, protected by his brother Peter, and where he must have come in contact with his brother’s sculpture studio and where he would have taught him the techniques and intricacies of the trade until finally setting out on his own in order to pursue a career away from the city of Málaga according to the documents. The reason for this move by Antonio Asensio is not yet known. As a result, Pedro and his son Vicente Asensio de la Cerda assisted a relative to acquire sculptural skills after which Antonio Asensio de la Cerda became the embodiment of the independent artist, liberated from the confines of the family studio whose style is typical of their time, consolidating the prestige of the city of Málaga as a sculptural centre of the first order in 18th century Andalusia. Antonio Asensio de la Cerda. Virgin of Sorrows (c. 1770-1771) (detail). Saint Paul Shipwreck Collegiate Church.

Iconography and sculptural treatment of “Dolorosas” imagery by the Asensio family

T

here is an iconographical issue capable of uniting the creative energies of the three members of the Asensio family, particularly with Antonio. What determines the similarities and differences between them is undoubtedly the Virgin of Seven Sorrows or “Virgen Dolorosa” as the subject is known in Spain. Plastic and expressive treatment of this subject was predominant in the production of Pedro, Vicente and Antonio Asensio de la Cerda allowing attribution to be made in view of their prolific production. This does not mean that the Asensio 70

family did not execute other iconographic genres, as confirmed by several sculptures contracted and/ or signed by Pedro and Antonio Asensio. However, the fact remains that perhaps, for them no other genre attracted similar dedication as the iconography of the Virgin of Sorrows which has a prominent place in Spanish sculpture in its devotional and processional versions. The popularity of the famous Virgin of Soledad (of Solitude) carved by Gaspar Becerra in 1565 for the third wife of the King

of Spain, Philip II, the Queen Elizabeth of Valois, was the catalyst for the emergence of this iconographical subject. Throughout the 17th century, the “Dolorosa” represented the ubiquitous theme of pain. The contributions of Pedro de Mena and José de Mora, the latter, another Baroque sculptor who worked in Granada were essential to abundant output of such a theme during and after the Baroque period. Generally speaking, “Dolorosas” concentrate their dramatic and painful tension in two focal points: the face and clasped


Tombstone of the Grech family in Saint Paul Shipwreck Collegiate Church.

hands, and the garments that help to maintain visual attention in both expressions. In Málaga, the influence of Pedro de Mena´s models was felt from the 18th century to the present, creating a myriad of sequels of varying quality and degrees of success as well as authenticity when compared to Mena´s original. The busts of the “Dolorosa” became a staple among those sectors of local Baroque patrons who discovered in the possession of such images a religious object perfectly oriented for satisfying their craving for devotional “consumption”. The study of these kinds of religious artistic pieces is extremely complicated due to alterations and manipulations added and inserted almost from the moment of their creation especially in the case of “Dolorosas” that are meant to be dressed with magnificent costumes and other decoration. The Asensio family and Fernando Ortiz are undoubtedly the great creators of the typological iconography of the “Dolorosa” in 18th century Málaga. The works of Asensio de la Cerda result in a series of related pieces that have been widely distributed in churches and convents of the city and province of Malaga and even other Andalusian provinces. All these sculptures demonstrate a similar plastic treatment leading to a common attribution to a famous worker in imagery. A study of the amazing similarities noted amongst the various depictions, leads to the assumption that they were mass produced save for the introduction of variations and modifications requested by the patron, apart from the skill and ability of the sculptor entrusted with the job. Ultimately it is only particular features that distinguish it. In addition to his affinities with members of the family workshop, various sculptures signed by Antonio Asensio are the main and undisputable references that permit several important works of sculpture to be attributed to him. Unlike his brother and nephew who were more interested in portraying sentimental, weepy females, the aesthetic and iconographic schemes of “Dolorosas” followed by Antonio Asensio clearly represents the triumph of 18th century pain as evoked by the young and delicate woman whose suffering expresses natural fragility rather than actual dramatic tension. The diffusion and success of models by Antonio Asensio de la Cerda is epitomized by the bust of Virgin of Sorrows found at St Paul Shipwreck Collegiate Church in Valletta. (Top) Vicente Asensio de la Cerda (attributed). Virgin of Sorrows (c. 1775-1783). Parish Church of Saint Peter (Málaga, Spain). (Middle) Antonio Asensio de la Cerda. Virgin of Sorrows (c. 1770-1771). Parish Church of Saint John (Málaga, Spain). (Bottom) Antonio Asensio de la Cerda (attributed). Virgin of Sorrows (c. 1770-1771)(detail). Saint Catherine Monastery (Valletta, Malta).

71


Programm tal-Festa tan-Nawfraġju ta’ San Pawl ‒ Valletta 2015

The History and artistic value of the Virgin of Sorrows in Valletta

A

ccording to available documents, on the 20th May, 1813, the Collegiate Chapter of St Paul Shipwreck granted the brothers Cayetano and Vicente Grech and their sister Rosalía Grech all natives of Germany and apparently from the parish of San Juan (Saint John) in Málaga, the patronage of the Chapel of San Cayetano with the right, and of their descendants, to be buried in the vault. For this purpose, it was necessary for the Collegiate Chapter to withdraw the assignment of the burial to the widow of Antonio Parisatti, whose family had enjoyed its use until the arrival of the Grech family. Although the altar of the chapel of San Cayetano had been erected in 1656, the Grechs enriched it splendidly, as recorded by a marble ledger-stone originally located on the floor of the same chapel; since placed next to other ledger-stones in the main nave of the church. In the text on the tombstone, dated 1811, the Grechs express their affection for the image of the “Virgen Dolorosa” (Deiparae Dolorosae Virgini) that they had brought from Spain (cuius iconem ex Hispania translatam), from Malaga to be exact, where they or their relatives had ordered it, almost certainly from Antonio Asensio de la Cerda around 1771. According to our hypothesis, it is quite possible that the Grech family arrived from Málaga to Malta to flee the ravages of the War of Independence that devastated the city in 1810. After settling in Valletta, the Grech family chose the Collegiate Church as the repository for their image beneath which they would also be buried. In this sense, although the final award of the altar is documented in 1813, the new arrivals had expressed their wishes to the Chapter earlier in 1811 when perhaps the first alterations and architectural interventions in the chapel were

72

executed according to the demands of its new patrons. Quite clearly, the Grechs’ fortunes and economic wealth must have greatly influenced the Chapter in its decision to grant them such a privileged location in the temple. Since then, the Virgin of Sorrows continues to welcome visitors to St Paul Shipwreck Collegiate Church in Valletta from within her brass niche above the altar of St Cayetano, which is also adorned with the Grech family coat of arms.

Antonio Asensio de la Cerda. Virgin of Sorrows (c. 1770-1771). Saint Paul Shipwreck Collegiate Church

In the sculpture, the use of formal solutions reveals deep emotions contained in an atmosphere of deep lyricism. The perfectly oval face, with tiny and exquisitely defined features, shows haste in execution but does not exclude the natural qualities provided by the lips that together with the two rows of teeth, effectively simulate sobbing. The undecided look, lost in the infinite and trembling lips eludes any expressionist and declamatory hint, betting on intimacy and serenity that

enhances the head, softly tilted to one side. The fall of the eyelids and the hands clasped to the chest, with crossed fingers, completed by the pearly flesh polychrome tones, with porcelainized texture, contribute to the coveted and introverted idealist aura forming the composition. In this sense, St Paul´s Virgin of Sorrows is perhaps one of the most successful “Dolorosas” sculpted by Antonio Asensio de la Cerda. Modelling and the oval contour of the face are represented according to accepted canons of art and are harmoniously conjoined with expressive resources as eloquent as the head tilted to the left side. On the other hand, there is no suggestion that distorts expressionist silent mysticism that overwhelms the evocation of the character of María in the drama of Calvary in her unequivocal condition such as a “heroine” of the Passion, recalling the popular medieval Lauda Stabat Mater Dolorosa. Antonio Asensio´s desire is to emphasize special plastic aspects processing features, rounding the tip of the nose, defining silhouette of chin that is barely altered by the dimple sunken surface and mild skin as well as the puckering eyebrows that are essential to clothe the droop of the languid eye. The polychrome pink tones and texture complements the porcelainized plasticity and devotional appeal that acquires its full meaning, beauty, religious fervor, devotional and aesthetic dimension, complemented by the joined and gathered hands in prayer. One further fascinating subject for research could be the investigation of the presence in Malta of similar Baroque sculptures from Málaga, which can be attributed to the same Antonio Asensio de la Cerda as in the case of another “Virgen Dolorosa” which is preserved in St Catherine´s Monastery Church in Valletta.


APS Achieve loAnS for ProfeSSionAl quAlificAtionS

leArn, Achieve, Perform & eArn. Upgrading your academic profile requires foresight and determination. Wisdom will ultimately drive your career in the direction you’ve been dreaming of. APS Achieve aims at minimising your financial burden to focus on your studies and achieve career progression. Plan your future carefully, then get in touch with us and find out how easily your dream can turn into a rewarding reality.

Apply online on apsbank.com.mt/achieve

psbank facebook.com/a

2122 6644

apsbank.com.mt

APS Bank is licensed by the Malta Financial Services Authority.

values you can bank on


www.sanpawlmalta.com


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.