Is-Sena tal-Fidi għalina l-katekisti ■ Il-Media: għodda f’idejn tajba ■ Minn idejn l-artist ■ Mil-Librerija tal-Katekist
Gwida
IS-56 EDIZZJONI | ĦARĠA #01 ■ JANNAR-FRAR 2013
għal min jgħallem
Studju
Emerġenza
Fidi
Paġna
10
Ispirazzjoni
B’qawwa ġdida
PAĠNA 6
Ċirku li jgħaqqadna u jqarribna lejn Kristu PAĠNA 2
Katekisti Kbar Il-Metodu ‘Dun Ġorġ’ PAĠNA 8
Editorjal
1 Is-Sena tal-Fidi għalina l-katekisti Fr Carl Mario Sultana Il-Mixja Liturġika
2 Ċirku li jgħaqqadna u jqarribna lejn Kristu Mariosa Micallef Riflessjoni
6 B’Qawwa Ġdida
Joseph Bonnici Alan Bonello Kurt Miceli
ħajr lil
Steven Mifsud li kkoreġa t-test, lis-Segretarjat għall-Katekeżi tal-Arċidjoċesi ta’ Malta għallkontribuzzjoni u l-għajnuna li dejjem joffri u lill-kontributuri li b’sagrifiċċji personali għamlu din il-ħarġa possibbli.
Karmenu Borg u Albert Mercieca Inklużjoni
18 Attention Deficit Hyper Activity Disorder Edward Wright Trekking
20 Mill-Kampanja Għawdxija
Fr René Camilleri
Michael Debono
Katekisti kbar
Il-Media fil-Katekeżi
8 Il-Metodu ‘Dun Ġorġ’ tim editorjali
Riżorsi
16 Mil-Librerija
Robert Aloisio Studju
10 Emerġenza Fidi
24 Għodda f’Idejn Tajba Stephen Deguara Storja
26 Meta d-dwal qalbu blu
Fr Andrew Galea ofm conv.
Joseph Bonnici
Minn Idejn l-Artist
Katekiżmu
12 Il-Magħmudija ta’ Kristu Tonio Caruana
28 Il-Mistoqsija Oħt il-Għerf Kevin Scicluna
produzzjoni
Disinn u Issettjar: Alan Bonello www.designedbyal.com Stampa: Stamperija Veritas
distribuzzjoni
Din ir-rivista tista’ tinxtara minn Librerija Preca, miċ-ċentri tal-M.U.S.E.U.M. fl-irħula kollha u mis-Segretarjat għall-Katekeżi.
abbonamenti
Sena - 6 ħarġiet (Bl-Idejn) €9.00 (Bil-Posta) €11.00
gwida@sdcmuseum.org
Gwida għal min jgħallem hija publikazzjoni tal-Kummissjoni għall-Formazzjoni tat-Tfal u l-Magħżulin tas-Soċjetà tadDuttrina Nisranija – M.U.S.E.U.M.
www.sdcmuseum.org
issa
b’dehra
ġdida
Editorjal
Fr Carl Mario Sultana
Is-Sena tal-Fidi għalina l-katekisti Jekk hemm grupp ta’ nies li għalih is-Sena tal-Fidi għandu jkollha tifsira speċjali, dan hu aħna l-katekisti. Dan għaliex il-ministeru li aħna msejħin għalih huwa t-twettiq talfidi ta’ dawk kollha li Alla jogħġbu jlaqqagħna magħhom matul il-mixja ta’ ħajjitna permezz tal-katekeżi. Fil-Motu Propju Porta Fidei tal-11 ta’ Ottubru 2011, li permezz tiegħu l-Papa Benedittu XVI ħabbar is-Sena tal-Fidi, il-Papa ta r-raġunijiet għaliex se tiġi ċċelebrata Sena ta’ Fidi. Huwa tana wkoll ftit ħsibijiet dwar lejn xiex għandha tmexxina s-Sena tal-Fidi. L-ewwel u qabel kollox, id-data talftuħ tas-Sena tal-Fidi hija waħda li għandha tifsira kbira. Id-data tal-11 ta’ Ottubru 2012 taħbat il-50 sena mill-ftuħ tal-Konċilju Vatikan II. Madankollu, it-tibdiliet li ġraw fid-dinja f’dawn l-aħħar 50 sena, ġabu tant bidliet kbar fil-ħajja talbniedem li għalkemm il-bniedem għandu madwaru ħafna aktar affarijiet minn qatt qabel, imma xorta jinsab f’deżert. Dan għaliex il-bniedem daħal fir-rutina li fiha jaħseb biss f’aspetti soċjali, kulturali u politiċi, filwaqt li Alla ma jinsab imkien fil-ħajja tal-bniedem. Wieħed mill-għanijiet tas-Sena tal-Fidi hu propju li l-bniedem jiskopri mill-ġdid
is-sbuħija tal-Kelma ta’ Alla f’ħajtu u jgħixha ħalli tkun tista’ tagħtih id-dawl u toħorġu mid-deżert li jinsab fih. Hawnhekk, aħna l-katekisti għandna responsabbiltà kbira għaliex aħna dawk li għandna sejħa speċifika u speċjali biex inwasslu din il-Kelma ta’ Alla lill-oħrajn fil-katekeżi li nagħmlu ma’ kategoriji differenti tal-poplu, minn tfal sa adulti. Huwa permezz tagħna li Alla jrid idawwal lill-bniedem tal-lum. Il-Papa Benedittu XVI ikompli jgħidilna li hija: “L-imħabba ta’ Kristu [li] ġġegħilna nagħmlu dan” (2 Kor 5, 14). Is-Sena tal-Fidi hija sejħa li Alla qiegħed jagħmel lil kull nisrani u nisranija biex immorru u nxandru, imħeġġin millimħabba ta’ Kristu. Jekk kull nisrani huwa msejjaħ biex jagħmel dan, kemm aktar il-katekist għandu jkun responsabbli ta’ din il-missjoni afdata lilu jew lilha mill-imħabba ta’ Alla! Jekk jiena għandi s-sejħa ta’ katekist, “Ħażin għalija jekk ma nxandarx l-Evanġelju” (1 Kor 9, 16b). Imma dan il-fatt ma għandux ibeżżagħna. Ejja nerġgħu nġeddu
l-impenn tagħna llum. Bħala katekisti ejjew inkunu minn tal-ewwel li nqanqlu l-fidi fl-oħrajn; ejjew inkunu aħna li ngħinu lill-oħrajn jiskopru mill-ġdid is-sbuħija tal-fidi tagħhom, tant li jibdew jerġgħu jgħixuha mill-ġdid. Biex nagħmlu dan, m’hemmx għalfejn li nagħmlu affarijiet kbar, jew inkella ta’ barra minn hawn. Biżżejjed li naqdu bisserjetà dmirijietna bħala katekisti. Dan ifisser li nippreparaw ruħna sewwa għal-laqgħat tal-katekeżi, u fil-mument fejn ikun qed isir il-proċess tal-katekeżi ma naqgħux fit-tentazzjoni li nintilfu f’affarijiet sekondarji imma nippruvaw immorru għal dak li hu essenzjali. Importanti wkoll li nsibu ħin tajjeb biex nagħmlu ftit evalwazzjoni ta’ kif inkunu morna fil-laqgħa, ħalli b’hekk inkunu nistgħu nipprogrammaw aħjar għal darba oħra. Huwa b’dawn l-affarijet li s-Sena tal-Fidi ma tkunx biss xi ħaġa li hija ’l barra minna, imma tkun xi ħaġa li tolqotna fil-laħam il-ħaj: billi l-ewwel u qabel kollox tgħinna niskopru mill-ġdid il-fidi tagħna, u wara li nkunu għamilna dan inkunu nistgħu inwettqu lill-oħrajn ukoll fil-fidi.
Il-Mixja Liturġika
Ċirku li jgħaqqadna u jqarribna lejn Kristu Mariosa Micallef
Is-Sena Liturġika u l-mixja tal-poplu ta’ Alla 2
Bl-istess mod kif il-kalendarju ta’ kuljum fih l-istaġuni, ix-xhur, il-vaganzi, il-festi u l-ġranet ‘normali’, hekk ukoll il-Kalendarju Liturġiku fih tqassim simili. Is-Sena Liturġika mqassma fi staġuni: l-Avvent, il-Milied, ir-Randan, it-Tridu tal-Għid, l-Għid u Żmien ta’ Matul is-Sena.
G
ħalkemm is-snin juruna li ż-żmien għaddej, is-Sena Liturġika mhix biex tfakkarna f’dak li għadda iżda matulha l-Knisja tiċċelebra “l-misteru kollu ta’ Kristu, mill-inkarnazzjoni u t-twelid sattlugħ fis-sema, sa Għid il-Ħamsin, sa ma sseħħ it-tama mqaddsa u l-miġja tal-Mulej.”1 Għalhekk il-Kalendarju Liturġiku huwa mezz kif aħna, magħquda lkoll f’dan iċ-ċirku bħala komunità, nistgħu nidħlu aktar filfond tal-misteru tal-Għid. “Il-Liturġija hi l-qofol li għalih trid tasal kull ħidma tal-Knisja, u fl-istess ħin hi l-għajn li minnha tiġi l-qawwa kollha tagħha. Hi għalhekk il-post privileġġjat fejn issir il-katekeżi talPoplu ta’ Alla. Il-katekeżi għandha rabta sħiħa u intima mal-ħidma liturġika.”2 Għaldaqstant iċ-ċiklu tas-Sena Liturġika joffri qafas fejn in-nisrani jista’ jkompli l-mixja ta’ fidi tiegħu u hu mezz ta’ kif se jimmatura din il-fidi. It-talb, il-quddiesa, issagramenti, il-festi u oħrajn huma dawk li jiffurmaw il-liturġija. Tradizzjoni li ġejja minn żmien ilu, hija li dakinhar tal-Epifanija, il-
Knisja b’mod solenni tipproklama d-dati tal-festi ewlenin tas-sena. Dawn huma dati ta’ ġranet li lilna se jkomplu jgħinuna biex ġimgħa wara ġimgħa l-ħajja tagħna ssir aktar sħiħa f’dak li nemmnu. Is-Sena Liturġika għalhekk tipprovdi lill-katekisti bi programm ta’ kif se jistiednu oħrajn fil-fond tal-misteru tal-Għid. Il-formazzjoni ssir meta wieħed isir aktar familjari mat-talb, riti, qari tal-Iskrittura, simboli u festi. Il-festi tal-qaddisin jagħtuna l-opportunità biex naraw il-fidi ta’ dawn in-nies, u b’hekk inkunu nistgħu nsaħħu l-fidi tagħna u tal-oħrajn fdati f’idejna għallformazzjoni nisranija. Għalkemm is-sena qisha tirrepeti ruħha waħda wara oħra, is-Sena Liturġika qatt ma għandha tkun waħda bħall-oħra. Kull sena trid twassalna biex nersqu aktar qrib ta’ Ġesù, trid twassalna aktar fil-fond talmisteru tal-Għid. Jekk aħna ħallejna lil Alla jaħdem fina matul din is-sena ma nistgħux nibdew Sena Liturġika oħra bl-istess mod kif dħalna s-sena ta’ qabel ... għax aħna nbdilna. Irridu mhux biss nidħlu aħna f’din ir-relazzjoni intima ma’ Ġesù iżda
3
Il-Liturġija hi l-qofol li għalih trid tasal kull ħidma tal-Knisja Katekiżmu tal-Knisja kattolika 1074
Il-Mixja Liturġika
rridu nsibu mod kif anke dawk li qed jiġu għal-laqgħat ta’ formazzjoni jiltaqgħu huma wkoll miegħu. Ilkalendarju liturġiku jimxi fuq ċiklu ta’ tliet snin. F’sena A niltaqgħu ma’ Ġesù fl-evanġelju skont San Mattew, f’sena B, skont San Mark u f’sena Ċ, skont San Luqa.
s-Sena Liturġika, u l-programmi kateketiċi ftit li xejn jinkludu ċelebrazzjonijiet liturġiċi.3 Għalhekk huwa d-dmir tagħna l-katekisti li negħlbu din id-diffikultà u naraw kif indaħħlu t-tagħlim li nirċievu mis-Sena Liturġika fil-laqgħat u ċ-ċelebrazzjonijiet tagħna.
Ħasra li din l-għaqda bejn il-katekeżi u l-liturġija mhux dejjem nuruha biċ-ċar fil-laqgħat tagħna. Din filfatt kienet ukoll preokkupazzjoni li ntweriet fid-Direttorju Ġenerali tal-Katekeżi meta jgħid li l-għaqda bejn il-liturġija u l-katekeżi hija fjakka, minħabba li ma tingħatax attenzjoni lis-simboli liturġiċi, ma jitfissrux ir-riti, il-korsijiet ta’ formazzjoni tal-katekisti jħallu barra
Matul din is-sena nippruvaw nippjanaw li nsemmu l-festi ewlenin, u nitkellmu aktar dwar il-qaddisin li l-festa tagħhom tkun matul dik il-ġimgħa tal-laqgħat tagħna. Fil-kamra fejn isiru l-laqgħat tajjeb li jkollna rokna jew post li jista’ jiżżejjen bi drapp skont il-kulur liturġiku li nkunu fih, nistgħu wkoll nagħmlu poster tal-kalendarju liturġiku. F’dan il-post nistgħu
4
npoġġu wkoll santi tal-qaddisin li nkunu qed infakkru, kif ukoll simboli taż-żmien li nkunu għaddejjin minnu jew li nkunu qed nitkellmu dwaru fil-laqgħat tagħna. Hawn ħafna riżorsi minn fejn nistgħu nieħdu ideat, kemm kotba kif ukoll mill-internet. Ma ninsewx ukoll li dejjem nistgħu naqsmu flimkien dak li nkunu għamilna aħna u li rajna li ntlaqa’ tajjeb. Għalkemm tajjeb li nużaw issimboli bħad-drapp bil-kulur liturġiku, il-girlanda tal-avvent, nitolbu t-triq tas-salib fir-Randan u oħrajn, dan mhux biżżejjed. Irridu naraw kif inwasslu lil dawk li qed nikkatekizzaw biex jifhmu dejjem aktar il-misteru tal-Għid permezz
Ċirku li jgħaqqadna u jqarribna lejn Kristu
ta’ dawn is-simboli, talb u viżwali. Għalhekk importanti li nippjanaw sew dan il-ħin u naddattawh skont l-etajiet ta’ tfal, żgħażagħ jew adulti li nkunu qed nitkellmu magħhom. Irridu ngħinuhom biex jgħixu u jiċċelebraw il-misteru tal-Għid matul is-sena kollha. Jista’ jkun li biex jirnexxilna nagħmlu dan ikollna nħallu xi partijiet mill-programm tas-sena barra. Hawn jidħol il-bżonn ta’ pjanar tajjeb u f’ħinu. Irridu nsiru nafu sew il-programm li qed inwasslu. Il-programm u l-kotba għandhom ikunu riżorsi utli għalina imma ma jfissirx li għandna nkunu skjavi ta’ kulma hemm fihom. Wara kollox nindunaw li bi ħsieb u pjanar tajjeb
nistgħu wkoll insibu kif ninkludu partijiet mill-programm fis-Sena Liturġika; forsi wkoll ma nimxux pass pass mal-programm, imma fl-aħħar mill-aħħar ir-riżultat ikun ta’ aktar sodisfazzjon u jilħaq il-mira tiegħu. Nafu li aħna aktar nitgħallmu u nifhmu meta nkunu nvoluti f’dak li qed nagħmlu, meta nieħdu sehem attiv. Għalhekk tajjeb li nsibu xi attivitajiet jew ċelebrazzjonijiet biex jgħinuna nwasslu l-messaġġ b’mod aktar ċar. Nippruvaw ukoll inħallu ftit ħin biex flimkien, kull ġimgħa nippreparaw il-qari tal-Ħadd, speċjalment l-evanġelju u naraw kif nistgħu napplikawh għall-ħajja ta’ dawk li qed ngħallmu ... ngħinuhom jistaqsu dwar dak li semgħu,
jimmaġinaw li kienu preżenti filġrajja li tkun inqrat, x’ħassew u x’raw. Niftakru li “Jum il-Mulej [...] hu s-sies u l-qalba tas-Sena Liturġika.”4 Dan il-ħin nistgħu nużawh ukoll biex ftit ftit nispjegaw il-ġesti u s-simboli li jintużaw fil-quddiesa.
REFERENZI: 1 Direttorju dwar id-Devozzjonijiet Popolari u l-Liturġija, 94 2 Katekiżmu tal-Knisja Kattolika, 1074 3 Direttorju Ġenerali tal-Katekeżi, 30 4 Direttorju dwar id-Devozzjonijiet Popolari u l-Liturġija, 95
Ċelebrazzjoni għat-2 ta’ Frar
Festa tal-Kandlora
Nippreparaw xemgħat għal kulħadd u nagħlqu l-laqgħa l-aktar qrib ta’ din il-festa, b’ċelebrazzjoni fejn infakkru meta Marija u Ġużeppi jippreżentaw lil Ġesù fit-tempju. Xmun u Anna jagħrfuh bħala l-Messija: “dawl biex idawwal il-ġnus u glorja tal-poplu tiegħek, Iżrael.” Din hija festa tad-dawl, Ġesù huwa d-dawl tagħna. Jista’ jsir xi kant addattat fil-bidu u fl-aħħar, tinqara jew tiġi addattata s-silta mill-Evanġelju ta’ San Luqa (2, 22-40), isir xi talb bit-tema ta’ Ġesù d-dawl tagħna u nirrispondu għal kull talba: “Il-Mulej id-dawl u s-salvazzjoni tiegħi; minn min għandi nibża’?” Ix-xemgħa tittieħed iddar biex tfakkarna li Ġesù huwa d-dawl u s-salvazzjoni tagħna u li aħna rridu nwasslu dan id-dawl lil ħaddieħor. Nibdew minn issa nippjanaw ċelebrazzjonijiet li nistgħu nagħmlu matul ir-Randan; importanti ħafna li nispjegaw is-simboli u riti li jintużaw f’dan iż-żmien inkella nitilfu l-messaġġ li jridu jwasslulna dawn iċ-ċelebrazzjonijiet li huma mimlija b’sinifikat qawwi.
5
Riflessjoni
Fr René Camilleri
B’Qawwa
Meta nitkellmu fuq katekeżi, qegħdin nitkellmu proprju fuq dak li rċevejna u fuq il-proċess kif aħna rridu ngħadduh lill-ġenerazzjonijiet li telgħin illum. Il-kriżi li llum qed taħkimna u qed iġġegħilna nieqfu u nirriflettu bis-serjetà, ġejja mill-fatt li għandna diffikultajiet mhux żgħar l-ewwel kif se ngħożżu u mbagħad kif se nikkomunikaw dak li aħna rċevejna u li nħaddnu bħala twemmin.
ĠDIDA
Il-Kristjaneżmu twieled u żviluppa għax l-ewwel dixxipli ta’ Ġesù kellhom x’jirrakkuntaw u x’jiċċelebraw. Kieku ma kinux huma, kollox kien imut malmewt ta’ Ġesù. Tul l-istorja tiegħu imbagħad, il-Kristjaneżmu baqa’ ħaj għax kien hemm dejjem dixxipli li dak li rċevew għaddewh lil ta’ warajhom bħala fidi ħajja.
B’katekeżi ma nifhmux biss tagħlim tad-duttrina. Il-katekeżi tinvolvi l-proċess sħiħ kif jitwieldu dixxipli ġodda ta’ Ġesù u dan ifisser li l-katekeżi hija aspett mill-iżjed importanti f’kull komunità nisranija li trid tibqa’ ħajja. Jekk komunità ma tikkomunikax fidi ħajja li għandha l-qawwa li tbiddel il-ħajja tan-nies, allura dik il-komunità m’għandhiex ħajja twila. Għalhekk illum il-Knisja qed tirrifletti bis-serjetà fuq l-evanġelizzazzjoni l-ġdida u trid taħseb mill-ġdid modi differenti ta’ kif tikkatekizza. Hawnhekk għandna żewġ sfidi kbar, speċjalment jekk nitkellmu mill-katekeżi tat-tfal. L-ewwel sfida hija l-bidla fil-mentalità li l-Knisja llum teħtieġ. Sal-lum aħna mxejna tajjeb u kampajna b’mudell ta’ katekeżi li tista’ tgħid imur lura sal-Konċilju ta’ Trentu fis-seklu 16.
Ġenerazzjoni li m’għandhiex tradizzjoni ħajja x’tgħaddi lil ta’ warajha hi mejta. Mhux biżżejjed li nirrakkuntaw l-istejjer ta’ Ġesù li miet u qam mill-mewt u tal-Appostli li għax emmnu fih għamlu l-għeġubijiet. Kull żmien jeħtieġ ix-xhieda ħajja tiegħu. U dan jgħodd ukoll għal żmienna. Illum ħajjitna hi magħġuna minn ħafna teknoloġija, minn xjenza u minn skoperti li biddlu mill-qiegħ il-bixra ta’ kif ngħixu. Dan insejħulu progress, u ħajjitna ma nimmaġinawhiex mod ieħor. Imma fl-istess ħin irridu nammettu wkoll li l-ħajja ma bdietx ma’ dan il-progress li qed ingawdu minnu llum.
Skont dan il-mudell, aħna dejjem għallimna d-duttrina jew il-katekiżmu lit-tfal li twieldu u qed jitrabbew f’kultura nisranija. Illum però qegħdin ngħixu f’kultura fejn ma nistgħux iktar nissoponu li kulħadd huwa nisrani u li kulħadd qed jitrabba f’ambjent ta’ fidi protettiv kif kien qabel. Pajjiżi ġirien tagħna llum għandhom persentaġġi għolja ta’ tfal li lanqas biss huma mgħammdin.
Ħajjitna hi magħġuna wkoll, forsi bla ma nintebħu biżżejjed, minn tradizzjoni ħajja ta’ twemmin u valuri li jagħtuna identità bħala poplu li għandu valuri li jħaddan u fidi li ssostnih. Din it-tradizzjoni aħna rċevejnieha minn ta’ qabilna wara li anke huma kienu rċevewha minn ta’ qabilhom. Din hi l-katina tat-tradizzjoni li ma tista’ qatt tinqata’ jew titkisser.
Malta għadha ma waslitx s’hawnhekk. Imma dan ma jfissirx li aħna għandna sitwazzjoni fejn nistgħu nibqgħu inserrħu rasna li t-tfal li jiġu għall-katekeżi għandhom diġà l-pedament fuq xiex jaħdem il-proċess innifsu ta’ katekeżi. Anke aħna għandna l-isfida li qabel ngħallmu t-tagħlim, niskopru hemmx pedament fuq xiex nibnu.
6
“il-komunità nisranija jeħtieġ terġa’ tpoġġi l-katekeżi fil-qalba tal-ħajja tagħha”
U dan iwassal għat-tieni sfida li hi dik edukattiva. L-isfida l-kbira hawnhekk mhijiex tant li nippreparaw għas-sagramenti, kif qed nagħmlu bit-tfal li jiġu għall-ewwel tqarbina u għall-griżma u bl-għarajjes li jiġu għall-kors qabel jiżżewġu. L-isfida hija waħda ta’ edukazzjoni fil-fidi u għall-ħajja u allura ta’ formazzjoni nisranija. Din hija l-isfida l-kbira li llum il-Knisja tirrifletti fuqha kull meta titkellem fuq evanġelizzazzjoni ġdida. Hawnhekk tidħol ir-responsabbiltà enormi talkomunità nisranija inġenerali u inpartikulari ta’ dawk li huma katekisti. Jista’ jkollok għalliema tal-katekiżmu li qed jgħallmu imma li mhux bilfors qed ikunu katekisti. Fi żmien ta’ bidliet kbar fejn in-nuqqas ta’ fidi hu fenomenu mferrex u fejn l-ambjenti li ngħixu fihom u l-valuri l-iktar promossi mhumiex iktar ispirati mill-Vanġelu ta’ Ġesù, il-katekist irid ikun kapaċi jindirizza u jkellem lill-qalb ta’ min qed jisimgħu. Fid-dawl ta’ dan, il-komunità nisranija jeħtieġ terġa’ tpoġġi l-katekeżi fil-qalba tal-ħajja tagħha. Komunità ħajja twelled katekisti li dak li rċevew iħossuhom fl-obbligu li jittrasmettuh. Komunità ħajja tpoġġi l-katekeżi fiċ-ċentru tal-proċess edukattiv u torbot b’mod intimu l-katekeżi ma’ dak li tiċċelebra filliturġija. Għaliex fidi li mhix iċċelebrata fil-liturġija hija fidi mejta li ma tistax tgħaddi minn ġenerazzjoni għall-oħra. Waħda mill-iktar immaġini ħajja tal-proċess kateketiku li nsibu fil-Vanġelu hija bla dubju r-rakkont tad-dixxipli ta’ Għemmaws li jagħtina San Luqa. Hu proċess li jintiseġ mat-tħassib taż-żewġ dixxipli, għandu bħala protagonist lil Ġesù l-katekist il-kbir, hu mibni fuq ilKelma t’Alla, u finalment iwassal għall-adorazzjoni jew għall-għarfien ta’ Ġesù preżenti fil-qsim tal-ħobż. Il-Knisja llum, lil hinn mill-mudelli ta’ katekeżi li wżat tul is-sekli, jeħtieġ tmur lura għall-qalba ta’ katekeżi vera, tirkupra l-qawwa li hemm fil-Kelma u tħalliha tmiss lill-bniedem hu fejn hu u hu min hu.
7
Katekisti Kbar
Robert Aloisio
Il-Metodu
‘Dun ĠorĠ’ Inkomplu l-ħarsa tagħna lejn edukaturi kbar fl-istorja tal-pedagoġija, b’wieħed mill-akbar għalliema tal-poplu tagħna – Dun Ġorġ Preca. Kif kiteb il-Professur Ronald Sultana,1 “il-pedagoġija (ta’ Dun Ġorġ) qatt ma ġiet artikulata, studjata jew mistħarrġa sistematikament, iżda ħadet il-forma ta’ dik il-kelma ta’ ġid li tiġbor fih dik il-ħila rikonoxxuta tas-soċji tal-Mużew li jikkomunikaw b’mod effettiv man-nies komuni.”
REFERENZI: 1 Professur tas-Soċjoloġija Edukazzjonali u l-Edukazzjoni Komparattiva flUniversità ta’ Malta, fejn imexxi ċ-Ċentru Ewro-Mediterrannju għar-Riċerka Edukattiva (EMCER) u membru tad-Dipartiment talIstudji Edukazzjonali fil-Fakultà talEdukazzjoni. Bejn l-1974 u l-1982 huwa kien soċju tal-MUSEUM fil-Qasam tanNaxxar, “u għaldaqstant ma nistax ma nkunx influwenzat mill-esperjenzi tiegħi ta’ apprentistat informali ma’ dawk li kienu ġeneralment meqjusin fost l-aħjar esponenti tal-pedagoġija ta’ Preca.” 2
Teżor Missirijietna, 831
3
Pietru Pawl Saydon,
4
“Is-seħer li kellu dan il-qassis fuq il-kotra kien ġej mill-ħila li kellu li jitkellem bl-ilsien tal-bniedem sempliċi. Dik hi ħila speċjali.” (Oliver Friggieri, Fjuri li ma jinxfux – Tifkiriet 1955-1990, Taqsima 5, “Dun Ġorġ ta’ Malta”, p.222, Klabb Kotba Maltin, 2008)
5
“Kien juża kliem mexxej li jista’ jifhem il-poplu. Kliem tekniku jew Latin kien iwarrbu.” (Paul Calleja)
6
“Konna nibqgħu mqabbdin ma’ kull kelma li jgħid - għax il-lingwaġġ tiegħu kien jifhmu kulħadd - kull tifel. Illum lil Dun Ġorġ insibuh differenti, bi kliem li ma tantx għadu jintuża.” (Nicholas Balzan - Assistent Superjur Ġenerali tal-MUSEUM, minn Ħaż-Żebbuġ - Minn korrispondenza elettronika mal-awtur, 16 ta’ Lulju 2011)
Dun Ġorġ ġabar il-ħila ta’ għalliem fi tliet kwalitajiet: “Jgħallem tajjeb min isaħħaħ bl-eżempju, jirrepeti u jistaqsi.”2 Dun Ġorġ qatt ma tratta l-pedagoġija b’mod sistematiku jew ħareġ b’xi teorija tal-edukazzjoni, iżda fih kien hemm l-istess attitudnijiet u l-istess pedagoġija li bdew isiru popolari ħamsin sena wara f’edukaturi kbar bħall-Brażiljan Paulo Freire u t-Taljan Don Lorenzo Milani.
Kliem sempliċi, bil-Malti, u li jinftiehem malajr: “(Dun Ġorġ) kien jipprietka għallpoplu ta’ tagħlim żgħir, u għalhekk kien jipprietka biex il-poplu jifhem u kif il-poplu jifhem. Ma kienx iħabbat rasu bix-xejxi tal-kliem; l-aqwa li l-poplu jifhem, u għalhekk lanqas ma kien jintilef fil-għoli talgħerf tat-teoloġija fejn il-poplu ma jistax jasal... Il-prietki ta’ Dun Ġorġ ma kinux prietki tal-kotba, imma prietki ħirġin mill-qalb, frott talpersważjoni qawwija ta’ dak li jkun qiegħed jgħid.” 3 M’humiex ftit dawk il-Maltin li jistqarru “Tal-Mużew inħobb nismagħhom wisq!” jew “Tal-Mużew jitkellmu b’mod li jifhimhom kulħadd.” Din il-karatteristika “tal-
8
mużew” ġejja mill-ħila speċjali li kellu Dun Ġorġ li jekk quddiemu jkollu “t-tifel tas-sagristan u t-tifel tal-avukat” jifhmuh it-tnejn.4 Kien juża kliem u espressjonijiet li dak iż-żmien seta’ jifhimhom kulħadd,5 illum forsi xi ftit inqas.6 Prof Joe Friggieri kiteb hekk, meta kien għad kellu sbatax –il sena: “Niftakar l-ewwel darba li ltqajt ma’ Dun Ġorġ kien fil-Kappella l-qadima tal-Qasam tagħna Ħal-Lija ħabta ta’ disa’ jew għaxar snin ilu... Milli qalilna fhimt kollox u nista’ ngħid illi kieku fuq l-artal kien hemm tifel daqsi ma kontx nifhmu iktar milli fhimt lil Dun Ġorġ.” 7 L-istil ta’ Dun Ġorġ kien differenti minn ta’ ħafna qassisin oħra ta’ żmienu. Ma kienx tajjeb għall-paniġierki.
REFERENZI: 7 Esej li kien rebaħ l-ewwel Premju f’kompetizzjoni mnidija mis-Soċjetà għall-Kandidati; deher fil-Kalendarju Museumin 1963, p. 232
Ma kienx oratur fis-sens klassiku talkelma. Il-prietki tiegħu kien isejħilhom “lezzjonijiet” u kienu jdejquh dawk li kienu jipprietkaw biex juru kemm jafu. Ngħidu aħna, xi seminaristi mhux millewwel kienu japprezzaw lil Dun Ġorġ “billi hu ma kienx iżomm mas-suġġett u lanqas ma kien jitkellem bi kliem għoli u skont il-livell mixtieq minnhom.”8 Hu ried biss jgħallem. U dan kien jagħmlu b’tali mod li kulħadd seta’ jifhmu. Kien ħafif u prattiku. Lanqas ma kien jiddejjaq juża kliem mhux daqstant “talpuliti”. Fi kliem Alexander Bonnici, “Dun Ġorġ ġieli uża kliem li ħafna li kienu jqisu ruħhom puliti u edukati jitmeżmżu milli jużawh, u jitqarrsu meta jisimgħuh fuq fomm ħaddieħor. Hu kien jitkellem b’mod ċar ħafna ma’ kulħadd skont iċ-ċirkustanzi li jkun fihom, u hekk ried li jkun il-metodu tasSoċjetà li hu waqqaf.” Ngħidu aħna, f’waħda mill-istejjer li kien iħobb jirrakkonta fuq meniġer Malti li kien jgħid lil ta’ taħtu li lilu ħadd ma jikkmandah “lanqas Alla”, fattiga jwieġbu: “Intant qallut jikkmandak, għax malli jtektiklek tbaxxi rasek u tobdih...”9 Lil xi soċju li Dun Ġorġ kien jistaqsih xi ħaġa fil-laqgħa ġenerali u ma kienx iwieġeb tajjeb, erħilu jgħidlu b’ton ċajtier, “Int ħaqqek daqqa ta’ pulmun ta’ baqra jinten!” Huwa kien jaħseb qabel jitkellem imma fl-istess ħin
kien jitkellem kif iħoss, b’naturalezza kbira, xi ħaġa li għamlitu maħbub minn ħafna.10 Is-superfiċjalità ma kienx jaf fejn toqgħod. Kien bniedem ġenwin, awtentiku, u kien jinħass li kien hekk.11 Fuq “l-istil tas-Soċjetà” Dun Ġorġ innifsu, jgħid hekk: “(L-istil tas-Soċjetà huwa) li tesponi t-tagħlim b’manjiera ċara, bi kliem sempliċi li jifhmu kulħadd mill-preżenti...” 12 “Min jgħallem it-tfal, l-ewwel jesponi s-suġġett u jitkellem huwa waħdu fuqu bi kliem ftit u bi kliem ħafif li jinftiehem, u bil-pawsa…Jekk ikollu juża b’xi terminu jew kelma tqila, m’għandux jgħaddi ’l quddiem qabel ma jkun fissirha.” 13 Dun Ġorġ kien iħarreġ lis-soċji biex jitgħallmu kif jitkellmu mal-poplu. Bħalu, huma tgħallmu jużaw stil sempliċi u kelmiet li jidħlu fil-qalb ta’ kulħadd. Darba Saydon kien qal, “Jiena jiskantawni daw’ tal-Mużew! Bla ma għamlu studji kbar kapaċi jitkellmu quddiem in-nies, u jiena, bl-istudji kollha tiegħi, m’iniex kapaċi nitkellem bħalhom.”14 “Lezzjoni fis-sajda tas-Superjur Ġeġè li baqgħet tissemma kienet dik li għamel fis-sajf għall-beraħ f’Wied il-Għajn... It-taħdita bdiet
9
8
Ġorġ Borg (2005). p.17
9
Kien anki jgħid “Ara daqsxejn. Ir-Reġina tikkmanda l-Ingilterra, imbagħad qallut jikkmandaha.”
10 “Dun Ġorġ kellu l-ħila mitwielda – li tfakkrek fil-poeti – li jiġbor qagħda sħiħa ta’ ftit kliem u ma jsibhiex bi kbira biex ilissen dal-kliem bla biża’ u bla wisq tmellis. Meta kien iħoss li jekk jiftaħ qalbu jew ilissen bil-fomm dak li jkun ħaseb b’moħħu jew ħass f’qalbu, ma kienx joqgħod lura, u jlissnu minnufih. Din hija ħaġa li togħġbu ħafna lill-poplu.” (Frans Sammut, ) 11 Natalino Camilleri “In-nies qatt ma ħares lejhom bħala oġġett, bħala mezz biex jilħaq l-iskop tiegħu...dan qed jitratta miegħi mhux għax irid xi ħaġa minni, mhux għax għandu xi skop ta’ nteress għalih imma għax verament irid il-ġid tiegħi.” 12 Dun Ġorġ, Tieni Kostituzzjonijiet 13 Gwida għal min jgħallem it-tfal, p. 7 14 Pietru Pawl Saydon 15 Ġorġ Borg, Ewġenju Borg
tinstema’ sewwa minn kullimkien permezz tal-loud speakers u fost dawk li kienu jisimgħu... kien hemm diversi intellettwali bħal tobba u avukati li kienu villeġġjatura hemmhekk. IsSuperjur Ġenerali tant ċaqlaqhom fil-fidi lil dawn it-talin... li wara l-lezzjoni tiegħu marru jqerru...”15 Meta waqt xi “Sajda” kien jisma’ soċju juża kliem li ma jinftiehemx, Dun Ġorġ kien iwissih għall-ġid tiegħu, bħal meta soċju uża ħafna l-kelma “ambjent” u skont Dun Ġorġ ftit mis-semmiegħa kienu fehmuha. U minkejja l-ħbiberija tiegħu ma’ Saydon, li kien purista tal-lingwa Maltija, Dun Ġorġ ma kienx favur li flok “Spirtu s-Santu” ngħidu “Ruħ il-Qodos” għax din ma tinftiehemx min-nies.
Studju
Fr Andrew Galea ofm conv.
Emerġenza
Fidi I
ssa dħalna sew f’dik li hi s-Sena tal-Fidi. Sena li ġiet ippreċeduta mis-Sinodu tal-Isqfijiet dwar it-trasmissjoni tal-Fidi. Dan is-sinodu ġie iċċelebrat bejn is- 7 u t- 28 t’Ottubru tas-sena l-oħra f’Ruma u kien iġib l-isem: “L-Evanġelizzazzjoni Ġdida għattixrid tal-Fidi Nisranija”. Fost il-262 isqof li ħadu sehem, kien hemm ukoll l-Isqof ta’ Għawdex, Mario Grech li kien qiegħed jirrappreżenta l-Konferenza Episkopali Maltija. Dak li ser nagħmlu f’dawn l-artikli huwa li ser naraw ftit x’wassal li tiġi mnedija din is-sena tal-Fidi u x’inhuma l-problemi attwali li wasslu lill-Papa Benedittu XVI sabiex jieħu azzjoni u jniedi din is-sena. Allura serjin nagħtu ħarsa lejn l-Ewropa u kif din qed tgħix il-fidi tagħha. Sejrin ukoll naraw dak li l-Knisja, kemm dik Ewropeja in ġenerali, kif ukoll dik li tinsab f’ Malta qiegħda tipproponi bħala soluzzjonijiet għal
dik li qed tiġi definita bħala Krizi ta’ Fidi. Il-Knisja f’Malta hija Knisja li tirrifletti, pero’ donnu kultant issoluzjonijiet li l-Knisja Maltija tkun qed tipproponi ma jaslux dejjem f’idejna. Jista’ jkun li għad għandna ċerta biża’ naqbdu f’idejna dak li l-Knisja tkun trid tgħidilna permezz tad-dokumenti tagħha. Jista’ jkun ukoll li m’għandniex ħin biex naħsbu u nirriflettu għax għandna wisq x’nagħmlu. Ir-raġunijiet jistgħu jkunu ħafna. Hu x’inhu, din hija opportunita’ biex nirriflettu u niddixxernu liema huma l-aħjar toroq li aħna bħala Knisja, bħala poplu ta’ Alla, imsejħa naqbdu u nterrqu. Mela mingħajr ma noqogħdu nintilfu fid-diskors ejja mmorru u nagħmlu naqra djanjosi ta’ dak illi qed tgħix l-Ewropa, f’dak li għandu x’jaqsam mal-fidi. Biex nagħmlu dan ser naraw ftit x’jgħidulna xi
10
dokumenti tal-Knisja, bħal ngħidu aħna Novo Millennio Ineunte (NMI) u Ecclesia in Europa, (EE) u xi dokumenti maħruġa mil-laqgħat tal-Isqfijiet Ewropej dwar il-Katekeżi li jsiru kull sentejn f’xi pajjiż Ewropew. M’hemmx għalfejn inkunu esperti tar-riċerka, m’hemmx għalfejn l-anqas inkunu xi soċjoloġi bravi. Għalina xi ħadd ġa għamel l-istudju u qed jippreżentalna r-riżultati. Aħna issa msejħa nirriflettu fuqhom. IL-KUNTEST ATTWALI Il-kelma “kriżi” donnha hija l-aħjar kelma biex niddeskrivu dak li għaddejja minnu l-Ewropa f’dak illi għandu x’jaqsam mat-trasmissjoni tal-fidi fil-kontinent tagħna. Sfortunatament din il-kelma hija użata fuq li użata, u allura kultant abbużata. Illum donnu kollox kriżi u għal kull ħaġa ta’ xejn ngħidu li xi ħadd qiegħed fi kriżi, li s-soċjetà qiegħda fi kriżi, l-istituzzjonijiet, il-
partiti politiċi, l-awtorità u ma’ dawn inżidu ukoll il-Knisja. Ir-riskju hu li ħafna drabi nużaw din il-kelma mingħajr ma noqogħdu nirriflettu xi tfisser eżatt. Jiġrilna wkoll li naħsbu li l-kriżi hija dejjem ħażina u allura arana nilmentaw li kollox sejjer ħażin. Ma nindunawx li l-kriżi għandha wkoll il-benefiċċji tagħha. Mhux dejjem nindunaw li huwa “sewwa u xieraq” illi dak li dejjem għamilna, li dejjem ħsibna li hu ġust u tajjeb jidħol fi kriżi. Spiss insibu ruħna nirraġunaw “għax dejjem hekk għamilna” u ninsew li dak li “dejjem hekk għamilna” kellu bidu fi żmien, kien qed iwieġeb għal sitwazzjonijiet partikulari, fi żmien partikulari”. Illum kapaċi jissarraf f’ħela ta’ enerġiji u riżorsi, li ma jagħti l-ebda frott, jew inkella jagħti ftit, għal ftit nies u żmien! Jibqa’ l-fatt li l-fidi u t-trasmissjoni tagħha qalgħu daqqa ’l isfel u mhux dejjem qegħdin attenti għal dak li qed jiġri madwarna. Fil-ktieb “Dawl tad-dinja”, Papa Benedittu XVI jgħid fiex tikkonsisti l-kriżi tal-fidi. Il-Papa bla tlaqliq jistqarr li l-problema mhix biss tad-dinja li ma tridx tagħraf il-Verita’, imma anke ta’ dak li huwa msejjaħ biex iwassal ilKelma, biex jikkomunika l-fidi. Jgħidilna l-Isqof ta’ Ruma: “Ir-reliġjożita’ trid tnissel lilha nfisha mill-ġdid f’dan il-kuntest kbir – u b’hekk issib forom ġodda ta’ espressjoni u għarfien. Il-bniedem tallum ma jifhimx daqshekk malajr li d-demm ta’ Kristu fuq is-salib huwa
espjazzjoni għal dnubietu. Dawn huma formuli kbar u veri imma li flistruttura kollha tal-ħsieb u fil-kwadru tagħna tad-dinja m’għandhomx lok u jridu jkunu tradotti u mifhuma mill-ġdid. Ngħidu aħna rridu nerġgħu nifhmu l-kunċett tal-ħażen. Wieħed ma jistax sempliċement iwarrbu jew jinsieh. Dan ifisser li aħna qed ngħixu fi żmien li jeħtieġ evanġelizzazzjoni ġdida”.1 Barra mill-kelma “Kriżi” spiss niltaqgħu ma’ kliem ieħor illi jiddefinixxi s-sitwazzjoni ta’ żmienna f’dak li għandu x’jaqsam mal-fidi bħal ngħidu aħna: ‘sekularizzazzjoni’, ‘relativiżmu’, u anke l-espressjoni ‘iċċaħda tal-għeruq insara tal-Ewropa’, jew ‘it-tmiem tas-soċjetà nisranija’. Ċar ħafna kien Ġwanni Pawlu II f’bosta mill-kitbiet tiegħu dwar issitwazzjoni Ewropea tal-fidi: Imqar f’dawk l-artijiet li ġew evanġelizzati ħafna sekli ilu, ir-realtà ta’ “soċjetà Nisranija” li kienet imsejsa fuq ilvaluri tal-Vanġelu, fost id-dgħufijiet li dejjem ġarrbet il-ħajja tal-bniedem, issa m’għadhiex iżjed. Illum bilkuraġġ kollu jeħtieġ inħabbtu wiċċna ma’ sitwazzjoni li qiegħda ssir dejjem iżjed diversifikata u eżiġenti fil-kuntest tal-“globalizzazzjoni” li qiegħda ġġib magħha taħlit ġdid u inċert tal-ġnus u tal-kulturi. Matul ilmedda tas-snin, jiena dejjem tennejt is-sejħa tiegħi għal evanġelizzazzjoni ġdida. (NMI, 40) Dawn huma, biex ngħidu hekk, sfidi esterni tas-soċjetà fuq il-proċess tat-trasmissjoni tal-fidi imma hemm
11
diffikultajiet oħra, biex ngħidu hekk “minn naħa tagħna” li fl-ambjenti tagħna tal-katekeżi huma magħrufa sewwa. Spiss jintqal li l-katekeżi ma kinitx kapaċi li tirrispondi għall-mistoqsijiet l-aktar urġenti talbniedem fil-kuntest ordinarju li fih jgħix. Katekeżi li sabitha diffiċli timxi maż-żminijiet u taġġorna l-metodi tagħha biex tifforma għal xhieda nisranija vera. Huwa evidenti li f’ħafna ambjenti l-katekeżi għandha bżonn riforma: donnu li l-proċess tradizzjonali ta’ kif nittrasmettu l-fidi m’għadux jiffunzjona, għadna nsibu diffikulta’ kif norjentaw ilkatekeżi tagħna f’forma li tixbaħ lil dak li jissejjaħ il-katekumenat antik, għandna diffikultà f’dik li hi l-katekeżi mal-adulti, minħabba li ħafna enerġija tiġi utilizzata filkatekeżi mat-tfal. Spiss il-lingwaġġ li jintuża huwa lingwaġġ li donnu ta’ żmien ieħor u mhux dak li l-bniedem juża llum. Niltaqgħu ukoll ma’ diffikultajiet f’dik li hi l-formazzjoni pastorali tas-saċerdoti, katekisti, u operaturi pastorali oħra. F’ħarġa oħra nkomplu nidħlu fid-dettal ta’ dak li hu l-kuntest ta’ żmienna biex imbagħad wara naraw kif nistgħu napplikaw dak li l-Knisja qed tipproponi bħala soluzzjonijiet.
REFERENZI: 1 Benedettu XVI, Dawl id-dinja. Il-Papa, il-Knisja u s-sinjali taż-żminijiet. Taħdita ma’ Peter Seewald, Reliġjon u Ħajja – Franġiskani Konventwali, 2011, 143-144.
Minn idejn l-Artist
Tonio Caruana
Il-Magħmudija
ta’ Kristu N
insabu fis-sena li l-Papa Benedittu XVI iddedika għallFidi u għalhekk ħsibna li jkun tajjeb kieku kellna nibdew din ir-rubrika permezz ta’ pittura li ġġib l-isem ‘Il-Magħmudija ta’ Kristu’ tal-pittur Taljan Piero Della Francesca. Is-Sagrament tal-Magħmudija huwa wieħed mit-tliet Sagramenti talInizjazzjoni. Huwa permezz ta’ dan is-Sagrament li persuna tidħol u tibda tappartjeni lill-familja ta’ dawk li jemmnu f’Alla Trinità: Missier, Iben u Spirtu Qaddis.
anzi kien hemm min iġġudika din l-arti bħala inferjuri u ta’ bla valur. Din wasslet lil dan l-artist sabiex jiddedika ħafna aktar ħin għal speċjalità oħra li kellu għal qalbu ħafna u din kienet il-perspettiva, branka tal-matematika li tagħha hu kiteb żewġ trattati. Fil-fatt, jekk wieħed irid verament japprezza l-arti ta’ Della Francesca, irid bilfors iħares lejha mill-perfezzjoni tal-perspettiva. Il-pittura tal-Magħmudija ta’ Kristu għandha interess li tlaqqa’ lil min iħares lejha mal-Iben t’Alla li sar
Il-pittura ta’ Piero Della Francesca toħroġ numru ta’ elementi kateketiċi mill-isbaħ u tista’ wkoll isservi bħala meditazzjoni fuq dan l-istess Sagrament. Iżda qabel tajjeb ngħidu xi ħaġa żgħira dwar il-pittur. Piero twieled c1410/20 u miet fl1490. Huwa għex ġewwa Borgo Sansepolcro fl-Umbrija, fiċ-ċentru tal-Italja. Tajjeb li ngħidu li l-istil trankwill u sieket tal-arti tiegħu ma tantx appella għan-nies ta’ żmienu,
12
bniedem, trid bħal iġġib wiċċ imb wiċċ lil bin il-bniedem ferut biddnub ma’ dak il-Bin il-bniedem-Alla li għandu s-setgħa li jneħħi d-dnub tad-dinja. Din il-pittura bħal trid iddaħħlek fi djalogu – imma ma’ min? Ma’ min se titkellem meta l-personaġġi kollha tal-pittura huma bħal assorbiti, mehdija, mifxula b’dak li qed isir! Kristu intensament kontemplattiv; it-tliet anġli maħsudin b’dak li qed jiġri quddiem għajnejhom; il-grupp tat-teoloġi li jinsab jiddiskuti fl-isfond; Ġwanni l-Battista mġenneb, qed jgħammed
lil Ġesù u l-figura tar-raġel li qed ineħħi l-libsa ta’ fuqu biex hu wkoll jitgħammed. Forsi l-pittur jixtieqek tidħol fi djalogu miegħek nnifsek, jistiednek tiġi mill-bogħod, itterraq, toħroġ minn dak li int komdu u familjari miegħu biex tasal sa fejn jasal l-ilma, jiġifieri sa riġlejn Ġesù. Ix-xenarju li jidher fuq wara tal-pittura huwa xenarju familjari mal-artist, għax huwa l-istess pajsaġġ li fih kien jgħix, iżda li inti trid tħallih warajk jekk tixtieq tiltaqa’ ma’ dak li ġie biex isalvak. L-argumenti tat-Teoloġi wkoll trid tħallihom warajk għax dik li għandek quddiemek hija azzjoni ta’ Alla u mhux azzjoni argumentata mill-bniedem. Anke l-istess anġli ma jifhmux u dak fosthom li ma aċċettax l-Inkarnazzjoni talIben Divin u ssuppervja, sar xitan! Bħal Ġwanni, int trid tobdi billi tagħmel dak li għandek tagħmel anke jekk ma tifhimx. U dan huwa simbolizzat bl-aktar mod interessanti fl-unika figura mgħawġa li hemm fil-pittura, jiġifieri f’dik tal-pellegrin li qed jinża libsa li ġġib kważi l-istess kulur tal-ġilda tiegħu - qed jinża lilu nnifsu - biex isir ħlejqa ġdida. Hawn forsi wkoll insemmu tliet elementi oħra millpittura li jistgħu jservu għalina ta’ katekeżi. Nagħtu ħarsa l-ewwel lis-siġra twila u dritta ta’ maġenb Ġesù tissimbolizza s-siġra tal-ħajja li bħal donnha għadha kemm ‘sajret’ l-aqwa frotta tagħha u ħallietha taqa’ taħtha. Kristu huwa l-bniedem il-ġdid. Element ieħor huwa l-figura tal-Ispirtu Qaddis issimbolizzat permezz tal-ħamiema bajda ġejja għal fuq Kristu iżda li ma tħalli ebda rifless fuq l-ilma, mhux bħalma jagħmlu s-siġar u l-ħwejjeġ li huma lebsin it-Teoloġi. It-tielet element huwa l-aktar sottili. It-trankwillità talpittura toħloq skiet profond li jagħmel possibbli sabiex jinstema’ dak li Hu iżda li ma jidhirx: il-leħen tal-Missier li jixhed għal Kristu bħala dak li hu fih isib il-għaxqa tiegħu. Donnha l-pittura kollha trid timpressjonana b’dan il-ġmiel maestuż li l-għajnejn tal-fidi kapaċi jaraw jekk imorru lil hinn minn dak li hu mortali.
13
Il-Magħmudija ta’ Kristu (ċirka 1448-1450) Piero Della Francesca Gallerija Nazzjonali, Londra
Riżorsi
mil-librerija Ftit tas-snin ilu sar stħarriġ dwar ilqari fl-Ewropa u nstab li Malta kienet tinsab fl-aħħar post, dan minkejja li għandna rata għolja ta’ nies li jafu jaqraw. Dan in-nuqqas ta’ qari jinħass sew speċjalment meta għalliema jikkoreġu komponimenti, waqt diskussjonijiet fuq mezzi tax-xandir u kif ukoll f’konverżazzjonijiet fi blogs. Madanakollu ta’ min isemmi li huma bosta dawk in-nies li jsibu fil-qari mhux biss mod ta’ kif tgħaddi l-ħin liberu, iżda għodda ta’ tagħlim u
Karmenu Borg
għajnuna sabiex il-persuna tikkultiva lilha nnifisha u tkun tista’ ssir aktar kolta u edukata. Wieħed m’għandux għalfejn jistħi jgħid li jħobb il-qari. Bniedem li jżomm ruħu aġġornat u informat huwa persuna sħiħa li kapaċi tikkomunika tajjeb u fiha ssib kumpanija pjaċevoli ukoll. Għan-nisrani l-qari ta’ kitba spiritwali huwa okkażjoni sabiex fl-għarfien spiritwali tiegħu hu jifhem aktar twemminu. Fl-istess ħin min irid iwassal il-kelma jeħtieġ li hu wkoll
ikun jafha. Għalhekk is-Soċjetà tadDuttrina Nisranija għarfet il-bżonn sabiex tiftaħ librerija tas-self u bi pjaċir ngħid illi ninsabu fil-proċess li permezz tiegħu ser ngħaqqdu din il-Librerija ma’ dik ta’ Papa Ġwanni XXIII. Iżda l-aktar ħaġa importanti hija li din il-librerija tintuża speċjalment min-nies li huma involuti fil-ħidma tat-tagħlim nisrani, għalhekk ser nibda minn żmien għal żmien nitkellem dwar xi pubblikazzjoni li għandna hawn.
L-interess fil-kitba ta’ J.R.R. Tolkien dawn l-aħħar għaxar snin żdied minħabba fis-suċċess li l-verżjonijiet ċinematografiċi tal-kitbiet tiegħu kellhom u għadhom ikollhom. Sfortunatament huma bosta dawk li raw il-films (fosthom The Hobbit li ħareġ dan l-aħħar) u ma qrawx il-kotba. Dan wassal sabiex bosta minn dawn ma japprezzawx il-messaġġ nisrani u uman ta’ dan l-awtur u minflok ħadu l-idea li dan ix-xogħol huwa biss dwar fantasija, azzjoni u vjolenza (xi ħaġa li Tolkien innifsu kien jobgħod minħabba l-esperjenzi traġiċi li huwa kellu flewwel gwerra dinjija).
The Philosphy of Tolkien Kreeft Peter
Dan il-ktieb flimkien ma’ ħafna oħrajn tista’ ssibhom fil-librerija tas-self li tinsab fid-Dar Ġenerali tas-Soċjetà tad-Duttrina Nisranija filBlata l-Bajda. Għal aktar informazzjoni żur
www.sdclibrary.org
Il-filosfu nisrani Amerikan Peter Kreeft fil-ktieb tiegħu The Philosophy of Tolkien, indirizza din il-problema. Huwa b’mod brillanti jimxi pass pass mal-kitba tiegħu u bħal bniedem tas-sengħa jżarma u janalizza t-temi li dan il-kittieb jesplora. Dak illi joħroġ huwa ta’ min jikkunsidrah. Tolkien mhuwiex biss kittieb ta’ rumanzi fantastiċi, iżda huwa bniedem li fil-kitba tiegħu jesplora temi ta’ teoloġija u filosofija nisranija profonda. Fost dawn insibu temi dwar il-liberu arbitriju u l-Providenza, kif anke l-aktar karattri li jistgħu jidhru inutli, għandhom post importanti fl-iskema tal-eżistenza. Aktar milli ġrajjiet ta’ vjolenza, The Lord of The Rings, The Hobbit u Silmarillion huma stejjer fejn dawk li jidhru dgħajfa u jħobbu l-paċi jirbħu fuq il-ħażen. Il-maħfra tiġi eżaltata fuq it-tpattija u l-mibegħda u dawk li jużaw il-qawwa mhumiex il-protagonisti prinċipali. Naħseb li dan il-ktieb huwa ta’ interess għal dawk li jgħallmu ż-żgħażagħ, u li ħafna minnhom huma familjari mal-verżjoni ċinematografika ta’ dan ix-xogħol. Tkun interessanti li dawn il-prinċipji jiġu diskussi u juru kif li tkun nisrani mhix biss xi ħaġa li inti sibt ruħek fiha iżda mod ta’ ħajja avventuruża li hija ibbażata fuq għażliet tajba.
16
Ċentru tar-riżorsi Barra l-librerija tas-self li tinsab fid-Dar Ġenerali tal-MUSEUM fil-Blata l-Bajda, wieħed jista’ jsib għadd kbir ta’ materjal fiċ-ċentru tar-riżorsi tas-Segretarjat
għall-Katekeżi. Dan jinsab fejn l-uffiċċji tas-segretarjat innifsu, fit-tielet sular talIstitut Kattoliku fil-Furjana. Barra għadd kbir ta’ kotba u rivisti dwar il-katekeżi
mid-dinja kollha, wieħed jista’ jsib ukoll għażla kbira ta’ films, dokumentarji u mezzi oħra li żgur huma utli flappostolat tal-Kelma.
Albert Mercieca
How to Talk to Your Kids About Drugs
The Secrets of I’m counting to 10 Successful Parenting BEECHAM Jahanna
Arterburn Stephen Burns Jim Harvest House Pub., 2007
Clifford-Poston Andrea Better Yourself Books, 2008
HILLGARTNER Malcolm Sorin Books, 2001
L-ulied m’għandhomx bżonn ġenituri perfetti! Li jeħtieġu huma ġenituri li jifhmu l-imġiba tagħhom. Dan għaliex it-tfal ma jirnexxilhomx jesprimu d-dubji u l-biżgħat tagħhom bil-kliem. Minflok, jużaw il-mod kif jaġixxu biex juru dak li jkun għaddej ġewwa fihom. Dan il-ktieb jispjega dan u jagħti dawl fuq problemi komuni, fosthom il-ġlied bejn l-aħwa u l-problemi fl-iskola.
It-tfal jivvintawhom u dejjem jagħmlu xi praspura. Kulħadd għandu l-istejjer tad-daħk jew mumenti imbarazzanti tiegħu. X’ħin taqra dan il-ktieb tinduna li dawn jiġru lil kulħadd. Ir-rakkonti ta’ Jahanna u Malcolm huma l-istejjer li jiltaqgħu magħhom ilġenituri tul it-trobbija ta’ wliedhom. Jekk kif jgħidu d-daħk huwa l-aħjar mediċina, bosta huma dawk li ser iħossuhom aħjar wara li jaqrawh.
Għalkemm it-tfal jiġu mgħarrfa dwar drogi sa minn ċkunithom, tajjeb li l-ġenituri jkunu aktar konxji kif jittrattaw din il-problema. Mimli b’informazzjoni prattika, kif ukoll metodi ta’ prevenzjoni, dan huwa ktieb ideali għal meta tkun f’ċirkostanzi bħal dawn. Jibda mirraġunijiet li jwasslu għall-abbuż middroga u l-alkoħol, isemmi metodi ta’ prevenzjoni li rnexxew, suġġerimenti prattiċi kif tkellem lil xi ħadd li jkun qed jieħu d-drogi u wkoll kif tista’ tnaqqas din fil-komunità fejn tgħix.
Ħinijiet tal-ftuħ taċ-Ċentru tar-Riżorsi tas-Segretarjat għall-Katekeżi
Scienza e Fede Briguglia Alfio Savagnone Giuseppe Elledici, 2010
Ix-xjenza u l-fidi jmorru id f’id? Possibbli tibqa’ temmen meta llum kulħadd isaqsi għaliex? Jista’ xjenzat ikun bniedem ta’ fidi? Jeżistu kontradizzjonijiet bejn l-fidi u x-xjenza? Mistoqsijiet bħal dawn huma numerużi u jibqgħu jqajmu interess fost in-nies. Is-sentenza klassika ta’ Santu Wistin: “Emmen biex tifhem: ifhem biex temmen” tiġbor fiha l-qofol ta’ dan il-ktieb.
Dan il-ktieb flimkien ma’ ħafna oħrajn tista’ ssibhom fil-librerija tas-self tas-Segretarjat għall-Katekeżi, fit-tielet sular tal-Istitut Kattoliku, il-Furjana.
OTTUBRU-MEJJU FILGĦODU FILGĦAXIJA
It-Tnejn 9:00 - 12:00 Magħluq
It-Tlieta 9:00 - 12:00 17:30 - 19:30
L-Erbgħa 9:00 - 12:00 Magħluq
Il-Ħamis Magħluq 17:30 - 19:30
Il-Ġimgħa 9:00 - 12:00 Magħluq
ĠUNJU-SETTEMBRU FILGĦODU FILGĦAXIJA
9:00 - 12:00 Magħluq
Magħluq Magħluq
9:00 - 12:00 Magħluq
Magħluq Magħluq
9:00 - 12:00 Magħluq
17
Inklużjoni
Edward Wright
Attention Deficit
Hyper activity Disorder F’din is-serje ser inħarsu lejn numru ta’ kundizzjonjiet komuni fost it-tfal u żgħażagħ. F’kull artiklu ser nagħtu definizzjoni xjentifika tal-kundizzjoni, insemmu u nispjegaw fil-qosor issintomi marbutin magħha u fuq kollox nissuġġerixxu modi effettivi li kull edukatur jista’ japplika fl-ambjent li fih jeħtieġ li jeduka lill-persuni li jista’ jkollhom dik il-kundizzjoni. B’hekk kull edukatur, sew jekk ġenitur u sew jekk għalliem, Learning Support Assistant jew katekist, ikun jista’ jagħmel differenza pożittiva fil-ħajja tal-persuni kollha afdati f’idejh.
18
L-ewwel kundizzjoni li ser nittrattaw hija dik magħrufa bħala ADHD, abbrevjazzjoni għal Attention Deficit Hyperactivity Disorder. L-oriġini ta’ dan it-terminu jmur lura għar-raba’ edizzjoni tad-Diagnostic and Statistical Manual of the American Psychiatric Association, 1994 (magħruf aktar bħala DSM IV). Dan l-isem (ADHD) jirrappreżenta l-aktar verżjoni riċenti ta’ dijanjosi medika li għaddiet minn bosta bidliet matul iż-żminijiet, sa minn meta kienet magħrufa għall-ewwel darba bħala kundizzjoni medika fil-bidu tas-seklu għoxrin. Għal tul ta’żmien kien jintuża t-terminu ‘hyperkinetic disorder.’ Din il-kundizzjoni tista’ teżisti bħala ADD (Attention Deficit Disorder) mingħajr ‘hyperactivity’. F’dan l-artiklu l-isem ADHD huwa użat u jirreferi għaż-żewġ kundizzjonijiet. L-ADHD saret tant komuni li l-persentaġġ ta’ tfal tal-iskola f’bosta pajjiżi tal-Punent li huma maħsuba li jġorru l-kundizzjoni huwa bejn 2% u 10%. Barra minn hekk is-subien għandhom tliet darbiet ċans aktar mill-bniet li jkollhom l-ADHD.1 Huwa ferm importanti li kull edukatur ikun infurmat sewwa dwar din il-kundizzjoni minħabba li bosta tfal li jġorruha jirreżistu għal numru ta’ attivitajiet li jistgħu ikunu ta’ ġid kbir għalihom, fosthom l-isport u kull tip ta’ eżerċizzju. Raġuni għal dan hija li ħafna drabi jkunu sabu diffikultajiet biex jirrelataw ma’ tfal oħra tamparhom jew minħabba li jħossuhom inadekwati u jaqtgħu qalbhom malajr, jew saħansitra għax joffru sfidi lil min jieħu ħsiebhom. Dijanjosi u Sintomi Skont id-DSM-IV-TR, l-ADHD għandha tliet sintomi karatterjali prinċipali: in-nuqqas ta’ attenzjoni, livelli għolja u kostanti ta’ enerġija u attività kif ukoll impulsività. Is-sintomu tan-nuqqas ta’ attenzjoni juri ruħu fid-diffikultà kontinwa li l-individwu jsib biex jiffoka l-attenzjoni tiegħu fuq xi ħaġa (speċjalment id-dettall) u fil-fatt li ma jismax struzzjonjiet ċari li jingħataw lilu jew lill-klassi kollha. Ikun jiddistratta ruħu kontinwament u faċilment, isib diffikultà biex jagħmel ix-xogħol assenjat lilu b’mod sistematiku u organizzat, jitlef l-affarijiet tiegħu ta’ spiss, jibda jinsa ħafna affarijiet sempliċi fil-
ħajja ta’ kuljum u ma jkunx kapaċi jagħmel sforz mentali biex iwassal biċċa xogħol sal-aħħar. Il-‘hyperactivity’ toħroġ f’bosta sintomi oħra ta’ natura fiżika. Il-persuna ma jkollhiex paċenzja f’idejha u saqajha, tiċċaqlaq il-ħin kollu bħal qisha għandha l-labar f’ġisimha. Dawn it-tfal iqumu l-ħin kollu minn fuq issiġġu tagħhom anki meta dan mhux mistenni minnhom, jiġru u jaħlu l-enerġija tagħhom anki meta mhux il-waqt, il-ħin kollu għaddejjin bla ma jegħjew u jpaċpċu bla waqfien. Anki waqt il-logħob għandhom tendenza li jkunu storbjużi u enerġetiċi żżejjed. L-impulsività tidher fid-diffikultà kbira li dawn it-tfal isibu biex jistennew il-waqt tagħhom biex jitkellmu, iwieġbu jew jinqdew f’xi kju. Fil-klassi, għall-mistoqsijiet tal-għalliema jew tal-katekisti, huma jwieġbu immedjatament u spontanjament bla ma jistennew permess jew sinjal li jippermettilhom jitkellmu. Jinterrompu ħafna u kontinwament u ‘jaqbżu’ fuq l-oħrajn meta dawn ikunu qed jitkellmu. Biex tfal ikollhom l-ADHD iridu juru numru minn dawn is-sintomi b’mod kontinwu u persistenti. Dan minħabba li numru ta’ sintomi minn dawn juruhom anki tfal u adulti li ma jkollhomx ADHD. Dan iseħħ f’ċirkostanzi partikulari bħal meta wieħed ikollu burdata ħażina, jkun għajjien jew inkella mxebba’ minn xi ħaġa. Diffikultajiet fil-Komunikazzjoni bil-Lingwa Diffikultajiet ta’ komunikazzjoni bil-lingwa jistgħu jkunu preżenti flimkien mal-ADHD. L-ADHD tista’ toħloq problemi fl-użu tajjeb u effettiv tal-lingwa. Il-lingwa mhijiex l-għerq tal-problema. Id-diffikultajiet fl-użu tal-lingwa huma sekondarji għal dawk fl-attenzjoni u l-konċentrazzjoni. L-ADHD tista’ taffettwa l-hekk imsejħa short-term memory u l-memorja li wieħed juża fl-attivitajiet ta’ kuljum – il-working memory – u dawn it-tnejn nafu li jinfluwenzaw it-tagħlim inġenerali, speċjalment dak tal-lingwa u l-ħiliet komunikattivi kollha. L-ADHD tista’ taffettwa wkoll l-abbiltà li wieħed jifhem u janalizza l-kunċetti, l-abbiltà li wieħed jordina
19
Inklużjoni
l-ħsibijiet f’sekwenza loġika, kif ukoll il-kapaċità li jfittex vokabularju mill-memorja tiegħu. L-ADHD, f’ċerti każijiet, tista’ taffettwa wkoll ħiliet partikulari bħal dawk li tibni konverżazzjoni, tibqa’ ffukat fuq tema waħda f’diskussjoni u żżomm il-kuntatt bl-għajnejn waqt diskussjoni bejn diversi persuni. Kumplikazzjonijiet Oħra Sfortunatament, ħafna tfal li għandhom l-ADHD huma bosta drabi mwarrba u riġettati minn sħabhom u jkollhom anqas ħbieb minn tfal oħra tal-età tagħhom li ma jġorrux il-kundizzjoni.2 Għall-kuntrarju ta’ dak li ħafna jemmnu, hemm tfal (mhux kollha) li ma joħorġux minn din il-kundizzjoni fl-iżvilupp naturali tagħhom li jseħħ tul medda ta’ żmien. F’każijiet bħal dawn l-ADHD tista’ tippersisti sal-ħajja adulta, u meta jiġri hekk, ġeneralment il-problema tan-nuqqas ta’ ħbiberija tippersisti u tiżdied ukoll.3 Minn studji estensivi li għamlu Bagwell u l-kollegi tiegħu, instab li l-adolexxenti li jkollhom l-ADHD bħala tfal (irrispettivament minn jekk il-kundizzjoni ppersistietx jew le) isibu problemi akbar biex jibnu relazzjonijiet sani fiż-żmien tal-adolexxenza. Mhux hekk biss, imma nstab ukoll li dawn l-adolexxenti kellhom tendenza akbar li jsibu ruħhom fi ċrieki ta’ ħbieb b’imġibiet devjanti.4 Mil-lat ta’ sport u eżerċizzju fiżiku, Harvey u Reid sabu li tfal bl-ADHD kellhom inqas ħiliet ta’ movimenti fiżiċi u anqas ‘fitness.’ Però r-riċerkaturi kkonkludew li dawn l-osservazzjonijiet kienu riżultat ta’ nuqqas ta’ taħriġ, nuqqas ta’ sens ta’ stima personali u nuqqas ta’ parteċipazzjoni. Dawn il-konklużjonijiet huma kemmxejn inkwetanti minħabba l-importanza kbira li l-attività fiżika u l-isport għandu jkollhom fil-ħajja ta’ dawn it-tfal. Bla dubju li jikkontribwixxu immens għas-saħħa tagħhom f’sens ħolistiku, i.e. fiżika, mentali, soċjali u emozzjonali.5 Azzjonijiet Minħabba li l-ADHD tista’ taffettwa bosta aspetti talħajja tat-tfal, huwa ferm importanti li kull intervent li jsir magħhom ikollu l-għan li jġib kontroll fuq kull imġiba tagħhom. Diversi mediċini kienu ssuġġeriti u
20
l-aktar popolari minn dawn huma l-hekk imsejħa CNS (Central Nervous System) stimulants. Filwaqt li dawn jistgħu jkunu effettivi biex jikkontrollaw u jtejbu ċerti nuqqasijiet assoċjati mal-ADHD bħall-koordinazzjoni tal-moviment, il-kapaċità li wieħed ipoġġi ħsibijiet f’sekwenza, l-antiċipazzjoni tal-ideat u l-ippjanar,6 bosta studji oħra juru li dawn jista’ jkollhom ukoll konsegwenzi negattivi bħal insomnia (nuqqas ta’ rqad), nuqqas ta’ aptit, dipressjoni, uġigħ abdominali, sopressjoni taliżvilupp u dipendenza fuq ċerti drogi u mediċinali.7 Azzjonijiet li huma l-aktar suġġeriti ma’ tfal u adolexxenti b’din il-kundizzjoni u li jħallu dejjem effetti pożittivi jinkludu: - taħriġ għall-ġenituri, għalliema, coaches u katekisti, - attivitajiet differenti f’ambjent ikkontrollat minn struttura, - il-kapaċità tal-edukaturi li jagħtu regolarment u immedjatament il-konsegwenzi għall-imġibiet mhux mixtieqa tat-tifel/tifla bl-ADHD, - l-użu ta’ regoli li jeħtieġ li jkunu mfakkra ta’ spiss lit-tfal b’din il-kundizzjoni, - il-kapaċità tal-edukaturi biex jaqsmu kull biċċa xogħol li jagħtu lit-tfal f’biċċiet iżgħar li jkunu ċari u possibbli għalihom, - l-użu u l-għoti ta’ premjijiet għal imġibiet tajba, - l-għoti ta’ ammont adekwat ta’ attenzjoni individwali u personali. Il-Parteċipazzjoni fl-Isport u l-Eżerċizzju Fiżiku Kważi kull riċerka dwar l-ADHD turi li dawn l-azzjonijiet imsemmija huma l-aktar effettivi meta mħaddma f’kuntest ta’ sport u eżerċizzju fiżiku li permezz tagħhom it-tfal jitgħallmu aktar jikkontrollaw l-imgiba tagħhom, isaħħu r-relazzjonijiet pożittivi ma’ tfal oħra tal-istess età tagħhom u jtejbu l-kwalità ta’ ħajja li jgħixu. Saru bosta studji f’dan il-qasam li juru wkoll li l-isport u l-attività fiżika flimkien mal-użu ta’ rinforzar pożittiv u negattiv jagħmlu differenza pożittiva sinifikanti fil-ħajja ta’ tfal bl-ADHD. It-tfal jitgħallmu wkoll imġibiet sportivi u jnaqqsu l-imġiba li mhijiex sportiva. Jakkwistaw ukoll
Attention Deficit Hyperactivity Disorder
sens ta’ kontroll fuqhom infushom u jinġibdu aktar lejn l-isport filwaqt li jitgħallmu ‘skills’ ġodda fiżiċi u oħrajn soċjali, i.e. kif jikkoperaw mal-oħrajn u jimxu mar-regoli u n-normi tal-logħob u tal-grupp. Dan jgħollilhom ukoll is-sens ta’ stima tagħhom infushom.8 Studji oħra sabu li l-isport u l-eżerċizzju fiżiku jgħin ħafna lil dawk li għandhom l-ADHD biex imorru ħafna aħjar f’numru ta’ suġġetti akkademiċi minħabba li jtejbu l-konċentrazzjoni tagħhom, jibqgħu iffukati aktar fit-tul u jitgħallmu jisimgħu aħjar, jifhmu u jimxu mal-istruzzjonijiet li jingħatawlhom.9 Ir-riċerka turina wkoll li l-parteċipazzjoni fl-isport tgħin ukoll lil dawn it-tfal u adolexxenti biex inaqqsu sostanzjalment l-imġiba riskjuża u jintegraw ħafna aktar ma’ sħabhom f’kuntesti soċjali differenti.10 Parteċipazzjoni f’attivitajiet differenti, l-aktar dawk fiżiċi u sportivi, jgħinu lil dawk bl-ADHD biex ikollhom aktar ħbieb u ħbiberiji pożittivi. Dawn imbagħad iżidu l-kunfidenza u l-kuntentizza tat-tfal.11 Konklużjoni Huwa ferm importanti li nifhmu li l-edukaturi kollha (ġenituri, qraba, għalliema, LSAs, katekisti) fil-ħajja ta’ dawn it-tfal u tal-adolexxenti huma responsabbli biex itejbulhom il-kwalità tal-ħajja tagħhom, billi jimxu malftit pariri li semmejna f’dan l-artiklu u oħrajn li huma suġġeriti minn esperti f’dan il-qasam. Huwa importanti wkoll li wieħed jibqa’ dejjem aġġornat bil-qari u kull forma ta’ stħarriġ ieħor dwar kundizzjoni bħal din. U
REFERENZI: Bagwell, C., Brooke, M., Pelham, W. and Hoza, B., Attention Deficit Hyperactivity Disorder and Problems in Peer Relations: Predictions From Childhood to Adolescence, Journal of the American Academy of Child and Adolescent Psychiatry, 2001, 40, 1285-1292. Binder, L.M., Salinsky, M.C., Storzbach, D., & Dodrill, C.B. (2001). Test-retest bias, reliability, and regression equations for neuropsychological measures repeated over a 12-16-week
jekk naraw numru ta’ sintomi minn dawk imsemmija li jippersistu u jkunu konsistenti għal tul ta’ żmien, tajjeb li nirreferu t-tifel/tifla għand xi ħadd professjonali li jkun jista’ jispjegalna aħjar dak li nkunu osservajna. Importanti ħafna li nifhmu li b’daqshekk ma nkunux qed inxekklu l-ħajja tal-persuna jew nittimbrawha u nillimitawha imma, għall-kuntrarju, ngħinuha tinħeles minn dak li jista’ jtellef l-iżvilupp sħiħ tagħha.
1. 2. 3. 4. 5. 6. 7. 8. 9. 10. 11.
Barkley, 1998; Lullo, 2006 Bagwell, Brooke, Pelham & Hoza, 2001 Bagwell et al.,2001 Bagwell at al., 2001 Harvey & Rweid, 1997 Hickey & Fricker, 1999 Long, 2005 Binder et al., 2000; Hupp & Reitman, 1999; Reitman et al., 2001 Flood et al., 2002 Kremarik, 2000 Bagwell et al., 2001; Lullo, 2006
period. Journal of the International Children with Attention Deficit Neuropsychology Society, 7, 597-605. Hyperactivity Disorder, Journal of Applied Behavior Analysis, 2003, 36, Flood, W., Dwilder, D., Flood, A. 375-378. and Masuda, A., Peer-Mediated Reinforcement Plus Prompting as Hupp, S. D., Reitman, D., Northrup, Treatment for Off-Task Behavior J., O’Callaghan, P. M. and LeBlanc, in Children with Attention Deficit M., The Effects of Delayed Rewards, Hyperactivity Disorder, Journal of Tokens, and Stimulant Medication Applied Behavior Analysis, 2002, 35, on Sportsmanlike Behavior with 199-204. ADHD Diagnosed Children, Behavior Modification, 2002, 26, 148-162. Gulley, V., Northup, J., Hupp, S. and Spera, S., et al., Sequential Kremarik, F. (2000). A family affair: Evaluation of Behavioral Treatments children’s participation in sports. and Methylphenidate Dosage for Canadian Social Trends, 58, 20-25.
Lullo, C. and Van Puymbroeck, M., Research Update: Sports for Children with ADHD, Parks & Recreation, 2006, 41, 20. Reitman, D., Hupp, S. D., O’Callaghan, O. M. and Northup, J., The Influence of Token Economy and Methylphenidate on Attentive and Disruptive Behavior During Sports with ADHD Diagnosed Children, Behavior Modification, 2001, 25, 303-323.
Trekking
Michael Debono
Mill-Kampanja
GĦawDXIJA
Mill-Port tal-Imġarr sal-Bajja ta’ Mġarr ix-Xini
Din is-sena l-mixjiet tagħna ser jeħduna fil-beraħ tal-kampanja Għawdxija… nimirħu fil-mogħdijiet, fil-widien u flgħoljiet li toffri din il-gżira. Il-Port tal-Imġarr Il-mixja tagħna tibda mill-port talImġarr, mid-daqsxejn ta’ telgħa li hemm taħt is-siġar tal-prinjol jew taż-żnuber li jduru u jaslu sa Forti Chambray. Jekk wieħed jagħti titwila lejn il-port talImġarr, l-ewwel impressjoni li tiġih hija li dan il-port huwa għaddej b’attività kontinwa, ma taqta’ xejn, tal-vapur ġej u sejjer, tan-nies li jaqsmu minn Malta għal Għawdex u bil-kontra. Għadu joffri xenarju mill-isbaħ bil-knisja ċkejkna u ħelwa, fuq stil gotiku, tal-Madonna ta’ Lourdes li qiegħda tħares lil dan il-port. Mal-ġenb tal-port wieħed jista’ josserva wkoll il-bajja taż-Żewwieqa li llum hija mimlija bil-puntuni biex magħha jorbtu forom differenti ta’ opri tal-baħar, bajja
li fl-imgħoddi kienet sservi biex minnha l-Għawdxin isalpaw lejn Malta bid-Dgħajjes tal-Latini ħalli jbigħu l-għelejjel tar-raba’, dgħajjes li llum spiċċaw għal kollox bħalma jxandru l-versi tal-poeta Għawdxi Anton Buttigieg:
Ja dgħajjes tal-latini, darba għal dejjem għebtu minn Għawdex, sew bħal qatgħa gawwi li taru ’l bogħ’d ’il bogħ’d f’ibħra xemxija u nsew il-bejta Li darba bejtu filgħerien tal-fliegu! u fuq ġwenħajhom bojod is-Sbuħija, tad-daħla tal-Imġarr ħelwa Sultana, taret… għal dejjem! 22
Nibdew il-mixja. . . Il-mogħdija li hemm tmexxik malkosta li tgħaddik bejn il-blat u l-għelieqi li hemm taħt l-għolja ta’ Ras it-Tafal. Il-mogħdija twasslek taħt il-Forti Chambray u hemm nistgħu nagħmlu l-ewwel waqfa. Hawn tista’ tapprezza aktar il-fliegu bil-vapuri talGozo Channel li jsalpaw bejn iż-żewġ gżejjer Maltin. U ma tistax ma tilmaħx is-sbuħija ta’ Kemmuna u Kemmunett. Minn dan il-punt tista’ tifli l-bini talfortifikazzjoni tas-swar li jdawwar lil dan il-Forti. Il-Forti Chambray Mibni fuq l-għolja magħrufa bħala Ras it-Tafal, għolja li tinsab bejn il-port tal-Imġarr u x-Xatt l-Aħmar. Inbena fi żmien il-Gran Mastru Pinto tal-Ordni ta’ San Ġwann u ġie ffinanzjat millkonti Francois Chambray, li tiegħu dan il-Forti ħa l-isem. Dan il-bini x’aktarx
lejn dawk li huma magħrufa bħala ż-Żrieżaq (jekk minħabba li l-baħar ikun tela’ xi ftit ’il fuq u allura jkun xi ftit diffiċli biex tgħaddi minn din il-kosta, trid tagħmel it-tieni għażla).
li kien ser iservi mhux sempliċement ta’ fortizza imma ta’ belt mgħammra b’dak kollu meħtieġ għall-poplu Għawdxi. Il-Forti kellu jħares il-port prinċipali tal-gżira Għawdxija u fl-istess ħin jiġbed aktar nies biex jissetiljaw u jgħammru f’Għawdex. It-tkomplija tagħna minn dan il-punt tista’ tissarraf f’għażla: tista’ tkompli miexi billi tinżel fuq iċ-ċagħak malkosta u ddur lejn il-bajja tax-Xatt l-Aħmar jew tista’ titla’ aktar ’il fuq
Meta tasal ix-Xatt l-Aħmar tista’ tagħmel it-tieni waqfa fid-daqsxejn ta’ Belveder magħmul minn ftit bankijiet fejn wieħed jista’ jistrieħ u jieqaf jiekol xi ħaġa. Fil-qrib t’hawn hemm ukoll dik li tissejjaħ fougasse, speċi ta’ kanun imħaffer fil-blat li jgħidu li seta’ ntuża għall-attakki kontra l-għedewwa li kienu joqorbu lejn il-gżira. Il-Bajja tax-Xatt l-Aħmar illum saret popolari mal-għaddasa minn mindu ġew mgħarrqa MV Xlendi fl-1999 u MV Cominoland u MV Karwela fl-2006 biex iservu ta’ attrazzjoni għall-għaddasa. Il-mogħdija tkompli tieħdok mattarf li jifforma s-sisien tal-kosta li minnhom tara l-Blata tal-Fessej
23
u mad-dawra tiegħu malajr tilmaħ it-Torri maestuż ta’ Mġarr ix-Xini fejn tista’ tagħmel it-tielet waqfa. Dan it-torri kien mibni fl-1661 fi żmien il-Gran Mastru de Redin mill-arkitett Mederico Blondel tal-Ordni ta’ San Ġwann biex iħares dawn l-inħawi tal-gżira. Minn hawn tista’ tosserva d-daħla tal-port ta’ Mġarr ix-Xini u tara s-sisien li aktar ma tagħtik il-ħarsa tista’ tilmaħ is-sisien għolja Ta’ Ċenċ fuq ix-xaqliba ta’ Sannat. Tmiem il-mixja Wara li tkun striħajt xi ftit ħdejn dan it-torri, tkompli l-mogħdija li twasslek sat-taraġ li minnu tista’ tinżel għallBajja ta’ Mġarr ix-Xini u tgawdi l-ġmiel ta’ dan l-imkien naturali.
Nirringrazzjaw lil Adrian Saliba għar-ritratti
Il-Media fil-Katekeżi
Stephen Deguara
Il-MEDIA
Għodda f’iDEJN TAJBA F’dan l-artiklu sejrin inħarsu lejn modi differenti dwar kif nistgħu nirrelataw malmedia elettronika. Il-media u l-Knisja għandhom potenzjal qawwi li jinfluwenzaw ruħhom minn xulxin u għalhekk se nagħtu ħarsa lejn il-missjonijiet tal-media kif ukoll tal-Knisja, li aħna bħala katekisti qegħdin naħdmu fiha. B’hekk inkunu nistgħu nieħdu idea ġenerali tar-relazzjoni bejniethom fil-varjetà kbira li joffru. F’dan l-artiklu sejrin nagħtu modi differenti dwar kif iċ-ċentri tal-katekiżmu jistgħu jirrelataw mal-media elettronika. Tajjeb illi nuru kif is-sens komun jista’ jintuża faċilment biex nifhmu x’inhi Knisja u x’inhi l-media, billi nifhmu illi dawn iż-żewġ dominji li jistgħu jintużaw flimkien, qegħdin jinbidlu u t-tnejn jinsabu fi żvilupp kontinwu. Il-media u l-Knisja għandhom potenzjal qawwi li jinfluwenzaw ruħhom minn xulxin. Mela se nagħtu ħarsa lejn il-missjonijiet tal-media u tal-Knisja, li aħna bħala katekisti qegħdin naħdmu fiha u nieħdu idea ġenerali tal-modi differenti fir-relazzjoni ta’ bejniethom. Il-Kunflitt ta’ Dejjem Għal raġunijiet pożittivi jew negattivi, iċ-ċentri tal-katekiżmu ġieli jeskludu materjal tal-
media mill-attivitajiet tagħhom. F’terminoloġija tal-media, il-katekisti qishom il-gate-keepers, l-għassiesa mal-grada biex jiddeċiedu x’idaħħlu jew ma jdaħħlux, u dan isir għal bosta raġunijiet: Il-media nistgħu nħarsu lejha bħala parti mill-kultura popolari u sekulari; kummerċjali; stil ta’ divertiment li mhux daqshekk relevanti jew spiritwali għal dak li jsir fil-katekiżmu. Dawn il-mezzi jitwarrbu għaliex jistgħu jirriżultaw fi preġudizzji li l-media popolari, inklużi l-films, huma abbużivi jew jikkreaw valuri jew illużjonijiet foloz. Ċertu setet, pereżempju, ma ħallewx lill-fidili tagħhom jaraw it-televixin kemm mid-dar u kemm mill-knisja. Hi x’inhi r-raġuni dejjem hemm differenzi bejn l-ambjent tradizzjonali ta’ lezzjoni tal-katekiżmu u bejn id-dinja tlellex u fantastika tat-televixin. Wara kollox
24
it-televixin ma jidhirx daqshekk essenzjali ħdejn is-sagramenti, ittagħlim li ngħallmu li ilu jeżisti ferm qabel il-bidu tal-media popolari li llum nużaw kuljum. Però qiegħed hemm, jeżisti u qed jiġbed lejh innies iktar minn qatt qabel. Fi Djalogu Il-katekist jista’ juża u jagħżel partijiet mill-media, basta jkollu għarfien tajjeb u moħħ ċar ta’ x’ser jagħmel u x’messaġġ irid iwassal. Ġieli film popolari jkollu kontenut reliġjuż ċar immens u tajjeb li minnu l-katekist jista’ juża u jislet riflessjoni spiritwali. Websajts bħal Insights Magazine (www.insights.uca.org.au) jisiltu riflessjonijiet u eżempji minn films minn perspettiva reliġjuża. Iddominju tal-media iktar ma jgħaddi ż-żmien iktar qiegħed jissepara ruħu minn dak li tgħallem il-Knisja, imma
ċertu forom ta’ djalogu jistgħu jsibu ruħhom permezz ta’ min qiegħed jgħallem. Bħala parti minn dan l-isforz, ċertu għaqdiet reliġjużi kontinwament qegħdin ixandru kontenut reliġjuż fuq it-televixin, imma dan normalment qiegħed jindirizza biss lil numru żgħir ta’ nies, ħafna drabi magħmul b’mod dilettantesk jew ta’ kwalità ferm ‘il bogħod minn dak li naraw minn fuq il-media popolari. Għalhekk huwa tajjeb li naraw x’hemm tajjeb fis‘suq’ u nużaw lilu, milli nippruvaw noħolqu l-ġdid. Il-Media bħala għodda Użu selettiv tajjeb u ħolqien ta’ media ġdida fl-attivitajiet li nagħmlu fil-klassijiet, fiċ-ċentri jew fil-knejjes tagħna huwa inevitabbli. Ir-rivista pprintjata forsi issa saret tradizzjoni imma għadha relevanti sa ċertu punt. Il-presentations u videos imniżżlin minn fuq Youtube issa ħafna drabi sabu posthom flok ilwhiteboard u c-charts. Jekk se ssir għanja, illum trid tipproġettaha b’mod li jaraha kulħadd, pjuttost qiegħda tieħu post il-ktejjeb li nagħtu għal waqt xi laqgħa. Illum website, blogg jew paġna fuq Facebook tista’ testendi diskussjoni ta’ lezzjoni jew omelija fuq il-qari tal-quddiesa tal-Ħadd. L-internet illum sar sors ta’ studju spiritwali jew materjal Bibbliku, sar qisu librerija ta’ knisja virtwali. L-użu talmedia bħala għodda jew xi ħaġa li tikkumplimenta l-attività ta’ lezzjoni, ta’ quddiesa jew laqgħa ta’ talb ivarja ħafna u jiddependi mmens mid-dispożizzjoni u l-esperjenza
ta’ min qiegħed jgħaddi l-kelma, jew tal-grupp jew l-għaqda jew l-istituzzjoni li jappartjeni fiha. Din l-għażla selettiva ta’ x’media tintuża tista’ biss tiġi assessjata mill-grupp jew l-għaqda li l-katekist qiegħed fiha. Xi kultant l-attitudni konservattiva tillimita dak li hu aċċettat fi spazju sagru bħalma hi l-knisja, jew spazju fejn jingħata t-tagħlim, bħalma hija l-klassi talkatekiżmu. Xi kultant dan mhux dejjem ikun ta’ detriment: jista’ jagħti l-każ li dan jista’ jkun ta’ ġid għal dik il-komunità li minħabba raġunijiet kulturali jew prattiċi tradizzjonali jżommu milli tintuża l-media kif ikunu jixtiequ xi wħud. Anki jekk wieħed qiegħed jopera bl-aħjar intenzjonijiet, tajjeb jieħu parir u jara jekk l-attività li se jagħmel, bil-media li se jagħmel, hix se toħloq kunflitt mal-kultura ta’ dak il-post. Jekk hix il-print media, jew digital media, kull media li qiegħda taljena, jew toħnoq il-messaġġ sabiħ tal-Vanġelu, qiegħda tagħmel iktar ħsara milli ġid. Kull katekist u kull għaqda trid l-ewwel tara l-media li qiegħda tuża u trid tagħmel evalwazzjoni kontinwa tagħha u tistaqsi lilha nnifisha jekk hix twassal il-Messaġġ b’mod effettiv u tajjeb lin-nies li beħsiebha tilħaq. Jista’ jkun għalxejn li inti qed tirreklama rivista sabiħa, glossy u full-
25
colour jekk l-isem jew il-kontenut ma jinftehimx, jew ikun utopiku, jew negattiv iżżejjed. Illum tant innies, jew it-tfal, jaraw negattività madwarhom li ma jridux li jsibu lil xi katekist li jagħmel bħalma jaraw kullimkien. Tajjeb inkunu pożittivi, flistess ħin realistiċi fil-mod kif katekist jindirizza grupp ta’ tfal, żgħażagħ jew adulti. Forsi jkun għalxejn li għamilt powerpoint presentation b’ħafna kliem ġo fih; jew poster kbir, imma l-kliem intilef f’ħafna stampi u disinji ġejjin minn kullimkien. Jista’ jkun għalxejn li ppubblikajt rivista u bdejt tqassamha minn ġol-kaxxi, mill-art jew minn xi kantuniera. Dan ifisser li lanqas int m’inti tapprezza dak li ħriġt inti stess. Tajjeb nistaqsu għaliex. Din ilmistoqsija tista’ taqlagħna mill-kanal li forsi nkunu kuntenti bih.
Rakkonti
Joseph Bonnici
Meta d-dwal
Qalbu BLU Għodwa minnhom, it-traffic lights tal-Marsa bdew iġibu ruħhom b’mod tabilħaqq stramb. Id-dwal kollha, flok aħmar, isfar jew aħdar, f’daqqa waħda saru blu, u ħadd ma kien jaf kif se jġib ruħu. Naqsmu jew ma naqsmux? Nistennew jew nimxu? Minn kull bozza tagħhom, it-traffic lights baqgħu jitfgħu dwal blu f’kull direzzjoni. Il-lewn kien tant sabiħ li lanqas is-sema ta’ Malta qatt ma
kien bħalu. Imma f’din l-istennija kollha, is-sewwieqa tal-karozzi bdew jgħajtu u jdoqqu l-ħornijiet, tal-muturi bdew jagħfsu l-gass billest, u dawk li kienu miexja bdew jgħajtu: “Inti ma tafx min jien!” Iċ-ċajtiera bdew jgħidu: “L-aħdar ħadu xi ħadd biex jiksi l-ġnejna bih!” “L-aħmar ħaduh biex jiżbgħu l-ħut tal-ilma ħelu!” “Tafu x’għamlu bl-oranġjo? Żiduh malmeraq tal-larinġ!”
Fl-aħħar wasal pulizija tat-traffiku u beda jmexxi hu. Pulizija ieħor fetaħ il-kaxxa tal-kontroll biex jara x’kien inqala’ u tefa d-dwal kollha. Qabel ma ntefa, it-traffic light il-blu qal bejnu u bejn ruħu: “Imsieken! Kont tajthom is-sinjal li t-triq tas-sema hija miftuħa. Kieku semgħu minni, kollha qed jittajru bħalissa. Imma jista’ jkun li naqashom il-kuraġġ!”
Addattati għall-Malti minn Tutte Storie, ta’ Bruno Ferrero, Elledici, 2011
L-Istorja tat-tliet naĠĠara
iltaqa’ ma’ ħaddiem ieħor. Kien jidher għajjien, miġruħ u mimli trab.
Fil-Medju Evu, pellegrin kien qatagħha li jżur santwarju mbiegħed, skont id-drawwa ta’ dak iż-żmien. Wara bosta ġranet, sab ruħu għaddej fi trejqa mserrpa mal-ġenb ta’ muntanja. Matul it-triq kien hemm bosta barrieri minn fejn kien qed jinqata’ l-ġebel bl-idejn. Numru ta’ ħaddiema kienu jidhru ’l hawn u ’l hemm, jonġru ħaġriet kbar biex jiffurmaw knaten puliti għall-bini.
“X’qed tagħmel?” staqsa l-pellegrin lil dan ukoll. “Mhux qed tinduna? Qed naħdem minn filgħodu sa filgħaxija biex immantni lil marti u lil uliedi,” wieġbu dan. Mingħajr ma lissen kelma, il-pellegrin kompla triqtu. Kien għoddu wasal fil-quċċata tal-għolja. Hemmhekk waqaf ftit u ra ħaddiem ieħor. Kien jidher għajjien ukoll, bħall-oħrajn. Wiċċu kien miksi bit-trab u l-għaraq bħal ta’ sħabu, imma għajnejh għajjenin kellhom ħarsa differenti minn tal-oħrajn.
Il-pellegrin resaq lejn l-eqreb ħaddiem u ġietu ħniena minnu. It-trab imħallat mal-għaraq kien jiksilu wiċċu u idejh. Id-daqqiet tal-frak tal-ġebel fuq għajnejh kienu jixhduh it-tikek ħomor fuq l-abjad. Kien jidher għajjien, imma idu kont tistħajjilha magna b’martell imwaħħal fit-tarf tagħha.
“X’qed tagħmel?” staqsieh il-pellegrin. “Mhux qed tinduna?” wieġbu r-raġel, waqt li tbissem bil-ferħ. “Qed nibni l-katidral.” U firex idu ħalli jurih il-post fejn kienet tielgħa binja mill-isbaħ, kollha kolonni, arkati u ġebla minquxa blikbar sengħa!
“X’qed tagħmel?” staqsa l-pellegrin. “Mhux qed tara?” ħatfu r-raġel, mingħajr lanqas biss ħares lejh. “Qed ninqered bix-xogħol”. Il-pellegrin ma wieġeb xejn u kompla triqtu. Wara ftit
26
Noti kateketiċi It-traffic lights blu tiġbdilna l-attenzjoni għall-indħil ta’ xi ħaġa differenti filħajja ta’ kuljum. Hija l-iskoperta ta’ dimensjoni oħra. Imdorrijin, bħal dawk li jkunu fit-traffiku, li nżommu idejna fuq l-isteering u nagħtu kas biss ta’ dak li soltu nagħmlu. Kulħadd medhi fuq ix-xogħol, il-flus u l-impenji ta’ kuljum. It-traffic lights blu huma dak kollu li jgħidilna: “Ieqfu! Qed tarmu teżor. Ma teżistix biss din id-dinja! Ħarsu ’l fuq! Hemm is-sema wkoll...” Mhix vuċi qawwija. U tintefa malajr. Il-katekeżi hija waħda minn dawn il-vuċijiet. It-tliet naġġara ġġibilna quddiem għajnejna l-ħtieġa li nagħrfu l-iskop wara dak li nagħmlu. Mhux kunċett faċli għat-tfal u ż-żgħażagħ, imma jista’ jitwasslilhom permezz ta’ ġrajja. Hu importanti li lkoll kemm aħna nifhmu għalfejn qed nagħmlu l-azzjonijiet tagħna: nitgħallmu l-katekiżmu, immorru l-knisja, nitolbu, ngħinu ... Dan kollu jagħti dawl differenti għat-tip ta’ parteċipazzjoni. It-tliet ħaddiema kienu qed jagħmlu l-istess xogħol. Ir-raġuni wara l-ħidma tagħhom kienet differenti! Jekk nieħdu l-eżempju tal-katekeżi jista’ jkun hemm għanijiet differenti għalfejn tattendi: għax mibgħut millġenituri, għax hemm il-Griżma, għax kulħadd hekk jagħmel. Imma jista’ jkun li qed tattendi għax tixtieq tibni ‘tempju sabiħ’ tal-preżenza t’Alla fik! Xi mistoqsijiet: Meta d-dwal qalbu blu 1. X’inhuma t-traffic lights f’ħajtek? 2. Liema huma s-sinjali tat-triq miftuħa li tirċievi ta’ spiss?
U firex idu ħalli jurih il-post fejn kienet tielgħa binja mill-isbaħ…
3. Jista’ jkun li l-ġenituri, l-għalliema u l-katekisti jservu ta’ traffic lights għalik? 4. Liema toroq qed jindikawlek dawn in-nies? 5. Il-katekisti u s-saċerdoti jistgħu jservu ta’ traffic lights blu? Għaliex u kif? 6. Xi jfisser li juruk it-triq miftuħa lejn il-ġenna? 7. Jista’ jkun li l-ħajja ta’ Ġesù li ġie fid-dinja u twarrab mill-bnedmin tixbah lil dik tat-traffic lights il-blu? Xi mistoqsijiet: L-ISTORJA TAT-TLIET NAĠĠARA 1. It-tliet ħaddiema kienu qed jagħmlu l-istess xogħol iebes. X’kienet id-differenza bejniethom? 2. Hemm tant żgħażagħ jew tfal tal-età tiegħek. X’inhuma dawk l-affarijiet li jagħmluhom differenti? 3. Kieku jieqaf bniedem quddiem skola u jistaqsi lil min ikun dieħel x’sejjer jagħmel hemm ġew, x’taħseb li jweġbuh? 4. Kieku jieqaf bniedem quddiem dar tal-katekiżmu u jistaqsi lil
27
min ikun dieħel x’sejjer jagħmel hemm ġew, x’taħseb li jweġbuh? Attività mir-rakkonti: Fil-kamra fejn jiltaqa’ l-grupp jista’ jitqiegħed traffic light blu, li jindika l-metodu li bihom se nitfgħu l-ħarsa tagħna lejn il-ġenna. Dak kollu li jurina t-triq tal-ġenna jista’ jinkiteb fuqu jew maġenbu. Tista’ tinbena xbiha ta’ katidral, bħal mużajk, magħmula minn diversi partijiet li jixbhu ġebel u fuqhom ikun hemm l-ismijiet tal-grupp. Kulħadd iqiegħed il-ġebla tiegħu/tagħha fuq il-pedament ta’ Kristu u l-appostli. Dawn iż-żewġ simboli jistgħu jkunu kemm xbieha ċatta u kif ukoll tridimensjonali. Rakkonti mill-Bibbja: Mattew 6, 19-21 il-ġid tad-dinja u dak li jibqa’ għal dejjem. Mattew 20, 20-28 min irid jidher kbir quddiem Alla irid iservi lill-oħrajn. Mattew 21, 33-46 Ġesù huwa l-ġebla tax-xewka, il-pedament li fuqu jibni ħajtu n-nisrani.
Katekiżmu
Kevin Scicluna
Il-MISTOQSIJA
OĦT il-GĦERF Qatt kont qed taqra xi silta mill-Evanġelju, jew minn xi ktieb ieħor tal-Bibbja, u xtaqt li kien hemm xi ħadd ħdejk li jista’ jweġiblek il-mistoqsijiet li ġew f’moħħok? Jekk iva m’intix l-ewwel persuna li ġietek din ix-xewqa u dan għaliex il-Bibbja hija ktieb li bħalu m’hawnx. Ktieb speċjali, mhux biss frott il-kreattività u l-ispirazzjoni tal-awtur, imma fuq kollox frott l-ispirazzjoni Divina. Għalhekk se nippruvaw inwieġbu x’uħud minn dawn il-mistoqsijiet li jistgħu jservu anki ta’ bażi għallezzjonijiet u diskussjonijiet fil-klassi. Napprezzaw kemm hu sabiħ li niskopru dan ilktieb uniku li jgħinna nikbru fil-fidi tagħna. Ejja nibdew din l-avventura flimkien.
“Min hu Alla u minn fejn ġie?” All hu l-ħallieq u li jiggverna l-univers. Huwa infinitament fuq kull ħaġa li aħna nistgħu nkunu nafu jew nifhmu. Fi kliem isSalm 145 vers 3 “bla tarf il-kobor Tiegħu”. Imma Alla huwa wkoll qrib tagħna. Mhuwiex xi forma astratta, forza impersonali li sempliċiment ħalaq l-univers imbagħad ħallieh jaħdem għal rasu. Alla jżomm l-univers kollu fl-eżistenza – anki lilek u lili! Mingħajr is-sostenn tiegħu, aħna nisfumaw fix-xejn. Bħalma jikteb San Pawl, “Aħna fih ngħixu, nitħarrku u aħna”. Alla jixtieq li jaqsam ħajtu magħna. Biex jasal għal dan, irrevela xi ħaġa mill-misteru tiegħu. Lill-Iżraelin, Alla rrevela lilu nnifsu bħala l-uniku Alla. (PT 6: 4-5) Fl-għollieq jaqbad fuq is-Sinaj, Alla stqarr ismu lil Mosè, Jahweh, li tfisser “Jien Hu dak li Hu” (EŻ 3: 13-15) u wiegħed li jsalva lill-poplu tiegħu mill-jasar. Ġesù rrevela l-misteru tat-Trinità – Alla wieħed fi tliet persuni, ilMissier l-Iben u l-Ispirtu s-Santu (KKK 232-260) Alla jippossiedi ħafna attributi jew kwalitajiet li jgħidulna xi ħaġa fuq min hu. L-omnipotenza, li jista’ kollox,
28
tgħidilna l-iktar fuqu “Għax Alla li ħalaq kollox, jiggverna kollox u jista’ kollox” (KKK268) Ġesù wriena li Alla hu Missier li jħobb, li jieħu ħsieb uliedu. Huwa mimli ħniena u mogħdrija. Fl-aħħar mill-aħħar, Alla hu Verità u Mħabba. Huwa Alla li la jista’ jqarraq u lanqas jitqarraq. Kif insibu f’Salm 33 vers 4; “Għax sewwa hi l-kelma tal-Mulej, kollox bil-fedeltà huwa għamel!” L-appostlu Ġwanni jgħallimna li “Alla Hu imħabba” (1 Ġw 4: 8) Alla hu essenzjalment imħabba. L-ikbar espressjoni ta’ imħabbtu hi murija fil-persuna ta’ Ġesù “għax Alla hekk ħabb lid-dinja li bagħat lill-Iben tiegħu l-waħdieni biex kull min jemmen fih ma jintilifx, imma jkollu l-ħajja ta’ dejjem.” (Ġw 3: 15) Alla ma ġie minn imkien. Huwa Spirtu pur u għalhekk ma jokkupax spazju bħal ħwejjeġ materjali. Alla mhux limitat bi spazju jew żmien. Alla hu etern, li tfisser li jeżisti ‘l barra miż-żmien. Kien minn dejjem u jibqa’ għal dejjem. Alla hu immutabbli, ma jinbidilx. Iż-żmien hu biss għal din iddinja. Għal Alla kollox huwa preżent!
Tista’ tagħti spjega ħafifa tal-Ispirtu s-Santu? It-Trinità hija “il-misteru ċentrali talfidi u l-ħajja tan-nisrani ... il-misteru ta’ Alla nnifsu” (KKK 234) Dan ilmisteru tat-Trinità ma seta’ qatt ikun magħruf bir-raġuni umana; kellu jirrivelahulna Alla permezz ta’ Ġesù. Fl-Antik Testment, l-Iżraelin kienu jifhmu li Alla hu wieħed: “Isma’ Ja Iżrael, is-Sinjur Alla tiegħek Alla wieħed huwa” (DT 6:4) Meta ngħidu li Alla hu wieħed , qed ngħidu li Hu komplut u ma jitbiddilx, wieħed fl-essenza, natura u s-sustanza. Madanakollu, Alla huwa wkoll komunjoni ta’ persuni: Missier, Iben u Spirtu s-Santu. Għalkemm hemm tliet persuni, hemm natura waħda divina komuni li kull persuna jippossiedi b’mod sħiħ. It-Trinità hi komunjoni ta’ mħabba. Il-Missier iħobb l-Iben u l-Iben iħobb lura lill-Missier. L-imħabba
ta’ bejniethom hija l-persuna tal-Ispirtu s-Santu nnifisha. Alla jistieden lil kull wieħed u waħda minna biex naqsmu f’din ilkomunjoni bejn il-Missier u l-Iben fl-Ispirtu tagħhom ta’ mħabba. (KKK 850) X’jagħmel l-Ispirtu s-Santu? Bħalma nistqarru fil-Kredu, l-Ispirtu s-Santu hu ’l-Mulej li jagħti l-ħajja’. Kien permezz tad-dell li l-Ispirtu s-Santu tefa’ fuq Marija, li Ġesù, l-Iben uniku t’Alla, twieled fid-dinja (LK 1:35) Huwa l-Ispirtu s-Santu li jaħdem fl-istorja kollha tassalvazzjoni. Kien l-Ispirtu li mexxa ’l barra l-Iżraelin fid-deżert f’forma ta’ sħabha u nar (Eż 40: 36-38); li ‘kiteb’ l-għaxar kmandamenti fuq twavel tal-ġebel. (Eż 31:18); li kien fil-forma ta’ ħamiema li Noè ħeles wara l-għarqa l-kbira u li permezz tagħha nstabet art niexfa (Ġenesi 8: 8-12) u li niżel fuq Ġesù f’forma ta’ ħamiema.
Huwa l-Ispirtu s-Santu li jaħdem fl-istorja kollha tas-salvazzjoni.
Fil-magħmudija tiegħu hu baqa’ miegħu. (Mt 3:16) F’Pentekoste, l-istess Spirtu straħ fuq id-dixxipli bħala ‘ilsna tan-nar’ u mliehom b’Ġesù biex iwassalhom li jagħrfu l-verità (Atti 2:3-4, Ġw 14:16-17, KKK 696 – 701) Huwa l-Ispirtu s-Santu li nebbaħ lill-kittieba tal-Kotba Mqaddsa. Huwa preżenti fit-tagħlim talKnisja; jgħaqqadna ma’ Ġesù, b’mod speċjali fis-sagramenti; jidħol għalina fit-talb tagħna u jaħdem fil-ministeri u l-ħajja missjunarja tal-Knisja. Permezz tal-magħmudija, huwa l-Ispirtu li jgħammar f’kull wieħed u waħda minna, waqt li jistedinna biex nikbru fil-qdusija. Jittrasformana bil-grazzja santifikanti u d-doni li joffrilna. Huwa l-‘avukat’ tagħna u jqawwina fit-triq tagħna lejn il-ġenna. (Ġw 14: 16, 26; 15: 25; 16:7; KKK 688)
t b i s r a ħ Fl-aħ in li magaz ni! jogħġob
www.fb.com/xehda
Magazin bil-Malti
għaż-żgħażagħ
u l-adoloxxenti
Għal aktar informazzjoni ibagħtulna email fuq gwida@sdcmuseum.org