KALENDARJU MUSEUMIN
SETTEMBRU - OTTUBRU 2018 IS-SOĊJETÀ TAD-DUTTRINA NISRANIJA MUSEUM
† Verbum Dei caro factum est It-88 Sena Ħarġa Numru 5 / Settembru-Ottubru 2018
Editorjal Mhux li Kien!
258
Is-Siegħa ta’ Bejnietna L-Assenjatur Ikun Kif Nagħmluh Aħna
260
Skola ta’ Virtù Il-Kuraġġ 264 Il-Kelma tal-Kultur Ippakkja u Itlaq
268
Aħna u l-Midja Soċjali Każ ta’ Addiction? 272 50 Sena mill-Humanae Vitae Ir-Reazzjonijiet ta’ xi Konferenzi Episkopali għall-Humanae Vitae 276
Skrittura Il-Profeta Sofonija
280
Il-Perfezzjoni Evanġelika “Kunu Mela Perfetti…” (5)
286
Varji Tmurx il-Missjoni Jekk… 290 X’Qed Tagħtik il-Missjoni? 293 Il-Messaġġ 304 Il-Valur tal-Mistħija 307 Djarju Museumin Ġunju-Awwissu 2018
310
Assenjatur Settembru-Ottubru 2018
312
Rivista ta’ kull xahrejn għall-użu privat tal-membri tas-Soċjetà tad-Duttrina Nisranija M.U.S.E.U.M. Direzzjoni u Amministrazzjoni: Dar Ġenerali 207, Triq San Ġorġ Preca, Marsa MRS 9010 www.sdcmuseum.org | e-mail: info@sdcmuseum.org
Editorjal
Mhux Li Kien!
I
s-sajf għalina fil-Museum għandu ħabta jfakkarna u janimana fl-ispirtu missjunarju minħabba dak li jkun qed jiġri fis-Soċjetà. F’dawn ixxhur ħafna Soċji li qegħdin jgħixu u jaħdmu lil hinn minn xtutna jiġu jqattgħu ftit ġimgħat ta’ mistrieħ u biex ikunu ftit mal-familjari tagħhom, u mhux darba jew tnejn issibhom fl-Oqsma, jaqsmu l-esperjenzi missjunarji tagħhom. Ħafna drabi dan ikun żmien tajjeb ukoll biex xi Soċji jintbagħtu mis-Soċjetà biex ikomplu jgħixu l-vokazzjoni Museumina f ’art u qalb poplu ġdid. Fis-Sajf ukoll isiru żjarat fl-Oqsma ta’ barra minn membri fl-amministrazzjoni u numru ta’ membri jagħmlu esperjenza f ’xi wieħed minn dawn l-Oqsma. Ma ninsewx ukoll li l-Kandidati fl-aħħar sena tarResponsorju jagħmlu esperjenza ta’ ftit ġimgħat f ’Qasam tal-missjoni. Imbierek is-sajf li jiġi u jħabbat fuq il-qalb tagħna u jħeġġiġna biex inkomplu nkunu dak li aħna msejħin inkunu, “veri missjunarji”. Imberkin aħna jekk f ’qalbna nkomplu nikkultivaw l-ispirtu missjunarju u ma jkun qatt li nitilfuh, għax jekk nitilfuh inkunu tlifna lil ruħna u qajla nkunu nistgħu nibqgħu nissejħu Museumini, fis-sens ta’ kif interpreta t-terminu l-għażiż Fundatur tagħna. Il-Museum, min-natura tiegħu, huwa soċjetà missjunarja, għaqda ta’ nies li tant jgħixu f ’intimità mal-Iben inkarnat li qalbhom tinħaraq biex dan Ġesù jkun magħruf u maħbub minn iktar nies. Fl-istorja tas-Soċjetà tagħna, kull perjodu kien importanti biex kibret f ’dak li hi llum. Imma meta wieħed janalizza s-sitwazzjoni preżenti, malajr jasal għall-
konklużjoni li s-Soċjetà jeħtieġ li tinfirex f ’aktar pajjiżi llum qabel għada. L-ispirtu missjunarju huwa spirtu liberu li ma jħallix lill-individwu marbut b’tali mod li mbagħad jagħlqu fih innifsu sakemm eventwalment imut il-mewta naturali. Ġesù, l-ikbar missjunarju u l-aqwa eżempju ta’ kif għandu jkun bniedem liberu, maħlul minn kollox, ma mietx il-mewta naturali imma miet mewta li tagħti l-ħajja. Mhux ta’ b’xejn li għal Dun Ġorġ, Ġesù Kruċifiss hu “Ktieb Manwali indiviżibbli għas-Soċju” li fuqu għandna nimmudellaw ħajjitna. Hemm bżonn li nitolbu lil Alla biex jagħtina l-grazzja li nimitaw lil Ġesù f ’dan l-ispirtu ta’ libertà
258 Kalendarju Museumin / Settembru - Ottubru 2018
spiritwali biex ma nibqgħux imwaħħlin u staġnati. B’serjetà, umiltà u persważjoni għandna bżonn nitolbu l-kbira grazzja li ninħelsu mir-rabtiet li dejjem huma ħżiena ladarba ma jkunux qed iħalluna liberi li ningħataw iktar lil Alla u lill-oħrajn. Kull Soċju għandu jaħdem għal iktar libertà interjuri għax għandna ħabta li malajr u mingħajr ma nindunaw nintrabtu ma’ xi ħaġa, ma’ xi ħadd jew ma’ xi mkien. B’dawn ir-rabtiet diffiċli li wieħed jagħmel lilu nnifsu disponibbli għall-missjoni u joħnoq sakemm imewwet fih l-ispirtu missjunarju bilkonsegwenza li jbati hu (għax irrabtiet jisirqulek il-ferħ veru), tbati s-Soċjetà u jintilef ħafna ġid. L-ispirtu missjunarju jħallik biss marbut ma’ Ġesù u dan ikun biżżejjed. Ma’ Ġesù, bih u għalih, is-Soċju missjunarju jinqata’ mir-rabtiet ta’ familtu, ta’
pajjiżu, ta’ xogħlu, tal-karriera, tal-kumditajiet, tal-ħbiberiji, talegoiżmu, tal-mezzi teknoloġiċi, tar-ras iebsa tiegħu u b’libertà kbira jaqbeż f ’baħar immens ta’ opportunitajiet, ta’ appostolat u ta’ konsolazzjonijiet. Imma kollox irid ikun immotivat mill-imħabba kbira lejn Ġesù li kienet, għadha u tibqa’ tħeġġeġ l-ispirtu talmissjunarju. Fit-talba stupenda Entrega Inconditional (Għotja Bla Kundizzjoni - ara l-aħħar paġna) Pedro Arrupe SJ b’mod l-iktar qawwi u profond jesprimi dan issentiment. Mhux li kien li aħna wkoll ikollna l-istess xewqat. Mhux li kien li nitgħallmu iktar niddistakkaw ruħna ħalli nikbru fil-libertà talqalb. Mhux li kien li l-Museum jinxtered iktar biex iktar tfal, żgħażagħ u kbar isiru jħobbu iktar lil Ġesù. Mhux li kien li kollha kemm aħna nkunu Soċji missjunarji għal qalb Ġesù u għal qalb il-Fundatur.
Is-Siegħa ta’ Bejnietna
L-Assenjatur Ikun Kif Nagħ mluh Aħ na
“
L-Assenjatur huwa s-saħħa tas-Soċjetà u int is-saħħa tal-Assenjatur. Mela agħti s-sehem tiegħek bil-preparazzjoni u bit-talb.” (Frater Fragilis, p. 129)
Smajnieha kemm-il darba: “L-Assenjatur huwa s-salmura tas-Soċjetà.” U hekk hu, għax għal aktar minn seklu kien il-mezz ewlieni li fforma u ppreserva lis-Soċji u l-Kandidati fl-ibliet u fl-irħula ta’ Malta u Għawdex u issa wkoll fl-esteru. Mhux ta’ b’xejn li meta l-Fundatur beda joħroġ ilKalendarju Museumin f ’Diċembru tal-1930 għażel li jiddedikah tista’ tgħid kollu kemm hu għal din is-‘siegħa’ tant għal qalbu. Ried jassigura li l-Assenjatur jibqa’ kif dejjem kien, “forn ta’ mħabba li jgħaqqad lis-Soċji flimkien, għajn ta’ tagħlim li jdawwal lil min jieħu sehem fih, arma ta’ kuraġġ għal min qed jibred, ċelebrazzjoni ta’ ferħ għas-Soċji li taw ħajjithom lil Kristu” (Frater Fragilis, p. 117). Imma xejn ma jirnexxi waħdu, lanqas l-Assenjatur. L-iskop jista’ jkun tajjeb u t-tifsila wkoll, imma dejjem se jiddependi mill-membri jekk din il-laqgħa tħallix il-frott mixtieq. Dejjem se jkun l-element personali li jiddetermina jekk
jintlaħaqx il-fini jew jitgħarraqx kollox. Is-‘suċċess’ tal-Assenjatur se jibqa’ dejjem f ’idejn min jipparteċipa fih. Il-Kummissjoni Assenjatur Fost dawk li jikkontribwixxu għal dan is-suċċess hemm fuq quddiem nett il-membri tal-Kummissjoni Assenjatur li huma fdati misSoċjetà biex ifasslu dak li għandu jiġi studjat u biex jipprovdu l-materjal għall-għajnuna tas-Soċji u l-Kandidati. L-importanza ta’ din il-Kummissjoni qatt ma tista’ tiġi enfasizzata biżżejjed. Il-Kapitlu nnifsu tal-2004 kien talab li “l-Assenjatur ikun sostnut u fornut b’materjal aġġornat mid-Dar Reġjonali jew mid-Dar Ġenerali” (Il-Vokazzjoni Museumina Identità u Formazzjoni, par. 26J(i)). U d-dokument Oasi li Ttaffi l-Għatx, f ’paragrafu 4.2, jgħid li “s-Soċjetà għandha timpenja ruħha li tkompli tifforma lill-membri b’tagħlim rilevanti u mġedded u b’lingwaġġ adatt
260 Kalendarju Museumin / Settembru - Ottubru 2018
biex huma jkunu jistgħu jsibu direzzjoni għalihom infushom u għal dawk li jaqsmu magħhom ilmixja tal-fidi permezz tal-katekeżi u tad-direzzjoni spiritwali.” Huwa veru li s-sehem tal-membri talKummissjoni fl-Assenjatur huwa wieħed remot, imma dan ma jnaqqas xejn mir-responsabbiltà mhix żgħira li jġorru għaliex iridu jassiguraw li l-Assenjatur “filwaqt li jħares l-elementi tradizzjonali awtentiċi u validi, (i.e. assidwità, ordni, kontenut sistematiku u assenjat) jagħti spazju għallelementi ġodda li jitolbu żminijietna” (Ktieb tal-Assenjatur). F’kelma waħda jridu jsibu l-bilanċ bejn dak li ilu jsir fis-Soċjetà ħafna drabi bl-inizjattiva jew bil-kunsens tal-Fundatur innifsu u dak li hu ġdid u aġġornat biex l-Assenjatur jilħaq l-iskop tiegħu anke llum. Dan jitlob mhux biss ħafna xogħol imma wkoll ħafna għaqal għaliex faċli nibqgħu marbutin iżżejjed mal-antik jew bil-maqlub ninħakmu mil-lebliba tat-tibdil hekk li nispiċċaw narmu anke dak li kien u għadu validu. Il-gosti personali u forsi wkoll kapriċċużi m’għandhom qatt jiddeterminaw id-deliberazzjonijiet u l-ordinamenti tal-Kummissjoni. Nagħtu u Nirċievu Fl-Assenjatur aħna lkoll nagħtu u nirċievu. Hemm min jagħti billi ġimgħa wara ġimgħa u sena wara sena jħejji l-materja assenjata
lilu ħalli jkun jista’ jdawwal u jifforma lil sħabu. Imbagħad hemm min jibbenefika billi jsegwi b’attenzjoni u jixtarr dak li jkunu ħejjew sħabu. Fl-Assenjatur irrwoli kontinwament jinqalbu. M’hemm ħadd li dejjem jagħti, u m’hemm ħadd li dejjem jirċievi. Ilkoll naġevolaw lil xulxin, b’ġid kbir għal kull min jieħu sehem flAssenjatur. Iżda hemm mod u mod kif tagħti jew tirċievi, mod li jiddetermina kif se jkun l-Assenjatur flOqsma u finalment fis-Soċjetà. Nagħmluha ċara. Xejn ma jsir sewwa mingħajr sagrifiċċju. Immela kull min jieħu sehem fl-Assenjatur irid ikun lest iħallas prezz biex is-siegħa ta’ bejnietna tissarraf f ’eżerċizzju mill-aktar utli għat-tisħiħ u għall-istess eżistenza tas-Soċjetà. Naturalment l-ogħla prezz iridu jħallsuh dawk li jintalbu jagħmlu xi materja, l-aktar jekk din tkun fuq bażi regolari. Iżda, għall-grazzja ta’ Alla, isSoċjetà dejjem kellha minn dawn il-membri li fis-skiet ta’ djarhom u mingħajr daqq ta’ trombi ma jiddarrsux jissagrifikaw il-ftit ħin liberu tagħhom biex is-servizz li jagħtu fl-Assenjatur ikun wieħed ta’ fejda u anke pjaċevoli. Kemm ġid jagħmlu ma’ sħabhom membri bħal dawn! Kemm jagħmluha faċli għal sħabhom biex iżommu l-attenzjoni minkejja l-għeja li inevitabilment taqa’ fuqhom wara ġurnata xogħol u taħbit! X’eżempju
Settembru - Ottubru 2018 / Kalendarju Museumin
261
sabiħ jagħtu biex ħaddieħor jieħu s-sehem tiegħu fl-Assenjatur blakbar serjetà! M’għandniex xi ngħidu, anke min ikun jisma’ għandu x’jagħti. Il-mod kif japparteċipa, bosta drabi bl-attenzjoni imma kultant anke permezz ta’ xi intervent jew mistoqsija, jaf jagħmel differenza mhux żgħira fl-andament tallaqgħa. Huwa veru li mhux faċli tikkonċentra għal siegħa sħiħa meta l-ġisem u l-menti jkunu bdew jokorbu għall-mistrieħ. Imma kemm nagħmlu l-qalb lil xulxin, l-aktar lil min ikun qed jagħti s-servizz, meta mhux biss noqogħdu attenti imma wkoll nikkummentaw bis-sens jew nistaqsu. Kull qalb trid oħra. Min ikun għamel li seta’ biex jipprepara jkun jixtieq li sħabu għallinqas juru ftit interess. Mill-banda l-oħra ftit tal-mogħdrija jrid ikun hemm ukoll, speċjalment meta xi membru jibda jingħos. Min jaf kemm ikun tħabat, miskin, matul il-jum! F’każi bħal dawn l-aħjar ngħidu ma’ Kristu: “L-ispirtu, iva, irid; imma l-ġisem dgħajjef.” (Mt 26,41) Ir-Realtà Dan li għedna s’issa huwa l-ideal. Imma fil-fatt kulħadd qed jagħmel l-almu tiegħu biex l-Assenjatur isir sewwa? Kulħadd iwieġeb għalih innifsu, imma b’mod ġenerali jkollna nammettu li
hemm x’nirranġaw. U dan mhux illum biss. Nisimgħu x’jgħid Frater Fraġilis f ’dan ir-rigward. Qed jikkummenta dwar kif kienet is-sitwazzjoni erbgħin sena ilu. “Tkun diżgrazzja kbira u telf radikali jekk tintmess is-siegħa tal-Assenjatur. Iżda jisgħobbija ngħid li naħseb li l-Assenjatur f ’xi Oqsma qed jintmess. L-Assenjatur jista’ jintmess għax minflok siegħa jsir nofs siegħa, għax mal-inqas skuża ta’ xogħol jew laqgħat oħra nwarrbuh; iżda l-Assenjatur qed jintmess b’mod agħar billi jsir b’mod ħażin u ħafna minn dawk li jattendu għalih qed isiru jobogħduh f ’qalbhom.” (Frater Fragilis, p. 115) Evalwazzjoni iebsa tassew! Tgħid illum is-sitwazzjoni għadha l-istess? Naturalment kulħadd se jwieġeb skont kif jara l-Assenjatur isir fil-Qasam tiegħu. Forsi hawn min iħoss li kollox ma’ kollox l-Assenjatur qed isir tajjeb ħafna, b’mod speċjali issa li xi Oqsma qed jingħaqdu għal din issiegħa u hemm membri li għażlu li jistudjaw u japprofondixxu f ’dawk l-oqsma ta’ studju relatati malappostolat tagħna. Ħaddieħor forsi jħoss li s-sitwazzjoni fejn jattendi hu tixbah ħafna lil dik deskritta minn Frater Fragilis. F’dan il-każ allura xi ħaġa trid issir. Ma jistax ikun li nittraskuraw ħaġa tant vitali għall-membri u għall-Qasam. Min jaf kieku minn żmien għal żmien, meta jasal il-Kapitlu Partikulari, is-Superjur u l-membri jiftehmu li jagħmlu evalwazzjoni sinċiera
262 Kalendarju Museumin / Settembru - Ottubru 2018
ta’ kif qed isir l-Assenjatur? Żgur ħadd mhu se jgħid li din hi materja frivola. Ġieli ddiskutejna materji ferm u ferm inqas importanti filkapitli. Dak li hu l-ewwel għandu jiġi l-ewwel. X’Għandna Nagħmlu? Ladarba naqblu li l-Assenjatur ikun kif nagħmluh aħna, hemm bżonn naraw sewwa kif qed nagħtu sehemna. Qabelxejn irridu neżaminaw l-attitudni tagħna. Jekk f ’qalbna jbaqbaq l-entużjażmu għat-tagħlim, bla ma rridu nkunu aħna stess li nagħtu l-ħajja lill-Assenjatur. Il-materji nitħejjew għalihom sewwa u nippreżentawhom b’mod ħaj, interessanti u aġġornat, fost l-oħrajn billi nużaw il-mezzi teknoloġiċi moderni jekk aħna kapaċi. Jekk m’aħniex familjari ma’ dawn il-mezzi, xorta waħda nistgħu nsostni l-interess, indawlu u nedifikaw jekk nitħejjew sew, imqanqlin mill-imħabba għat“tagħlim tajjeb”. Ilkoll nafu b’membri li għalkemm qatt ma jużaw powerpoints u ħwejjeġ simili kapaċi jżommu l-grupp attent mill-bidu sal-aħħar. Wara kollox la hu meħtieġ u lanqas rakkomandabli li kull materja ssir bil-mezzi awdjo-viżwali. Il-varjetà dejjem sabiħa, dment li kulħadd jagħmel l-almu tiegħu. It-talb ukoll jeħtieġ naraw kif qed isir. L-orazzjonijiet u l-kultijiet li
jżewqu l-Assenjatur huma r-ruħ tal-laqgħa tagħna għax jagħtuha bixra għalkollox spiritwali. Aktar ma t-talb isir f ’atmosfera ta’ ġabra, aktar l-Assenjatur jissarraf f ’ġid għall-membri u l-Qasam. Jagħmlu tajjeb is-Superjuri jekk jesiġu li t-talb isir sewwa u fuq kollox jekk imexxu bl-eżempju. L-għaġla qatt m’għandha tiġi tollerata. Konklużjoni Hu fl-interess tagħna lkoll li ma nirrendux l-Assenjatur f ’sempliċi rutina fejn intemmu dak li jkun assenjat fil-Kalendarju Museumin. Biex dan ma jiġrix irridu nifhmu li l-Assenjatur huwa l-mument meta l-familja Museumina tiltaqa’ għall-ikla spiritwali tagħha. U lkoll għandna nikkontribwixxu għal din l-ikla. Jalla sehemna nagħtuh b’ħafna mħabba u b’ħafna responsabbiltà, kif poġġieha tant tajjeb Frater Fragilis meta qal: “Kull wieħed li jersaq fuq ilmejda biex jippreżenta materja qed jerfa’ responsabbiltà kbira. F’idejh għandu l-mezz li jsalva lil sħabu mill-iebes tar-rutina. L-iktar materja fqira f ’idejn wieħed kapaċi tieħu l-ħajja u tagħti l-ħajja.” (p. 129) Dan għandna nfittxu, li kemm jiddependi minna nagħtu l-ħajja lill-Assenjatur biex minnu mbagħad aħna stess nieħdu l-ħajja. Joe Spiteri
Settembru - Ottubru 2018 / Kalendarju Museumin
263
Skola ta’ Virtù
Il-Kuraġġ
“
Għandi 71 sena. Tista’ persuna tal-età tiegħi jkollha mewta aktar glorjuża minn hekk: li mmut qalb il-ħbieb u l-aħwa tiegħi fis-servizz ta’ Alla.” Jingħad li dan il-kliem qalu l-Gran Mastru La Valette fi żmien l-Assedju l-Kbir ta’ Malta. Ma nistgħux niċħdu l-fatt li dan l-eroj kien bniedem qalbieni għall-aħħar.
Mhux Kulħadd l-Istess Guardini jiftaħ il-kapitlu tiegħu billi jagħmel din id-distinzjoni: l-imġiba tal-persuna f ’sitwazzjoni partikolari u l-attitudni talpersuna fis-sitwazzjonijiet talħajja. Nistgħu ngħidu li La Valette kellu miż-żewġ aspetti bħala mexxej. Però ma rridux nillimitaw ir-riflessjoni tagħna għall-istorja. Guardini jkompli jsostni li hemm min hu min-natural tiegħu kuraġġjuż u forsi jqisha bħala ħaġa nobbli li tkun hekk (minħabba l-mod kif trabba jew fejn għex), u hemm min ikollu jagħmel il-ħila f ’ċerti ċirkostanzi. Il-Kuraġġ Bħala Virtù li Tirrikjedi Taħriġ Jista’ l-kuraġġ jitqies bħala virtù, drawwa li trid titħarreġ fiha? Forsi malajr nikkonkludu li le. Madankollu l-awtur jerġa’ jsemmi l-punt li trid il-kuraġġ biex taċċetta lilek innifsek, lil ta’ madwarek u dak kollu li tħabbat wiċċek miegħu
fil-ħajja. Fuq kollox trid ħafna kuraġġ biex taċċetta li kollox ġej mill-Providenza Divina. Wieħed irid ħafna kuraġġ biex jaċċetta kollox mingħajr kundizzjonijiet. Dan huwa punt li l-awtur isemmi spiss fir-riflessjonijiet tiegħu, għax biex wieħed jitħarreġ f ’virtù partikolari l-ewwel irid ikun jaf lilu nnifsu. Dan jgħodd għal kollox, anki għall-ħajja tagħna tax-xogħol u tal-Qasam. Jekk hu mistenni minni li nagħmel ċertu xogħol, irrid inkun imħarreġ għalih. Dan ma jfissirx li jien mill-ewwel ġurnata se nkun espert f ’dak il-qasam. Kull wieħed minna jrid dejjem jikber fil-kwalitajiet meħtieġa, kemm dawk kateketiċi kif ukoll oħrajn li għandna bżonn fil-ħajja tagħna bħala membri. Tajjeb li nżommu f ’moħħna li f ’dan ir-rigward mhux biżżejjed ir-rieda tagħna. Permezz tattalb irridu nħallu l-ispirtu ta’ Alla jaħdem fina biex ninbidlu, nikkonvertu.
264 Kalendarju Museumin / Settembru - Ottubru 2018
Il-Kuraġġ fis-Servizz ta’ Alla F’Il-Ktieb il-Kbir il-Fundatur għandu paġna ddedikata għallkuraġġ. F’Paġna XI huwa jippreżentalna lil Kristu minxur fuq is-salib bħala l-aqwa edukatur tal-kuraġġ. B’kuraġġ kbir Huwa baqa’ jsostni dak li pprietka f ’ħajtu u temm dak li Alla xtaq minnu. Ma waqax fit-tentazzjoni li jaqta’ qalbu, iħalli kollox u jżarma. Ilkuraġġ wassal lil Kristu sal-mewt. Kristu deher bħala tellief, però l-glorja tiegħu qiegħda filli hu warrab it-tama fiergħa li taf toffri d-dinja u wriena kemm id-dinja taf tkun qarrieqa. Mhux kliem faċli dan tal-Fundatur, però blgħajnejn tal-fidi wieħed jagħraf kemm jagħmel sens. Fit-tagħlimiet Dun Ġorġ isemmi li l-kuraġġ hu meħtieġ biex neħduha kontra l-fsied tagħna stess (l-istimi, it-tpaxxija u l-għana) u minħabba l-mibegħda tal-ispirti ħżiena li ma jħallux lill-qaddisin jirsistu għat-tajjeb. Min-naħa l-oħra Dun Ġorġ jikkwota wkoll lil Kristu li qal: “L-għedewwa talbniedem, niesu.” Il-Kuraġġ fil-Vokazzjoni Tagħna Meta nqisu dan kollu, ikollna nammettu li aħna wkoll filħidma tagħna ta’ kuljum u flgħejxien tal-vokazzjoni tagħna nirrikjedu ħafna kuraġġ, il-kuraġġ li jżommok għaddej minkejja
d-diffikultajiet kollha li taffaċċja. Ikollna nammettu li madwarna għandna ħafna x’jaqtgħalna qalbna u ħafna drabi n-numri aktar jiddemoralizzawna. Irridu nkunu realistiċi u nammettu li s-soċjetà Maltija m’għadhiex li kienet. Forsi wieħed jażżarda jaqta’ qalbu meta jqis kollox u meta jisma’ ċerta kritika li jista’ jkollha xi ftit verità. Imma kif jgħallimna Dun Ġorġ, Kristu temm il-missjoni tiegħu, minkejja li kellu jgħaddi minn ħruxijiet kbar. Dan il-punt għandu jagħmlilna kuraġġ kbir. Kemm jagħmel sens il-kliem tal-Fundatur meta ħares lejn Kristu Kurċifiss u bħal donnu semgħu jgħid: “Ħares lejja u kkwieta.” Jeħtieġ li nagħmlu kuraġġ lil xulxin kemm bil-preżenza tagħna u anki b’kelma ta’ ġid fejn hemm bżonn. Xi kultant kelma kapaċi tibni persuna daqskemm kapaċi tkissirha. Mela aħna li għandna l-kariżma tal-kelma, għandna ninqdew bil-kelma biex inkunu bħal dak il-musbieħ fuq l-imnara li jagħti d-dawl fejn hemm iddlam. Seħibna Frans Zahra filKalendarju Museumin ta’ Lulju 1987 f ’artiklu dwar L-Ispirtu Missjunarju fis-Soċjetà kiteb: “Bħalma l-materjal radjuattiv meta jilħaq il-massa kritika joħloq reazzjoni li darba tibda diffiċli ħafna biex wieħed irażżanha, hekk ukoll in-Nisrani li jilħaq ċerta
Settembru - Ottubru 2018 / Kalendarju Museumin
265
maturità spiritwali.” Tajjeb mela li ma niddejqux inkunu radjuattivi fit-tajjeb bejnietna.
naraw in-numri dejjem neżlin jew meta tant nisimgħu aħbarijiet negattivi.
Il-Kuraġġ fil-Missjoni Tagħna
Ejja nkunu aħna li bil-kuraġġ tagħna nxerrdu t-tama u l-ferħ li tant iħobb isemmi l-Papa Franġisku. Guardini wkoll jargumenta li f ’mumenti ta’ qtigħ il-qalb irridu nsibu l-kuraġġ fina nfusna biex negħlbu dawn ilmumenti.
Ejjew ma naqtgħux qalbna meta nilmħu l-imġiba ħażina fit-tfal u ż-żgħażagħ. Niftakru li darba aħna wkoll konna bħalhom u min jaf kemm għamilna praspar u dawk li jmexxuna ħadu paċenzja bina. M’għandniex nitilfu t-tama meta
Il-Kuraġġ għall-Missjoni Ta’ kuljum filgħaxija nerħulha lejn il-Qasam biex hemmhekk inkomplu ngħixu l-vokazzjoni tagħna. Xi wħud madankollu huma msejħin biex din il-ħaġa jagħmluha lil hinn minn xtutna. Għall-grazzja ta’ Alla llum isSoċjetà hi mifruxa ma’ numru ta’ pajjiżi madwar id-dinja. Dan kollu grazzi l-ewwel u qabel kollox għall-providenza ta’ Alla, imma żgur ukoll għal tant membri li bilkuraġġ u bil-ġenerożità tagħhom aċċettaw din is-sejħa u għadhom jaċċettawha anki llum. Seħibna Tonio Caruana, f ’artiklu fil-Kalendarju Museumin ta’ Settembru 1996 bl-isem Naħseb fil-Missjoni Tbatu, Hux!, jikteb li f ’xi pajjiżi trid kuraġġ kbir li tkompli għaddej meta tara tant faqar u inġustizzji, meta tara tfal u nies jittallbu biex forsi jgħixu jum ieħor. Li wieħed iħalli kollox biex jaħdem fl-għalqa tal-Mulej mhix ċajta, imma l-Mulej żgur li mhux se jħallina nkunu aktar ġenerużi minnu. Tajjeb għalhekk li nkomplu nitolbu lil Sid il-ħsad biex jibqa’ jibgħat ħaddiema għall-għalqa tiegħu u nitolbu wkoll għal sħabna fl-esteru
biex il-Mulej ikompli jimliehom bil-kuraġġ fl-isfidi kollha li titlob minnhom il-ħajja hemmhekk. Jalla kull wieħed minna jieħu dan ix-xogħol b’responsabbiltà kbira u b’kuraġġ jippersevera sal-aħħar. Inkunu Realistiċi Ikollna nammettu li fl-Oqsma, sew f ’Malta kif ukoll barra, niltaqgħu ma’ esperjenzi, sfidi u ċirkostanzi differenti. Waħda timxi mal-oħra. Nesperjenzaw is-sabiħ fl-oħrajn grazzi għar-relazzjonijiet ta’ bejnietna, nesperjenzaw ilferħ meta xi ħaġa tmur tajjeb, u l-kumplament. Però dan jimplika li nistgħu nesperjenzaw ilmaqlub ta’ dawn. Allura nżommu f ’moħħna li daqskemm nistgħu nimtlew b’kuraġġ minħabba xi esperjenza, relazzjoni jew sitwazzjoni, daqstant ieħor jista’ jkollna mumenti fejn inħossu qtigħ il-qalb kbir. Kemm narah jagħmel sens allura s-Salm 46 f ’mumenti bħal dawn: “Kenn u qawwa hu Alla għalina, għajnuna kbira sibnieh fiddwejjaq. Għalhekk ma nibżgħux jekk l-art titriegħed, jew jiġġarrfu l-muntanji f ’nofs ta’ baħar.” Jean Paul Parascandalo
Settembru - Ottubru 2018 / Kalendarju Museumin
267
Il-Kelma tal-Kultur
Ippakkja u Itlaq …
G
ħażiż Kandidat, minn meta kont żgħir, kont dejjem naffaxxina ruħi meta kien jirritorna għal ftit jiem ta’ mistrieħ membru mill-Qasam tagħna ta’ Ħal Tarxien li dak iż-żmien kien qiegħed jaħdem filmissjoni tas-Soċjetà fil-Kenja. Meta kont narah fil-bitħa qabel ma tibda l-lezzjoni, moħħi kien jibda jaħseb dwar x’kien ser jgħidilna ġdid u ma’ xiex ikun iltaqa’ fix-xhur li jkunu għaddew. Il-ħin ta’ dawn il-lezzjonijet dejjem kien ikun qasir wisq u s-Superjur kien ikollu jagħmel sinjal lil dan il-membru biex jikkonkludi! Għal min ikun għadu żgħir dawn ir-rakkonti jinżlu għasel bħalma jinżlu għasel il-ħrejjef u l-ġrajjiet tal-karattri fittizji talkomiks jew tal-kartuns. Iżda dawn l-esperjenzi huma ħafna ’l bogħod minn ħrafa. Ir-Realtà Missjunarja – ir-Realtà tas-Soċjetà Għalkhemm forsi fl-isem tas-Soċjetà tagħna l-kelma “missjunarja” ma tidher imkien, fl-isem popolari tagħha, M.U.S.E.U.M., insibu referenza diretta għan-natura missjunarja tas-Soċjetà. Il-kliem “Universus Mundus”, jew aħjar “id-dinja kollha”, jagħtina indikazzjoni ċara li s-Soċjetà qatt ma kienet intenzjonata li tillimita l-ħidma tagħha għall-konfini tal-gżejjer tagħna. Kien il-Fundatur stess li ftit tas-snin qabel ma’ miet bagħat grupp ta’ Soċji fl-Awstralja sabiex ikunu ta’ servizz għal ħuthom ilMaltin u oħrajn li kienu interessati fit-tagħlim tal-kelma ta’ Alla. FirRegola nsibu li “s-Soċjetà għandha tfittex li tgħin lill-Knisja Universali
billi tgħix il-kariżma partikulari tagħha u tagħti sehemha filħidma tal-evanġelizzazzjoni u l-katekeżi.” (Kostituzzjonijiet, par. 82) Matul is-snin, għall-grazzja ta’ Alla, is-Soċjetà laqgħet diversi stediniet minn djoċesijiet madwar id-dinja biex twettaq l-appostolat tagħha f ’dawn il-komunitajiet. Dan ifisser, allura, li r-rakkonti u l-esperjenzi dwar il-missjoni li jiena kont nisma’ meta kont żgħir huma realtà kbira u mhux ħrafa. Il-ħidma missjunarja fisSoċjetà mhix xi add-on li żdiedet mal-vokazzjoni Museumina iktar tard maż-żmien. Bil-maqlub, jekk il-vokazzjoni tagħna nneħħulha l-aspett missjunarju ma tibqax il-vokazzjoni Museumina iżda tiġi xi tip ta’ vokazzjoni oħra. Dan ifisser li inti bħala Kandidat jeħtieġ li tirrealizza li s-Soċjetà tagħna
268 Kalendarju Museumin / Settembru - Ottubru 2018
mhijiex magħluqa bejn l-erba’ ħitan tal-Qasam fejn bħalissa qiegħed tattendi, lanqas hi ristretta għal pajjiżna, iżda l-viżjoni tagħha hi li l-kelma ta’ Alla tixxandar malerbat irjieħ tad-dinja.
u nirringrazzjaw lil Alla li naraw is-Soċjetà tikber u taqdi s-sejħa tagħha f ’iktar pajjiżi madwar iddinja fejn in-nies hija lesta li tilqa’ l-kelma ta’ Alla u ssaħħaħ fiha l-fidi fis-Sinjur Alla.
Jekk Alla jagħtik il-grazzja li tinkorpora, trid iżżomm f ’moħħok li inti m’intix ser tinkorpora ma’ Qasam, u lanqas ma’ xi territorju. Inti ser tinkorpora ma’ Soċjetà li darha hija d-dinja kollha! Għandna tassew għaliex nifirħu
Il-Missjoni Tibda Minni Għażiż Kandidat, forsi dan ilkliem smajtu kemm-il darba u f ’qalbek qed tirraġuna: “Iva, veru, dan kollu kliem sabiħ. Imma jien fejn nidħol f ’dan kollu?”
L-ewwel nett tajjeb li tirrealizza li jekk inti qed tiddixxerni jekk is-Sinjur Alla hux isejjaħlek għal din il-vokazzjoni, trid tirrealizza wkoll li inti fl-istess ħin qiegħed tara jekk Alla hux qiegħed isejjaħlek biex tkun missjunarju. Forsi mhux neċessarjament barra minn Malta, iżda missjunarju trid tkun żgur. U din il-qalba għal attitudni ta’ missjunarju ma tistax issir fl-Inkorporazzjoni, iżda trid tibda sseħħ minn issa. Fittex li tkun missjunarju flambjenti kollha li tkun fihom. Ibda billi tkun xhud ta’ Kristu fid-dar tiegħek, ma’ sħabek fliskola jew fuq ix-xogħol, fil-grupp ta’ ħbieb li magħhom tipprattika xi sport jew passatemp ieħor. Iva, xi kultant, jew ħafna drabi, biex tkun xhud f ’dawn l-ambjenti trid tmur kontra tiegħek innifsek u tagħmel sagrifiċċju. Anke mattfal, żgħażagħ u membri li tiltaqa’ magħhom ta’ kuljum fil-Qasam trid tkun missjunarju. Bħalissa din hi l-art tal-missjoni afdata f ’idejk mill-Mulej, fejn inti trid tiżviluppa fik attitudni missjunarja ta’ ftuħ u għotja. Allura l-missjoni tiegħek tibda minn hawn, mill-ambjenti li qiegħed tgħix fihom bħalissa. Bidla fl-Attitudni Jekk ikollok tistaqsini x’inhi l-aqwa kwalità li jrid ikollu membru biex ikun tassew missjunarju, jien ngħidlek li jrid ikollu attitudni ta’ missjunarju.
Jekk ikolli nibni profil tad-diversi membri li ħadmu fl-Oqsma ta’ barra minn Malta, aktarx li bejniethom għandhom dawn ilkaratteristiċi komuni: • L-ewwel u qabel kollox huma bnedmin li moħħhom f ’Alla. Il-missjunarju jrid ikun “ta’ ġewwa” mal-Mulej biex ikun jista’ jagħraf is-sejħat li jkunu qegħdin isirulu u biex jasal jaċċetta dak li l-Mulej ikun qiegħed isejjaħlu għalih. • It-tieni: attitudni ta’ ftuħ u għotja. Il-missjunarju jrid ikollu qalbu miftuħa għassejħat ta’ Alla u fl-istess ħin qalb maħlula minn kull rabta ma’ xogħol, ħbieb, familja, passatempi u saħansitra pajjiżu stess. Irid ikun kapaċi, permezz tad-direzzjonijiet mogħtija lilu mis-Soċjetà, li jitfa’ x-xibka fejn verament hemm bżonn u mhux fejn hu jkun jaħseb li hu l-aħjar u forsi jibqa’ mwaħħal ma’ post fejn il-ħut ma jkunx irid jinqabad! • It-tielet: imħabba kbira għallproxxmu. Il-missjunarju jrid ikun kapaċi jaċċetta l-persuni li jrid jaħdem magħhom, mingħajr ebda preferenzi jew, kif kien isejħilhom il-Fundatur, simpatiji u antipatiji. • Ir-raba’: ĦAFNA ferħ. Il-missjunarju jrid jaqdi
270 Kalendarju Museumin / Settembru - Ottubru 2018
l-missjoni tiegħu bil-ferħ u bil-ferħ ġenwin li jaf jagħti Kristu biss. Min jipprova jaqdi l-missjoni bil-geddum u bittqanżiħ, aktarx li ftit li xejn jiġbed nies lejn Alla, għaliex min ser jinġibed lejn persuni li ħajjithom jgħadduha jgemgmu biss? Eżami Żgħir Ikun tajjeb, għalhekk, li inti, għażiż Kandidat, minn żmien għal żmien teżamina ftit lilek innifsek dwar kemm verament qed timxi lejn attitudni missjunarja ġenwina. Dawn il-mistosijiet li ġejjin jistgħu jgħinuk. Forsi tista’ tużahom ukoll fil-laqgħat li jkollok mal-Kultur u mad-Direttur Spiritwali tiegħek. • Kemm infittex li nagħmel dak ix-xogħol fil-Qasam li jiena komdu bih? Nevita xejn li nagħmel xi biċċa xogħol li ma tantx togħġobni? • Kemm jiena lest li nxammar il-kmiem u nitgħallem nagħmel xi biċċa xogħol ġdida? Jew hekk kif nisma’ b’xi ħaġa ġdida malewwel nibda nibża’ li jekk ser nibdlu dak li konna nagħmlu qabel se mmorru ħażin? • Kemm insibha bi tqila biex niċċaħħad minn xi ħaġa li togħġobni biex bil-ħin tiegħi nagħmel xi ħaġa aħjar?
• Kemm jien lest li ngħid “le” lil sħabi tal-iskola jew tax-xogħol għax għandi impenn filMuseum? • Meta naqra xi avviż dwar żjarat ta’ membri fil-missjonijiet tas-Soċejtà, jew żjarat għall-mistrieħ ta’ membri missjunarju f ’pajjiżi oħrajn, x’inħoss ġewwa fija? • Kull meta toħroġ in-newsletter tas-Soċjetà, naqraha b’interess jew naħseb li dik hi għal għajnejn ħaddieħor? • Kemm qed naħdem fuqi nnifsi biex inkun “ta’ ġewwa” ma’ Alla? Nitolbu biex jagħtini l-grazzja li nkun missjunarju tassew? • Kemm nipprepara b’ħeġġa għal-laqgħat jew attivatijiet oħrajn li jkunu afdati f ’idejja? Dawn u mistoqsijiet oħrajn jgħinuna nevalwaw kemm għandna dan l-ispirtu ta’ sagrifiċċju u ta’ ċaħda, li tant u tant huwa essenzjali għal min irid iħaddan ħajja missjunarja. Għażiż Kandidat, nawgura lilek u nawgura lili nnifsi wkoll li jkollna tassew spirtu missjunarju. Jekk ’il quddiem Alla jurik li jridek tippakkja u titlaq, aċċetta li tagħmel dan b’ħafna u ħafna ferħ! Karol P. Debono
Settembru - Ottubru 2018 / Kalendarju Museumin
271
Aħna u l-Midja Soċjali
Każ ta’ Addiction?
X
i ftit ġimgħat ilu għamilna barbikju ma’ grupp ta’ żgħażagħ. Waqt li konna miġbura madwar in-nar li qabbadna mill-ħatab li sibna fil-foresta, wieħed minnhom beda jirrakkonta ċajta. Meta spiċċa, ħajjart lill-bqija biex huma wkoll jirrakkontawlna xi ċajta, u fil-pront uħud ħarġu s-smartphone biex ifittxu u jaqrawlna xi ċajta mill-internet! Bħal kull għodda oħra, issmartphone, l-internet u l-midja soċjali jistgħu jintużaw kemm tajjeb kif ukoll ħażin. Ma rridux ninsew ukoll li ħafna drabi l-iskop ta’ min qed jagħmel l-għodda huwa sempliċiment il-qligħ, u għalhekk għall-bejjiegħ hu faċli li l-mod ta’ kif qiegħda tintuża l-għodda u l-effetti tagħha fuqna jsiru irrelevanti – l-aqwa li l-business qed jikber. Evan Spiegel, dak li vvinta s-Snapchat, jikteb hekk: “L-amalgamazzjoni tassoċjali mal-midja ġabet suċċessi enormi fil-business, imma fl-aħħar mill-aħħar qiegħda timmina r-relazzjonijiet tagħna ma’ ħbiebna u mal-midja nfisha.”
Forsi mhux l-ewwel darba li smajna lil xi ħadd b’nofs ċajta jikkummenta li jħossu addict tassmartphone. Iżda nistaqsu, għaliex wieħed jasal isir addict? Eugenia Herzyk, psikoterapewta u awtriċi ta’ numru ta’ kotba, tispjega li hi ħaġa normali li l-bniedem ma jħossux kapaċi jaffronta ċerti emozzjonijiet waħdu. Għalhekk hi wkoll ħaġa naturali li l-bniedem ifittex għajnuniet esterni li bihom jasal jirregola dan l-iżbilanċ li jkunu qegħdin joħolqu dawk l-emozzjonijiet. Il-psikoterapewta żżid li t-tip ta’ addiction hi ħaġa pjuttost sekondarja għax, la darba l-persuna qed tħoss il-bżonn ta’ din l-għajnuna esterna, ser tfittixha, irrelevanti jekk hux
f ’ħabib tal-qalb, fl-ikel, fl-imġiba anti-soċjali, fl-alkoħol u d-drogi, fix-xiri, fil-logħob tal-komputer, fl-isport estrem jew fl-internet. Iżda tassew hawn nies li jistgħu jissejħu addicts tas-smartphone jew tal-midja soċjali? Marc Benioff, il-fundatur talkumpanija internazzjonali Salesforce, jgħid hekk: “Ċert li t-teknoloġija għandha kwalitajiet li jagħmluk addict u dawn jeħtieġ nindirizzawhom. Min qed jiddisinja dawn il-prodotti qed jaħdem kemm jiflaħ biex jagħmlek addict tagħhom, u għalhekk jeħtieġ li kemm jista’ jkun nirreżistuh.” Filwaqt li ma tantx hemm qbil fuq meta persuna tista’ tibda tissejjaħ addict, l-istatistika tista’ tgħinna nifhmu aktar is-sitwazzjoni. F’survey fi Houston, l-Amerka, instab li b’mod ġenerali email mibgħuta ma ddumx aktar minn 6 sekondi biex tiġi miftuħa minn min kellu jirċeviha! U 46% tażżgħażagħ saħansitra stqarrew li jippreferu jiksru xi għadma milli jkissru u jispiċċaw bla smartphone. Fl-Amerka, il-ħin li t-tfal iqattgħu jikkomunikaw ma’ tfal oħra wiċċ imb wiċċ naqas b’għoxrin fil-mija u fil-Korea t’Isfel instab li t-tfal ta’ bejn il-ħdax u t-tnax-il sena jużaw is-smartphone għal medja ta’ madwar ħames sigħat u nofs kuljum. L-ammont tal-irqad ukoll qed
jonqos, bil-konsekwenzi negattivi kollha li dan iġib miegħu. Hu kkalkulat li 35% tal-Amerikani ma jorqdux biżżejjed u, bħal f ’ħafna pajjiżi oħra tad-dinja, wieħed minn kull żewġ adulti qed juża xi gadget diġitali fis-sodda. Studju riċenti fl-Ingilterra sab li billejl 10% tal-minorenni jiċċekkjaw is-smartphone minn tal-anqas 10 darbiet. Ma kienx kliem fieragħ dak ta’ l-eks-viċipresident talFacebook Chamath Palihapitiya meta f ’Diċembru li għadda qal li “l-ġibda li ħloqna għad-dożi frekwenti u qosra tad-dopamina qiegħda tkisser il-mod kif taħdem is-soċjetà”. Hawnhekk tajjeb insemmu wkoll żewġ termini ġodda li qegħdin jintużaw f ’dan irrigward: nomophobia u phubbing. Nomophobia ġejja mill-kliem “no-mobile-phone phobia” u tirreferi għal ansjetà qawwija (stress, tħabbit akbar tal-qalb, għaraq, eċċ.) li wieħed jaqbdu meta għal xi raġuni jew oħra jitlef l-aċċess għas-smartphone. Phubbing hija kelma ġejja minn “phone-snubbing” u tirreferi għal meta persuna tagħżel li tagħti aktar attenzjoni lis-smartphone tagħha milli lin-nies ta’ madwarha li jkunu jixtiequ jikkomunikaw magħha. Iżda kif tagħraf każ ta’ addiction? Il-kriterju prinċipali mhux il-ħin iżda is-sintomi u l-konsegwenzi
li ġġib magħha. Fil-qasir, hemm każ ta’ addiction meta persuna tkompli ġġib ruħha bl-istess mod, minkejja l-konsegwenzi negattivi li dik l-imġiba tkun qed tħalli fuqha. Herzyk iżżid li kull addiction hija marda progressiva, u aktar ma wieħed isir dipendenti aktar jitqawwew il-mekkaniżmi taċ-ċaħda tal-problema. Fost bosta kontroversji iżda fuq dawn il-linji, riċentement l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO) introduciet l-addiction tal-logħob tal-komputer bħala waħda millkundizzjonijiet ta’ mard mentali. Fil-prattika s-sintomi tattechnology addiction jistgħu jkunu varji. L-aktar sintomu komuni hu li persuna tibda tinqata’ mirrealtà ta’ madwara biex tkun aktar preżenti fid-dinja diġitali.
Hekk tnaqqas drastikament il-komunikazzjoni ma’ dawk li realment iħobbuha (il-familjari, il-ħbieb, eċċ.), tevita n-nies biex waħedha tuża t-teknoloġija, turi aġitazzjoni, aggressività u diżonestà meta xi ħadd jiġbdilha l-attenzjoni fuq dan, l-ammont u l-kwalità tax-xogħol jonqsu sustanzjalment u b’mod ġenerali jiżdiedu l-elementi ta’ sens ta’ mistħija, rabja, nuqqas ta’ sodisfazzjon u dwejjaq. Sintomi oħra li jgħinuna nindunaw li resqin lejn in-nar huma: iċċekkjar tas-smartphone kontinwu u bla raġuni, anke f ’nofs ta’ lejl; żieda fil-frekwenza ta’ phantom vibration – taħseb li s-smartphone ivvibra filwaqt li ma jkunx; skumdità għall-fatt li m’għandekx aċċess immedjat
Min qiegħed jikkontrolla lil min?
għall-internet jew għassmartphone; l-element li tħossok eżaltat f ’dinja oħra meta tuża dawn il-mezzi; tibdil irrazzjonali fittqassim tal-ħin u fil-prijoritajiet; tnaqqis fil-ħin tal-irqad, u saħansitra effetti oħra fiżiċi bħal għajnejn regolarment ħomor, tnaqqis jew żieda fil-piż, uġigħ ta’ ras u fid-dahar, fl-għonq jew anke fl-idejn minħabba il-pożizzjoni ħażina miżmuma waqt l-użu kontinwu tat-teknoloġija. Bħall-marda taz-zokkor, huwa fatt magħruf li, la darba tinħakem minn addiction, ma tista’ qatt teħles minnha għalkollox. L-għajnuna li jirċievu l-alkoħoliċi ma jkollha qatt l-għan li tgħallimhom jixorbu bil-qies, iżda li minn alkoħoliċi li jixorbu jinbidlu f ’alkoħoliċi li ma jixorbux. Għalhekk importanti li nikkontrollaw lilna nfusna u nedukaw lill-oħrajn fl-użu moderat tat-teknoloġija biex ma ninħakmux minnha – l-aktar meta nafu li, b’differenza mill-alkoħol, fid-dinja tal-lum diffiċli tgħaddi mingħajr l-użu tat-teknoloġija. Mhux ta’ b’xejn li l-psikoterapista Nathan Driskell ġie kkwotat millBBC meta qal li “l-addiction tassocial media hi agħar mill-alkoħol u d-drogi għax din għandha l-kapaċità li taħkmek aktar u m’hemm ebda stigma warajha”. Fost il-mezzi li wieħed jista’ juża biex jimmodera l-użu
tat-teknologija, l-aktar tassmartphones, insibu dawn: tixgħel l-‘airplane mode’ u tgħid lilek innifsek li għal din is-siegħa jew sagħtejn m’intix ser tuża t-telefon; tpoġġi t-telefon ’il bogħod minnek u hekk l-għażż biex tmur iġġib is-smartphone jirbaħ fuq l-użu tiegħu; tixtri alarm clock irħis biex il-mobile tħallih barra millkamra tas-sodda; titfi l-Autoplay tal-videos; tifti n-Notifications jew tinstalla App li tneħħihom awtomatikament; tneħħi l-icons tal-Apps minn fuq il-mainscreen u hekk, minħabba l-għażż li trid toqgħod tfittixhom kull darba, tispiċċa tużahom anqas; tneħħi għalkollox l-Apps tal-midja soċjali u tużahom biss minn fuq il-komputer; tħalli apposta l-batterija baxxa b’tali mod li jekk tuża żżejjed is-smartphone tispiċċa b’telefon mitfi; tinstalla App li tbiddel il-kuluri tal-iscreen għal dak griż; u tinstalla App li jagħtik rendikont ta’ kemm u kif qed tuża l-ħin tiegħek fuq is-smartphone! Kif rajna, it-tensjoni bejn dak li jridu l-kumpaniji teknoloġiċi u dak li jridu l-bnedmin sani u mhux dipendenti qiegħda dejjem tikber. Jalla aħna s-Soċji u l-Oqsma tagħna nkunu dejjem eżempju ħaj ta’ kif wieħed jista’ jagħmel użu tajjeb minn dawn ilmezzi, bil-qies u b’mod matur. Rainer Bezzina
Settembru - Ottubru 2018 / Kalendarju Museumin
275
50 Sena mill-Humanae Vitae
Ir-Reazzjonijiet ta’ xi Konferenzi Episkopali għ all-Humanae Vitae
F
il-ġimgħat u x-xhur ta’ wara l-pubblikazzjoni tal-Humanae Vitae fil-25 ta’ Lulju 1968, numru kbir ta’ isqfijiet minn madwar id-dinja ltaqgħu biex jirriflettu dwar kif setgħu jkomplu jgħinu lill-koppji Nsara fil-mixja tal-ħajja miżżewġa fid-dawl tat-tagħlim riċenti tal-Papa Pawlu VI. Xi konferenzi episkopali, bħal dawk tal-Irlanda u l-Indja, interpretaw it-tagħlim tal-enċiklika b’mod kemxejn riġidu. Mill-banda l-oħra, sforz ix-xewqa u l-entużjażmu ta’ xi isqfijiet li joffru soluzzjonijiet pastorali u prattiċi lill-koppji Nsara, konferenzi episkopali bħal dawk tal-Awstrija, ilBelġju, il-Kanada, Franza, il-Ġermanja, Spanja u l-Ġappun ħadu approwċ kemxejn liberali lejn l-Humanae Vitae, kultant anki xi ftit kontroversjali. Mir-reazzjonijiet tal-konferenzi episkopali ta’ hawn taħt nistgħu naraw ukoll l-effett li l-Humanae Vitae ħalliet fuq l-iżvilupp tat-Teoloġija Morali Nisranija.
Il-Konferenza Episkopali tal‑Irlanda F’laqgħa li saret f ’Maynooth ġewwa l-Irlanda, l-isqfijiet ikkundannaw l-attakki indirizzati lejn il-Papa Pawlu VI wara l-pubblikazzjoni tal-Humanae Vitae. B’reazzjoni għal dawk l-attakki ħorox, l-aktar dawk ġejjin minn persuni fi ħdan il-Knisja Kattolika, l-isqfijiet ħassewhom fid-dover li jagħmlu stqarrija pubblika ta’ lealtà lejn l-awtorità tal-Maġisteru tal-Knisja Kattolika. Dan għamluh billi tennew il-
kliem tal-Konċilju Vatikan II: “Il-qima reliġjuża tar-rieda u l-intellett għandha tingħata b’mod partikulari lill-maġisteru awtentiku tal-Isqof ta’ Ruma, ukoll meta ma jkunx qiegħed jitkellem ex-cathedra, b’mod illi l-maġisteru l-iżjed għoli tiegħu jkun magħruf b’rispett u l-ġudizzji tiegħu jkunu obduti bis-sinċerità skont il-ħsieb u r-rieda li huwa juri.” (Lumen Gentium §25) Fiddokument uffiċjali tal-konferenza episkopali, l-isqfijiet Irlandiżi qagħdu attenti li jużaw l-istess lingwaġġ tal-Humanae Vitae.
276 Kalendarju Museumin / Settembru - Ottubru 2018
L-isqfijiet talbu lill-Insara biex, b’ubbidjenza u fedeltà sħiħa lejn il-Konċilju Vatikan II u t-tagħlim kostanti tal-Knisja Kattolika, iqiegħdu fil-prattika t-tagħlim kollu tal-enċiklika dwar iż-żwieġ Nisrani u t-trasmissjoni talħajja umana. Waqt li ddefendew id-dritt tal-libertà tal-kuxjenza f ’materji delikati bħal dawk diskussi fl-Humanae Vitae, l-isqfijiet fakkru wkoll f ’dak li naqraw fil-Kostituzzjoni Pastorali dwar il-Knisja fid-Dinja tal-Lum: “Il-miżżewġin Insara għandhom ikunu jafu li fl-imġiba tagħhom ma jistgħux jimxu arbitrarjament; huma għandhom jimxu dejjem skont il-kuxjenza li għandha tkun taqbel mal-istess liġi ta’ Alla, u jkunu doċli lejn it-tagħlim talMaġisteru tal-Knisja li jinterpreta awtentikament dik il-liġi fid-dawl tal-Evanġelju.” (Gaudium et Spes §50) Il-Konferenza Episkopali tal‑Indja Bħall-isqfijiet Irlandiżi, dawk Indjani wrew il-lealtà sħiħa tagħhom lejn il-Papa Pawlu VI u għamlu tagħhom it-tagħlim kollu tal-Humanae Vitae. Filkonferenza episkopali li saret f ’Bangalore ġewwa l-Indja, bejn it-30 ta’ Settembru u l-4 ta’ Ottubru 1968, l-isqfijiet Indjani talbu biex is-saċerdoti, ir-reliġjużi u l-lajċi jagħmlu kulma jistgħu biex ixerrdu t-tagħlim tal-enċiklika
skont is-sejħa partikulari tagħhom. L-isqfijiet appellaw b’mod speċjali lil dawk li jaħdmu ma’ koppji Nsara u dawk responsabbli mittagħlim biex meta jispjegaw it-tagħlim tal-Humanae Vitae “jitkellmu b’mod ċar u jużaw l-istess lingwaġġ” użat mill-Papa. L-isqfijiet Indjani impenjaw ruħhom li jippubblikaw “Direttorju” li kellu jservi ta’ għajnuna pastorali fil-kuntest tal-Indja – pajjiż fqir iżda li lejn l-aħħar tas-snin sittin u l-bidu tassnin sebgħin kien għaddej minn żmien ta’ tkabbir ekonomiku. Il-progress mgħaġġel li l-pajjiż kien għaddej minnu għen biex jinbtu programmi nazzjonali ffinanzjati mill-Istat bl-iskop li tiġi kkontrollata r-rata tat-twelid tattrabi. F’soċjetà bħal dik tal-Indja – magħrufa bħala waħda kajmana biex taddatta u twettaq ċerti bidliet – l-isqfijiet ħadmu kemm felħu biex juru r-rikkezza tat-tagħlim tal-Humanae Vitae. Il-Konferenza Episkopali tal‑Belġju Mill-banda l-oħra, il-konferenza episkopali Belġjana ħadet approwċ kemxejn liberali fir-rigward tal-enċiklika. L-isqfijiet Belġjani argumentaw li dokument talMaġisteru tal-Knisja bħalma kien l-Humanae Vitae kellu jkun interpretat mhux biss mill-isqfijiet imma wkoll minn
Settembru - Ottubru 2018 / Kalendarju Museumin
277
persuni kompetenti oħrajn. (B’motivazzjonijiet ulterjuri u b’ton aktar kontestatarju, dik kienet ilfehma tal-Kunsill Pastorali Olandiż fis-snin ta’ wara.) Ħafna kkritikaw l-approwċ tal-isqfijiet Belġjani għall-fatt li bl-attitudni tagħhom setgħu jagħtu x’jifhmu li l-Insara setgħu jagħżlu dak it-tagħlim li jaqbel lilhom u japplikawh għassitwazzjoni partikulari tagħhom fuq il-premessa li qegħdin jimxu skont il-kuxjenza tagħhom. Uħud irrimarkaw ukoll li l-isqfijiet Belġjani naqsu milli jsemmu min kienu dawk li , skont huma, setgħu “jikkwalifikaw bħala persuni kompetenti” sabiex jinterpretaw it-tagħlim talenċiklika. Xi moralisti-riformisti nqdew bl-approwċ tal-isqfijiet Belġjani biex isaħħu l-argument tagħhom li l-liġi naturali kellha tkun ibbażata fuq ir-raġuni talbniedem aktar milli fuq il-kelma ta’ Alla (l-Iskrittura Mqaddsa u t-Tradizzjoni). Argumenti ta’ din ix-xorta komplew jiftħu l-bibien beraħ għal aktar kontroversji teoloġiċi ta’ natura morali, bħal ngħidu aħna dwar il-kontenut tal-liġi naturali kif ukoll dwar temi aktar fundamentali bħal x’inkunu qegħdin nifhmu b’termini bħal “liġi” u “natura”. Il-Konferenza Episkopali tal‑Kanada Forsi l-aktar konferenza episkopali li baqgħet magħrufa kienet dik
li saret fil-belt ta’ Winnipeg filprovinċja ta’ Manitoba, fil-Kanada, xahrejn biss wara l-pubblikazzjoni tal-Humanae Vitae. Fis-27 ta’ Settembru tal-1968, l-isqfijiet Kanadiżi ppubblikaw dik li baqgħet magħrufa bħala l-“Istqarrija ta’ Winnipeg.” Dik l-istqarrija kellha sservi ta’ gwida għal dawk il-persuni impenjati fl-appostolat mal-familji Nsara, speċjalment ma’ dawk il-koppji li kienu jqisu impossibbli l-għejxien tal-ħajja miżżewġa hekk kif espress fl-Humanae Vitae. L-Istqarrija ta’ Winnipeg telqet mill-fatt li, minkejja li t-tagħlim tal-Knisja dwar iż-żwieġ Nisrani kien ċar, “numru mhux żgħir ta’ Kattoliċi kienu qegħdin isibuha estremament diffiċli, jew saħansitra impossibbli, li josservaw id-direttivi kollha espressi fl-enċiklika.” L-istqarrija ssostni li f ’każi bħal dawk “ilkoppji ma kellhomx jitqiesu jew jikkunsidraw lilhom infushom maqtugħin mill-komunità talfidili”. L-isqfijiet saħqu fuq il-ħtieġa li l-koppji Nsara jieħdu l-ħajja Nisranija tagħhom bis-serjetà u li regolarment huma “kellhom jeżaminaw l-intenzjonijiet tagħhom filwaqt li jimpenjaw ruħhom li jifhmu mill-aħjar li jistgħu t-tagħlim tal-Knisja u jqiegħduh fil-prattika”. Forsi l-aktar paragrafu meqjus
278 Kalendarju Museumin / Settembru - Ottubru 2018
kontroversjali hu n-numru 26, fejn naqraw: “Dawk ilkoppji li sinċerament ippruvaw iqiegħdu fil-prattika t-tagħlim kollu tal-Humanae Vitae u ma rnexxilhomx, u li minħabba ċirkostanzi partikolari huma jqisu li għandhom konflitt ta’ dmirijiet (per eżempju bejn il-ħarsien talimħabba konjugali u l-edukazzjoni tat-tfal eżistenti jew is-saħħa talomm), jistgħu jiddeċiedu skont il-kuxjenza tagħhom u jagħżlu dik it-triq li huma jqisu l-aktar waħda adatta fis-sitwazzjoni partikulari tagħhom.”
ma jeżistux prinċipji oġġettivi u universali u għalhekk il-morali titqies li hija determinata miċċirkustanzi soċjali, kulturali u storiċi tal-persuna. Ir-relattiviżmu morali jwassal għal sitwazzjoni fejn persuna tibda bħal tpoġġi l-possibiltajiet kollha fuq miżien u, wara li “tikkalkula” l-konsegwenzi kollha, tagħżel dak li l-aktar ikun jaqblilha fiċ-ċirkustanza partikulari tagħha. Tajjeb li wieħed jinnota li l-enċiklika stess tikkundanna dan it-tip ta’ mentalità u raġunament (ara HV #14).
Stqarrija bħal dik ġiet ikkunsidrata minn ħafna bħala wieħed mittentattivi tal-isqfijiet biex iżommu l-għaqda fil-Knisja Kanadiża. Dawk favur il-pożizzjoni talisqfijiet Kanadiżi argumentaw li l-“Istqarrija ta’ Winnipeg” kienet konformi mad-dikjarazzjoni talKonċilju Vatikan II dwar il-libertà reliġjuża u l-kuxjenza (ara Dignitas Humanae §3).
Konklużjoni
Mill-banda l-oħra, ħafna kienu dawk li kkritikaw il-kontenut talIstqarrija ta’ Winnipeg. Minbarra li l-istqarrija nfisha tħalli lok għal ħafna interpretazzjonijiet, il-konklużjonijiet tagħha setgħu jintużaw minn min ried jiġġustifika l-aġir tiegħu bl-iskuża tal-libertà tal-kuxjenza. Uħud saħqu wkoll li l-Istqarrija ta’ Winnipeg setgħet twassal għarrelattiviżmu morali – l-idea li
Kif rajna, ir-reazzjonijiet talisqfijiet madwar id-dinja kienu varji u kultant anki xi ftit kontroversjali. Madankollu, l-aktar l-attakki ħorox fil-konfront talPapa Pawlu VI u tal-Knisja ġew minn min kellu interess li jitfa’ dubju fuq it-tagħlim kostanti tal-Knisja dwar iż-żwieġ Nisrani u t-trasmissjoni tal-ħajja umana. Tajjeb li ninnutaw li dokument tal-Knisja dwar suġġett speċifiku (l-użu ta’ mezzi artifiċjali ta’ kontraċezzjoni) qajjem reazzjonijiet tant profondi li dik li kellha tkun deċiżjoni dwar materja morali partikulari wasslet biex xi moralisti tefgħu dubju saħansitra fuq prinċipji fundamentali tatTeoloġija Morali Nisranija. Jonathan Sammut
Settembru - Ottubru 2018 / Kalendarju Museumin
279
Skrittura
Sofonija
F
limkien ma’ Naħum u Ħabbakuk, Sofonija huwa profeta tas-seklu sebgħa, profeta ta’ qabel l-eżilju. F’dan iż-żmien kienet tgħix ukoll ilProfetessa Ħulda. Bħall-profeti l-oħra, Sofonija jiffoka fuq il-ġudizzju minħabba d-dnubiet gravi tal-poplu u fuq ir-restawrazzjoni għall-fdal ta’ Iżrael, liema restawrazzjoni saret fi żmien is-sultan Ġosija, wieħed mill-aħjar slaten tas-Saltna ta’ Ġuda li beda riforma reliġjuża. Sofonija hu aħrax mad-dnubiet tal-poplu minħabba s-sultan Manasse li tul il-ħamsa u ħamsin sena li dam jirrenja ħażżen lill-poplu Lhudi b’tali mod li ma baqax jintgħaraf li hu l-Poplu ta’ Alla. Il-profondità tad-dnub kienet titlob ġudizzju u purifikazzjoni. Fi kliem il-biblisti, il-poplu Lhudi spiċċa ‘a nation sinful to its core’. Partijiet minn Sofonija kienu jinqraw fil-Quddies tal-mejtin, speċjalment l-ewwel versi tad-Dies Irae (Jum il-Mulej hu jum ta’ qilla) u l-Libera, testi li spiċċaw immortalizzati b’kompożizzjonijiet mużikali bħarRequiem ta’ Mozart, Berlioz, Fauré u Verdi. Il-Profeta Sofonija kien kontemporanju tal-Profeta Ġeremija. Dan tal-aħħar kompla wara Sofonija u ra t-tiġrif tasSaltna ta’ Isfel kif kien ħabbar il-Profeta Sofonija. Biex wieħed jifhem aħjar dan il-ktieb irid jagħmel paralleliżmu ma’ dak li nsibu fil-Kotba tas-Slaten u talKronaki. Dan kien żmien iebes u ikrah għall-istorja tas-Saltna ta’ Isfel fejn il-Lhud insew l-għeruq tagħhom, ingħataw għall-qima tal-allat foloz, għall-prostituzzjoni sagra u għas-sagrifiċċji tat-tfal, fejn it-Tempju kien żdingat u Alla sar wieħed mill-ħafna allat bħal Molok u Kemox li ddaħħlu fi żmien ta’ wara Ħeżekija. L-idolatrija ġabet magħha dnubiet
oħra għax malli l-poplu warrab lil Alla warrab ukoll il-liġijiet kollha tiegħu, tant li l-art imtliet bl-inġustizzji u l-qerq kif kien stqarr Mikea. Sofonija fil-fatt qabbel il-kbarat ma’ ljuni jgħajtu għall-priża. L-imħallfin għamew bl-inġustizzji u l-maġġoranza tal-poplu kienet tgħix ħajja daqslikieku Alla ma jeżistix. Iżrael kien sar poplu li donnu nesa li l-Mulej jgħammar f ’nofsu. Dan kollu kellu jasal fi tmiemu f ’Jum il-Mulej għax il-Mulej mhux bħall-Imħallfin, ma jinxtarax. Jum il-Mulej għalhekk kellu jkun jum ta’ ġudizzju. Jekk Kristu kien qal lill-Fariżin li l-pubblikani u n-nisa tat-triq jaslu qabilhom fis-Saltna tas-Smewwiet, Sofonija dar lejn
280 Kalendarju Museumin / Settembru - Ottubru 2018
il-fqar tal-pajjiż u ħeġġiġhom biex jgħixu skont il-Patt, bit-tieba u l-umiltà, biex jinħelsu mill-kastig kbir li kellu jiġi. Kull min tkellem f ’isem Alla ġie mrażżan u ppersegwitat, tant li l-Profeta Sofonija jibda jitkellem wara nuqqas ta’ żewġ ġenerazzjonijiet mingħajr profeta fl-art ta’ Iżrael, medja ta’ sittin sena. Sofonija nieda żmien ta’ fervur fil-muviment profetiku, bi profeti bħal Ħulda, Naħum, Ħabbakuk u iktar tard Ġeremija u Eżekjel. Il-profeta jidher li kellu suċċess f ’dak li qal għax rebaħ qalb is-sultan Ġosija u dan nieda żmien ta’ riforma reliġjuża kbira għall-ħabta tas-sena 622 qK. Fil-fatt il-kastig li Alla kellu jibgħat ma seħħx fi żmien Ġosija u Sofonija minħabba l-indiema li wera l-poplu, imma seħħ madwar erbgħin sena wara meta s-suċċessuri ta’ Ġosija komplew bil-ħażen ta’ missirijiethom u seħħ dak li Sofonija kien qal fuq Jum il-Mulej. Dan ġara għax il-poplu nesa t-twissija ta’ Sofonija biex ifittxu l-ġustizzja u l-umiltà u hekk forsi jsibu kenn nhar il-jum tal-korla tal-Mulej. Fuq il-Profeta Sofonija prattikament ma nafu xejn. Il-ktieb tiegħu, li qiegħed bejn il-Kotba ta’ Ħabbakuk u Ħaggaj, fih tliet kapitli u tlieta u ħamsin vers. Nafu li Sofonija kien influwenti fi żmienu minħabba li seta’ kien ġej mill-familja tasslaten. Sofonija jibda l-ktieb
tiegħu billi jġib ismu, isem missieru (Kusi), isem in-nannu (Gedalija), il-bużnannu (Amarija) u l-bużbużnannu (Ħeżekija). Għaliex jibda hekk l-istudjużi ma jaqblux imma, kif semmmejna, hemm min jaħseb li għamel dan biex juri li hu kien imnissel missultan Ħeżekija. Sofonija kien mill-belt ta’ Ġerusalemm u għalhekk mis-Saltna ta’ Isfel. Ipprietka f ’Ġerusalemm meta kien sultan Ġosija bejn is-snin 639 u 605 qK. Sofonija jidher li miet qabel ir-riforma ta’ Ġosija, jiġifieri għas-sena 622 qK. Dan nafuh għax is-sultan, flok ħa l-parir ta’ Sofonija li kien iqisu bħala ħabib tiegħu, ħa l-parir tal-Profetessa Ħulda. L-isem Sofonija jfisser “il-Mulej jgħin”. Fl-ewwel kapitlu l-ktieb jitkellem fuq il-ġudizzju li Alla kellu jagħmel fuq is-saltna ta’ Ġuda u fuq il-ġudizzju universali li kellu jkun żmien ta’ biża’ u qerda totali. It-tieni kapitlu huwa sejħa għall-konverżjoni u jħabbar ilkastigi fuq il-popli pagani, filwaqt li t-tielet kapitlu jibda b’ċanfira lil Iżrael u lill-ġnus. B’kuntrast, l-għeluq tal-kapitlu u tal-ktieb jidher li hu influwenzat mit-Tieni Isaija u jitħaddet fuq nota pożittiva fejn isemmi l-konverżjoni talpagani u l-fdal ta’ Iżrael, il-fqar li ser jgħinu fit-tiġdid ta’ Iżrael. Il-ktieb jagħlaq b’innu ta’ ferħ lil Sijon. Il-profeta jifraħ għax Alla ser jibda poplu mill-ġdid, miegħu
Settembru - Ottubru 2018 / Kalendarju Museumin
281
jerġa’ jġedded il-wegħdiet li kien għamel u jerġa’ jgħammar f ’nofsu, fatt li ġara wara r-ritorn tal-poplu mill-Babilonja u li laħaq il-qofol tiegħu mal-miġja tal-Messija. Ħafna mill-kitbiet huma msejsa fuq il-kliem tal-profeta u xhieda ta’ dan hu l-kuntest storiku li jsemmi l-istess ktieb. Imma l-editur fi żmien l-eżilju jew wara seta’ żied xi partijiet u qassam il-ktieb filforma li għandu llum. Għalhekk nistgħu ngħidu li l-messaġġ ta’ Sofonija huwa msejjes fuq żewġ pilastri: (i) Il-bniedem hu mħassar
u hekk jibqa’ sakemm Alla ma jsaffihx bit-tbatija u l-kastigi. (ii) Jum il-ħaqq (Jum il-Mulej) għad jasal u jkun jum ta’ qerda għal dawk li ma jridux jafu b’Alla. Għalhekk tenħtieġ il-penitenza li treġġa’ lura l-bniedem lejn Alla. Il-ktieb għalhekk hu minsuġ fuq tliet kapitli b’introduzzjoni u erba’ taqsimiet: • L-introduzzjoni ssemmi l-ġeneoloġija tal-Profeta.
282 Kalendarju Museumin / Settembru - Ottubru 2018
• L-ewwel parti (Kap 1 u 2) titkellem fuq Jum il-Mulej. • Fit-tieni parti (Kap 2) nsibu orakli kontra l-ġnus: il-Filistin (fil-Punent tal-Palestina), ilMowabiti u l-Ammoniti (filLvant), l-Egittu (fin-Nofsinhar) u l-Assirja (fit-Tramuntana). • Fit-tielet parti (Kap 3) għandna theddid kontra Ġerusalemm u l-kapijiet tagħha u ġudizzju kontra n-nazzjonijiet. • Ir-raba’ parti (Kap 3) titkellem fuq il-konverżjoni tal-ġnus, il-fdal ta’ Iżrael u l-poplu li ħa jerġa’ jikseb artu lura. Hawn insibu wkoll żewġ innijiet ta’ ferħ. Il-Kuntest Storiku Fit-tmiem tas-seklu sebgħa u l-bidu tas-seklu sitta s-Saltna ta’ Ġuda kienet taħt il-ħakma tal-Assirja. Senakerib, li kien invada s-Saltna ta’ Isfel imma ma rnexxilux jieħu lil Ġerusalemm fis-sena 701, ittrasferixxa l-belt kapitali tal-Imperu Assirjan minn Assur għal Ninwè. Wara li ġie maqtul, laħaq floku Esarhaddon (680-699) li kompla bil-politika ta’ espansjoni u saħansitra rebaħ lill-Eġittu li ta’ sikwit isSaltna ta’ Ġuda kienet tfittex l-għajnuna tiegħu. F’dawn iżżminijiet, madwar is-sena 660 qK, l-imperu Assirjan kien jestendi
mill-Eġittu sal-Golf Persiku. L-Imperu Assirjan, l-iktar fi żmien Assurbanipal, beda jnin minħabba li l-ġnus maħkuma qamu kontrih fuq fronti differenti. Fost dawn insemmu l-Babiloniżi, it-tribujiet mill-Għarabja, l-Għelamin, il-Griegi u t-tribujiet nomadi. Il-Babilonja taħt Nabopolassar (626-605) ħadet l-indipendenza mill-Assirja. Il-Medi komplew ixejnu lill-Assirjani sakemm fis-sena 614 qK Assur waqgħet u fis-sena 612 waqgħet ukoll Ninwè. Il-vojt politiku li ħalla l-Imperu Assirjan imtela bil-qawmien talImperu tal-Babilonja meta fis-sena 605 qK fil-battalja ta’ Karkemix il-Babiloniżi rebħu lill-Eġizzjani. Kienu l-Babiloniżi fil-fatt li farrku u rebħu lis-saltna ta’ Ġuda u ħadu l-poplu Lhudi fil-jasar għal sebgħin sena. Dan seħħ fi żmien Ġeremija u Eżekjel fis-sena 585 qK. Fil-Lhudija wara s-sultan Ħeżekija laħaq ibnu Manasse li għall-kuntrarju ta’ missieru kien bniedem ħażin li ġab fix-xejn ilqawmien spiritwali li kien beda Ħeżekija. Manasse mexxa bejn is-snin 687 u 642 qK, jiġifieri rrenja għal 45 sena. Dan kien l-itwal renju fis-saltna ta’ Ġuda. Manasse, kif jgħidilna Kap 21 tat-Tieni Ktieb tas-Slaten, daħħal mill-ġdid il-qima idolatrika talKangħanin, l-Assirjani u l-Fenici u ppersegwita lil min żamm il-Patt.
Settembru - Ottubru 2018 / Kalendarju Museumin
283
Din l-attitudni ssiġilat il-kastig. Warajh laħaq ibnu Amon ta’ 21 sena li kompla bil-prattiċi idolatriċi ta’ missieru. Imma wara sentejn ġie maqtul u floku nħatar sultan ibnu ta’ tmien snin, Ġosija, fis-sena 640 qK. Dan Ġosija dam jirrenja sas-sena 609 meta ġie maqtul fil-battalja kontra l-Eġittu. Ġosija kien imħabbar minn 300 sena qabel bħala sultan li kellu jagħmel riforma fid-dinastija ta’ David. Sakemm kien għadu żgħir l-affarijiet baqgħu ħżiena imma, hekk kif ħa r-riedni f ’idejh, Ġosija, imqanqal mit-twissijiet ta’ Sofonija, irranġa mill-ġdid issitwazzjoni u reġa’ nissel fil-poplu mħabba għal dak li jrid Alla. Il-Ktieb tas-Slaten jistqarr li Ġosija għamel is-sewwa f ’għajnejn ilMulej u mexa fit-triqat kollha ta’ David missieru. Ġosija fi ftit kliem neħħa ħamsin sena ta’ idolatrija u beda r-restawrazzjoni tat-Tempju ta’ Alla f ’Ġerusalemm. Waqt ir-restawrazzjoni tat-Tempju, fis-sena tmintax tas-Saltna ta’ Ġosija, il-Qassis il-Kbir Ħilkija sab il-Ktieb tal-Liġi u, meta dan inqara lis-sultan, hu ċarrat ilbiesu bħala sinjal ta’ ndiema u penitenza. Wara li l-Profetessa Ħulda kkonfermat li dak kien tassew il-Ktieb tal-Ligi, Ġosija beda jfittex li jikkonforma l-ħajja tiegħu u tal-poplu malordnijiet ta’ Alla. Din kienet ir-riforma li Sofonija pprepara imma ma rax għax laħaq miet.
Minħabba f ’din il-konverżjoni l-kastig ma seħħx fi żmien Ġosija imma snin wara meta s-suċċessuri tiegħu nsew ir-riforma u reġgħu tawha għall-idolatrija u għallinġustizzji soċjali. Kien proprju f ’dan il-kuntest ta’ fervur politiku, riforma reliġjuża u muviment nazzjonalistiku li Sofonija, Naħum u Ħabbakuk qdew il-ministeru taghhom bħala profeti ta’ Jaħweh. Il-Messaġġ Reliġjuż Il-messaġġ ta’ Sofonija hu mibni fuq tliet temi: Jum il-Mulej, ilġudizzju u l-fdal ta’ Iżrael. Sofonija kien disgustat b’dak li kien qed jiġri fil-pajjiz u fil-qorti tas-sultan. Kien iqis lil Ġerusalemm bħala rasha iebsa u mniġġsa, il-belt taddnewwa, li ma semgħetx la s-sejħa u lanqas it-twiddib u lejn Alla ma qorbotx. Niftakru li meta Ġosija kien għadu żgħir it-tmexxija tal-pajjiz baqgħet kif kienet għax kienu jmexxu l-istess ministri ta’ Manasse u Amon. L-ewwel tema li l-profeta jittratta hi propju Jum il-Mulej. Nistgħu ngħidu li Sofonija hu l-iktar profeta li jagħmel enfasi u jitkellem fit-tul fuq dan l-aspett, speċjalment fl-ewwel kapitlu fejn jenfasizza d-distruzzjoni li ġejja fuq il-poplu. Il-lingwa li juża toħloq ambjent ta’ biża’, ta’ katakliżmu imminenti. Il-profeta jitkellem ukoll fuq it-tajbin u jwissihom biex jgħixu tajjeb ħalli
284 Kalendarju Museumin / Settembru - Ottubru 2018
jkunu ta’ eżempju għall-oħrajn, għax ix-xabla tal-għadu ma tagħmel l-ebda differenza bejn min hu tajjeb u min mhuwiex. Sofonija min-naħa l-oħra jagħmel il-kuraġġ lill-ġusti għax dawn se jkollhom il-ġustifikazzjoni u l-ħelsien minn Alla. Kif jgħid Thomas Leclerc: The Day of the Lord is a two sided event, as is judgement: the punishment of the wicked is simultaneously the vindication of the righteous, and the crushing of the oppressors is the deliverance of the oppressed. La jitkellem fuq Jum il-Mulej, hu inevitabbli li l-profeta jsemmi wkoll il-ġudizzju ta’ Alla ladarba l-imġiba tal-poplu hi ferm ’il bogħod minn dak li nsibu fidDekalgu. Sofonija, bħall-profeti ta’ qablu, jikkritika bl-aħrax il-kbarat, l-imħallfin, il-profeti u l-qassisin li ġew mogħmija mid-dnub, dnub li herra l-poplu u li, għall-kuntrarju tal-ordni fil-ħolqien li nsibu fil-Ġenesi, jġib kaos u taħwid. In-natura stess hi indikazzjoni tal-kobor ta’ Alla u għalhekk il-ġudizzju jinkludi katastrofi naturali, terrimoti, ilmijiet, ġuħ u
mard. Dan kien l-effett tad-dnub li jkisser l-ordni tal-kreazzjoni. F’kelma waħda d-dnub ipoġġi lill-bniedem fi stat ta’ miżerja. Għalhekk minħabba l-ħażen universali li wasal sal-qalba, sat-Tempju ta’ Ġerusalemm li hu mniġġes bl-idoli, Alla fil-ġudizzju tiegħu ser jiknes l-art b’kulma fiha. Fl-għeluq tal-ktieb il-profeta jgħid li minkejja l-ġudizzju Alla ser jieħu ħsieb il-ġusti, il-fdal ta’ Iżrael. Dawn, minbarra li jingħataw art, raba’ u mrieħel, ser ikunu mnaddfa minn ħtijiethom, jiġu meħlusa mill-għedewwa u jingħataw il-protezzjoni u l-barkiet. Sofonija huwa l-ewwel wieħed li jirreferi għal dawn il-ġusti bħala l-anawim, il-foqra fl-ispirtu li t-tama tagħhom hi filMulej, bħal Żakkarija u Eliżabetta, Marija u l-foqra tal-ispirtu li jsemmi San Mattew fl-Evanġelju tiegħu. Hu propju b’dawn li l-Mulej jifraħ, b’dawk li l-mistrieħ tagħhom hu fil-Mulej. Għalhekk Alla ta’ Sofonija huwa Alla tarrestawrazzjoni u tat-tama. Matthew Vassallo
Settembru - Ottubru 2018 / Kalendarju Museumin
285
Il-Perfezzjoni Evanġelika
“Kunu mela Perfetti…” (5) (Mattew 5, 48)
“
Imberkin il-foqra f ’qalbhom għax għalihom hi s-saltna tas-smewwiet.” (Mt 5, 3) Proprju l-ewwel virtù li biha Ġesù jiftaħ id-Diskors talMuntanja hija l-faqar fil-qalb. Din il-virtù hija l-punt tat-tluq fil-mixja ta’ kull dixxiplu li verament jrid jimxi wara Ġesù u li għandu x-xewqa fih li jilħaq il-perfezzjoni li stedinna nilħqu l-Mulej innifsu meta qalilna biex inkunu perfetti (Mt 5, 48).
Il-Foqra f ’Qalbhom Imma liema tip ta’ faqar qiegħed isemmi Ġesù hawn? Ta’ min jaħseb dwar din il-mistoqsija. Il-faqar tal-qalb mhuwiex ilfaqar materjali, faqar li jirriżulta f ’nuqqas ta’ ikel, edukazzjoni xierqa, xogħol u ħwejjeġ oħra materjali. Anzi, kull Nisrani huwa msejjaħ biex inaqqas dan it-tip ta’ faqar. Għalhekk il-Knisja għandha wkoll il-missjunarji tagħha li barra li jxandru l-Evanġelju jgħinu biex itaffu l-faqar materjali. Kristu stess ħenn għall-batut u għall-fqajjar. Meta ra l-folla bil-ġuħ temagħha billi kattar il-ftit ħobż u ħut li ġabulu quddiemu. Stedinna wkoll biex nitimgħu lil min hu bil-ġuħ, nisqu lil min hu bil-għatx u llibbsu lil min hu bla ħwejjeġ.
Il-kelma Griega użata filVanġelu għall-faqar imsemmi fil-Beatitudnijiet hija ptōchos li fi kliemna tfisser faqar assolut, faqar li jġib lil dak li jkun għarkupptejh. Il-bniedem li għandu dan it-tip ta’ faqar huwa dak il-bniedem li proprju, kif inħobbu ngħidu bil-Malti, m’għandux fuqiex jaħlef. Bniedem bħal dan jidher li m’għandu l-ebda prestiġju għal għajnejn in-nies li ħafna drabi jħarsu lejh bħala miskin. M’għandu l-ebda setgħa u mhu ser jinfluwenza lil ħadd. U għax m’għandu xejn u għax huwa msejken, dan il-bniedem ipoġġi l-fiduċja sħiħa tiegħu f ’Alla. Mela l-bniedem li jħaddan il-faqar filqalb, il-faqar tal-ispirtu, huwa dak il-bniedem li ma jintrabat malebda ġid materjali imma jpoġġi l-fiduċja sħiħa tiegħu f ’Alla.
286 Kalendarju Museumin / Settembru - Ottubru 2018
Ir-Raġel li Ma Jonqsu Xejn Il-ħsieb dwar il-faqar fil-qalb fakkarni fi storja li kont qrajt f ’wieħed mis-sitt volumi ta’ Il-Ħbieb Isejħu Bl-Istejjer. Tirrakkonta kif wieħed sultan ħassu mdejjaq u ma kienx jaf għaliex. Għalhekk bagħat għallgħaref tas-saltna biex forsi jagħtih xi rimedju ħalli jnaqqas il-vojt li kien qed iħoss f ’qalbu. L-għaref qallu: “Jekk trid tgħix kuntent, jeħtieġlek tilbes għal jum wieħed
il-ġlekk ta’ raġel li ma jkun jonqsu xejn.” Is-sultan dlonk qabbad wieħed mill-qaddejja biex imur idur massaltna u jġiblu dan il-ġlekk. Kien saħansitra lest li jħallas somma kbira ta’ flus biex jikseb dak li qallu l-għaref. Mingħajr telf ta’ żmien, il-qaddej beda jdur massaltna biex isib raġel li tassew ma kien jonqsu xejn. Imma kull min iltaqa’ miegħu qisu kien jonqsu xi ħaġa. “Kieku nixtieq dar ikbar
milli għandi,” qallu missier ta’ familja. “Kemm nixtieq li kelli għalqa iktar għammiela,” qallu bidwi. Insomma, min ried ħaġa u min ried oħra. Ħadd ma kien kif issuġġerixxa l-għaref, bniedem li verament ma jonqsu xejn. Il-qaddej kien għoddu qata’ qalbu meta tard filgħaxija lemaħ raġel daħkan u malajr mar jgħaġġel jistaqsih: “Ħabib, x’tixtieq filħajja?” “Jien ma jonqosni xejn. Ma nixtieq xejn. Ma rrid xejn. B’dak li għandi kuntent. Kull ħin irrodd ħajr lill-Mulej u l-fiduċja tiegħi hija biss fih,” wieġbu dak. Il-qaddej ried itir bil-ferħ. Kien sab lil min kien ilu jfittex. “Mela ejja miegħi għax is-sultan għandu bżonnok. Ejja u kulma trid iġġib miegħek huwa l-ġlekk.” “Nixtieq ferm naqdih lis-sultan imma jaħasra jien la għandi u lanqas qatt kelli ġlekk,” wieġbu r-raġel bi tbissima fuq xofftejh. Mhux li kellna l-istess fiduċja f ’Alla li kellu r-raġel talistorja! Il-faqar tal-qalb li jsemmi Ġesù fl-ewwel Beatitudni huwa bħal ta’ dak l-imsejken li jirreferi għalih is-Salmista: “L-imsejken sejjaħ, u l-Mulej semgħu u mid-dwejjaq tiegħu kollha serrħu.” (S 34, 7) Min iħaddan dan il-faqar, jiġifieri min jitfa’ l-fiduċja sħiħa tiegħu f ’Alla, żgur li jimtela b’tama li ma tispiċċax fix-xejn. Din hija wegħda mogħtija minn Alla nnifsu lil bnedmin bħal dawn. Hekk insibu
f ’Salm 9 vers 19: “Le, mhux għal dejjem jintesa l-miskin, u t-tama tal-fqir ma tisfax fix-xejn għal dejjem.” U f ’Salmi oħra naqraw li l-Mulej iwiegħed li jeħles lillimsejken, jagħtih dak li jixraqlu u qatt ma jħallih nieqes: “Il-Mulej jeħles lill-imsejken minn min hu aqwa minnu.” (S 35, 10) “Jagħti li ħaqqhom lill-imsejkna talpoplu u jgħin il-foqra, u jrażżan l-għakkies.” (S 72, 4) “Refa’ l-imsejknin mill-hemm u kattar, bħal merħla, lil nieshom.” (S 107, 41) “Il-fqar. . . inxebbagħhom bilħobż.” (S 132, 15) F’dawn l-eżempji kollha, il-fqir jew l-imsejken huwa dak il-bniedem li b’umiltà jagħraf id-dgħufija tiegħu u jitfa’ l-fiduċja sħiħa tiegħu f ’Alla. Dan it-tip ta’ faqar tal-qalb irid Ġesù mid-dixxiplu tiegħu. Il-fqir tal-qalb huwa dak li ma jorbotx qalbu mal-ħwejjeġ tad-dinja għax dawn malajr jgħaddu, jeqdiemu u jispiċċaw fix-xejn. Jorbot lilu nnifsu biss ma’ Alla; l-għajnuna, it-tama u l-qawwa tiegħu jiġu mingħandu. F’qalbu tidwi l-għajta ta’ Santu Wistin: “Mulej, inti ħlaqtna għalik u qalbna ma ssibx mistrieħ ħlief fik.” Ikun Dak li Trid Int Fl-ewwel Beatitudni Ġesù jwiegħed is-saltna tas-smewwiet lill-foqra f ’qalbhom. Fit-talba tal-Missierna ngħidu: “Tiġi Saltnatek. Ikun dak li trid int kif
288 Kalendarju Museumin / Settembru - Ottubru 2018
fis-sema hekkda fl-art.” U allura min jagħmel ir-rieda ta’ Alla u jitfa’ l-fiduċja tiegħu fih, għalih hija s-saltna tas-smewwiet. IlFundatur tagħna kien iħobb jgħid: “Waqt il-prova kollox!” U kellu raġun, għax meta niġu għall-prova nsibuha diffiċli ferm li nintelqu b’mod sħiħ f ’idejn Alla. Minflok nippruvaw niggranfaw ma’ ħwejjeġ li, minkejja li nafu li huma mumentarji, xorta nibqgħu marbutin magħhom. Jiġrilna bħal dak iż-żagħżugħ tal-ħrafa li f ’lejla minnhom kien iterraq waħdu f ’mogħdija mudlama qalb il-blat tax-xagħri. Mingħajr ma nduna kien qorob lejn xifer u f ’daqqa waħda tefa’ riġlejh fil-vojt u ħassu nieżel għal isfel. Malajr ta s-salt u rnexxielu b’id waħda jiggranfa ma’ xi ħaġa. Kien tarf ta’ blata mqabbeż ’il barra li miegħu żamm u ma baqax nieżel ’l isfel. Beda jgħajjat għall-għajnuna, imma ħadd ma kien hemm f ’dak l-imkien mudlam. Dar lejn ilMulej u talbu bil-ħniena biex isalvah. U l-Mulej wieġbu: “Erħi idek u ma jiġrilek xejn. Emmen f ’dak li qed ngħidlek.” Imma ż-żagħżugħ aktar iggranfa u ma riedx jintelaq. Baqa’ jgħajjat u jgħajjat beżgħan li ser iċedi u jaqa’
fid-dagħbien li ma kienx qed jara fid-dalma tal-lejl. Imma ġara li mal-ewwel dawl taż-żerniq induna li ma kienx baqagħlu aktar minn pied biex saqajh imissu mal-art! Malajr intelaq u meta ġie f ’tiegħu reġa’ ta s-salt u tela’ ’l fuq. Li kieku sema’ mill-Mulej ma kienx iqatta’ dawk is-sigħat imdendel ma’ tarf ta’ blata. Aħna wkoll fil-ħajja ngħaddu minn sitwazzjonijiet diffiċli u għalina wkoll jiġi l-mument tal-prova. Nitolbu lill-Mulej biex jgħinna nitfgħu l-fiduċja sħiħa tagħna fih u mal-Fundatur ngħidulu: “Sinjur Alla, agħtina l-grazzja tiegħek biex inkunu nistgħu nobduk u f ’kollox nagħmlu l-volontà santissma tiegħek, għax mingħajrek ma nistgħu nagħmlu xejn.” (Orazzjoni Tal-Qalb) Miegħu ntennu wkoll: “Sinjur Alla, jien serv/a tiegħek: għalhekk irrid dejjem dak li trid inti, u ma rrid qatt dak li ma tridx inti.” (L-Abbandun Totali) Michael Debono (Ħsibijiet imnebbħin millmeditazzjonijiet tal-irtir li għamel P. Charló Camilleri O. Carm.)
Settembru - Ottubru 2018 / Kalendarju Museumin 289
Varji
Tmurx il-Missjoni Jekk…
I
s-Soċjetà tifforma u tinkuraġġixxi lil kull membru ħalli jkollu spirtu missjunarju qawwi f ’qalbu li janimah f ’dak kollu li jkun u f ’dak kollu li jagħmel. Madankollu wieħed irid ikun ippreparat biex jintbagħat ilmissjoni ħalli ma ssir ħsara lil ħadd. Parti mill-preparazzjoni tinkludi li wieħed jagħraf u jikkoreġi ideat żbaljati li jistgħu jkunu frott ta’ ħafna fatturi. Dawn il-punti li ġejjin għandhom ikunu dawl għal min hu tassew imħajjar għall-missjoni, kif ukoll għal dawk li diġà huma mibgħuta, biex wieħed jevita li jkollu pretensjonijiet u immaġinazzjonijiet li mhumiex f ’posthom u, jekk dan ikun il-każ, ikun jista’ jindirizzahom. 1. Tmurx il-missjoni jekk qed taħseb li ser tbiddel id-dinja, il-pajjiż jew il-Qasam li fih ser tintbagħat. Qabelxejn irridu niftakru li min ikollu aspettazzjonijiet kbar, ħafna drabi jispiċċa jiddiżappunta ħafna ruħu. Escrivá jikteb: “What is born big is monstrous and dies.” Imbagħad irridu nagħrfu ftit jekk din ix-xewqa li tbiddel id-dinja tkunx qiegħda tieħu post jew saħansitra tgħaffeġ ix-xewqa li wieħed iservi. Trid tkun ħafna attent fuqek innifsek biex tinduna jekk fik hux qed tinbet ixxewqa li tkun is-salvatur ta’ dak il-post jew ta’ dak il-Qasam. Dawn il-ħsibijiet, jekk jiġu, trid taqtgħalhom rashom għax inkella jekk ikomplu jikbru
f ’qalbek tispiċċa tagħmel ħsara kbira u l-ħidma kollha tkun għalxejn. Il-missjoni hija ta’ Alla. Huwa HU li jbiddel, li jikkonverti u li jġib l-affarijiet għall-milja tagħhom. Aħna qaddejja battala li nifirħu bis-sejħa li naqdu fil-kwiet mingħajr turija u li ntemmu bil-ferħ dak li għandna nagħmlu. Irridu naħarbu t-tentazzjoni tal-messjaniżmu u niftakru li Alla huwa l-pilota u aħna ngħinuh, u mhux bilmaqlub. 2. Tmurx il-missjoni biex teħles mid-diffikultajiet jew mittentazzjonijiet li għandek f ’pajjiżek. Huwa veru li meta wieħed jintbagħat il-missjoni jkun qed jibda kapitlu ġdid
290 Kalendarju Museumin / Settembru - Ottubru 2018
fil-ħajja tiegħu, imma ma jkunx qed jibda ktieb ġdid. F’ċertu sens, dak li inti f ’pajjiżek ħa tkun f ’pajjiż tal-missjoni. Wieħed għandu jaħtaf l-okkażjoni ta’ realtà ġdida biex ikompli jaħdem fuqu nnifsu, ħalli jkompli jsir persuna aħjar. Imma huwa veru wkoll li l-bidla tal-pajjiż mhux ser iġġib b’mod awtomatiku l-bidla fil-karattru, fl-imġiba, fix-xewqat, f ’dak li wieħed ikun iħobb, jew f ’dak li jdejqu. Biex nagħtu eżempju, membru li ma jkunx ippreparat għallezzjonijiet tiegħu f ’Malta jmur il-missjoni u jekk ma jaħdimx ħafna fuqu nnifsu xorta jibqa’ ma jkunx ippreparat. F’dan is-sens ukoll, il-missjunarju għadu work in progress. Hu jrid ikompli jkun attent fuqu nnifsu biex ma jkunx ingannat u biex ma jkunux ilpassjonijiet li jiddettawlu ħajtu u d-deċiżjonijiet li jieħu, imma r-raġuni u l-oġġettività. 3. Tmurx il-missjoni jekk taħseb li għandek it-tweġibiet u s-soluzzjonijiet u li n-nies lokali m’għandhomx jew ma jafu xejn. Ma nemminx li huma ħafna dawk il-missjunarji arroganti li jitkellmu b’ċertu disprezz fuq in-nies lokali. Imma l-missjunarju jrid joqgħod attent anke fuq kif jaħseb dwar in-nies lokali. Kemm skandli u żbalji saru mill-missjunarji
Ewropej u Amerikani li marru fl-art tal-missjoni b’ħafna flus f ’idejhom u f ’isem is-Sinjur Alla (mingħalihom) għaddew bħal gaffa minn fuq in-nies talpost. Hemm bżonn li wieħed jisma’ u iktar ma jisma’ iktar ikun missjunarju tajjeb għal qalb Alla u għal qalb in-nies li magħhom jaqsam ħajtu u minnhom jitgħallem (jekk ikun dispost) għerf kbir. 4. Tmurx il-missjoni jekk qed tippretendi li jkollok kollox stabbilit, ċar u ppjanat. Ilmissjunarju jrid ikun flessibbli ħafna u ma jiddiżappuntax ruħu għax l-affarijiet mhux qed iseħħu skont il-pjan. Minħabba diversi ċirkustanzi, il-pjanijiet ikollhom jinbidlu u l-missjunarju jrid jitgħallem jieħu paċenzja. U din qatt ma kienet ħaġa ħafifa. Dak li f ’pajjiżek jeħodlok siegħa, jista’ jeħodlok nofstanhar f ’pajjiż tal-missjoni u dan m’għandux jirrabjak u jimliek kollok kritika u tgergir. Il-flessibiltà hija neċessarja għal meta wieħed jiġi mitlub jiċċaqlaq minn pajjiż għal ieħor. Forsi dan ma kienx il-pjan f ’moħħu, imma minħabba ċ-ċirkustanzi kellu jsir hekk. Wara kollox ilproġett mhuwiex ta’ individwu u allaħares jiġri hekk. Ilmissjunarju jitlob il-grazzja li jkun maħlul ħalli jkun dejjem misjuq mil-libertà tal-ispirtu.
Settembru - Ottubru 2018 / Kalendarju Museumin
291
5. Tmurx il-missjoni jekk taħseb li inti spiritwalment b’saħħtek u tajjeb. Il-kultura l-ġdida, l-isfida tal-lingwa, il-fatt li kollox ġdid, drawwiet u sistemi ġodda, jafu jġibuk wiċċ imb wiċċ ma’ dak li hu veru int. F’dan is-sens filmissjoni ssir taf lilek innifsek u allura malajr tiskopri wkoll il-limitazzjonijiet spiritwali tiegħek. Fil-missjoni tinduna kemm ikun għad fadallek tikber spiritwalment u kemm għandek bżonn lil Alla biex imexxik, idawlek u jqaddsek. 6. Tmurx il-missjoni jekk taħseb li huwa faċli li tgħix fqir u mal-fqar. Aħna nipproponu li nkunu foqra, imma xorta jista’ jkun li f ’pajjiżna nkunu qed ngħixu b’ħafna kumditajiet li fil-fatt m’għandniex bżonnhom. Ladarba wieħed imur ilmissjoni, dawn irid jinqata’ minnhom. Dan mhux faċli u allura wieħed irid jipprepara ruħu billi minn issa jevalwa l-infiq u jnaqqas fejn hemm bżonn. Din hija ħaġa li għandu jagħmilha kulħadd. Fil-missjoni, fejn ħafna drabi l-paga hija inqas minn dik li wieħed ikollu f ’Malta, wieħed ikollu jgħix b’inqas u ma joqgħodx jonfoq flusu fuq affarijiet sekondarji. IsSoċjetà dejjem tieħu ħsieb lill-missjunarji tagħha u tara li dawn ikollhom il-ħtiġijiet
neċessarji u għalhekk wieħed m’għandux jibża’ jew jinkwieta fuq dan. Fl-istess ħin dawk li diġà huma fil-missjoni tassew li jridu joqogħdu attenti fuq xi stil ta’ ħajja qed jgħixu. Ngħiduha kif inhi, ħafna drabi tal-familja jew xi ħbieb jibagħtulek xi ħaġa tal-flus u dan hu sewwa jekk wieħed jagħraf jużahom tajjeb. Imma jekk wieħed ma joqgħodx attent malajr jista’ jidħol fi stil ta’ ħajja ta’ xiri, ġiri, tfittxija ta’ ikel tajjeb u jibda jgħix ta’ “sinjur” jew “turista” f ’pajjiż fqir. Dawn huma affarijiet li jistgħu jiġru. Ilmissjunarju huwa msejjaħ biex jgħix ħajja ta’ faqar u ta’ għotja u dan jitlob sagrifiċċju. Imma huwa dan is-sagrifiċċju, li tmut għalik innifsek, li mbagħad jista’ jagħti ħafna frott. Ma ninsewx li n-nies lokali huma intelliġenti u jinnutaw ħafna iktar milli jaħseb il-missjunarju. Nagħmlu kuraġġ u ma naqtgħux qalbna. Kull missjoni fiha l-iebes tagħha u wieħed m’għandux jippretendi mod ieħor. Imma Alla ma jinsiex lill-qaddejja battala tiegħu u jagħtihom konsolazzjonijiet li jista’ jġarrabhom biss min ħareġ minnu nnifsu u ngħata bla kompromessi. Mhux ta’ b’xejn li l-missjoni hija realtà stupenda. X’qed iżommok milli tippruvaha?
292 Kalendarju Museumin / Settembru - Ottubru 2018
Varji
X’Qed Tagħ tini l-Missjoni tas-Soċjetà?
M
eta membru jiġi mitlub biex imur il-missjoni, dan jintbagħat biex jgħix il-vokazzjoni Museumina u biex jaħdem fl-għalqa li Alla permezz tas-Soċjetà jkun ħawlu fiha. Ħafna jikkunsidraw u jqisu dawk l-affarijiet u persuni li jkollhom iċedu u jħallu warajhom biex jagħmlu dan il-pass. Dan huwa minnu, u hija verità li biex tmur trid taqta’ u tħalli warajk. Madankollu l-esperjenza għallmitna li fil-fatt jiġri bil-maqlub, għax il-missjunarju li jafda u qalbu tfur bil-gratitudni jagħraf il-ħafna li hu jirċievi minn Alla, mis-Soċjetà u min-nies li magħhom jaqsam ħajtu. Irridu nafdaw iktar f ’Alla u nemmnu iktar il-kliem ta’ San Pawl: “Aħna nafu li ma’ dawk li jħobbuh, Alla jaħdem kollox għall-ġid tagħhom, dawk li huma magħżulin skont il-pjan tiegħu.” (Rum 8, 28) Staqsejna lil numru ta’ membri li huma missjunarji barra minn Malta l-mistoqsija li qed tidher fit-titlu. Dawn huma r-riflessjonijiet tagħhom.
Ngħid għalija, mingħajr il-missjoni tas-Soċjetà ħajti kienet tkun bla sens. Sa minn meta kont għadni Soċju żagħżugħ, il-Mulej wera fiduċja kbira fija. Ta’ tmintax-il sena sejjaħli biex inkun Soċju u bagħatni l-Albanija ta’ erbgħa u għoxrin! Nirringrazzja lis-Sinjur Alla li s-Soċjetà bagħtitni għalkollox u mhux għal esperjenza ta’ ftit xhur. Hekk kelli l-opportunità li nifraħ bilġid tal-laqgħat Museumini bl-Albaniż u issa bil-Pollakk. B’entużjażmu organizzajt diversi passiġġati fuq il-muntanji u issa fil-Polonja nista’ ngħum f ’għadajjar li ebda turist qatt ma joħlom li jara. Nista’ nidħak bl-iżbalji li nagħmel (għax is-sens ta’ umoriżmu huwa vitali għall-ħajja spiritwali u dik attiva) waqt xi lezzjoni tal-iskola bil-Pollakk u fuq kollox nirringrazzja lill-Mulej li għoġbu jlaqqagħni mal-qlub ta’ numru daqshekk kbir ta’ tfal, żgħażagħ u kbar li ġejjin minn pajjiżi, ambjenti u kulturi differenti. Nemmen bis-sħiħ li qiegħed f ’Soċjetà li permezz tagħha l-Mulej qiegħed kontinwament jurini xi jrid minni. U x’jista’ jagħtik aktar paċi u kuntentizza tal-qalb mill-fatt li tkun taf li qed tipprova tagħmel dak li jrid minnek Ġesù? Rainer Bezzina (Poznań, Polonja) Settembru - Ottubru 2018 / Kalendarju Museumin
293
Il-vokazzjoni Museumina hija diġà missjoni fiha nfisha. Però li tkun mibgħut f ’kultura differenti hija esperjenza li tkompli ssawrek b’mod partikulari. Fl-istess ħin hija okkażjoni li tħeġġek biex tirrifletti iktar fuq dak li tkun qiegħed tagħti. Il-missjoni toffrili sitwazzjonijiet differenti biex inkompli nagħraf lili nnifsi. Toffrili opportunitajiet biex nikber u nimmatura kemm spiritwalment kif ukoll bħala bniedem fid-dimensjonijiet kollha tiegħu. L-ambjent tal-missjoni bla ma rrid jitfagħni f ’telqa fil-providenza ta’ Alla. B’hekk tgħallimt nieħu paċenzja b’kollox u nibda mill-ġdid meta ma nkunx paċenzjuż. Il-missjoni ġġegħilni ninduna li r-Regola Museumina megħjuxa fil-ħajja ta’ kuljum għandha effett saħansitra fuq nies li ma jafux sewwa s-Soċjetà tagħna. Nirrealizza li l-kariżma Museumina hija bħal fwieħa ta’ fjura żgħira imma ta’ ġmiel superjuri, fwieħa fina imma qawwija li tinxtamm mill-bogħod. Nies, żgħazagħ u tfal jattiraw ruħhom lejn l-ispirtu Museumin, lejn il-fwieħa fina ta’ din il-fjura. Ma jkunux jafu eżatt x’ikun qed jattirahom u lanqas fejn ikun qiegħed is-sors tal-fwieħa u allura jibdew ifittxu. Minkejja d-diffikultajiet, dan jagħtini ferħ ġenwin. Ivan Grixti (Poznań, Polonja)
Immur fejn immur fl-art tal-missjoni li ninsab fiha, dejjem insib ruħi qalb in-nies. Jiena u narahom jaħsbu jew jirraġunaw, isofru jew ikantaw, kull bniedem u kull esperjenza jġegħluni nistaqsi: Min jaf? Għaliex? Kif? Meta? U jien? Mistoqsijiet li ħafna minnhom ħallewni bla risposta. Quddiem mistoqsija li tisfida, hemm dawk li ma joqogħdux kwieti u jitfixklu, u jitilfu l-paċi ferma. Imbagħad hemm dawk li quddiem mitt mistoqsija jibqgħu fidili, bħal omm tqila li ħajjitha hi fiduċja f ’Alla, sal-mument fejn tara l-wiċċ ta’ binha tarbija li biex tarah kellha tistenna. L-importanti li jiena ma nitlifx il-paċenzja u l-ferħ u nibqa’ nistaqsi, nistenna. Ma jimpurtax, għax il-mistoqsija tgħinni nirrifletti, iżżommni attent, qatt miexi bl-amment, qatt stordut. Il-mistoqsija hawn f ’din il-missjoni qed tgħinni nimxi, mhux niġri; qed tgħinni biex jiena u nesplora nqalleb il-ħamrija bir-rispett, mhux ingerfex bl-addoċċ, għax jien bniedem u mal-bniedem qiegħed nagħmilha, u kull bniedem kamp tal-battalja. Dan li qed tagħtini l-missjoni tas-SDC, il-fedeltà u l-perseveranza quddiem il-mistoqsija, don li tiegħu se nibqgħalha grat għomri kollu. Oliver Aquilina (Ruiru, Kenja)
294 Kalendarju Museumin / Settembru - Ottubru 2018
Il-missjoni tas-SDC qed tagħtini l-grazzja li ħarsti tkun iffukata fuq Ġesù. Spiss nistaqsi: “X’qed nagħmel il-Kenja? Il-għala bagħtitni s-Soċjetà?” Inħoss li ma’ San Pawl għandi nwieġeb: “Il-ħajja għalija hi Kristu u l-mewt rebħ.” (Fil 1, 21) Din hija l-grazzja ta’ ħajja ffukata fuq dak li veru jiswa, dak li hu etern. Ġesù qalilna: “Jien ġejt biex ikollkom il-ħajja u jkollkom bil-kotra.” (Ġw 10, 10) Jiena naf li l-missjoni hi r-rieda ta’ Ġesù għas-Soċjetà u għalija, u jien u naqdi f ’din il-missjoni Ġesù qed iberikni bil-ħajja fil-milja tagħha. Ġesù huwa l-għajn u l-milja ta’ kull ħajja. Hu ħabbni minn dejjem u se jibqa’ jħobbni għal dejjem. Hu għoġbu jsejjaħli biex naqdih fil-missjoni tas-SDC u qed jistedinni kuljum ningħata lilu fl-oħrajn bħalma hu ingħata għalija. Iktar kemm ningħata iktar niggosta l-milja tal-ħajja għax inkun qed niggosta lil Ġesù nnifsu. Din l-għotja titlob ħafna ċaħda u dixxiplina imma ma naf b’xejn isbaħ fil-ħajja, ma nafx bi mħabba ikbar li nista’ nesperjenza. Hija l-ħajja li Ġesù sejjaħli għaliha u li qed jagħtini l-mezzi biex ngħixha. Iċ-ċaħda li titlob minni hi f ’postha, iddixxiplina hi xierqa u tagħti l-frott, turi d-dawl u tferraħ il-qlub. Għażiż Ġesù ta’ qalbi, grazzi li sejjaħtli. Agħtini l-grazzja li nagħtik qalbi kollha għal dejjem fil-missjoni li għażiltni għaliha. Ammen. Mario Bezzina (Ruiru, Kenja)
Wieħed mill-ewwel ftit ħsibijiet li ġewni meta kont ġej il-missjoni kien: “Issa dak li studjajt u l-esperjenza li għandek x’ser tagħmel bihom? Ser taħlihom?” Għall-ewwel sena dan il-ħsieb kien jiġini spiss sakemm issetiljajna, imma mbagħad ma baqax. Meta tibda taħdem u titħallat man-nies tal-post jibdew jiġu opportunajiet biex tagħti u tirċievi. Tibda tinduna li ma teżistix dinja waħda kif jaħsibha l-Ewropew imma hemm dinja reali oħra kif jaħsibha l-Afrikan. Issib opportunitajiet li f ’Malta qatt ma stajt tiltaqa’ magħhom, opportunitajiet li jgħinuk tikber u tiskopri u tiżviluppa t-talenti moħbija. Tara l-providenza ta’ Alla taħdem kuljum fir-realtà ta’ madwarek. Titgħallem tieħu paċenzja bik innifsek u bl-oħrajn. Il-kliem li Ġesù qal lil San Pietru nħossu jagħmilli kuraġġ u jiċċarali l-għan li ġejt għalih fid-dinja. “Pietru qabad jgħid: ‘Ara, aħna ħallejna kollox u ġejna warajk.’ Wieġeb Ġesù u qal: ‘Ngħidilkom is-sewwa, m’hemm ħadd li ħalla d-dar, ’il ħutu subien u bniet, ’l ommu … minħabba fija u l-Evanġelju, li ma jiħux minn issa, f ’dan iż-żmien, mitt darba iżjed… flimkien ma’ moħqrijiet, u fiż-żmien li ġej il-ħajja ta’ dejjem.’” (Mk 10, 28-30) Joe Cassar (Ruiru, Kenja) Settembru - Ottubru 2018 / Kalendarju Museumin
295
Spiss aħna mdorrijin naħsbu dwar x’qegħdin nagħtu lis-Soċjetà jew lillKnisja bil-preżenza tagħna ‘fil-missjoni’ – art oħra ’l barra minn art twelidna. Madankollu l-oppost hu veru ukoll, jiġifieri li l-preżenza tagħna fil-missjoni tagħtina diversi affarijiet ukoll u tgħaddina minn esperjenzi li ma kinux ikunu possibbli li kieku ma tajniex il-pass li nitilqu minn fejn trabbejna. Għalija, ilpreżenza fil-missjoni tas-Soċjetà tagħtini sodisfazzjon li jien parti mill-ħolma jew viżjoni tal-Fundatur li l-Evanġelju jixxandar mad-dinja kollha. Naħseb li tkun tabilħaqq telfa kbira jekk is-Soċjetà bil-kariżma u t-teżor li tippossiedi topera biss fi gżira żgħira bħal Malta. L-esperjenza tal-katekeżi f ’art barranija tagħtini wkoll l-opportinità li nifhem aktar l-universalità tal-Knisja. F’post bħal hawn f ’Londra tara l-ħin kollu kif il-kelma ta’ Alla tista’ tmiss lil kull bniedem, hu ta’ liema nazzjonalità hu. Dan narawh fil-ħidma tagħna ta’ katekeżi f ’diversi parroċċi, ma’ tfal u adulti li l-oriġni tagħhom hi minn tant pajjizi differenti. Sakemm wieħed jiddeċiedi li jagħti l-pass li jmur fil-missjoni, inevitabilment jgħaddi minn żmien ta’ ansjetà u mistoqsijiet. Wara li tajt dan il-pass, però, jien ħassejt ukoll il-ferħ intern li jiġi mill-fatt li tara eżempji ġodda u reali ta’ kif Ġesù qed jiġi magħruf u maħbub minn dawk li jiġu f ’kuntatt magħna. John Camilleri (Upper Norwood, Ingilterra)
Fost l-affarijiet li lili tant jagħmluli ġid f ’din il-missjoni ġewwa Londra hija l-esperjenza sabiħa li niltaqa’ magħha matul il-formazzjoni li nagħtu talRCIA (Rite of Chrisitian Initiation of Adults). Dan hu kors li jwassal biex l-adulti jidħlu fil-Knisja Kattolika, ġeneralment f ’Sibt il-Għid. Fl-ewwel laqgħa tal-kors jiġi diskuss x’wassal lill-katekumeni jew lill-kandidati biex jikkonvertu għall-fidi Kattolika. Ġeneralment ikunu l-ħbieb, imma li jimpressjonak hu s-sagrifiċċji li jagħmlu meta jieħdu din id-deċiżjoni. Talfamilja, għall-inqas jekk ma jkunux diġà Kattoliċi, ma tantx jaċċettawha din id-deċiżjoni. Każ li baqa’ miegħi u għallimni ħafna hu dak ta’ Rajesh, Ħindu għarus lil tfajla Kattolika u li xtaq jitgħammed qabel jiżżewġu. Minkejja li l-Ħindu jirrispettaw ir-reliġjonijiet l-oħra, huma ma jaċċettawx li wieħed minnhom jaqleb il-fidi. Minħabba din id-deċiżżjoni tiegħu, Michael (Rajesh) ġie miċħud mill-familja u minn ħbiebu. Dawn l-esperjenzi jġegħluni naħseb u nistaqsi: “Jien x’sagrifiċċji qed nagħmel għall-fidi tiegħi? Napprezza xejn dan ir-rigal li rċevejt meta kont għadni tarbija?” Din ir-riflessjoni tħeġġiġni fl-appostolat tiegħi u t-talba tal-Arloġġ tad-8.45 a.m. (Ringrazzjament għallFidi Nisranija) nitlobha aktar bil-qalb. Joseph Psaila (Upper Norwood, Ingilterra) 296 Kalendarju Museumin / Settembru - Ottubru 2018
Il-bidu mhux faċli. L-ewwel sena fl-Albanija ma kinitx nieqsa middiffikultajiet li kull bidu jġib miegħu, imma kienet sena li matulha Alla għoġbu jagħtini ħafna grazzji. X’tgħallimt matul din is-sena fl-Albanija? 1. Tgħallimt nistenna u nieħu paċenzja. Matul il-ġimgħat u x-xhur tal-bidu f ’pajjiż ġdid kelli bżonn ħafna paċenzja biex naddatta għal ħafna tibdiliet: nies, lingwa, temp, użanzi, ikel, stil ta’ ħajja… Qed nitgħallem inkun iktar bniedem flessibli biex naddatta għall-bidliet li l-ħajja tlaqqagħni magħhom. 2. Ngħix f ’komunità. Il-ħajja fl-Albanija kienet tfisser ukoll li nibda ngħix f ’komunità ma’ żewġ Soċji oħrajn. Il-ħajja komunitarja hija grazzja, għalkemm mhix nieqsa mill-isfidi. Dan l-aspett tal-għejxien tal-vokazzjoni tagħna qed jgħallimni nara s-sabiħ fil-karattru ta’ sħabi u naħdem fuq id-difetti tiegħi. 3. Nara lil Kristu f ’min hu fqir. Il-faqar sar għandu isem u wiċċ. Il-faqar għalija m’għadux idea astratta f ’xi post imbiegħed, imma sar dak it-tifel jew dak iż-żagħżugħ li qed jissielet biex isib x’jiekol kuljum. Qed nitgħallem ngħix fqir ma’ min hu fqir u ngħaddi bl-inqas affarijiet possibli. 4. Napprezza s-sbuħija u r-relevanza tal-vokazzjoni tagħna. F’pajjiż fejn għal aktar minn 50 sena kull forma ta’ twemmin kienet soppressa, nara kemm hawn għatx biex il-bniedem ifittex u jsib il-verità li hu Alla. Qed inkompli nitgħallem u niskopri kemm għandna vokazzjoni sabiħa u kemm hija relevanti għall-bniedem tal-lum. Wara sena fl-Albanija qed nipprova ngħix b’iktar konvinzjoni dak li nitolbu ta’ spiss: “Grazzi lil Alla dejjem u kullimkien għax kollox huwa mit-tjubija tiegħu… Nirringrazzjawk, o Alla tal-qlub tagħna, għax Inti ħlaqt kollox u ħabbejtna b’imħabba eterna.” Warren Vella (Korçë, Albanija)
Fil-bidu kont naħseb li rrid nagħti ħafna meta mmur il-missjoni, imma mhux hekk. Bil-kontra: tal-ftit li nagħti nirċievi ħafna. Mela x’nirċievi? Ferħ li qed inxandar lil Ġesù lil tfal li qatt ma kienu semgħu bih qabel. Tarahom isiru jafu u jħobbu lil Ġesù daqs it-tfal Maltin li ilhom mit-twelid fil-fidi Nisranija. Ġesù, permezz tagħna, jasal anke għand dawk li ma jiġux jisimgħu l-kelma ta’ Alla għax il-fidi tittieħed sa minn qabel ma tiġi mgħallma. Fil-missjoni kbirt u stagħnejt aktar bħala persuna meta tgħallimt nifhem u nitkellem lingwa ġdida u ngħix ġo kultura ġdida. Inħossni Nisrani iktar konvint meta niftakar li qed nobdi l-aħħar kmand ta’ Ġesù: “Morru fid-dinja kollha, xandru l-Evanġelju lill-bnedmin kollha.” (Mk 16, 15) Fl-istess ħin qed ngħix iktar bis-serjetà t-tifsira tal-kelma Museum. Nirċievi ħafna mħabba mingħand it-tfal u n-nies għax dawn jifhmu li aħna qed nuru att ta’ mħabba kbira lejhom. Nitkellem ta’ iblah meta ngħid li għandi ħafna iktar ħbieb u sirt iktar magħruf għax Settembru - Ottubru 2018 / Kalendarju Museumin
297
hawnhekk issir persuna importanti minħabba l-fatt li tkun barrani u jkollok pożizzjoni importanti li permezz tagħha trid taqdi. Naturalment dejjem għandu jkollna spirtu ta’ umiltà u ta’ gratitudni lejn Alla. Charlie Camilleri (Korçë, Albanija) Kamra magħluqa, arja sħuna u soffokanti – tradizzjonijiet u drawwiet li jtaqqlu. Tiftaħ tieqa u tiġbed nifs, tiftaħ tieqa oħra u fl-aħħar tiftaħ il-bieb. Toħroġ u timla l-pulmun bl-arja friska u tinduna li għadek ħaj. X’se nħalli warajja? Kumdità u kulma ħolqot it-teknoloġija. Imma dan kollu rmixk għalija. Bħalissa sejrin lejn l-ewwel ċentru tal-katekiżmu. Triq kollha ġebel u ħofor. Kanal ta’ ilma iswed u jinten. U nistaqsi lili nnifsi: “X’ġejt nagħmel hawn?” Imbagħad jiġu t-tfal, min ħafi, min ħwejjeġ mill-ifqar u b’riħa xejn pjaċevoli – u tbissima li issa ilek żmien ma tara bħalha. Iż-żgħar u l-kbar kollha ferħanin. Ma jinħaslux spiss imma qatt ma tħammġu bl-ipokrisija tal-pajjiżi żviluppati. U dik ir-riħa tal-kanal tinbidel f ’nifs frisk u li jbaqbaq. X’tagħtini l-missjoni tas-Socjetà? Skop u realtà mġedda, żogħżija spiritwali. Anki meta tkun għajjien u tistaqsi lilek innifsek hux hemm postok, irrisposta hija ċara u tħossha u tmissha b’idejk. Kemm hi sabiħa l-vokazzjoni tagħna meta nkunu lesti li nitilqu kollox. Altru li kellu raġun Eugenio Borg! Lawrence Cachia (Durrës, Albanija) Mhux faċli li twieġeb din il-mistoqsija fi ftit kliem! Żgur li l-missjoni tasSoċjetà qiegħda tlaqqagħni ma’ numru sabiħ ta’ tfal, adolexxenti u anke adulti li magħhom qegħdin naqsmu l-patrimonju tal-fidi Nisranija tagħna. Il-konkorrenza tagħhom, assidwa u bil-ferħ, f ’kull tip ta’ temp li għadda minn fuqna matul din is-sena, ma tħallilna l-ebda dubju li dawn in-nies qed isibu xi ħaġa li huma għandhom bżonn fil-ħajja tagħhom. Il-missjoni tas-Soċjetà qed iġġegħilni nikber kuljum għax kuljum qed niffaċċja ċirkustanzi ġodda f ’ħajti. Fil-preparazzoni tal-lezzjonijiet kuljum nitgħallem espressjonijiet ġodda biex naqsamhom ma’ ħaddiehor b’lingwa li jien inħossni ħafna limitat fiha. Ikolli nammetti li ma’ xi wħud mill-attendenti ħafna lezzjonijiet kienu eżerċizzju ta’ umiltà u manswetudni min-naħa tiegħi u paċenzja u karità minnaħa tagħhom. Madankollu nemmen li ħafna mill-messaġġi li tajna ma kinux bil-kliem iżda bl-imġiba tagħna. Bil-mod tagħna kif noperaw qegħdin ukoll nittrasmettu l-kariżma tas-Soċjetà, xi ħaġa li hi speċifikament tagħna! Frans Zahra (Durrës, Albanija) 298 Kalendarju Museumin / Settembru - Ottubru 2018
Quiero agradecer a Dios por poner en mi camino a la Sociedad. Estoy seguro que mi vida iba ser distinto sin la sociedad gracias a los primeros misioneros que decidieron dejar, su cultura, su trabajo, su familia para seguir llevando la espiritualidad de nuestro fundador con el mensaje de Cristo. Desde que han llegado en el 2003 han salvado y cambiado muchas vidas, yo soy uno de ellos. La misión que he observado llama mucha la atención y admiración a muchas personas por eso quiero agradecer a todos los misioneros en especial de nuestra sociedad que han respondido al llamado de Dios y de seguro han reparado muchos corazones llevando el evangelio no solo en su maleta sino también en su corazón. Ojalá Dios pueda llamar a más misioneros y a los que les llamen puedan responder ese llamado para que compartan lo que Dios les ha regalo. ¡Recuerda el mundo te espera!
Nixtieq nirringrazzja ’l Alla li fil-vjaġġ ta’ ħajti poġġa s-Soċjetà. Ninsab ċert li ħajti kienet tkun differenti kieku ma kinetx isSoċjetà u l-ewwel missjunarji li ddeċidew li jħallu l-kultura, ix-xogħol u l-familja biex ikomplu jxerrdu u jiżirgħu l-ispirtu talFundatur tagħna ispirat millmessaġġ ta’ Kristu. Minn mindu ġew fl-2003 huma salvaw u biddlu l-ħajjiet ta’ ħafna nies, u jien wieħed minn dawn. Osservajt li din il-missjoni tiġbed l-attenzjoni u l-ammirazzjoni ta’ ħafna nies u għalhekk nixtieq nirringrazzja lill-missjunarji, speċjalment dawk tas-Soċjetà tagħna, li wieġbu għas-sejħa ta’ Alla u li żgur fejqu ħafna qlub billi xerrdu l-Evanġelju, mhux biss għax dan kien filbagalja tagħhom imma għax fuq kollox kien fi qlubhom. Mhux li kien li Alla jsejjaħ iktar missjunarji u li dawn ikunu jistgħu jwieġbu għal din is-sejħa li jaqsmu dak li Alla tahom bħala rigal. Tinsewx, id-dinja qed tistenniekhom! Carlos Achulli Solar (Lurin, Perú)
Siempre he dicho que Dios me está amando porque siempre me está dando beneficios desde que comencé a asistir en esta Sociedad; y más que ahora soy miembro y estoy en misión, porque no solo me he convertido en una persona más responsable por mis cosas sino también más cuidadoso y responsable por mi vida espiritual. Sinceramente, agradezco a Dios por regalarme esta vocación, el conocimiento atreves de la asignatura (en el momento una asignatura poco diferente siendo que por el momento lo realizamos entre tres miembros en nuestra casa). ¡Aprecian la asignatura! Yo siento que es uno de los más grandes beneficios que Dios me ha dado, como también el de estar más cerca a Dios con todas las oraciones que San Jorge Preca nos dejó: el reloj, las adoraciones al rostro de Cristo, etc. Creo que existen personas que, en verdad, están en la iglesia y son verdaderos católicos, pero no tienen este privilegio, o sea tener estas oraciones. Y finalmente, agradezco a Dios también por el beneficio de conocer varias personas atreves de la enseñanza, porque te conocen y te brindan su amistad y así formando otra familia en Cristo, nuestro señor que siempre esta lista a regalarnos su gracia, la serenidad y nos quiere ver como su familia. La Paz esté con ustedes.
Dejjem għedt li Alla jħobbni għax baqa’ jagħtini l-grazzji sa minn meta bdejt nattendi fisSoċjetà, iktar u iktar issa li jien membru u qiegħed fil-missjoni, mhux biss għax bidilni f ’persuna responsabbli għall-affarijiet tiegħi imma wkoll għax sirt iktar attent u responsabbli għallħajja spiritwali. Sinċerament nirringrazzja lil Alla li tani din il-vokazzjoni u l-għarfien permezz tal-Assenjatur (li bħalissa huwa ftit differenti minħabba li qed isir bejn tliet membri fid-dar tagħna). Apprezzawh l-Assenjatur! Jien inħoss li din hija waħda mill-ikbar grazzji li tani Alla flimkien ma’ dik li nkun qrib iktar tiegħu permezz tat-talb li ħallielna San Ġorġ Preca: l-Arloġġ Museumin, il-Qima ta’ Wiċċ Kristu, eċċ. Nemmen li hawn nies li fil-verità huma filKnisja u huma tassew Kattoliċi, imma li m’għandhomx il-privileġġ ta’ dan it-talb. U fl-aħħar nett nirringrazzja lil Alla tal-grazzja li nsir naf nies oħra permezz tattagħlim, għax dawn isiru jafuk u joffrulek il-ħbiberija tagħhom u b’hekk tifforma familja oħra fi Kristu, l-imgħallem tagħna li dejjem lest li jirregalalna l-grazzja tiegħu u s-serenità u jrid jarana bħala familja. Il-paċi magħkom.
Victor Herrera Gomez (Carabayllo, Perú) 300 Kalendarju Museumin / Settembru - Ottubru 2018
Hu diffiċli ngħid, fi ftit kliem, dak li ħadt f ’dawn is-snin li ili fil-missjoni, bħalma nimmaġina hu daqstant ieħor diffiċli li missier ipoġġi fi kliem dak li “ħa” minn uliedu. Għal dan il-għan il-kelma hi fqira wisq, speċjalment għal min ma jafx iħaddimha sew. Minkejja dan, jekk nillimita ruħi f ’dawn l-erba’ kelmiet għal din l-aħħar esperjenza tiegħi ġewwa Kuba, nista’ ngħid li din għenitni nkompli nikber ħafna bħala persuna. Għenitni nifhem ilħajja u t-tbatija ta’ ħafna nies li raw lil pajjizhom imur lura bħal granċ matul id-dominju Komunista, dominju prattikament dittatorjali li jittratta linnies daqslikieku kienu tfal, li joħnoq kull sens ta’ inizjattiva, li ħalla lin-nies kemmkemm ma jmutux bil-ġuħ u fejn ħafna mid-drittijiet tal-bniedem huma mgħaffġa taħt is-saqajn ta’ dawk li għandhom il-poter, sitwazzjoni li ħadd ma jaf kemm ser iddum. Għenitni wkoll nifhem it-tbatija ta’ Knisja li ġiet ippersegwitata b’mod dirett, u li għadha ssib ħafna bibien magħluqa meta tipprova tieħu inizjattivi biex tgħin lill-Kubani, speċjalment fil-qasam tal-edukazzjoni u fl-attivitajiet reliġjuzi barra mill-knejjes. Fl-istess ħin, minkejja d-diffikultajiet li tiltaqa’ magħhom, l-istess Knisja għadha ħajja u attiva. Fl-aħħar nett il-missjoni tisfidani biex inkompli nfannad l-għeruq tiegħi fil-vokazzjoni Museumina, biex inkun kapaċi niddixxerni dwar ilħidma li nidħol għaliha u sabiex nipprova nkun dak li jien imsejjaħ biex inkun. Jekk ma nagħmilx dan, inkun bħal strument tal-mużika stunat li żgur ma jgħin xejn sabiex in-nies lokali jersqu biex jisimgħu u forsi jitħajru jissieħbu fis-Soċjetà tagħna. Nagħlaq dawn il-kelmtejn b’sentenza li kien ikkwota Dun Jimmy Bonnici f ’diskors li għamel waqt il-Kapitlu Ġenerali tal-2004: “Fejn jeħtieġ li titħabat biex tgħix, huwa hemm li għandek tkun, għaliex huwa hemmhekk li ħajtek takkwista profondità.” Stephen Zammit (Sagua La Grande, Kuba)
Nirringrazzja ħafna lil Alla u lis-Soċjetà talli tawni ċ-ċans inwettaq xewqa tant profonda fija sa minn età bikrija. Minkejja kollox hija esperjenza qawwija ħafna li tagħmilni kuntent, tassew timlieli ħajti u fuq kollox naraha bħala mixja kontinwa ta’ fidi. Naħseb li l-aqwa ħaġa li tatni din l-esperjenza hija li nagħraf iżjed il-ħlewwa u l-lealtà ta’ Ġesù li narah miexi miegħi l-ħin kollu. Għenitni ħafna nara l-limitazzjonijiet tiegħi u nafda aktar f ’Alla. Meta tieqaf tagħmel lilek innifsek Alla u tgħix l-ewwel kmandament, hemm tinduna kemm Alla tagħna huwa ħaj u veru. Tgħallimt kemm hu sabiħ li tafda f ’Alla, li tmut għalik innifsek, tħallih imexxi u hemm iġġarrab ilfedeltà kbira tiegħu. Il-missjoni għenitni nsawwar imħabba personali lejn l-għażiż Ġesù li bħalu ġejt mibgħut u li minħabba fih ninsab hawn. Hawn qed napprezza aktar ukoll ir-rikkezza tat-teżor li tani l-Mulej permezz ta’ Dun Ġorġ Preca u s-Soċjetà li sejjaħli biex inħobb u naqdi fiha. Nara kemm din is-Soċjetà toffri spiritwalità li hija antitodu tajjeb għall-aljenazzjoni u l-ħajja superfiċjali ta’ żmienna. Kemm nara valur fir-rażan, fil-qies, filferħ, fil-ġenwinità, fl-għaqal, fis-sempliċità, fil-ġenerożità u speċjalment fil-manswetudni u fl-umiltà kif proposti fil-patrimonju Museumin. Meta mbagħad dan kollu jiġi skopert min-nies permezz tal-kuntatti li jkollna magħhom, fis huma jinħakmu minn interess kbir li jridu jsiru jafu aktar ħalli jirċievu aktar minn dan in-nifs ġdid li nefaħ l-Ispirtu Qaddis permezz ta’ Dun Ġorġ. Tassew nirringrazzja lil Ġesù li bla ma jistħoqqli tani din ilgrazzja u nitolbu li nibqa’ ngħinu sal-aħħar fil-bini tas-Saltna tiegħu permezz tas-sejħa sabiħa li tani. Tonio Agius (Lurin, Perú)
‘Es de bien nacido ser agradecido.’ - Hu (sinjal) ta’ nisel tajjeb li trodd ħajr. Bħalma jgħid il-proverbju, mal-Kuban qiegħed nitgħallem nara u nirċievi kollox bħala rigal. Ir-rivoluzzjoni kkawżat faqar f ’dak li hu għerf u ħiliet. Diffiċli ssib ħaddiem li għandu mħabba lejn xogħlu għax il-ħaddiema tassengħa u l-gradwati ħarbu mill-pajjiż. Il-professjonist irid u ma jridx ikollu jxammar idejh għax il-paga ma sservihx. Filwaqt li għall-Kuban hu jasar għax m’hemmx alternattiva, għalija fil-missjoni li mmidd idejja għax-xogħol hija għażla personali u ħielsa. Hu l-mod kif nagħti xhieda lajkali u Nisranija. Ninsab grat għax l-istess ‘socios’ (sħabi tax-xogħol) aċċettawni u għallmuni xi tfisser ‘luchando’ (tiġġieled) biex tlaħħaq mal-ħajja. Għenuni nsir aktar liberu, maħlul mill-irbit tal-istatus u l-madmad ta’ dak li jaħsbu fuqi n-nies. Hija ta’ frustrazzjoni li ta’ kuljum ikollok taffaċja kju biex tiġbor ir-ration tal-ħobż jew ir-ross. Dak li kont nassumih bi dritt f ’pajjiżi, hawn trid tumilja ruħek għalih, titlob u tistenna. Kemm taħbit ta’ kuntatti u proċeduri u meta taħseb li tkun wasalt malajr jitfaċċa xi diżastru naturali fejn issibek bla ħila. Illum nifraħ meta nirċievi għax inqisu rigal dak li qabel kont ingerger fuqu għax kont nippretendih. Din l-attitudni wara ħafna paċenzja u perseveranza nqisha bħala grazzja u meħtieġa għall-appostolat għax il-frott nirċevuh mingħand Alla bit-talb u bil-fedeltà fl-affarijiet sempliċi li titlob minna s-Soċjetà. Żewġ kelmiet li jidhru kontradittorji għal-loġika tad-dinja, iżda li jagħmlu sens bl-għajnejn tal-fidi. X’ma tkunx grat meta, wara ċ-ċiklun Irma li seħħ f ’Settembru tal-2017, persuna fqira Kubana, hi u tibni mill-ġdid is-saqaf tad-dar tagħha bil-pjanċi taż-żingu, tistiednek b’ferħ: ‘Aqui tienes tu casa!’ (‘Hawn hi darek!’) Robert Gauci (Sagua La Grande, Kuba)
Settembru - Ottubru 2018 / Kalendarju Museumin
303
Varji
Il-Messaġġ
Kitba ta’ Oliver Friggieri
F
il-ħarġa tal-Kalendarju Museumin ta’ Jannar 1967 deher artiklu miktub minn Oliver Friggieri (li kien inkorpora Soċju fil-Milied tal-1965) li jittratta fuq l-ispirtu missjunarju fis-Soċjetà u l-urġenza li mmorru ’l barra minn Malta. Il-Fundatur kien diġà ilu ħames snin mejjet u l-membri flAwstralja kienu ilhom iktar minn għaxar snin jgħixu u jaħdmu ’l barra minn xtutna. Minn dan it-tip ta’ kitbiet jidher ċar li fis-Soċjetà kien hawn qawmien missjunarju qawwi. Dan kien 50 sena ilu. Matul dawn is-snin is-Soċjetà xterdet f ’diversi pajjiżi u l-ġejjieni jimliena bit-tama. F’dawn iċ-ċirkustanzi huwa neċessarju li dan l-ispirtu missjunarju nkomplu nqawwuh u nħeġġuh ħalli Sid il-ħsad ikompli jħawwel lis-Soċjetà għażiża tagħna f ’iktar postijiet, biex b’hekk nagħtu glorja ’l Alla u nsaħħu l-istess Soċjetà li permezz tagħha jista’ jsir ħafna ġid mal-bnedmin. M.U.S.E.U.M. Sitt ittri kbar, tikka wara kull waħda. Naf li fi ċkunitkom ġralkom bħali u staqsejtu xi jfissru. U fraħtu bħali bil-kliem sabiħ u t-tifsira isbaħ. Iktar ma s-sena 1907 titbiegħed minna, iktar l-isem qed joqgħod aħjar. Il-missjoni tal-Museum tinġabar f ’ismu.
mix-xtut tagħna. Il-Konċilju llum, aktar minn qabel, irid ifehemna li s-saltna ta’ Kristu – il-Knisja li hi aħna – hi waħda kullimkien. U jekk il-Mulej tefagħna fl-oqsma tiegħu, ma tefagħniex f ’Malta iżda fid-dinja fejn hemm Malta. Ninsabu Malta iżda l-għalqa tagħna tinfirex mal-erbat irjieħ.
Tul dil-ħajja kiber, xtered u ntrabat sewwa mal-ħajja Nisranija – forsi soċjali wkoll – ta’ artna. Il-ġid li għamel il-Museum f ’Malta tafu s-sema biss. Iżda llum, fiż-żmien ġdid ta’ wara t-tiġdid tal-Konċilju, mhux xieraq li naħsbu fina biss. M’hemmx għalfejn insiefru biex nifhmu ċ-ċokon ta’ Malta. Illum il-ħarsa tagħna trid twassal ’il hinn
Naħsbu ftit x’ġid bla qies jista’ jagħmel Soċju Museumin fiddinja li qed tbati minn għatx ta’ qassisin li qajla jidher li ser jinqata’. Is-servizz li l-Museum bl-organizzazzjoni, it-tifsila u l-ispirtu tiegħu, b’xi tibdil ta’ ħtieġa żgħira minħabba ċ-ċirkustanzi, jista’ jagħti lill-Knisja hu millakbar. Is-Soċju Museumin, jekk
304 Kalendarju Museumin / Settembru - Ottubru 2018
jixtered mad-dinja, jista’ jimla vojt kbir fil-Knisja. Dan mhux kliem fieragħ. Is-Soċju Museumin hu l-lajk Kattoliku tal-Konċilju. Hemm għatx għas-servizz tallajċi fid-dinja li Kristu jridha tilqa’ l-Evanġelju? Ngħaddu għall-fatti. M’għandix f ’moħħi l-Afrika. Qed naħseb fl-Ewropa li nafuha b’Kattolika. Waqt li f ’Malta għandna qassis għal kull 400 ruħ, fil-Ġermanja u fl-Awstrija hemm wieħed għal kull 1,500 u 1,600 ruħ. Fil-Portugall, qassis għal kull 2,500 ruħ. In-nuqqas ta’ qassisin hu fl-aqwa tiegħu f ’ħafna millakbar bliet u postijiet industrijali tal-Ewropa, bħal Vjenna, Pariġi, Versailles, Munich u ħafna bliet kbar ta’ Franza, Lisbona u oħrajn. Id-djoċesiet magħrufa bħala ‘diaspora’ tal-Ewropa ta’ fuq li dejjem talbu l-għajnuna tal-missjunarji żdiedu b’refuġjati Kattoliċi. Berlin, Osnabruck, Svezja, Rottenburg, fost l-oħrajn.
Ngħaddu għall-Amerika. ’Il fuq minn 100 miljun jew mhuma f ’ebda reliġjon jew ma jersqux lejn knisja. Ftit wisq minn dawk li għandhom il-fidi qed jippruvaw jersqu lejn dawn l-erwieħ mitluqa. Aħna m’aħniex naħdmu. Il-qassisin huma ftit u l-lajċi għadhom mhumiex organizzati tajjeb. U l-għadu jaħdem u jibni. Ix-xogħol tagħhom hu negattiv. Li twaqqa’ ħafif, l-aktar fejn m’hemmx sisien sħaħ. Jiċħdu u jwarrbu mill-qlub it-twemmin fi Kristu u l-Knisja u s-siwi tarreliġjon. Is-sigriet hu l-ateiżmu prattiku. Komuni llum. L-għadu tal-Knisja – l-għadu tagħna – jsib art tajba biex jaħdem: nuqqas ta’ tagħlim. Min jgħallem m’hemmx. U l-fidi ċċiedi għall-materja. L-aħħar kelma: Jekk irridu naħsbu, hemm fuqiex. Id-destin tal-Museum irid jitwettaq fiddinja. Dak hu ismu, l-aktar illum. L-imgħoddi tal-Museum f ’Malta
hu garanzija loġika tas-suċċess tal-Museum fid-dinja. Fuqna biss jaqa’ d-dmir li nxerrdu l-Museum ’il barra minn xtut artna fejn il-miljuni – mhux 300,000 – għadhom ma għarfux għalfejn qed jgħixu. L-ikbar ħsara li nistgħu nagħmlu lill-Museum hi li norbtuh ma’ pajjiżna biss. Il-Museum għandu x’jagħti ħafna lill-Knisja Universali. Il-Museum hu fis-servizz tal-Knisja: iddestin tal-Knisja – kif riedha min waqqafha – hu fid-dinja kollha. Bejnietna: Il-Knisja tinħtieġ il-lajċi. Nafuh. Xi ħadd laqqam il-Konċilju Vatikan II bħala l-Konċilju tal-Appostolat tal-
Lajċi. Oħrajn bħala l-Konċilju tal-Ekumeniżmu u l-Kattoliċiżmu. Tabilħaqq. U s-sehem talMuseum, biex il-missjoni tiegħu tilħaq il-quċċata, irid ikun l-appostolat tal-lajċi fid-dinja kollha. Ix-xogħol għalina li nwasslu s-sigriet ta’ Dun Ġorġ mal-erbat irjieħ. Dnub li nagħlquh f ’Malta. Ma ninsewx: Jekk is-sehem tagħna ma nagħmluhx aħna, mhemmx min jagħmlu minflokna. Irrid nifhem – mingħajr ottimiżmu żejjed – li s-Soċju Museumin ma jibqax Malti biss. Oliver Friggieri
Varji
Il-Valur tal‑Mistħ ija Il-Mistħija tal-Għera Fil-Ġnien tal-Eden, Adam u Eva kienu għerja, “u ma kinux jistħu” (Ġen 2, 25). Kienu jħarsu lejn xulxin mingħajr ma jiġġudikaw lil xulxin, mingħajr ma jiġuhom ħsibijiet u xewqat mhux xierqa. Imma malli kielu mill-frotta tas-“siġra tal-għarfien tat-tajjeb u tal-ħażin”, “infetħu għajnejhom, tagħhom it-tnejn, u ntebħu li kienu għarwenin u nisġu l-weraq tat-tin u għamlu iħżma” (Ġen 3, 7). Meta Alla fittixhom, Adam mar staħba: “Smajt il-ħoss tiegħek fil-ġnien; u bżajt, għax kont għarwien, u nħbejt.” (Ġen 3, 10) Kif tispjega din il-bidla, hekk f ’daqqa? Għal Adam u Eva l-għera ma kinitx problema, imma mbagħad bdew jistħu quddiem xulxin u ma ridux jaraw lilhom infushom għarwenin. Hawnhekk l-għera teħodna għallvulnerabbiltà ta’ min m’għandu xejn x’jipproteġih u hu espost għall-ħars hekk kif inhu. Wieħed iħossu ‘għarwien għalkollox’ meta jiġi ridikulat u mwaqqa’ għaċċajt, meta l-oħrajn jagħmlu sinjal aħmar taħt l-iżbalji u d-dgħufijiet
tiegħu. F’dawn il-waqtiet, li wieħed jipproteġi ruħu hu bżonn uman. Kien hawn min qal li l-mistħija hi sinjal ta’ immaturità jew xi ħaġa li żżommok lura. Madankollu Leon Wurmser, psikologu ta’ oriġni Lhudija, jiddefenixxi l-mistħija bħala l-‘għassiesa tad-dinjità umana’. Għax il-bniedem għandu bżonn il-mistħija biex jipproteġi ruħu mill-ħars tal-oħrajn, li lesti jiġġudikaw u jieħdu vantaġġ fuqu. Il-bniedem ma jridx jidher ‘għarwien’, għalkemm iħossu hekk meta għandu l-impressjoni li mhux qed jgħix skont l-ideal tiegħu, li mhuwiex perfett u li hu sottomess għall-ġudizzju taloħrajn. Il-vulnerabbiltà tidher meta m’għandux kontroll fuq dan. Il-Mistħija Titwieled mill-Ħars Meta wieħed iħares lejn l-oħrajn b’imħabba, mingħajr ma jiġġudikahom, mingħajr ma jevalwa kull dettall u mingħajr xewqa li jippossedi lill-oħrajn, ikun qed juri tassew min hu, ikun għeri. Ġesù jitkellem dwar l-għajn li hi “f ’sikitha”. Il-kelma Griega li tintuża hawn hi haplous, li tfisser
Settembru - Ottubru 2018 / Kalendarju Museumin
307
“mingħajr intenzjonijiet moħbija, ċara u safja”. Ġesù jgħid: “Jekk għajnek hi safja, ġismek kollu jkun jiddi.” (Lq 11, 34) Imma jekk l-għajn hi b’intenzjonijiet ħżiena, jekk hi mimlija b’xewqat li mhumiex indaf u meta wieħed irid jaħkem lill-oħrajn, il-ġisem ukoll ikun imdallam. Fid-dinja tagħna dejjem għandna l-biża’ li nkunu konfrontati minn ħars malinn, u hu leġittmu li nipproteġu lilna
nfusna. Għalhekk li l-mistħija hi l-għassiesa tad-dinjità tagħna. F’ambjent fejn inħossuna maħbubin, nistgħu għall-kuntrarju nuru lilna nfusna “għerja”, vulnerabbli, hekk kif aħna. Platun sa minn żmien twil ilu rrelata s-sabiħ mal-ħars. Anselm Grun, patri Benedittin, awtur ta’ diversi kotba ta’ kontemplazzjoni, jgħid li l-Ġermaniżi fil-lingwa
tagħhom dejjem qagħdu attenti biex jorbtu s-sabiħ mal-ħars. Il-kelma li tfisser ‘sabiħ’ (schőn) ġejja mill-verb ‘tħares’ (schauen)). Jekk wieħed iħares lejh innifsu bl-imħabba, mela hu sabiħ. Meta wieħed iħares lejn ħaddieħor bl-imħabba, jiskopri s-sbuħija ta’ dik il-persuna. Għandu jħossu ikrah min iħares bi stmerrija lejh innifsu, u għalih ħaddieħor jidher ikrah meta ma jħarisx lejn il-persuna b’imħabba. Il-kelma schőn hi marbuta wkoll mal-verb schonen, li jfisser ‘tieħu ħsieb’, ‘issalva’, li ‘taħfer’ (lil xi ħadd). Hi sabiħa l-persuna li jien qed nieħu ħsieb, xi ħadd li qed neħles millġudizzju tiegħi u li jien m’iniex infittex li nużah u nippossedih. Hu sabiħ dak li jien qed inħallih ikun dak li hu, filwaqt li qed intaffilu t-toqol mingħajr ma nużah għallprofitti tiegħi. Il-Mistħija Teżisti fil-Kulturi Kollha Il-mistħija teżisti fil-kulturi kollha, u jeżistu kullimkien regoli fuq il-mod ta’ kif in-nies għandhom jgħattu l-għera tagħhom. Innormi huma differenti u ħafna drabi jiddependu mill-klima u mit-tradizzjonijiet tan-nies. Imma kullimkien il-bniedem għandu bżonn li jitgħatta u jipproteġi ruħu mill-ħars u mix-xewqat ħżiena. Fil-verità, l-għera talġisem mhix ħlief simbolu talgħera tar-ruħ. Aħna ma rridux
nesponu lilna nfusna u nkunu għerja quddiem l-oħrajn. Bħal ma rridux li jirridikulawna meta nkunu f ’sitwazzjonijiet skabrużi. Għalhekk għandna fina sentiment qawwi ħafna li nipproteġu s-sigriet moħbi hekk tajjeb fir-ruħ tagħna. Adam u Eva riedu jinħdew minn Alla. Forsi aħna wkoll ġieli ridna li naħarbu minn Alla għax sibna ruħna f ’sitwazzjoni ta’ għera. Għall-kuntrarju, ilmistħija għandha tistedinna biex nippreżentaw lil Alla dak kollu li tana u dak kollu li għamel magħna. Alla ma jiġġudikax, imma jħares lejna b’imħabba bla qies, u l-imħabba tiegħu hi bħal mantar li jgħattina u li jipproteġina. Meta nħossu l-mistħija, ħafna drabi jkun sinjal li m’aħniex naċċettaw xi ħaġa tagħna nfusna. Il-mistħija tistedinna biex noqogħdu quddiem Alla u nħalluh iħobbna. B’dan il-mod il-mistħija ma twassalx għall-biża’, imma ssir is-sur tad-dinjità tagħna. M’għandniex bżonn li nipproteġu lilna nfusna minn Alla, imma li nipproteġu lilna nfusna milloħrajn, ladarba qed ngħixu fid-dinja u għad ma wasalniex il-ġenna, lanqas il-‘Ġenna tal-Art’. Inżommu f ’moħħna li l-mistħija hi “l-għassiesa tad-dinjità umana tagħna”. Joe Galea
Settembru - Ottubru 2018 / Kalendarju Museumin
309
Djarju Museumin
Ġunju-Awwissu 2018 Żjara fl-Albanija Is-Segretarju Ġenerali u s-Superjur Daniel Micallef żaru ż-żewġ Oqsma tal-Albanija bejn l-20 u t-30 ta’ Ġunju. L-ewwel żaru l-Qasam ta’ Durrës fejn akkumpanjaw liżżewġ membri meta marru jgħallmu l-katekiżmu f ’Porto Romano Koder u f ’Porto Romano Fusch. F’Korçë, apparti li ħadu sehem fl-attivitajiet tal-Qasam, huma mexxew kors ta’ tlitt ijiem għall-għalliema ta’ Preca College. Żjara fl-Awstralja Is-Superjur Ġenerali żar l-Oqsma tal-Awstralja bejn it-28 ta’ Ġunju u t-3 ta’ Awwissu. Waqt din iżżjara s-Superjur Ġenerali ltaqa’ mal-membri kollha u ħa sehem f ’weekend li sar għaż-żgħażagħ u l-familji tagħhom f ’Adelaide bejn is-6 u 8 ta’ Lulju kif ukoll f ’weekend għas-Soċji li sar f ’Melbourne bejn it-13 u l-15 ta’ Lulju. Waqt iż-żjara tiegħu fi stati differenti tal-Awstralja isSuperjur Ġenerali ltaqa’ wkoll mal-Kooperaturi, assoċjati u familji ħbieb tas-Soċejtà, kif ukoll ma’ membri ta’ kongregazzjonijiet u movimenti oħra bħallMissjunarji tas-Soċjetà ta’ San Pawl u l-Fokolarini f ’Melbourne u 310
s-Sorijiet Franġiskani u s-Sorijiet Pawlini f ’Adelaide. Is-Superjur Ġenerali ltaqa’ wkoll mal-Assistent Ekkleżjastiku għall-Arċidjoċesi ta’ Adelaide, Fr Charles Gauci li ġie elett bħala Isqof tad-Djoċesi ta’ Darwin. Żjara fil-Filippini Is-Superjur Ġenerali, flimkien ma’ Tonio Caruana KEĠ, żar l-Arċidjoċesi ta’ Jaro fil-belt ta’ Iloilo, fil-Filippin, bejn l-4 u l-14 ta’ Awwissu. Din kienet żjara ta’ familjarizzazzjoni wara żewġ żjarat li kienet għamlet lis-Soċjetà Dr Linda Tacorda li hi l-id il-leminja ta’ Mons. Ramon Pet, il-persuna responsabbli mill-programmi kateketiċi u mill-katekisti kollha tal-Arċidjoċesi. Waqt din iż-żjara saret laqgħa mal-Arċisqof Mons. Jose Romeo Orquejo Lazo kif ukoll numru ta’ laqgħat ma’ Mons. Pet u Dr Tacorda. Saru wkoll żjarat f ’numru ta’ parroċċi. Is-Superjur Ġeneral u Tonio Caruana KEĠ kienu mistiedna wkoll ikellmu lillkatekisti u lis-seminaristi li jinsabu fl-aħħar sena tal-istudji tagħhom. Qabel ma niżlu f ’Iloilo City, huma żaru numru ta’ missjunarji Maltin mis-Soċjetà Missjunarja ta’ San Pawl u s-Sorijiet ta’ St. Dorothy li qegħdin jaħdmu f ’Manila.
Kalendarju Museumin / Settembru - Ottubru 2018
Żjara fil-Perù
Mill-Kandidati Maltin fil-Kenja
L-Assistent Superjur Ġenerali u l-membri Joe Galea u Ivan Ellul żaru l-Oqsma tal-Perù bejn id19 ta’ Lulju u t-13 ta’ Awwissu. L-ewwel żaru l-Qasam ta’ Carabayllo fejn fost l-oħrajn żaru diversi postijiet fejn il-membri qegħdin iwettqu l-appostolat tagħhom. Imbagħad żaru l-Qasam ta’ Julio C. Tello, Lurin, fejn ħadu sehem fl-attivitajiet tal-Qasam u animaw numru ta’ laqgħat ma’ gruppi differenti.
Grupp ta’ Kandidati flimkien mad-Direttur Karmenu Caruana u l-Animatur Joseph Gauci żaru l-Qasam ta’ Ruiru mis-7 sat-23 ta’ Awwissu. Dan huwa ħsieb li kitbu waqt din l-esperjenza. “Karibu mgeni” kienet l-ewwel espressjoni li biha ġejna milqugħin f ’Ruiru, il-Kenya. L-espressjoni sabiħa fuq wiċċ it-tfal u ż-żgħażagħ kienet evidenti tant li ħassejna ruħna daqslikieku konna membri fl-istess Qasam tagħhom. L-imħabba lejn il-Museum tħossha f ’qalb kull min jattendi fil-Qasam. Sa minn kmieni wieħed seta’ jisma’ l-ilħna ferrieħa tat-tfal li jinġabru malkanċell jistennew bil-ħerqa li jiftaħ il-Qasam. Il-ħerqa taż-żgħażaġħ li jiskopru aktar l-ispirtu u l-vokazzjoni Museumina ġġagħlek tapprezza l-ispirazzjoni li kellu l-Fundatur li l-Evanġelju jixxandar mad-dinja kollha. Jispirawk ukoll il-ħeġġa u l-enerġija li l-membri jinvestu fil-ħidma tagħhom ta’ kuljum ma’ kull min jiġi f ’kuntatt magħhom. Ma jistax ikun li ma tirringrazzjax lis-Sinjur Alla tal-vokazzjoni Museumina li permezz tagħha Ġesù għadu jiġi magħruf u maħbub. Żgur li din l-esperjenza kompliet tnissel fina spirtu Museumin u missjunarju. Inkomplu nitolbu għal aktar vokazzjonijiet Museumini filmissjoni.
Minn Kuba Il-membri fil-Qasam ta’ Sagua La Grande pparteċipaw f ’żewġ seminars nazzjonali għall-katekisti f ’Kuba. Huma taw taħditiet dwar il-Fundatur u dwar il-ħidma tasSoċjetà. Tqassam ukoll materjal marbut mal-Museum, kif ukoll ilktieb Reglas De Los Santos (Regoli tal-Qaddisin) lil kull parteċipant. Il-Ħadd 1 ta’ Lulju saret l-ewwel Ċerimonja tal-Magħżulin f ’dan il-Qasam. Lejn l-aħħar ta’ Lulju kien organizzat live-in fejn, apparti l-membri, ħadu sehem ukoll 5 żgħażagħ (3 minnhom għamlu ċ-ċerimonja). Matul din l-attività formattiva saru taħditiet u diskussjonijiet dwar il-virtujiet, il-Fundatur u l-ispiritwalità Museumina.
Settembru - Ottubru 2018 / Kalendarju Museumin
311
Assenjatur għal Settembru-Ottubru 2018
DOMMATIKA
STORJA
Lezzjoni 122: L-effett tas‑sagramenti Lezzjoni 123: Is-sagramenti li jħallu karattru Lezzjoni 124: Il-ministru tas-sagramenti u dawk li jirċevuhom Lezzjoni 125: Is-sagramentali Lezzjoni 126: Il-Magħmudija fid‑dinja pagana u Ġudajka Lezzjoni 127: Il-Knisja bħala l-Poplu ta’ Alla
Lezzjoni 28: S. Ġlormu Lezzjoni 29: Sa truf l-Imperu u fil‑kampanja
MORALI Lezzjoni 99: Dmirijiet marbuta mal-fidi tar-Rivelazzjoni (5) Lezz. 100-102: Dnubiet kontra l-fidi Lezzjoni 103: It-tama bħala virtù teologali BIBBJA Lezz. 65-66: Id-Dewteronomju (2-3) Lezz. 67-69: L-Istorja Dewteronomistika (1-3)
KATEKETIKA Lezzjoni 52: Il-Fundatur dwar x’għandu wieħed jevita fl‑imġiba mat-tfal Lezzjoni 53: Niżviluppaw attitudnijiet pożittivi (1) LITURĠIJA Lezz. 10-11: Mill-Konċilju ta’ Trentu sa Vatikan II TAGĦLIM SOĊJALI TAL‑KNISJA Lezzjoni 11: Il-persuna umana u l-ħafna aspetti tagħha Lezzjoni 12: Il-libertà tal-persuna DOKUMENT TAL-KNISJA L-Eżortazzjoni Appostolika tal‑Papa Franġisku Amoris Laetitia: art. 268-312
SPIRITWALITÀ Il-bidu ta’ komunità globali (ikompli)
312
Kalendarju Museumin / Settembru - Ottubru 2018
Assenjatur għal Settembru 2018
Omnes Sancti Angeli et Archangeli — orate pro nobis. Tul dan ix-xahar is-Soċjetà tal-M.U.S.E.U.M. titqiegħed taħt il-protezzjoni speċjali ta’ San Mikiel u tal-anġli kollha beati. Intenzjoni għal-Litanija tal-Arloġġ Li Alla jagħti lis-Soċji kollha l-grazzja li jagħmlu dejjem l-Arloġġ Museumin u lill-Kandidati u lill-Magħżulin li jagħrfu t-teżor tas-Soċjetà Museumina. Ħsieb tax-xahar Il-bniedem jipproponi u Alla jiddisponi: mela dejjem fuq xufftejna “Jekk isSinjur Alla jrid”. UNJONI MUSEUMINA 2 Il-Manswetudni Epistola – Rum 12, 9-21 Evanġelju – Mt 18, 21-35 Ktieb il-Kbir – Paġna 26 PROGRAMM SPEĊJALI 28-29 San Mikiel QAGĦDA 1 Il-Kuruna tal-Ġustizzja (2 Tim 4, 1-22) (Qagħda nru. 317) 15 Abimelek (Ġen 20, 1-18) (Qagħda nru. 430) 22 Merħla żgħira (Lq 12, 22-34) (Qagħda nru. 108)
KOMMEMORAZZJONI 14 S. Robertu Bellarmino Profil nru. 57 PAĠNA TAL-FUNDATUR 4 Soli Deo: Ġesù (pp. 63-64) 18 Soli Deo: Fiżjonomija ta’ Kristu (pp. 64-65) 25 Soli Deo: Il-Ktieb il-Kbir (pp. 66-68) REGOLA 7 Is-Sottomissjoni, K72-74, D76-77 17 Is-Sottomissjoni, K75-76, D78 27 Id-Direzzjoni Spiritwali, K77-79, D79
Settembru - Ottubru 2018 / Kalendarju Museumin
313
Settembru 2018 1 Is-Sibt (S. Eġidju)
Qagħda Prekatorju 47 Kant: Sliem għalik
Ħniena
2 Il-Ħadd It-22 tas-sena
Irtir tal-Ewwel Ħadd Unjoni Museumina u passiġġata
Omnipotenza
3 It-Tnejn S. Girgor il-Kbir
Morali Studji Bibliċi Eternità Sentenzi Leħen il-Maħbub
4 It-Tlieta S. Mosè
Morali Amoris Laetitia Paġna tal-Fundatur
Immensità
5 L-Erbgħa S. Tereża ta’ Kalkutta
Laqgħa Ġenerali
Immutabiltà
6 Il-Ħamis S. Żakkarija Profeta
Tagħlim Soċjali Storja Kult ta’ Wiċċ Kristu
Sapjenza
7 Il-Ġimgħa (S. Reġina)
Sawm għas-Soċji Vestis Kult lil Alla Tagħna u Professjoni Regola 10 posti Rużarju
Ġustizzja
8 Is-Sibt It-Twelid tal-Verġni Marija
Assenjatur Speċjali 10 posti Rużarju
Ħniena
9 Il-Ħadd It-23 tas-sena
Quddiesa flimkien u passiġġata
Omnipotenza
10 It-Tnejn S. Nikola ta’ Tolentino
Kapitlu Lokali
Eternità
11 It-Tlieta (S. Gabrijel Perboyre)
Kapitlu Lokali
Immensità
314 Kalendarju Museumin / Settembru - Ottubru 2018
12 L-Erbgħa (L-Isem ta’ Marija)
Laqgħa Ġenerali
Immutabiltà
13 Il-Ħamis S. Ġwann Krisostmu
Kateketika Liturġija Kult ta’ Wiċċ Kristu
Sapjenza
14 Il-Ġimgħa L-Eżaltazzjoni tas-Salib Imqaddes
Kommemorazzjoni Spiritwalità Kult tal-Pjagi
Ġustizzja
15 Is-Sibt Id-Duluri ta’ Marija
Qagħda Prekatorju 48 Kant: Sliem għalik
Ħniena
16 Il-Ħadd L-24 tas-sena
Quddiesa flimkien u passiġġata
Omnipotenza
17 It-Tnejn S. Robertu Bellarmino
Sawm għas-Soċji Vestis Kult lil Alla Tagħna Regola
Eternità
18 It-Tlieta (S. Ġużepp ta’ Kopertinu)
Dommatika Amoris Laetitia Paġna tal-Fundatur
Immensità
19 L-Erbgħa S. Ġennaru u sħabu
Laqgħa Ġenerali
Immutabiltà
20 Il-Ħamis Il-Martri tal-Korea
Tagħlim Soċjali Storja Kult ta’ Wiċċ Kristu
Sapjenza
21 Il-Ġimgħa S. Mattew
Vaganza
Ġustizzja
22 Is-Sibt (S. Tumas ta’ Villanova)
Qagħda Prekatorju 49 Kant: Sliem għalik
Ħniena
23 Il-Ħadd Il-25 tas-sena
Quddiesa flimkien u passiġġata
Omnipotenza
Settembru - Ottubru 2018 / Kalendarju Museumin
315
24 It-Tnejn (Il-Madonna tal-Ħniena)
Morali Studji Bibliċi Sentenzi Epistolarju
25 It-Tlieta (S. Kleofa)
Morali Amoris Laetitia Paġna tal-Fundatur
26 L-Erbgħa B. Pawlu VI
Laqgħa Ġenerali
Immutabiltà
27 Il-Ħamis S. Vinċenz de Paul
Sawm għas-Soċji Vestis Kult lil Alla Tagħna Regola
Sapjenza
28 Il-Ġimgħa S. Venċeslaw
Programm Speċjali ta’ S. Mikiel (l-ewwel parti)
Ġustizzja
29 Is-Sibt S. Mikiel, Kustodju u Difensur tas-Soċjetà Museumina, u S. Gabrijel u S. Rafel
Programm Speċjali ta’ S. Mikiel (it-tieni parti)
Ħniena
30 Il-Ħadd Is-26 tas-sena
Quddiesa flimkien u passiġġata
Omnipotenza
Eternità
Qamar Kwinta
316 Kalendarju Museumin / Settembru - Ottubru 2018
Assenjatur għal Ottubru 2018
Omnes Sancti Societatis Jesu — orate pro nobis. Tul dan ix-xahar is-Soċjetà tal-M.U.S.E.U.M. titqiegħed taħt il-protezzjoni speċjali tal-qaddisin kollha tal-Kumpanija ta’ Ġesù. Intenzjoni speċjali għal-Litanija tal-Arloġġ Li Alla jagħmel ħniena ma’ kull Museumin, Soċji, Kandidati u Magħżulin, billi jagħtihom il-grazzja li jwarrbu malajr kull ħsieb ta’ suppervja. Ħsieb tax-xahar L-umiltà u l-konfużjoni jimxu wara s-supperv; l-eżaltazzjoni u l-glorja jimxu wara l-umli. Mela nkunu umli. UNJONI MUSEUMINA 7 L-Umiltà Epistola – Fil 2, 1-11 Evanġelju – Ġw 13, 1-15 Ktieb il-Kbir – Paġna 27 QAGĦDA 6 Is-safi għas-safjin (Tit 1, 1-16) (Qagħda nru. 318) 13 Iżakk vittma (Ġen 22, 1-20) (Qagħda nru. 431 A jew B) 20 Is-siegħa tal-ħalliel (Lq 12, 35-48) (Qagħda nru. 109) KOMMEMORAZZJONI 12 San Franġisk ta’ Assisi Profil nru. 10 26 San Ġwanni Pawlu II
PAĠNA TAL-FUNDATUR 2 Soli Deo: Dawl millKurċifiss (pp. 66-67, sa “biex jirriparah”) 9 Soli Deo: Dawl mill-Kurċifiss (pp. 67-68, minn “Għidli: Min hu li jħares”) 16 Soli Deo: Dawl mill-Kurċifiss (p. 68) 23 Soli Deo: Dawl mill-Kurċifiss (pp. 69-70) 30 Soli Deo: Kristu lbieraħ, illum u għal dejjem (pp. 70-71) REGOLA 27 Id-Direzzjoni Spiritwali, K80, D80-81
TAĦDITA 19 Il-Messaġġ ta’ Papa Franġisku għall-Ġurnata Missjunarja 2018
Settembru - Ottubru 2018 / Kalendarju Museumin
317
Ottubru 2018 1 It-Tnejn S. Tereża tal-Bambin Ġesù
Dommatika Studji Bibliċi Sentenzi Spiritwali
2 It-Tlieta Il-Qaddisin Anġli Kustodji
Dommatika Amoris Laetitia Paġna tal-Fundatur
3 L-Erbgħa (S. Edmond tal-Iskozja)
Laqgħa Ġenerali
Immutabiltà
4 Il-Ħamis S. Franġisk ta’ Assisi
Kateketika Liturġija Kult ta’ Wiċċ Kristu
Sapjenza
5 Il-Ġimgħa S. Fawstina Kowalska
Mansjonijiet Spiritwalità Kult tal-Pjagi
6 Is-Sibt S. Bruno
Qagħda Prekatorju 50 Kant: Sliem għalik 10 posti Rużarju
7 Il-Ħadd Is-27 tas-sena (Il-Madonna tar-Rużarju)
Irtir tal-Ewwel Ħadd Unjoni Museumina u passiġġata 10 posti Rużarju
8 It-Tnejn (S. Xmun Profeta)
Morali Studji Bibliċi Eternità Sentenzi Leħen il-Maħbub
9 It-Tlieta (S. Ġwann Leonardi)
Morali Amoris Laetitia Paġna tal-Fundatur
10 L-Erbgħa S. Daniel Comboni
Laqgħa Ġenerali
Eternità
Immensità
Ġustizzja
Ħniena
Omnipotenza
Immensità
Immutabiltà
318 Kalendarju Museumin / Settembru - Ottubru 2018
11 Il-Ħamis S. Ġwanni XXIII
Tagħlim Soċjali Storja Kult ta’ Wiċċ Kristu
12 Il-Ġimgħa (S. Wilfred ta’ York)
Kommemorazzjoni Spiritwalità Kult tal-Pjagi
13 Is-Sibt (S. Edwardu l-Konfessur)
Qagħda Prekatorju 51 Kant: Sliem għalik
14 Il-Ħadd It-28 tas-sena
Quddiesa flimkien u passiġġata
Omnipotenza
15 It-Tnejn S. Tereża ta’ Ġesù
Dommatika Studji Bibliċi Sentenzi mit-TQ
Eternità
16 It-Tlieta S. Margerita M. Alacoque
Dommatika Amoris Laetitia Paġna tal-Fundatur
17 L-Erbgħa S. Injazju ta’ Antjokja
Laqgħa Ġenerali Il-Kult lil Alla tagħna filprivat
Immutabiltà
18 Il-Ħamis S. Luqa
Kateketika Liturġija Kult ta’ Wiċċ Kristu
Sapjenza
19 Il-Ġimgħa S. Pawl tas-Salib (S. Pietru ta’ Alkantara)
Taħdita Spiritwalità Kult tal-Pjagi
20 Is-Sibt (S. Marija Bertilla Boscardin)
Qagħda Prekatorju 52 Kant: Sliem għalik
21 Il-Ħadd Id-29 tas-sena
Quddiesa flimkien u passiġġata
Sapjenza
Ġustizzja
Ħniena
Immensità
Ġustizzja
Ħniena
Omnipotenza
Settembru - Ottubru 2018 / Kalendarju Museumin
319
22 It-Tnejn S. Ġwanni Pawlu II
Morali Studji Bibliċi Sentenzi Epistolarju
Eternità
23 It-Tlieta S. Ġwann ta’ Kapistranu
Morali Amoris Laetitia Paġna tal-Fundatur
Immensità
24 L-Erbgħa S. Anton Marija Claret
Laqgħa Ġenerali
25 Il-Ħamis (S. Gawdenz ta’ Brescia)
Tagħlim Soċjali Storja Kult ta’ Wiċċ Kristu
Sapjenza
26 Il-Ġimgħa (S. Evaristu)
Kommemorazzjoni Spiritwalità Kult tal-Pjagi
Ġustizzja
27 Is-Sibt (S. Frumenzju)
Sawm għas-Soċji Vestis Kult lil Alla Tagħna Regola
Ħniena
28 Il-Ħadd It-30 tas-sena
Quddiesa flimkien u passiġġata
Omnipotenza
29 It-Tnejn B. Mikiel Rua
Dommatika Studji Bibliċi Sentenzi Spiritwali
Eternità
30 It-Tlieta (S. Alfons Rodriguez)
Dommatika Amoris Laetitia Paġna tal-Fundatur
Immensità
31 L-Erbgħa (S. Wolfgang)
Laqgħa Ġenerali
Immutabiltà
Qamar Kwinta
320 Kalendarju Museumin / Settembru - Ottubru 2018
Episodju: Inġibu quddiem għajnejna s-Sinjur tagħna Ġesù Kristu mejjet fuq is-salib jiġi mniżżel minn Ġużeppi minn Arimatea u Nikodemu, u mqiegħed fi ħdan Marija Santissima, li addolorata qagħdet tħares lejn il-pjagi tiegħu. Talba: Ġesù Nażżarenu, Sultan tal-Lhud, agħtina l-grazzja li nimmeditaw spiss il-pjagi tiegħek li nfetħu għas-saħħa tad-dinja. Ammen. Proponiment: Aħwa tiegħi, nipproponu li nitolbu maħfra ’l min inkunu offendejna b’xi mod. Il-Kors tal-Pellegrin Nisrani, Numru 160 Il-Pietà (Vincent Van Gogh, 1889)