Kalendarju Museumin Jannar - Frar 2017

Page 1

IL-FAQAR

Kalendarju Museumin

JANNAR - FRAR 2017


† Verbum Dei caro factum est Is-87 Sena Ħarġa Numru 1 / Jannar - Frar 2017

Editorjal Kif Niċċelebraw Anniversarju

3

Mill-Iskrittura Il-Faqar fil-Bibbja

5

Taġħlim Papa Franġisku It-Teoloġija tal-Faqar

11

Kittieba Spiritwali Il-Faqar fil-Kitba tal-Qaddisin

14

Il-Fundatur Jgħallimna II-Faqar fil-Kitba ta’ Dun Ġorġ Sentenzi ta’ Dun Ġorġ dwar il-Faqar

20 25

Mit-Tradizzjoni Museumina Faqar Stil Museumin

28

Aspetti Missjoloġiċi Il-Ġid ta’ Bniedem Fqir

34

Il-Pittura tal-Faċċata Min Hu Sieger Köder? Surrender Il-Pittura Tispirani

40 44 46

Letteratura God’s Pauper ta’ Nikos Kazantzakis

49

Ġrajja Dejjem Irridu Aktar

53

Djarju Museumin Avvenimenti Ottubru Diċembru 2016

56

Assenjatur

58

Għerf mid-Deżert Tlett Irġiel

67

Rivista ta’ kull xahrejn għall-użu privat tal-membri tas-Soċjetà tad-Duttrina Nisranija M.U.S.E.U.M. Direzzjoni u Amministrazzjoni: Dar Ġenerali 207 Triq San Ġorġ Preca, Marsa MRS 9010 www.sdcmuseum.org e-mail: info@sdcmuseum.org


Editorjal

Kif Niċċelebraw Anniversarju?

M

atul l-2017 is-Soċjetà ser tkun qed tiċċelebra l-anniversarju tal-110 sena mit-twaqqif tagħha u forsi l-ewwel ħsieb li jiġi f’moħħna huwa li diġà għaddew 10 snin miċ-ċentinarju tasSoċjetà u mill-kanonizzazzjoni tal-Fundatur. Għal ħafna minna għadhom friski f’moħħna l-ġrajjiet u l-avvenimenti li għexna matul dik is-sena tassew imbierka u speċjali. Fi tmiem sena oħra u fil-bidu ta’ sena ġdida jiġina wkoll il-ħsieb ta’ gratitudni lejn Alla li żammna qawwijin u sħaħ u li kompla jipperseverana fil-vokazzjoni tagħna. Fl-2017 aħna nfakkru wkoll il-100 sena mid-dehriet ta’ San Vinċenz Ferrer lil Dun Ġorġ li seħħew proprju fl-1917. Wara dawn id-dehriet Dun Ġorġ ried li l-membri jibdew jaraw lil San Vinċenz bħala l-profeta tagħhom u dan jagħmluh l-iktar bl-għejxien tal-proponiment hekk imsejjaħ “tal-Ferrer” li aħna nagħmlu kuljum fil-bidu tal-Assenjatur.

F

id-dinja kulħadd jiċċelebra l-anniversarji tiegħu b’modi differenti u bil-karatteristiċi li jiddefinixxuh. Aħna fil-Museum għandna l-istil partikulari tagħna kif niċċelebraw anniversarju u dan qatt ma jinkludi storbju, ostentazzjoni jew aspettattivi superfiċjali u li jgħaddu bla ma jġibu l-ebda bidla fina. Filwaqt li nifirħu u nirringrazzjaw lil Alla, aħna iktar nippreferu li mmorru għal xi ħaġa iktar kwieta u ordinarja imma daqstant ieħor

profonda. U matul din is-sena f’dan is-sens għandna ħafna fuq xiex naħsbu u nirriflettu. Wieħed jista’ jgħid li dawn iż-żewġ anniversarji huma koinċidenza jew kumbinazzjoni. Iktar jaqblilna nħarsu lejhom bħala grazzja u stedina. Faċilment nistgħu norbtu dawn iż-żewġ anniversarji flimkien billi bħala membri nissaħħu filvokazzjoni tagħna billi nitħeġġu iktar fl-għejxien tal-faqar, tas-

Jannar – Frar 2017 ⁄Kalendarju Museumin

5


sempliċità, tal-manswetudni, tal-umiltà, tal-imħabba lejn id-disprezzi u tal-imħabba kbira ta’ bejnietna. Għax wara kollox min huwa l-membru Museumin jekk mhux dak li qed jipprova jgħix dawn ilvirtujiet? Aħna niċċelebraw b’dak li jimmarkana u jidentifikana u huma proprju dawn issitt kwalitajiet li jagħmluna Museumini. Għaldaqstant jekk irridu li l-2017 tkun sena oħra speċjali rridu nkomplu nifhmu dawn l-attitudnijiet u kif nistgħu nintegrawhom b’iktar ħeġġa filħajja tagħna.

Bħala għajnuna, is-sitt ħarġiet tal-Kalendarju Museumin ta’ din is-sena ser ikunu ftit differenti minn dawk tas-soltu fis-sens li ser ikunu ftit iktar tematiċi. Kull ħarġa ser tiffoka fuq waħda mill-virtujiet tal-Proponiment tal-Ferrer u tkun tinkludi artikli b’aspetti differenti tal-virtù għall-istudju u għar-riflessjoni personali. Barra minn hekk flAssenjatur ser ikunu assenjati xi wħud minn dawn l-artikli biex matul dawk ix-xahrejn partikulari l-membri u l-Kandidati fi spirtu komunitarju jistudjaw, jaħsbu, jaqsmu u jitolbu flimkien fuq il-virtù esponuta. Dan il-materjal għandu sempliċiment iservi bħala sussidju biex imbagħad 6

is-Superjur u l-membri talQasam jaraw kif janimaw iktar dawn ir-riflessjonijiet billi anke jkomplu jfittxu iktar materjal. L-iskop huwa dejjem wieħed, jiġifieri li nkomplu nsiru membri aħjar, għax imbagħad il-Qasam u s-Soċjetà jkunu aħjar. U nsiru aħjar billi nkunu dak li għandna nkunu u dan huwa dak li nipproponu kuljum. Dan huwa dak li jixtieq Alla minna fis-Soċjetà u matul din is-sena għandna okkażjoni oħra biex inkomplu nogħġbuh u nagħtuh glorja.

F’din il-ħarġa nibdew bil-virtù tal-faqar li skont it-tagħlim ta’ Santu Wistin hija kwalità indispensabbli għal min irid jgħix biss għal Alla. Qablu Ġesù kien ċar fuq din il-kwalità. Ma jistax membru jgħix il-vokazzjoni tiegħu mingħajr ma jkun fqir u distakkat minn ġidu, ħsibijietu, xewqatu, ħinu u l-bqija. Kliem Papa Franġisku f’Havana, Kuba, għandu jħeġġiġna għal ħajja iktar fqira: “Ħobbu l-faqar bħalma tħobbu lil ommkom għax il-faqar bħal ħajt jipproteġikom minn ġibdiet u affezzjonijiet mundani.”

Kalendarju Museumin ⁄ Jannar – Frar 2017


Mill-Iskrittura

Il-Faqar fil-Bibbja

F

il-Bibbja nsibu żvilupp fir-realtà tal-faqar. F’sens bibliku l-interpretazzjoni tal-faqar tvarja minn sofferenzi inevitabbli li jwasslu lillpersuna tiftaħ qalbha għal Alla, għal rinunzja tad-drittijiet personali b’għażla ħielsa tal-persuna. Għalhekk il-faqar li minnu titkellem il-Bibbja jmur ’l hinn mill-kundizzjoni ekonomika u soċjali; il-faqar huwa dispożizzjoni interjuri tal-qalb, attitudni spiritwali. It-Testment il-Qadim jirrivela l-għana spiritwali tal-faqar, filwaqt li t-Testment il-Ġdid jikkunsidra l-foqra bħala l-werrieta privileġġati tas-Saltna ta’ Alla.

Il-Faqar fit-Testment il-Qadim

F

ir-Rabta l-Qadima l-ġid materjali huwa ġeneralment meqjus barka ta’ Alla u l-għonja kkunsidrati bħala nies fidili lejn Alla. Dan f’kuntrast malfaqar, ħafna drabi kkunsidrat kastig konsegwenza tad-dnub, tal-infedeltà lejn Alla u talgħażż. Madanakollu l-profeti u l-awturi sagri ta’ wara l-Eżilju bdew jirrealizzaw li l-għonja u s-setgħana kienu faċilment iwebbsu qalbhom quddiem il-ħtiġijiet tal-proxxmu, jikkunsidraw lilhom infushom superjuri għal ħaddieħor u jużaw l-influwenza soċjali tagħhom biex jisfruttaw lill-oħrajn. Għallkuntrarju, dawk li jesperjenzaw

il-miżerja u s-sofferenzi personali ssibhom, ġeneralment, aktar solidali ma’ xulxin (pereżempju, fl-Eżilju).

Il-profeti tar-Rabta l-Qadima ddefendew lill-foqra, ħafna drabi vittmi tal-inġustizzji ta’ dawk l-aktar għonja u setgħana. Ikkundannaw il-vjolenza, is-serq u l-abbuż tal-poter. Il-profeti tennew il-Liġi ta’ Mosè (ara Eż 20, 15 ss; 22, 21-26; 23, 6) li kienet titlob li jittieħdu miżuri soċjali biex tonqos is-sofferenza ta’ dawk l-aktar fil-bżonn (ara Dewt 15, 1-15; 24, 10-15; 26, 12). Il-profeti ħabbru wkoll il-miġja ta’ Messija li kellu jiddefendi d-drittijiet talfqar u tal-emarġinati (ara per eż. Is 11, 4; S 72, 2ss. 12ss).

Jannar – Frar 2017 ⁄Kalendarju Museumin

7


L-Eżilju fil-Babilonja ta' Gebhard Fugel

Kienet l-esperjenza qarsa u umiljanti tal-Eżilju fil-Babilonja u n-numru kbir ta’ diżappunti wara r-ritorn tagħhom millEżilju li l-Poplu ta’ Israel ta valur reliġjuż lill-faqar, valur sinonimu mal-umiltà u l-qdusija. L-Israelin bdew jikkunsidraw il-faqar bħala kundizzjoni soċjali li permezz tagħha l-poplu jsib ir-refuġju tiegħu f’Alla filwaqt li jistenna bit-tama l-miġja tiegħu. Infatti, b’mod speċjali għall-Profeta Isaija, il-“fqar” huma l-poplu maħqur ta’ Israel, poplu li jsib ir-refuġju tiegħu f’Alla l-waħdieni (ara 14, 32; 25, 4; 49, 13). Is-Saltna ta’ 8

Alla hija mxandra lil dan il-poplu, lill-“fqar ta’ Jaħweh” (anawim). Dawn il-“fqar” huma mħeġġa biex jistennew b’tama qawwija l-miġja tal-glorja ta’ Alla. Dan il-fatt narawh ukoll b’mod ċar f’numru ta’ kotba tat-Testment il-Qadim, fosthom fis-Salmi, f’Żakkarija u fil-Proverbji. Il-Faqar fit-Testment il-Ġdid

I

l-valur reliġjuż tal-faqar kien iċċarat bl-inkarnazzjoni talKelma ta’ Alla li saret ġisem fil-persuna ta’ Sidna Ġesù Kristu. Permezz tal-miġja tiegħu fuq

Kalendarju Museumin ⁄ Jannar – Frar 2017


din l-art Ġesù rrivela ’l Alla bħala Alla tal-providenza, Alla li kontinwament jgħix biex jagħti. L-Inkarnazzjoni serviet kemm ta’ sagrament tal-imħabba li Alla għandu għall-bnedmin kif ukoll ta’ eżempju għalihom. Fid-Diskors tal-Muntanja Ġesù jgħallem li l-fqar huma l-werrieta privileġġati tas-Saltna li huwa ġie biex ixandar (ara Mt 5, 3; Lq 6, 20). Huwa jfaħħar ’l Alla għaliex għażel li jwassal “il-bxara t-tajba lill-fqajrin...” (Lq 4, 18). Ġesù jwiegħed is-salvazzjoni lil dawk kollha li jqiegħdu t-tama tagħhom fih f’kull bżonn tagħhom (ara Mt 11, 1-6) u mhux lil dawk li jwebbsu qalbhom u ma jilqgħuhx (ara Mt 9, 12). Ġesù jħobb ilfoqra mhux sempliċiment għax huma foqra imma għaliex fil-faqar tagħhom huma aktar disponibbli biex jilqgħu l-messaġġ tiegħu. Huwa saħansitra jaqsam il-faqar magħhom. Infatti Ġesù twieled fqir (ara Lq 2, 7), għex fqir (ara Mt 8, 20; 13, 55) u miet fqir (ara Mt 27, 35). Meta l-Iben ta’ Alla sar bniedem, għażel it-triq talfaqar, li jitneżża’ minn kollox. Kif jgħid San Pawl fl-Ittra lill-Filippin: “Aħsbu bħalma kien jaħseb Kristu Ġesù: hu li għad li kellu n-natura ta’ Alla ma qagħadx ifittex tiegħu li hu daqs Alla, iżda xejjen lilu nnifsu billi ħa n-natura ta’ lsir; sar jixbah lill-bnedmin.” (2, 5-7)

Ġesù hu Alla li jinża’ l-glorja tiegħu. Hawn naraw liema kienet l-għażla tal-faqar li għamel Alla: hu li kien għani ftaqar biex bilfaqar tiegħu nistagħnew aħna (ara 2 Kor 8, 9). Dan hu l-misteru li nikkontemplaw fil-presepju fejn nilmħu lill-Iben ta’ Alla f’maxtura, u mbagħad fuq is-salib fejn ittneżżigħ tiegħu jilħaq il-quċċata.

Tabilħaqq, il-Bxara t-Tajba li Ġesù ġie biex ixandar f’din iddinja kienet dik li s-Saltna ta’ Alla kienet waslet fih u permezz tiegħu. Ġesù jitlob l-istess tip ta’ faqar minn dawk li jridu jimxu warajh (ara Mt 8, 20 par; 19, 12-21 par) sabiex b’hekk ikunu jistgħu jingħataw kompletament għall-bini tas-Saltna ta’ Alla. Mal-wasla tas-Saltna l-bnedmin ġew f’sitwazzjoni li jridu jagħmlu deċiżjonijiet radikali fil-ħajja tagħhom. Ġesù għamilha ċara li bil-miġja tas-Saltna r-rikkezzi ta’ din id-dinja saru periklu u ostaklu għal min irid jaċċetta l-istess Saltna fil-qalb tiegħu, sal-punt li huwa “eħfef li ġemel jgħaddi minn għajn ta’ labra milli wieħed għani jidħol fis-Saltna tas-Smewwiet” (Mt 19, 24 par).

Madanakollu t-tagħlim li nsibu fitTestment il-Ġdid ma jikkunsidrax il-ġid tad-dinja ħażin fih innifsu jew li n-nuqqas ta’ dan il-ġid

Jannar – Frar 2017 ⁄Kalendarju Museumin

9


Kalendarju Museumin ⁄ Jannar – Frar 2017 San Pawl ta' Rembrandt


għandu xi valur morali. Dak li t-Testment il-Ġdid jenfasizza hu l-fatt li r-rikkezzi u, aktar minn hekk, il-ħażna tagħhom, joffru periklu serju għal dawk li jridu jimxu wara Ġesù. Dawk li huma medhijin bil-ġid tad-dinja għandhom it-tendenza li jkunu passivi quddiem il-preżenza tas-Saltna ta’ Alla, torox quddiem il-karba u l-bżonnijiet tal-fqar u indifferenti għas-sejħa li jimmudellaw ħajjithom skont l-Evanġelju.

Ġesù ma jeżaltax il-faqar biex jiddisprezza l-ġid jew biex jippromovi l-axxetiċiżmu imma għaliex il-faqar jgħin lill-bnedmin jagħrfu d-dipendenza tagħhom fuq il-providenza ta’ Alla u, flistess ħin, jgħinhom ikunu aktar attenti u qalbhom miftuħa għallbżonnijiet tal-oħrajn. Fit-tagħlim tiegħu fuq id-dixxipulat, Ġesù jitlob minn dawk li jagħżlu li jkunu foqra għas-Saltna ta’ Alla biex jaqsmu ġidhom mal-foqra, ħuthom fis-Saltna ta’ Alla. Meta Nisrani jgħix il-fidi tiegħu fisSaltna b’għażla favur il-faqar, din l-istess fidi trid tiġi murija fl-għaqda tal-imħabba ta’ dawk kollha li huma magħqudin filĠisem ta’ Kristu. Għalhekk dawk li għandhom il-fidi ma jużawx il-ġid materjali bħala tarka biex biha jiddefendu lilhom infushom

fil-konfront tal-oħrajn. Għallkuntrarju huma jaqsmu ġidhom mal-fqar minħabba l-konvinzjoni tagħhom li l-ġid li għandhom huwa providenza ta’ Alla. Aktar minn hekk, huma jikkunsidraw dan l-istess ġid bħala mezz li permezz tiegħu jistgħu juru fil-prattika l-imħabba tagħhom lejn il-proxxmu. Dan jenfasizza element essenzjali tal-faqar Nisrani, jiġifieri li l-bnedmin kollha għandhom dritt għal sehem mill-ġid tal-ħolqien ta’ Alla. Il-persuni attakkati mal-ġid taddinja m’għandhomx l-ispirtu ta’ libertà li huwa tant neċessarju biex wieħed jaċċetta b’qalbu kollha s-Saltna ta’ Alla fil-ħajja tiegħu. Għalhekk Ġesù mhux biss jesiġi mid-dixxipli tiegħu biex jaqsmu l-ġid tagħhom malfqar imma saħansitra biex ikunu lesti jsiru fqar huma wkoll. Dan hu l-faqar tal-ispirtu li nsibu fl-Evanġelju skont San Mattew: “Imberkin il-foqra fl-ispirtu...” (5, 3), jiġifieri dawk li għandhom il-faqar tal-ispirtu. L-aġġettiv Grieg ptochós (fqir) m’għandux tifsira materjali biss, imma jfisser ukoll “tallâb”. Għandna norbtuh mal-kunċett Lhudi ta’ anawim, il-“foqra ta’ Jaħweh”, terminu li jevoka umiltà, għarfien tal-limitazzjonijiet personali, tal-kundizzjoni eżistenzjali ta’

Jannar – Frar 2017 ⁄Kalendarju Museumin

11


faqar li l-bniedem jinsab fiha. L-anawim jafdaw fil-Mulej, jafu li jiddipendu minnu. Ġesù talab minn dawk li jridu jimxu warajh biex jiddistakkaw ruħhom minn kull xewqa għall-ġid temporali sabiex jixxennqu u jkunu lesti jirċievu l-ġid veru (ara Mt 6, 24, 33; 13, 22). Konklużjoni

F

l-Iskrittura Mqaddsa, allura, il-persuni li jridu jimxu wara Ġesù jeħtieġu li, flimkien mal-faqar materjali, jixxennqu u jħaddnu wkoll il-faqar talispirtu (ara Lq 14, 26. 33). Biex ikollna stampa aktar ċara ta’ min huma l-“foqra fl-ispirtu”, li

12

huma wkoll il-werrieta tas-Saltna, huwa neċessarju li nammettu l-limitazzjonijiet materjali u spiritwali personali tagħna u, kif nitolbu fl-Arloġġ Museumin fit-talba tat-3:00 p.m. kull nhar ta’ Erbgħa, inkunu konxji “li aħna tassew foqra jekk Alla ma jsostniniex f’kollox”. Lil hinn minn kull suppervja li wera l-Fariżew, il-“foqra fl-ispirtu” jissieħbu mal-umiltà tal-Pubblikan talparabbola (Lq 18, 9-14). Konvinti mill-ħtiġijiet materjali u spiritwali tagħhom, il-“foqra fl-ispirtu” jsiru jixbhu lit-tfal u bħalhom jirtu s-Saltna ta’ Alla (ara Lq 18, 15ss; Mt 19, 13-24). Jonathan Sammut

Kalendarju Museumin ⁄ Jannar – Frar 2017


Tagħlim Papa Franġisku

It-Teoloġija tal-Faqar Omelija ta’ Papa Franġisku fil-Kappella ta’ Casa Santa Marta It-Tlieta 16 ta’ Ġunju 2015

F

l-omelija tiegħu l-Papa ħa l-ispunt mill-ewwel qari u rrifletta fuq il-post tal-faqar fil-Vanġelu. Fl-ittra tiegħu San Pawl juri l-ħsieb li jorganizza ġabra fil-Knisja ta’ Korintu biex biha jgħin lil dik ta’ Ġerusalemm fejn l-Insara kienu għaddejjin minn tbatijiet kbar minħabba l-faqar tagħhom. Il-Papa nnota illi llum, bħal dakinhar, il-faqar huwa “kelma li dejjem timbarazzana”. Bosta drabi nisimgħu min jgħid: “Imma dal-qassis jitkellem wisq dwar il-faqar, dan l-isqof jitkellem dwar il-faqar, dan inNisrani jitkellem dwar il-faqar ... Huma xi ftit Komunisti, hux?” Bil-maqlub il-Papa jiddikjara: “Il-faqar huwa fil-qalba nett tal-Vanġelu: jekk inneħħuh mill-Vanġelu, ħadd ma jkun jista’ jifhem xejn dwar il-messaġġ ta’ Ġesù.”

Il-Fidi Mhix Ġenwina Jekk Ma Tasalx sal-Bwiet

H

uwa u jkellem lill-Insara ta’ Korintu, San Pawl jurihom biċ-ċar liema hu l-għana veru tagħhom: “Intom għonja f’kollox, fil-fidi u fil-kelma, fl-għerf u fiż-żelu kollu, fl-imħabba li aħna rawwimna f’qalbkom.” Imbagħad jeżortahom: “Bħalma intom għonja, kunu wkoll kbar f’din il-ħidma ġeneruża, f’din il-ġabra. Jekk għandkom tant għana f’qalbkom - dawn it-teżori

kbar taż-żelu, tal-ġenerożità, talkelma ta’ Alla, tal-għarfa ta’ Alla - ħallu dan l-għana jilħaq il-bwiet tagħkom.” Din hija regola taddeheb: jekk il-fidi ma twassalniex biex indaħħlu jdejna fil-but, mhix fidi ġenwina. Hija din ir-regola tad-deheb li San Pawl qed jesponi meta jgħid: “Intom għonja f’bosta ħwejjeġ; mela kunu ġenerużi wkoll f’din il-ħidma ta’ ħniena.” U hawn għandna l-kuntrast bejn l-għana u l-faqar. Il-Knisja ta’ Ġerusalemm hija fqira, qed tiffaċċja diffikultajiet ekonomiċi,

Jannar – Frar 2017 ⁄Kalendarju Museumin

13


imma hija għanja għax għandha t-teżor tal-messaġġ tal-Vanġelu. Din il-Knisja fqira ta’ Ġerusalemm għaniet il-Knisja ta’ Korintu permezz tal-messaġġ tal-Vanġelu; tatha l-għana tal-Vanġelu. Jalla l-Faqar ta’ Kristu Jagħnina

H

uwa u jgħid fi kliemu dak li kiteb San Pawl, il-Papa Franġisku għamel sejħa lilna lkoll biex nimxu fuq l-eżempju tal-Knisja ta’ Korintu, Knisja li l-imseħbin tagħha, minkejja li 14

kellhom bosta ġid materjali iżda kienu foqra mingħajr ix-xandir tal-Vanġelu, għanew lill-Knisja ta’ Ġerusalemm billi għenu fil-bini tal-Poplu ta’ Alla. Hawn għandna s-sisien tat-‘Teologija tal-Faqar’: Ġesù Kristu, li kien għani bl-istess għana ta’ Alla, għamel lilu nnifsu fqir, baxxa lilu nnifsu għalina. Din hija t-tifsira tal-ewwel Beatitudni: “Henjin dawk li huma foqra f’qalbhom.” Li tkun fqir ifisser li tħalli lilek innifsek tistagħna bil-faqar ta’ Kristu,

Kalendarju Museumin ⁄ Jannar – Frar 2017


tixtieq li tkun għani biss bl-għana ta’ Kristu u mhux b’għana ieħor.

Meta nagħtu l-għajnuna lill-foqra ma nkunux sempliċiment qed nagħmlu atti ta’ karità ‘b’mod Nisrani’. L-assistenza hija ħaġa tajba u umana għall-aħħar - imma mhix il-faqar Nisrani li San Pawl jixtieq minna u li qed iħabbrilna. Il-faqar Nisrani jikkonsisti filli jiena nagħti minn dak li hu tiegħi u mhux minn dak li għandi żejjed. Nagħti anke dak li għandi bżonn għalija lill-fqir, persważ li din il-ħaġa lili ser tagħnini. Għaliex jagħnini l-fqir? Għax Ġesù nnifsu qalilna li Hu jinsab fil-persuna ta’ min hu fqir.

il-misteru ta’ Kristu li umilja lilu nnifsu, li ħalla lilu nnifsu jsir fqir biex nistagħnew aħna. Mela nistgħu nifhmu għaliex l-ewwel Beatitudni hija “Henjin dawk li huma foqra f’qalbhom”. Li tkun fqir fl-ispirtu jfisser li inti tgħaddi mit-triq li minnha għadda l-Mulej, il-Mulej li ftaqar meta baxxa lilu nnifsu sal-punt li sar ħobż għalina fis-sagrifiċċju tal-Quddiesa. Huwa jkompli jbaxxi lilu nnifsu fl-istorja tal-Knisja, fit-tifkira tal-passjoni tiegħu, fit-tifkira tal-umiljazzjoni u tal-faqar tiegħu, permezz talħobż qaddis li jagħnina. Tradotta u Addattata minn Joe Spiteri

Il-Faqar Nisrani Mhux Xi Ideoliġija

M

eta xi ħadd jinfired minn xi ħaġa, u mhux biss minn xi ħaġa li minnha għandu blabbundanza, biex jagħtiha lil min hu fqir, b’hekk ikun qed jistagħna. Ġesù jkun qed jaġixxi f’min jagħmel hekk ... u jkun jaġixxi wkoll fil-persuna tal-fqir li jagħni lil min jagħtih minn dak li hu tiegħu.

“Din hija t-Teoloġija tal-Faqar. Il-faqar mhuwiex xi ideoloġija iżda qiegħed fil-qalba tal-Vanġelu. Huwa proprju dan il-misteru,

Jannar – Frar 2017 ⁄Kalendarju Museumin

15


Kittieba Spiritwali

Il-Faqar fil-Kitba tal-Qaddisin

S

a mill-ewwel sekli tal-Knisja, il-frażi ‘Imberkin il-foqra’ kienet tiġi kwalifikata, hekk li d-dutturi ewlenin tal-Knisja ħadu aspetti differenti dwar x’ried iwassal Ġesù sewwasew b’din il-barka. Hekk, ngħidu aħna, il-Papa u Duttur San Iljun il-Kbir (+461) juri l-fehma li din tgħodd ukoll għal min mhux nieqes mill-ġid: “Wieħed jista’ jistaqsi dwar liema foqra l-Verità jrid jifhem meta jgħid ‘Imberkin il-foqra’, għax ma jżid xejn li jista’ juri għal liema foqra qed jirreferi. Jista’ jidher li biex wieħed jikseb is-Saltna tas-Smewwiet biżżejjed ikun ibati minn faqar u miżerja. Imma meta l-Mulej jgħid ‘Imberkin il-foqra fl-ispirtu’ jurina li s-Saltna tasSema trid tiġi mogħtija lil dawk li għandhom l-umiltà tal-qalb iktar milli l-faqar ta’ mezzi materjali. Tassew li ma nistgħux niddubitaw li l-umiltà tista’ tinkiseb aktar faċilment mill-foqra milli millgħonja, għax id-doċilità hi l-kumpann ta’ dawk fil-bżonn filwaqt li l-kburija fil-moħħ tinsab iktar fil-għonja. 16

Madankollu f’xi għonja wkoll tinsab dik id-dispożizzjoni talqalb li twassalhom biex jinqdew bl-abbundanza tagħhom mhux biex ikabbru s-suppervja tagħhom imma biex jeżerċitaw il-qalb tajba tagħhom, u jqisu bħala profitt kbir dak li jagħtu biex itaffu l-miżerja u t-tbatija taloħrajn. Kull xorta ta’ nies jistgħu jkollhom sehem minn din il-virtù, għax in-nies jistgħu jkunu ndaqs fil-volontà imma mhux indaqs fil-ġid. Ma jimpurtax kemm huma differenti fil-mezzi materjali; l-aqwa li huma ndaqs fil-ġid spiritwali. Imbierek, mela, il-faqar li mhux miksub mill-imħabba lejn il-ġid ta’ ħwejjeġ temporali u li ma jfittixx li jitkabbar bil-għana

Kalendarju Museumin ⁄ Jannar – Frar 2017


tad-dinja, imma hu mxennaq biex jiġma’ l-ġid tas-sema.”

Maż-żmien kienu ħafna l-qaddisin li ħaddnu l-faqar u ppersonifikaw b’ħajjithom din il-virtù. Il-faqar kien tant għal qalb San Franġisk ta’ Assisi (1181-1226) li f’wieħed mill-paragrafi tar-Regola tiegħu nsibu hekk: “Din hi l-quċċata tal-ogħla faqar, li tagħmel minnkom, ħuti l-aktar għeżież, werrieta u slaten tasSaltna tas-Sema: foqra fil-ħwejjeg tad-dinja imma għonja fil-virtù. Jalla dan ikun is-sehem tagħkom

li jwassalkom lejn l-art tal-ħajjin. Jekk tiddedikaw lilkom infuskom bis-sħiħ għal dan, f’ġieħ il-Mulej tagħna Ġesù Kristu, ma tkunu tixtiequ xejn aktar f’din id-dinja.” Il-mistiċi daħlu fid-dettal dwar il-faqar u taw il-pariri għaqlin tagħhom. San Ġwann tas-Salib (1542-1591) jikteb hekk:

“Iktar ma tinfired mill-ħwejjeġ tad-dinja, aktar tersaq lejn dawk tas-sema u iktar issib ir-rikkezzi ta’ Alla. Min jasal li jmut għal kollox, isib il-ħajja f’kollox. Infired mill-ħażen, agħmel it-tajjeb, fittex

San Ġwann tas-Salib

Jannar – Frar 2017 ⁄Kalendarju Museumin

17


il-paċi. Min jibki u min igerger la hu perfett u lanqas Nisrani tajjeb. In-Nisrani tajjeb hu umli, hu moħbi fix-xejn tiegħu u jaf jintelaq f’Alla. Hu ħelu dak li jaf jissaporti lill-proxxmu u li jissaporti lilu nnifsu. Jekk trid tkun perfett, bigħ il-volontà tiegħek u agħtiha lill-foqra talispirtu; imbagħad dur lejn Kristu biex tikseb mingħandu l-ħlewwa u l-umiltà u imxi warajh salKalvarju u sal-Qabar.” Silta oħra minn San Ġwann tasSalib hi din:

“Biex tasal li tiggosta kollox, ma trid tiggosta xejn. Biex tasal li tikseb kollox, ma trid tikseb xejn. Biex tkun kollox, ma trid tkun xejn. Biex tasal li tkun taf kollox, ma trid tkun taf xejn.”

Il-Venerabbli Antoine Chevrier (1826-1879), ħabib kbir u iben spiritwali tal-Kurat ta’ Ars u li beda soċjetà ta’ saċerdoti biex jgħallmu l-katekiżmu lilladolexxenti foqra, jeżorta lissaċerdoti tiegħu:

Kalendarju Museumin ⁄ Jannar – Frar 2017

Santa Tereża-Benedetta tas-Salib


“Aħna s-saċerdoti rridu niddu fiddinja bid-dawl tagħna, jiġfieri bleżempji tajbin tagħna, bil-virtujiet tagħna. Irridu nipprattikaw il-virtujiet li huma kontra l-vizzji tad-dinja u aktar ma d-dinja hi mħassra u korrotta iktar irridu niddu f’għajnejha u bl-għemejjel kuntrarji nirbħu fuqha, inħalluha tistagħġeb bi kliemna u l-iktar bleżempji tagħna. Iktar ma d-dinja tħobb illussu u r-rikkezza, iktar aħna rridu nħobbu l-faqar. Iktar ma d-dinja tħobb il-benessere, illaxkezza, iktar irridu niddu bilmortifikazzjoni u l-penitenza, bilkarità u l-ħeġġa. Jeħtieġ li d-dinja tkun taf bil-ħidma tagħna.

Hu fil-faqar li s-saċerdot isib il-forza, il-qawwa u l-libertà tiegħu. X’jistgħu jagħmlu kontra saċerdot fqir u distakkat? Illum iktar minn qatt qabel jeħtieġ tkun fqir biex teħodha kontra d-dinja, kontra d-divertiment, il-lussu u l-benessere tagħha li qed jikbru b’mod tant mgħaġġel kullimkien.” F’waħda mill-poeżiji tagħha Santa Tereża ta’ Lisieux (1873-1897) issellem lill-faqar:

“O faqar, l-ewwel sagrifiċċju tiegħi, Sal-mewt timxi warajja kullimkien Għax naf li biex jiġri fil-korsa

L-atleta jrid jiċċaħħad minn kollox. Duqu, nies tad-dinja, ir-rimors u d-dwejjaq Il-frott morr tal-frugħa tagħkom. Bil-ferħ jiena niġbor fl-arena Il-palm tal-faqar. Ġesù qal: ‘Hu bi sforz Li wieħed jirbaħ is-saltna tas-Smewwiet.’ Tajjeb! Il-faqar iservina ta’ lanza U elmu glorjużi.” Il-Karmelitana u marti Santa Tereża-Benedetta tas-Salib, Edith Stein (1891-1942), tgħid hekk:

“Ġesù mexa qabilna fit-triq talfaqar. Il-ġid kollu tas-sema u tal-art huma kollha tiegħu. Ma jqegħdulu l-ebda periklu; seta’ jinqeda bihom kollha. Imma kien jaf li kważi impossibbli għall-bniedem li jippossiedi l-ġid mingħajr ma jkun subordinat għalih u ma jsirx ilsir tiegħu. Għalhekk abbanduna kollox u wriena, iktar bl-eżempju tiegħu milli bi kliemu, li jippossiedi kollox dak li ma jippossiedi xejn. It-twelid tiegħu fi stalla u l-ħarba fl-Eġittu wrew mill-bidu li Bin il-Bniedem ma riedx ikollu fejn joqgħod u fejn imidd rasu. Min irid jimxi warajh għandu jifhem li hawn isfel m’għandniex dar permanenti. Iktar ma nkunu nafu dan, iktar bil-ħerqa nduru lejn

Jannar – Frar 2017 ⁄Kalendarju Museumin

19


“Imberkin intom il-foqra, għax tagħkom hi s-Saltna ta’ Alla.”

Kalendarju Museumin ⁄ Jannar – Frar 2017

San Franġisk ta' Assisi ta' Bernardo Strozzi


id-dar futura u iktar nifirħu għallħsieb li għandna dritt għall-belt tas-sema.” It-tielet Tereża, magħrufa għallbelt li tant ħadmet fiha Kalkutta (1910-1997), fundatriċi tasSorijiet Missjunarji tal-Karità, tħares lejn il-vera mħabba lejn il-foqra:

“M’għandniex inkunu sodisfatti biss li nagħtu l-flus; il-flus mhumiex biżżejjed għax wieħed jista’ jakkwistahom. Huma jdejna li l-foqra għandhom bżonn, biex nagħtuhom l-għajnuna; huma qlubna li l-foqra għandhom bżonn, biex ikunu maħbuba. Irreliġjon ta’ Kristu hi l-imħabba, li n-nies tant jeħtieġu. Dawk li huma f’ħajja komda bla dubju għandhom ir-raġunijiet tagħhom. Jista’ jkun li ħadmu għalihom. Imma meta n-nies jaħlu dak li nistgħu nużaw! Spiss id-diffikultà mas-sinjuri u wkoll ma’ nies li huma komdi hi li ma jafux tassew min huma l-foqra; għalhekk aħna rridu naħfrulhom, għax l-għarfien ma jistax ma jwassalx għallimħabba u l-imħabba twassal għas-servizz. Hu minħabba li ma jafux min xiex jgħaddu l-foqra li mhumiex imqanqla bi ħniena għalihom. Jiena nipprova nagħti għall-foqra bl-imħabba; dan hu li l-għonja jistgħu jakkwistaw

bil-flus. Ċertament, ma mmissx lebruż għal miljun lira, imma minn jeddi nieħu kura tiegħu għall-imħabba ta’ Alla.” Fl-Udjenza Ġenerali tat-30 ta’ Novembru 1994 il-Papa San Ġwanni Pawlu II (1920-2005) kien qal hekk:

“Ġesù pproklama l-barka lillfoqra: ‘Imberkin intom il-foqra, għax tagħkom hi s-Saltna ta’ Alla.’ Dwar dan għandna niftakru li diġà fit-Testment il-Qadim jissemmew ‘il-foqra tal-Mulej’ li huma ‘oġġett tal-barka divina’. Dan jgħodd għall-umli li jfittxu lil Alla u jqiegħdu l-fiduċja tagħhom fil-protezzjoni tiegħu. Dawn id-dispożizzjonijiet ta’ umiltà u ta’ fiducja jiċċaraw il-verżjoni tal-Barkiet skont San Mattew: ‘Imberkin dawk li huma foqra fl-ispirtu.’ Huma ‘foqra fl-ispirtu’ dawk kollha li minflok ma jqiegħdu l-fiduċja tagħhom fil-flus jew fil-ġid materjali jinfetħu għasSaltna ta’ Alla. Hawn qiegħed il-valur tal-faqar li Ġesù jfaħħar u jqis bħala għażla fil-ħajja u li jista’ jġib ċaħda volontarja tal-ġid; u dan preċiżament favur il-foqra. Dan hu l-privileġġ ta’ wħud li ġew magħżula u msejħa minn Alla għal din il-ħajja.” Joe Galea

Jannar – Frar 2017 ⁄Kalendarju Museumin

21


Il-Fundatur Jgħallimna

Il-Faqar fil-Kitba ta’ Dun Ġorġ

I

l-faqar hu virtù evanġelika per eċċellenza. L-ewwel kundizzjoni biex wieħed jimxi wara Kristu u allura għas-Sequela Christi hu l-faqar. Ġesù kien ċar ħafna fuq dan: “Jekk trid tkun perfett, mur bigħ kulma għandek, agħtih lill-foqra, u jkollok teżor fis-sema; imbagħad ejja u imxi warajja.” (Mt 19, 21) F’dan l-artiklu ser naraw xi kitbiet tal-Fundatur fuq din il-virtù. Dun Ġorġ mhux biss kiteb fuq il-faqar, imma hu stess għexu għax kien jidher li hu bniedem fqir, hekk kif għandu jkun id-dixxiplu ta’ Ġesù.

F

il-ktejjeb L-Iskola ta’ Betlemm, fit-tielet meditazzjoni (wara li jkun tkellem fuq id-divinità u l-umanità ta’ Kristu), Dun Ġorġ jitħaddet fuq il-faqar, speċi din hi l-ewwel virtù li għallimna Ġesù hekk kif daħal fid-dinja. Ir-raġuni hi sempliċi. L-Inkarnazzjoni tfakkarna fuq dak li jgħallem San Pawl: Kristu li kien għani sar fqir minħabba fina u sar fqir meta sar wieħed minna. U tajjeb wieħed jinnota xi jgħid Dun Ġorġ fuq dan is-suġġett: “Ġesù Kristu, is-Sid assolut ta’ kollox, jidher fid-dinja, li permezz tiegħu din saret, jidħol 22

fiha Salvatur tagħha, għadu talpompi, tal-kburija u tar-rikkezzi; u b’għaqda li ma tinħallx jidher fostna mgħarras mal-faqar. Ilpalazz irjali tiegħu huwa għar tal-annimali u s-sodda indurata tiegħu maxtura tagħhom; ċaħda tal-kumdità l-kurtinaġġi tiegħu. L-Iben ta’ Alla inkarnat ġie adurat mill-anġli fid-dħul tiegħu fiddinja u bi premura jagħti lezzjoni lill-bnedmin li jgħożżu l-faqar li minnu tant u tant ġid spiritwali jiġi fil-bniedem.” Imbagħad jgħaddi biex ifakkarna tliet sentenzi ta’ Ġesù dwar ilfaqar: (a) “Imberkin il-foqra

Kalendarju Museumin ⁄ Jannar – Frar 2017


tal-ispirtu għax tagħhom hija s-saltna tas-smewwiet” (Mt 5, 3); (b) “It-tajr tal-ajru għandhom ilbejtiet u l-ballottri l-għerien, u Bin il-Bniedem m’għandux fejn imidd rasu” (Lq 9, 58); (ċ) “Rekknu għalikom teżori fis-sema, fejn il-ħadid ma jtemmx u lanqas ilħalliel ma jisraq; għax fejn hemm it-teżor tiegħek hemm ukoll hija qalbek” (Mt 6, 20). Jispiċċa bi proponiment li “niddistakkaw ruħna volontarjament minn kulma nippossiedu qabel ma tiġi l-mewt li tneżża’ lil kulħadd minn kollox”.

Imma mhux biss dħul Ġesù fiddinja hu tagħlima għall-faqar; anki tmiemu fuq is-salib Dun Ġorġ jagħtih bħala tagħlima għall-faqar. F’Il-Ktieb il-Kbir, paġna 20, jistedinna nħarsu lejn Ġesù Msallab u minnu nitgħallmu l-faqar: “Infatti Ġesù Kristu, isSid assolut tas-sema u tal-art, hu minxur għarwien fuq is-salib imsammar bl-imsiemer minn idejh u minn saqajh: m’għandu xejn ħlief sodda tal-għuda li minflok mistrieħ iġġiblu għeja u tbatija għall-pożizzjoni wieqfa, u msiemer – xejn b’pussess iżda kollox b’turment.”

Jannar – Frar 2017 ⁄Kalendarju Museumin


“Infatti Ġesù Kristu, is-Sid assolut tas-sema u tal-art, hu minxur għarwien fuq is-salib imsammar bl-imsiemer minn idejh u minn saqajh�

Kalendarju Museumin ⁄ Jannar – Frar 2017


L-erba’ tagħlimiet li jagħtina wara dil-paġna huma kollha importanti: (1) “Dak li jgħożżu l-bnedmin hu qżież quddiem Alla”, qal Kristu. Mela l-faqar huwa wisq prezzjuż għax wisq mistmerr mid-dinja. (2) Kristu twieled fqir, għex fqir, u miet fqir; għallem il-faqar kawża ta’ kull paċi u hedded infeliċità kontra l-għonja għal din il-ħajja u għalloħra. (3) Il-veru fqir min, stakkat minn kulma jippossiedi, jibqa’ kwiet fit-telf u fil-kotor, u lest biex jarmi kollox jekk jeħtieġ għall-unur ta’ Alla. (4) Jippossiedi kollox min ma jippossiedi xejn meta huwa mistrieħ filprovidenza ta’ Alla li jitma’ t-tajr u jlibbes il-ġilji.

Il-proponiment ukoll fih xi ttiegħem: “Nipproponu li, meta nitħajru li rrekknu xi teżor fuq din l-art, inġibu f’moħħna kliem Ġesù Kristu: ‘Ja iblah, illejla jneħħulek ħajtek, u dak li inti lestejt ta’ min ikun?’” Fl-Eżami Spiritwali, l-aħħar virtù li jeżamina hi dik tal-faqar. Jgħid li l-uffiċċju ta’ din il-virtù huwa li “ġġiegħlek iżżomm qalbek maħlula minn kulma tippossiedi”. Hemm mistoqsijiet interessanti ħafna, bħal l-aħħar waħda: “Il-libsa, il-kamra, l-ikel u r-rikreazzjonijiet tiegħek

jippritkaw xejn il-faqar?” U jispiċċa bil-konfessjoni: “Nistqarr, o Alla, li biex wieħed jippossiedi lilek f’baħar ta’ hena u ta’ paċi, jeħtieġlu tassew jiddistakka ruħu minn kollox, u minn kollox perfettament.”

Forsi dawn huma l-aktar kitbiet magħrufa ta’ Dun Ġorġ fuq ilfaqar. Imma dawn mhumiex kollha. Kurjuża li l-ewwel kitba tiegħu fil-Kalendarju Museumin li m’għandhiex x’taqsam malAssenjatur ta’ kuljum hija fuq il-faqar: “Is-Soċjetà Museumina teżorta lill-membri tagħha biex jikkupjaw fihom mill-Imgħallem divin il-virtù tal-faqar, kwalità profetizzata mill-Profeta tagħna San Vinċenz Ferreri, billi jagħżlu għalihom anki f’dak li hu neċessarju dak li hu l-ifqar, l-iktar baxx, u l-inqas li jogħġob lil qalbhom.” (Dun Ġorġ f’Kalendarju Museumin, Diċ. 1931, taħt id-data 3) Mhux ta’ b’xejn li Dun Ġorġ ried li l-ewwel fost is-sitt virtujiet li nipproponu ta’ kuljum tkun il-faqar. Wara kollox anki l-Mulej innifsu, meta jsemmi l-Beatitudnijiet, l-ewwel ma jsemmi l-foqra: “Imberkin ilfoqra f’ruħhom, għax tagħhom hija s-saltna tas-smewwiet.” (Mt. 5, 3)

Jannar – Frar 2017 ⁄Kalendarju Museumin

25


F’diversi kitbiet tiegħu Dun Ġorġ jitħaddet dwar il-faqar. Hekk, pereżempju, fid-Direttorju Spiritwali (nru. 7) jikteb: “Il-flus mhumiex oġġett għal qalbek, lanqas l-unuri, lanqas il-pjaċiri tas-sensi: dan inti ġarrabtu, għax qatt ma għedt ‘Biżżejjed!’ qabel m’għaraft ’l Alla, li għalih huwa maħluq kull bniedem.” Imbagħad f’Direzzjoni nru. 290 jikteb: “Fuq il-flus ngħidlek li l-Ispirtu s-Santu qal li xejn mhu eħżen milli wieħed iħobb il-flus. Kristu xebbah ilflus lix-xewk, u x-xewk iniggeż lil min imissu. Jekk għandek il-flus, agħmel bihom il-ġid ma’ min hu fil-bżonn, u la terfagħhomx għallwerrieta.” F’numru 165 jikteb: “M’hawnx bniedem aktar infeliċi minn dak li jħobb il-flus.” U f’IlBenedicta nsibu: “Ir-rikkezzi jiffurmaw arma taqta’ minn żewġ naħat: għal xi wħud mezz ta’ fidwa, u għal oħrajn mezz ta’ telfien.” (Qari ta’ Prattiki għal tul ix-Xahar ta’ Awwissu, 22) Dun Ġorġ kiteb ukoll talba għallgħonja: “Sinjur Alla, o Missier, li għamilt l-għani u l-fqir fuq din l-art b’att tas-Sapjenza tiegħek, iddistakka l-qlub tal-għonja mill-ġibda naturali lejn il-flus, u qanqalhom biex permezz talgħana jagħmlu teżori ta’ merti fis-sema bl-għajnuna li jagħtu lill-foqra, u billi jħaddmu ġidhom 26

għall-ġid tal-proxxmu.” (IlPrekatorju) Ħallielna miktub ukoll dawn issentenzi u mistoqsijiet profondi biex bis-serjetà kollha naħsbu fihom bl-iktar mod personali:

Ħsieb is-Soċju Museumin, jiġifieri l-ispirtu tiegħu, hu li jekk irid jagħmel il-ġid fl-erwieħ ma jibżax għal butu. Tas-Sinjur hija l-art u u kulma fiha. (Karta Manwali fuq l-Ispirtu tas-Soċju Museumin) Il-ħsieb li kollox jgħaddi jdejqek jew iferrħek? (Interrogatorju 3, Qagħda Nru. 89, Jaħasriet) Spaċenzjat xejn ruħek meta ħadulek xi ħaġa tiegħek jew gerfxuhielek? (Eżami fuq l-Inklinazzjonijiet, mistoqsija 5 fil-ktejjeb Kors ta’ Eżerċizzi Spiritwali)

Bla dubju li jekk wieħed iqalleb iktar il-kitbiet ta’ Dun Ġorġ ser isib iktar riflessjonijiet fuq din ilvirtù. Dawn il-ħsibijiet għandhom l-iskop li jkomplu jqabbduna iktar l-għatx għal dak li l-missier spiritwali tagħna ħallielna filkitbiet tiegħu. John Formosa

Kalendarju Museumin ⁄ Jannar – Frar 2017


Il-Fundatur Jgħallimna

Sentenzi ta’ Dun Ġorġ dwar il-Faqar “Kristu twieled fqir, għex fqir u miet fqir.” (L-Eku tal-Ħbieb, 21)

“L-Iben ta’ Alla deher fid-dinja mgħallem wieħed tal-bnedmin, u bil-kelma u bl-eżempju għallem il-faqar. Infatti sar fqir meta huwa kien għani sabiex bil-faqar tiegħu jistagħnew bil-veru ġid il-bnedmin li laqgħuh.” (Il-Benedicta, 39)

u l-Kurċifiss. “Ma tarax li inti fliżball, tfittex kumdità u mistrieħ, xħin ħajjet Kristu kollha slaleb u tbatijiet?” (Eżami fl-Eżerċizzju, 11) “Sinjur Alla, f’kollox u għal kollox għandi bżonnok u mingħajrek

“Ġesù, mgħallem fqir, agħmel li aħna nimxu warajk.” (Mons Domini) “Billi Kristu għażel il-faqar huma jagħżlu l-faqar, għalkemm anġlu mis-sema jassigurahom li jekk iservu ’l Alla qalb l-għana jagħtuh l-istess glorja, u għalihom jiġbru l-istess mertu, bħallikieku jkunu jservuh fil-faqar.” (Is-Sakrarju talIspirtu ta’ Kristu, 94) M’għandniex fiex nitfixklu. Għandna regola ċara. L-Evangelju

Jannar – Frar 2017 ⁄Kalendarju Museumin

27


xejn ma niswa, xejn ma niflaħ, u xejn ma nista’.” (Domine Deus, 12) “Nistqarr, O Alla, li biex wieħed jippossiedi lilek f’baħar ta’ hena u ta’ paċi jeħtieġlu tassew jiddistakka ruħu minn kollox u minn kollox perfettament.” (Eżami Spiritwali, 42)

Mingħajr id-distakk tal-qalb tagħna mill-ġid temporali ma nistgħux inħobbu ’l Alla bil-ħsieb tagħna kollu u lanqas inservuh biex intemmu l-fini tagħna. Infatti Kristu qal: “Ħadd ma jista’ jaqdi ’l Alla u l-ġid ta’ dina l-art.” (IsSakrarju tal-Ispirtu ta’ Kristu, 73)

“O Verġni mbierka, itlob ’l Alla għalina li niddistakkaw ruħna minn kull ħaġa temporali sabiex inkunu nixtiequ biss li ninħallu u ningħaqdu ma’ Kristu.” (Talbiet tar-Rużarju) Dan hu l-uffiċċju tal-virtù talfaqar, li “ġġagħlek iżżomm qalbek maħlula minn kulma inti tippossiedi.” (Eżami Spiritwali, 40)

“Jippossiedi kollox min ma jippossiedi xejn.” (Il-Ktieb il-Kbir, 24) “Infatam minn kollox u ssib kollox.” (Iċ-Ċaħda, 22)

Kalendarju Museumin ⁄ Jannar – Frar 2017


“In-natura tesponilek ir-raġunijiet tagħha, jiġifieri li għandek taħseb għal għada.” (Ġinnasju Spiritwali, 33) “Indukraw ruħkom mill-inganni tax-xitan li jaf tant jaħbihom taħt il-pretesti tal-unur ta’ Alla, tal-ġid tal-erwieħ u tal-prosperità talKnisja.” (L-Eku tal-Ħbieb, 21) “Il-ġibda għall-flus, għallpossessjonijiet, hija pont gravissimu u l-iktar iebes għaċċaħda tagħna nfusna, tant li l-Ispirtu s-Santu jgħid: ‘M’hemmx eħżen minn li wieħed iħobb ilflus.’” (Iċ-Ċaħda, 5)

Wieħed jista’ jkompli jfittex u jaqra wkoll: • L-Abbandun Totali, 1992, 27-29. • Il-Benedicta, Paġna 27 ta’ Awwissu, 39-40. • Iċ-Ċaħda, 1947, 3-31. • L-Eku tal-Ħbieb, It-tmintax-il jum, 31998, 22. • Eżami Spiritwali, 41972, 40-42. • Ġinnasju Spiritwali, Attendenzi 28-31, 21981, 32-35. • Il-Ktieb il-Kbir, Pagna XX, 41983, 24. • Is-Sakrarju tal-Ispirtu ta’ Kristu, Passus LXXXII, 21981, 94-95.

Jannar – Frar 2017 ⁄Kalendarju Museumin


Mit-Tradizzjoni Museumina

Faqar Stil Museumin

D

ejjem impressjonani l-istil ta’ ħajja tas-Soċji li kienu jattendu l-Qasam tagħna. Konna għadna ħerġin mill-gwerra, gwerra li kissret bini u nies. Imma l-assidwità tas-Soċji li baqgħu jiġu kuljum jgħallmuna, u li kienu jibqgħu sigħat wara jixorbu l-ispirtu Nisrani biex jgħadduh lilna, kont tħossha f’kulħadd. Kien hemm xi ħaġa li lilhom u lilna kienet tagħnina bl-entużjażmu.

G

ħax Dun Ġorġ ħassu ispirat li min se jgħinu fit-tagħlim tal-poplu Nisrani jeħtieġ li jgħix il-faqar kif jidher f’Ġesù u jkun distakkat minn kollox. Fi żmienu foqra kien hemm, anke jħabbtu l-bibien. Biss il-faqar tas-Soċji kien differenti. Ma kienu jittallbu xejn, anzi jdaħħlu jdejhom fil-but u jnewlulna dak il-premju żgħir li jfakkarna fi premju ikbar, dak li qed jerfa’ għalina l-Mulej. Kien jaf tajjeb Dun Ġorġ illi li tgħix ta’ ġuvni jew ta’ xebba u ma trabbix familja fiha t-tentazzjoni li tfittex li tgħix komdu, li tgħix għalik innifsek – li kien il-maqlub ta’ dak li l-Mulej riedu jintroduċi fil-Knisja Maltija, u iktar tard fid30

dinja. Min irid jissieħeb biex “iddinja kollha timxi fuq l-Evanġelju” jrid bħal Ġesù jiċħad lilu nnifsu u jimxi. “Tieħdu għalikom xejn, u la borża u lanqas qorq.” (Lq 10, 4) Wieħed mis-Superjuri ewlenin tas-Soċjetà ta’ kull sena kien jiġi l-Qasam jirrakkontalna, miġburin fil-kappella, kemm Soċji millQasam kienu jħallu djarhom kuljum biex jiftħu jew jgħinu f’Oqsma oħra fl-irħula tal-qrib. Minkejja li t-trasport kien kważi ma jeżistix, kienu jerfgħu kmieni mix-xogħol, jgħaddu sal-knisja jsellmu lil Ġesù, u jitilqu bnazzi u maltemp lejn il-Qasam fejn tkun bagħtithom is-Soċjetà. Distakkati minn djarhom, mill-Qasam fejn

Kalendarju Museumin ⁄ Jannar – Frar 2017


trabbew u minn kollox, kienu jkunu tassew “appostli” kif kienu jsibuhom in-nies dak iż-żmien.

Għax meta tagħti xi ħaġa lil Alla Hu jaf iroddhielek għal mitt darba. Il-providenza tiegħu bħal tmissha b’idejk. Meta Abraham kien se jagħti lil Alla l-egħżeż ħaġa li kellu, l-iben li kien twelidlu fi xjuħitu, hu semma l-post Il-Mulej jipprovdi. Alla kien għadu kemm ipprovdielu l-muntun maqbud minn qrunu biex joffrih minflok ibnu. U l-ħajja kollha ta’ Abraham urietu ċar li tassew il-Mulej jipprovdi. Iktar tard Ġesù wera lil ta’ madwaru l-għasafar jittajru

fuq irjushom u staqsa: “Jekk Alla jieħu ħsieb it-tajr u l-ġilji, kemm iktar jieħu ħsiebkom?” (rf Mt 6, 26) Dan hu l-faqar li talab minna l-Fundatur: il-faqar li jitlob Ġesù minn min irid isegwih.

Meta nħarsu lejn l-istorja tasSoċjetà, issa storja ta’ mija u għaxar snin, l-ispirtu ta’ faqar li jitlob Ġesù fil-Beatitudnijiet narawh ipprattikat b’tant modi. Il-faqar huwa ċaħda, imma hu fl-istess ħin għana. Meta tafda f’Alla hu jimliek bil-paċi u, bla ma jagħnik b’dak li tħobb id-dinja, issir taf b’esperjenza li ma’ Alla tassew ma jonqsok xejn.

Jannar – Frar 2017 ⁄Kalendarju Museumin


Nitkellmu minn xi eżempji. Ebda Soċju ma kien jgħaddi mingħajr il-Quddiesa ta’ kull filgħodu (filgħaxija ma kienx isir Quddies) jew mingħajr il-viżta ta’ filgħaxija. Il-ħajja kienet tibda ma’ sbiħ il-jum jew qabel, u wħud riedu jkunu l-għalqa qabel ma titla’ x-xemx biex jeħilsu mis-sħana tas-sajf. Imma l-ġurnata ma kienu jibdewha qatt mingħajr Quddiesa. Meta jaqbdu s-Salib tar-Rassenjazzjoni f’idejhom, malli jiftħu għajnejhom filgħodu u jtennu s-sejħa ta’ Ġesù “Min irid jiġi warajja, jerfa’ salibu kuljum u jimxi warajja”, dan kien jispirahom għall-bqija tal-jum. Ukoll jekk l-istil tal-ħajja talmembru llum hu tant differenti, 32

l-ispirtu ta’ ċaħda jibqa’ wieħed. Ċaħda tal-kumdità. Min irid imieri lilu nnifsu, iċedi r-rieda tiegħu għal dak li Alla jitlob minnu. Sa ftit snin ilu fl-Oqsma konna nisimgħu ċ-ċimblu jdoqq ilkwarti, speċjalment il-Ħadd, biex niftakru u nagħmlu l-materja tal-Arloġġ. Li toffri ħinek lil Alla jinkludi li tiftakar fih u troddlu ħajr. Materja kull kwarta għal min qed jgħix għalih innifsu hija wisq – imma għal min jaf li l-ħin qed jagħtihulu Alla joffrihulu bil-gost. L-Arloġġ jidher bħala privileġġ. Hawn il-Fundatur ħallielna rigal kbir. Kemm konna napprezzaw meta l-Kultur kien ifissrilna t-talbiet tal-Arloġġ

Kalendarju Museumin ⁄ Jannar – Frar 2017


meta konna Kandidati, ukoll jekk partijiet minnu kienu għadhom bil-Latin. Li talab Ġesù meta qal ‘imberkin il-fqar fl-ispirtu’ kien jinkludi wkoll il-faqar tal-ħin – u ma tħossok titlef xejn meta l-ħin toffrih lil Alla.

Immorru iktar lura, fil-bidu nett, u naraw l-ispirtu ta’ faqar li fih inbniet is-Soċjetà. Kif bdew l-Oqsma? Il-Ħamrun Dun Ġorġ kera l-post numru 6 fi Triq Fra Diegu, post deskritt minn Ewġenju Borg bħala “titla’ t-taraġ, imbagħad kamra kbira u kamra oħra u W.C.” (Diskors fil-Qasam tal-Gżira, 21 ta’ Jannar 1963) Kienu joqogħdu bilqiegħda fl-art fuq ħasira li kien

ġab wieħed minnhom u jisimgħu lil Dun Ġorġ, kultant ukoll għal sagħtejn sħaħ. F’Bormla bdew f’kamra li bilkemm kienet tesagħhom fi Strada San Michele. F’Ħaż-Żebbuġ kienu jiltaqgħu ġo kamra wkoll fit-triq tal-iskola, dejjem bilqiegħda fl-art. Jekk illum għandna Oqsma sbieħ, l-ispirtu ta’ lussu jibqa’ mhux postu fid-djar tagħna, biex ma jintilifx il-għan li hu li Alla jkun magħruf, maħbub u servut minn dawk kollha li jmissu mal-Museum. L-ispirtu ta’ faqar hu li taċċetta dak li jibgħat il-Mulej u tkun kuntent bih. U allura ma tixtieq xejn. “Għax min jixtieq xi ħaġa


Meta tafda f’Alla hu jimliek bil-paċi u, bla ma jagħnik b’dak li tħobb id-dinja, issir taf b’esperjenza li ma’ Alla tassew ma jonqsok xejn.


jsir ansjuż għaliha u jitlef il-paċi.” (Dun Ġorġ, ikkwotat fl-Editorjal tal-Kalendarju Museumin ta’ Novembru 1974) L-ispirtu ta’ faqar jinkludi kwalitajiet oħra sbieħ: il-maħfra; l-umiltà, li ma titkabbar lanqas bl-unur tiegħek; id-distakk, billi taf li ma għandek xejn li ma qlajtux, kollox misluf lilek; l-imħabba lejn il-Knisja ta’ Kristu - ara d-differenza bejn kif irreaġixxa Luteru u kif irreaġixxa San Franġisk għad-difetti li raw fil-Knisja ta’ żmienhom; issagrifiċċju, bi gratitudni lejn Alla li jipprovdilek iċ-ċans li tagħmel xi ħaġa għalih. Illum ilkoll napprezzaw issagrifiċċju tal-membri li jintbagħtu mis-Soċjetà f’artijiet tal-missjoni u nħossuhom jarrikkuna meta nżuruhom. Il-fidi tagħhom, il-paċi u l-ferħ li jgawdu, is-sens ta’ sagrifiċċju kontinwu, id-dedikazzjoni għal dak li jitlob minnhom il-Mulej f’sitwazzjonijiet tant diversi, jispirawna biex ma nkunu qatt xħaħ mal-Mulej. Imma tajjeb niftakru wkoll li meta t-trasport kien tant differenti (vjaġġ bilbaħar għall-Awstralja kien jieħu iktar minn xahar), u meta f’Malta t-toroq kollha kienu fid-dlam, is-Soċji ta’ qabilna kienu huma l-ewwel missjunarji tas-Soċjetà meta kuljum kienu joħorġu

jagħmlu l-appostolat fl-irħula u l-ibliet ta’ Malta u Għawdex, uħud anke jorqdu fil-Qasam biex filgħodu jilħqu jaslu x-xogħol filħin. L-ispirtu ta’ faqar evanġeliku fihom kien sħiħ. Kienu jidhru li qed jgħixu għall-Mulej.

Dan l-ispirtu tasal għalih biss jekk tkun temmen fil-providenza ta’ Alla. Jekk tafdah. Jekk temmen li qatt ma inti ġeneruż iktar minnu. Il-providenza ta’ Alla ma waqfitx mal-ħolqien talunivers, lanqas mar-rifjut talbniedem fl-Għeden. Alla, meta tana l-univers, qegħidna fi ġnien kbir u min għandu għajnejn biex jara u widnejn biex jisma’ jilmaħ il-providenza tiegħu mxerrda ma’ kullimkien. Ukoll f’ħajtu. Alla mliena bil-ġid, biex minn jeddna noffruhulu lura. Hi din il-fiduċja f’Alla hekk tajjeb li nistqarru kuljum meta nipproponu li nkunu foqra. Nicholas Balzan Nota: Ma’ din il-kitba għandna nfittxu wkoll żewġ artikli minn Frater Fragilis u Kitbiet Oħra li jikkumplimentaw ħafna ma’ dan l-aspett prattiku tal-faqar fil-ħajja tagħna. Dawn huma: X’Niekol u ma Nikolx p. 20 u Nagħtu Biss p. 39.

Jannar – Frar 2017 ⁄Kalendarju Museumin

35


Aspetti Missjoloġiċi

Il-Ġid ta’ Bniedem Fqir “Il-ġid ta’ bniedem fqir hu hekk kbir; m’għandu xejn u ma jħobb xejn f’din id-dinja, u ruħu hija ħielsa. Xejn mhu importanti wisq għalih. Ftit li xejn ma jfisser għalih li jintbagħat f’post jew ieħor, għax hu m’għandu xejn u ma jrid xejn imkien. Isib ’l Alla kullimkien u Alla hu dak il-wieħed li minnu jrid kollox.” Charles de Foucauld (Nażaret 1897)

C

harles de Foucauld (1858 – 1916) jgħid li kien fl-isbaħ sena ta’ ħajtu meta kiteb dawn il-versi. Kien ġej mis-Sirja fejn kien għadda seba’ snin matTrappisti f’Akbes u, wara tliet snin fl-Art Imqaddsa jaqdi lillKlarissi f’Nażaret u Ġerusalemm, kellu jgħaddi l-aħħar ħmistax-il sena ta’ ħajtu jterraq fis-Saħara bejn Beni-Abbes fuq il-fruntiera mal-Marokk u Tamanrasset flaħrax tal-muntanji tal-Ħoggar fl-Alġerija. Kien jaf xi ħaġa dwar l-ivjaġġar! Imma l-ewwel sena tiegħu f’Nażaret, ta’ kważi erbgħin sena, kellu esperjenza ta’ rtir kontinwu. Kellu ħafna ħin jikteb, jimmedita u jaqra. Kien donnu fil-ġenna tal-art. F’Nażaret 36

kien wasal fin-nofs tal-vjaġġi ta’ ħajtu; tmintax-il sena wara kellu jħalli ħajtu f’Tamanrasset. Taħt iddirezzjoni ta’ Abbé Huvelin kien qed jiddixxerni għandux jordna saċerdot jew iwaqqafx komunità monastika. Kien miġbud ħafna lejn il-ħajja moħbija ta’ Ġesù f’Nażaret qabel ħareġ jgħallem fil-pubbliku, u allura xtaq jagħmel żmien jgħix fl-istess post fejn Ġesù għadda l-biċċa l-kbira ta’ ħajtu fil-moħbi. Charles mexa l-mixja tiegħu fil-faqar. Għadda ħajtu kollha jiddixxerni x’irid Alla minnu, donnu dejjem lest li jimxi, li jiċċaqlaq minn fejn hu jekk Alla jkun qed jitolbu hekk. Tassew

Kalendarju Museumin ⁄ Jannar – Frar 2017


li ma kellu xejn tiegħu u li ma ried xejn. Dan l-ispirtu ta’ faqar ippurifikah, għamlu lest biex Alla jinqeda bih il-ħin kollu b’mod ġdid. F’meditazzjoni dwar l-Evanġelju Charles kiteb hekk: “Din il-qalb u dan l-ispirtu ħieles minnu nnifsu, ħa jibqgħu vojta, hekk? Le, lanqas għal waqt wieħed; meta niżvujtaw lilna nfusna, dan nagħmluh biex nimtlew b’Alla; meta ninsew lilna nfusna, dan nagħmluh biex naħsbu biss f’Alla.”

L-ispirtu missjunarju hu spirtu ta’ faqar biex il-qalb timtela b’Alla. Dan hu faqar li jeħles, li jillibera, li jippurifika u jagħmel millmissjunarju għodda doċli f’idejn is-Sinjur li jagħmel bih li jrid. Il-missjunarju fqir jipproponi ma’ Dun Ġorġ li b’vera fiduċja jistrieħ fil-ħdan tal-Missier u jadurah fit-tmexxija tiegħu kollha providenza. Il-missjunarju fqir jaf fil-ġewwieni tiegħu li Ġesù tassew iżomm il-wegħda li għamel meta qal lil Pietru:


“Tiswa kemm tiswa d-dinja, ma nistgħux minħabba fiha, għal waqt wieħed biss, nagħtuha aktar importanza mill-aħwa taʼ madwarna, għaliex inkella hemm ir-riskju li tibred l-imħabba tal-aħwa. Maʼ ħutna fuq fommna spiss il-kliem: ʻTrid? Ħudha! Ħadt? Żommha!ʼ Għalija hemm Alla.” Il-Beatu Charles De Foucauld


“Ngħidilkom is-sewwa, m’hemm ħadd li ħalla d-dar, lil ħutu subien u bniet, lil ommu u missieru, lil uliedu jew ir-raba’ minħabba fija u l-Evanġelju, li ma jeħux minn issa, f’dan iż-żmien, mitt darba iżjed djar, aħwa, subien u bniet, ommijiet, ulied u raba’, flimkien ma’ moħqrijiet, u fiż-żmien li ġej il-ħajja ta’ dejjem. Għax ħafna li huma l-ewwel ikunu l-aħħar u tal-aħħar l-ewwel.” (Mk 10, 2931)

Ġesù xtaq li l-missjunarju jkun fqir tassew biex l-okkupazzjoni unika tiegħu tkun ix-xhieda għallverità. L-ispirtu ta’ faqar huwa allura l-punt tat-tluq; minnu rridu nibdew. M’hemmx missjunarju jekk mhux fqir: “Tieħdu xejn għattriq, la ħatar, la ħorġa u lanqas flus, u ma jkollkomx żewġ ilbiesi.” (Lq 9, 3) “Min irid jiġi warajja, jiċħad lilu nnifsu, jieħu salibu kuljum u jimxi warajja.” (Lq 9, 23) “Ħadd ma jista’ jaqdi żewġ sidien; għax jew ikun jobgħod lil wieħed u jħobb lill-ieħor, jew jintrabat ma’ wieħed u jistmell lill-ieħor. Ma tistgħux taqdu lil Alla u lill-flus.” (Mt 6, 24) Il-Papa Franġisku jikkummenta dwar dan l-aħħar vers u jgħid li l-flus tant huma tentazzjoni kbira li Ġesù jagħtihom it-titlu ta’ sid. Jgħid ukoll li x-xitan dejjem jidħol millbut.

Dan il-kliem tal-Papa hu eku ta’ kliem San Pawl lil Timotju: “Imma dawk li jridu jistagħnu jaqgħu fittiġrib u fix-xibka u f’ħafna xewqat bla sens u ta’ ħsara li jitfgħu lillbniedem fil-qerda u t-telfien. Għax ir-regħba għall-flus hi l-għerq ta’ kull ħażen.” (1 Tim 6, 9-10) Mela jekk ir-regħba għall-flus hija l-għerq ta’ kull ħażen, hekk ukoll l-ispirtu ta’ faqar huwa l-aqwa xhieda għat-tajjeb. San Franġisk, li biex żgur ma jaqdix il-flus żamm il-faqar b’‘sinjura’ tiegħu, kien jgħid lil uliedu biex jippritkaw dejjem u meta meħtieġ jużaw ilkliem. Għax il-kliem iqanqal imma l-eżempju jkaxkar u l-għemejjel tagħna jgħajtu ħafna iktar minn kliemna. Il-faqar evanġeliku jagħmel mill-missjunarju xhud radikali u ġenwin tal-verità. Il-missjunarju fqir hu kredibbli; hu u miexi jagħmel il-ġid bla ma jkollu bżonn itenni ħafna kliem. Dun Ġorġ kien iħobb itenni li Ġesù twieled, għex u miet filfaqar. Ħajtu kollha kienet għażla waħda u ripetuta favur il-faqar u l-fqar. Illum il-Papa Franġisku qed ifakkarna li l-Knisja hija l-preżenza ta’ Kristu fuq l-art u għalhekk għandha tkun Knisja fqira għall-foqra. Ma jistax ikun hemm Knisja differenti. Il-faqar hu marbut intimament malmisteru tal-Inkarnazzjoni: “Intom

Jannar – Frar 2017 ⁄Kalendarju Museumin

39


tafu l-grazzja ta’ Sidna Ġesù Kristu, li għad li kien għani ftaqar minħabba fikom, sabiex intom tistagħnu permezz tal-faqar tiegħu.” (2 Kor 8, 9) Hawn San Pawl jippreżentalna lil Ġesù bħala l-Imgħallem fqir. Ġesù jgħallimna, jagħtina l-grazzja tiegħu permezz tal-faqar volontarju tiegħu. U l-missjunarju jrid ukoll jiftaqar volontarjament kuljum, ħaġa li filprattika tfisser li joħroġ ’il barra minn triqtu u jkun flessibbli biex l-Evanġelju jmiss il-qlub. San Ġwanni Pawlu II fl-enċiklika missjunarja tiegħu Redemptoris Missio (numru 88) jgħid hekk: “Il-missjunarju hu mitlub li jiċħad lilu nnifsu għal kulma għandu

"L-imħabba vera titlob prezz, l-imħabba vera toqrosna fil-laħam il-ħaj, l-imħabba vera trid tiżvujtana minna nfusna." Mother Teresa

tiegħu sa issa, biex ikun kollox għal kulħadd. Għandu jgħix fil-faqar li jagħmlu ħieles għallEvanġelju, ’il bogħod min-nies u mill-ġid tal-ambjent tiegħu biex ikun ħu dawk li fosthom jintbgħat ħa jwasslilhom lil Kristu l-Feddej. Għal dan twassal l-ispiritwalità missjunarja: ‘Sirt dgħajjef maddgħajfin…; sirt kollox ma’ kulħadd biex insalva lil kulħadd. Nagħmel dan kollu minħabba l-Evanġelu biex ikolli sehem minnu.’ (1 Kor 9, 22-23)”

Il-missjunarju fqir jasal fi stat li ma jista’ jsejjaħ imkien daru. Telaq art twelidu u qiegħed f’art ġdida li donnha ma tistax issir artu. Il-missjunarju jagħżel li jilgħab


away ħajtu kollha! Jibqa’ jgħix fi żvantaġġ permanenti li ġab b’idejh l-ewwel darba li ħalla pajjiżu. Imma dak li minn barra jidher żvantaġġ, bl-għajnejn tal-fidi huwa vantaġġ kbir! “Huma u miexja fit-triq kien hemm wieħed u qallu: ‘Tmur fejn tmur, jiena nimxi warajk.’ U qallu Ġesù: ‘Il-volpijiet għandhom l-għerien tagħhom u l-għasafar tal-ajru l-bejtiet, iżda Bin il-bniedem m’għandux fejn imidd rasu.’” (Lq 9, 57-58) Kemm hu mbierek il-missjunarju fqir li m’għandux fejn imidd rasu! Kemm għandu għax jifraħ li jixbah lill-Imgħallem tiegħu li għex ta’ barrani fuq din l-art. Il-missjunarju fqir jesperjenza l-grazzja li jgħix b’saqajh fl-art imma ħarstu lejn is-sema u allura jkun fejn ikun xorta waħda għalih, kullimkien l-istess, kullimkien away. Il-missjunarju fqir iħalli kollox u jitlaq għal għonq it-triq kuljum u jintelaq mistrieħ fil-ħdan talMissier li jħobbu b’imħabba bla qies. Hija din l-imħabba tal-Missier li tagħmlu għani u f’pożizzjoni li jagħmel lill-oħrajn għonja. Il-missjunarju fqir huwa għani fil-ħarsa ta’ għajnejh, għax lejn Kristu biss iħares il-ġranet kollha ta’ ħajtu. Huwa għani fil-ftit kliem ta’ fuq fommu għax qrib talEvanġelju. Huwa għani fil-ħsibijiet

tiegħu għax huma paċi ferma. Huwa għani fl-għemejjel ġentili tiegħu għax bil-fidi jara lil Ġesù flaħwa kollha, huma min huma. Għażiż Ġesù ta’ qalbi, grazzi li sejjaħtli biex nitlaq kollox u nimxi warajk. Agħtini l-grazzja li ngħix fqir sal-mewt, mitluq f’idejk b’kunfidenza bla tarf. Agħtini l-grazzja li ngħix moħbi fil-pjagi divini tiegħek biex hekk inkun nista’ nħobbok b’qalbi kollha u ngħin lil ħuti jħobbuk fuq kollox. Ammen. Mario Bezzina

Jannar – Frar 2017 ⁄Kalendarju Museumin

41


Il-Pittura tal-Faċċata

Min Hu Sieger Köder?

M

eta kont l-Albanija, fil-parroċċa tagħna kien hemm komunità ta’ sorijiet Ingliżi, is-Sorijiet ta’ Mary Potter li Malta konna nafuhom bħala l-Blue Sisters. Waħda minnhom selfitni ktieb mimli pitturi tal-artist Sieger Köder li qatt ma kont smajt bih qabel, billi kienet taf li nħobb l-arti. Il-ktieb kien bil-Ġermaniż. Qaltli li kien qassis Ġermaniż u billi nqabad priġunier mill-Ingliżi fit-Tieni Gwerra Dinjija qatt ma ried li l-kotba tiegħu jiġu ppubblikati blIngliż. Veru jew le ma nafx. Li naf hu li ġew ippubblikati diversi kotba bl-Ingliż dwaru u x-xogħol tiegħu, anke meta kien għadu ħaj. Min hu Sieger Köder?

S

ieger Köder, kif għedna, kien pittur-qassis. Twieled f’AalenWasseralfingen fl-1925. Fi żmien it-Tieni Gwerra Dinjija spiċċa priġunier tal-gwerra. Studja l-arġenterija u l-pittura u għal xi żmien kien għalliem tal-arti fliskola sekondarja Schubart High School ġewwa Aalen. 42

Ta’ 41 sena mar jistudja t-teoloġija f’Tübingen u wara ġie ordnat saċerdot fl-1971. Biex ngħidu hekk, żewweġ il-vokazzjoni tiegħu bħala qassis u kappillan mattalent tiegħu bħala pittur. Fil-fatt ipproduċa numru kbir ta’ pitturi, titulari u ħġieġ ikkulurit (stained glass) f’diversi knejjes, kemm

Kalendarju Museumin ⁄ Jannar – Frar 2017


fil-Ġermanja stess kif ukoll barra l-Ġermanja. Wara li rtira baqa’ jipproduċi arti li hi tant partikulari. Fost ix-xogħlijiet tiegħu nsibu murals kbar fuq barra tal-kenn tal-pellegrini f’Hohenberg u 11-il stazzjon matul il-FranconianSwabian Camino li tieħu lejn Santiago de Compostela. Żgur u mhux forsi, ix-xogħol ta’ Köder juri influwenza minn artist kbir ieħor, Marc Chagall, speċjalment fl-użu tal-kulur u l-figuri godlija tiegħu. Fixxogħol tiegħu jidher sens qawwi

spiritwali. Permezz tiegħu Sieger Köder jittrasmetti, fost l-oħrajn, sfida, rabja, ħniena kbira u anke umoriżmu flimkien mat-tweġiba tal-bniedem għas-sejħat ta’ Alla. Fl-arti tiegħu naraw b’mod viżibbli bil-kuluri l-missjoni tiegħu ta’ qassis Kattoliku. Jispikkaw it-tweġibiet talbniedem, kemm tal-profeti u nies oħra kbar tal-Antik Testment kif ukoll ta’ dawk li ltaqgħu ma’ Ġesù fil-Ġdid Testment. U dan mhux biss fil-personaġġi importanti fil-pittura, iżda wkoll fil-figuri li jirrappreżenta qalb il-folol.

Jannar – Frar 2017 ⁄Kalendarju Museumin

43


Waħda mill-pitturi tiegħu l-aktar magħrufa hija affresk tal-Aħħar Ċena fil-Kulleġġ Ġermaniż ġewwa Ruma fejn jitħejjew is-seminaristi Ġermaniżi. Apparti li jidhru jdejn Ġesù bil-pjagi, Sieger Köder poġġa madwar il-mejda talEwkaristija, fost l-oħrajn, Lhudi, tallab, prostituta, u raġel Afrikan liebes l-ilbies tal-kampijiet talOlokawstu. Dettal sabiħ li jħobb juża Sieger Köder hu r-rifless ta’ Ġesù fl-ilma (bħal fil-ħasil tar-riġlejn), flinbid (ngħidu aħna waqt l-Aħħar Ċena), fil-bir (bħal fil-ġrajja tas-Samaritana), eċċ., dettal li ser niltaqgħu miegħu fil-pitturi li sejrin nippreżentaw din issena. Wiċċ Ġesù jarah ukoll u

44

jirrappreżentah f’nies oħra. Hekk iċ-Ċirinew li qed jgħin lil Ġesù jġorr is-salib għandu l-istess wiċċ ta’ Ġesù, waqt li taħt il-velu li żżomm f’idejha l-Veronika poġġa par idejn suwed b’bieqja vojta qisu xi ħadd qed jittallab. Karattru ieħor li jħobb idaħħal hu l-buffu (clown). Anke Ġesù u l-Appostli ġieli pinġiehom b’dan il-mod. Dan biex juri x-xewqa kbira li jesterna l-kreattività, ħieles minn kull regola u riġidità. F’intervista li saritlu fl-2009, Sieger Köder qal: “I hope I can preach with each painting, not just make pictures. I want people to look at the pictures, of course, but if the message of my deepest motivation for painting comes

Kalendarju Museumin ⁄ Jannar – Frar 2017


across, then I hope that the message of the Gospel comes with it as well.” Naturalment l-esperjenza kerha tat-Tieni Gwerra Dinjija influwenzatu bil-kbir. Fl-arti tiegħu niltaqgħu ħafna drabi mal-passjoni ta’ Ġesù, it-tbatija umana u l-ħażen. Fi xjuħitu Sieger Köder sar magħruf mad-dinja kollha u ngħata diversi premjijiet prestiġjużi, bħal meta nħatar Monsinjur Onorarju u ngħata l-Order of Merit mill-Papa San Ġwanni Pawlu II fl-1985. Kienu ħafna dawk li jmorru jfittxuh. Darba qal: “People come to Ellwangen asking to see the painter. If they’re that interested

in the painter, then they haven’t understood the paintings.” Sieger Köder miet fid-9 ta’ Frar tal-2015 ftit wara li għalaq 90 sena. Nittamaw li l-arti tiegħu sservina ta’ meditazzjoni profonda u tgħinna nersqu aktar lejn l-ispiritwali, kif kienet ixxewqa tiegħu. Vincent Mangani

Jannar – Frar 2017 ⁄Kalendarju Museumin

45


Il-Pittura tal-Faċċata

Surrender

I

t-titlu li Sieger Köder jagħti lil din il-pittura hu ‘Surrender’, jiġifieri telqa u ċediment.

Li jolqotni f’din il-pittura huwa l-ftit kuluri li Sieger Köder juża, prinċipalment l-aħmar u l-kannella safrani. Il-pittura, bħal ħafna oħrajn minn tiegħu, nistgħu naqsmuha fi tnejn. Il-parti ta’ fuq, li tieħu madwar żewġ terzi, hi komposta minn żewġ figuri, waqt li fil-parti ta’ isfel naraw figura waħda, dik ta’ Ġesù. Ħa narawha ftit aktar fid-dettall.

Iż-żewġ personaġġi fil-parti ta’ fuq huma Pilatu, imlibbes kollu kemm hu bl-aħmar, u membru tas-Sinedriju mlibbes ilbies saċerdotali, libsa bajda bil-bizzilla u l-kumplament kannella safrani dehbi.

Pilatu hu mpitter bħala persuna mdaħħla fiż-żmien. Jidher indifferenti għall-aħħar għal dak li qed jiġri u ser ikompli jiġri. Donnu għalih, min jeħilsu minn Lhudi 46

jagħmillu pjaċir kbir, speċjalment jekk ikun rivoluzzjonarju kif pinġewhulu. Qed jaħsel idejh biex mingħalih jeħles mill-ħtija. Imma fil-fatt hu ħati. Biex jenfasizza dan, Sieger Köder ipinġi l-ilma diġà aħmar, jiġifieri Pilatu hu ħati ta’ demm bla ħtija. Però naħseb nistgħu nqabblu dan ukoll malkastigi tal-Eġittu: l-ilma jsir demm u b’hekk tibda l-fidwa. Mingħajr ma jaf, Pilatu qed jagħti sehem attiv fil-pjan ta’ Alla.

Induru issa lejn il-membru tasSinedriju. Kieku ma tkunx taf ilġrajja, lil dan il-persunaġġ taħsbu xi monsinjur jew isqof. Il-Lhud ma jilbsux bizzilla. Kif għedt qabel, il-kulur hu kannella safrani dehbi, dan biex Sieger Köder jenfasizza li moħħu kien fir-riti u ‘s-sewwa´ kif jifhmu hu. Jidher wiċċu mqit u diġà qed jagħti dahru lejn dak li kien qed jiġri. X’jimpurtah! L-aqwa li għaddiet tagħhom u ser jeħilsu minn xewwiex u ħawwad l-imħuħ! Jidher qed iħaddan irromblu tal-Liġi ma’ qalbu. Għalih

Kalendarju Museumin ⁄ Jannar – Frar 2017


dik kienet importanti u jien ninterpretaha li għal-Liġi kien lest jagħmel kollox ... anke jibgħat persuna innoċenti għall-mewt. L-aqwa li r-reputazzjoni tiegħu ta’ ħarries il-Liġi tibqa’ bla mittiefsa. Ngħaddu issa għall-persuna ta’ Ġesù. It-titlu joqgħod eżatt. Ġesù sar ‘il-ħaruf meħud għall-qatla’. Jidher imgeżwer f’mantell aħmar, il-kulur tradizzjonali. Fuq dahru, li hu mpinġi mikxuf, u fuq wiċċu jidher id-demm minħabba s-swat li kien għadu kemm qala’. Imma għalkemm għaddewh minn dan kollu, Ġesù jidher kalm u mistrieh għallaħħar. Wara kollox hu għalhekk ġie, biex jagħmel ir-rieda ta’ Missieru. Issa ser tibda titwettaq il-fidwa. X’għandha x’taqsam din il-ġrajja malfaqar? Il-mument meta nħossni waħdi, dgħajjef, bla saħħa hu l-mument fejn joħroġ fil-beraħ il-‘faqar’ tiegħi. Ilmument meta nċedi, għal Alla, ir-rieda tiegħi.

• Hu l-mument meta ninduna bix-‘xejn’ tiegħi. • Hu l-mument li ninduna Alla xi jrid minni, akkost li nbati. • Hu l-mument li nagħmel li jrid Hu u mhux li rrid jien. • Hu l-mument li ninduna li mingħajr Alla jien ma jien xejn, anke meta mhux mifhum. Vincent Mangani

Jannar – Frar 2017 ⁄Kalendarju Museumin

47


Il-Pittura tal-Faċċata

Il-Pittura Tispirani MISTRIEĦ F'IDEJN IL-MISSIER

M

alli ħarist lejn din il-pittura, għajnejja marru dritt fuq il-persuna ta’ Ġesù. Il-pożizzjoni ta’ ġismu turi r-rassenjazzjoni għar-rieda tal-Missier u dan fakkarni fil-kelma li kien iħobb juża l-Fundatur San Ġorġ Preca: l-abbandun totali. Ġesù mneżża’ minn kollox mitluq f’idejn ir-rieda tal-Missier. Kalm u seren quddiem sitwazzjoni tant kiefra u inġusta. L-indifferenza ta’ Pilatu li ma jridx jiddefendi l-verità u l-legaliżmu ta’ Kajfa marbut ma’ kull kelma tal-Liġi. Kif jista’ wieħed jintelaq f’idejn Alla l-Missier jekk ikun marbut ma’ oġġetti materjali jew saħansitra miegħu nnifsu? Ilvirtù sabiħa tal-faqar hija mezz li twassalni għall-abbandun f’idejn il-Missier tas-sema. Ilpossessjonijiet materjali jikxfu fija n-nuqqas ta’ abbandun fl-akbar benefattur tiegħi, Alla nnifsu. “Propjetajietu – xejn” nistqarru fit-talba Il-Bniedem Interjuri flArloġġ Museumin. Mistrieħa fuq il-kelma ta’ Ġesù nnifsu, nafu li 48

min hu lest li jitlaq kollox f’din l-art jakkwista teżor akbar li ma jispiċċa qatt. Sinjur Alla, iftaħli jdejja biex nitlaq dak kollu li nippossiedi u nirċievi mingħandek dak kollu li inti tixtieq tagħtini. Agħtini l-kuraġġ nitlef kollox biex nakkwista lilek. Joseph Gauci

IĊEDI R-RIEDA

T

liet figuri... x’jgħidulna dwar il-faqar? Naraw l-ewwel ilfigura ta’ Kristu qed ibaxxi rasu. Dak li kellu u kien kollox, iċċekken għall-faqar tan-natura umana. Imma iktar minn hekk għex f’faqar materjali... u issa qed imut f’faqar estrem. Xejn ma jibqa’ tiegħu: l-imsallab, sal-propjetà u familtu stess joħdulu! U f’dan ilfaqar jagħti l-aħħar ħaġa li kellu... ir-rieda tiegħu biex jagħmel dak li jrid minnu l-Missier... u jagħmlu

Kalendarju Museumin ⁄ Jannar – Frar 2017


bih li jridu dawk li għalihom qed imut!

Jidher Pilatu jaħsel idu. Lanqas il-Ġustizzja ma tiddefendih lil Kristu... faqar fid-drittijiet tiegħu, Hu li hu sid ta’ kollox! Aħna lesti kultant ma nżommux il-punt biex inġibu l-paċi? Lesti niftaqru minn xi drittijiet biex inkunu ta’ servizz għall-oħrajn? Fil-figura tas-saċerdot, iħaddan l-iscroll, jidher tip ieħor ta’ faqar... iżda mhux wieħed li għandna nimitaw. Dan hu l-faqar ta’ min hu ggranfat mal-Liġi u l-ġudizzji u allura hu fqir fil-ħniena, l-imħabba, ilkompassjoni lejn l-oħrajn. Faqar li ma jħalliniex inħarsu lejn l-oħrajn bil-ħlewwa li biha kien iħares il-Fundatur lejn l-ieħor li għalih kien Kristu. Michael Camilleri

FOQRA GĦAX ALJENATI

F

’din il-pittura tolqotni l-miżerja taż-żewġ persuni ’l fuq minn Ġesù. It-tnejn li huma jidhru li qegħdin jonqsu milli jagħrfu min hi eżattament il-persuna li kien hemm quddiemhom: il-Fariżew iggranfat mal-Liġi u Pilatu beżgħan li jitlef il-poter u għalhekk jaħsel idu.

Sfortunatament anke aħna jista’ jiġrilna hekk: fil-faqar tagħna nonqsu li nagħrfu kif ikun preżenti fil-ħajja tagħna l-Mulej Ġesù. Naħsbu li f’mumenti ta’ dlam inkunu waħedna; imma Ġesù jkun magħna, qed ibati u jħoss magħna. Il-virtù tal-faqar tagħtina l-lenti meħtieġa biex, aħna u għaddejjin fil-ħajja, nagħrfu lil Ġesù preżenti. Din il-virtù tgħinna nkunu maħlulin minn kollox biex inkunu nistgħu nagħrfu u nifirħu bil-preżenza ta’ dak li jifforma l-għaxqa talqaddisin. Għalhekk nitolbu lillIspirtu Qaddis sabiex inkunu unencumbered by baggage, kif iħeġġiġna tant tajjeb Anthony De Mello fil-ktieb tiegħu li proprju jġib dan l-isem. Emanuel Mizzi

Jannar – Frar 2017 ⁄Kalendarju Museumin

49


Nikos Kazantzakis


Letteratura

GOD'S PAUPER ta' Nikos Kazantzakis

M bħala virtù.

in hu midħla tal-letteratura jsib kittieba kbar li ttrattaw ilfaqar minn diversi aspetti u naturalment mhux bilfors bħala virtù evanġelika, għalkemm issib xi oħrajn li ttrattaw il-faqar

Taħt din it-tema hemm, ngħidu aħna, ir-rumanz epiku Les Miserables ta’ Victor Hugo u r-rumanz qawwi Cristo si è fermato a Eboli ta’ Carlo Levi.

I

l-kittieb Nikos Kazantzakis li kien jikteb bil-Grieg għandu rumanz li jieħu forma ta’ leġġenda, kif sejjaħlu l-kittieb, u li bl-Ingliż wieħed isibu tradott bl-isem ta’ God’s Pauper. F’dan ir-rumanz Kazantzakis jittratta l-ħajja avventuruża u edifikanti ta’ San Franġisk minn Assisi u l-istorja tingħad minn Frate Leone, wieħed mill-ewwel imseħbin tal-Aħwa Franġiskani. Ma jistax jonqos, għalhekk, li minbarra l-faqar bħala mod ta’ ħajja jidħol ukoll il-faqar evanġeliku. L-awtur iddedika l-ktieb lil Albert Schweitzer ‘bħala San Franġisk ta’ żmienna’.

Għalija (u naħseb mhux għalija biss) dan ir-rumanz fih qawwa tal-għaġeb. In-narrazzjoni, ħafna drabi miktuba b’mod poetiku, għandha mis-sempliċità talEvanġelju u l-immaġinazzjoni ħajja żżommok marbut mal-ktieb biex taqra sal-aħħar paġna l-ħajja ta’ San Franġisk kif ħolomha daqshekk sabiħ l-awtur. Il-kitba kreattiva hija arti u l-arti, kif jgħid l-awtur innifsu, hi suġġetta għall-essenza, tieħu mill-ġrajja, tassimilaha u b’mod intelliġenti tibdilha f’leġġenda. Hawnhekk ta’ min jemmen lil Kazantzakis li, għalkemm

Jannar – Frar 2017 ⁄Kalendarju Museumin

51


iħalli l-immaġinazzjoni taħdem ġmielha, l-istorja hija, f’sens letterarju, iżjed vera mill-verità nfisha.

Kazantzakis jirrevela li flammirazzjoni tiegħu lejn il-fqajjar Franġisku, li l-awtur iqisu bħala l-eroj u l-martri, ħafna drabi hu u jikteb kien ixarrab il-manuskritti tiegħu b’demgħat kbar. Is-silta li se nġib minn dan irrumanz hija meta Franġisku beda t-triq iebsa taċ-ċaħda tal-ġid ta’ din l-art u xi ħadd staqsieh jekk kienx għad fadallu l-ħsieb li jitgħarras. It-tweġiba ta’ Franġisku kienet: “Iva, se nitgħarras lis-Sinjura Povertà.” L-awtur iqiegħed din it-tweġiba f’kuntest differenti, jiġifieri meta Franġisku kien diġà qed jiġbor l-Aħwa Franġiskani tiegħu, għalkemm fil-verità ħaġa bħal din qatt ma ġrat qabel.

Fit-traduzzjoni ta’ din is-silta għall-Malti bdilt xi kelma jew frażi żgħira li ma kinitx tiftiehem kieku ħallejtha kif kienet fl-oriġinal, minħabba li hemm riferenza għaliha fil-paġni ta’ qabel. Biex wieħed jifhem aħjar issilta nagħti ħjiel ta’ fejn wasal ir-rumanz ta’ Kazantzakis. Franġisku kien ilu li beda t-triq 52

tal-faqar evanġeliku, jagħmel il-penitenzi. Issa beda jlaqqa’ lill-ewwel imseħbin tax-xirka tiegħu f’għarix (gorboġ) sewwa sew ħdejn il-knisja ta’ Santa Marija tal-Anġli (il-Porzjunkola). Darba, wara laqgħa mal-isqof, Franġisku mar waħdu fil-belt ta’ Assisi minkejja li kien jaf li n-nies setgħu jattakkawh u jkasbruh. Fil-fatt hemmhekk xi rġiel, nisa u tfal bdew irossuh lejn xifer ta’ bir u jitfgħulu l-ġebel. F’dak il-ħin deher raġel qisu ġolf jismu Massew li kien burdnar u salva lil Franġisku billi refgħu fuq dirgħajh u ħadu lejn ilPorzjunkula. Franġisku sab lillaħwa jippreparaw iċ-ċena fqajra tagħhom. “Se nagħmlu tieġ illejla,” Franġisku ħabbar f’daqqa waħda. “Massew, int trid tagħmilha ta’ bestman?” Kulħadd ħassu sorpriż. Frate Kappella beda jaqbeż bil-ferħ. Kien qed iżomm il-kappell f’idu ifarfarlu t-trab. “Tieġ, Frate Franġisku?” staqsa. “Ta’ min hu?”

“Ġara li ltqajt ma’ armla fit-triq,” wieġeb Franġisku bi tbissima. Diġà għal snin twal kienet tiġġerra ’l hawn u ’l hinn ħafja, liebsa

Kalendarju Museumin ⁄ Jannar – Frar 2017


mċerċer, bil-ġuħ u ħadd ma jiftħilha l-bieb biex jagħtiha karità. Aħna, l-aħwa, se nilqgħuha hawn.” “F’ġieħ Alla, kellimna b’mod li nistgħu nifhmuk, Frate Franġisku,” għajtu l-aħwa. “Min hi din l-armla?”

“Ta’ Kristu, l-aħwa. Toqogħdux b’għajnejkom iffissati fuqi, donnhom maqlugħin ’il barra. L-armla ta’ Kristu – ilPovertà. Minħabba fl-ewwel raġel tagħha ħa noħodha b’għarusti.”

Qam u ħares waħda lejh innifsu. “Jien diġà liebes ta’ għarus. M’għandix għalfejn inbiddel – il-libsa mraqqgħa, il-ħabel oħxon, riġlejja mtajna, l-istonku vojt. Ma jonqosni xejn. Lanqas l-għarusa ma jonqosha. Ejja, bestman, ressaqni għażżwieġ.”

Franġisku mexa l-ewwel; warajh Massew u l-oħrajn tant li mlejna l-knisja.

“Fejn hu Dun Silvestru?” staqsa Franġisku, iħares biex jara jarahx. “Ħa jiġi u jbierek iż-żwieġ.” “U fejn hi l-għarusa,” staqsejt. “M’iniex naraha.”

“M’intix taraha għax għajnejk miftuħin. Agħlaqhom u taraha.” Qagħad għarkupptejh quddiem l-artal u dar lejn il-lemin. “Oħti

Jannar – Frar 2017 ⁄Kalendarju Museumin

53


povertà,” qal b’leħen imqanqal għall-aħħar. “Oħti povertà, prezzjuża, meqjuma, sieħba l-iżjed maħbuba ta’ Kristu, int li tul ħajtu kollha bqajt fidila lejh, alleata kuraġġuża fit-taqbida, int li bqajt miegħu fil-vjaġġ sa taħt riġlejn is-Salib, sal-qabar stess – nifrex idi, niġbrok mit-toroq u nieħdok b’għarusa tiegħi. Sinjura tiegħi, agħtini idek.” Ħareġ idu fl-arja, lejn il-lemin tiegħu.

Ilkoll waqajna għarkupptejna quddiem l-artal, nisimgħu mistagħġbin il-kliem stramb talgħarus u narawh jifrex idu lejn l-għarusa inviżibbli.

Għalaqt għajnejja u meta għamilt hekk stajt nara mara sfajra, ħdejn Franġisku, fil-lemin tiegħu. Kienet tħares ’l isfel, imlibbsa bi ċraret suwed, iżda nobbli u għolja, qisha xi reġina armla. U quddiemhom kien hemm Massew li kien qiegħed ipoġġi żewġ kuruni taxxewk fuq rashom filwaqt li Dun Silvestru kien qiegħed iżomm ixxemgħa tixgħel u jintona l-innijiet ferrieħa taż-żwieġ. Meta ftaħt għajnejja rajt lil ħuti. Wiċċhom kien jiddi, fjammi sagri kienu ħerġin minn għajnejhom. F’daqqa waħda lkoll qomna 54

bil-qabża, għamilna jdejna ma’ xulxin, iffurmajna ċirku u bdejna nkantaw u niżfnu madwar Franġisku u l-għarusa inviżibbli.

Frate Bernard qabiżlu d-dmugħ u Frate Kappella neħħa l-kappell u beda jxejru waqt li Eġidju li kien maġenbu beda jċapċap. F’dak il-ħin Massew għamel il-kuraġġ u minn taħt il-qmis ħareġ il-flawt li kien idoqq meta jkun jivvjaġġa waħdu, niżel għarkupptejh quddiem Franġisku u beda jdoqq arja pastorali ferrieħa. Dik ilkappella umli kienet tidwi qisha xi magħlaq tan-nagħaġ f’tieġ ta’ xi ragħaj u Santa Marija talAnġli mistagħġba bħall-grupp tagħna kienet tħares mill-istatwa lejn dak iż-żwieġ stramb u titbissem lil Binha, bħallikieku qiegħda tgħidlu: “Ibni, din l-imħabba eċċessiva lill-ħbieb qed tagħmilhom imġienen. Ħares lejhom: sikru mingħajr inbid, saru għarajjes bla ma għandhom għarusa, il-ġuħ għamel bihom, il-faqar stagħniehom. Qegħdin jaqbżu l-limiti, il-limiti assenjati għall-bniedem; ftit ieħor u se jsiru anġli. U dak li qiegħed f’nofshom sewwa – qiegħed tarah? Dak hu ħabibna Franġisku, il-maħbub buffu ta’ Alla.” Ġorġ Borg

Kalendarju Museumin ⁄ Jannar – Frar 2017


Ġrajja

Dejjem Irridu Aktar

“Dil-ġimgħa tagħlaq il-Lotterija XORTIK TAJBA, Henry,” imbuttatu oħtu Rita. “Kemm se ddum titnikker biex tixtri biljett?”

“Ġa għedtlek li m’iniex se nieħu biljetti, Rit,” weġibha Henry kalm kalm. “Jien m’għandix bżonn flus aktar. Għandi l-pensjoni u xi ħaġa kont faddalt. Dawn flimkien huma sombor għalija.” “Allura jekk tirbaħ l-ewwel premju u ddaħħal mitt elf ewro ma tifraħx bihom?”

“Le, lanqas xejn. Jien kuntent kif jien. U jien ċert li dawk il-flus kollha joħolquli l-problemi biex nimmaniġġahom.” “U mur int! Xi problemi huma! Għomrok kollu għext fil-faqar u kieku issa l-folja ddur. Kieku tgħaddi xjuħitek ta’ sinjur...”

“Imma, jaħasra, Rit, kemm-il darba se ngħidlek! Jien ġa sinjur

Jannar – Frar 2017 ⁄Kalendarju Museumin

55


għax, kif jgħid Seneca, il-veru fqir mhux dak li għandu ftit imma dak li jixtieq ħafna. Issa jien kuntent bil-ftit li għandi u ma nixtieq xejn aktar.” Dan l-argument kien ta’ sikwit iqum bejn Rita u Henry. Imma qatt ma qablu fuqu. Rita kienet miżżewġa b’żewġt itfal u ħuha kien ġuvni. Kien ikbar minnha xi seba’ snin u kellu mentalità differenti minn tagħha. Hu qatt ma rabat il-kuntentizza mal-flus u hi dejjem sostniet li bil-flus tagħmel triq fil-baħar u bla flus la tgħannaq u lanqas tbus.

Henry kien raġel reliġjuż u meta l-għada reġa’ qam l-argument ma’ Rita ħa l-Bibbja f’idejh u, waqt li qalleb il-paġni sa ma sab Kap 4 tal-Ittra lill-Filippin, qal lil oħtu: “Ħalli ngħidlek x’kiteb San Pawl lill-Filippin, Rit.” Poġġa sebgħu fuq vers 11 u beda jaqra: “‘... Jien issa tgħallimt ngħaddi b’dak li jkolli; naf ngħix fl-għaks u naf ngħix fil-ġid; kollox drajt u noqgħod għal kollox: ix-xaba’ u l-ġuħ, il-ġid u l-għaks. Għal kollox niflaħ bis-saħħa ta’ dak li jqawwini.’ It-tama tiegħi filMulej, Rit, mhux fil-flus. Kollox minnu, kollox bih u kollox għalih.


Jien ma rrid norbot qalbi ma xejn ħlief miegħu... Hawn, ara, x’kompla jgħid San Pawl,” żied waqt li mar b’sebgħu fuq vers 18 tal-istess silta, “‘Għandi kulma neħtieġ u iktar’... U jien bħalu Rit. U nemmen li iktar ma nżid iktar ikolli ma xiex norbot qalbi. Mela aħjar kif jien.” Imma Rita ma setgħetx tikkonvinċi ruħha b’dak ilkliem ta’ ħuha. Kienet ċerta li ftit huma dawk li jirraġunaw bħalu. U żgur li dawn il-ftit ma kinux f’sensihom għalkollox. U tant kienet konvinta li ħuha kien ikun jaqbillu b’aktar flus f’idejh, u tant kellha tama li biljett tal-lotterija seta’ jibdillu ħajtu mil-lejl għannhar li marret u xtratlu biljett hi.

“Hawn, ara, Henry, xtrajtlek biljett jien,” qaltlu l-għada meta marret tarah. “X’għamilt? ... Jien m’għedtlekx li ma rridx biljetti!... Issa ħudu miegħek u żommu int. Jekk jitla’ b’xortik,” oġġezzjona Henry.

“Le. Dan għalik,” insistiet oħtu. “Jien xtrajt biljett għalija wkoll, imma dan għalik.” U resqet lejn is-sett tat-televixin u poġġiet ilbiljett taħt il-figorin taċ-ċeramika li kellu fuqu. Imbagħad sellmitlu u telqet.

U x-xorti riedet li Henry jirbaħ l-ewwel premju! Lanqas temmen! Fost tant nies li xtaqu jirbħu rebaħ wieħed li ma xtaqx... Ried jagħti l-flus lil oħtu imma din, ta’ mara tal-affari tagħha, ma aċċettathomx. “Dawk irbaħthom int bil-biljett tiegħek,” baqgħet tinsisti. “Żommhom u bihom dur dawra madwarek u aqdi l-bżonnijiet tiegħek.” Xi ġimgħa wara Rita staqsiet lil ħuha x’kellu ħsieb jagħmel l-ewwel b’dawk il-flus. “Dawk il-flus ġa sibtilhom posthom, Rit,” weġibha biered. “Tajt nofshom lid-Dar tal-Providenza u n-nofs l-ieħor lill-Missjoni.” Carmel G. Cauchi

Jannar – Frar 2017 ⁄Kalendarju Museumin

57


Djarju Museumin

Avvenimenti Ottubru – Diċembru 2016 Żjarat mill-Istati Uniti

G

rupp ta’ 17-il student u studenta akkumpanjati millProfessur Lenny De Lorenzo u Fr. Pete McCormick CSC, kollha mill-Università ta’ Notre Dame f’South Bend, Indiana, żaru Malta fuq pellegrinaġġ bejn il-15 u t-23 ta’ Ottubru 2016. Matul din il-ġimgħa l-pellegrini kellhom l-okkażjoni li jsiru jafu iktar dwar il-wirt Kattoliku tal-gżejjer Maltin u l-ispiritwalità ta’ San Ġorġ Preca u s-Soċjetà. Dan il-pellegrinaġġ kien jinkludi laqgħa malEċċellenza Tiegħu Mons. Charles J. Scicluna, seminars animati minn

membri tas-Soċjetà u żjarat f’xi Oqsma partikulari.

Fl-istess żmien fuq stedina misSoċjetà kien hawn fostna wkoll Dr. Michael Downey li mexxa l-Laqgħa Ġenerali tal-Erbgħa 19 ta’ Ottubru bir-riflessjoni tiegħu fuq The Crucified Is No Stranger. L-għada, il-Ħamis 20 ta’ Ottubru, ta taħdita għall-pubbliku fiċĊentru tal-Konferenzi Dar Ħanin Samaritan bit-tema Hope Begins Where Hope Begins. Imbagħad bejn il-Ġimgħa 21 u l-Ħadd 23 ta’ Ottubru mexxa rtir għall-membri fuq l-Ispiritwalità Trinitarja. 40 membru attendew għal dan l-irtir


li sar f’Mt. St. Joseph. Michael Downey kellu wkoll laqgħat malKEĠ u żar xi Oqsma f’Malta. Ftuħ ta’ Qasam Ġdid f’Durrës, l-Albanija

I

s-Soċjetà waqfet Qasam ġdid fil-belt ta’ Durrës fl-Albanija. Is-Superjur Ġenerali ħatar lisSuperjur David Dye bħala l-ewwel Superjur ta’ dan il-Qasam. Hu u Frans Zahra ser ikunu jiffurmaw dan il-Qasam il-ġdid. Fil-bidu l-membri ser ikunu qed jgħixu mal-patrijiet Dumnikani li jmexxu l-istess parroċċa. Wara Tirana, Durrës hija t-tieni l-ikbar belt fl-Albanija u n-numru ta’ Kattoliċi qiegħed dejjem jiżdied minħabba li ħafna mit-Tramuntana talpajjiż qegħdin jinżlu u jissetiljaw hawnhekk. David u Frans għamlu l-ewwel Assenjatur bejniethom nhar il-Ġimgħa 21 ta’ Ottubru. Ftit ġimgħat wara Mons. George Frendo OP kien maħtur Arċisqof ta’ Tirana-Durrës bl-installazzjoni tiegħu ssir nhar is-Sibt 3 ta’ Diċembru fil-Katidral ta’ Tirana. Żjarat tas-Superjur Ġenerali

I

s-Superjur Ġenerali flimkien malmembri tal-KEĠ żaru 9 Oqsma f’Malta matul l-2016. Ir-Regola fid-Direttorju Ġenerali titlob li “s-Superjur Ġenerali għandu jżur

l-Oqsma kollha tas-Soċjetà matul it-terminu tal-kariga tiegħu” (DĠ 140). Kull żjara ssir fuq 3 ijiem li matulhom is-Superjur Ġenerali jkollu l-okkażjoni li jiltaqa’ mattfal, maż-żgħażagħ, mal-membri u mal-Kandidati tal-Qasam. F’waħda mill-ġranet huwa jilqa’ lill-membri u l-Kandidati talQasam fid-Dar Ġenerali għal ħin informali flimkien. Matul l-2016 dawn iż-żjarat uffiċjali saru flOqsma ta’ Birżebbuġa, San Pawl il-Baħar, Marsaxlokk, ir-Rabat (Għawdex), Ħal Safi-Ħal Kirkop, Ħal Luqa, ix-Xagħra, il-Mellieħa u Wied il-Għajn. Irtir tal-Inkorporandi

B

ejn il-Ġimgħa 25 u l-Ħadd 27 ta’ Novembru sar l-irtir għattliet Kandidati li ser jinkorporaw f’nhar il-Milied 2016. Il-Kandidati huma Kurt Delia (Żabbar), Darrel Borg (Fgura) u Jeremy Zammit (Naxxar). Dan l-irtir kien animat minn diversi membri li qasmu r-riflessjonijiet tagħhom ma’ dawn it-tliet Kandidati bi preparazzjoni għall-Inkorporazzjoni.

Jannar – Frar 2017 ⁄Kalendarju Museumin

59


Assenjatur għal Jannar – Frar 2017

Dommatika

Storja

• Lezzjoni 80: Salvazzjoni għal kulħadd • Lezzjoni 81-82: Il-Qawmien • Lezzjoni 83: Is-sens u l-valur salvifiku tal-Qawmien • Lezzjoni 84: It-tlugħ fis-sema ta’ Kristu • Lezzjoni 85: Marija fit-TĠ

• Lezzjoni 3: Il-Knisja Lhudija • Lezzjoni 4: Firxa f’dinja pagana • Lezzjoni 5: Pagani u Nsara u d-dinja ta’ madwarhom

Morali

• Lezzjoni 61-62: L-għejun tal-moralità • Lezzjoni 63-65: Ir-responsabbiltà morali għalleffetti volontarji fil-kawża Bibbja

• Lezzjoni 26: Ir-Rivelazzjoni u l-verità tal-Iskrittura • Lezzjoni 27: It-Tradizzjoni • Lezzjoni 28: Ir-relazzjoni bejn it-TQ u t-TĠ • Lezzjoni 29: Xi għajnuniet għall-qari tal-Iskrittura • Lezzjoni 30: Il-Bibbja fil-ħajja tal-Knisja Spiritwalità

• Lezzjoni 57-59: Xbihat ta’ Alla • Lezzjoni 60: L-element traġiku fil-Bibbja (1) 60

Kateketika

• Lezzjoni 28-30: Punti prattiċi għall-katekist (ikompli) Liturġija

• Lezzjoni 166: Il-Ħadd fil-Knisja tal-ewwel tliet sekli • Lezzjoni 167: It-Teoloġija talĦadd • Lezzjoni 168: Iċ-ċelebrazzjoni tal-Ħadd Tagħlim Soċjali tal-Knisja

• Nies li wettqu t-Tagħlim Soċjali tal-Knisja: Daniel O’Connell Dokument tal-Knisja

• L-Enċiklika tal-Papa Franġisku Laudato Si’: art. 209-246

Kalendarju Museumin ⁄ Jannar – Frar 2017


Assenjatur għal Jannar 2017

Omnes Sancti Apostoli — Orate pro nobis. Tul dan ix-xahar is-Soċjetà tal-M.U.S.E.U.M. titqiegħed taħt il-protezzjoni speċjali tal-Appostli. Intenzjoni speċjali għal-Litanija tal-Arloġġ Li Alla jitfa’ fina l-ispirtu ta’ vera penitenza u jagħtina żmien għaliha.

Ħsieb tax-xahar Żgur li aħna bdejna din is-sena, iżda xejn ma jassigurana li xi ħadd minna ma jkollux f’xi siegħa tagħha jara l-Wiċċ Venerabbli ta’ Ġesù Kristu, Imħallef Ġust, u jieqaf fit-tribunal divin tiegħu biex minnu jieħu sentenza irrevokabbli ta’ tgawdija jew ta’ tbatija għal dejjem. Programm Speċjali 25 Il-Konverżjoni ta’ San Pawl

Qagħda 14 Il-konverżjoni ta’ Mattew (Lq 5, 27-39) (Qagħda nru. 88) 21 Pawlu akkużat – (Atti 24, 1-27) (Qagħda nru. 415) Kommemorazzjoni 13 San Franġisk de Sales Profil nru. 13

Paġna tal-Fundatur 3 Il-Pulptu ta’ Patri Franku – Pulptu Nru. 80 10 Il-Pulptu ta’ Patri Franku – Pulptu Nru. 81 24 Il-Pulptu ta’ Patri Franku – Pulptu Nru. 82 31 Il-Pulptu ta’ Patri Franku – Pulptu Nru. 83

Regola Nota: Ser nerġgħu nibdew l-istudju tar-Regola wara li flaħħar xahrejn kellna 3 artikli bħala introduzzjoni għal dan. Din id-darba se jibdew jiġu assenjati inqas regolamenti biex tkun tista’ ssir diskussjoni tajba waqt l-Assenjatur. L-istudju tarRegola ma jsirx billi s-Servjent jaqra r-regolamenti u daqshekk. Trid issir preparazzjoni xierqa u kulħadd mistieden jipparteċipa. Ir-regolamenti mill-Kostituzzjoni (K) u mid-Direttorju Ġenerali (D) ser ikunu assenjati flimkien skont is-suġġett. 7 Daħla għar-Regola (Kitba tal-Fundatur) 17 In-Natura tas-Soċjetà tadDuttrina Nisranija, K1-K4 27 Il-Fundament tas-Soċjetà, K5-K7

Jannar – Frar 2017 ⁄Kalendarju Museumin

61


Jannar 2017 1

Il-Ħadd Marija Omm Alla Jum il-Paċi

Assenjatur Vaganza 10 posti Rużarju

Omnipotenza

2 It-Tnejn S. Bażilju u S. Girgor Nazjanzenu

Morali Studji Bibliċi Sentenzi Leħen il-Maħbub

Eternità

3 It-Tlieta (S. Ġenoveffa ta’ Pariġi)

Morali Laudato Si’ Paġna tal-Fundatur

Immensità

4

L-Erbgħa (S. Anġela ta’ Foligno)

Laqgħa Ġenerali

Immutabiltà

5

Il-Ħamis S. Ġwann N. Neumann

Il-Faqar fil-Kitba ta’ Dun Ġorġ (KM pp. 20-27) Kult ta’ Wiċċ Kristu

Sapjenza

6

Il-Ġimgħa (S. Karlu ta’ Sezze)

Mansjonijiet Spiritwalità Kult tal-Pjagi

Ġustizzja

7 Is-Sibt S. Rajmondu ta’ Penjafort

Sawm għas-Soċji Vestis Kult lil Alla Tagħna u Professjoni Regola

Ħniena

8

Il-Ħadd L-Epifanija tal-Mulej

Quddiesa flimkien u passiġġata

Omnipotenza

9 It-Tnejn Il-Magħmudija tal-Mulej

Il-Faqar fil-Bibbja (KM pp. 5-10)

Eternità

10 It-Tlieta (S. Aldo)

Dommatika Laudato Si’ Paġna tal-Fundatur

Immensità

11 L-Erbgħa (S. Iġinu)

Laqgħa Ġenerali

Immutabiltà

62

Kalendarju Museumin ⁄ Jannar – Frar 2017


12 Il-Ħamis (S. Anton M. Pucci)

Tagħlim Soċjali Storja Kult ta’ Wiċċ Kristu

� Qamar Kwinta

13 Il-Ġimgħa S. Ilarju

Kommemorazzjoni Spiritwalità Kult tal-Pjagi

Ġustizzja

14 Is-Sibt (S. Feliċ ta’ Nola)

Qagħda Prekatorju 66 Kant: Sliem għalik

Ħniena

15 Il-Ħadd It-2 tas-sena

Quddiesa flimkien u passiġġata

Omnipotenza

16 t-Tnejn (Il-Martri Franġiskani tal-Marokk)

Morali Studji Bibliċi Sentenzi Spiritwali

Eternità

17 It-Tlieta S. Anton Abbati

Sawm għas-Soċji Vestis Kult lil Alla Tagħna Regola

Immensità

18

Laqgħa Ġenerali

Immutabiltà

19 Il-Ħamis (S. Marju u sħabu)

Kateketika Liturġija Kult ta’ Wiċċ Kristu

Sapjenza

20 Il-Ġimgħa S. Fabjan u S. Sebastjan

Il-Faqar fil-Kitbiet tal-Qaddisin (KM pp. 14-19) Kult tal-Pjagi

Ġustizzja

21 Is-Sibt S. Anjeże

Qagħda Prekatorju 67 Kant: Sliem għalik

Ħniena

22 Il-Ħadd It-3 tas-sena

Quddiesa flimkien u passiġġata

Omnipotenza

L-Erbgħa (S. Margerita tal-Ungerija) Jibda l-Ottavarju għall- Għaqda tal-Knejjes

Jannar – Frar 2017 ⁄Kalendarju Museumin

63


23 It-Tnejn (S. Ildefonsu ta’ Toledo)

Dommatika Studji Bibliċi Sentenzi mit-TQ

Eternità

24 It-Tlieta S. Franġisk de Sales

Dommatika Laudato Si’ Paġna tal-Fundatur

Immensità

25 L-Erbgħa Il-Konverżjoni ta’ S. Pawl

Programm Speċjali talKonverżjoni ta’ San Pawl

Immutabiltà

26 Il-Ħamis S. Timotju u S. Titu

It-Teoloġija tal-Faqar (KM pp. 11-13) Kult ta’ Wiċċ Kristu

Sapjenza

27 Il-Ġimgħa S. Anġela Merici

Sawm għas-Soċji Vestis Kult lil Alla Tagħna Regola

Ġustizzja

28 Is-Sibt S. Tumas ta’ Akwinu

Eloquia Arloġġ Korali (l-ewwel parti) Kant: Sliem għalik

Ħniena

29 Il-Ħadd Ir-4 tas-sena

Quddiesa flimkien Arloġġ Korali (it-tieni parti) Passiġġata

Omnipotenza

30 It-Tnejn (S. Martina)

Morali Studji Bibliċi Proverbji

Eternità

31 It-Tlieta S. Ġwann Bosco

Il-Ġid ta’ Bniedem Fqir (KM pp. 34-39) Paġna tal-Fundatur

Immensità

64

Kalendarju Museumin ⁄ Jannar – Frar 2017


Assenjatur għal Frar 2017

Omnes Sancti Martyres — Orate pro nobis. Tul dan ix-xahar is-Soċjetà tal-M.U.S.E.U.M. titqiegħed taħt il-protezzjoni speċjali tal-qaddisin kollha martri. Intenzjoni speċjali għal-Litanija tal-Arloġġ Li Alla bil-ħniena u bil-potenza tiegħu jkattar in-numru tal-Magħżulin fil-għaqda tagħna. Ħsieb tax-xahar Li kull bniedem jidħol fid-dinja u wara joħroġ minnha biex jidħol fl-eternità. O xi ħsieb serju l-eternià! L-eternità! Dejjem – dejjem! Qatt – qatt! Unjoni Museumina 5 Persuna waħda fi Kristu u din divina Epistola – Kol 2, 6-15 Vanġelu – Ġw 14, 1-11 Ktieb il-Kbir – Paġna 9

Assenjatur Speċjali 10 In-Nawfraġju ta’ San Pawl f’Malta Qagħda 4 Salm 71 (70) 18 Appell għal Ċesare (Atti 25, 1-12) (Qagħda nru. 416) 25 Il-fini tal-preċett (1 Tim 1, 1-11) (Qagħda nru. 304)

Paġna tal-Fundatur 7 Il-Pulptu ta’ Patri Franku – Pulptu Nru. 84

14 Il-Pulptu ta’ Patri Franku – Pulptu Nru. 85 21 Il-Pulptu ta’ Patri Franku – Pulptu Nru. 86 28 Il-Pulptu ta’ Patri Franku – Pulptu Nru. 87 Regola 7 Il-Fundament tas-Soċjetà, K8, D1, D2, K9, K10 17 Il-Ħajja tal-Membri, K11-K13, D3 27 Il-Ħajja tal-Membri, K14, D4, K15, D5-D7

Jannar – Frar 2017 ⁄Kalendarju Museumin

65


Frar 2017 1

L-Erbgħa (S. Briġida tal-Irlanda)

Laqgħa Ġenerali 10 posti Rużarju

Immutabiltà

2

Il-Ħamis Il-Preżentazzjoni tal-Mulej

Kateketika Liturġija Kult ta’ Wiċċ Kristu 10 posti Rużarju

Sapjenza

3

Il-Ġimgħa S. Ansgarju

Mansjonijiet Spiritwalità Kult tal-Pjagi

Ġustizzja

4 Is-Sibt S. Andrija Corsini

Qagħda Prekatorju 68 Kant: Sliem għalik

Ħniena

5

Quddiesa flimkien, Irtir, Unjoni Museumina u passiġġata

Omnipotenza

6 It-Tnejn S. Pawl Miki u sħabu

Faqar Stil Museumin (KM pp. 28-33)

Eternità

7 It-Tlieta (S. Eġidju ta’ S. Ġużepp)

Sawm għas-Soċji Vestis Kult lil Alla Tagħna Regola

Immensità

8

L-Erbgħa S.Ġużeppina Bakhita

Laqgħa Ġenerali

Immutabiltà

9

Il-Ħamis S. Skolastika

Kateketika Liturġija Kult ta’ Wiċċ Kristu

Sapjenza

10 Il-Ġimgħa In-Nawfraġju ta’ S. Pawl f’Malta

Assenjatur Speċjali

Ġustizzja

11 Is-Sibt Il-Madonna ta’ Lourdes

Laqgħa Ġenerali Annwali

● Qamar Kwinta

66

Il-Ħadd Il-5 tas-sena

Kalendarju Museumin ⁄ Jannar – Frar 2017


12 Il-Ħadd Is-6 matul is-sena

Il-137 Anniversarju tat-Twelid tal-Fundatur Laqgħa Ġenerali Annwali

Omnipotenza

13 It-Tnejn (B. Ġordan tas-Sassonja)

Morali Studji Bibliċi Sentenzi tal-Fundatur

Eternità

14 It-Tlieta S. Ċirillu u S. Metodju

L-Arti ta’ Sieger Köder (KM pp. 40-47) Paġna tal-Fundatur

Immensità

15 L-Erbgħa S. Klawdju La Colombière

Laqgħa Ġenerali

Immutabiltà

16 Il-Ħamis (S. Oneżimu)

Tagħlim Soċjali Storja Kult ta’ Wiċċ Kristu

Sapjenza

17 Il-Ġimgħa Is-7 Fundaturi tas-Servi ta’ Marija

Sawm għas-Soċji Vestis Kult lil Alla Tagħna Regola

Ġustizzja

18 Is-Sibt (B. Anġeliku)

Qagħda Prekatorju 69 Kant: Sliem għalik

Ħniena

19 Il-Ħadd It-7 tas-sena

Quddiesa flimkien u passiġġata

Omnipotenza

20 It-Tnejn Dedikazzjoni tal-Kon- Katidral ta’ S. Ġwann, Malta

Dommatika Studji Bibliċi Sentenzi Spiritwali

Eternità

21 It-Tlieta S. Pietru Damian

Dommatika Laudato Si’ Paġna tal-Fundatur

Immensità

22 L-Erbgħa Il-Katedra ta’ S. Pietru

Laqgħa Ġenerali

Immutabiltà

Jannar – Frar 2017 ⁄Kalendarju Museumin

67


23 Il-Ħamis S. Polikarpu

Kateketika Liturġija Kult ta’ Wiċċ Kristu

Sapjenza

24 Il-Ġimgħa (S. Serġju ta’ Ċesarija)

God’s Pauper ta’ Nikos Kazantzakis (KM pp. 48-52) Kult tal-Pjagi

Ġustizzja

25 Is-Sibt B. Marija Adeodata Pisani

Qagħda Prekatorju 70 Kant: Sliem għalik

Ħniena

26 Il-Ħadd It-8 tas-sena

Quddiesa flimkien u passiġġata

Omnipotenza

27 It-Tnejn (S. Gabrijel tal-Addolorata)

Sawm għas-Soċji Vestis Kult lil Alla Tagħna Regola

Eternità

28 It-Tlieta (S. Oswaldu)

Morali Laudato Si’ Paġna tal-Fundatur

Immensità

68

Kalendarju Museumin ⁄ Jannar – Frar 2017


Għerf mid-Deżert

TLETT IRĠIEL Wieħed mill-monaċi anzjani qal li t-tliet ħidmiet il-kbar fil-ħajja ta’ kull monaku huma l-faqar, it-tribulazzjoni u l-prudenza. Għax hemm miktub: “Mhux li kien li kellna magħna lil dawn it-tlett irġiel: Noè, Ġob u Danjel.” (ara Eżek 14, 14) Noè jirrappreżenta lil dawk li ma jippossiedu xejn. Ġob jirrappreżenta lil dawk li jsofru t-tribulazzjoni. Danjel lil dawk li għax prudenti jagħrfu t-tajjeb mill-ħażin. Jekk dawn it-tliet kwalitajiet jinsabu fi bniedem, allura Alla jkun jgħammar fih.


IL-FAQAR “L-ispirtu ta’ Kristu fi grad perfettissimu jinsab f ’dawk l-Insara fidili li mhux biss huma disposti, imħejjija u pronti li jħallu ħajjithom u kull ġid ieħor temporali biex ma jikkonsentux għad-dnub il-mejjet u lanqas għad-dnub il-venjal, iżda li fil-kors tal-ħajja spiritwali tagħhom jagħżlu dak kollu li għażel Kristu fil-kors tal-ħajja tiegħu. Għalhekk, per eżempju, billi Kristu għażel il-faqar huma jagħżlu l-faqar, għalkemm anġlu mis-sema jassigurahom li jekk iservu ’l Alla qalb l-għana jagħtuh l-istess glorja u għalihom jiġbru l-istess mertu, bħallikieku jkunu jservuh fil-faqar.” Is-Sakrarju tal-Ispirtu ta’ Kristu, Nru. 82


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.