IS-SEMPLIĊITÀ
Kalendarju Museumin
MARZU – APRIL 2017
† Verbum Dei caro factum est Is-87 Sena Ħarġa Numru 2 / Marzu – April 2017
Editorjal Soċjetà Sempliċi
71
Mill-Iskrittura Is-Sempliċità fil-Bibbja
73
Tagħlim Papa Franġisku Qatt Spettakolari
79
Kittieba Spiritwali Is-Sempliċità fil-Kitba tal-Qaddisin Sentenzi fuq is-Sempliċità Inti M’Int Xejn Il-Fundatur Jgħallimna Is-Sempliċità fil-Kitba ta’ Dun Ġorġ Sentenzi ta’ Dun Ġorġ fuq is-Sempliċità
83 89 92 94 99
Mit-Tradizzjoni Museumina Sempliċità Stil Museumin
101
Ftit Prattiċità Is-Sempliċi ma Jbatix mill-Atlas Complex
106
Aspetti Missjoloġiċi Missjunarji Sempliċi Il-Pittura tal-Faċċata Wonder Il-Pittura Tispirani
108
112 114
Letteratura Is-Sempliċità f’Novella ta’ Kilin
117
Ġrajja Mija u Ħamsin Ewro
121
Djarju Museumin Avvenimenti Diċembru 2016 - Frar 2017
124
Assenjatur
126
Għerf mid-Deżert L-Argument
135
Rivista ta’ kull xahrejn għall-użu privat tal-membri tas-Soċjetà tad-Duttrina Nisranija M.U.S.E.U.M. Direzzjoni u Amministrazzjoni: Dar Ġenerali, 207 Triq San Ġorġ Preca, Marsa MRS 9010 www.sdcmuseum.org e-mail: info@sdcmuseum.org
Editorjal
Soċjetà Sempliċi
K
ull meta nipproponu li nkunu sempliċi nkunu qed nagħżlu li ngħixu stil ta’ ħajja tassew qaddisa u interessanti. Is-sempliċità bħala virtù jista’ jkollha ħafna interpretazzjonijiet u tista’ tfisser iktar minn attitudni waħda. Primarjament min hu sempliċi jfittex biss li jogħġob lil Alla u jaħdem għalih u għall-glorja tiegħu. Hawnhekk tiġina f ’moħħna l-intenzjoni retta li hi marbuta mas-sempliċità għax implikata ħafna magħha. Mhux ta’ b’xejn li San Tumas ta’ Akwinu, il-qaddis protettur ta’ din il-virtù, meta temm waħda millkitbiet importanti tiegħu esklama: “Ġesù, għandi lilek, għandi kollox!”
I
s-sempliċità tfisser ukoll dik l-istess attitudni tat-tfal li, skont Ġesù, “ta’ min hu bħalhom hija s-saltna tas-smewwiet” (Mk 10, 14). Dan ma jfissirx li nsiru bħat-tfal imma li jkollna l-ispirtu tat-tfulija. Hawnhekk niftakru fit-triq iżżgħira li pproponiet Santa Tereża ta’ Lisieux. B’din l-ispiritwalità wieħed ma joqgħodx ifittex l-iżbalji taloħrajn u ma jisfurzax biex l-oħrajn jaraw l-affarijiet kif jarahom hu. Min hu sempliċi jagħraf li kollox huwa minn Alla u jdur lejh għal kull bżonn tiegħu għax għandu tama kbira fih bħal tifel lejn missieru. Min hu sempliċi jagħraf li t-tajjeb li hu għandu rċevieh mingħand Alla u għadu jappartjeni lil Alla. Min hu sempliċi ma jaqtax qalbu, anke quddiem il-waqgħat tiegħu. It-tfal
jaqgħu u malajr iqumu u jkomplu. Evidenti ħafna li f ’dan is-sens ilvirtù tal-umiltà u s-sempliċità jidħlu ħafna f ’xulxin fit-triq iż-żgħira. Is-sempliċità hija wkoll alternattiva sana għal min qed jgħix ħajja kkumplikata, falza u konfuża, speċjalment għax hu medhi b’ċerta fissazzjoni bih innifsu. Fit-trattat filosofiku tiegħu fuq il-virtujiet, André Comte-Sponville jikteb: “Is-sempliċi ma tantx għandu mistoqsijiet fuqu nnifsu. Hu la jaċċetta u lanqas jirriġetta lilu nnifsu. Jagħmel dak li għandu jagħmel bħal kull wieħed minna, imma ma jqisx li l-azzjonijiet tiegħu għandhom jiffruttaw f ’xi kummentarju, diskussjoni jew riflessjoni ... Bniedem sempliċi
Marzu – April 2017 ⁄Kalendarju Museumin
71
huwa persuna bla pretensjonijiet, mhux ikkonċernat dwaru nnifsu, kif jidher jew għar-reputazzjoni tiegħu. Ma joqgħodx jikkalkula, m’għandux sigrieti, jaġixxi bla ħażen u mingħajr motivazzjonijiet ulterjuri, aġendi jew pjanijiet.” Tassew li fid-dinja tal-lum fejn xi wħud iħossu l-bżonn qawwi li jkunu approved u liked, hawn bżonn ta’ dan it-tip ta’ nies sempliċi li jġibuna ftit f ’sensina. Għad-dinja dawn is-sempliċi jistgħu jitqiesu bħala stupidi, boloh jew li faċilment tqarraq bihom, imma filverità din hija virtù tan-nies għaqlin u hija l-għerf tal-qaddisin. L-artikli f ’din il-ħarġa talKalendarju Museumin għandhom l-iskop li jmissu xi wħud minn dawn il-punti biex b’hekk inkomplu nifhmu l-profondità ta’ din ilvirtù. Fl-omelija li għamel fit-23 ta’ Settembru 2014 f ’Santa Marta, il-Papa Franġisku qal: “Il-ħajja Nisranija hija sempliċi: nisimgħu l-kelma ta’ Alla u nqegħduha filprattika. Mhux nieqfu biss fil-qari tal-Vanġelu imma nistaqsu lilna nfusna: B’liema mod il-kliem tal-
Vanġelu jkellem lil ħajjitna?” Fuq l-istess ħsieb nistgħu napplikaw għalina wkoll dan il-kliem tal-Papa għall-għejxien tar-Regola. “Il-ħajja Museumina hija sempliċi: nisimgħu r-Regola u nqegħduha fil-prattika. Mhux nieqfu biss fl-istudju tarRegola imma nistaqsu lilna nfusna: B’liema mod dan ir-regolament ikellem lil ħajjitna?” Fit-12 ta’ Marzu nfakkru l-ħamsin sena mill-mewt ta’ Ewġenju Borg (1886-1967). F’dan id-dixxiplu fidil ta’ Dun Ġorġ spikkat ukoll is-sempliċità għax hu tant kien leali u ubbidjenti lejh u lejn irRegola. Is-sempliċità li Ġeġè u l-ewwel membri xorbu minn Dun Ġorġ ikkontribwit biex titwaqqaf is-Soċjetà għażiża tagħna li hi, trid tidher u trid tibqa’ sempliċi. F’dawn ix-xahrejn għandna din l-istedina biex nirriflettu iktar fuq din il-virtù u naħdmu fuqna nfusna biex nimmaturaw fiha. B’hekk biss fi żminijietna l-Museum tassew ikompli jkun soċjetà sempliċi li tfittex biss lil Alla b’xhud ta’ dak li twettaq.
“Meta l-membri jkunu apprezzati għal xi ħidma li jkunu wettqu, għandhom jieħdu l-okkażjoni biex jieqfu jfaħħru ’l Alla bittalba ‘Glorja lill-Missier u lill-Iben u lill-Ispirtu s-Santu.’” (Kostituzzjoni Nru. 61)
72
Kalendarju Museumin ⁄ Marzu – April 2017
Mill-Iskrittura
Is-Sempliċità fil-Bibbja
B
ħal fil-każ tal-virtù tal-faqar, is-sempliċità għandha diversi sfumaturi ta’ interpretazzjoni fil-Bibbja. Dan l-artiklu ma jikkunsidrax issempliċità bħala attribut ta’ Alla imma janalizza żewġ dimensjonijiet tas-sempliċità bħala attitudni spiritwali: ir-relazzjoni bejn is-sempliċità u l-għarfien tal-misteri divini u s-sempliċità evanġelika. Is-Sempliċità u l-Għerf
I
l-kelma sempliċità tirreferi, ħafna drabi, għal nuqqas ta’ għaqal u prudenza. Insejħu “sempliċi” lil min hu nieqes xi ftit minn moħħu, li mhux matur biżżejjed u allura mingħajr esperjenza, li ma jaħsibhiex biżżejjed, li għandu mit-tfal jew mill-boloh. Dan l-aspett tas-sempliċità nsibuh fil-Bibbja wkoll, l-aktar fil-Kotba tal-Għerf. Per eżempju, fil-Ktieb talProverbji naqraw: “Intom, boloh, kemm se ddumu tħobbu l-bluha? Kemm se jdumu l-insolenti jitgħaxxqu bl-insolenzi tagħhom, u l-boloh jobogħdu t-tagħlim?” (1, 22; ara 19, 25; 21, 11) Min hu sempliċi f’dan is-sens jissejjaħ “tifel” [bil-Lhudi petî; bil-Grieg nēpios], għaliex “nieqes minn moħħu”, anzi “iblah”. Fl-istess
Ktieb tal-Proverbji naqraw ukoll li “min hu nieqes minn moħħu jemmen kollox... l-iblah jibqa’ għaddej bla ma jħabbat rasu” (14, 15. 18).
Is-sempliċità mifhuma f’dan issens, jiġifieri nuqqas ta’ ħila biex wieħed jagħraf u jifhem, insibuha wkoll fit-Testment il-Ġdid fejn, għal darb’oħra, hemm riferenza għall-kelma nēpios (tifel). Wara li keċċa l-bejjiegħa u x-xerrejja mitTempju, Ġesù kkwota Salm 8, 3 u qal: “Qatt ma qrajtu li minn fomm it-tfal [nēpiōn] u t-trabi tal-ħalib int ħejjejt tifħir għalik?” (Mt 21, 16) Hawnhekk Ġesù juża Salm 8 biex jagħmel stqarrija notevoli dwaru nnifsu. F’Salm 8 dan ilvers jiddeskrivi kif fomm it-tfal u t-trabi tal-ħalib jgħanni s-sebħ tal-Mulej. Issa Ġesù japplika dan is-Salm għalih innifsu u b’hekk
Marzu – April 2017 ⁄Kalendarju Museumin
73
Kristu Jbierek it-Tfal ta' Lucas Cranach (1545). ???
jagħmel lilu nnifsu fil-pożizzjoni ta’ Alla. L-istess kif f’Salm 8 t-tifħir tat-tfal ikkonferma s-sebħ tal-Mulej quddiem l-għedewwa, issa t-tifħir tat-tfal għandu jikkonferma s-sebħ jew il-glorja ta’ Ġesù quddiem l-għedewwa tiegħu f’Ġerusalemm, jiġifieri l-Qassisin il-Kbar u l-Kittieba li kontinwament kienu jattakkawh. San Pawl fehem is-sempliċità f’dan is-sens meta lill-Korintin kitbilhom: “Jien ukoll, ħuti, ma stajtx inkellimkom bħala nies spiritwali, iżda bħala nies taddemm u l-laħam, bħal trabi [nēpiois] fi Kristu.” (1 Kor 3, 1) 74
F’dan is-sens ukoll fehem issempliċità l-awtur tal-Ittra lilLhud meta kiteb: “Issa kull min jieħu l-ħalib ma jifhimx il-kliem tal-ġustizzja, għax għadu tarbija [nēpios].” (5, 13)
Ġesù jrid li d-dixxipli tiegħu, ukoll jekk kbar u xjuħ, ikollhom l-ispirtu tat-tfal iż-żgħar, jiġifieri jkunu twajbin, umli, sinċieri, ġenwini u sempliċi. Fit-tfal Ġesù ra x-xbieha ta’ kif għandhom ikunu d-dixxipli veri tiegħu. Lil dawn, li huma bħat-tfal fl-ispirtu, Alla jirrivela l-misteri tiegħu. Hekk esklama Ġesù: “Infaħħrek,
Kalendarju Museumin ⁄ Marzu – April 2017
Missier, Sid is-sema u l-art, għax inti dawn il-ħwejjeġ ħbejthom lil min hu għaref u lil min jifhem, u għarrafthom liċ-ċkejknin [nēpioi].” (Mt 11, 25; ara Lq 10, 21) Hemm żewġ pari ta’ kuntrasti x’ninnutaw hawn: l-ewwel ilverbi “taħbi” [bil-Grieg krypto] u “tikxef” [bil-Grieg apokalypto] u mbagħad lil min qed jiġri dan. Dik li Alla “ħeba” minn dawn l-għorrief hija t-tifsira tal-għemejjel ta’ Ġesù li wrew li Alla issa qiegħed f’nofs il-poplu tiegħu fil-persuna tal-Iben tiegħu Ġesù Kristu. “Dawn il-ħwejjeġ” qed jiġu “moħbija” “lil min hu għaref u lil min jifhem”. Il-frażi tirreferi b’mod ċar għall-Kittieba u l-Fariżej li ma laqgħux lil Ġesù u l-kelma tiegħu. Meta nqisu l-kuntest tal-kapitli 11-13 talEvanġelju skont San Mattew, hawn nistgħu ninkludu wkoll lil dawk li jgħammru fl-ibliet li jissemmew immedjatament qabel dan l-innu ta’ Ġesù: “Ħażin għalik, Korażajn! Ħażin għalik, Betsajda! Għax kieku l-mirakli li saru fikom saru f’Tir u Sidon, kieku ilhom li wrew indiema bl-ilbies talixkejjer u l-irmied.” (Mt 11, 21) F’kuntrast ma’ dawn għandna ċ-“ċkejknin”. Lil dawn il-Missier “għarraf” dawn il-ħwejjeġ. Itterminu “ċkejknin” hawn jirreferi
għall-komunità tad-dixxipli li f’Mt 10, 42 huma msejħin “dawn l-iżgħar”. Tassew li Ġesù hawn qed jagħmel ċelebrazzjoni tassempliċi u l-umli bħalma għamlet Marija fil-kantiku li stqarret fid-dar ta’ Żakkarija u Eliżabetta (ara Lq 1, 46-55). Il-privileġġ li tagħraf lil Alla u l-messaġġ talmisteri tiegħu hu riservat biss għas-sempliċi u l-umli għaliex huma dawn li ġenwinament jagħrfu li l-għerf veru joriġina f’Alla, f’kuntrast mal-għorrief u ma’ min jifhem li jaħsbu li l-għerf ġej minnhom (ara Mt 16, 17). Is-Sempliċità Evanġelika
F
is-sens metaforiku, ilkelma “tfal” tiġbor fiha l-aspett pożittiv u evanġeliku tas-sempliċità. Hu Ġesù Kristu nnifsu li jrid li d-dixxipli tiegħu jkunu bħat-“tfal iż-żgħar”. Meta kien qiegħed jitkellem fuq min hu l-“akbar” [bil-Grieg meizon] fis-Saltna tas-Smewwiet, Ġesù “ressaq lejh tfajjel ċkejken [bilGrieg paidios], qiegħdu f’nofshom, ħaddnu bejn dirgħajh u qalilhom: ‘Kull min jilqa’ wieħed minn dawn iċ-ċkejknin minħabba f’ismi jkun jilqa’ lili; u min jilqa’ lili jkun jilqa’ mhux lili imma lil dak li bagħatni.’” (Mk 9, 36-37 par) Fil-Palestina tal-ewwel seklu
Marzu – April 2017 ⁄Kalendarju Museumin
75
Ix-xewqa ta’ Żakkew kienet waħda ġenwina u allura sempliċi: li jara min hu Ġesù.
Kalendarju Museumin ⁄ Marzu – April 2017
t-tfal, jew iċ-ċkejknin [paidia], kienu dawk ta’ bejn it-twelid u t-tnax-il sena. Fis-soċjetà li fiha għex Ġesù, “iċ-ċkejknin” ma kinux simbolu tal-innoċenza daqskemm dawk mingħajr status soċjali u bla ebda drittijiet legali. Minħabba f’hekk wieħed ma kienx jistenna tifħir, inkella jippretendi xi qligħ materjali jew soċjali, meta juri ħlewwa u tjubija mat-tfal. Dan iwassalna biex nikkonkludu li, meta poġġa t-tfajjel f’nofs iddixxipli, Ġesù ried juri b’mod l-aktar ċar kif għandu jkun iddixxipulat Nisrani. Hemm dettall interessanti ferm f’dan it-test li jorbot flimkien il-virtù tassempliċità ma’ dik tal-umiltà. Biex iħaddan lit-tfajjel [paidios] bejn dirgħajh Ġesù ma setax jibqa’ dritt; kellu bilfors jinklina u jitbaxxa fiżikament. F’sens metaforiku, hekk ukoll kellhom jagħmlu d-dixxipli, jinklinaw u jitbaxxew, jekk riedu li jimxu wara Ġesù. L-istess sentiment wera Ġesù meta “ġibulu quddiemu xi tfal ċkejknin biex iberikhom” (Mk 10, 13-16 par). Ironikament, aspett sabiħ ieħor ta’ sempliċità evanġelika jagħtihulna San Luqa fl-ewwel versi ta’ kaptilu 19. Hemm niltaqgħu mal-persuna ta’ Żakkew li etimoloġikament ismu jfisser “nadif/innoċenti”. Għalkemm ma tantx jidher li
dan kien il-każ peress li dan il-bniedem hu ppreżentat lilna bħala “wieħed mill-kapijiet tal-pubblikani [bil-Grieg architelōnēs] u għani [bil-Grieg plousios]” (v. 2), l-Evanġelista jgħidilna li Żakkew “kellu xewqa li jara min hu Ġesù” (v. 3). Anki Erodi xtaq “jara” lil Ġesù (Lq 9, 9) u x-xewqa tiegħu qatagħha (ara Lq 23, 9). Imma x-xewqa ta’ Żakkew kienet waħda ġenwina u allura sempliċi, bil-maqlub ta’ dik ta’ Erodi. Dan xtaq jara lil Ġesù “jagħmel xi sinjal” filwaqt li Żakkew kien sinċerament jixtieq jara “min hu Ġesù”. Żakkew kien bħal donnu qed jimxi fuq dak li naqraw fil-bidu tal-Ktieb talGħerf: “Ħobbu l-ġustizzja, intom li tmexxu l-art; aħsbu fuq il-Mulej, kif inhu sewwa, u fittxuh b’qalb safja.” (1, 1) Fl-Evanġelju l-ħamiema hija simbolu tas-sempliċità f’dan is-sens, jiġifieri tal-innoċenza fil-ħsieb jew fl-intenzjoni: “Ara, jiena qiegħed nibgħatkom bħal nagħaġ qalb l-ilpup. Kunu mela għaqlin bħas-sriep u sempliċi bħall-ħamiem.” (Mt 10, 16) Din l-immaġni tesponi l-vulnerabilità u d-dgħufija talAppostli quddiem opponenti ħorox. Dan ma jfissirx li l-Appostli kellhom b’xi mod jibqgħu passivi jew indifferenti
Marzu – April 2017 ⁄Kalendarju Museumin
77
quddiem il-persekuzzjoni. Anzi, huma kellhom ikunu “għaqlin bħas-sriep,” viġilanti biex jantiċipaw kull xorta ta’ theddid u jsibu mezzi adekwati biex ikunu jistgħu jesegwixxu blaħjar mod il-missjoni mogħtija lilhom minn Ġesù. Madanakollu l-Appostli kellhom jibqgħu “sempliċi bħall-ħamiem”. Hawn l-aġġettiv “sempliċi” bil-Grieg huwa akeraioi u f’dan il-kuntest jissuġġerixxi l-purità jew l-innoċenza fl-intenzjoni. Mela t-tattiċi għaqlin tal-Appostli kellhom jibqgħu puri, ġenwini u innoċenti u qatt ma kellhom jikkompromettu l-integrità tagħhom.
78
Konklużjoni
F
l-ittri tiegħu San Pawl ħallielna wkoll kelma li tfissrilna l-kelma ta’ Ġesù fuq is-sempliċità evanġelika meta kiteb: “Tkunux bħat-tfal fi ħsiebkom; kunu tfal filħażen, imma kunu rġiel magħmula fi ħsibijietkom.” (1 Kor 14, 20) Ittfal iż-żgħar m’għandhomx ħażen. Huma la jgħiru, la jqarrqu, la jobogħdu, la jpattu bid-deni għaddeni u lanqas juru wiċċ b’ieħor; huma innoċenti jew sempliċi fil-ħsieb u fl-ispirtu. L-istess attitudnijiet għandu jkollu min irid ikun dixxiplu ta’ Ġesù. Jonathan Sammut
Kalendarju Museumin ⁄ Marzu – April 2017
Tagħlim Papa Franġisku
Qatt Spettakolari Omelija ta’ Papa Frangisku fil-Kappella ta’ Casa Santa Marta It-Tnejn 9 ta’ Marzu 2015
I
s-sempliċità għandha aktar minn aspett wieħed u f’din l-omelija tar-Randan il-Papa Franġisku jitkellem dwar is-sempliċità ta’ Alla li jippreferi jinqeda b’dak li hu ordinarju aktar milli b’dak li hu spettakulari. Anke fil-ħajja tagħna, Huwa dejjem jaħdem “fl-umiltà, fissilenzju, permezz tal-ħwejjeġ żgħar”. Bħas-soltu r-riflessjonijiet talPapa kienu ispirati mil-Liturġija tal-Kelma li matulha l-kelma “korla” tissemma kemm fl-ewwel kif ukoll fit-tieni qari. Fl-Evanġelju San Luqa jirrakkonta l-episodju fejn “Ġesù rritorna Nażaret, mar fis-Sinagoga u beda jitkellem” (4, 24-30). In-nies qagħdu jisimgħuh bil-qalb, ferħanin u mistagħġbin bi kliemu, sakemm beda jċanfarhom minħabba n-nuqqas ta’ fidi tagħhom u fakkarhom li dak in-nuqqas kellu għeruqu fl-istorja. Bħala eżempju rrefera għal żmien Elija meta, minkejja li kien hemm bosta romol f’Iżrael, Alla bagħat il-profeta għand armla minn pajjiż pagan. Semma wkoll il-fejqan ta’ Nagħman mis-Sirja,
kif irrakkuntat fit-tieni Ktieb tasSlaten (5, 1-15).
Hekk bdiet tiżvolgi d-dinamika bejn dak li kienu qed jistennew in-nies u t-tweġiba ta’ Alla. Għalkemm in-nies qagħdu jisimgħu bil-gost kollu dak li kien qed jgħidilhom Ġesù, f’ċertu punt kien hemm min beda jurta ruħu u għandu mnejn xi ħadd mis-semmiegħa qam u x’qal: “Dan fuq xiex ġie jkellimna? Fejn studja biex qed jgħidilna dawn il-ħwejjeġ? Liema università attenda? Fejnhom iċ-ċertifikati? Dan iben il-mastrudaxxa, ilkoll nafuh sew!” U hawn splodew ir-rabja u l-vjolenza. Il-Vanġelu jgħidilna illi “qamu, ħarġuh ’il
Marzu – April 2017 ⁄Kalendarju Museumin
79
Madankollu t-triq ta’ Alla mhijiex li jagħmel spettaklu: Alla jopra fl-umiltà, fis-silenzju, fil-ħwejjeġ żgħar. 80
Kalendarju Museumin ⁄ Marzu – April 2017
barra mill-belt, ħaduh fuq xifer l-irdum tal-għolja li fuqha kienet mibnija l-belt tagħhom u riedu jixħtuh minn hemm fuq għal isfel” (Lq 4, 29).
Il-Papa bir-raġun jistaqsi: “Dan kif daqstant ammirazzjoni u stagħġib f’daqqa waħda nbidlu f’korla, furja u vjolenza?” Imma huwa jfakkar li din il-ħaġa kienet ġrat ukoll lill-ġeneral Sirjan li dwaru jitkellem it-Tieni Ktieb tas-Salten. Twemmin kellu; kien jaf li l-Mulej kien se jfejqu mill-ġdiem tiegħu. Imma meta l-profeta qallu “Mur inħasel”, sibel. Kien qed jistenna xi ħaġa oħra. Ħaseb li Elija kien se jqum, isejjaħ isem il-Mulej Alla tiegħu, ixejjer idu fuqu u jfejqu. “Aħna għandna xmajjar wisq isbaħ mill-Ġordan!” qallu. U telaq. Imma ħbiebu rraġunaw miegħu u, hekk kif ġie lura, seħħ il-miraklu. Iż-żewġ episodji huma mbegħdin sew fiż-żmien. Madankollu bejniethom hemm xebh kbir. “X’riedu n-nies tas-Sinagoga u dan is-Sirjan?” jistaqsi Franġisku. Min-naħa l-waħda Ġesù jċanfar lil dawk tas-Sinagoga minħabba n-nuqqas ta’ fidi tagħhom. IlVanġelu jgħidilna ċar u tond illi hemmhekk Huwa m’għamel l-ebda miraklu proprju għal din ir-raġuni. Min-naħa l-oħra Nagħman kellu fidi, għalkemm
fidi partikulari. Imma dur dur kienu qed ifittxu l-istess ħaġa: riedu wirja. Madankollu t-triq ta’ Alla mhijiex li jagħmel spettaklu: Alla jopra fl-umiltà, fis-silenzju, fil-ħwejjeġ żgħar. Mhux ta’ b’xejn illi l-aħbar li seta’ jfiq twasslet lill-ġeneral permezz ta’ lsira, il-qaddejja ta’ martu, tfajla umli. Fil-fatt, ikompli l-Papa, dan hu l-mod kif jimxi l-Mulej: permezz tal-umiltà. U jekk inħarsu lejn l-istorja kollha tas-salvazzjoni, naraw li l-Mulej dejjem jaħdem b’dan il-mod, permezz ta’ ħwejjeġ sempliċi.
Biex ikompli jfisser dan il-punt, ilPapa jirreferi għal episodji oħrajn mill-Iskrittura. Hekk, ngħidu aħna, il-ġrajja tal-ħolqien imkien ma ssemmi li Alla uża l-bakketta maġika. Ma qalx “Ejja nagħmlu l-bniedem” u l-bniedem inħoloq. Bil-maqlub, Huwa sempliċiment ħadem bit-tajn! Bl-istess mod, meta ried jeħles il-poplu tiegħu għamel dan permezz tal-fidi ta’ bniedem wieħed, Mosé. U meta ried iġarraf il-belt ta’ Ġeriko, inqeda bi prostituta, bħalma nqeda b’midinba oħra biex jikkonverti lis-Samaritani.
Fil-fatt il-Mulej dejjem jgħaġġibna. Meta bagħat lil David jiġġieled ma’ Gulija, f’għajnejn in-nies kienet ġennata: dak il-ġgant
Marzu – April 2017 ⁄Kalendarju Museumin
81
armat bix-xabla u ħwejjeġ oħra kkonfrontat miċ-ċkejken David li kellu biss wadab u ftit ċagħak. U meta qal lill-Maġi li kien twieled re tassew kbir, fl-aħħar x’sabu? Tarbija mqiegħda f’maxtura! “Hekku, mela, kif jimxi l-Mulej: ħwejjeġ sempliċi, l-umiltà ta’ Alla. Qatt spettaklu.” Wara kollox l-ispettaklu kien wieħed mittliet tentazzjonijiet ta’ Ġesù. Tant hu hekk illi x-xitan qallu: “Ejja miegħi, ejja nitilgħu fuq il-quċċata tat-tempju u ntefa’ minn hemm fuq għal isfel. Imbagħad kulħadd jara l-miraklu u n-nies jibdew jemmnu fik.” Iżda l-Mulej jirrevela lilu nnifsu fis-sempliċità, fl-umiltà. “Nagħmlu sew,” jikkonkludi l-Papa, “jekk f’dan iż-żmien tarRandan nippruvaw naħsbu kif il-Mulej lilna jgħinna nimxu ’l 82
quddiem fil-ħajja, ħalli nintebħu li dan dejjem jagħmlu permezz ta’ ħwejjeġ sempliċi, tant li aħna spiss naħsbu li kollox jiġri b’kumbinazzjoni. Għax il-Mulej jagħmel l-affarijiet jiġru hekk, b’mod l-aktar sempliċi. Ikellem lil qalbna fis-skiet. Mela nkunu ngħinu lilna nfusna jekk f’dan iż-żmien niftakru fil-ħafna drabi f’ħajjitna meta l-Mulej żarna bil-grazzja tiegħu, sabiex nifhmu li l-umiltà u s-sempliċità huma t-triq tiegħu. U dan ma japplikax biss għall-ħajja ta’ kuljum, imma wkoll għaċ-ċelebrazzjoni liturġika, għas-sagramenti li fihom b’mod tassew sabiħ Alla juri l-umiltà tiegħu ’l bogħod millispettaklu li tħobb id-dinja.” Tradotta u addattata minn Joe Spiteri
Kalendarju Museumin ⁄ Marzu – April 2017
Kittieba Spiritwali
Is-Sempliċità fil-Kitba tal-Qaddisin
I
s-sempliċità, bħal djamant, fiha ħafna faċċati. Fosthom hemm l-attitudni ta’ sinċerità fl-imġiba mal-oħrajn, kif jispjega San Tumas ta’ Aquino (12251274):
“Is-sempliċità hi l-kontra tad-dupliċità, li minn barra wieħed juri ħaġa filwaqt li f’qalbu hemm xi ħaġa oħra. Bis-sempliċità nħarsu lilna nfusna mill-ingann, u hu f’dan is-sens li l-virtù tas-sempliċità hi l-istess bħall-virtù tal-verità. Imma hemm differenza loġika bejniethom, għaliex b’verità nifhmu l-qbil bejn is-sinjal u l-azzjoni, filwaqt li s-sempliċità tindika li wieħed mhux qed jifhem affarijiet differenti, billi minn ġewwa jifhem ħaġa u minn barra jippretendi xi ħaġa oħra. Hi virtù marbuta malġustizzja.”
San Injazju ta’ Loyola (1491-1556) juri l-ħtieġa tad-
dixxerniment biex wieħed jipprattika s-sempliċità:
“Meta xi ħadd se jagħżel stat ta’ ħajja, u jixtieq ikun jaf x’għandu jagħmel għall-ġid ta’ ruħu, għandu l-ewwel jinża’ minn kull inklinazzjoni tiegħu u jqiegħed lilu nnifsu ġenerożament f’idejn Alla, lest għal kull ħaġa li qed isejjaħlu għaliha. Imbagħad għandu japplika xi veritajiet tal-Vanġelu fuq dak li qed jagħmel, jiġbed minnhom il-konsegwenzi u jara kif dawn jirrelataw malgħan aħħari li Alla ħalaqna għalih. Jekk xorta jibqa’ inċert, jistħajjel lilu nnifsu fuq issodda tal-mewt, jew quddiem is-siġġu tal-ġudizzju, li dan jgħallmu biex jagħmel dak li kien jixtieq li jagħmel.”
San Franġisk de Sales (15671622) jagħti definizzjoni tassempliċità u jqabbilha ma’ kif jaġixxu t-tfal:
Marzu – April 2017 ⁄Kalendarju Museumin
83
84
Kalendarju Museumin ⁄ Marzu – April 2017
“Is-sempliċità mhi xejn ħlief att ta’ karità pura u sempliċi li għandha għan wieħed, dak li tikseb l-imħabba ta’ Alla. Ir-ruħ tagħna tkun tassew sempliċi meta f’dak kollu li nagħmlu ma jkollna l-ebda għan ieħor għajr dan.” “Il-vera sempliċità hi dik tat-tfal, li jaħsbu, jitkellmu u jaġixxu b’ferħ u bla makakkerija. Jemmnu dak kollu li jgħidulhom; ma jikkonfondux dwarhom infushom, l-aktar meta jkunu mal-ġenituri. Jiggranfaw magħhom, mingħajr ma jfittxu sodisfazzjon jew konsolazzjoni għax ċerti li dak li jixtiequ se jingħatalhom, u jgawduh b’sempliċità, bla kurżità dwar il-kawżi u l-effetti tiegħu.”
Jikteb ukoll dwar ir-relazzjoni ta’ Alla ma’ dan it-tip ta’ nies:
“Alla jħobb is-sempliċi u jagħmilha magħhom bil-qalb u jagħtihom il-għerf tassewwa tiegħu, għax lil dawn imexxihom kif jogħġbu. Ma jagħmilx hekk mal-irjus il-kbar li jilħqilhom.”
Xellug: San Tumas ta' Akwinu, Qaddis Protettur tas-Sempliċità.
Dan il-qaddis imur fuq x’mhijiex is-sempliċità:
“Il-makakkerija mhi xejn ħlief gozz ta’ artifiċjalità, invenzjonijiet, ħażen tal-moħħ u qerq, li bihom naraw kif se nfixklu l-imħuħ tal-oħrajn u nġagħluhom jemmnu dak li aħna rridu nwasslulhom bi kliemna. Dan hu għalkollox kontra s-sempliċità li titlob li dak li nuru minn barra jaqbel ma’ dak li għandna f’moħħna.”
Jgħid xi jfixkel din il-virtù u jirrikkmanda x’inhu l-aħjar li wieħed jagħmel biex josservaha:
“Meta min għandu s-sempliċità jkun se jagħmel xi ħaġa, jikkunsidra biss x’inhu t-tajjeb li se jagħmel jew jgħid u mbagħad, minnufih, jibda l-azzjoni, mingħajr ma jitlef ħin jaħseb x’se jgħidu jew x’se jagħmlu l-oħrajn dwarha. Wara li jagħmel dak li jidhirlu li hu tajjeb, jinsa s-suġġett, jew kull ħsieb dwar l-oħrajn x’se jgħidu, jaqta’ fil-qasir dawn ir-riflessjonijiet, għax m’għandux ikollu għan ieħor ħlief li jogħġob lil Alla u mhux lill-kreaturi, għajr kif titlob l-imħabba ta’ Alla. Mela ma jistax iwarrab l-iskop li jkun qrib ta’ Alla.”
Marzu – April 2017 ⁄Kalendarju Museumin
85
“Jekk tinzerta li se tgħid jew tagħmel xi ħaġa li mhix se tkun milqugħa tajjeb minn kulħadd, m’għandekx fuq hekk toqgħod teżamina u tifli dak kollu li se tgħid jew tagħmel; għax m’hemmx dubju li hi l-imħabba lejna nfusna li xxennaqna biex inkunu nafu jekk dak li għedna jew għamilna ġiex approvat jew le. Is-sempliċità ma tiġrix wara l-azzjonijiet tagħha imma tħalli r-riżultat għall-Providenza Divina li tkun issegwi kollox.” “Il-ħsieb fuqna nfusna u fuq l-azzjonijiet tagħna ma jwasslu għal xejn ħlief li naħlu ż-żmien li jista’ jkun użat f’azzjoni aktar milli niskrutinaw b’tant reqqa dak li għamilna. Għax din l-għassa kontinwa dwar jekk hux qed nagħmlu tajjeb spiss twassal biex l-affarijiet isiru ħażin. Dawk li joqogħdu jintilfu fuq affarijiet żgħar ikunu qed jaġixxu bħad-dud tal-ħarir li jfixklu lilhom infushom u jimpriġunaw ruħhom fixxogħol tagħhom stess.” “Meta wieħed ifittex li jogħġob lil Alla fl-imħabba tiegħu, billi ħsiebu hu dejjem lejn iddirezzjoni ’l fejn qed timbuttah l-imħabba, la għandu l-qalb u lanqas l-opportunità li
86
jirrifletti fuqu nnifsu biex jara li dak li qed jagħmel hux tajjeb u jekk hux sodisfatt bih. Għax dawn ir-rflessjonijiet mhumiex magħġuba f’għajnejn Alla. Iservu biss biex jissodisfaw dik l-imħabba miskina u l-kura diżordinata li għandna fuqna nfusna.”
Is-sabiħ ta’ din il-virtù nsibuh ukoll fil-kitba ta’ San Vinċenz de Paul (1581-1660):
“Is-sempliċità trid tkun miżmuma bi stima kbira fost dawk li jipprofessaw li se jimxu fuq il-valuri ta’ Kristu. Għax għall-għorrief taddinja m’hemmx ħaġa iktar imwarrba u mistmerra daqsha. Madankollu hi virtù li jixirqilha mħabba, għax toħodna dritt għas-Saltna ta’ Alla u fl-istess ħin trebbaħna l-affezzjoni tal-bnedmin, għax wieħed ikun meqjus bħala sinċier, u hi għadu tal-makakkerija u l-qerq u għalhekk maħbuba minn kulħadd, ukoll minn dawk li minn filgħodu sa filgħaxija jgħawġu u jqarrqu lill-oħrajn.” “Dak li tagħmel fina s-semplicità hu li teħodna dritt lejn Alla, mingħajr ma noqogħdu nħarsu lejn x’jaħsbu l-oħrajn fuqna jew lejn
Kalendarju Museumin ⁄ Marzu – April 2017
l-interessi tagħna. Tmexxina biex ngħidu l-affarijiet sewwa u b’semplicità kif huma filqalb tagħna, mingħajr taħlit ta’ ipokresija jew artifiċjalità, u żżommna ’l bogħod minn kull qerq u ħażen tal-moħħ.”
“Meta wieħed jaf li għamel dak kollu li Alla qed jitlob minnu għas-suċċess ta’ xi ħaġa, sew jekk ir-riżultat hu tajjeb u sew jekk hu ħażin, għandu jibqa’ dejjem fil-paċi u fi trankwillità kbira tal-moħħ, jikkuntenta lilu nnifsu bix-xhieda tal-kuxjenza tiegħu.”
twajjeb Alla bħal tifel żgħir, bis-sempliċità tal-qalb. Issempliċità hi bħal dik il-fjura sabiħa, il-warda tax-xemx, li ssegwi l-movimenti taxxemx u ddur lejha. Waħda mit-toroq tagħha hi li ngħixu fil-preżenza ta’ Alla,… inkunu attenti għal din il-preżenza. U Alla jfarraġna, idawwalna u jiggwidana.”
Is-sempliċità ġġib magħha li wieħed ikun dispost li jwettaq il-volontà ta’ Alla, u dan xi
“Kemm hi ta’ min jgħożżha kelma sħiħa li wieħed jagħti biex jimxi fuq ilħajja komuni u mistura ta’ Kristu Sidna. Jidher ċar li dan hu ħsieb ġej minn Alla, għax hu wisq bogħod mil-laħam u mid-demm.”
Santa Ġulja Billiart (1751-1816), ilfundatriċi tas-Sorijiet ta’ Notre Dame de Namur, hi magħrufa bħala l-qaddisa tat-tbissima. Kitbet hekk lissorijiet tagħha: “Immorru dritt lejn it-
Marzu – April 2017 ⁄Kalendarju Museumin
87
drabi jitlob sagrifiċċju, kif issemmi Santa Tereża ta’ Lisieux (1873-1897) f’waħda mill-poeżiji tagħha, “Ġesù biss”.
“Hu biss miegħek, Ġesù, li jien nintrabat, Hu f’dirgħajk li jien niġri u nistaħba. Irrid inħobbok bħal tifel ċkejken, Irrid niġġieled bħal gwerrier qalbieni, Bħal tifel mimli b’delikatezza. Irrid, Mulej, nimliek bil-karezzi, U fl-għalqa tiegħi ta’ appostolat, Bħall-gwerrier, nintefa’ għattaqbida.”
Tifel ċkejken,... gwerriera. Interessanti kif Tereża kellha simpatija lejn il-gwerriera eroj ta’ Franza, Santa Ġovanna d’Arc. Fil-fatt jeżisti ritratt ta’ Tereża qed taħdem il-parti ta’ Ġovanna d’Arc, meta din kienet miżmuma fil-ħabs. F’espressjoni li tixhed l-intelliġenza fina tagħha, Tereża turi kif is-sempliċità hi li nagħmlu dak li Alla jrid minna: “Meta nkun fil-ġenna, il-Mulej iħallini nagħmel il-volontà tiegħi, għax hawnhekk dejjem għamilt il-volontà tiegħu.”
Fit-talba ċelebri tagħha tal21 ta’ Novembru 1904, Santa 88
Eliżabetta tat-Trinità (18801906) tesprimi wieħed minn żewġ manjieri li bihom nistgħu nħobbu lil Alla:
“Jiena nħoss in-nuqqas ta’ saħħa tiegħi u nitolbok biex tlibbisni bik stess, li tidentifika lil ruħi mal-movimenti kollha tar-ruħ tiegħek, li tinvadi lil ħajti, li tissostitwixxi lilek innifsek miegħi sakemm ħajti ssir radjazzjoni talħajja tiegħek. Ejja fija bħala adoratur, bħala riparatur u bħala salvatur.”
Ir-rabta mal-volontà ta’ Alla twassal għall-martirju. Père Jacques Hamel (1930-2016) hu martri ta’ żmienna. Ġie maqtul minn Jihadista fis-26 ta’ Lulju 2016 fil-knisja żgħira ta’ Saint Étienne-du-Rouvray, fi Franza. Kellu 85 sena. Fl-okkażjoni tasSud-Djakonat tiegħu, kien kiteb hekk fuq wara ta’ ritratt li ttieħed dakinhar waqt li flimkien ma’ sħabu kien għarkupptejh f’riġlejn l-altar:
“It-2 ta’ Lulju 1957, fil-Katidral ta’ Rouen. Jiena aċċettajt li nkun mal-Mulej. Ħalli jmexxini fit-triq li togħġob lilu.” Jacque Hamel, Sud-Djaknu.
Joe Galea
Kalendarju Museumin ⁄ Marzu – April 2017
Kittieba Spiritwali
Sentenzi Fuq is-Sempliċità “Għix ħajja sempliċi biex l-oħrajn ikunu jistgħu sempliċiment jgħixu.” Santa Eliżabetta Anna Seaton “Is-sempliċità m’għandhiex tagħmel ħaġ’oħra ħlief li teħodna dritt għand Alla, bla ma tħares lejn ir-rispett uman jew l-interessi tagħna, billi ġġegħilna ngħidu l-ħwejjeġ kif inhuma u kif inħossuhom f’qalbna; billi ġġegħilna nagħmlu kollox ċar u bla taħbit ta’ wiri b’ieħor u ħżunija, u billi żżommna dejjem bogħod minn kull xorta ta’ għelt u qerq.” San Vinċenz de Paul
“Kemm hi ta’ min jgħożżha kelma sħiħa li wieħed jagħti biex jimxi fuq il-ħajja komuni u mistura ta’ Kristu Sidna. Jidher ċar li dan hu ħsieb ġej minn Alla, għax hu wisq bogħod mil-laħam u mid-demm.” San Vinċenz de Paul “Ma noqogħdux naħsbu fuq il-futur ħlief biex nitolbu lil Alla
li nagħmlu r-rieda tiegħu f’kull waqt ta’ ħajjitna u b’hekk inkunu qed nagħtuh l-akbar glorja li nistgħu. Ejjew ngħixu l-waqt ta’ issa.” Beatu Charles De Foucauld “Jekk ma ngħixux l-Evanġelju, Ġesù ma jgħixx fina. Ejjew nerġgħu lura lejn il-faqar, issempliċità Nisranija.” Beatu Charles De Foucauld
“Inti tiżbalja meta toqgħod issib id-difetti u tipprova tagħmel lill-oħrajn jaraw l-affarijiet kif tarahom inti. Aħna nixtiequ li nkunu bħal tfal żgħar. Issa t-tfal iż-żgħar ma jafux x’inhu l-aħjar, kollox tajjeb f’għajnejhom. Ejjew nimitawhom.” Santa Tereża ta’ Lisieux “Meta l-istat spiritwali tiegħi tant ikun aridu u niexef li l-ebda ħsieb tajjeb ma jiġini, jien sempliċiment nirrepeti bil-mod il‘Missierna’ u l-‘Ave Maria’ u dawn ikunu biżżejjed biex jikkunslawni
Marzu – April 2017 ⁄Kalendarju Museumin
89
“Huwa biżżejjed li tkun f’dak li hu ordinarju għall-bnedmin; li jaqbdek il-ġuħ u n-ngħas, li tħoss il-bard u s-sħana, li tqum u torqod, li tifrex issodda u tagħmel il-kafè ... taqra, timmedita, taħdem, titlob. Ngħix bħalma għexu fuq din l-art l-antenati tiegħi, sakemm flaħħar immut. Ammen.” Thomas Merton
u biex jipprovdu ikel divin għal ruħi.” Santa Tereża ta’ Lisieux
“Inti tistaqsini dwar il-metodu li nuża għall-meditazzjoni. Essenzjalment jien għandi mod tassew sempliċi fit-talb. Dan huwa kollu ċċentrat fuq l-attenzjoni lill-preżenza ta’ Alla, lir-rieda u l-imħabba tiegħu. Jiġifieri jkun iċċentrat fuq il-fidi li biha biss nistgħu nagħrfu l-preżenza ta’ Alla”. Thomas Merton “L-aktar triq sempliċi u effettiva għall-qdusija hija li tisparixxi wara l-kwinti tar-rutina tal-ħajja ordinarja ta’ kuljum.” Thomas Merton 90
“Huwa ta’ pjaċir kbir għalija li niftakar f’nies daqshekk tajbin u ġentili u li nitkellem dwarhom, għalkemm ma fadalli ebda dettalji tagħhom. Niftakar biss il-ġentilezza u t-tjubija tagħhom lejja u l-paċi u s-sempliċità kbira tagħhom. Huma spiraw reverenza reali u naħseb li b’xi mod huma żgur kienu qaddisin. U kienu qaddisin bl-iktar mod effettiv u espressiv: imqaddsin għax jgħixu ħajja ordinarja b’mod kompletament straordinarju. Imqaddsin bis-satra, b’kapaċitajiet ordinarji, b’ħidmiet komuni u bir-rutina. Imma kapaċitajiet, ħidmiet u rutina li rċevew forma sopranaturali mill-grazzja ta’ ġo fihom u millunjoni abitwali ta’ rwieħhom ma’ Alla b’fidi u mħabba profondi.” Thomas Merton “Kulma għandek bżonn huwa inqas.” Anon
Kalendarju Museumin ⁄ Marzu – April 2017
“Is-sempliċità hija l-essenza tal-universalità.” Gandhi “L-ikbar jinsab f’li tgħix kuntent bi ftit.” Platun
“Li tmur lura għal ħajja sempliċi qatt ma jkun pass lura fil-ħajja.” Yvon Chouinard
“Il-komplessitajiet tal-lum jitolbu u jesiġu iktar sempliċità.” Elder Tom Perry “Is-sempliċità: tidentifika l-essenzjali, telimina l-bqija.” Anon
affarijiet u flus. Is-sempliċità hija t-tweġiba għalija.” Anon “Għandi biss tliet affarijiet x’ngħallem: is-sempliċità, ilpaċenzja u l-kompassjoni. Dawn ikunu l-aqwa tliet teżori għalik.” Lao Tzu “Titlef biss meta tintrabat.” Anon “Meta s-soluzzjoni hija sempliċi, allura għandek tkun taf li huwa Alla li qiegħed iwieġeb.” Anon
“Fil-karattru, fil-manjieri, fl-istil, f’kollox, l-eċċellenza suprema hija s-sempliċítà.” Henry Wadsworth Longfellow
“M’hemmx kobor fejn m’hemmx is-sempliċità, ittjubija u l-verità.” Leo Tolstoy “Nagħmel lili nnifsi iktar għani billi nkun nixtieq inqas.” Anon “Il-ħajja hija tassew sempliċi imma aħna ninsistu li nikkumplikawha.” Konfuċju
“M’għandix bżonn ħafna
Marzu – April 2017 ⁄Kalendarju Museumin
91
Kittieba Spiritwali
Int M'Int Xejn
F
’din ir-rubrika dwar Kittieba Spiritwali qed inġibu silta tradotta li hija parti mill-ktieb Letters from the Desert ta’ Carlo Carretto li tista’ tgħinna ħafna fir-riflessjoni li qegħdin nagħmlu fuq is-sempliċità. Nissuġġerixxu ħafna li l-membri jixtru jew jissellfu dan il-ktieb u jaqrawh kollu għax żgur ikun ta’ għajnuna spiritwali kbira. Din is-silta hija meħuda minn kapitlu 3 li proprju jġib l-isem “Int M’Int Xejn”.
G
ħal ħafna snin kont naħseb li jien “xi ħaġa” fil-Knisja. Kont anke nimmaġina lil din l-istruttura ħajja u qaddisa talKnisja bħal tempju li qed iżomm permezz ta’ kolonni kbar u żgħar u kull kolonna tistrieħ fuq l-ispallejn ta’ kull Nisrani.
Kont naħseb li anke fuq spallejja qed iżżomm kolonna, anke jekk waħda żgħira.
Konna nemmnu dan kollu minħabba li kienu jtambrulna li Alla kellu bżonn lill-bniedem u li l-Knisja kellha bżonn l-attivisti. L-istruttura kienet ta’ piż fuq spallejna. 92
Wara li ħalaq id-dinja, Alla ħallieha u straħ; bil-Knisja diġà mwaqqfa, Kristu wkoll sparixxa lejn il-ġenna. Il-bqija tax-xogħol kien għalina, il-Knisja. Aħna tal-Azzjoni Kattolika, iktar minn kulħadd, konna l-ħaddiema veri li tgħabbejna bit-toqol tal-jum. B’din il-mentalità lanqas kont kapaċi nieħu vaganza; anke billejl kont inħossni qiegħed fl-‘azzjoni.’ Qatt ma kien hemm ħin biżżejjed biex illestu kollox. Ġirja minn proġett għal ieħor, minn laqgħa għal oħra, minn belt għal oħra. It-talb kien mgħaġġel, il-konversazzjonijiet ta’ malajr u l-qalb imħawda.
Kalendarju Museumin ⁄ Marzu – April 2017
La kollox kien jiddependi minna u kollox kien sejjer ħażin, kellna raġun ninkwetaw. Imma min kien jinnota dan kollu? Konna konvinti li din it-triq kienet it-tajba u l-vera.
Anke fi tfulitna konna bdejna bil-motto “Kunu l-ewwel f’kollox għall-unur ta’ Kristu Re”, imbagħad bħala żgħażagħ “Tridu turu t-triq” u meta kbirna “Inti persuna ta’ responsabbiltà, mexxej, appostlu”. Ir-ruħ bilfors kellha tkun “xi ħaġa”. Kliem Ġesù “Intom servi battala, mingħajri ma tistgħu tagħmlu xejn” u “Min irid ikun l-ewwel, għandu joqgħod l-aħħar” kienu qishom intqalu għal nies oħra, nies ta’ żmien ieħor. Għaddew minn fuq rasna mingħajr ma ħallew ebda impressjoni fina; għaddew minn qalbna mingħajr ma ħallew effett u mingħajr ma ħasluha jew rattbuha.
L-ewwel għalliem tiegħi kien qalli: “Il-bidu ta’ kollox għandu jkun l-unur ta’ Kristu Re.” Talaħħar, Charles de Foucauld, kien infurmani: “It-tmiem ta’ kollox hija l-imħabba ta’ Kristu Kurċifiss.” U forsi t-tnejn kellhom raġun u l-ħati kont jien għax ma fhimtx il-lezzjoni tajjeb. Intant, hawn kont ninsab, għarkupptejja fuq ir-ramel tal-
għar li kellu d-dimensjonijiet tal-Knisja stess; fuq spallejja kont qed inħoss il-kolonna ċ-ċkejkna tal-attivist. Forsi dan kien ilmument tal-verità.
Ersaqt ftit lura bħallikieku biex neħles lili nnifsi mill-piż. Imma x’ġara? Kollox baqa’ f’postu. Ebda ċaqliqa, ebda ħoss. Wara ħamsa u għoxrin sena rrealizzajt li xejn ma kien qed itaqqal lil spallejja u li l-kolonna kienet ħolqien tiegħi – falza, mhix reali, il-prodott talimaġinazzjoni u l-vanità tiegħi.
Kont imxejt, ġrejt, tkellimt, organizzajt, ħdimt bil-konvinzjoni li kont qiegħed mgħobbi b’xi ħaġa; u fir-realtà fuqi ma kelli assolutament xejn.
Il-piż tad-dinja kien kollu fuq Kristu Kurċifiss. Jien ma kont xejn, assolutament xejn.
Kelli nagħmel sforz biex nemmen il-kliem li Ġesù kien qalli elfejn sena ilu: “Hekk intom, meta tagħmlu dak kollu li jordnawlkom, għidu: ‘Qaddejja bla fejda aħna, dak li kellna nagħmlu għamilnieh.’” (Lq 17, 10) Qaddejja bla fejda!
Carlo Carretto Letters from the Desert
Marzu – April 2017 ⁄Kalendarju Museumin
93
Il-Fundatur Jgħallimna
Is-Sempliċità fil-Kitba ta’ Dun Ġorġ
L
id-dixxipli tiegħu Ġesù riedhom ikunu “sempliċi bħall-ħamiem” (Mt 10, 16b). Ġeneralment, fil-lingwaġġ komuni, meta ngħidu ‘bniedem sempliċi’ aktarx nifhmu xi ħadd nieqes minn moħħu, li ma jaħsibhiex biżżejjed u faċilment jingannawh. Imma bħala virtù Nisranija żgur ma tfissirx hekk, għax il-qaddisin ċertament ma kinux neqsin minn moħħhom, u anki għax Ġesù nnifsu, preċiż qabel il-versett li kkwotajna, jgħaqqad is-sempliċità mal-prudenza li tiġi mit-tħaddim tal-moħħ: “Kunu għaqlin bħas-sriep.”
X
’nifhmu b’sempliċità bħala virtù? M’hemmx definizzjoni waħda, għax din il-virtù nistgħu nħarsu lejha minn diversi aspetti. San Tumas ta’ Akwinu jqiegħed issempliċità f’relazzjoni mal-verità (S.Th. 2a-2ae,109). Issa l-verità hi dik il-virtù li tagħmel il-bniedem rett u l-ħajja tiegħu jgħixha firrettitudni. Għalhekk b’sempliċità nifhmu nuqqas ta’ malizzja, xejn doppjezza jew wiri ta’ wiċċ b’ieħor, f’kelma waħda rettitudni f’kollox. Rettitudni f’Kollox
F
il-kitbiet tiegħu l-Fundatur jagħti lis-sempliċità din
94
it-tifsira, għax jorbotha marrettitudni meta jgħid: “O kemm huma sbieħ ir-rettitudni u s-sempliċità! Fihom hemm kull ġid.” (Vuċi tal-Kustodju2, Kap. 31, 21)
Li s-sempliċità hi kontra n-nuqqas ta’ rettitudni u d-doppjezza nsibuha wkoll fid-Direttorju Spiritwali meta hu jikteb: “Ilħżunija [malizzja] mhix ħaġa oħra ħlief qatta gideb, malizzji, qerq u praspar. Il-ħżunija hija ħaġa għal kollox kuntrarja għas-sempliċità, li trid li aħna jkollna l-ġewwieni f’kollox jaqbel mal-barrani, li l-intern u l-estern ikunu ħaġa
Kalendarju Museumin ⁄ Marzu – April 2017
waħda.” (Nru. 564) Għalhekk fis-Sakrarju tal-Ispirtu ta’ Kristu jfaħħar din il-virtù importanti u jgħid: “Is-sempliċità: mingħajrha ħadd ma jista’ jfittex ’l Alla; ħadd ma jista’ jintrefa’ f’Alla; ħadd ma jista’ jgħix mingħajr rimorsi talkuxjenza. Għalhekk Kristu jrid li nkunu bħat-tfal żgħar.” (Passus LVI) “Bħat-Tfal Żgħar”
D
un Ġorġ, kif jidher mill-aħħar kliem tal-kwotazzjoni li għadna kemm semmejna, jorbot il-virtù tas-sempliċità wkoll ma’ li wieħed ikun jixbah lit-tfal żgħar u jikkwota kliem Ġesù: “Tassew
ngħidilkom: Min ma jkunx laqa’ s-saltna ta’ Alla bħal tifel żgħir ma jidħolx fiha.” (Mk 10, 15)
Dan l-aspett tas-sempliċità l-Fundatur kien jagħtih ħafna importanza tant li ħallielna kapitli sħaħ jittrattaw fuq hekk f’diversi mill-kotba tiegħu. Hekk, ngħidu aħna, nsibu kapitlu fil-Ġinnasju Spiritwali (Attendenza Nru. 81), tnejn fl-Omeliji ta’ Patri Franku (Omeliji Nru. 15 u 51) u ieħor fil-ktieb inedit Ġiżiminu (Kap. 20). Barra minn dawn il-kapitli, hu jagħmel kemm-il darba referenza għal dan is-suġġett f’diversi kitbiet oħra tiegħu.
Il-Lezzjoni tal-Katekiżmu ta' Jules-Alexis Muenier Marzu – April 2017 ⁄Kalendarju Museumin 95
Minħabba nuqqas ta’ spazju nagħtu biss żewġ kwotazzjonijiet tal-Fundatur fuq x’jiġifieri nixbhu t-tfal żgħar, imma nissuġġerixxu li l-qarrejja jagħtu titwila lil xi wħud mill-kapitli li semmejna filparagrafu ta’ qabel. Fl-Omeliji ta’ Patri Franku nsibu dan li ġej: “Kristu jrid ilkumpanija tat-tfal iż-żgħar u ta’ dawk li jixbhu lit-tfal iż-żgħar. Tifel żgħir ma jaħsibx ħażin, ma jpattix deni b’deni, ma jagħmilx biex juri ruħu, ma jixtieqx deni; fih m’hemm ebda qerq, xejn ma jagħmel fil-moħbi, ma jifraħx biddeni, mhuwiex għajjur, jemmen kollox, ma jippretendi xejn, huwa kast, mhuwiex ambizzjuż; huwa indifferenti fl-istat tiegħu, ma jgergirx b’rassenjazzjoni naturali, u tant ħwejjeġ oħra prezzjużi, u kollox huwa fih skont in-natura.” (Omelija Nru. 15) “Issa dak li hu tajjeb f’tifel żgħir b’natura, fil-kbar għandu jkun b’virtù, li wieħed jakkwista bl-eżerċizzju u bil-grazzja.” (Omelija Nru. 51) Naturalment, m’għandniex nimitaw lit-tfal f’kollox. Fuq dan Dun Ġorġ huwa ċar: “Ittfal iż-żgħar għandhom tassew sentimenti innoċenti u sbieħ, iżda huma neqsin mill-prudenza naturali. Għalhekk San Pawl jgħallimna biex ma nsirux tfal fis96
sens, iżda tfal fil-malizzja. Infatti t-tfal iż-żgħar xejn ma jagħmlu b’ħażen, għax is-sempliċità hija fihom naturali, però huma bla prudenza, għax ma japprezzawx dak li hu denn ta’ valur.” (Omelija Nru. 15) Fidjuċja Sħiħa f’Alla
K
aratteristika oħra tat-tfal żgħar hi l-fiduċja sħiħa li huma għandhom f’ommhom, dejjem lesti li jintelqu f’ħoġorha bla ebda tħassib. Fuq din ilkwalità sabiħa Dun Ġorġ ipoġġi dan il-kliem f’fomm Santa Tereża tal-Bambin Ġesù: “Aħwa tiegħi, waħda mill-iqsar toroq għall-qdusija hija bla dubju ta’ xejn it-triq iċ-ċkejkna tat-tfulija spiritwali mgħallma mill-istess Ġesù Kristu fl-Evanġelju. Dan ifisser li tintelqu fi ħdan Alla bħalma tarbija tintelaq f’ħoġor ommha bla ma toqgħod titħasseb fuq xortiha, għax hi tkun fiż-żgur. Warrbu r-rieda tagħkom u ħallu ’l Alla jagħmel Hu.” (Sinagoga Ġdida, Nru. 25) Fuq din it-telqa sħiħa talbniedem f’Alla, li hu missierna u ma jridx ħlief il-ġid tagħna, Dun Ġorġ ħallielna l-famuż ktieb L-Abbandun Totali li jurina kemm ġid jiġina, speċjalment il-paċi talqalb, jekk nipprattikawh.
Kalendarju Museumin ⁄ Marzu – April 2017
Intenzjoni Retta
I
mma Dun Ġorġ il-virtù tassempliċità l-aktar li jorbotha mal-intenzjoni retta. Hekk flEżami SpiritwaIi meta jitkellem fuq is-sempliċità jagħtiha din t-tifsira għax jikteb: “Uffiċċju ta’ din il-virtù: Iġġagħlek tagħmel b’fini rett kull operazzjoni tiegħek.” L-istess ħaġa jgħid fil-ktejjeb Kollana ta’ Ġawhar: “Uffiċċju tas-sempliċità hu li ġġegħlek tagħmel b’fini rett kull għemil tiegħek.” (edizz. 1953, p.18) Fil-ktieb Intenzjoni Retta nsibu dan bi kliem aktar ċar: “Il-marka
u s-sinjal tal-Evanġelju huwa s-sempliċità, jiġifieri l-intenzjoni retta, li hija x-xeħta ewlenija tal-istess natura ta’ Ġesù Kristu. Mhux dik is-sempliċità li tagħmel lill-bnedmin debboli u boloh, iżda dik il-virtù hekk għolja u meħtieġa li fi Kristu kienet filmilja tagħha.” (Kap. 32, 1) Anki meta fl-Eżami Spiritwali jeżamina l-virtù tas-sempliċità, il-mistoqsijiet li jpoġġi (u li qed inġibu eżatt wara dan l-artiklu) huma kważi kollha f’relazzjoni mal-intenzjoni retta. L-istess jagħmel f’Il-Ktieb il-Kbir, fil-Paġna XXV, meta jirrifletti fuq
Marzu – April 2017 ⁄Kalendarju Museumin
97
is-sempliċità kif tidher fi Kristu Msallab. Tagħlim Ieħor
H
emm aktar kitbiet talFundatur fuq is-sempliċità minbarra dawk li diġà ssemmew fuq. Nisiltu xi kwotazzjonijiet minnhom.
“Alla jitkellem mas-sempliċi, jgħarrafhom ħwejjeġ sublimi tassema li jaħbi lill-prudenti u lillgħorrief skont il-laħam.” (Il-Ktieb il-Kbir, Paġna XXV) “Mezz għas-sempliċità huwa li wieħed jaħseb spiss li Alla jigglorifika biss lil min ikun igglorifikah.” (Kullana ta’ Ġawhar [1953], p.18) “Dak li tagħmel fid-dlam, ġid jew deni, għad jidher fid-dawl; dak li hu mgħotti għad jiġi mikxuf; dak li hu moħbi għad ikun magħruf. Hekk għallimna Kristu. Immela agħmel kollox bl-ispirtu tas-sempliċità, bis-sinċerità biex tinħeles mill-konfużjoni.” (Direttorju Spiritwali, Nru. 362)
Ara wkoll it-Taqsima 16 ta’ IlKtieb tas-Sinjali li tidher wara dan l-artiklu li fiha jagħtina ħmistax-il sinjal ta’ min għandu din il-virtù. 98
Għeluq
N
agħlqu din il-kitba bilkonklużjoni li l-Fundatur jagħmel fi tmiem il-ktieb Mansjonijiet: “Il-Qalb ta’ Ġesù tiddi eminentement fil-virtù fundamentali tas-sempliċità billi din hija kawża ta’ kull glorja ta’ Alla u ta’ kull mertu tagħna: għalhekk inħabirku li naraw fina din il-virtù bħala veri imitaturi tagħha u neżaminawha fina mis-sinjali tagħha, jekk aħna għandniex l-indifferenza għas-suċċess tal-opri tagħna, jekk aħna nifirħux fis-suċċess tal-oħrajn jew fil-progress spiritwali tagħhom, jekk aħna nistmerrux il-partikularità fleżerċizzju tal-virtujiet, jekk aħna għandniex il-libertà minn kull rabta volontarja għal xi ħaġa, jekk aħna ma nixtiqux it-tifħir jew l-approvazzjoni tal-bnedmin għall-ġid li nagħmlu, jekk aħna nżommux il-kalma u l-paċi interjuri meta nirċievu xi disprezz jew xi ċanfira, u nikkoreġu dejjem ruħna f’dak li ma jkunx jogħġob lis-Sinjur Alla tagħna. Inħarsu dejjem lejn din il-Qalb fin-niket tagħna, fid-debbolizzi tagħna, fil-biża’ tagħna, fil-provi tagħna, u nistrieħu fiha bħala pellegrini fil-mansjonijiet tagħha.” John Formosa
Kalendarju Museumin ⁄ Marzu – April 2017
Il-Fundatur Jgħallimna
Sentenzi ta’ Dun Ġorġ Fuq is-Sempliċità Min Għandu s-Sempliċità: 1. Ma jaħsibx ħażin fuq ilproxxmu tiegħu. 2. Iħobb id-dawl u jobgħod iddlam. 3. Ma jġarrabx rimors f’kulma jagħmel. 4. F’azzjoni indifferenti talproxxmu ma jaħsibx ħażin, lanqas jissuspetta ħażin fuqu. 5. Jemmen kollox. 6. Ma jqarraq lil ħadd blipokresija, u la bil-kliem u lanqas bil-għemil. 7. Jaħseb li xejn ma jistħoqqlu għal kulma jagħmel ta’ ġid. 8. Ma jġarrabx fih la mistħija, lanqas kunfużjoni. 9. F’kulma jagħmel jifhem dejjem il-ġid. 10. Ma jaħsibx x’jgħidu n-nies fuqu. 11. Jikkuntenta b’dak li għandu. 12. Il-flus, l-unuri u t-tpaxxija ma jagħmlux bih. 13. Ma jġarrabx għira fih għallġid li jagħmel ħaddieħor.
14. Jiċċekken maċ-ċkejknin, jimrad ma’ min hu marid, jiskot ma’ min hu sieket, jaddatta ruħu ma’ kulħadd. 15. Ma jittrattax ma’ nies li ma jkunx jafhom.
Il-Ktieb tas-Sinjali
Il-Virtù tas-Sempliċità
U
ffiċċju ta’ din il-virtù: iġġagħlek tagħmel b’fini rett kull azzjoni tiegħek. Tinsab fik? X’opri jixhdu?
1. Iddoqq xejn inti t-tromba għall-għajnuna li tagħti lillproxxmu tiegħek? 2. Turi xejn inti d-dmugħ talorazzjoni tiegħek? 3. Tqarras inti xejn wiċċek għan-nitfa ta’ sawm tiegħek? 4. Inti ma tisraqx u ma tigdibx għax tibża’ mill-avviliment tal-fama tiegħek? 5. Tinqeda inti xejn b’xi virtù għall-finijiet temporali?
Marzu – April 2017 ⁄Kalendarju Museumin
99
6. Tintebaħ li azzjoni hija pekkaminuża (tad-dnub) – tkompli jew le? 7. Tiċċaħħad mid-diżordni tassensi għall-biża’ ta’ mard jew ta’ infamazzjoni? 8. Tiġġudika inti xejn ħażin ilproxxmu f’atti indifferenti? 9. Tixbah inti xejn lit-tfal żgħar? 10. Tinqeda inti xejn b’ħaġa ħażina biex tagħmel biha l-ġid? 11. Jidhirlek li tagħmel għal Alla tiċħad karità li soltu tagħmel lil persuna għax tkun naqsitek?
12. Tinħeba inti xejn biex tevita l-konfużjoni fuq xi azzjoni tiegħek jew biex tevita l-glorja? 13. Jekk għandek b’mira ’l Alla tippretendi hawn stimi, unuri, flus eċċ.?
Konfessjoni – Nistqarr, o Alla, li ħlief konfużjoni, mistħija, niket u swied il-qalb, xejn ħlief dawn il-ħwejjeġ ma jistgħu jġibu s-sentimenti malizzjużi tad-dinja.
100 Kalendarju Museumin ⁄ Marzu – April 2017
Eżami Spiritwali
Mit-Tradizzjoni Museumina
Sempliċità Stil Museumin
T
ibda minn filgħodu. Bis-salib tar-rassenjazzjoni f’idek, issemma’ lilek innifsek kliem Ġesù: “Min irid jiġi warajja, jiċħad lilu nnifsu, jerfa’ salibu kuljum, u jimxi warajja.” (Lq 9,23) B’Ġesù miexi quddiem, tibda l-ġurnata, b’dawk l-affarijiet li ngħidulhom “ta’ kuljum”. Imma b’Ġesù quddiem għajnejk, kollox tara ġdid, offerta ġdida lil Alla. “Lilek noffri kulma nagħmel u kulma nbati llum.” U bi kliem it-Talba Għodwija nagħtu lillġurnata direzzjoni ċara: kollox minn Alla, kollox għal Alla.
O
mmi, Alla jagħtiha l-ġenna, kienet tgħidilna: “Il-bokra ssewwi ż-żokra.” Għaliha dan ma kienx kliem baxx. Kienet taf b’esperjenza kemm tilħaq tagħmel affarijiet sa ma jsir il-ħin biex tmur l-iskola jew ix-xogħol. Kien sabiħ li nibdew il-ġurnata kmieni, bil-Quddiesa. U l-Fundatur, meta fir-Regola talabna nqumu kmieni, mal5.30 a.m., kien jaf kemm jiswa li tbakkar mal-Mulej. Id-drawwa li nsellmu lil Ġesù Sagramentat bittalba tal-Coram Domino hekk kif inpoġġu għarkupptejna l-knisja kienet tassigurana b’liema stil irid Ġesù li niftakru fih mal-jum.
Adorazzjoni li ma tiqafx malli toħroġ mill-knisja.
Qatt ma ninsa l-impressjoni li kienu jħallu fuqi s-Soċji flAssenjatur. Konna nkunu miġburin fil-kappella, għax is-Soċji kienu numerużi, fuq l-għoxrin. Dak iż-żmien l-Assenjatur kien jieħu siegħa, barra l-ħin tat-talb, għax il-materji kienu tlieta: nofs siegħa, kwarta u kwarta. Kien ikun hemm min jongħos, mhux minħabba li l-materja ma tkunx interessanti imma s-Soċji bdiewa kienu jbakkru l-għalqa minn qabel ma titla’ x-xemx u sa filgħaxija, trid u ma tridx, l-għejja tibda
Marzu – April 2017 ⁄Kalendarju Museumin
101
tagħmel tagħha. Imma l-isforzi ta’ min jagħmel il-materja u ta’ min ikun jisma’ b’attenzjoni, minkejja l-għeja, juru li dawn kienu qed ifittxu ’l Alla u mhux lilhom infushom. Iżda fuq kollox kien hemm ilkelma tal-Fundatur li, mat-tfal miġbura flimkien jew mas-Soċji, kien jipperswadik li mhix għażla tajba li tgħix għalik innifsek, meta Alla ħalqek għalih. Il-fatt li hu ma kienx jaċċetta li jissejjaħ “fundatur” u jinsisti li l-fundatur huwa San Pawl (jirreferi għal
2 Tim 2, 2) kien biżżejjed biex taqbdu f’kelmtu u inti wkoll toffri lilek innifsek ’l Alla. U lil Alla tagħtih lilek innifsek billi tqiegħed il-qdusija tiegħek bħala prijorità: “Din hija r-rieda ta’ Alla, li intom tkunu qaddisin.” Qalha San Pawl (1 Tess 4, 3), imma Dun Ġorġ riedna nkantawha (Haec est voluntas Dei, sanctificatio nostra) fil-programmi importanti u f’kull ċerimonja, meta jsir il-Lectio (Lezzjoni tas-Saħħa ta’ Dejjem).
Il-mistoqsija tiġi weħidha. Nasal? Ma nafx kemm jien dgħajjef? Tasal
Żerriegħa tal-Patata
102 Kalendarju Museumin ⁄ Marzu – April 2017 ta’ Jean-François Millet (1861)
jekk ikollok biex … jekk għandek il-mezzi. Id-dgħufija tiegħek ħalliha f’idejn Alla. Il-mezzi ġa qegħdin għandek: it-talb talArloġġ Museumin u d-Direzzjoni Spiritwali. It-tnejn iżommuna fiddirezzjoni t-tajba. Lis-Superjura Rakele Camilleri Dun Ġorġ kitbilha (għax kienet minn Għawdex): “Fil-Parrinija ħabbat kemm tiflaħ fuq l-intenzjoni retta, għax din hi kollox.” (ittra tat-28 ta’ Diċembru 1931) L-intenzjoni retta: isem ieħor ta’ kif tindirizza lilek innifsek il-ħin kollu lejn Alla. IsSinjur Alla, assigurana l-Fundatur, “ma jiċħadx l-ispirtu t-tajjeb lil min jitlobhulu.” Wieħed Soċju kiteb fil-Kalendarju Museumin (Lulju 2001) li lil Dun Ġorġ kien jgħidlu li kultant kien jippretendi wisq, għalkemm xorta kien jobdih b’għajnejh magħluqa. U kellu ftit raġun. Għax, kif kien jgħidilna spiss Dun Ġorġ innifsu, jekk lil Alla għadek ma tajtux kollox, għadek ma tajtu xejn. IsSuperjur Ġeġè, li qed infakkru l-ħamsin sena minn mewtu, kien jgħid: “Kieku Dun Ġorġ kellu jitlobna naqbżu l-baħar f’Jannar, konna nobduh immedjatament. Għax għalina dan kien li jrid Alla minna. Ġeġè għaraf bl-esperjenza li d-direzzjoni li l-Fundatur tah f’ħajtu sa minn żgħożitu kienet direzzjoni lejn Alla biss. Kif qal
il-Papa Ġwanni Pawlu f’jum il-Beatifikazzjoni lis-Soċji, “Dun Ġorġ kien jiġbed il-folol, għax fil-predikazzjoni tiegħu kienu jagħrfu l-leħen ta’ Ġesù nnifsu”. Le, mhux dejjem faċli li nsiru qaddisin. Għaliex? Skont Dun Ġorġ, għax “in-natura tagħna hi impediment kbir biex insiru qaddisin, għax tħobb lilha nfisha, u tfittex lilha nfisha f’kollox” (ibid. kop. iv). Mhux għalhekk irridu min ifaħħarna, u nfittxu l-ewwel dak li jogħġobna? Fil-Frater Fragilis, ir-rigal li għadha kemm tatna s-Soċjetà, hemm episodju ċkejken. Spiċċa l-prietka wieħed Patri Dumnikan u s-soru qaltlu: “Prosit!” Hu weġibha: “Grazzi, ġa qalhieli x-xitan qablek!” (Nru. 44) Kellu raġun Dun Ġorġ jitkellem spiss fuq l-inganni li, kien jgħidilna, “jinsarru fi ħwejjeġ li jingħoġbu”. U mhux faċli tinduna bihom, jekk ma jkollokx b’mera direttur spiritwali għaqli li jipponta subgħajh lejhom u tagħrblu flimkien l-intenzjoni moħbija. Naturalment, hemm sempliċità falza. U l-falz mhux dejjem jidher li hu falz. Hemm is-sempliċità ta’ min hu mentalment għażżien, u jrid iħabbat rasu mill-inqas. Dan għalih kollox jgħaddi, u ma jridx inkwiet. Ġesù ma kienx
Marzu – April 2017 ⁄Kalendarju Museumin
103
hekk. Ma ħarabx l-inkwiet, għax fittex lil Alla mhux lilu nnifsu. Ma ħarabx mis-salib. Hemm ukoll is-sempliċità ta’ min ma jerfax
ir-responsabbiltà, jitfa’ dejjem fuq ħaddieħor. Jgħid “m’iniex kapaċi”, jinsa li Alla jridna nċedulu għal kulma jitlob minna.
104 Kalendarju Museumin ⁄ Marzu – April 2017
Tajjeb nifhmu kemm il-Mulej għandu dritt li jieħu li jrid minna – li nċedulu minn jeddna u bilferħ. Mhux tiegħu aħna? “U ma stajniex inkunu ta’ ħaddieħor,” ifakkarna l-Fundatur. Bħala trabi konna egoisti; in-natura għamlitna hekk, għax kellna bżonn kollox mill-ġenituri. Imma aħna ma kbirniex? Mhix kerha li tkun egoist ma’ Alla, li taf lilek innifsek u kulma għandek lilu? Niftakar konna tfal u, ta’ tfal li konna, konna nkantaw: “Bomm bomm il-bieb, min ġie, min ġie, min ġie? Ġie patri Kapuċċin, ġabilna qoffa tin; it-tin kilnieh u ’l-patri keċċejnieh.” Issa li kbirna lil Alla nistmawh bħall-patri li ġabilna t-tin?
Min żar lil sħabna fil-missjoni ma jinsa qatt l-għajnejn ileqqu tat-tfal u tal-ġenituri tagħhom meta jiġu l-Qasam, minkejja li ma jkollhomx il-kumditajiet tagħna. Fissempliċità tagħhom, iħossuhom grati lejn Alla u jgawdu bil-qalb il-providenza tiegħu. Jonqoshom kollox u ma jonqoshom xejn. U nammiraw l-eżempju ta’ sħabna, li obdew is-sejħa ta’ Alla biex iħallu l-kumdità ta’ darhom u l-impjieg li kienu tant ħadmu għalih f’Malta. Għalhekk tkun ħasra li aħna flok nissimplifikaw ħajjitna tant
nikkomplikawha, u tarana nġibu mitt skuża, bħal biex ikollna iktar kumdità jew biex nimxu maż-żmien. Ħasra li tant inkunu fiċ-ċentru li anke nieħdu għalina, ħafna drabi fuq xi ħmerija. Bilkliem għalina Alla jiġi l-ewwel. Bil-fatti malajr insibu li fiċ-ċentru poġġejna lilna nfusna.
Papa Benedittu, meta tkellem fuq id-deċiżjoni li jirriżenja, qalilna: “Aħna ninsabu f’salib it-toroq, mhux biss f’mumenti kruċjali, imma wkoll f’kull mument talħajja – se nsegwu l-ego tagħna jew is-Sinjur Alla?” (27 ta’ April 2013) Ir-riżoluzzjoni u t-talba min-naħa tagħna trid tkun li nnaqqsu, u forsi neliminaw, ir-riservi li għad għandna malMulej. Nisimgħu l-karba ta’ Alla, “Ibni, għadek ma tajtnix kollox!” U niftakru kemm-il darba għednielu li rridu “nagħrfuk b’Alla veru u ħaj u b’padrun ta’ kulħadd u ta’ kollox” (fil-Coram Domino), lesti li nagħmlu f’kollox il-volontà tiegħu (Arloġġ, 10.45 a.m.). Alla nnifsu, fl-attributi u l-perfezzjonijiet tiegħu, huwa Alla sempliċi. Ejjew nitolbuh jgħinna nwettqu l-proponiment li nagħmlu kuljum li nkunu sempliċi. Nicholas Balzan
Marzu – April 2017 ⁄Kalendarju Museumin
105
Ftit Prattiċità
Is-Sempliċi ma Jbatix mill-Atlas Complex
M
eta l-bniedem ikun ibati minn xi komplessità (complex), allura jiġma’ fih ideat u xewqat li m’għandhomx x’jaqsmu ma’ xulxin. Dawn joriġinaw fl-inkonxju imma jiġu espressi esternament fl-attitudnijiet, fl-emozzjonijiet u fl-azzjonijiet. Dan kollu jirriżulta f’ħajja kkumplikata ħafna. Hija forma ta’ kumplessità u għaldaqstant bilfors nieqsa mis-sempliċità għax hija l-oppost.
F
il-mitoloġija Griega alla Atlas huwa deskritt bħala raġel għajjien u mgħawweġ għax qed iġorr id-dinja fuq spallejh. Hu kien ikkundannat għal dan l-istat miżerabbli ta’ ħafna toqol minħabba li kien moħħu fl-oħrajn u kien jimpurtah iżżejjed millaffarijiet ta’ ħaddieħor. Il-vittma tal-Atlas Complex ma jistax jgħix ħajja sempliċi għax hu jikkumplika l-ħajja billi per eżempju jasserixxi żżejjed lilu nnifsu. Huwa jkun pompuż, jagħmel ħafna storbju u jagħti l-impressjoni li jaf dak kollu li hemm bżonn tkun taf, dejjem lest biex isolvi l-problemi
tad-dinja. Huwa jħawwad ilpopolarità superfiċjali ma’ kreattività oriġinali. Jitkellem ħafna sabiħ u tajjeb, imma l-fatti ta’ azzjonitu ma jsostnux dak li jgħid. Jekk tara li inti għandek xi ftit traċċi minn dan l-Atlas Complex, allura trid tifhem li ħajja iktar sempliċi tista’ tagħtik ftit spazju għal tiġdid personali. Ħajja aktar sempliċi u sħiħa tissoponi integrazzjoni armonjuża ta’ modi differenti tal-eżistenza talħajja. Hawn għandna ftit ideat prattiċi għal ħajja iktar sempliċi imma daqstant ieħor effettiva u integrata:
106 Kalendarju Museumin ⁄ Marzu – April 2017
⦁ Neħħi minn moħħok l-idea li inti qed iġġorr id-dinja (isSoċjetà, il-missjoni, il-Qasam, il-klassi, il-familja, il-post taxxogħol) fuq spallejk. Neħħiha għax din mhix vera, hija biss immaġinazzjoni. ⦁ Il-biċċa xogħol tiegħek hija li tikkontribwixxi ħalli d-dinja tkun aħjar, imma inti m’intix waħdek jew l-uniku kontributur għal dan it-titjib.
⦁ Tkunx vittma ta’ superjorità billi taħseb li inti xi messija jew superman. ⦁ Għaraf il-kwalitajiet tajbin fik u fl-oħrajn li jikkontribwixxu għal ħajja aħjar u iktar ta’ nies. ⦁ Oħloq strateġija billi tgħix b’dak li hu neċessarju u elimina dak kollu li huwa superfiċjali. Addattata minn Reflections on Rudyard Kipling’s IF ta’ J. Maurus
Marzu – April 2017 ⁄Kalendarju Museumin
107
Aspetti Missjoloġiċi
Missjunarji Sempliċi
K
walità sabiħa li s-Soċjetà Museumina dejjem kellha hi s-sempliċità. Nafu tajjeb kemm il-Fundatur kien jisħaq dwar dan, meta kien jgħidilna li kliemna għandu jifhmu tajjeb kemm it-tifel tal-avukat kif ukoll bin is-sagristan. Hu nnifsu kien jagħmel ħafifa t-teoloġija b’mod li kulħadd kien jifhmu. Imma l-virtù tas-sempliċità tmur lil hinn minn dan.
I
s-Soċju jgħix din il-virtù l-ewwel u qabel kollox miegħu nnifsu. Hu bniedem komdu miegħu nnifsu għax għaraf jaċċetta lilu nnifsu kollu kemm hu bħala rigal mingħand Alla u għalhekk ma jorbotx l-identità tiegħu mas-suċċess jew iktar minn hekk mal-proprjetà tiegħu. U dan hu pass importanti għax jekk wieħed ma jqisx lilu nnifsu bħala rigal ikun diffiċli għalih li jqis lil ħaddieħor hekk. Mhux ta’ b’xejn li f ’waħda mill-ewwel talbiet kmieni filgħodu l-Fundatur riedna nirringrazzjaw ’l Alla li ħalaqna. Is-Soċju li jrid jgħix is-sempliċità u l-iktar dak li jintbagħat jaqdi f ’pajjiż ieħor jipprova jgħix stil ta’ ħajja bħal dak tal-bqija tan-nies tal-post u allura ma jippruvax jikkumplika ħajtu billi jagħmel l-ambjent tiegħu “Malta” oħra. Għall-bidu jibda donnu jħoss in-nuqqas ta’ ħafna
affarijiet li jkun imdorri bihom: id-drawwiet, l-ikel u anke l-attività tal-Qasam fejn ikun trabba. Fl-istess ħin ikun għadu qed jara koroh, barranin u strambi d-drawwiet talpajjiż il-ġdid. U allura forsi jfittex li jimla l-bagalja b’affarijiet li jaħseb li se jkunu essenzjali. Ngħid għalija, min jaf kemm-il darba jkolli piż żejjed fil-bagalja meta nkun sejjer lura mill-vaganzi u mbagħad meta jgħaddi ż-żmien ngħid: “Imma din għaliex ġibtha miegħi? Lanqas biss għadni ħriġtha minn ġol-kaxxa!” Għandi bżonn ħafna nitgħallem ngħix din il-virtù tas-sempliċità li tgħinni ninża’ minn dak li kelli u nerġa’ nsir tifel biex ninkultura ruħi fil-post fejn intbgħatt. Tul l-Istorja tas-Salvazzjoni naraw kif dan Alla tagħna dejjem ħabb liż-żgħir. Hekk għamel ma’ Gidgħon, ma’ Ġużeppi bin Ġakobb,
108 Kalendarju Museumin ⁄ Marzu – April 2017
ma’ Marija u ma’ tant oħrajn. Minna, li nipproponu li ngħixu sempliċi, Ġesù jitlob li napprezzaw l-affarijiet ċkejknin ta’ madwarna li hu jibagħtilna biex jagħmlilna kuraġġ. Hi waħda mill-isfidi talbidu (u forsi mhux biss tal-bidu) li wieħed jagħraf u japprezza dawn ir-rigali żgħar fil-ħajja ta’ kuljum. Se nsemmi wħud li niltaqa’ magħhom f ’Lurin: fis-sajf ix-xemx nieżla fil-Paċifiku, id-dniefel li drabi naraw meta mmorru l-baħar, l-għoljiet ħodor fix-xitwa, xi qatgħa pappagalli li jittajru ħielsa fil-pjazza ta’ Lurin, it-tislima tat-tfal hekk kif jidħlu fil-Qasam, platt ceviche (ħut) jew xi pollo a la brasa (tiġieġ) ... lista twila ma tispiċċa qatt. Bħala Soċji għandna nipprattikaw din il-virtù mal-proxxmu tagħna. Is-Soċju sempliċi, infatti, jintgħaraf fost l-oħrajn minn dawn is-sinjali: ⦁ Jifraħ bl-oħrajn għax fihom jara dejjem it-tajjeb minkejja l-ħafna difetti li wieħed jista’ jkollu. Iqis lil kull persuna li jiltaqa’ magħha bħala unika u speċjali u allura ma jgħidx dan aħjar mill-ieħor jew din il-kultura aħjar mill-oħra. Iddifferenza bejn “aħna” (il-kultura Maltija) u “huma” (il-kultura tal-post) jipprova jnaqqasha għax jifhem li m’hemm ebda kultura aħjar minn oħra. Ilkoll għandna postna fis-saltna ta’ Alla li
jħobb lill-bnedmin kollha bħala wliedu. Jaf u jemmen li Alla sar bniedem, tbaxxa biex jerfa’ lill-bniedem li kien waqa’. Ġie fid-dinja biex jagħti d-dinjità lil kulħadd anke lil dawk li xi drabi s-Soċju ma jifhimhomx jew jara li mhux jifhmuh jew jilqgħuh. Ma jinġibed lura minn ħadd. Dirgħajh miftuħin beraħ bħal ta’ Ġesu msallab biex bħalu jilqa’ lil kulħadd. ⦁ Jisma’ b’attenzjoni lill-oħrajn għax jara fihom valur u japprezzahom għal dak li huma u mhux għas-suċċessi tagħhom. Meta kien qed jitkellem mażżgħażagħ fiż-żjara li għamel fil-Messiku fl-2016, il-Papa Franġisku saħaq fuq terapija speċjali: “escuchoterapia”, jiġifieri terapija tas-smigħ. Huma ħafna dawk it-tfal, adolexxenti, żgħażagħ u adulti li qed jixxenqu li xi ħadd jagħtihom ftit tal-ħin u jisma’ dak li għandhom x’jgħidu. Kemm nistgħu nkunu strumenti f ’idejn Alla jekk nagħrfu nagħmlu dan! ⦁ Jimmotiva u mhux jimmanipula lill-oħrajn biex jagħmlu dak li jrid hu għax forsi jaħseb li hu, jew l-ideat tiegħu, aħjar minn dawk tan-nies tal-post. Din tentazzjoni kbira għallmissjunarju, kemm meta wieħed
Marzu – April 2017 ⁄Kalendarju Museumin
109
ikun għadu jibda l-missjoni tiegħu għax ikun għadu għaddej mill-fażi ta’ “rejection” għal dak kollu ta’ madwaru u allura jaħseb li “dawn ma jifhmux, ma jafu xejn”, kif ukoll meta jibda għaddej iż-żmien u jibda jsir popolari u tibda tiġih ittentazzjoni li jaħseb li mingħajru l-affarijiet ma jimxux. ⦁ Hu sinċier fi kliemu ma’ kulħadd imma l-iktar ma’ dawk qrib
tiegħu. Jaqsam l-ideat jew ilpjanijiet tiegħu mal-grupp u ma jaħbi xejn mill-membri l-oħra, għax m’għandu l-ebda biża’ li ma jkunx aċċettat. Is-sempliċità hi għodda importanti għal kull ħajja komunitarja, kemm għalina li ngħixu flimkien kif ukoll għal dawk li jqattgħu ftit ħin flimkien kuljum fil-Qasam. Hi tmexxina lejn dak il-ftuħ ta’ wieħed lejn l-ieħor u tbegħidna mill-periklu li, bi skuża li għandna bżonn ħin
110 Kalendarju Museumin ⁄ Marzu – April 2017
personali, ningħalqu kull wieħed f ’dinja għalih. ⦁ Qalbu mhix maqsuma imma jħobb bis-serjetà u b’sinċerità lis-Soċjetà u dak kollu li hu tagħha. L-għan ewlieni tiegħu hu li Ġesù jkun magħruf u maħbub permezz tas-Soċjetà li Alla ħawlu fiha. Għalhekk jeżamina spiss lilu nnifsu dwar kemm qed ikun ta’ għajnuna biex ilkarretta timxi ’l quddiem. U jekk jara li qed jimbotta f ’direzzjoni opposta, malajr jerġa’ lura għal dak li aħna lkoll imsejħin għalih: inqiegħdu jdejna mal-karretta u nimbuttaw. Ngħixu wkoll din il-virtù firrelazzjoni tagħna ma’ Alla. Issempliċità tgħinna nkunu sinċieri ma’ Alla fit-talb billi nitkellmu miegħu bħalma jagħmel iben ma’ missieru, bla ħabi ta’ xejn għax hu kollox jaf. Jekk jiġu mumenti ta’ ferħ, naqsmu dan il-ferħ ma’ Ġesù; jekk jiġu mumenti ta’ dwejjaq ma niddejqux nibku quddiemu. Anke jekk norqdu waqt it-talb ma jkun ġara xejn. Fid-diskors li kien għamel lill-katekisti fis-Sena tal-Fidi nhar is-27 ta’ Settembru 2013, il-Papa Franġisku ħeġġiġna nħallu lil Alla jħares lejna waqt it-talb. “Kif isir dan?” staqsa. Imbagħad wieġeb: “Ħares lejn ittabernaklu u ħalli lil Ġesù jħares
lejk... Hekk tant sempliċi. Niddejjaq, jaqbadni n-ngħas... Orqod! Orqod! Imma xorta Hu jħares lejk.” Kemm hu sabiħ dan it-talb, bla kumplikazzjonijiet, tant naturali! Is-sempliċità twassalna ngħixu b’intenzjoni retta għax tfakkarna fil-verità kbira li nsibu fl-Ittra lirRumani (11, 36) u li Dun Ġorġ tant kien jirrepeti: “Kollox ġej minnu, kollox permezz tiegħu, kollox għalih.” Nifhmu li hu Alla li qed imexxi u għalhekk nintelqu f ’idejh anke meta n-nies tal-Knisja stess ifixklu l-ħidma tas-Soċjetà, jew meta ma nifhmux il-għala ta’ ċerti deċiżjonijiet. Nifhem li kien hu li sejjaħli u li jibqa’ jsejjaħli kuljum biex ngħinu jimbotta ftit ieħor. U allura meta mmur Malta għallvaganzi u nerġa’ nġib quddiem għajnejja dak li kelli nħalli warajja: paga, karozza, familja, ħbieb..., ma niddejjaq xejn nerġa’ ngħid le għal dan kollu biex nagħmel dak li jien imsejjaħ għalih. Nixtieq naqsam miegħek sentenza ta’ San Franġisk ta’ Sales biex nirriflettu fuqha flimkien: “Alla jħobb lis-sempliċi u jitkellem magħhom bil-qalb, u jikkomunikalhom l-għarfien talveritajiet tiegħu.” Il-paċi miegħek. Hubert Balzan
Marzu – April 2017 ⁄Kalendarju Museumin
111
Il-Pittura tal-Faċċata
Wonder
I
l-pittura li għandna fil-faċċata tal-Kalendarju Museumin turina l-ġrajja tat-Trasfigurazzjoni tal-Mulej (Mt 17, 1-8). It-titlu li Sieger Köder jagħti lil din il-pittura hu Wonder, għax fiha għandna l-idea tal-istagħġib talbniedem quddiem il-kobor ta’ Alla.
S
112 Kalendarju Museumin ⁄ Marzu – April 2017
ieger Köder jaqsam il-pittura fi tnejn, b’mod dirett. Il-parti tat-Trasfigurazzjoni, li tieħu madwar żewġ terzi mill-pittura, hi separata b’linja viżibbli kaħla bl-iswed mill-parti ta’ isfel fejn naraw lit-tliet Appostli, Pietru, Ġakbu u Ġwanni. Mhux soltu niltaqgħu ma’ linji bħal dawn li jaqsmu pittura b’dan il-mod, iżda Sieger Köder b’mod intenzjonat ried juri d-distakk li hemm bejn l-uman u d-divin. Dan jidher ukoll mill-kuluri użati. Fil-parti ta’ fuq hemm użu qawwi ta’ isfar u abjad maċ-ċelest li nattribwixxuh għas-
sema, waqt li fil-parti ta’ isfel hemm użu qawwi ta’ kuluri skuri li jirriflettu l-ilwien naturali talart. Il-muntanja tibda minn taħt riġlejn Ġesù u tkompli sa wara l-Appostli.
Mingħajr ma trid, l-għajn tinġibed lejn il-figura ċentrali, Ġesù, għax liebes l-abjad: “Ilbiesu sar abjad bħad-dawl” (Mt 17, 2). Fil-fatt iddawl hu ħiereġ kollu minnu. Aktar ma tiffissa ħarstek lejh, aktar tarah jersaq lejk: id-Divin qisu jixtieq jiltaqa’ miegħi u miegħek, jiġifieri mal-uman. U mingħajr ma trid tħossok miġbud lejn il-qalba ta’ dak li qed jiġri. L-idejn miftuħa ta’ Ġesù jkomplu jistednuk tagħmel dan.
Din il-pittura tfakkarni fit-Trinità ta’ Andrei Rublev. Bħal fl-ikona, it-tliet figuri jiffurmaw ċirku u għaqda bejniethom. L-unika differenza hi li t-tlieta huma mlibbsin bl-abjad. Din tidher ukoll fil-ħarsa t’għajnejhom: donnu Ġesù qed iħares lejn Elija (jiġifieri n-naħa tal-lemin tagħna), waqt li Elija qed iħares lejn Mosé (bir-raġġi tradizzjonali ħerġin minn rasu) li qed iħares lejn Ġesù. Ċirku perfett kemm fil-figuri kif ukoll permezz tal-irjus! Ngħaddu issa għall-parti ta’ isfel fejn hemm l-Appostli. Kif għedt
qabel, jidhru fid-dlam, minbarra wiċċhom. Qed iħarsu ’l fuq, lejn id-dehra. F’Ġesù qed jirrifletti d-dawl tal-glorja li kienu qed jaraw. Għajnejhom magħluqa għax qed jikkontemplaw iddehra: m’għandhomx bżonn l-għajnejn materjali biex ‘jaraw’. Idejhom qegħdin f’pożizzjoni ta’ talb. Id-dehra wasslithom għallkontemplazzjoni tad-divin.
F’din il-ġrajja l-Knisja Ortodossa tara bidla (trasfigurazzjoni) mhux f’Ġesù iżda fl-Appostli li qed jassistu għax-xena. Naraw il-ftuħ tagħhom għal Alla li min jaf fejn kellu jwassalhom: ⦁ ftuħ il-qalb għall-imħabba ta’ Alla, ⦁ ftuħ il-moħħ biex jifhmu xi ftit dak li Alla għandu lest għalina, ⦁ ftuħ ir-ruħ għad-divin. X’għandha x’taqsam din il-ġrajja mas-sempliċità? F’din il-ġrajja l-glorja ta’ Alla dehret propju fissempliċità: ⦁ fuq muntanja, ‘katidral´naturali, ⦁ fis-skiet, bogħod mill-ħamba tal-belt u l-folol, ⦁ f’affarijiet u mumenti ‘żgħar’. ... Għax Alla tagħna mhux ikkumplikat. Vincent Mangani
Marzu – April 2017 ⁄Kalendarju Museumin
113
Il-Pittura tal-Faċċata
Il-Pittura Tispirani il-mument ta’ issa
D
in l-istampa hija maqsuma b’mod ċar ħafna f’żewġ sezzjonijiet. Il-parti ta’ fuq talpittura li tokkupa żewġ terzi tax-xena qiegħda tirradja ċerta trankwillità, serenità u semplicità. F’dan il-kwadru naraw ittraxxendenza ta’ Ġesù ma’ Elija u Mosè, li jinsabu kważi f’att ta’ venerazzjoni lejn Ġesù.
Min-naħa l-oħra t-tliet Appostli li nsibu fil-parti ta’ isfel tal-pittura jinsabu f’żona iktar mudlama, bħallikieku l-pittur ried juri li dawn għadhom fid-dinja, filwaqt li huma mitlufa f’sensazzjoni ’l barra minn ta’ din d-dinja. Nistħajjilhom qegħdin tant mitlufa f’estasi li l-uniku oġġett ta’ ħsiebhom u ta’ moħħhom huwa tassew Ġesù biss. Id-devozzjoni li tidher f’wiċċhom hija waħda impressjonanti u fl-stess ħin wieħed ma jistax ma jinnutax l-għajnejn magħluqa tagħhom li qishom tant huma maqbudin f’din il-ġrajja li għalihom il-ħin issa waqaf u m’hemm xejn iktar ħlief il-mument - ċioè dak il-mument.
U meta nħares lejhom, bejni u bejn ruħi ngħid kemm ikun sew kieku f’ħajti jirnexxili nintelaq iktar fil-mument ta’ issa u fissempliċità ngħix kull mument filmilja tiegħu, b’iktar fidi f’min qed imexxi lil din l-stess ħajja tiegħi. Franklin Balzan
is-sempliċità
I
l-linja orizzontali fil-pittura toħloq differenza ċara u tiddistingwi lit-tliet persunaġġi ta’ fuq mit-tlieta ta’ isfel. Issempliċità li biha l-awtur uża l-kuluri ċari għal Ġesù, Mosè u Elija u l-kuluri skuri għattliet Appostli turi kemm Köder fehem il-mod li bih aħna nistgħu ngħaddu għal ħajja ogħla. Li tkun ħdejn Ġesù tagħtik id-dawl u l-ħajja eterna. L-Appostli, b’għajnejhom magħluqin, iħarsu ’l fuq, ma jifhmux. Jifhmu biss jekk jiffissaw il-ħarsa tagħhom fuq Ġesù. Dak biss hemm bżonn li nagħmlu f’ħajjitna, li “lejh biss inħarsu l-ġranet kollha
114 Kalendarju Museumin ⁄ Marzu – April 2017
ta’ ħajjitna” (Ċerimonja talKandidati). Ġesù qed jifrex idejh lejn Mosè u Elija li kważi qed imissuh. Però qiegħed ukoll, sa ċertu punt, jistieden lill-Appostli li hemm taħt: “Ejjew għandi, intom ilkoll li tinsabu mħabbtin u mtaqqlin, u jiena nserraħkom.” (Mt 11, 28) B’sempliċità kbira rrid nintelaq f’idejn Ġesù gglorifikat u permezz tiegħu nirbaħ iddiffikultajiet ikkumplikati li niltaqa’ magħhom bi tbissima. Irrid nintelaq f’idejn Ġesù u Hu jagħtini d-dawl ta’ dejjem. Roderick Spiteri
għajnejn magħluqa
M
al-ewwel daqqa t’għajn li tajt lil din il-pittura, laqtitni l-qasma li hemm bejn iż-żewġ partijiet tagħha: dik ta’ isfel u dik ta’ fuq, dik mudlama u dik imdawla, dik ta’ hawnhekk u issa u dik ta’ dak li jmur lil hemm mirrealtà tal-ispazju u ż-żmien.
Iżda meta waqaft nifli l-pittura, intbaħt li fuq l-għajnejn magħluqa tat-tliet Appostli hemm dawl qawwi. L-Appostli mhumiex reqdin, għalkemm b’għajnejhom magħluqa. Pietru, Ġakbu u Ġwanni bħal donnhom ikollhom jagħlqu
għajnejhom biex ‘jaraw’ dik il-viżjoni. Biex jobdu l-kmand tal-Missier, “Isimgħu lilu” (Mt 17, 5), l-Appostli jridu jwarrbu l-ħarsa tagħhom minn dak li hu tad-dinja u jitfgħuha fuq dak li hu etern. U forsi mhux hekk xtaq minna l-Fundatur meta riedna nipproponu li lejh BISS inħarsu l-ġranet kollha ta’ ħajjitna? Forsi mhux din hi l-virtù tas-sempliċità: li nagħlaq għajnejja għal dak li jgħaddi u niffoka fuq Dak li hu l-aktar importanti? Jalla aħna l-membri bħall-Appostli filpittura ta’ Seiger Köder inkunu b’għajnejna magħluqin għal dak li tgħożż id-dinja, imma minnhom ikun jiddi d-dawl ta’ Dak li lejh inkunu qegħdin inħarsu u li lilu nkunu qegħdin nisimgħu. Ivan Farrugia
it-tfal jgħallmuna s-sempliċità
A
lbert Einstein jgħid li jekk xi ħaġa ma tistax tispjegaha lil tifel ta’ sitt snin, mela ma tistax tifhimha int. Ma nistax nimmaġina kif Pietru, Ġakbu u Ġwanni bdew jirrakkontaw din l-esperjenza tant kbira. Li kieku kellhom jispjegawha lil tifel ma naħsibx li kien jirnexxilhom. It-
Marzu – April 2017 ⁄Kalendarju Museumin
115
titlu tal-pittura jiddeskrivi eżatt x’nimmaġina li għadda minn moħħhom: stagħġib. Mattew jgħidilna li “d-dixxipli waqgħu wiċċhom fl-art u beżgħu ħafna”
(Mt 17, 6). Dan nitlob lil Alla li nkun bħal dawn, li nkun kapaċi nistagħġeb quddiem il-kobor ta’ Alla. Inħossni tassew fortunat li Alla ħabbibni masSoċjetà. Tani l-grazzja li ta’ kuljum niltaqa’ ma’ ħafna tfal li mġibithom u kliemhom huma mimlijin sempliċità. Nemmen li din il-ħaġa hi ta’ għajnuna kbira għalina s-Soċji. Kemm jagħmel sens kliem Ġesù: “Ħalluhom it-tfal iż-żgħar jiġu għandi, u la żżommuhomx...” (Mt 19,14) Nixtieq li bħal dawn it-tfal nagħraf il-kobor ta’ Alla quddiem farfett imlewwen, fi tlugħ ixxemx, fit-tbissima ta’ tifel li għamel pass eqreb lejn Ġesù. Nitolbok, Mulej, għinni nsir iktar sempliċi sabiex ħarsti u moħħi jduru lejk, O Alla ta’ kobor infinit. Anthony Chetcuti
Jalla aħna l-membri bħall-Appostli fil-pittura ta’ Seiger Köder inkunu b’għajnejna magħluqin għal dak li tgħożż id-dinja, imma minnhom ikun jiddi d-dawl ta’ Dak li lejh inkunu qegħdin inħarsu u li lilu nkunu qegħdin nisimgħu.
116 Kalendarju Museumin ⁄ Marzu – April 2017
Letteratura
Is-Sempliċità f'Novella ta' Kilin
M
hux faċli ssib xi ġeneru tal-letteratura mibni fuq il-virtù tassempliċità fis-sens li wieħed jagħmel b’fini rett kull azzjoni tiegħu. Iżda sibna novella ta’ Kilin mibnija proprju fuq dan is-suġġett u li jisimha Dell ta’ Fatat.
M
ikiel Spiteri (magħruf bħala Kilin) twieled ir-Rabat ta’ Malta fl-20 ta’ Awwissu 1917 u miet fid-9 ta’ Lulju 2008. Huwa kiteb ħafna kotba u artikli f’gazzetti lokali u l-kitbiet tiegħu jinkludu tifkiriet, essays, novelli, rumanzi, poeżiji u xi drama. Huwa kien traduttur ukoll u nsibu l-ktieb tiegħu L-Alla Li Ma Nemminx Fih tradott millIspanjol. L-aħħar rumanz tiegħu, pjuttost voluminuż, jismu Tinsiex, Publius, Tinsiex u għandu bħala sfond il-miġja ta’ Missierna San Pawl f’Malta. Fuq kollox Kilin kien Nisrani Kattoliku konvint u l-kitbiet tiegħu sikwit kienu juru dan biċ-ċar. Kilin kien maħbub minn bosta,
kemm għall-karattru ġentili u ferrieħi tiegħu kif ukoll għal kitbietu li fihom dejjem żamm stil ħafif u ċar b’laqta tassew grazzjuża u inimitabbli.
F’dan l-artiklu żgħir ma nistgħux nipproduċu n-novella Dell ta’ Fatat sħiħa, iżda se ngħidu fiex tikkonsisti u nieħdu silta minnha. Kilin ipoġġi n-narrattiva tiegħu fuq fomm il-kappillan, iżda mbagħad jaqleb għad-diskors dirett fejn jidħlu karattri oħra, kif inhu xieraq, u b’hekk in-novella tieħu iżjed qawwa. B’daqqiet żgħar ta’ pinna Kilin jagħti l-ħajja lill-karattri u tistħajjel li qiegħed tassisti għal dak li jkun qed jiġri mill-bidu sal-aħħar.
Marzu – April 2017 ⁄Kalendarju Museumin
117
Biex l-istorja tiftiehem aħjar tajjeb li ngħidu li din in-novella nkitbet lejn l-aħħar tas-snin sittin tas-seklu l-ieħor. Kien iż-żmien ta’ meta l-Maltin kienu għadhom kemm bdew jixtru l-magni talħasil, għax qabel kulħadd kien jaħsel b’idejh. Ukoll, iż-żewġ fivers li jissemmew kienu għaxar liri Maltin ta’ dak iż-żmien u kienu ekwivalenti, bejn wieħed u ieħor, għal paga ta’ nofs ġimgħa xogħol li jagħmel ħaddiem komuni. In-narrazzjoni tiftaħ bil-kappillan li kellu l-Viċi tiegħu marid u li kien għeja u storda jara n-nies bilproblemi tagħhom. Kien qiegħed jaħseb biex jagħlaq l-uffiċċju tiegħu meta jara lil Sor Ewġenja u soru oħra ġejjin bħas-soltu jittallbu għat-tfal tal-orfanatrofju tagħhom.
Il-kappillan ma kellux aptithom iżda ħabbrilhom li kien akkwistalhom magna tal-ħasil mingħand l-Għaqda Filantropika tal-Ajkla.
Sor Ewġenja u s-soru l-oħra ferħu ħafna iżda ma setgħux jaħbu n-niket tagħhom li bilkemm kellhom biex jitrejqu u jitimgħu t-tfal. Il-Kappillan fakkarhom f’dawk iż-żewġ fivers li kienu jsibu filkaxxa tal-ittri kull nhar ta’ Tnejn filgħodu bla ma kienu jafu min kien qiegħed jixħethomlhom, għalkemm kienu għamlu l-għassa sa tard billejl. Sor Ewġenja weġbitu li mnalla kienu dawk l-għaxar liri għax meta joħorġu jittallbu l-karità ftit li xejn kienu jiġbru u, ħaġa tal-għaġeb, l-aktar li kienu jagħtu xi ħaġa kienu l-fqar u mhux is-sinjuri. Imbagħad bdiet tilmenta minn ċerti saċerdoti li ma kienu jagħtu xejn. Fil-fatt semmiet b’ismu l-Kanonku Dun Belinn li meta ħabbtitlu l-bieb għamlilha sinjal mit-tieqa li ma kellux x’jagħtiha. Il-kappillan ipprova jgħattilu, għalkemm kien jaf li l-Kanonku kien tat-tajjeb u magħdud min-nies bħala xħiħ. Biex idawwar id-diskors il-
118 Kalendarju Museumin ⁄ Marzu – April 2017
kappillan qal lil Sor Ewġenja biex tlesti daqsxejn ta’ repò (li ma kellhiex imnejn tħallsu u allura l-kappillan kellu joħroġ il-flus hu) għax tal-Kumitat tal-Ajkla s-Sibt kellhom jagħtuhom il-magna talħasil bil-pompożità tad-diskorsi u bir-ritratti li wara kellhom jidhru fil-ġurnali u fl-aħbarijiet. Kollox għadda b’wiċċ il-ġid, għalkemm waqt l-għoti tal-magna tal-ħasil Sor Ewġenja ma tantx ħassitha f’sikkitha u għajnejha kienu ħomor nar.
In-narrazzjoni bi kliem il-kappillan tersaq lejn it-tmiem tagħha bilmod ta’ kif se nirriproduċu hawn. Wieħed jista’ jinnota l-kuntrast qawwi li hemm bejn l-għemil ‘tajjeb’ li għamlu l-Kumitat talAjkla mas-Sorijiet u l-benefattur anonimu li kien jixħet żewġ fivers fil-kaxxa tal-ittri tal-istitut kull ġimgħa qabel sbiħ it-Tnejn.
I
****
l-Ħadd filgħaxija, f’nofs film interessanti, ċempluli għallassistenza. Ħriġt il-karozza u ċappast sat-tlieta ta’ filgħodu malmoribond. Jien u ġej lura għaddejt minn ħdejn l-orfanatrofju, u f’daqqa ftakart li kien il-lejl tal-Ħadd, meta l-‘Providenza’ kienet tħalli żewġ fivers fil-kaxxa tal-ittri. F’qalbi għedt li fejn kont
iddawwart ħafna, niddawwar ftit ieħor. Waqaft kantuniera ’l bogħod mill-Istitut, tfejt il-magna u bdejt ħames posti.
Fil-Litanija bdiet tmur għajni bija, u nħsadt meta dawl ta’ torċa idda qawwi f’wiċċi, waqt li leħen żorr staqsa: “Hawn, x’inhu ġej?” Kien is-surġent ma’ kuntistabbli. Skuża ruħu, dħakna daħka u baqgħu sejrin.
Ħbatt se nerġa’ nongħos meta ħdejn il-bieb tal-istitut deherli li rajt dell griż li qabel ma kienx hemm. Xgħelt il-headlamps, u min kien sparixxa bħal dell ta’ fatat fl-isqaq li hemm ħdejn l-istitut. Imma lħaqt rajt li kien raġel twil, b’inċirata skura u kappell imniżżel fuq wiċċu. Billi l-karozza ma tidħolx f’dak l-isqaq, dort tliet kantunieri u sbukkajt fil-misraħ tal-knisja fejn jispiċċa l-isqaq. Ma damx ma tfaċċa r-raġel misterjuż. Kont se nsuq għal warajh, iżda għaraftu mill-mixja. Dun Belinn! Ħallejtu jitbiegħed u soqt lejn id-dar. Kien jisgħobbih għallmewt li kellu jkun jaf li s-sigriet tiegħu nkixef. Mela għalhekk kien jgħix f’dik il-miżerja! U ta’ Nisrani tajjeb ma kienx juri lil
Marzu – April 2017 ⁄Kalendarju Museumin
119
idu x-xellugija dak li tagħmel il-leminija. Irrispettajt is-sigriet tiegħu u ħallejtu jaħseb li bih kien jaf Alla biss. Jumejn wara reġgħet ġiet Sor Ewġenja, u mill-ġdid gemgmitli fuq ix-xeħħa tal-Kanonku.
“Iltqajna miegħu fit-triq, u qasam għan-naħa l-oħra biex taparsi
ma raniex. U kull filgħodu jmur iqaddes!” spiċċat b’leħen morr.
“Mhux għax irrid naqbeż għalih,” weġibtha, ‘imma ejja ma nagħmlux ġudizzju fuqu. Flaħħar mill-aħħar il-Mulej innifsu jistenniena mmutu qabel jagħmel ħaqq minna...” Ġorġ Borg
120 Kalendarju Museumin ⁄ Marzu – April 2017
Ġrajja
Mija u Hamsin Ewro
D
un Saver, ir-Rettur talKappella ta’ Santa Klotilde, kellu problema. In-nies li jiffrekwentaw il-kappella kienu qegħdin igergru li fis-siġġijiet talknisja kien hemm insetti-parassiti li kienu kontinwament iniggżu u joqorsu lil min joqgħod fuqhom. Tkellem ma’ Toni s-sagristan u dan ta raġun lin-nies li kienu jinġabru ta’ kuljum fil-kappella.
“Jekk tagħmel kif ngħidlek jien, niżgurak li tiġborhom fi żmien qasir, Dun Saver.”
“Jien m’għandi xejn kontra l-bankijiet, Ton, imma flus minn fejn? La tridni ngħidlek, ġa kellimt lil Doru l-mastrudaxxa u tlabtu stima. Qalli li kull bank jiġi jqum madwar 150 ewro. Issa aħna nkunu rridu 20 bank, 10 fuq kull naħa. 20 bank jiġuna 3000 ewro, Ton. U 3000 ewro minn fejn se nġibhom? Bil-ġabra li nagħmlu fil-Quddiesa lanqas f’ħamsin sena ma niġbru din is-somma!”
“Hmm... hmm... Mhix idea ħażina, Ton,” wieġeb Dun Saver iħokk geddumu.
“Kif għedtlek drabi oħra, Dun Saver, dawk is-siġġijiet tas-sogħda għamluh żmienhom. Issa wasal iż-żmien li neħilsu minnhom u nordnaw sett bankijiet illustrati. Dawk dejjem indaf u puliti... u addijo l-insetti!”
“U x’taħseb li għandi nagħmel, Ton?” staqsa Dun Saver xettiku għall-aħħar.
“Agħmel appell biex, min irid, iħallas bank wieħed. Ibqa’ rrepetih matul ġimgħa sħiħa, fil-Quddies kollu, u kull darba wiegħed li kull min iħallas bank ikollu tabella żgħira b’ismu mwaħħla fuq il-ġenb tal-bank bħala rikonoxximent. Niżgurak li din it-tabella tagħmel ilmirakli. L-idea li jkollhom isimhom imċappas mal-bank tingħoġob u l-flus għal 20 bank jinġabru fi żmien qasir! ... X’taħseb, Dun Saver?”
G
****
ħadda ftit iktar minn xahar. Għodwa waħda Dun Saver kien għadu kif neża’ l-ilbies sagru tal-Quddiesa u ferra’ kikkra kafè iswed mit-termos biex ilaħlaħ ftit griżmejh.
Marzu – April 2017 ⁄Kalendarju Museumin
121
“Nista’ nkellmek ftit, Dun Saver?” staqsieh is-Sur Gatt hekk kif tfaċċa quddiemu.
“Isbaħ din,” tbissimlu Dun Saver waqt li qam biex jieħu l-istola minn fejn kienet imdendla. “Le, Dun Saver, ma ġejtx biex inqerr.”
“Mela? Fiex nista’ naqdik, Sur Gatt?
Is-Sur Gatt daħħal idu fil-but ġewwieni tal-ġlekk u ħareġ envelopp tawwali, abjad, magħluq. “Hawnhekk għandek 150 ewro,” qal fil-ħin li qiegħed l-envelopp fuq il-mejda quddiem Dun Saver. “Nixtieq inħallas għal bank minn dawn li għandek ordnati għallkappella minflok is-siġġijiet tassogħda.”
“Jien nammira l-ġenerożità tiegħek, Sur Gatt,” qallu Dun Saver imqanqal, “imma ma nistax naqtagħlek xewqtek.” “Għaliex? Jekk 150 ewro mhumiex biżżejjed għidli u nagħtik iżjed. Għidli kemm.”
“Le, Sur Gatt. Din mhix kwistjoni ta’ flus iżjed.” “Allura għaliex ma tistax taqtagħli xewqti?”
“Għax il-bankijiet diġà mħallsin kollha. Kien jonqosni niġbor il-flus għall-aħħar wieħed, iżda lbieraħ ġiet is-Sinjura Magri u ħallset għalih hi. Mara twajba bħalek, il-Mulej jagħtiha s-saħħa.” Is-Sur Gatt gidem xofftu ta’ taħt, diżappuntat. “Kollu tort tiegħi!” lissen b’sogħba. “Tort tiegħi għax qgħadt nittratjieni.... Ili ħafna nħalli mil-lum għal għada... Imma allura ma nistgħu nagħmlu xejn, Dun Saver?”
“Jekk tippermettili nagħmillek suġġeriment, nista’ nurik kif tagħmel minn dawk il-flus użu iktar nobbli.” “Għidli, għidli. Qiegħed nisimgħek.”
“Ħares lejn it-tarf l-ieħor tassagristija,” stiednu Dun Saver b’leħen iżjed baxx. “Qiegħed taraha lil dik il-mara wieqfa maġenb ilbieb?”
“Iva. Kieku naraha qiegħed,” wieġeb is-Sur Gatt wara li ta daqqa t’għajn bis-serqa lejn dik in-naħa. “Imma, ngħid jien, x’għandha x’taqsam dik il-mara mal-offerta tiegħi?”
“Dik il-mara, Sur Gatt, għandha tifel ta’ disa’ snin li jeħtieġ operazzjoni serja li ma tistax issirlu hawn Malta. Żewġha marid ukoll u bla impjieg,
122 Kalendarju Museumin ⁄ Marzu – April 2017
u dik l-imsejkna mara m’għandhiex biex ittella’ t-tifel l-Ingilterra. Għalhekk qiegħed niġbrilha xi ħaġa tal-flus jien biex forsi ngħinha ftit. Bħalissa qiegħda tistenna biex tiġi tistaqsini fiex aħna. Kien hemm diversi li għenuha, imma għadna lura, Sur Gatt.”
“Imma jien fiex nidħol, Dun Saver?” “Għadek ma fhimtx, ħabib? Issuġġeriment tiegħi huwa li inti tagħti dawk il-150 ewro lil dik il-mara.”
“Ehm... eehm... Kieku jien mhux dan li kelli f’rasi,” laqlaq is-Sur Gatt waqt li nervuż għadda l-ponot ta’ subgħajh minn fuq ġbinu. “Jien bank għall-kappella xtaqt nagħmel.” “Imma, kif ġa għedtlek, il-bankijiet kollha mħallsin.” “Ma tistax iżżid ieħor, ngħid jien? Kieku n-nies iktar ikollhom fejn joqogħdu.”
“Imma mbagħad iż-żewġ naħat jiġu spariġġjati, Sur Gatt, għax fuq naħa minnhom ikun hemm bank iżjed.” “Mela allura żid wieħed fuq kull naħa u nħallashom it-tnejn jien. Tikkonfondix.” “Le, ħabib. M’hemmx wisa’
għalihom. Fuq wara jeħtieġ li jibqa’ ftit spazju ħalli jintuża bħala kuritur. Żewġ bankijiet oħra jiġu ingombru. Barra minn hekk tkun qed taħli flusek jekk nagħmlu bank jew tnejn oħra filwaqt li m’għandniex bżonnhom.” “Mela paċenzja, m’għamilna xejn,” temm l-argument is-Sur Gatt diżappuntat għall-aħħar. U ġabar l-envelopp bil-flus minn fuq ilmejda.
“Tista’ tgħin lil dik il-mara,” insista Dun Saver. “Tassew teħtieġhom, miskina! Tkun qed tagħmel karità iktar milli kieku ħallast għall-bank.”
“Imma jien bank ridt nagħmel, Dun Saver,” reġa’ s-Sur Gatt deċiż. “Għoġbitni tassew l-idea tal-plakka bl-isem ta’ min ikun ħallas għallbank. Jien bank bħal dawk xtaqt għax dik il-plakka b’ismi fuq il-ġenb kienet tibqa’ tifkira tiegħi.” Xeħet l-envelop bil-flus fil-but talġlekk u bewweġ ’il barra qisu ras maqtugħa. Carmel G. Cauchi
(Nota: Din hija verżjoni aġġornata tan-novella “Erbgħin Lira” li tinsab l-ewwel waħda fil-ktieb “Stejjer għad-Diskussjoni” tal-istess awtur.)
Marzu – April 2017 ⁄Kalendarju Museumin
123
Djarju Museumin
Avvenimenti Diċembru 2016 – Frar 2017 Inkorporazzjoni ta’ Membri Ġodda
N
har il-Milied filgħodu tliet Kandidati mid-Delegazzjoni ta’ Malta u Għawdex ġew inkorporati bħala membri tasSoċjetà. Dawn kienu Kurt Delia, Darrel Pace u Jeremy Zammit. Matul iċ-Ċerimonja l-Animatur
Pawlu Sammut għamel riflessjoni dwar il-vokazzjoni Museumina u ppreżenta lill-ewwel Superjur Ġenerali tas-Soċjetà Ewġenju Borg bħala mudell għall-membri kollha. Preżenti wkoll kien hemm l-Assistent Ekkleżjastiku Dun Kevin Schembri li fl-aħħar talInkorporazzjoni qasam ħsieb talokkażjoni ma’ dawk preżenti.
Il-Kult Pawlin fil-Ħidma ta’ San Ġorġ Preca u Mons. Ġużeppi de Piro
I
l-Laqgħa Ġenerali tal-Erbgħa 1 ta’ Frar 2017 ittellgħet f’kollaborazzjoni mal-Fondazzjoni Paulus. Il-laqgħa bdiet b’introduzzjoni qasira minn Dr. Mark Fenech Vella, ilPresident tal-Fondazzjoni. Wara Dr. Doris Cannataci Ph.D. għamlet taħdita dwar ‘Il-Kult Pawlin fil-ħidma ta’ San Ġorġ Preca u l-Qaddej ta’ Alla Mons. Ġużeppi de Piro’. F’din it-taħdita Dr. Cannataci tkellmet dwar l-influwenza talittri u t-tagħlim ta’ San Pawl fuq iż-żewġ Fundaturi. Wara Fr. Tony Sciberras MSSP, Mons. Ġwann Azzopardi u s-Superjur Ġenerali qasmu r-reazzjonijiet tagħhom dwar it-taħdita. 110 Anniversarju millFundazzjoni tas-Soċjetà
N
har il-Ħamis 2 ta’ Frar, il-membri, il-Kandidati u l-Aspiranti tal-Qasam tal-Ħamrun fakkru l-110 anniversarju tal-Fundazzjoni tas-Soċjetà fil-Kappella talViżitazzjoni, magħrufa aħjar bħala ta’ Santunuzzu li wkoll tinsab fil-Ħamrun. Kien f’din il-kappella li San Ġorġ Preca għamel l-ewwel laqgħa formali
għall-membri fit-2 ta’ Frar 1907. Waqt iċ-ċelebrazzjoni ingħatat informazzjoni dwar l-istorja talkappella u nqraw xi riflessjonijiet tal-Ewwel Superjur Ġenerali Eugenio Borg. Sar ħin ta’ talb u qsim ta’ riflessjonijiet minn dawk preżenti. Is-Superjur Ġenerali attwali ta messaġġ tal-okkażjoni. Laqgħa Ġenerali Annwali
I
s-Soċjetà f'Malta u Għawdex organizzat it-tielet Laqgħa Ġenerali Annwali tagħha bejn is-Sibt 11 u l-Ħadd 12 ta’ Frar. Is-Sibt saret laqgħa fl-Iskola St. Michael’s fejn, wara mument ta’ talb, id-Delegat Joseph Bonnici ta l-messaġġ tiegħu u wara ġie ppreżentat ir-Rapport Finanzjarju. Il-Ħadd il-membri flimkien mal-Kandidati kollha ltaqgħu fil-lukanda db San Antonio, il-Qawra, fejn wara ċ-ċelebrazzjoni tal-Ewkaristija nqara r-Rapport Amministrattiv u fl-aħħar is-Superjur Ġenerali ta l-messaġġ tiegħu. Il-laqgħa ntemmet wara l-ikla ta’ nofsinhar.
Marzu – April 2017 ⁄Kalendarju Museumin
125
Assenjatur għal Marzu – April 2017 Dommatika
Liturġija
• Lezzjoni 86: Marija fl-Evanġelju ta’ San Mattew u San Luqa • Lezzjoni 87: Marija f’San Ġwann u l-Apokalissi
• Lezzjoni 169: Il-Ħdud ta’ matul is-sena • Lezzjoni 170: Il-jiem ta’ matul il-ġimgħa
• Lezzjoni 66-67: L-għejun tal-moralità (1-2)
• Nies li wettqu t-Tagħlim Soċjali tal-Knisja: Daniel O’Connell (kontinwazzjoni) u Frederick Ozanam
Morali
Bibbja
• Lezzjoni 31-32: Qabel il-Patrijarki Spiritwalità
• Lezzjoni 61-62: L-element traġiku fil-Bibbja (2-3)
Tagħlim Soċjali tal-Knisja
Dokument tal-Knisja
• L-Enċiklika tal-Papa Franġisku Amoris Laetitia: art. 1-13
Storja
• Lezzjoni 6: In-Nisrani u l-Imperatur • Lezzjoni 7: Il-Kristjaniżmu jikber fl-Imperu u joħroġ barra • Lezzjoni 8: Il-kriżi u t-tkabbir fit-Tielet Seklu Kateketika
• Lezzjoni 31: Katekisti ottimisti • Lezzjoni 32: Katekisti bi pjan
126 Kalendarju Museumin ⁄ Marzu – April 2017
Assenjatur għal Marzu 2017 Ġesù, Marija, Ġużeppi Tul dan ix-xahar is-Soċjetà tal-M.U.S.E.U.M. titqiegħed taħt il-protezzjoni speċjali tas-Sagra Familja: Ġesù, Marija, Ġużeppi.
Intenzjoni speċjali għal-Litanija tal-Arloġġ Li Alla ma jippermettix li Soċju, Kandidat jew Magħżul jinħall mill-Għaqda Museumina. Ħsieb tax-xahar Li Alla jittratta ma’ min iħobb kif ittratta ma’ Ibnu Ġesù Kristu, ma’ Marija S.ma u ma’ San Ġużepp: jgħaddih mit-triq tal-biki li wara jinbidel f’ferħ li ħadd ma jista’ jneħħih. Unjoni Museumina 5 In-neċessità tal-eżempji tajba Epistola – 1 Pt 3, 13-17 Vanġelu – Mt 5, 13-16 Ktieb il-Kbir – Paġna 10
Assenjatur Speċjali 7 Jum il-Vokazzjoni Museumina 20 S. Ġużepp Qagħda 4 Salm 72 (71) 11 Jaħasriet (Lq 6, 20-28) (Qagħda nru. 89) 18 Salvatur tal-midinbin (1 Tim 1, 12-20) (Qagħda nru. 305) 25 Pawlu quddiem Agrippa (Atti 25, 13-27) (Qagħda nru. 417)
Kommemorazzjoni 10 San Nikola ta’ Flue – Profil nru. 39
Paġna tal-Fundatur 14 Il-Pulptu ta’ Patri Franku – Pulptu Nru. 88 21 Il-Pulptu ta’ Patri Franku – Pulptu Nru. 89 28 Il-Pulptu ta’ Patri Franku – Pulptu Nru. 90
Regola 17 Iċ-Ċelibat, K16, D8-D10 27 Iċ-Ċelibat, K17, D11-D13, K18
Marzu – April 2017 ⁄Kalendarju Museumin
127
Marzu 2017 1 L-Erbgħa Ras ir-Randan (Sawm u Astinenza)
Laqgħa Ġenerali
Immutabiltà
2
Il-Ħamis (S. Anjeże ta’ Praga)
Tagħlim Soċjali Storja Kult ta’ Wiċċ Kristu
Sapjenza
3
Il-Ġimgħa (S. Kunegunda)
Mansjonijiet Spiritwalità Kult tal-Pjagi
Ġustizzja
4 Is-Sibt S. Każimiru
Qagħda Prekatorju 71 Kant: Sliem għalik
5
Irtir Unjoni Museumina u passiġġata
Omnipotenza
6 It-Tnejn (S. Koletta ta’ Corbie)
Is-Sempliċità fil-Bibbja (KM pp. 73-78)
Eternità
7 It-Tlieta S. Perpetwa u S. Feliċita Il-110 Anniversarju tal- Ftuħ tal-Ewwel Qasam tas-Soċjetà tagħna
Sawm għas-Soċji Jum il-Vokazzjoni Museumina Assenjatur Speċjali Kult lil Alla Tagħna
8
L-Erbgħa S. Ġwann ta’ Alla
Laqgħa Ġenerali
Immutabiltà
9
Il-Ħamis S. Franġiska Rumana
Is-Sempliċità fil-Kitba ta’ Dun Ġorġ (KM pp. 94-100) Kult ta’ Wiċċ Kristu
Sapjenza
Il-Ħadd L-1 tar-Randan Eżami fl-Eżerċizzju
10 Il-Ġimgħa S. Ġwann Ogilvie
Kommemorazzjoni Spiritwalità Kult tal-Pjagi
128 Kalendarju Museumin ⁄ Marzu – April 2017
Ħniena
Immensità
Ġustizzja
11 Is-Sibt (S. Ewloġju)
Qagħda Prekatorju 72 Kant: Sliem għalik
12
Quddiesa flimkien u passiġġata
● Qamar Kwinta
13 It-Tnejn (S. Rodrigo) Ir-4 anniversarju tal-ħatra tal-Papa Franġisku
Morali Studji Bibliċi Sentenzi Epistolarju
Eternità
14 It-Tlieta (S. Matilde)
Qatt Spettakolari (KM pp. 79-82) Paġna tal-Fundatur
15 L-Erbgħa (S. Lwiġa de Marillac)
Laqgħa Ġenerali
Immutabiltà
16 Il-Ħamis (S. Agapitu)
Tagħlim Soċjali Storja Kult ta’ Wiċċ Kristu
Sapjenza
17 Il-Ġimgħa S. Patrizju
Sawm għas-Soċji Vestis Kult lil Alla Tagħna Regola
18 Is-Sibt S. Ċirillu ta’ Ġerusalemm
Qagħda Prekatorju 73 Kant: Sliem għalik
Ħniena
19 Il-Ħadd It-3 tar-Randan Eżami fl-Eżerċizzju
Quddiesa flimkien u passiġġata
Omnipotenza
20 It-Tnejn S. Ġużepp
Assenjatur Speċjali
Eternità
Il-Ħadd It-2 tar-Randan Eżami fl-Eżerċizzju Il-50 Anniversarju tal- mewt tal-Qaddej ta’ Alla Ewġenju Borg
Ħniena
Immensità
Ġustizzja
Marzu – April 2017 ⁄Kalendarju Museumin
129
21 It-Tlieta (S. Nikol ta’ Flue)
Dommatika Amoris Laetitia Paġna tal-Fundatur
22 L-Erbgħa (B. Klement von Galen)
Laqgħa Ġenerali
Immutabiltà
23 Il-Ħamis S. Turibju ta’ Mongrovejo
Kateketika Liturġija Kult ta’ Wiċċ Kristu
Sapjenza
24 Il-Ġimgħa S. Katarina tal-Isvezja
Is-Sempliċità fil-Kitbiet talQaddisin (KM pp. 83-94) Kult tal-Pjagi
25 Is-Sibt It-Tħabbira tal-Mulej
Qagħda Prekatorju 74 Kant: Sliem għalik
Ħniena
26 Il-Ħadd Ir-4 tar-Randan Eżami fl-Eżerċizzju
Quddiesa flimkien u passiġġata
Omnipotenza
27 It-Tnejn (S. Rupert)
Sawm għas-Soċji Vestis Kult lil Alla Tagħna Regola
Eternità
28 It-Tlieta (S. Gontran)
Morali Amoris Laetitia Paġna tal-Fundatur
29 L-Erbgħa (S. Bertoldu)
Laqgħa Ġenerali
Immutabiltà
30 Il-Ħamis (S. Ġwann Klimaku)
Tagħlim Soċjali Storja Kult ta’ Wiċċ Kristu
Sapjenza
31 Il-Ġimgħa (S. Balbina)
Assenjatur Vaganza
Ġustizzja
130 Kalendarju Museumin ⁄ Marzu – April 2017
Immensità
Ġustizzja
Immensità
Assenjatur għal April 2017
Omnes Sancti Domenicani — Orate pro nobis. Tul dan ix-xahar is-Soċjetà tal-M.U.S.E.U.M. titqiegħed taħt il-protezzjoni tal-qaddisin kollha tal-Ordni ta’ San Duminku. Intenzjoni speċjali għal-Litanija tal-Arloġġ Li Alla jagħti d-dawl u l-forza lill-Museumini kollha, Soċji, Kandidati u Magħżulin, biex jikxfu, jagħrfu u jiddisprezzaw l-inganni tax-xitan, taddinja u tan-natura umana.
Ħsieb tax-xahar Li Alla jħallas mhux il-virtù, iżda l-kawża tal-virtù; għalhekk wieħed jitbeżża’ serjament li ma jsibx ruħu barra, bħall-verġni boloh, għan-nuqqas ta’ intenzjoni retta. Unjoni Museumina 2 Il-kuraġġ fis-servizz ta’ Alla Epistola – 2 Kor 4, 7-18 Vanġelu – Lq 12, 1-12 Ktieb il-Kbir – Paġna 11 Programm Speċjali 10-16 Il-Ġimgħa Mqaddsa u l-Għid il-Kbir Qagħda 1 Salm 72 (71) 8 Is-Self (Lq 6, 29-38) (Qagħda nru. 90)
Paġna tal-Fundatur 4 Il-Pulptu ta’ Patri Franku – Pulptu Nru. 91 18 Il-Pulptu ta’ Patri Franku – Pulptu Nru. 92 25 Il-Pulptu ta’ Patri Franku – Pulptu Nru. 93 Regola 17 Is-Sħubija fis-Soċjetà, K19, K20 27 Is-Sħubija fis-Soċjetà, D14-D19
Kommemorazzjoni 28 Santa Ġanna Beretta Molla Taħdita 21 Il-Ferħ tal-Għid
Marzu – April 2017 ⁄Kalendarju Museumin
131
April 2017 1 Is-Sibt (S. Ugo ta’ Grenoble)
Qagħda Prekatorju 75 Kant: Sliem għalik
Ħniena
2
Irtir Unjoni Museumina u passiġġata
Omnipotenza
3 It-Tnejn (S. Rikardu ta’ Chichester)
Dommatika Studji Bibliċi Sentenzi Leħen il-Maħbub
Eternità
4 It-Tlieta S. Isidoru ta’ Sivilja
Dommatika Amoris Laetitia Paġna tal-Fundatur
Immensità
5
L-Erbgħa S. Vinċenz Ferrer
Laqgħa Ġenerali
Immutabiltà
6
Il-Ħamis (S. Ġuljana ta’ Cornillon)
Missjunarji Sempliċi (KM pp. 108-111) Kult ta’ Wiċċ Kristu
Sapjenza
7 Il-Ġimgħa (S. Ġwann Battista de La Salle) (Id-Duluri ta’ Marija S.ma)
Sehem fil-Purċissjoni tad-Duluri Kult lil Alla Tagħna fil-privat
Ġustizzja
8 Is-Sibt (S. Ġulja Billiart)
Qagħda Prekatorju 76 Kant: Sliem għalik
Ħniena
9
Parteċipazzjoni fiċĊelebrazzjoni Liturġika ta’ Ħadd il-Palm Passiġġata
Omnipotenza
Programm Speċjali Octoloca
Eternità
Il-Ħadd It-2 tal-Għid
Il-Ħadd Ħadd il-Palm Eżami fl-Eżerċizzju
10 It-Tnejn tal-Ġimgħa Mqaddsa
132 Kalendarju Museumin ⁄ Marzu – April 2017
11 It-Tlieta tal-Ġimgħa Mqaddsa
Programm Speċjali Octoloca
● Qamar Kwinta
12 L-Erbgħa tal-Ġimgħa Mqaddsa
Programm Speċjali Octoloca
Immutabiltà
13 ĦAMIS IX-XIRKA
Programm Speċjali
Sapjenza
14 IL-ĠIMGĦA L-KBIRA Sawm u Astinenza
Programm Speċjali
Ġustizzja
15 SIBT IL-GĦID
Parteċipazzjoni fil-Vġili tal-Għid
Ħniena
16 Il-Ħadd L-GĦID IL-KBIR
Programm Speċjali Passiġġata
Omnipotenza
17 It-Tnejn fl-Ottava tal-Għid (S. Kateri Tekakwitha)
Sawm għas-Soċji Vestis Kult lil Alla Tagħna Regola
Eternità
18 It-Tlieta fl-Ottava tal-Għid (S. Stiefnu Harding)
Morali Amoris Laetitia Paġna tal-Fundatur
Immensità
19 L-Erbgħa fl-Ottava tal-Għid (S. Emma ta’ Gurk)
Laqgħa Ġenerali
Immutabiltà
20 Il-Ħamis fl-Ottava tal-Għid (S. Anjeże ta’ Montepulciano)
Kateketika Liturġija Kult ta’ Wiċċ Kristu
Sapjenza
21 Il-Ġimgħa fl-Ottava tal- Għid S. Anselmu
Taħdita Spiritwalità Kult tal-Pjagi
Ġustizzja
22 Is-Sibt fl-Ottava tal-Għid (B. Gabriella Sagheddu)
Laqgħa kulturali għall-membri
Ħniena
23 Il-Ħadd It-2 tal-Għid
Quddiesa flimkien u passiġġata
Omnipotenza
Marzu – April 2017 ⁄Kalendarju Museumin
133
24 It-Tnejn S. Fidiel ta’ Sigmaringen
Dommatika Studji Bibliċi Sentenzi Epistolarju
Eternità
25 It-Tlieta S. Mark
Is-Sempliċità Stil Museumin (KM pp. 101-105) Paġna tal-Fundatur
Immensità
26 L-Erbgħa Il-Madonna tal-Parir it-Tajjeb
Laqgħa Ġenerali
Immutabiltà
27 Il-Ħamis (S. Zita)
Sawm għas-Soċji Vestis Kult lil Alla Tagħna Regola
Sapjenza
28 Il-Ġimgħa S. Gianna Beretta Molla
Kommemorazzjoni Spiritwalità Kult tal-Pjagi
Ġustizzja
29 Is-Sibt S. Katarina ta’ Siena
Eloquia; Arloġġ Korali (l-ewwel parti) Kant: Sliem għalik
Ħniena
30 Il-Ħadd It-3 tal-Għid
Arloġġ Korali (it-tieni parti) Passiġġata
Omnipotenza
134 Kalendarju Museumin ⁄ Marzu – April 2017
Għerf mid-Deżert
No olqu Argument
Kien hemm żewġ monaċi anzjani li kienu jgħixu fl-istess ċella. Dejjem għexu fil-paċi u qatt ma nqalgħu argumenti u ġlied bejniethom. Allura darba wieħed qal lill-ieħor: “Ejja għallinqas noħolqu argument biex ikollna xi ngħidu bejnietna bħall-irġiel l-oħra.” L-ieħor qallu: “Lanqas naf xi trid tagħmel biex tibda argument.” Tal-ewwel qal: “Ħa naqbad din il-ġebla u npoġġiha fin-nofs bejnietna. Imbagħad jien ngħid ‘Din tiegħi’ u inti wara tgħid ‘Le, dik tiegħi’ u nibqgħu sejrin hekk, għax fid-dinja hekk jibda l-ġlied u d-diżgwid.” U hekk għamlu. Poġġew ġebla bejniethom u l-ewwel monaku qal: “Naħseb li din il-ġebla tiegħi.” Qabeż l-ieħor u qallu: “Le, jien naħseb li din tiegħi.” L-ewwel wieħed reġa’ insista: “Le, dik mhux tiegħek, imma tiegħi.” U allura l-ieħor bl-iktar mod sempliċi qallu: “Tajjeb, mela, jekk hi tiegħek, aqbad u ħudha!” U hekk lanqas b’dan il-mod ma rnexxielhom jaqbdu argument u jiġġieldu bejniethom.
IS-SEMPLIĊITÀ Tirrifletti inti xejn li l-uniku oġġett ta’ qalbek għandu jkun Alla billi Alla ħalaq kollox għalih innifsu? Xejn la taħseb li int tista’ titbissem lil Alla u titgħaxxaq bih jekk qalbek hija marbuta anke ma’ ħaġa l-iktar żgħira ta’ din l-art. Ammen. Riflettorju, Nru. 32