Dossier 03

Page 1

DOSSIER DO SSIER

#03

Ninvestu s-sigurtà tiegħek

MINISTERU GĦALL-INTERN, IS-SIGURTÀ NAZZJONALI U L-INFURZAR TAL-LIĠI GVERN TA’ MALTA AVVIŻ BI ĦLAS

Mhux pandemija biss tolqot fil-laħam il-ħaj

L-ewtanasja tinsab fuq l-aġenda tal-pajjiż. Mhux lakemm tgħid “taqbel” jew “ma taqbilx” – hija materja sensittiva li kull fejn taqta’ ser joħroġ id-demm. F’moħħi għandi l-karba ta’ min bħalissa għaddej mit-tbatija tal-mard u li għalih jew għaliha m’hemmx tama. Millbanda l-oħra ssib min jargumenta li l-ewtanasja mhix soluzzjoni għax iqisha bħala suwiċidju volontarju. Stħarriġ tal-opinjoni pubblika li qed jiġi ppubblikat ukoll f’din il-ħarġa juri li għad hawn wieħed minn kull erbgħa li jinsabu indeċiżi dwar jekk jaqblux jew le mal-ewtanasja. Importanti li jkun hawn dibattitu matur biex il-poplu jifforma opinjoni infurmata dwar dan is-suġġett.

Sadanittant, f’dawn il-jiem qed inkomplu nesperjenzaw it-tneħħija ta’ restrizzjonijiet li kienu ddaħħlu kawża tal-pandemija. Apparti l-inċertezza ekonomika, il-virus ħasad il-ħajja ta’ ħafna minna. Insellem il-memorja ta’ kull vittma, fosthom ta’ Godfrey Grima li min jaf kemm-il diskursata kellu s’issa ma’ sieħbu Oliver Friggieri, li ma damux wisq biex reġgħu ltaqgħu.

EDITUR: Melvic Zammit melviczammit@gmail.com

QARI TAL-PROVI: Daniela Attard Bezzina

Disinn: Stacy Grech design@unionprint.com.mt

Karikatura tal-faċċata: Robert Caruana

Reklamar: adverts@unionprint.com.mt +356 2590 0200

Stampar u Pubblikazzjoni: Union Print Co. Ltd Workers’ Memorial Building It-Tielet Sular, Triq in-Nofsinhar Il-Belt Valletta +356 2590 0200

02 06 12 14
1 L-Ewtanasja: Numri u Fehmiet BEJN IL-LINJI: TBASSIR EKONOMIKU F’PANDEMIJA “Għax aħna magħqudin” Taħbila ker(h)a L-Abbatija tad-Dejr: Mis-skiet tal-oqbra... It-Tfulija Mistura ta’ Concetta Brincat Biden minn sena ilu ’l hawn L-Isport F’NOFS Pandemija
EDITORJAL#WERREJ
28 34 44 46
ĦARĠA NUMRU 3 - APRIL 2021 M

L-EWTANASJA: NUMRI U FEHMIET

Stħarriġ tal-opinjoni pubblika li sar riċentament millistatistiku Dott. Vincent Marmara juri li waqt li ftit iżjed minn terz tal-popolazzjoni taqbel mal-ewtanasja, erbgħa minn kull għaxra wieġbu li ma jaqblux. Kważi kwart talpopolazzjoni wieġbu li huma indeċiżi.

Dott. Marmara nnota kif l-indeċiżi jxaqilbu aktar mal-persuni li jaqblu mal-ewtanasja jekk din tidħol b’kundizzjoni, għax sebgħa minn kull għaxra minnhom (71.2%) wieġbu li jiddependi mill-każ jew is-sitwazzjoni.

61.3% ta’ dawk li wieġbu li jaqblu qalu li jaqblu mal-ewtanasja f’każ li l-persuna tkun qed tbati, waqt li kważi 40% ta’ dawk li ma jaqblux qalu li Alla biss jiddeċiedi meta persuna għandha tmut.

Persuni li għandhom inqas minn 26 sena huma l-aktar favur l-ewtanasja, waqt li sitta minn kull għaxra li għandhom iżjed minn 66 sena wieġbu li ma jaqblux.

2
3 16-25 46.2% 70% 60% 50% 40% 30% 20% 10% 0% 26-35 36-45 46-55 56-65 23.1% 30.8% 37.7% 36.2% 26.1% 32.0% 45.3% 22.7% 40.2% 34.5% 25.3% 37.7% 40.3% 22.1% IVA 35.5% 45% 40% 35% 30% 25% 20% 15% 10% 5% 0% LE MA NAFX 40.0% 24.4% Taqbel mal-Ewtanasja le ma nafx iva 19.8% 60.5% 19.8% 66+ Taqbel mal-Ewtanasja (skont l-età) DOSSIER tkellem mal-Perit Daniel Micallef u Dott. Mario Thomas Vassallo li esprimew fehmiet kuntrastanti dwar dan is-suġġett.

KONTRA L-EWTANASJA

Ninsabu ngħixu f’dinja fejn il-prestazzjoni tal-persuna hija aktar importanti mid-dinjità umana. Il-valur talpersuna jinsab f’dak li jirnexxilha tagħmel jew tipproduċi, aktar milli għal dak li hi tabilħaqq. Jekk persuna tipproduċi ħafna, għandha valur kbir. Jekk, mill-banda l-oħra, ilprestazzjoni hi ftit jew xejn minħabba mard, xjuħija u l-bqija, allura l-valur tal-persuna jiċkien. Huwa f’dan l-ambjent soċjali li titwieled l-għajta għall-ewtanasja, fejn persuna bla tama ta’ fejqan ma tarax - hi stess - il-bżonn tal-eżistenza tagħha u għalhekk titlob li ħajjitha tinħasad f’qasir il-għomor. Dan kollu jinsab miżrugħ fis-sens li nagħtu lil ħajjitna. Jekk jintilef is-sens, m’hemmx aktar lok għall-ħajja. Ma jibqax jinħass il-bżonn li nkomplu ngawdu mid-don tal-ħajja.

It-tbatija hi misteru għall-bniedem. Kull xjenza li teżisti, sew jekk medika, soċjoloġika, psikjatrika, ekonomika, fiżika, politika u l-bqija, timpenja ruħha biex tħaffef it-tbatija għall-bniedem. Kull skoperta u innovazzjoni f’kull qasam tal-ħajja hija intiża biex il-bniedem jgħix aħjar u b’anqas tbatija. Fl-istess waqt, il-bniedem jirnexxilu jibqa’ inġenjuż f’kif joħloq tbatija ġdida fuqu nnifsu u fuq ħaddieħor. Dan huwa l-paradoss fil-lotta dejjiema bejn il-misteru tattbatija fuq naħa u l-isforz kollettiv u individwali tal-umanità fuq in-naħa l-oħra. Minkejja kull attentat mix-xjenza biex issolvi u tliġġem il-mard, l-uġigħ, il-faqar, id-disprament, l-iżolament u l-inkwiet, it-tbatija jirnexxilha tissopravivi u tittrasforma ruħha f’suriet ġodda - tant li l-bniedem ma jkunx jiflaħ għaliha. F’soċjetà li temmen li kull soluzzjoni tista’ ssibha billi tiggugiljaha f’ħakka t’għajn, il-bniedem jitlef kull tama, kull skop, kull sens, meta jintrikeb minn mard u inkwiet li għalih ma jsib ebda soluzzjoni immedjata. U hawn tinbet l-għajta li la m’hemmx fejqan, la m’hemmx tama għal titjib u la ma fadal ebda xaqq dawl fl-aħħar tattrinka, ikun aħjar li jintefa s-swiċċ tal-ħajja. Il-bniedem li

DOTT. MARIO THOMAS VASSALLO

ma jagħraf ebda sens fit-traġitt tal-ħajja jirrikorri għal azzjonijiet drastiċi li jistgħu jinkludu suwiċidju volontarju, inkella suwiċidju assistit permezz tal-ewtanasja.

Il-pressjoni fuq l-Istat qiegħda kulma jmur tiżdied biex l-ewtanasja tiġi legalizzata donnha hi xi dritt fundamentali. Hawn ftit pajjiżi li ġa lleġiżlaw f’dan il-qasam, oħrajn qegħdin f’nofs dibattitu nazzjonali biex jaraw jirrispondux pożittivament jew negattivament għal din l-għajta minn ċerti kwartieri tas-soċjetà. Malta bdiet hi wkoll din id-diskussjoni. Għalkemm jien kontra l-ewtanasja għax nemmen li d-dinjità tal-ħajja umana tissupera kull kundizzjoni miskina tal-ġisem u tal-moħħ ta’ kull persuna, fl-istess waqt ma nikkundannax lil min fin-nuqqas ta’ tama jitlob li ħajtu tintemmlu. Meta ninsabu fil-bidu ta’ din ilpolemika nazzjonali, nittama li ma jkollniex l-istess eżodu li kellna meta l-Parlament Malti llegalizza l-kannabis għallużu mediċinali. Ma laħqux għaddew aktar minn ftit xhur, meta smajna li bdew jiftħu l-ewwel serer u rziezet talkannabis f’Malta. F’pajjiż fejn in-numru ta’ bdiewa full-time naqas drastikament, sar għandna interess ġdid u qawwi biex ikollna razza ta’ ‘bdiewa’ ġodda li jiżirgħu, ixettlu, jaħsdu u jesportaw il-kannabis. Qed ngħid dan għax il-vot tal-legalizzazzjoni tal-kannabis kellu moħbija warajh niċċa ekonomika ġdida li permezz tagħha qegħdin jistagħnew għadd ta’ imprendituri u kummerċjanti li nqalgħu minn taħt ir-riħ. Għandi għax nifhem li l-politiku kien diġà jaf b’dawn it-talin meta ġie biex ibiddel il-liġi, minkejja li qatt ma fetaħ fommu dwarhom waqt id-diskussjoni li tqajmet fil-Kamra tad-Deputati u lil hinn minnha. Inqis dan il-ħabi bħala qerq mill-klassi politika.

Bl-istess mod, nittama li bid-diskussjoni dwar l-ewtanasja ma jkunx hemm il-ħsieb ta’ qligħ ta’ belli liri minn għadd ta’ imprendituri u kummerċjanti ġodda – din id-darba mill-qasam mediku u tal-ivvjaġġar – li se jgawdu minn dan l-iżvilupp legali għax jibdlu lil Malta f’destinazzjoni tal-aħħar vjaġġ. Fi kliem ieħor, li jibdew jirreklamaw lil pajjiżna bħala post fejn pazjenti bla tama jistgħu jittieħdu biex imutu u, naturalment, ikollhom iħallsu biz-zalza lill-kliniċi privati biex jipprovdulhom issuwiċidju assistit. Dan ikun tradiment tal-valur tal-ħajja li minn dejjem ħaddnet il-maġġoranza assoluta tal-Maltin tul żminijiet diversi.

4

Bħal kull suġġett meqjus sensittiv, id-diskussjoni dwar l-ewtanasja tqanqal ħafna emozzjonijiet. Kuntent li f’pajjiżna dan is-suġġett tela’ fuq l-aġenda; jiena wieħed minn dawk li kont ċar li ser nikkampanja b’saħħa biex tali dritt ikun disponibbli f’pajjiżna wkoll. U għalfejn nemmen hekk?

Żgur mhux b’kapriċċ. Mhux qed nitkellmu fuq kuntesti sbieħ, iżda lanqas qed nitkellmu fuq affarijiet tad-dinja l-oħra. Il-mard u l-mewt – realtajiet li, irridu u ma rridux, imiss magħhom kulħadd. Innutajt li hawn ħafna miżinformazzjoni dwar is-suġġett ukoll.

Nemmen li dan id-dritt għandu jkun disponibbli biss skont il-volontà tal-individwu. Fl-ebda ċirkostanza ma naqbel li jiġi impost fuq xi ħadd. Hija għażla li jien u int għandu jkollna jekk iċ-ċirkostanzi fil-perkors ta’ ħajjitna jkunu sfortunati, jekk insibu ruħna naffaċċjaw tbatija twila u inutli, bla ebda tama ta’ rkupru.

Hemm min jaħseb li l-ewtanasja hija xi mod kif ‘teħles’ minn persuna oħra. Żgur mhux il-każ. L-ewtanasja volontarja tirrikjedi l-volontà tal-individwu. F’pajjiżi fejn hi legalizzata, normalment ikun hemm kriterji u ċirkostanzi li jippermettu dan. Lanqas hija l-mezz kif l-individwu li jagħmel l-għażla, ‘jeħles’ qisu qed jagħżel ilkulur tal-ingravata filgħodu qabel ġurnata xogħol. Dawn sitwazzjonijiet ferm kumplessi u ta’ wġigħ kbir, u sabiex individwu jasal f’dan l-estrem ikun hemm proċess ta’ ħsieb u dixxerniment qawwi.

L-unika ħaġa inevitabbli għal kulħadd li hawn fid-dinja hija l-mewt. Mhux suġġett sabiħ, allura qajla nitkellmu dwaru. Iżda t-tbatija inutli sfortunatament tmiss magħha kull familja. Mard terminali kiefer li jgħaddi lil persuni minn kalvarji twal, kollha kemm aħna assistejna għalih. Trattamenti li jagħtu tama fejn ikun hemm, jeżistu. Kura

IL-PERIT DANIEL MICALLEF

biex it-tbatija titnaqqas teżisti wkoll, u trid tissaħħaħ. Iżda l-individwu għandu jkollu d-diskrezzjoni fuq ħajtu jekk issitwazzjoni tkun tant kiefra u bla tama ta’ xejn.

Nilqa’ b’sodisfazzjon l-appell tal-Prim Ministru Robert Abela li ħeġġeġ dibattitu fuq din it-tema f’pajjiżna; hija tema rikurrenti li rajna riċentament il-poplu fi New Zealand jivvota favuriha f’referendum, u l-parlamentari fil-Portugall ftit ġranet ilu jivvutaw favuriha wkoll. Żgur li mhix tema li għandha tkun xi ballun politiku, jew maħkuma minn xi dibattitu partiġjan.

Jien l-ewwel wieħed nirrifjuta bis-saħħa li tali diskussjoni tkun hekk. Konxju li hawn ħafna li ma jaqblux miegħi, filwaqt li hawn ħafna li ma jaqblux ukoll għax forsi m’għandhomx informazzjoni biżżejjed. Iżda konxju wkoll tal-ħafna li jridu jaraw dan id-dritt jiġi legalizzat f’pajjiżna wkoll. Minn meta esprimejt ruħi bl-aktar mod ċar dwar din it-tema, kienu mijiet il-persuni li sabuni fittriq jew kitbuli biex jaqsmu ħsibijiethom miegħi dwar issuġġett. Fix-xhur li ġejjin naspira li nara d-dibattitu jikber, li niddiskutu l-prinċipji u eventwalment anke d-dettalji ta’ tema delikata bħal din.

Hemm mudelli lejn xiex inħarsu. Hemm żbalji ta’ pajjiżi oħrajn li nistgħu nevitaw. Iżda li hu żgur huwa li ż-żmien għal din id-diskussjoni wasal, u lil hinn mid-diskussjoni naslu biex nieħdu deċiżjoni fuq dan id-dritt. Kif tittieħed id-deċiżjoni? Min ser jeħodha? Anke din għandha tkun parti mid-diskussjoni. Li jiena ċert minnu hu li flimkien ma’ ħafna oħrajn, jiena wieħed minn dawk li, kif kont, ser nibqa’ nkun fuq quddiem nett nippromovi leġiżlazzjoni responsabbli li tagħti d-dritt lili, lilek u lil kulħadd li jkollna l-għażla jekk id-destin iwassalna f’sitwazzjoni ta’ sofferenza u tbatija inutli għalina u għal ta’ madwarna.

Segwejt l-attiviżmu ta’ bosta persuni lil hinn minn xtutna li ħadmu biex jidħol dan id-dritt f’pajjiżhom. Sentenza li baqgħet f’moħħi kienet dik li sostna Matt Vickers dwar martu, li mietet ta’ età żgħira u wara mewtha kompla l-ġlieda biex dan id-dritt jidħol fi New Zealand.

Vickers sostna, “Marti ma riditx tmut. Ħadd ma jrid imut. Dan kunċett żbaljat. Il-problema li l-għażla tagħha sabiex tgħix itteħditilha”.

5
FAVUR L-EWTANASJA

BEJN IL-LINJI:

TBASSIR EKONOMIKU F’PANDEMIJA

il-Kap tad-Dipartiment tal-Ekonomija fl-Università ta’ Malta

DR AARON GRECH, Chief Economist tal-Bank Ċentrali, u DOTT. PHILIP VON BROCKDORFF , il-Kap tadDipartiment tal-Ekonomija fl-Università ta’ Malta, janalizzaw is-sitwazzjoni fiskali tal-pajjiż u l-inċertezzi li qed iġġib magħha l-pandemija, il-varjant u xenarji differenti f’każ li l-pandemija ttul.

DR AARON GRECH, Chief Economist tal-Bank Ċentrali ta’ Malta
6
DR PHILIP VON BROCKDORFF,

Dr Philip von Brockdorff:

Is-sitwazzjoni tibqa’ waħda fluwida minħabba kif żviluppat l-imxija u dan minħabba l-varjant li tfaċċa. Iżda nistqarr li m’iniex sorpriż sa barra. Jekk niflu sew il-kotba tal-istorja nintebħu li flaħħar pandemija globali kellhom jgħaddu aktar minn sentejn qabel il-ħajja reġgħet lura għan-normal. Wieħed jittama li b’riżultat tal-vaċċin, nerġgħu mmorru lura għan-normal qabel sentejn, iżda l-effetti ekonomiċi u finanzjarji żgur li jibqgħu jinħassu għal tul ta’ żmien ferm aktar.

Jekk inħarsu lejn is-sitwazzjoni preżenti nsibu li d-defiċit filfinanzi pubbliċi fit-tielet kwart tas-sena 2020 laħaq kważi €320 miljun. B’hekk qed jiżdied id-dejn pubbliku u, kif inhu mistenni, id-defiċit mhux se jibda jinżel qabel jgħaddu għalkollox l-effetti tal-imxija.

Kien f’dan l-isfond li l-Ministru għall-Finanzi stqarr li l-ekonomija hija aktar importanti mid-defiċit. Naturalment dan ma jfissirx li d-dixxiplina finanzjarja m’għadhiex tapplika, iżda fiċ-ċirkostanzi preżenti l-Gvern m’għandux għażla oħra għajr li, sa fejn jista’, ikompli jsostni negozji u ħaddiema milquta ħażin mill-pandemija. S’issa dan il-piż kien sostnut minħabba t-tkabbir ekonomiku li kellna qabel il-pandemija iżda huwa neċessarju li l-miżuri li ttieħdu f’dawn l-aħħar ġranet ma jkunux estiżi aktar minn dak maħsub. Irridu nifhmu li għalkemm id-dejn pubbliku mhux għoli daqskemm hu fl-Italja jew fir-Renju Unit, xorta waħda jrid jitħallas lura. Il-vantaġġ hu li r-rati tal-imgħax baqgħu, u jidher li se jibqgħu, baxxi u dan inaqqas il-piż tas-self.

Madankollu ntenni n-neċessità li noħorġu minn din il-kriżi kemm jista’ jkun malajr biex il-finanzi pubbliċi jerġgħu lura għal li kienu u b’hekk ma jkunux eventwalment ta’ piż fuq negozji u ħaddiema. Huwa minnu li l-Gvern mhux qed iżid it-taxxi. Bilkontra, il-Gvern qed itaffi l-piż f’mument ta’ kriżi iżda din mhix

pożizzjoni sostenibbli. Il-Kummissjoni Ewropea taqbel li l-politika fiskali għandha tkun flessibbli f’mument bħal dan u l-Gvern qed iħaddem il-politika fiskali f’din id-direzzjoni.

Sfida oħra hi li nibdew inħaddmu kemm jista’ jkun malajr irriżorsi finanzjarji mill-programm Next Generation EU. Din mhix sfida faċli, iżda dawn il-fondi jistgħu jgħinu fl-irkupru ekonomiku li bħalissa qed jiddependi wisq fuq is-settur tal-bini. Jien dejjem esprimejt opinjoni favorevoli fin-neċessità ekonomika tas-settur tal-bini iżda dan is-settur għaddej b’ritmu li jista’ ma jkunx sostenibbli f’xenarju postpandemija. Hu għalhekk li l-istrateġija ta’ rkupru ekonomiku għandu jħares biex jissaħħu setturi oħra ekonomiċi u jiġu żviluppati setturi oħra. B’hekk biss nistgħu nkomplu nsaħħu l-produttività u l-kundizzjonijiet tax-xoghol talħaddiema.

Li hu żgur ukoll hu li ma nistgħux inħarsu lura biex l-ekonomija tagħna tikber f’livelli sostenibbli u nkomplu nżidu l-produttività tal-ħaddiema f’pajjiżna. Ix-xenarju postpandemija se jkun differenti minn dak li għaddejna minnu mill-2013 ‘l hawn, fejn konna mdorrijin bi tkabbir ekonomiku bla preċedent. Irridu nkunu aktar kreattivi fil-ħsieb tagħna, f’kull inizjattiva li nieħdu u fuq kollox niżguraw li kull ewro li nonfqu fuq l-edukazzjoni jissarraf fi kwalifiki u ħiliet li tirrikjedi ekonomija bbażata aktar fuq ix-xjenza u t-teknoloġija. Din mhix sfida faċli meta niftakru li l-biċċa l-kbira tal-istudenti ma jridux jafu b’suġġetti xjentifiċi jew li fihom kontenut matematiku avvanzat.

Minkejja dan u dment li jkollna strateġija ċara u effettiva ta’ fejn irridu mmorru, nibqa’ ottimist li l-ekonomija tagħna tista’ terġa’ tesperjenza tkabbir ekonomiku b’saħħtu u bil-mod il-mod nerġgħu nsaħħu l-finanzi pubbliċi.

Dr Aaron Grech:

Mindu bdiet il-pandemija, it-tbassir ekonomiku sar ferm akar diffiċli. Dan għaliex is-sitwazzjoni medika dejjem tevolvi, u kultant mhux kif wieħed jistenna. Dan ifisser li l-pass li bih isiru jew jitneħħew restrizzjonijiet jinbidel sikwit u ovvjament dan ikollu impatt ekonomiku. Imma fattur ieħor li jinbidel sikwit huwa r-reazzjoni tal-gvernijiet u l-banek ċentrali.

Biex nagħti eżempju, sena ilu kulħadd kien qed ibassar li madwar id-dinja ser ikun hemm livell ta’ qgħad ferm għoli. Fir-realtà, frott l-interventi tal-banek ċentrali u tal-gvernijiet, ilqgħad baqa’ relattivament kontrollat. F’ċerti pajjiżi, bħal ngħidu aħna l-Istati Uniti, l-għajnuna tal-Gvern wasslet biex id-dħul talħaddiem medju u anke dawk bi dħul baxx ikun ogħla minn qabel il-pandemija.

Minn Melvic Zammit
7

Il-proġezzjonijiet ekonomiċi tal-Bank Ċentrali jikkunsidraw l-inċertezzi relatati mal-pandemija COVID-19 billi jippreżentaw żewġ xenarji: xenarju bażi u xenarju sever. Ix-xenarju bażi jirrappreżenta l-possibbiltà li l-kriżi tas-saħħa tiġi solvuta sal-bidu tal-2022, u għalhekk l-attività ekonomika terġa’ lura għal-livelli ta’ qabel il-pandemija sa dik is-sena. Fix-xenarju sever, ir-ritorn għal-livelli tal-Prodott Domestiku Gross (PDG) ta’ qabel il-pandemija jittardja xi ftit, minħabba diffikultajiet relatati ma’ varjanti tal-virus u pass aktar bilmod tat-tilqim. F’każ bħal dan, il-livell tal-PDG tal-2019 huwa pproġettat li jintlaħaq fl-2023.

Ejja nidħlu ftit aktar fid-dettall tax-xenarju bażi. Wara t-tnaqqis sinjifikanti tal-attività ekonomika fl-2020, ilkundizzjonijiet ekonomiċi huma mistennija li jitjiebu gradwalment. Dan huwa kondizzjonali fuq l-implimentazzjoni b’suċċess ta’ tilqima, anke jekk din tiġi finalizzata kmieni fl2022. F’dan il-kuntest, il-PDG huwa mistenni li jikber b’5.0% fl-2021, 5.5% fl-2022, u 4.7% fl-2023.

Id-domanda domestika hija prevista li tkun il-mutur dominanti tat-tkabbir ekonomiku tul il-perjodu ta’ proġezzjonijiet, mirfud minn titjib fil-komponenti kollha. Fl-2021, il-konsum b’saħħtu huwa mistenni li jirkupra xi ftit mit-tnaqqis irreġistrat is-sena l-oħra. Iżda l-livell ta’ konsum se jibqa’ taħt il-livelli ta’ qabel il-pandemija, peress li l-miżuri ta’ kontroll u r-restrizzjonijiet fuq l-ivvjaġġar internazzjonali, kif ukoll is-servizzi ta’ ospitalità u divertiment, se jkomplu jaffettwaw il-konsum. Il-konsum privat imbagħad huwa mistenni li jkompli jiżdied fl-2022 u l-2023, u dan jirrifletti tkabbir aktar mgħaġġel fid-dħul disponibbli u jippermetti lill-familji jnaqqsu r-rata ta’ tfaddil tagħhom biex jirkupraw xi ftit dak il-konsum li ssagrifikaw waqt iż-żmien tal-pandemija. It-tfaddil issa laħaq livelli rekord, b’aktar minn €14-il biljun imfaddla mal-banek, b’żieda ta’ aktar minn €1.1 biljun mindu bdiet il-pandemija, u għaldaqstant wieħed jistenna li hekk kif jgħaddu r-restrizzjonijiet, parti minn dan it-tfaddil żejjed jiġi użat mill-familji Maltin u Għawdxin.

Fir-rigward tal-investiment, dan huwa proġettat li jirkupra fl-2021 għax numru ta’ proġetti kienu posposti fl-2020. Barra minn hekk, l-ammont qawwi ta’ fondi Ewropej li pajjiżna għandu għad-dispożizzjoni tiegħu se jagħti spinta sostanzjali lill-investiment tal-gvern matul it-tliet snin li ġejjin.

Minkejja rkupru limitat, l-esportazzjoni xorta hija mistennija teżerċita impatt negattiv fuq it-tkabbir tal-PDG fl-2021 hekk kif id-domanda barranija għadha limitata. Imbagħad hu mistenni li l-kontribut jaċċellera fl-2022 u l-2023. Fattur li jxekkel l-irkupru huwa d-dgħufija fit-tul fit-turiżmu, speċjalment fid-dawl tal-fatt li f’ħafna pajjiżi

Ewropej il-proċess ta’ vaċċinazzjoni mhux qed ikun rapidu. Min-naħa l-oħra, mhux ta’ min jissottovaluta l-impatt qawwi li mistenni jkollu l-pakkett ta’ stimulu fiskali mħabbar millamministrazzjoni Biden fuq id-domanda dinjija.

X’JISTA’ JFISSER DAN GĦALL-IMPJIEGI?

L-aġġustament tas-suq tax-xogħol fl-2020 kien primarjament rifless fi tnaqqis fis-sigħat tax-xogħol hekk kif in-negozji żammew il-livelli tal-impjieg tagħhom, appoġġjati minn miżuri fiskali tal-Gvern. Għalhekk, diversi kumpaniji huma mistennija li jirrispondu għal titjib fil-kundizzjonijiet tannegozju fl-2021 billi gradwalment iżidu x-xogħol u l-ħaddiema jirritornaw bil-mod għas-sigħat tax-xogħol normali tagħhom. Dan jista’ jimplika li se jkun hemm inqas ħtieġa għal aktar reklutaġġ fl-2021. Anke fis-snin ta’ wara, mhux mistenni li jkun hemm tkabbir qawwi fl-impjiegi, proprju għax dawn ma naqsux fl-2020, iżda n-negozji ser ifittxu li jerġgħu jiksbu parti mit-telf fil-produttività esperjenzat matul il-pandemija.

Għalhekk il-Bank Ċentrali jaħseb li t-tnaqqis fir-rata talqgħad, fejn il-qgħad hu diġà f’livell baxx ħafna storikament, ser ikun relattivament limitat, u fl-2023 ir-rata tistabbilizza fil-livell ta’ 4.2%.

X’SER TKUN IS-SITWAZZJONI TAL-BILANĊ FISKALI TA’ PAJJIŻNA?

Il-bilanċ fiskali mistenni jibqa’ f’defiċit qawwi tul ilperjodu tat-tbassir. Għandu jonqos maż-żmien hekk kif ilmiżuri ta’ appoġġ relatati mal-pandemija jibdew jiġu rtirati u l-attività titjieb. B’riżultat ta’ dan, id-defiċit mistenni jibqa’ ’l fuq minn 6.0% fl-2021 u madwar 4.0% fis-snin ta’ wara.

F’dak il-każ, il-proporzjon tad-dejn mal-PDG huwa pproġettat li jitla’ għal 60.3% sal-2023. Dan ikun ifisser li pajjiżna jkun qed jikser żewġ regoli tad-defiċit eċċessiv, għalkemm il-Kummissjoni Ewropea ssospendiet dawn irregoli sa mill-inqas is-sena 2022. Xorta, iżda, pajjiżna jkollu sitwazzjoni fiskali ferm aħjar minn dik fil-bqija taż-Żona Ewro, fejn id-defiċit huwa mbassar li jkun eqreb 5.0% mentri d-dejn nazzjonali jkun qabeż il-100% tal-PDG.

Jekk min-naħa l-oħra jseħħ ix-xenarju sever, id-defiċit mhux talli jonqos fl-2021, talli jkompli jiżdied għal 10.0%. Imbagħad dak it-titjib li fix-xenarju bażi hu mbassar li jseħħ din is-sena, jiġri fl-2022 minflok, iżda mbagħad jieqaf fl-2023. B’riżultat ta’ dan, il-proporzjon tad-dejn mal-PDG jitla’ għal 68% sal-2023. Xorta jkun ifisser piż anqas minn dak fil-bqija taż-Żona Ewro, iżda l-ispazju fiskali għall-Gvern ikun ferm aktar limitat f’dan il-kuntest.

8
BEJN IL-LINJI:
9 AVVIŻ BI ĦLAS

TGĦINEK

TAGĦRAF L-OPPORTUNITAJIET BIEX TAĠĠORNA N-NEGOZJU

gur li ħadd ma kien jobsor li se nqattgħu sena bħal din, għassa għal kull sold li noħorġu u għal kull wieħed li ndaħħlu. Tgħallimna ħafna u kellna nadattaw. L-intrapriżi tagħna esperjenzaw tibdil liema bħalu u għadhom sa issa mhux ċerti x’se jiġri min-negozju tagħhom.

Iżda x’setgħu jagħmlu dawn in-negozji matul dan il-perjodu? L-ewwel prijorità hija li żżomm in-negozju għaddej, ħaj, jistenna r-riħ fil-poppa jerġa’ jibda jdawwar ir-rota. Però dan iż-żmien serva wkoll sabiex wieħed jagħti ħarsa lejn l-istruttura tiegħu nnifsu, lejn ilproċessi tiegħu, u lejn l-operat. Dan il-perjodu kien ukoll opportunità biex in-negozju jiġi analizzat u naraw fejn nistgħu ntejbu l-prodott u s-servizz tagħna. F’dan l-artiklu ser nesploraw l-inizjattivi li qed jieħdu żewġ kumpaniji partikolari fi sforz biex ibiddlu l-operat tagħhom għal realtà li qiegħda dejjem tinbidel.

Li kieku Portughes Laundry & Dry Cleaning ma fittxewx kif joperaw is-servizz tagħhom b’modi ġodda fl-1979 meta telqu l-Ingliżi, kieku fl-2021 m’għandniex lil Portughes Laundry tal-lum li qed tħares ukoll lejn il-produzzjoni talmakkinarju. U kieku Techniplast baqgħet biss toffri servizzi ta’ tool making, kieku llum mhix parti minn sistema li tissupplixxi l-kumpaniji kbar li jaħdmu b’materjali tal-plastik permezz tal-injection moulding. Ir-riġenerazzjoni tan-negozji tagħna hija l-qabża li jmiss. Bosta negozji ilhom joperaw għal diversi snin, u dawn żgur kellhom jadattaw għal opportunitajiet ġodda. L-istess irid iseħħ din id-darba quddiem it-tibdil li ġab miegħu l-COVID. Biddel jew tirriskja li ma tibqax fis-suq. Dan hu l-appell tagħna bħala Malta Enterprise. Inħeġġu lin-negozji kollha li jixtiequ jinbidlu biex jagħmlu kuntatt mal-Malta Enterprise u jsiru aktar familjari mar-Re-engineering and Transformation Scheme li qiegħda titħaddem minnha proprju għal dan il-għan. L-iskema toffri għajnuna fuq ħlas ta’ konsulenti biex jgħinuk taġġorna n-negozju tiegħek.

ĦEJJI N-NEGOZJU TIEGĦEK GĦAL LI ĠEJ
L-ISKEMA RE-ENGINEERING AND TRANSFORMATION TAL-MALTA ENTERPRISE TIEGĦEK.
Ż
10 AVVIŻ BI ĦLAS

Il-bidu ta’ Techniplast imur lura lejn ilbidu tas-snin sebgħin, meta s-sur Emanuel Aquilina beda jipprovdi servizz ta’ tool maker lill-industrija lokali. Din l-attività kompliet tikber b’tali mod li s-Sur Aquilina espanda fl-injection moulding u blow moulding. Eventwalment dan wassal sabiex fil-bidu tas-snin disgħin twaqqfet il-kumpanija Techniplast Ltd.

Matul iż-żmien Techniplast Ltd kompliet tespandi u tispeċjalizza fis-settur tal-injection moulding, blow moulding kif ukoll tool making u stabbilixxiet ruħha bħala waħda mill-akbar sub-contractors fis-settur tal-produzzjoni ta’ komponenti tal-plastik għal intrapriżi ferm ikbar li joperaw minn pajjiżna f’diversi setturi. Matul is-sena 2017 il-kumpanija rnexxielha takkwista ċ-ċertifikazzjoni ISO 9001:2015. Illum il-ġurnata timpjega madwar 20 persuna li l-maġġorparti tagħhom huma nies tekniċi.

Bħalissa din l-intrapriża għaddejja minn proċess ta’ ristrutturar bil-għan li żżid il-produttività kif ukoll tnaqqas l-ispejjeż tal-produzzjoni billi tinvesti f’makkinarju modern li jikkonsma ammont ta’ enerġija ferm inqas mill-makkinarju eżistenti. Apparti minn hekk, l-intrapriża għaddejja bi pjan ieħor sabiex iżżid il-firxa ta’ klijenti billi tidħol f’setturi ġodda li jwasslu sabiex din l-intrapriża tibda tesporta l-prodotti tagħha.

Il-bidu ta’ Portughes Laundry and Dry Cleaning imur lura fil-bidu tas-seklu għoxrin, proprju fl-1915, meta s-Sur John Attard Portughes iddeċieda li jibda joffri servizz ta’ laundry lill-pubbliku.

Is-servizzi Brittaniċi bbażati f’Malta kienu bdew jużaw ukoll dan is-servizz sakemm ġew biex jitilqu. Is-sidien iddeċidew li jinkorporaw l-attività f’kumpanija u b’hekk inħolqot il-kumpanija ‘Portughes Dry Cleaning Ltd’ li eventwalment daħlet topera fil-lukandi u b’servizz li twassal ilħwejjeġ minn u sad-djar tal-pubbliku.

Kien f’dan il-kuntest li fl-2018 il-kumpanija bdiet taħdem fuq pjan sabiex tmexxi l-operat tagħha f’post ikbar u tinvesti f’makkinarju iktar modern u effiċjenti, inkluż il-flotta tagħha, kif ukoll ħarrġet lill-impjegati tagħha, b’investiment ta’ iktar minn miljun ewro.

Fl-2020 twaqqfet kumpanija oħra bl-isem ta’ Laundry Concepts Ltd, bil-ħsieb li toffri servizz ta’ launderettes f’żoni kkunsidrati bħala strateġiċi għal dan it-tip ta’ servizzi. Hawnhekk ukoll il-familja Portughes irnexxielha tkun innovattiva billi ħadmet fuq pjan fejn involviet ruħha b’mod iktar dirett fil-bini tal-makkinarju li jeħtieġ dan it-tip ta’ servizz. Dan sabiex eventwalment il-kumpanija tkun f’pożizzjoni li toħloq franchise f’dan is-settur li wkoll jibda jiġi esportat.

11 AVVIŻ BI ĦLAS

“Għax aħna magħqudin”

Il-Kelliem għall-Uffiċċju tal-President, SANDRO MANGION , jaqsam xi ħsibijiet dwar il-Konferenza għall-Għaqda Nazzjonali, li saret b’inizjattiva tal-President ta’ Malta fil-Palazz Verdala u online fi tmiem Frar li għadda.

Hemm wieħed li hu wieħed li ma jsemmihiex? Isma’ l-innijiet talpartiti politiċi, tal-klabbs talfutbol, tal-każini tal-baned, u ta’ min trid: tista’ tgħid li lkoll kemm huma jisħqu fuq il-valur tal-għaqda fost ilpartitarji, is-segwaċi, jew il-membri tagħhom. Ma tistagħġibx. Kull organizzazzjoni għandha l-għan li tirnexxi, li tilħaq il-miri tagħha. U kull min imexxi organizzazzjoni u huwa mogħni bid-dehen jagħraf li, tistinka kemm tistinka, ma tistax tasal għall-milja kollha tiegħek jekk tkun mifrud. Mhux ta’ b’xejn li, waqt iċ-ċelebrazzjonijiet ta’ rebħ, dejjem tinstema’ togħla ’l fuq l-għajta, “Għax aħna magħqudin”.

Jekk klabb, każin, partit, jew kwalunkwe soċjetà oħra ma jistgħux jiksbu suċċess sħiħ mingħajr l-għaqda, aħseb u ara pajjiż. Meta, fis-snin għoxrin tas-seklu l-ieħor, intalab jikteb il-vrus għall-mużika tal-Mro Robert Samut biex joħloq innu għat-tfal tal-iskejjel, Dun Karm ħataf l-okkażjoni biex sawwar Innu Nazzjonali f’għamla ta’ talba lil Alla. X’talbu, fuq kollox? Biex iseddaq fostna, bħala poplu, l-għaqda u s-sliem. Kemm inkantawh bl-amment dan il-vers mingħajr ma nagħtu wisq ħsieb lejn x’qed nagħmlu biex, aħna wkoll, nikkontribwixxu għal inqas firdiet bejnietna?

L-abjad ngħidulu abjad, u l-iswed iswed: maqsumin wisq bejnietna. Titnikket tara d-dibattitu pubbliku, li huwa mhux biss tajjeb imma essenzjali f’soċjetà demokratika ħajja, jispiċċa jogħdos fil-ħama tat-tagħjir personali, tal-akkużi mhux sostanzjati, tal-istmerrija, u f’xi każijiet saħansitra tal-mibegħda. Il-midja tal-kuntatti soċjali saru l-agora l-ġdida fejn ħafna saru jħossuhom ħielsa li, dak li ma jħossuhomx komdi jistqarruh wiċċ imb wiċċ, jiktbuh jew jgħiduh bla ebda xkiel, sens ta’ responsabbiltà, u rispett.

F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-President ta’ Malta, George Vella, ħa l-inizjattiva konkreta biex jinbeda proċess li jinkoraġġixxi d-djalogu ġenwin u li jista’ jwassal għat-tnaqqis tal-firdiet ta’ bejnietna. Permezz tal-Konferenza għall-Għaqda Nazzjonali, ħoloq spazju sabiex kulħadd ikollu l-fakultà li, f’forum mhux

12

maħnuq mill-partiti politiċi, jgħid tiegħu dwar kif nistgħu nidentifikaw u nindirizzaw dak li qed jimblukkalna t-triq ’il quddiem. Kienet pjuttost att ta’ fidi f’viżjoni ta’ poplu li jista’ tabilħaqq jirnexxi – kemm domestikament kif ukoll internazzjonalment – billi jagħraf jingħaqad. Ħadd, lanqas ilPresident innifsu, ma kien konvint mija fil-mija li din l-inizjattiva kienet se tintlaqa’ tajjeb kif fil-fatt intlaqgħet.

Il-Kap tal-Istat ma stenbaħx għodwa minnhom b’din l-idea. Ilu sa mill-ewwel diskors tiegħu, dakinhar tal-ħatra f’April tal2019, jisħaq kontinwament u bis-sħiħ dwar il-ħtieġa tal-għaqda fil-pajjiż. Minn dakinhar ’l hawn, l-għaqda nazzjonali kienet tema mill-aktar rikorrenti fid-diskorsi pubbliċi li għamel u fl-intervisti li ta lill-midja. Issa kien imiss li ssir xi ħaġa iktar tanġibbli. IlKonferenza kienet sforz bil-fatti għall-konkretizzazzjoni ta’ dak li kien qal fid-diskors tal-inawgurazzjoni: “Din l-għaqda ma tiġix biss bix-xewqa; irridu naħdmu għaliha.”

Malli l-President ħabbar il-Konferenza għall-Għaqda Nazzjonali, ir-reazzjoni kienet sorprendenti. Imqar min kien xettiku, tkellem jew kiteb dwar l-importanza li wieħed jagħti ċ-ċans lil din l-inizjattiva ħalli naraw fiex tista’ tissarraf. Kienet xi ħaġa sabiħa li tara, taħt saqaf wieħed fil-Palazz Verdala – flimkien ma’ bosta oħrajn li segwew online minħabba r-restrizzjonijiet biex tiġi kkumbattuta l-pandemija – tant nies minn kull qasam tal-ħajja u ta’ opinjonijiet tant differenti, mhux biss jgħidu tagħhom bil-libertà kollha iżda wkoll jisimgħu b’attenzjoni lil xulxin. Segwejna diskussjoni matura u bis-sens li xprunaha tim ta’ personalitajiet li għandhom influwenza qawwija fuq it-tiswir tal-opinjoni pubblika, li jemmnu bis-sħiħ fil-viżjoni tal-President

u li ngħaqdu bi ħġarhom warajh f’din l-inizjattiva: il-Prof. Carmen Sammut, il-Prof. Simone Borg, il-Prof. Andrew Azzopardi, il-Perit David Xuereb, is-Sur Mario Fava, is-Sur Reno Bugeja, u s-Sur Aleks Farrugia. Hekk għandha ssir id-diskussjoni pubblika. Ejjew nassiguraw li nagħrfu jkollna bejnietna skambju kostruttiv, kalm u rispettuż ta’ ideat. Ejjew naraw li meta nitkellmu dwar il-ħtieġa tal-għaqda nazzjonali, kliemna jkun tabilħaqq mirfud minn azzjoni maħsuba biex twassal għal inqas firda bejnietna.

Fis-sistema politika tagħna, il-Presidenza m’għandhiex wisq poter eżekuttiv, iżda għandha s-saħħa tal-awtorità istituzzjonali u morali. Mhux biss bħala l-Kap tal-Istat, iżda wkoll bħala mexxej li verament jimpurtah min-nies, waqt il-Konferenza għallGħaqda Nazzjonali l-President George Vella mhux biss tkellem iżda, aktar u aktar, sema’. Mhux talli sema’, talli attivament ta widen lill-fehma ta’ kull wieħed u waħda li kkontribwixxew. BilKonferenza, il-Presidenza serviet bħala dak il-punt ta’ referenza imparzjali u li jnissel fiduċja. Tant nies inġabru qaqoċċa madwar l-inizjattiva tal-President għax bħalu jemmnu li d-diskors dwar il-ħtieġa li nnaqqsu l-firdiet ta’ bejnietna jista’ jiġi tradott f’passi konkreti għall-aħjar. Dan ma jistax isir minn bniedem wieħed waħdu. Lanqas ma jista’ jsir f’daqqa. Huwa proċess li beda u jrid ikompli jikber bil-mod il-mod. Il-President ta’ Malta qed jixtarr dak kollu li ngħad u, meta jkun il-waqt, biħsiebu jieħu inizjattivi oħrajn fid-direzzjoni li qablet dwarha din il-Konferenza Nazzjonali.

Uliedna u wliedhom jistennew minna li ngħaddulhom pajjiż aħjar milli sibnieh. Inkunu qed nonqsuhom jekk, minflok, ngħaddulhom pajjiż maqsum.

13

Taħbila ker(h)a

Bħal f’raħal żgħir, f’MaltA l-aħbar tiddomina. U f’dawn l-aħħar xhur, is-suġġett talkirjiet antiki ħakem il-gżejjer, daħal fiddjar tan-nies, u wasal f’fomm il-politiċi. Is-suġġett huwa kumpless.

Minn naħa, issib il-frustrazzjoni ta’ sidien ta’ proprjetajiet mikrija jilmentaw illi tal-kirja talproprjetajiet tagħhom, huma qegħdin jirċievu biss kera ta’ mitejn u disa’ ewro fis-sena - u biex isibu fejn jgħixu huma, iridu jixtru, jidħlu f’self bankarju, u jissallbu biex iħallsu l-imgħaxijiet. Tisma’ r-rabja ta’ sidien li jħallsu eluf ta’ ewro f’taxxa fuq il-wirt, biex jiksbu proprjetà li tagħha jdaħħlu ftit ewro ta’ kera fix-xahar. Tiltaqa’ ma’ stejjer ta’ sidien li huma ifqar mill-inkwilini tagħhom!

U min-naħa l-oħra, tisma’ b’inkwilini anzjani li ma jafu xejn għajr il-proprjetà li krew sa minn mindu kienu żgħażagħ. Juruk iċ-ċekk tal-pensjoni, u b’sogħba jistqarru illi bil-prezzijiet tal-lum, ma għandhomx biex jikru. Tarahom jingħalqu fihom infushom, mifnija fl-inkwiet, ma’ kull rapport fuq il-gazzetti li jirreferi għal sentenzi tal-Qorti fejn inkwilin ġie żgumbrat.

Hawn eluf ta’ nies fl-istess ilma u, inutli wieħed jgħid, iż-żewġ naħat għandhom biċċa raġun.

Però l-kriżi tal-kirjiet protetti ma bdietx din issena. Sewwasew, kmieni fis-sena 2009, ingħatat

14
minn Dott. Carlos Bugeja

l-ewwel sentenza tal-Qorti Ewropea għad-Drittijiet talBniedem kontra Malta li ċanfret il-liġi (l-artikolu 12 talKapitolu 158 tal-Liġijiet ta’ Malta) li biha ċens temporanju, meta jasal biex jiskadi, jaqleb minflok f’kera għal dejjem. Mhux hekk biss, iżda saħansitra s-sid ma setax jgħolli l-kera kemm ried, imma kien marbut jaċċetta żidiet talkera kull ħmistax-il sena, skont l-għoli tal-ħajja, iżda qatt aktar mid-doppju tal-kera kif kienet fl-aħħar żieda. Snin wara, fl-2018, din il-liġi ġiet emendata biex illum, sid ilkera jista’ jitlob li l-kera fis-sena togħla sa massimu ta’ 2% tal-valur tal-proprjetà.

Imbagħad ġew ukoll sentenzi tal-Qorti Kostituzzjonali u tal-Qorti Ewropea dwar dik il-liġi l-oħra li tirregola l-kirjiet antiki residenzjali ġewwa Malta – il-Kapitolu 69. B’din il-liġi, sid ta’ post maqbud f’kirja illi bdiet qabel l-1 ta’ Ġunju 1995 ma setax jirrifjuta li jġedded il-kirja, u kellu jaċċetta l-kera kif kienet, irid jew ma jridx. Biż-żmien beda jberraq, u fl-2009 ddaħħlet emenda (li b’dispjaċir jingħad illi tista’ tiġi deskritta biss bħala ‘fjakka’) li biha l-kirjiet kollha telgħu għal €185 fis-sena, li jiżdiedu kull tliet snin bl-għoli tal-ħajja, liema żieda ssarraf fi ftit ċenteżmi. Filfatt, sal-lum, tnax-il sena wara, eluf ta’ sidien għadhom jirċievu kera miżera ta’ madwar €209 fis-sena, għal proprjetajiet li fis-suq miftuħ kapaċi jġibu ħamsin darba aktar minn hekk.

Minn hemm ’l hinn, bdiet mewġa ta’ sentenza wara l-oħra, ilkoll jisħqu illi l-liġijiet tal-kiri f’Malta jiksru d-drittijiet fundamentali tas-sid peress li jċaħħduh milli jgawdi l-proprjetà tiegħu kif imiss. Mewġa ta’ sentenzi li lkoll kixfu l-isproporzjon qawwi li jeżisti bejn id-drittijiet tas-sidien u dawk tal-inkwilin. Is-sidien bdew jirrikorru għall-Qorti, iġibu l-prova ta’ kemm setgħu jiksbu kieku l-proprjetà kienet mikrija fis-suq miftuħ, u jilmentaw minn ksur ta’ drittijiethom. Kemm il-qrati Maltin kif ukoll dawk ġewwa Strażburgu insistew illi ma għandux ikun sid privat li jservi ta’ akkomodazzjoni soċjali, u li f’soċjetà tajba, is-sid għandu l-jedd jirċievi kera ġusta u aspettattiva ċara dwar meta jista’ jippretendi li jieħu l-proprjetà lura. Il-Kapitolu 69 u l-emendi tal-2009 ġew ripetutament attakkati, miflija, u dikjarati invalidi għax jiksru l-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem. Il-qrati tennew illi s-sidien ġew mistennija jġorru piż sproporzjonat, li messu mess lill-Istat. U b’hekk, il-qrati bdew jikkundannaw lillIstat Malti biex iħallas kumpensi lis-sidien f’eluf ta’ ewro, u bdew ukoll jiddikjaraw illi s-sidien ma setgħux jistrieħu aktar fuq id-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu 69 biex jibqgħu fil-kera.

Sadanittant, il-Qorti Ewropea għad-Drittijiet talBniedem bdiet timbotta li l-qrati f’Malta li jħaddnu ġuriżdizzjoni kostituzzjonali verament jagħtu rimedju effettiv, u jordnaw l-iżgumbrament tal-inkwilin. Iżda

l-Qorti Kostituzzjonali Maltija rreżistiet, u tenniet li dak mhuwiex xogħolha imma xogħol il-Bord li Jirregola l-Kera, li hija l-‘qorti’ responsabbli mill-kirjiet. Sal-lum, il-Qorti Kostituzzjonali għadha qed tirrifjuta li tiżgombra lillinkwilin hi, u tinsisti dwar il-bżonn illi s-sid jiftaħ it-tieni kawża u jikseb l-iżgumbrament ġewwa l-Bord. Ma hemmx għalfejn jingħad illi mhux kulħadd jaqbel ma’ dan.

Tabilħaqq, fiż-żmien li saru dawn il-liġijiet, il-bżonnijiet kienu differenti. Iċ-ċirkostanzi soċjo-ekonomiċi tal-bidu tas-seklu dsatax forsi kienu jiġġustifikaw l-intervent talIstat biex jassigura illi ħadd ma jbati l-ġuh jew jispiċċa bla saqaf fuq rasu. Imbagħad għaddew is-snin u l-pajjiż katar. Il-proprjetà għoliet, in-nies stagħnew, iċ-ċirkostanzi nbidlu, iżda l-liġi baqgħet l-istess. U tul iż-żmien, emenda wara l-oħra, sena wara sena, l-Istat beda jraqqaq b’interventi foqra, sakemm din is-sena, mal-ewwel żgumbrament, ilmewġ laħaq ix-xatt, rikbu, u tfaċċat kriżi soċjali.

Jidher li fl-aħħar se jkun hemm intervent leġiżlattiv biex tiġi indirizzata din il-problema. Ftit tal-ġimgħat ilu, il-Gvern ħabbar li se jkun qiegħed iniedi liġi ġdida li biha s-sidien tal-proprjetajiet residenzjali mikrija sa minn qabel l-1995 ikunu jistgħu jirrikorru għall-Bord li Jirregola l-Kera, u jitolbu biex l-inkwilin jiġi assoġġettat għal test talmezzi skont kriterji li jiddaħħlu minn żmien għal żmien. Normalment, dan huwa test oġġettiv ibbażat fuq id-dħul annwali tal-persuna u l-kapital tagħha. Jekk l-inkwilin jikkwalifika, ikollu l-jedd ikompli l-kirja, biss il-kera annwali togħla għal massimu ta’ 2% tal-valur tal-proprjetà. Dan ifisser illi sid li bħalissa qiegħed jirċievi €209 fis-sena fuq proprjetà li tiswa mitejn elf, jista’ jitlob biex jibda jirċievi €4,000 fis-sena. Jidher li hemm impenn mill-Gvern biex il-biċċa l-kbira ta’ din iż-żieda ma jbatihiex l-inkwilin, iżda jissussidjaha hu. Jekk min-naħa l-oħra l-Bord li Jirregola l-Kera jsib illi l-inkwilin falla t-test tal-mezzi (u allura ma għandux bżonn għajnuna soċjali), huwa jordnalu joħroġ mill-fond mikri fi żmien ħames snin.

Wieħed għad irid jara jekk din il-liġi hijiex se tkun biżżejjed għall-inkwilin irrabjat, l-aktar minħabba l-fatt illi l-periti jgħallmuna illi proprjetà fis-suq miftuħ kapaċi ġġib kera annwali ta’ aktar minn 4.5% tal-valur, u allura aktar mid-doppju ta’ dak li tipprovdi għalih il-liġi proposta. Iżda l-qrati fi Strażburgu kienu ċari – ma hemm ebda obbligu tal-Istat li jassigura illi sid jirċievi l-kera kollha li jista’ jirċievi fis-suq. L-Istat huwa biss obbligat jassigura l-bilanċ bejn id-drittijiet tas-sid u tal-inkwilin, u li parti ma terfax piż eċċessiv biex jinqeda xi skop soċjali.

Nistennew li fil-ġimgħat li ġejjin inkomplu nisimgħu u nitkellmu dwar il-liġijiet antiki tal-kera.

Li hu żgur huwa li tal-anqas, fl-aħħar, il-mewġa ntrikbet u bdejna naffrontaw l-ilmijiet.

15

Care-At-Home Services

illa Anna Teresa’s domiciliary (home) care services are intended to help people who need support and care to live with dignity and independence. Our services are aimed at older persons, and those who need a little extra support to get through activities of daily living. Our aim is to empower our clients to live in their own homes and to retain as much independence as possible – avoiding social isolation. We provide a range of domiciliary services and our care assistants will help with bathing, washing, getting up, and going to bed, shopping, and managing medication. We provide assistance with general domestic tasks including the maintenance of home hygiene and cooking. We also provide guidance services such that the home is adapted to persons with, for example, limited mobility and visual and other impairments. These may include the installation of chair lifts, more accessible bathroom facilities, adjustment of kitchen worktops, handrails, and other aids.

16 AVVIŻ BI ĦLAS

We offer personal care, support and companionship such that our clients can maintain their quality of life.

Personal Care Services

• Support with getting out of bed, bathing, and dressing;

• Support with getting ready for bed;

• Bathing and daily grooming;

• Support with incontinence care;

• Assistance with eating/drinking;

• Medication prompting.

Support Services

• Assisting with shopping;

• Light housework;

• Laundry and ironing;

• Making up the beds and linen changes;

• Assisting with the preparation of meals and drinks;

• Taking out the rubbish.

Companionship Services

• Providing companionship and conversation;

• Encouraging the take-up of hobbies and crafts;

• Encouraging leisure activities;

• Reminiscence activities and therapy;

• Reading;

• Assisting with making appointments.

Villa Anna Teresa tailor-makes services to the client’s needs and takes great care to ensure a suitable client-carer match. To do this an assessment is carried out such that information – including client’ likes and dislikes – is obtained. The client may also be assessed for mobility and other abilities prior to a carer or helper being assigned. While we understand that it is relatives and family members that would generally speak with us about domiciliary care, we always encourage the involvement of loved ones throughout the course of the decision-making process. This will allow for a more tranquil transition.

Please contact us to discuss our domiciliary services.
Villa Anna Teresa, Birkirkara Hill, St Julian’s, STJ1143, Malta +356 2712 3456/7 | info@villaannateresa.com 17 AVVIŻ BI ĦLAS

IL-PROTEZZJONI ċIVILI: INVESTIMENT BLA PREĊEDENT

F’dawn l-aħħar erba’ snin, id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili ngħata mbottatura kbira biex jerġa’ jieħu l-ħajja wara li għal żmien twil kien mitluq, minsi u meqjus bħala tat-tieni klassi. Dan sar wara li bdew jiġu indirizzati l-problemi li kienu identifikati f’analiżi profonda fit-tliet snin ta’ qabel. Sar pjan ħolistiku, viżjonarju u meqjus f’kull aspett li jirrikjedi investiment qawwi, mhux biss fil-vetturi u fl-apparat iżda wkoll fir-riżorsi umani.

18

Biżżejjed insemmu li fl-2019 sar reklutaġġ u 130 persuna ssieħbu fil-Forza. Dan kien is-sitt reklutaġġ u l-ikbar wieħed fl-istorja kollha tal-Protezzjoni Ċivili. B’hekk il-Forza rduppjat u pattiet għall-persuni li laħqu l-età pensjonabbli. Saru diversi promozzjonijiet f’kull rank sabiex l-istruttura tieħu d-dimensjoni tagħha. Il-motivazzjoni fost il-ħaddiema kompliet toktor meta wkoll għall-ewwel darba ġie ffirmat ftehim settorali ġdid is-sena li għaddiet, fejn kull ħaddiem minflok 46 siegħa ser jaħdem 40 siegħa ta’ xogħol fost bosta benefiċċji oħra.

Dan apparti li f’dawn l-aħħar ftit snin il-ħaddiema kollha tal-Protezzjoni Ċivili bdew igawdu minn skema ta’ assigurazzjoni għall-korpi dixxiplinati. Wara snin twal ta’ stennija, fl-2015 il-ħaddiema kollha tal-Protezzjoni Ċivili bdew igawdu l-benefiċċju ta’ rtirar bil-pensjoni wara 25 sena servizz, kif ukoll li kull ħaddiem jista’ jagħżel liema union irid biex tirrappreżentah. Dan minbarra li fl-1 ta’ Marzu 2019, għall-ewwel darba wkoll, ingħatat il-midalja għal servizz twil u effiċjenti lil 96 membru tal-Protezzjoni Ċivili li għamlu 18-il sena fis-servizz filwaqt li 32 membru ngħataw l-ewwel clasp li tingħata mal-25 sena servizz u 28 membru ngħataw is-second clasp li tingħata mat-30 sena servizz.

L-attività fit-taħriġ f’dan id-Dipartiment rat żieda qawwija minħabba li hemm rikonoxximent u żieda sostanzjali fil-vot rikorrenti, u għalhekk qed ikun hemm investiment bla preċedent. Diversi ħaddiema ħadu taħriġ barra minn xtutna, saħansitra l-Kanada fejn ingħataw taħriġ ta’ salvataġġ f’temperaturi kesħin kif ukoll taħriġ speċjalizzat f’diversi fireschools rinomati fl-Ewropa fuq drones, nirien f’mini, nirien ġo vapuri, nirien f’karozzi li jaħdmu bl-elettriku, HAZMAT, tsunami u sitwazzjonijiet ta’ diżastri oħra. Dan minbarra t-taħriġ lokali fejn laħqu instructors tal-first aid u l-ħaddiema kollha huma first aiders. Ukoll qed jingħata taħriġ fuq każijiet ta’ nirien f’bini għoli jew f’helicopter. Bħalissa għaddejjin ukoll korsijiet dwar inspectors fil-binjiet, train the trainer, taħriġ lis-sezzjoni tal-K9, taħriġ fuq l-abseiling u bosta taħriġ ieħor in-house.

Wara snin twal ta’ stennija, fl-2015 il-ħaddiema kollha tal-Protezzjoni Ċivili bdew igawdu l-benefiċċju ta’ rtirar bil-pensjoni wara 25 sena servizz.

19

biss

Fir-rigward ta’ apparat u vetturi, f’dawn l-aħħar snin inxtraw 26 vettura ġodda fjamanti mgħammrin bl-aqwa apparat, ġie akkwistat tagħmir tal-HAZMAT tal-ifjen kwalità li sewa €800,000, u sar investiment fl-istess ammont fis-Sezzjoni Umanitarja. Għall-ewwel darba nxtara wkoll apparat li l-ħaddiema jsibuh ta’ għajnuna fix-xogħol li jkun meħtieġ wara xi maltempata kbira. Qed isir investiment f’vetturi ġodda u moderni li bħalhom id-dipartiment qatt ma kellu, kif ukoll oħrajn li ser jieħdu post il-vetturi l-antiki.

Dan minbarra x-xiri tal-aħjar Personal Protective Clothing fis-suq biex il-ħaddiema jkunu dejjem protetti u titħares is-sigurtà tagħhom. Il-Gvern qed jinvesti €7 miljun fis-sena fil-vot

kapitali biex jiżgura li jkomplu jinxtraw iktar fire engines, kif ukoll dinghies u fire boats ħalli t-Taqsima Marittima tkompli tissaħħaħ.

Rigward stazzjonijiet, saret pressjoni biex l-artijiet indikati jgħaddu f’idejn il-Protezzjoni Ċivili u sa issa ġew akkwistati l-artijiet f’Delimara, il-Furjana kif ukoll biċċtejn f’Ħal Far. Sadanittant hemm il-konferma u l-approvazzjoni tal-Awtorità tal-Ippjanar sabiex jinbena stazzjon ġdid tat-tifi tan-nar fl-inħawi ta’ Santa Venera u ieħor fil-Furjana u dawn ser ikunu siżmiċi. Sakemm ikun hemm il-konferma tal-artijiet oħra, ser isiru estensjonijiet fl-istazzjonijiet tax-Xemxija, ta’ Ħal Far u fil-Kwartieri Ġenerali f’Ta’ Kandja. Bħalissa hemm talba wkoll

20
Dan huwa dipartiment relattivament żagħżugħ, bi storja ta’ 21 sena

fuq l-istazzjon ta’ Għawdex u dak ta’ Paceville li qed jistennew il-konferma tal-Awtorità tal-Artijiet.

F’dawn l-aħħar snin id-Dipartiment għaraf iżomm ruħu aġġornat mal-progress teknoloġiku biex joffri servizz aktar effiċjenti u komdu lill-klijenti tiegħu, fost oħrajn bl-introduzzjoni ta’ sistema ta’ pagamenti online għal servizzi mogħtija mid-Dipartiment lis-settur privat. Sar ukoll investiment ta’ madwar €2 miljun bis-saħħa tal-programm Converge li huwa kofinanzjat mill-Unjoni Ewropea. Dan l-investiment jikkonsisti f’sistema ġdida fil-Kamra tal-Kontroll (Emergency Disaster Managment System) li biha ser jitnaqqas sew ir-response time f’każ ta’ xi inċident.

F’dawn l-aħħar snin saru wkoll diveri MOUs ma’ entitajiet kbar u li minnhom il-Protezzjoni Ċivili qed ikollha riżultati tajbin ħafna. Fost dawn hemm l-MOU mal-MIP li bis-saħħa tiegħu jinġiebu Malta bowsers tal40,000 litru u bowsers tal-20,000 litru ħalli jkun hemm kwantità kbira ta’ ilma dejjem disponibbli. Ftehim mal-Awtorità tal-Ippjanar issarraf fi trakk magħruf bħala Turn Table Ladder li jiswa kważi €700,000 u dan sabiex tibda l-preparazzjoni għal inċidenti f’bini għoli. Mal-Enemalta u l-Enemed ukoll hemm koperazzjoni kbira, fejn sa issa diġà saru żewġ għotjiet ta’ aktar minn €70,000 kull darba u li kienu jikkonsistu f’żewġ vannijiet u fi tliet settijiet ta’ Long Duration Breathing Apparatus. Infrastructure Malta wkoll qed tgħin ħafna għax bħalissa qed tnaddaf u tirranġa l-art li għandha l-Protezzjoni Ċivili f’Ħal Far biex ikollha kumpless kbir tattaħriġ. Hawn ta’ min jgħid li t-taħriġ li sar

f’dawn l-aħħar snin inxtraw 26 vettura ġodda fjamanti mgħammrin bl-aqwa apparat

mal-Kanadiżi seta’ jsir għax hemm MOU bejn iż-żewġ pajjiżi. Fl-2019 ġiet iffirmata wkoll Letter of Intent mas-Singapore Civil Defence Force fejn dawn ukoll ser ikunu ta’ għajnuna kbira biex il-proġett ħolistiku jkun implimentat kollu.

Id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili għandu fiduċja qawwija li bl-investiment li qed isir fih se jirnexxilu jlaħħaq mad-domanda li għandu quddiemu. Dan huwa dipartiment relattivament żagħżugħ, bi storja ta’ 21 sena biss, iżda bi pjanijiet ċari u rieda soda li jwettaqhom, biex jibqa’ joffri l-aqwa servizz lill-pubbliku.

21
VIŻJONI GĦAL SETTUR AKTAR MAGĦQUD ID-DIŻABILITÀ MHIJIEX OMOĠENJA, U ALLURA R-REALTAJIET LI PERSUNI B’DIŻABILITÀ JAFFAĊĊJAW HUMA VARJI. 22
Samantha Pace Gasan, Kummissarju għad-Drittijiet tal-Persuni b’Diżabilità
Minn
Ritratt: Natasha Attard

Fis-snin li għaddew, dejjem ħarist lejn il-Kummissjoni għad-Drittijiet tal-Persuni b’Diżabilità bħala pilastru essenzjali fl-ekosistema tas-settur tad-diżabilità. Permezz ta’ din il-Kummissjoni - li xogħolha hu li tgħarraf lill-pubbliku dwar id-drittijiet ta’ persuni b’diżabilità, tinvestiga każijiet meta jidher li dawn inkisru u tassigura illi dawn iddrittijiet jiġu mħarsa - aktar persuni b’diżabilità u familji tagħhom gawdew minn opportunitajiet indaqs u tisħiħ fil-kwalità tal-ħajja.

Din tolqot diversi aspetti, fosthom l-iżvilupp minn età ċkejkna, kura adegwata f’età aktar avvanzata, is-saħħa (kemm fiżika u dik mentali), l-edukazzjoni, l-impjieg, l-akkommodazzjoni li wieħed jgħix fiha, l-aċċessibilità għal prodotti u servizzi, l-isport u l-passatempi.

Għaddew xahrejn mill-ħatra tiegħi bħala Kummissarju għad-Drittijiet tal-Persuni b’Diżabilità. L-ewwel xhur iddedikajthom għal laqgħat ma’ diversi entitajiet, primarjament l-għaqdiet mhux governattivi. Id-diżabilità mhijiex omoġenja, u allura r-realtajiet li persuni b’diżabilità jaffaċċjaw huma varji. Apparti li d-diżabilitajiet huma differenti, ħafna drabi anke persuni li jkollhom l-istess kundizzjoni jesperjenzaw id-diżabilità u l-aspetti kollha tal-ħajja b’mod differenti. Kien għalhekk illi ħassejt li l-ewwel prijorità tiegħi għandha tkun li niltaqa’ mal-għaqdiet mhux governattivi – għax l-esperjenzi li ltqajt magħhom jiena tul ħajti, kemm bħala persuna b’diżabilità iżda anke bħala oħt, ma kinux totalment l-istess bħal dawk li jiltaqgħu magħhom il-kumplament tal-persuni b’diżabilità u l-familji Maltin u Għawdxin.

F’pajjiżna, is-settur tad-diżabilità għandu aktar minn 70 għaqda mhux governattiva li jirrappreżentaw gruppi diversi li għandhom

diżabilitajiet differenti. Ir-rappreżentazzjoni diversa hija essenzjali; iżda dan is-settur għandu sfida li ilu jaffaċċja għal numru ta’ snin – ilframmentazzjoni.

Sebgħin għaqda jirriżultaw f’numru ta’ sforzi kollettivi żgħar li kapaċi jkunu f’direzzjonijiet kontra xulxin. Hawn ukoll nuqqas ta’ għarfien dwar id-diskrepanza bejn dawk li huma attivisti u dawk li jipprovdu servizzi – fejn dawn tal-aħħar jiġi meqjusa wkoll bħala vuċi tal-persuni b’diżabilità. L-esperjenza tiegħi bħala attivista għallmitni kemm hu importanti l-attiviżmu u, aktar minn hekk, il-kollaborazzjoni. Sfortunatament, il-frott li qegħdin iħallu x-xogħol u r-riżorsi investiti mis-settur volontarju f’dan il-qasam huwa wisq żgħir, proprju minħabba l-frammentazzjoni. Hija ħasra, speċjalment meta tqis l-isfidi li jaffaċċjaw persuni b’diżabilità biex iwasslu l-messaġġ li huma wkoll jiffurmaw parti mill-komunità ta’ pajjiżna.

Din l-osservazzjoni għamiltha qabel inħtart f’dan l-irwol, iżda kienu ħafna li avviċinawni f’dawn l-aħħar ġimgħat biex isostnu fuq ilframmentazzjoni li teżisti. Kien hemm oħrajn li wissewni li din se tkun għadma iebsa – sfida li xi nies qabli ppruvaw jindirizzaw u ma rnexxilhomx.

Meta tqis dan il-kalejdoskopju ta’ oqsma u prijoritajiet li jolqtu kull aspett tal-ħajja ta’ kull persuna b’diżabilità, inqis li l-ħidma tiegħi u talKummissjoni għandha tkun iffukata li tkompli ġġib bidla għall-aħjar. Din il-bidla għandha tieħu kont tal-isfidi ġodda li qed naffaċċjaw, inkluż sfidi maħluqa mis-suċċessi tal-passat u dawk li ġew fuqna minħabba fl-imxija tal-COVID-19.

Għaldaqstant, huwa importanti iktar minn qatt qabel li nifhem u nisma’ sabiex inkun f’pożizzjoni li nwassal lill-Kummissjoni għadDrittijiet tal-Persuni b’Diżabilità sabiex tindirizza dawn l-isfidi b’mod effettiv.

23
Ħabba 1/1920 Lira Ram 3 Ħabbiet 1/960 Lira Bronż/Ram 6 Ħabbiet 1/480 Lira Ram Lira Sterlina Deheb 2 Liri Deheb 5 Liri Deheb Sold 1/240 Lira Bronż/Ram 2 Soldi 1/120 Lira Ram 3 Soldi 1/80 Lira Fidda 4 Soldi 1/60 Lira Fidda 6 Soldi 1/40 Lira Fidda Xelin 1/20 Lira Fidda 2 Xelini 1/10 Lira Fidda 18 Irbiegħi 1/8 Lira Fidda 5 Xelini 1/4 Lira Fidda Nofs Lira 1/2 Lira Deheb IL-MUNITI TAL-FLUS INGLIŻI LEJN IL-BIDU TAS-SEKLU 19

FI

L-INGLIŻI

Il-Gżejjer Maltin għaddew taħt il-kontroll tal-Gran Brittanja fl-1800, iżda kien biss fl-1886 li l-Lira Ingliża (Lira Sterlina) saret l-unika valuta legali fiċ-ċirkolazzjoni.

IL-MUNITI TAR-RAM INGLIŻI - L-UNIĊI B’VALUTA LEGALI

Fl-1827, il-flus tal-Ordni ta’ San Ġwann bdew jitneħħew miċ-ċirkolazzjoni bil-mod il-mod, billi ġew irtirati l-muniti tar-ram tat-Tari (Malti: Rbajja’), tal-Grani (Malti: Ħabba) u tal-Piccioli (Malti: Dinier). Wara l-25 t’April 1828, l-uniċi muniti tar-ram b’valuta legali kienu l-Penny, il-Halfpenny, il-Farthing u l-Grain Ingliżi. Din tal-aħħar kienet inħadmet miz-Zekka Rjali tal-Ingilterra speċifikament għal Malta sabiex tagħmel tajjeb għad-differenza fil-valur ta’ bejn il-Farthing (l-iżgħar denominazzjoni fis-sistema standard tal-flus Ingliżi) u r-realtà tan-negozju fil-gżejjer tagħna.

QALBA SĦIĦA GĦALL-FLUS INGLIŻI

Żvilupp ewlieni ieħor li witta t-triq sabiex il-Maltin u l-Għawdxin jaqilbu għall-flus Ingliżi seħħ fl-1855 meta l-muniti Ingliżi tad-deheb u l-fidda ġew iddikjarati bħala l-unika valuta legali għall-ħlasijiet. Madankollu, il-kummerċjanti u l-banek lokali baqgħu jużaw il-muniti tad-deheb u l-fidda ta’ żmien l-Ordni ta’ San Ġwann, kif ukoll muniti ta’ pajjiżi oħra, partikolarment id-Dollaru Sqalli. Din is-sitwazzjoni nbidlet darba għal dejjem fl-1885 meta l-Gvern Taljan ħabbar li d-Dollaru Sqalli ma kienx ser jibqa’ jkollu valuta legali fir-Renju tal-Italja. Fl-istess waqt, il-muniti ta’ żmien il-Kavallieri tal-Ordni ta’ San Ġwann li kien għad baqa’ fiċ-ċirkolazzjoni kellhom jinġabru sa mhux aktar tard mit-30 ta’ Novembru 1886, biex b’hekk, il-flus Ingliżi saru l-uniċi muniti disponibbli.

LIRI, XELINI, SOLDI U ĦBUB

F’dak iż-żmien, il-Lira Ingliża ma kinetx timxi mas-sistema deċimali. Kull Lira (Ingliż: Pound) kienet tinqasam f’20 Xelin (Ingliż: Shilling), li kien jerġa’ jinqasam fi 12-il Sold (Ingliż: Pence). Is-Sold kien isarraf f’4 Tliet Ħabbiet (Ingliż: Farthing). F’Malta, it-Tliet Ħabbiet kienet terġa’ tinqasam f’Ħabba (Ingliż: Grain).

METALLI DIFFERENTI

Il-muniti nħadmu mid-deheb, fidda u ram, rispettivament għad-denominazzjoni tagħhom.

IT-TMIEM TAL-UŻU TAL-LIRA INGLIŻA

Il-Lira Ingliża baqgħet l-unika valuta legali f’Malta sal-1972, meta ġiet introdotta s-sistema deċimali tal-Lira Maltija.

IL-FLUS
ŻMIEN
© 2021 Publishing

Iċ-ċavetta għas-sostenibbiltà

L-Ippjanar Intelliġenti hu ċ-ċavetta għas-sostenibbiltà – u l-kwalità – tal-ekonomija tagħna. U għalkemm is-settur tal-kostruzzjoni hu wieħed kruċjali għall-iżvilupp tal-ekonomija ta’ pajjiżna, fejn dan joħloq il-ġid u jimpjega eluf ta’ nies, dan xorta waħda ma jistax jitħalla jopera mingħajr limiti. B’hekk, is-sena li għaddiet, il-Ministeru għall-Ambjent nieda Forum Konsultattiv għallIppjanar Intelliġenti (IPCF) li jiġbor numru ta’ stakeholders fl-oqsma tal-iżvilupp, talippjanar u tal-ambjent.

L-għan aħħari huwa li joħroġ bi proposti għal żmien medju u fit-tul f’oqsma li jeħtieġu attenzjoni immedjata b’rispett sħiħ lejn il-kunċett ta’ pjanar intelliġenti f’pajjiżna.

Smajna kemm-il darba li l-ekonomija mhux se tibqa’ l-istess wara l-pandemija COVID-19. Dan is-sentiment ġie diskuss minn diversi esperti, stakeholders, akkademiċi, nies fin-negozju u l-poplu kemm fuq bażi lokali u anke globalment. Il-messaġġ

26
minn Tia Reljić, kelliema għall-Ministeru tal-Ambjent, it-Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar

aħħari hu wieħed ta’ tama, filwaqt li qed tintalab bidla. Wasal iż-żmien ukoll li nibdew niġġeneraw aktar xogħlijiet u aktar ġid permezz ta’ metodi intelliġenti ta’ pjanar.

Issa l-IPCF daħal fit-tieni fażi tiegħu u se jkun qed jiffoka ħidmietu fuq tliet suġġetti ewlenin għal din is-sena: ir-reviżjoni tal-iSPED, politika ġdida għall-estetika tal-bini tagħna, u t-2-Speed application process — u għaldaqstant proposti li jinċentivaw lill-iżviluppaturi u kuntratturi biex jibnu binjiet b’infrastruttura ħadra, enerġija alternattiva, u li huma ambjentalment sostenibbli.

Suġġetti oħra għad-diskussjoni huma dawk relatati mal-ippjanar fiż-żoni urbani, spazji miftuħa u spazji pubbliċi, l-infrastruttura ħadra, id-densità tal-bini u limitazzjonijiet fuq l-għoli tal-bini. Se jibqghu jiġu diskussi wkoll temi relatati maż-żoni rurali bħal solar farms u l-impatt fuq l-agrikoltura, kif ukoll il-kampeġġ, caravans u picnicking.

It-tieni fażi se tkun qed issegwi l-ewwel fażi li saret is-sena li għaddiet u li rriżultat fil-kumpilazzjoni ta’ Green Paper bl-isem “Greening Buildings in Malta: Initiatives for Green Walls and Roofs for Residential, Commercial, and Industrial Buildings”.

Din il-Green Paper hija turija tax-xogħol ta’ dan ilForum: lil hinn minn ħafna laqgħat u diskors, dak li joħroġ minn dan il-forum qed iservi bħala bażi għall-politika talGvern.

Dan l-istudju dwar ġonna vertikali u soqfa ħodor sab li dawn iġibu magħhom għadd ta’ benefiċċji għall-pajjiż, speċjalment f’żoni urbani. Illum, għall-ewwel darba, ilpajjiż għandu numru ta’ green walls u roofs f’żoni urbani, inkluż bħala parti mill-infrastruttura tat-toroq hekk kif l-itwal ġnien vertikali jinsab biswit il-Marsa-Ħamrun Bypass b’27,600 pjanta.

Apparti minn dan, il-Gvern ta dehra ġdida fi tliet żoni industrijali, ta’ Kordin, il-Mosta u l-Marsa, sabiex jitħaddru u joffru ambjent ta’ kwalità aħjar lill-ħaddiema fiż-żona. Apparti li joħolqu ambjent estetiku aktar ħadrani, l-istudji juru li dawn jikkontribwixxu wkoll għall-benesseri mentali tal-komunità, jassorbu l-karbonju, iżidu l-livell ta’ ossiġnu fl-arja, inaqqsu t-temperaturi fuq ġewwa fis-sajf u jnaqqsu r-riskju ta’ għargħar filwaqt li jaħdmu bħala pollinators.

B’hekk, ix-xogħol ta’ dan il-Forum qed iħalli l-frott.

Dan huwa forum konsultattiv li jiġbor fih l-istakeholders kollha mill-Kamra tal-Periti (KTP) sal-Malta Developers Association (MDA), mill-Għaqdiet Ambjentali sal-Kamra Maltija għall-Ippjanar (KMAP), mill-Awtorità tal-Ippjanar (PA) sal-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) li lkoll flimkien għandhom interess dirett fis-settur, u li flimkien

nistgħu noħolmu, u nibdlu dak kollu li hu possibbli għal Malta ta’ għada.

Filwaqt li l-ewwel fażi ta’ dan il-Forum kien immexxi mill-Ministeru, din id-darba huwa mmexxi millistakeholders infushom. Barra minn hekk, din id-darba l-Forum għandu l-mandat illi jmur lura bi proposti u rakkomandazzjonijiet f’sitt xhur, u huwa mistenni li jwassal għal iktar żviluppi tanġibbli.

L-ippjanar intelliġenti f’pajjiżna se jkun qed jimxi id f’id ma’ policies ġodda u riformi oħra, bħar-riforma talbini u l-kostruzzjoni li għaddejja bħalissa u li se tiżgura s-sostenibbiltà tas-settur u tal-mod kif qed nibnu. Din irriforma wkoll se tkun mibnija fuq kunċetti simili flimkien mal-istakeholders kollha fl-ippjanar u l-ambjent naturali u dak mibni.

27
Wasal iż-żmien ukoll li nibdew niġġeneraw aktar xogħlijiet u aktar ġid permezz ta’ metodi intelliġenti ta’ pjanar.

L-Abbatija tad-Dejr: Mis-skiet tal-oqbra... ...għal ġnien mimli ħajja

28
Daniela Attard Bezzina, Communications Executive, Heritage Malta

Tiskanta kif tliet tarġiet huma biżżejjed biex tinfatam millgeġwiġija u l-għaġla tal-ħajja ta’ kuljum u ssib ruħek imkennen fl-irdoss ħiemed ta’ katakombi u kappella fejn faċli tistħajjel li l-arloġġ ilu li waqaf itektek! Hekk tħossok meta tmidd riġlejk fis-sikta tal-katakombi u l-kappella tal-Abbatija tad-Dejr fir-Rabat u għajnejk jistrieħu għall-ewwel darba fuq il-ħnejjiet li sekli ilu laqgħu lil missirijietna għall-vjaġġ tal-ħajja ta’ dejjem u issa qed jistiednu lilek tidħol tgħarrex fil-mogħdijiet mudlama ta’ bejniethom.

L-Abbatija tad-Dejr hija sit storiku taħt il-ħarsien ta’ Heritage Malta, iżda tinżamm magħluqa għal raġunijiet ta’ konservazzjoni u tinfetaħ biss b’talba speċjali jew għal attivitajiet speċifiċi. Anke jekk forsi mhux kulħadd jaf biha, l-Abbatija hija wieħed mill-aktar siti importanti ta’ katakombi f’Malta, bi storja twila li tirrifletti dik ta’ katakombi oħra fir-Rabat.

Il-gżejjer Maltin huma għonja fir-rigward ta’ siti tad-dfin tal-perjodu Ruman tardiv u Biżantin, li bosta minnhom jinsabu fl-inħawi tar-Rabat. L-Abbatija tad-Dejr hija appuntu wieħed minn dawn is-siti, għalkemm l-użu tagħha nbidel malmilja tas-snin sakemm waqaf għalkollox mijiet ta’ snin ilu. Dan il-post jixhed ir-rabtiet sodi bejn l-identità kulturali Maltija u l-Kristjaneżmu, lura fi żmien meta n-nies kienu jidfnu lill-għeżież tagħhom f’katakombi mħaffrin taħt l-art minflok bil-modi li mdorrijin bihom illum.

Kien Sir Temi Zammit li skava s-sit bejn l-1926 u l-1927, imbagħad saru aktar skavi minn Sir Louis Upton Way fl-1933. Madankollu ħafna aktar qabel, fl-1647, Ġan Franġisk Abela kien ippubblika d-disinn tal-katakomba ewlenija u ta deskrizzjoni dettaljata tal-kappella, l-eremitaġġ u l-oqbra li nnota fis-sit.

29

L-ewwel użu tal-post kien bħala sit tad-dfin PunikuRuman, imbagħad f’fażijiet ulterjuri tħaffru mill-inqas erba’ katakombi paleokristjani, bejn ir-raba’ u t-tmien seklu wara Kristu. L-aktar katakomba importanti minn dawn l-erbgħa hija l-akbar waħda fosthom, li tidher li nbniet b’ċertu ħsieb u aktarx hija waħda mill-ftit katakombi lokali li tħaffru bi pjan. Hu maħsub li ma kinitx tappartjeni lil familja waħda iżda lil għadd ta’ familji sinjuri.

Fil-fatt f’din il-katakomba ewlenija wieħed jista’ jammira ringieli puliti ta’ oqbra f’forma ta’ baldakkin, li huma meqjusa bħala l-aktar stil rikk ta’ oqbra fil-katakombi ta’ pajjiżna. Mhux biss l-istil huwa rikk, iżda wkoll it-tiżjin ta’ wħud mill-oqbra – tiżjin li jinkludi disinji ta’ weraq tal-palm u arzell, marbutin mattwemmin Nisrani tar-rebħa fuq il-mewt. Ma hemm l-ebda dubju li meta kienu għadhom jintużaw għad-dfin, il-katakombi kienu mżejnin ukoll b’affreski li f’xi partijiet għadu jidher ħjiel tagħhom. Insibu wkoll waħda mill-ftit iskrizzjonijiet f’katakombi f’Malta li ssemmi lil dawk midfunin fil-post.

Aktarx li l-katakombi waqfu jintużaw għallħabta tas-seklu 8 wara Kristu, iżda l-użu tassit ma waqafx hemm. Fil-fatt, fid-daħla talkatakombi, hekk kif iddur lejn ix-xellug, issib kappella ċkejkna ħafna li tmur lura għas-seklu 11 jew 12. Din probabbilment kienet tintuża minn patrijiet li kienu jużaw il-post bħala eremitaġġ u li grazzi għalihom illum għadna nirreferu għal dan is-sit bħala Abbatija. Il-ħlewwa u l-ġabra tal-kappella jieħdu dimensjoni aktar profonda meta wieħed iqis li f’niċċa mħaffra f’wieħed mill-ħitan tagħha nstabet l-eqdem rappreżentazzjoni talkurċifiss f’pajjiżna. Il-pittura, li aktarx saret

30
Id-daħla ewlenija tal-katakombi tal-Abbatija tad-Dejr

Il-ġnien huwa maqsum f’21 parti, li jieħdu ħsiebhom 18-il persuna billi kien hemm min ħa aktar minn parti waħda. Huma ma jħallsu xejn – sempliċiment jaħdmu l-art u jħarsu r-regolamenti, ngħidu aħna li ma jaħartux, ma jibnux strutturi u ma jħawlux siġar f’żoni partikolari minħabba l-katakombi ta’ taħt ilġnien.

Illum il-ġnien fih għaxqa tgħaddi minnu, mhux biss għax madwarek tara frott il-ħidma ta’ dawn in-nies li żergħu u indokraw kull xorta ta’ prodotti agrikoli, iżda wkoll għax il-ġnien jixhed is-sens ta’ komunità li rnexxielu joħloq, anke jekk kważi ħadd minn dawk li jieħdu ħsiebu mhu Rabti. fis-seklu 14, turi wkoll lill-Madonna u lill-Arkanġlu Gabriel fuq kull naħa tal-kurċifiss u llum hija esebita f’MUŻA.

Għalkemm is-sit tal-Abbatija tad-Dejr normalment jinżamm magħluq għall-pubbliku, Heritage Malta ħasbet biex tqarreb in-nies lejh b’mod alternattiv. Dan billi ħarġet bl-idea li l-ġnien pubbliku li hemm fuq ilkatakombi, u li għal żmien twil kien pjuttost abbandunat, jinqasam f’partijiet żgħar li jiġu offruti lin-nies biex jaħdmuhom fuq stil ta’ allotments.

Kif spjegali David Cardona, Kuratur Anzjan għal Siti Feniċi, Rumani u Medjevali fi ħdan Heritage Malta, “Dan kien mod kif nagħtu l-ġnien lura lill-komunità u fl-istess ħin il-komunità tersaq qrib is-sit u tapprezza l-istorja twila tiegħu.” L-idea ħadmet u kienet suċċess kbir, tant li dak li għall-bidu kien proġett pilota issa ħa sura aktar permanenti, bil-kuntratti ma’ dawk li daħlu għall-impenn li jieħdu ħsieb il-ġnien jiġġeddu għas-sentejn li ġejjin.

Tfal igawdu l-esperjenza edukattiva u divertenti talġnien tal-Abbatija tad-Dejr

Waħda mill-partijiet tal-ġnien li reġgħu ħadu l-ħajja grazzi għallinizjattiva ta’ Heritage Malta

31

Charlotte Geronimi hija waħda minn dawk li jkabbru l-prodotti fil-ġnien tal-Abbatija tad-Dejr u tħoss li l-familja kollha tagħha bbenefikat minn din l-esperjenza. “Ibni Luca minn dejjem kien joħlom li jkollu razzett bin-nagħaġ u ż-żwiemel, imma billi ngħixu f’appartament kien diffiċli li nkabbru l-prodotti tagħna stess. Għalhekk, meta sirt naf bl-inizjattiva ta’ Heritage Malta, applikajt mill-ewwel. Il-bidu kien iebes, għax il-ġnien kien mimli ġebel u ħaxix ħażin, iżda xammarna l-kmiem u dħalna għall-isfida u maż-żmien bdejna naraw il-frott tax-xogħol tagħna. Dik li fil-bidu kienet sempliċiment opportunità biex inqarrbu lit-tifel lejn in-natura, irriżultat f’esperjenza pożittiva għall-familja kollha, inklużi l-ġenituri tiegħi. Mhux l-ewwel darba li Luca jistieden lil sħabu jmorru ħdejh fil-ġnien, u jqattgħu sigħat sħaħ jilagħbu u jieklu l-piżelli u l-fażola li nkabbru aħna stess. Ixxewqa tiegħi hi li jittieħdu inizjattivi simili fi bnadi oħra biex aktar familji jgawdu esperjenza bħal tagħna,” qalet Charlotte.

Samuela Bossini, li tieħu ħsieb parti oħra mill-ġnien, ukoll esprimiet sodisfazzjon dwar l-esperjenza pożittiva li offra lill-familja tagħha l-ġnien tal-Abbatija tad-Dejr. “Aħna familja ta’ erbgħa, b’żewġt itfal ta’ tlieta u sitt snin, u bħal ħafna familji oħra konna qed nissograw li nitilfu għalkollox il-kuntatt man-natura u mal-ħajja sempliċi tar-raba’. Li taqsam ġnien tal-komunità ma’ ħaddieħor huwa mezz tajjeb kif it-tfal jitgħallmu minn fejn jiġi l-ikel u japprezzaw ix-xogħol li tinvolvi l-biedja. Meta jaraw żerriegħa ċkejkna tikber u ssir pjanta, jitgħallmu kif taħdem in-natura u kemm hu importanti s-sehem tagħna f’din il-katina. Din l-esperjenza tintroduċihom ukoll għall-ħidma favur l-ambjent u għax-xogħol f’tim. Permezz ta’ dan ilġnien, kellna l-opportunità li naqsmu l-esperjenza tagħna mal-ġirien u mar-residenti u dan kabbar fina s-sens ta’ komunità. Ma ninsewx ukoll li l-ġnien jinsab fuq kumpless importanti ta’ katakombi u dan il-fatt għen lil uliedna biex japprezzaw aktar l-istorja ta’ pajjiżna,” qalet Samuela.

DAN KIEN MOD KIF NAGĦTU L-ĠNIEN LURA LILL-KOMUNITÀ U FL-ISTESS ĦIN IL-KOMUNITÀ TERSAQ QRIB IS-SIT U TAPPREZZA L-ISTORJA TWILA TIEGĦU. 32

il-Coding huwa

Waħda mill-ewwel mistoqsijiet li jiġu f’moħħok meta taħseb dwar il-programming għat-tfal hija: “Kif jista’ wieħed jgħallem lit-tfal kif jipprogrammaw?” It-tweġiba tinsab f’dak li jitgħallmu t-tfal fil-klassi tal-programming. Huma jitgħallmu ħafna dwar kif issolvi l-problemi, ħiliet ta’ programmazzjoni u dwar li tkun parti minn tim.

Il-korsijiet tal-programming jinkoraġġixxu l-kurżità, li tgħin lit-tfal ikunu aktar kunfidenti, kreattivi u reżiljenti aktar tard fil-ħajja. Il-coding jgħallem lit-tfal kif jibnu bil-ħsieb, sabiex l-affarijiet jaħdmu u jiġu adattati għal skopijiet speċifiċi. Ilcoding iħeġġeġ lit-tfal jaħsbu aktar u jagħtihom messaġġ li jistgħu joħolqu xi ħaġa. It-tagħlim tal-programming huwa faċli u divertenti u, fil-fatt, il-kotba tal-programming jistgħu jkunu mod tajjeb ħafna biex jintroduċu lit-tfal fid-dinja talprogramming.

Meta t-tfal ikunu qed jagħmlu l-programming, jistgħu jiżviluppaw apps, logħob tal-kompjuter u websites. Il-ħolqien ta’ website jew logħba sempliċi b’applikazzjoni bħal ‘Kudo’ jgħin lit-tfal isolvu l-problemi b’mod li jtejjeb is-soluzzjoni talproblemi permezz tal-coding

L-aħjar ħaġa dwar il-programming tal-apps hija li tista’ tintuża għal tfal ta’ kull età biex jipprogrammaw. Siti online bħal ‘Udemy’ huma riżorsa kbira għat-tagħlim ta’ ħiliet bażiċi ta’ programming. ‘Coding for Kids’ hija riżorsa eċċellenti għat-tfal biex jitgħallmu jipprogrammaw u b’hekk jiskopru kif jinteraġixxu mal-kompjuters.

Object-oriented programming huwa t-tip ta’ programming preferut li jiġi mgħallem lit-tfal li jridu jsiru programmers professjonali. Anke jekk it-tfal qatt ma jsiru software engineers, xorta jibbenefikaw għax ikunu jafu jsolvu l-problemi. L-aspett prattiku tal-lingwa tal-programming huwa importanti wkoll, għax jekk tkun mgħallma l-aħjar lingwa tal-programming, din tgħinhom ikunu kreattivi mingħajr ma jirrestrinġu ruħhom.

L-eSkills Malta Foundation temmen li t-tfal għandhom jitgħallmu jipprogrammaw u jibdew jipprogrammaw sa milletà ta’ qabel l-iskola. Wieħed jista’ faċilment jgħallem lil uliedu kif jagħmlu l-coding permezz tal-kompjuter jew anke board games. Ladarba wieħed jifhem it-tifsira tal-coding, wieħed jifhem aħjar il-benefiċċji għal uliedu.

It-teħid ta’ korsijiet relatati mal-kompjuter f’edukazzjoni ta’ livell sekondarju huwa wkoll bidu tajjeb. Wara dan, korsijiet tal-kompjuter jinstabu wkoll f’kull livell ta’ edukazzjoni, jiġifieri fl-M.C.A.S.T., istituzzjonijiet privati ta’ taħriġ u universitajiet. Jeżistu wkoll bosta skemi biex jiffinanzjaw parzjalment jew kompletament korsijiet speċifiċi mwettqa minn istituzzjonijiet privati. Għalhekk, irridu naslu f’konklużjoni li qatt ma kien daqshekk faċli li takkwista ħiliet fil-coding li bla dubju jkunu ta’ użu aktar tard fil-ħajja ta’ kulħadd. Qatt ma jintilef xejn meta takkwista ħila ġdida. Dan l-artiklu tħejja billi nġabru diversi sorsi online disponibbli pubblikament.

ta’ benefiċċju
AVVIŻ BI ĦLAS 33 Segwina fuq: eskills.org.mt jew Facebook: www.facebook.com/ESkillsMalta; www.facebook.com/CodeEUMalta/ jew fuq Twitter: https://twitter.com/eSkills_Malta jew ibgħatilna email fuq: info.eskills@eskills.org.mt
Għaliex
għat-tfal?
Artiklu minn Claude Calleja Executive - eSkills Malta Foundation

IT-TFULIJA MISTURA TA’ CONCETTA BRINCAT

Fir-rebbiegħa tal-1875, omm u erba’ wlied, mgħobbijin bil-ftit affarijiet li kellhom, telqu mid-dar li kienu krew Birkirkara, fejn twieldu u trabbew il-ħamsa li huma. Niżlu l-Port il-Kbir u minn hemm qabdu l-vapur bl-istim għal Tuneż. L-omm, Ġuża Sciberras, ma kellhiex passaport. Lanqas kienet applikat għal wieħed. Telgħu fuq il-vapur bil-passaport ta’ Spiru, binha l-kbir, ġuvni ta’ 23 sena li xahar qabel kien wasal Malta fuq l-istess vapur millAfrika ta’ Fuq.

34
Concetta Brincat u żewġha Vincenzo fin-nofs, imdawrin bi wliedhom. Fit-tarf hemm ħuha Spiridione Sciberras. minn Prof. Adrian Grima

L-ewwel paġna, iffirmata b’isimha u bl-isem li ħolqot, tar-rumanz Il-Familja de Valereux

KONSTANTINA

Spiru kien ilu tliet snin Konstantina. Hemmhekk kollox jindika li kien qed joqgħod maz-ziju tiegħu Vincent Borg, ħu ommu. Ma nafux meta mar Konstantina dan iz-ziju. Lanqas ma nafu kienx hemm qraba oħrajn tal-familja Sciberras. Nafu wkoll, però, li missier Spiridione, Ġużeppi, mar Konstantina fi tmiem is-sajf tal-1874 u aktarx kien qed jaħdem fl-istess negozju miegħu. Spiru jissemma fost l-oħrajn bħala “limonadier”, jew “cafetier”, għax kellu ħanut żgħir li jbigħ luminati, kafè u xorb ieħor, xi tip ta’ snack bar.

Konstantina hija belt fil-għoli, 640 metru ’l fuq millivell tal-baħar, fil-Lvant tal-Alġerija, in-naħa tat-Tuneżija. Ma kinitx wieħed mill-iktar ċentri popolari mal-emigranti Maltin. Konstantina tinsab 80 kilometru ’l bogħod mill-baħar

Mediterran. Ma kinitx mal-baħar, bħal Bona u Philippeville. Skont Kamel Kateb, 73% tal-Maltin kienu jgħixu f’dawn iżżewġ bliet portwali u ħafna minnhom kienu “commerçants ou maraîchers”. Minkejja l-qrubija, kien hemm vjaġġ twil bejn Malta u Konstantina, biċċa, forsi biċċtejn bil-baħar, u aktarx biċċa oħra bil-ferrovija. Il-klima kienet “Mediterranja” imma mhux għalkollox bħal dik li kienu mdorrijin biha l-Maltin.

Fl-1844 il-Franċiżi ddeċidew li jimponu “belt Ewropea” fuq Konstantina. Dan wassal għall-ħolqien ta’ żewġ kwartieri li kellhom anki amministrazzjoni separata. Fil-kwartier Ewropew kien hemm immigranti Ewropej, id-dixxendenti tagħhom u gwarniġjon ta’ 5,000 suldat. L-Alġerini tal-belt, bil-kulturi antiki tagħhom, sabu ruħhom ikkolonizzati minn superpotenza militari li waslet bil-pretensjoni u bl-iskuża li kellha missjoni

35
36

L-ewwel rumanz Concetta Brincat kitbitu Tas-Sliema fl-1919 fuq 1274 paġna f’31 pitazz

ċivilizzatriċi x’taqdi. Il-familja Sciberras kienet tgħammar filqalba tal-kwartier Alġerin, fi triq imsemmija għal ġeneral Franċiż li kien indarab fl-assedju ta’ Konstantina fl-1837.

Ma’ Spiru Sciberras telgħu fuq il-vapur ommu Ġuża, xebba Borg; ħuh Salvu ta’ erbatax; oħtu Karmena ta’ disa’ snin; u oħtu ż-żgħira Concetta ta’ erba’ snin. L-uniku mod kif stajt inkun ċert li Concetta marret mal-familja tagħha l-Alġerija kien billi nsib isimha mniżżel fil-manifest ta’ vapur fi triqtu lejn l-Afrika ta’ Fuq u mbagħad fil-manifest ta’ vjaġġ ieħor mill-Afrika ta’ Fuq lejn Malta. Mill-bqija, ma sibt ebda dokument li jsemmi lil Concetta Sciberras b’isimha waqt li kienet l-Alġerija.

Għadu ma rnexxilix insib reġistri tal-iskola f’Konstantina li fihom hemm imniżżel isem Concetta Sciberras. Ma nafx jeżistux. Uliedha u wlied uliedha jgħidu li kisbet iċ-Ċertifikat prestiġjuż tal-Istudji Primarji li fis-sistema Franċiża kien jingħata lill-aħjar studenti. Imma ma rnexxieli nsib ebda prova ta’ dan. Mill-arkivji tal-Knisja Kattolika ta’ Konstantina ksibt ħafna informazzjoni dwar ħutha u n-neputijiet, imma dawn kollha marbutin mat-twelid, maż-żwieġ u mal-mewt. Għalhekk Concetta ma tidher imkien, lanqas bħala xhud. F’dan is-sens, bħal ħafna nisa oħrajn, Concetta inviżibbli.

DULUR

L-informazzjoni fl-arkivji kolonjali Franċiżi u f’dawk tal-Knisja Kattolika tagħtina ħjiel tal-ħajja tal-familja Sciberras, jew “Xiberras”, kif kważi dejjem kienu jiktbulhom kunjomhom l-awtoritajiet Frankofoni, filqalba ta’ Konstantina. Il-membri tal-familja Sciberras jidher li kienu jagħmluha ħafna mal-Maltin imwielda Malta jew l-Alġerija, speċjalment ma’ nies tal-ħwienet, bejjiegħa u negozjanti żgħar. Iktar ma l-Maltin saru Franċiżi, iktar tjiebet il-kundizzjoni ekonomika u soċjali tagħhom.

L-edukazzjoni obbligatorja bilfors kellha sehem kbir f’dan l-iżvilupp. Waqt li missier Concetta, Ġużi Sciberras, nafu li kien bla skola, bħalma aktarx kienet ommha Ġuża, kemm hi u kemm ħutha kienu jafu jiktbu u jaqraw. Spiru u Salvu Sciberras jissemmew saħansitra fil-gazzetti lokali li kienu joħorġu bil-Franċiż minħabba n-negozju tagħhom, daqqa għax xtraw negozju mingħand ħaddieħor, u daqqa għax in-negozju tagħhom falla.

Fl-1885, sena wara li Karmena Sciberras, oħt Concetta, mietet ta’ sbatax-il sena Konstantina, il-ġenituri u binthom iż-żgħira reġgħu lura Malta fuq l-istess vapur bl-istim li bih kienu emigraw lejn l-Alġerija. L-aħwa s-subien baqgħu l-Alġerija. Spiru u martu, il-prima kuġina tiegħu, kienu diġà tilfu l-ewwel wild. Eventwalment kellhom sitt ulied li minnhom baqa’ ħaj wieħed biss. Salvu u martu kellhom tliet ulied, li minnhom baqgħet ħajja biss it-tifla. Eventwalment iżżewġet lil kuġinuha, iben Spiru, b’dispensa li ngħatat mill-Knisja Kattolika. L-istorja tal-familja Sciberras u d-dixxendenti tagħha f’Konstantina u lil hinn hija storja ta’ ftit suċċessi u ħafna dulur.

Fl-1890, fil-knisja parrokkjali ta’ Santa Liena Birkirkara, Concetta Sciberras ta’ 19-il sena żżewġet lil Vincenzo Brincat ta’ 24. Kellhom għaxar ulied. Tlieta mietu qasir il-għomor, fosthom Karmena li mietet ta’ sbatax. L-istorja kultant għandha ħabta tirrepeti ruħha b’mod traġiku.

Wara li rabbiet ‘il uliedha, fl-1919, is-sena tarrewwixta tas-Sette Giugno, Concetta Brincat, jew “Cornelia Melitesi”, kitbet (jew forsi addattat għallMalti) l-ewwel rumanz tagħha, Il-Familja de Valereux, jew Louis Mitluf Ġewwa l-Bosk, ambjentat fi żmien ir-Rivoluzzjoni Franċiża. Dan ir-rumanz u ta’ warajh, Is-Saħħara Nerelis (1922), baqgħu misturin fil-pitazzi tal-iskola li fihom kitbithom. Dawn huma l-ewwel rumanzi ta’ mara bil-Malti li nafu bihom, 40 sena qabel ta’ Mary Meylak. Issa wasal iż-żmien li joħorġu. Imma dik storja oħra.

37

Id-Domvs Romana: Mistura għal sekli sħaħ, misjuba b’kumbinazzjoni

Dak li naraw illum meta nżuru d-Domvs Romana huwa differenti ħafna minn kif din id-dar lussuża kienet tidher fl-aqwa tagħha, bejn wieħed u ieħor mit-tieni nofs tal-ewwel seklu qabel Kristu sal-ewwel nofs tal-ewwel seklu wara Kristu.

38
minn Daniela Attard Bezzina, Communications Executive, Heritage Malta.

Id-daħla tal-mużew tad-Domvs Romana

Ir-Rabat, Malta, Frar tal-1881. Fil-wesgħa siekta li llum nafuha bħala Ġnien Howard jinstema’ biss il-ħoss ta’ mgħażqa togħdos ħelu ħelu għal darba, tnejn tlieta, filħamrija ratba biex jitħawlu siġar ġodda. F’daqqa waħda l-ħoss jinbidel. L-imgħażqa sabet l-iebes! Il-ħaddiema jitilqu minn idejhom bla dewmien u jgħarrfu lil ta’ fuqhom b’dak li ġara, mingħajr l-iċken ħjiel tal-kobor tas-sejba li għamlu. Id-Domvs Romana, midfuna fid-dlam għal sekli sħaħ bitteżori u s-sigrieti kollha tagħha, dalwaqt terġa’ tara d-dawl tax-xemx...

Kważi seklu u nofs wara, ninsab hawn, f’did-dar maestuża ta’ żmien Ruma tal-qedem, nistagħġeb għal darb’oħra bilġmiel tal-mużajk li jżejjen il-bitħa interna tagħha u nisma’ lil David Cardona – Kuratur Anzjan għas-Siti Feniċi, Rumani u Medjevali fi ħdan Heritage Malta – jiddeskrivili kif l-aġenzija nazzjonali għall-wirt kulturali qed tfakkar il-140 anniversarju mis-sejba tad-Domvs Romana. Biex inkunu aktar preċiżi, id-Domvs qed tiċċelebra tliet anniversarji, u mhux wieħed. Dan għaliex l-2020 immarkat il-mitt sena minn meta Sir Temi Zammit beda l-iskavi tiegħu fis-sit, l-2021 tfakkar il-140 sena minn meta d-dar Rumana ġiet skoperta, u fl-2022 id-Domvs tagħlaq 140 sena minn meta nfetħet għall-pubbliku bħala mużew.

Kif irrakkontali David, wara dak li seħħ waqt it-tħawwil tas-siġar fi Ġnien Howard, Antonio Annetto Caruana, illibrar tal-Biblijoteka u l-kuratur tal-kollezzjoni arkeoloġika ta’ ġo fiha, tqabbad minnufih biex jinvestiga. Ħafna miżżoni tad-dar Rumana nkixfu waqt l-intervent ta’ Caruana, u sussegwentement ġie deċiż li jinbena mużew biex jipproteġi l-mużajk misjub filwaqt li jilqa’ fih l-antikitajiet Rumani ta’ pajjiżna.

B’xorti ħażina, medda ta’ art fit-Tramuntana tas-sit inqerdet fl-1899 meta s-servizzi Ingliżi ħaffru t-triq għallistazzjon tal-ferrovija biswit il-mużew. Ma nżammet l-ebda dokumentazzjoni waqt dawn ix-xogħlijiet, u aktarx parti kbira mid-dar kif ukoll strutturi oħra tal-madwar intilfu għal dejjem. Bejn l-1920 u l-1925, Sir Temi Zammit għamel aktar stħarriġ u skavi f’dan is-sit, bl-għajnuna ta’ Robert V. Galea, Harris Dunscombe Colt u Louis Upton Way. Ixxogħol sar fuq kull naħa tas-sit u bis-saħħa tiegħu nkixfu numru mdaqqas ta’ oqbra Iżlamiċi fuq il-fdalijiet ta’ djar żgħar oħra Rumani.

Dak li naraw illum meta nżuru d-Domvs Romana huwa differenti ħafna minn kif din id-dar lussuża kienet tidher fl-aqwa tagħha, bejn wieħed u ieħor mit-tieni nofs tal-ewwel seklu qabel Kristu sal-ewwel nofs tal-ewwel seklu wara Kristu. Aktarx li tul iż-żjara tagħna nkunu qed nirfsu biss fuq kwart tal-ispazju kollu li d-dar kienet tokkupa oriġinarjament, jiġifieri d-daħla, il-bitħa interna u t-triclinium, jew il-kamra tal-ikel.

39

L-OĠĠETTI ESEBITI

ROMANA

Ritratt li juri skavi bikrin fis-sit tad-Domvs Romana

Pjanta li turi l-fdalijiet mikxufa minn Caruana fl-1881

Dak li l-istudjużi tal-istorja jistgħu jobsru bla ma jitbiegħdu mill-verità huwa li din ma kinitx xi dwejra fejn tgħammar familja fqira. Għall-kuntrarju, fid-Domvs kien jgħix xi ħadd għani biżżejjed biex ikun fil-klassi soċjali ta’ fuq nett – xi ħadd b’rabtiet sodi mal-mexxejja f’Ruma, kif jixhdu żewġ statwi skolpiti fi rħam fin li juru membri tal-familja tal-Imperatur Klawdju nnifsu.

Is-sejba ta’ statwi imperjali fini f’dar privata ta’ żmien irRumani hija okkorrenza rari ħafna. Dan jista’ jimplika li sid id-Domvs kien persuna pubblika importanti, forsi saħansitra l-gvernatur ta’ dawn il-gżejjer. Kien min kien, żgur li huwa daħal għal spejjeż kbar biex juri l-lealtà u l-qima tiegħu lejn id-dinastija imperjali li kellha l-poter fi żmienu.

Il-kelma “huwa” għandha importanza kbira meta niddiskutu l-ħajja ta’ kuljum f’dar tipika Rumana tal-qedem. Il-missier (pater familias) kien il-kap ta’ kollox, b’poter assolut fuq id-dar, l-artijiet u kull min jgħix f’daru. Hu biss kellu l-awtorità li jikkastiga, joqtol, jabbanduna jew ibigħ bħala skjav lil kwalunkwe membru tal-familja tiegħu bla ma jagħti spjegazzjoni għal għemilu. Id-dmirijiet ta’ kuljum tal-pater familias kienu jvarjaw skont il-professjoni u l-istatus tiegħu

Il-bitħa interna tad-Domvs Romana
40

fis-soċjetà. Raġel aristokratiku filgħodu kien normalment jilqa’ n-nies li jżuruh biex isellmulu jew biex jinnegozjaw. Waranofsinhar ħafna drabi kien iddedikat għall-mistrieħ (otium), xi żjara fil-banjijiet pubbliċi u l-festeġġjamenti li r-Rumani kienu magħrufin għalihom.

Il-mara (matrona) ftit li xejn kellha drittijiet u kienet dejjem tiddependi fuq ir-raġel u wliedha subien. Madankollu, in-nisa kellhom rwol importanti għax kienu jieħdu ħsieb l-edukazzjoni tat-tfal, li kienet issir mid-dar stess, u jorganizzaw ix-xogħol domestiku tal-iskjavi.

L-oġġetti esebiti fid-Domvs Romana jirnexxilhom jixegħlulek l-immaġinazzjoni biex tistħajjel kif setgħet kienet il-ħajja f’din id-dar. Diversi għodod tal-kċina, ngħidu aħna, jitfgħuk dritt f’dik li kienet tissejjaħ culina, fejn kien jitħejja l-ikel mill-iskjavi. L-ikel kien jissajjar f’borom tal-fuħħar imqiegħda fuq fuklari jew fi fran tal-briks, u jinżamm f’reċipjenti taċ-ċaqquf, bħal anfori u dolia, issiġillati b’għotjien, li xi drabi kont issibhom parzjalment midfunin taħt l-art. Il-platti kienu jvarjaw filkwalità skont is-sid u t-tip tal-ikla. In-nies komuni kienu jużaw platti sempliċi taċ-ċaqquf li kultant kienu jkunu mżejnin, iżda l-ikliet tal-aristokratiċi kienu jisservew fi platti fini.

L-inbid u x-xorb kellhom sehem importanti, kemm matul l-ikla kif ukoll warajha. Ir-Rumani kienu magħrufa għal lejliet twal ta’ xorb b’divertiment kontinwu. Dan ġieli kien jinkludi kompetizzjonijiet fejn dak li jkun jixrob minn speċi ta’ lembut tal-ħġieġ imsejjaħ rython, li bħalu hemm esebit fid-Domvs.

Esebiti oħra, bħal fliexken ta’ għamliet differenti fejn kienu jinħażnu l-fwejjaħ, iż-żjut u l-irtokk, kif ukoll moxtijiet, ġojjellerija u furfiċetti magħmulin mill-għadam, ilkoll jagħtu indikazzjoni ċara li r-Rumani tal-qedem kienu jieħdu ħsieb id-dehra tagħhom daqsna, jekk mhux aktar minna. Mhux in-nisa biss kienu jieħdu l-ħin biex ilestu – l-irġiel ukoll kienu jieħdu ħsieb il-ġilda tagħhom billi jidilkuha b’ingwent li mbagħad kienu jneħħuh b’oġġett tawwali u għat-tond magħruf bħala strigil. Fejn jidħlu ġojjelli Rumani, dawn ma nstabux wisq minnhom f’Malta iżda l-biċċiet esebiti fid-Domvs jixhdu sengħa u rikkezza kbira.

Għadd ta’ ċombini tal-għadam u piżijiet tal-ġebel li kienu jintużaw fin-newl jitfgħu dawl fuq l-industrija tal-insiġ fi żmien ir-Rumani, li kellha rwol ewlieni fl-ekonomija. Dawn l-esebiti jġiegħlu lil moħħna jimraħ fuq kif aktarx kienu l-ħwejjeġ milbusa mill-abitanti tad-Domvs. L-aktar ilbies komuni tal-irġiel fil-perjodu Ruman kien jikkonsisti f’tunika sempliċi u sandli talġilda. Madankollu, ħafna ċittadini Rumani kienu jħobbu jilbsu wkoll toga bajda li, jekk ir-raġel ikun imlaħħaq, kienet tiżżejjen b’faxx vjola. In-nisa kienu jilbsu stola kkulurita fuq it-tunika, kif ukoll palla li kienet xalla kbira milbusa b’modi differenti. Fixxhur tal-kesħa, imbagħad, kienu jippreferu jilbsu mantell.

Iżda din hi biss farka mill-minjiera ta’ tagħrif li hemm jistenniek f’dik il-meravilja msejħa Domvs Romana. Il-fatt biss li nistgħu nmiddu riġlejna fiha meta għandha mal-elfejn sena huwa minnu nnifsu xi ħaġa tal-għaġeb, u raġuni oħra biex Heritage Malta tfakkar kif imiss il-mument maġiku meta nstabet din id-dar.

Din l-inċiżjoni li turi l-iskavi ta’ Caruana dehret fil-faċċata ta’ quddiem tal-gazzetta Ingliża ‘The Graphic’ fil-25 ta’ Ġunju 1881

41

RES, NON VERBA ACTIONS, NOT WORDS

Criminal behaviour has changed. Modern crime goes beyond voluntary or involuntary homicide, petty or aggravated theft, rape or sexual harassment; nowadays it includes white-collar crime. White-collar crime has been exacerbated even more through the platform which is used daily, and sought after by many - the internet!

Whereas it is true that the world has become more globalised through the internet, and as they say the world is at your fingertips, it has also given rise to cross-

OVER THE PAST YEAR THE ABELA ADMINISTRATION HAS WORKED TIRELESSLY TO COMBAT MONEY LAUNDERING, ORGANISED CRIME AND THE FINANCING OF TERRORISM. IT HAS DONE SO BY PASSING SEVERAL LEGISLATIONS WITH THIS PRINCIPLE AT ITS CORE.
42 AVVIŻ BI ĦLAS

border crime which happens mostly online. From financial transactions that happen over cryptocurrencies to the dark-net, these all give easier access to those who want to launder money and finance terrorism. With this in mind, legislators at both union and national level have drafted legislation with the scope of distinguishing this model of crime. In Malta we have passed two laws which are historic in nature: The Proceeds of Crime Act and Amendments to the Prevention of Money Laundering Act.

Through the Proceeds of Crime Act, we established a mechanism whereby actions of such individuals who commit actions of moneylaundering, financing of terrorism and organised crime are held accountable. Through this Act we strengthened the Assets Recovery Bureau by providing it with additional powers to seize assets following judicial action by the validating authorities. Moreover, it also introduced a system of non-conviction based confiscation. The aforementioned method of confiscation is purely based on recovering assets suspected to have derived from criminal actions listed in the Act of Law. Therefore the level of burden of proof which authorities need to meet is ‘reasonable suspicion’.

Another point of law which makes the Act interesting is the notion of Action in Rem. This type of judicial action is found in maritime law (regarding seizure of a ship), however it was an unknown concept in other spheres of law. This concept was only introduced after case-law from American and British courts (Common Law),

which led to legislative amendments in both jurisidictions. Using this frame of mind, and after much research, the legislative drafters introduced this concept in our Proceeds of Crime Act, thus establishing a system wherein the authorities are allowed to seize assets which remain unclaimed following the institution of judicial proceedings against the object. This process permits the authorities to seize the assets which remained unclaimed and auction them off. The proceeds of the auction will form part of the financing structures of the Bureau.

A complementary law to the Proceeds of Crime Act (Bill 160) is Bill 192 which amends the Prevention of Money Laundering Act. In itself it creates punitive measures, including fines, which are effective, proportionate and dissuasive in line with the Anti-Money Laundering Directives drafted by the institutions of the European Union. The Prevention of Money Laundering remains a key legislative instrument which further ensures that the fight against money-laundering, the financing of terrorism and organised crime is strengthened.

Whereas I am proud of the work we have undertaken over the past months, which has also paved the way for a more efficient and effective justice system, my work and the work of this Administration shall continue. I remain adamant in ascertaining that we continue to strengthen our institutions and our justice system, making both more accessible to the public. In this regard, I need all stakeholders on board. Together, we can reach this goal.

43 AVVIŻ BI ĦLAS

OPINJONI

BIDEN MINN SENA ILU ’L HAWN

Bħal dan iż-żmien sena, Biden kien jinsab f’taqtigħa ma’ Bernie Sanders biex jikseb in-nominazzjoni Demokratika għall-elezzjoni Presidenzjali Amerikana. Filwaqt li Sanders kien ikkunsidrat bħala l-vuċi xellugija tal-Partit, Biden kien aktar meqjus bħala l-vuċi moderata f’din it-tiġrija, u anke bħala kontinwazzjoni tal-era t’Obama, peress li anke serva bħala Viċi President taħt l-istess Obama. Infatti malli l-kandidati l-oħrajn, bħal Amy Klobouchar u Pete Buttigieg, bdew jirtiraw mittiġrija, kollha bdew jitfgħu l-appoġġ tagħhom wara Biden. Dan għen mhux ftit biex jikkonsolida l-appoġġ. U f’kemm ilni ngħidlek irnexxielu jagħlaq in-nominazzjoni Demokratika.

Kieku sena ilu ma qabditx il-pandemija talCovid-19, kieku nemmen li llum qed nitkellmu f’termini differenti ħafna. Irridu niftakru li taħt il-Presidenza ta’ Donald Trump, l-Amerka rat l-aqwa tkabbir ekonomiku fl-istorja tagħha. Is-sitwazzjoni madanakollu nbidlet f’leħħa ta’ berqa meta l-każijiet tal-Covid bdew jitilgħu. U s-sistema tas-saħħa Amerikana, li hija privatizzata, ma għenet xejn f’dan ir-rigward. Il-każijiet baqgħu jitilgħu u anke l-imwiet. Ironikament dan huwa tort kemm tal-Partit Demokratiku imma anke tal-Partit Repubblikan, li għal snin twal irreżistew li jdaħħlu sistema tas-saħħa simili għal dik kif għandna f’Malta. Obama għamel titjib konsiderevoli f’dan ir-rigward meta daħħal polza tal-assigurazzjoni li kienet aktar affordab-

bli għall-Amerikani, tant li minn 50 miljun Amerikan mingħajr assigurazzjoni fejn tidħol is-saħħa, dan in-numru niżel għal 30 miljun. Biss 30 miljun xorta waħda huwa numru kbir ħafna. Fl-aħħar sena għaldaqstant stajna naraw b’għajnejna stess kemm is-settur tas-saħħa huwa xi ħaġa problematika għall-Amerka.

Tiġi waħidha, għaldaqstant, li tgħid li l-pandemija serviet ta’ tagħlima kbira għall-Amerikani. Kien is-settur tas-saħħa, fl-aħħar mill-aħħar, li wassal biex l-ekonomija tikkollassa. U mal-kollass tal-ekonomija, hekk ukoll ikkollassa l-appoġġ tal-President ta’ dak iż-żmien, Donald Trump. Huwa għalhekk li llum għandna lil Joe Biden bħala President.

44
minn Dott. Brendan Zerafa

L-ewwel deċiżjonijiet ta’ Biden

Għadu kmieni wisq biex tgħid kif ser tkun il-Presidenza ta’ Biden. Però l-aħħar xhur iservu ta’ indikazzjonijiet ċari fuq ittriq li ser timxi fiha l-Amerka. Ibda biex, Biden appunta numru ta’ nies li kellhom rwoli importanti wkoll fl-amministrazzjoni ta’ Barack Obama, u din hija xi ħaġa li turina li ser ikun qiegħed jipprova jmexxi bl-istess stil li kien imexxi l-eks imgħallem tiegħu. Rajna wkoll li dak li kien is-Sindku ta’ South Bend, Indiana, il-Malti-Amerikan Pete Buttigieg, ġie appuntat bħala Segretarju għat-Trasport, liema kariga normalment ma tkunx meħuda minn politiċi prominenti. Xi jfisser dan? Għall-analisti Amerikani, il-fatt li Buttigieg ġie appuntat f’din il-kariga jfisser li l-Gvern Amerikan ser ikun qed jaħdem ħafna fuq l-infrastruttura fl-erba’ snin li ġejjin. Buttigieg huwa meqjus wieħed mill-aktar politiċi Amerikani interessanti fix-xena bħalissa, u għaldaqstant ma jidhirx li huwa l-każ li l-amministrazzjoni ta’ Biden ser tħallih jinħela fuq kariga limitata għall-burokrazija. Anzi Buttigieg diġà beda jkun preżenti ħafna fuq il-media fl-irwol il-ġdid tiegħu.

Fejn tidħol il-politika barranija Amerikana, nistgħu ngħidu li Biden qiegħed iħares lejn ir-ritorn tal-multilateraliżmu. Hawnhekk qed ngħidu Amerka li taħdem ma’ ħafna pajjiżi oħrajn fuq kwistjonijiet bħat-tibdil tal-klima. Niftakru infatti li Trump kien ħareġ mill-Ftehim ta’ Pariġi li jirrigwardja t-tibdil tal-klima. Biden mhux talli reġa’ daħal fih, talli wkoll appunta lil persuna ġdida u importanti bħala l-Mibgħut Speċjali tiegħu għat-Tibdil tal-Klima. Hawnhekk għaldaqstant nistgħu ngħidu li rajna bidla kbira. Iżda tajjeb li nibqgħu kawti wkoll għaliex il-President mhuwiex l-unika persuna li tagħmel il-politika barranija Amerikana, anzi d-Dipartiment tal-Istat u d-Dipartiment tad-Difiża nemmen li għandhom aktar kontroll fuq il-politika barranija mill-President. Fl-aħħar snin, jidher li dawn id-dipartimenti aktar bdew jaħdmu unilateralment milli multilateralment jew bilateralment, u għaldaqstant hemm dubju kif ser tiżvolġi x-xena f’dan ir-rigward.

Biex ngħaqqad tnejn mit-tliet punti li ddiskutejt f’din is-sezzjoni, jiġifieri t-trasport u t-tibdil tal-klima, ser nagħżel li nitkellem fuq l-ekonomija. Forsi wieħed jistaqsi x’għandhom x’jaqsmu flimkien dawn it-tliet suġġetti? It-tweġiba tiegħi tiġi permezz ta’ tliet kelmiet: Green New Deal. Imma x’inhi eżatt il-Green New Deal? Bażikament, l-idea ta’ dan il-programm ġiet mill-programm tal-President Franklin D Roosevelt (FDR) fissnin tletin. Roosevelt, kuntrarju ta’ kif kien moda dak iż-żmien, kien iddeċieda li joħroġ lill-Amerka minn riċessjoni permezz

ta’ programm ta’ nfiq mill-istat Amerikan. Dan il-programm, li kien iġib l-isem ta’ New Deal, wassal sabiex l-Amerka mhux talli ħarġet mir-riċessjoni, talli wkoll inbniet middle class ġdida. Middle class li baqgħet b’saħħitha sal-lum il-ġurnata. L-idea wara l-Green New Deal hija simili ħafna għal dik ta’ FDR, għaliex ma rridux ninsew li l-programm ta’ nfiq ta’ FDR kien iffukat ukoll fuq l-infrastruttra Amerikana. Imma din l-idea ġiet ukoll adattata għaż-żminijiet tal-lum.

U llum, liema suġġett huwa aktar moda mit-tibdil tal-klima? Huwa għalhekk li l-politiċi li ħarġu b’dan il-programm (fosthom ir-Rappreżentanta Alexandria Ocasio Cortez) allaċċjaw dawn it-tliet setturi (infrastruttura jew trasport, tibdil tal-klima, u ekonomija) flimkien. Għaliex permezz ta’ dan il-programm, li Biden jaqbel mija fil-mija miegħu, qegħdin jaraw li jista’ jkun hemm titjib konsiderevoli f’dawn l-oqsma kollha.

X’għandna nistennew fiż-żmien li ġej?

Il-futur ħadd ma jista’ jbassru. Imma l-passat, għalkemm mhux garanzija tal-futur, xorta waħda jista’ jservi ta’ ħjiel. U l-passat ta’ Biden jurina li fejn tidħol is-saħħa, pereżempju, mhux ser imur għal sistema ta’ single payer bħalma għandna Malta, imma ser jipprova jibni fuq dak li ħalla Obama, jiġifieri ser jipprova jagħmel l-assigurazzjoni tas-saħħa aktar affordabbli.

Fejn tidħol l-għaqda nazzjonali, nemmen li Biden ser iżomm lura milli jikkritika bl-aħrax jew inkella milli jagħti ordnijiet biex isiru investigazzjonijiet ta’ vendetta fuq Donald Trump. Biss, investigazzjonijiet ta’ din il-portata lanqas ser ikun hu li jwaqqafhom. Ibda biex, lanqas għandu s-setgħa li jwaqqaf ċerti investigazzjonijiet hu stess bħala President. Għaldaqstant, filwaqt li investigazzjonijiet futuri fuq Donald Trump jistgħu jiġu kkaratterizzati mir-Repubblikani bħala witch hunts ta’ Biden, jiena tal-opinjoni li Biden lanqas biss ser jindenja jidħol f’suġġetti hekk. U ngħiduha kif inhi, għal xiex għandu jagħmel hekk?

Wara kollox, Biden jinsab fl-aqwa pożizzjoni possibbli biex jikkonsolida l-appoġġ tiegħu, joħroġ lill-Amerka mill-agħar burraxka dinjija mit-Tieni Gwerra Dinjija ’l hawn, u jibqa’ mfakkar bħala wieħed mill-aqwa Presidenti fl-istorja. Jista’ jmur żmerċ? Bħal kollox, iva. Imma personalment ma naħsibx li hekk ser ikun il-każ. Nemmen li għandu għodda biżżejjed u żżejjed biex ikollu Presidenza suċċess. Għalissa madanakollu nibqgħu nosservaw, nistennew u nsegwu sakemm ikollna żviluppi ġodda.

45

L-Isport F’NOFS Pandemija

L-ASPETT SOĊJALI U EKONOMIKU

L-effetti tal-pandemija tal-Covid-19 għadhom qed jinħassu fuq issaħħa, l-edukazzjoni, il-finanzi u l-istituzzjonijiet kummerċjali taddinja kollha. L-isport mhuwiex b’inqas, għaliex sal-lum il-ġurnata għadna qed nisimgħu b’logħbiet u kompetizzjonijiet li jiġu kkanċellati jew posposti, bi problemi kbar li qed jinħolqu lill-organizzaturi, timijiet u atleti, kif ukoll lid-djar tal-midja li s-soltu juru l-avvenimenti sportivi dirett fuq it-televiżjoni.

Il-partijiet interessati għadhom qed jippruvaw jimmanuvraw mal-impatt li qed tħalli l-pandemija, u l-implikazzjonijiet li qiegħed ikun hemm ma’ kull avveniment pospost jew ikkanċellat. Il-fatt li l-isport huwa kontributur ewlieni fl-iżvilupp soċjali u ekonomiku huwa magħruf minn kulħadd. F’kull pajjiż madwar id-dinja, kull Gvern jirrikonoxxi li l-isport għandu sehem mill-aktar importanti fin-nisġa soċjali u ekonomika tal-pajjiż.

Kif tista’ żżomm mal-aspettattiva tal-partitarji, mat-tfixkil taloperat, kif ukoll tippjana għall-futur, kemm qarib u anke fit-tul? Din il-biċċa wġigħ ta’ ras ippreżentat ruħha mhux biss quddiem dawk li jmexxu xi kumpanija sportiva, imma wkoll quddiem dawk li jmexxu l-midja u l-isponsors. Il-kompetizzjonijiet u l-kalendarji tal-attivitajiet, il-mudelli operattivi, ir-relazzjonijiet kummerċjali, il-partitarji, l-investiment, il-ħidma diġitali, l-istadia u postijiet oħra fejn isiru l-avvenimenti kollha ġew impattati bil-pandemija.

Minn mindu faqqgħet il-pandemija, id-distanzi fiżiċi u soċjali, kif ukoll l-għeluq ta’ stabbilimenti, postijiet ta’ divertiment u skejjel saru pjuttost regolari, u dawn affettwaw bil-kbir ilħajja ta’ kull individwu madwar id-dinja. Mhux b’inqas l-isport u l-attività fiżika, li kienu affettwati mhux bi ftit, speċjalment minħabba numru ta’ lockdowns fil-maġġoranza tal-pajjiżi. IlCovid-19 ippreżentat sfidi kbar lill-isportivi, lill-assoċjazzjonijiet u

l-federazzjonijiet, kif ukoll lil dawk li jagħmlu attività fiżika sabiex jirrilassaw u jkunu aktar b’saħħithom.

Sas-sena li għaddiet, il-valur tal-industrija sportiva madwar id-dinja kien stmat li jiswa €635 biljun fis-sena. Fl-Ewropa biss, il-qasam sportiv kien qed jiġġenera 2.12% tal-prodott domestiku gross. Id-dinja sportiva Ewropea kienet qed tħaddem mal-5.76 miljun persuna, jiġifieri 2.72% tal-impjiegi fl-Unjoni Ewropea. Quddiem pandemija dinjija, miljuni t’impjiegi ntilfu f’din l-industrija, li qalgħet daqqa ta’ ħarta kbira, bħalma qalgħu industriji oħra. Tajjeb li wieħed jinnota li l-industrija sportiva mhijiex biss it-timijiet u l-individwi li jikkompetu f’kompetizzjonijiet diversi matul is-sena, imma tinkludi wkoll ilbejgħ t’oġġetti relatati mal-isport. Wieħed jista’ jqis l-industrija sportiva bħala zokk ta’ siġra, li minnha joħorġu diversi fergħat, fosthom l-ivvjaġġar, it-turiżmu, l-infrastruttura, it-trasport u l-midja. Dawn l-industriji kollha ġew affettwati immensament minħabba d-daqqa kbira li qalgħet u għadha qed taqla’ l-industrija sportiva. Pereżempju, l-aħħar Olimpjadi li kienu saru f’Rio de Janeiro, il-Brażil, kienu laqgħu mal-1.17 miljun turist li żaru l-pajjiż apposta biex isegwu l-Logħob Olimpiku. Żgur li dawn in-numri m’aħniex ser narawhom f’Tokjo, dejjem skont id-deċiżjoni aħħarija tal-Kumitat Organizzattiv tal-Olimpjadi u l-Gvern Ġappuniż.

46

Ħarsa lejn l-ewwel għaxar avvenimenti sportivi li l-aktar jiġġeneraw dħul:

National Football League Amerikan (Rugby) €11-il biljun

Baseball Amerikan u Kanadiż

Premier League Ingliż

€8 biljun

€4.5 biljun

Basketball Amerikan u Kanadiż €4 biljuni Ice Hockey Amerikan u Kanadiż

€3.1 biljun Bundesliga Ġermaniża €2.35 biljun

La Liga Spanjola

€1.85 biljun

Serie A Taljana €1.60 biljun Ligue 1 Franċiż €1.26 biljun J1 League Ġappuniż €0.92 biljun

Il-kanċellament jew sospensjoni ta’ diversi avvenimenti sportivi kellhom u qed ikollhom impatt fuq il-benefiċċji soċjali. L-isport huwa kkunsidrat bħala għodda siewja ħafna biex tissaħħaħ il-komunikazzjoni u jinbnew il-pontijiet bejn il-komunitajiet u l-ġenerazzjonijiet differenti. Minħabba l-isport, diversi gruppi soċjali għandhom sehem aktar importanti fit-trasformazzjoni soċjali u l-iżvilupp, speċjalment f’soċjetajiet li huma maqsuma bejniethom. F’dan il-kuntest, l-isport huwa użat bħala għodda biex joħloq opportunitajiet ġodda ta’ tagħlim, u huwa aktar aċċessibbli għall-emarġinati jew popli li jinsabu f’ċerti riskji. Kienet logħba futbol f’Jum il-Milied li fl-Ewwel Gwerra Dinjija ġabet flimkien suldati li kienu qed jiġġieldu kontra xulxin. Fil-preżent, l-Olimpjadi li ser isiru f’Tokjo fis-sajf li ġej qegħdin joħorġu fid-dieher il-mentalità li hemm fil-Ġappun dwar in-nisa, tant li żewġ membri fil-Kumitat Organizzattiv tal-Logħob Olimpiku kellhom jirreżenjaw minħabba kummenti sessisti li għaddew fil-konfront tan-nisa.

Sa qabel l-2020, l-esperjenza sportiva kienet sinonima m’avvenimenti li jsiru fi stadia, trakki, padiljuni, u faċilitajiet fejn il-persuna kien ikollha tħalli l-kumdità ta’ darha sabiex tieħu sehem. Minn mindu faqqgħet il-pandemija talCovid-19, id-definizzjoni t’esperjenza sportiva nbidlet. Bħal f’oqsma oħra, l-isport kellu jadatta u jsib mezzi kif persuni xorta waħda setgħu b’xi mod jew ieħor jieħdu sehem f’esperjenza sportiva mingħajr ma jħallu djarhom. It-teknoloġija diġitali lagħbet u għadha qed tilgħab parti importanti f’dan ir-rigward, speċjalment meta diversi pajjiżi għaddejjin minn lockdown għal ieħor sabiex jippruvaw jimmitigaw l-effett tal-coronavirus. Minn mindu faqqgħet ilpandemija, bdejna naraw avvenimenti sħaħ iseħħu online, u b’mod virtwali anke l-partitarji qiegħed ikollhom ċans ikunu parteċipi. Mhux darba jew tnejn rajna avvenimenti sportivi li matulhom jidhru partitarji jsegwu l-isport favorit tagħhom. U għalkemm f’numru ta’ pajjiżi l-isport irritorna bil-bibien magħluqa, jidher li għadna ’l bogħod milli l-partitarji jibdew jiddaħħlu fl-istadia.

Il-pandemija qed tħalli effett ukoll fil-qasam talassigurazzjoni. Is-sena li għaddiet, għall-ewwel darba sa mit-Tieni Gwerra Dinjija, l-Open ta’ Wimbledon tattennis kellu jiġi mħassar. Dan il-Grand Slam kellu jsir bejn id-29 ta’ Ġunju u t-12 ta’ Lulju, imma sa mill-1 t’April, l-All England Lawn Tennis Club (AELTC) iddeċieda li dan l-avveniment jiġi mħassar. L-AELTC seta’ jagħmel dan b’moħħ mistrieħ, għaliex sa mill-2003, meta kienet faqqgħet il-pandemija tas-SARS, kien xtara polza t’assigurazzjoni sabiex ikun kopert jekk tfaqqa’ pandemija oħra. Avolja l-Open ta’ Wimbledon ma sarx, l-organizzaturi xorta waħda ħadu madwar €126 miljun minħabba l-polza tal-assigurazzjoni li għandhom. Fuq l-eżempju tal-AELTC, kienu ħafna dawk l-organizzaturi li meta faqqgħet il-pandemija tal-Covid-19, ġrew għal polza t’assigurazzjoni li tibda tagħmel tajjeb jekk l-avvenimenti tagħhom ikunu posposti jew ikkanċellati minħabba force majeure kif għandna bħalissa. Mhijiex sorpriża li diversi organizzaturi qed jikkunsidraw li jinvestu f’polza tal-assigurazzjoni li forsi tkun aktar elaborata u aktar għolja fil-prezz, li iżda mbagħad tkoprihom f’każijiet ta’ pandemija jew forzi maġġuri oħra li jwasslu sabiex avveniment ikollu jiġi sospiż jew imħassar.

Eżempju ieħor, din id-darba mill-isport lokali, jikkonċerna l-futbol. Sas-sena li għaddiet, fl-ebda kuntratt ta’ plejer ma kien hemm klawsola li jekk ilkampjonat jitwaqqaf jew ikun sospiż minħabba xi raġuni maġġuri jew oħra, dan ma jitħallasx. Din kienet waħda mill-problemi l-kbar tal-klabbs, għaliex kull plejer kellu jibqa’ jitħallas normali, avolja l-logħob kien sospiż u aktar tard ikkanċellat. Biss, fil-kuntratti l-ġodda li bdew isiru lill-plejers għall-istaġun 2020/21, bdiet tiddaħħal klawsola li jekk kemm-il darba l-istaġun ikollu jiġi sospiż jew ikkanċellat, il-klabb mhuwiex marbut li jħallas lillplejer fil-perjodu ta’ sospensjoni jew kanċellament.

L-isport qed jaffaċċja sfidi li qatt m’affaċċja qabel. Il-pandemija tal-Covid-19 ser tibqa’ taffettwa l-isport inġenerali u probabbli l-impatt tagħha għad fadallu xhur u snin jinħass. Gvernijiet differenti madwar id-dinja qed jevalwaw kif jistgħu jgħinu lil dan il-qasam tant importanti.

Żgur li meta jerġgħu jinfetħu l-istadia u l-faċilitajiet għall-pubbliku ġenerali, kull min hu involut irid jara kif ser jimmassimizza l-benefiċċji li l-isport u l-eżerċizzju fiżiku jġibu magħhom. Diversi assoċjazzjonijiet, federazzjonijiet u klabbs huma mwaħħda ma’ komunitajiet u persuni li ġejjin minn sfond differenti. Ġaladarba d-dinja tibda tegħleb din il-pandemija, it-tama hi li l-attività soċjali u ekonomika terġa’ tieħu spinta ’l quddiem. L-isport jista’ jkun katalist li jerġa’ jibda jiġbor lin-nies flimkien, wara xhur twal fejn donnu kulħadd qed jibża’ minn xulxin.

47

Warren Bennis, li huwa pijunier fir-riċerka dwar ittmexxija, jgħid li hi l-kapaċità li tittraduċi viżjoni f’realtà. Mexxejja tajbin jikkomunikaw b’mod effettiv il-prijoritajiet tagħhom lil ħaddieħor u jispirawhom biex jaħdmu b’impenn għal dawn l-għanijiet.

Fil-verità, it-tmexxija ma tiddependix fuq it-titlu ta’ studju li tkun ġabet il-persuna. Persuni li għandhom ilpotenzjal li jkunu mexxejja jistgħu jitfaċċaw fi kwalunkwe livell tas-soċjetà jekk ikunu kapaċi jimmotivaw lil dawk li jkunu magħhom sabiex xi għan partikolari jintlaħaq.

Mexxejja effettivi x’aktarx għandhom ċerti karatteristiċi ewlenin fil-personalità. Dawn jinkludu s-soċjabbiltà, l-ambizzjoni u l-kurżità. Fil-verità, dawn il-karatteristiċi jistgħu jkunu aktar rilevanti għar-rwol fit-tmexxija millintelliġenza. Il-ġenetika tidher li tinfluwenza l-kapaċità tattmexxija, minħabba l-karatteristiċi tal-personalità li jintirtu, iżda fatturi ambjentali bħall-edukazzjoni u l-opportunità għandhom rwol sinjifikanti wkoll.

Ir-riċerkaturi jgħidulna li t-tmexxija hija madwar terz imwielda u żewġ terzi magħmula mill-esperjenzi tal-ħajja. Xi karatteristiċi li nitwieldu bihom, bħall-estroverżjoni,

Il-Psikoloġija tat-Tmexxija

Fir-rwol tiegħi ta’ psikologa ta’ spiss niltaqa’ ma’ issues ta’ tmexxija fuq ilpost tax-xogħol u nintalab nagħti parir fuq kif jistgħu jissolvew. Irridu nżommu f’moħħna li mexxejja ta’ suċċess spiss jiġu kkreditati b’intelliġenza soċjali għolja, ilkapaċità li jħaddnu l-bidla, ikollhom kuxjenza u enerġija għax-xogħol u, fuq kollox, il-kapaċità li jiffokaw fuq l-affarijiet li verament jistħoqqilhom l-attenzjoni tagħhom.

l-assertività, l-empatija u l-intelliġenza soċjali, huma elementi importanti tat-tmexxija, iżda t-taħriġ, l-edukazzjoni, l-iżvilupp personali u l-esperjenza huma wkoll xi ftit importanti. Il-mexxejja ma jistgħux jiffukaw fuq il-kompiti u l-istrateġiji waħedhom; għandhom ukoll joqogħdu attenti għar-relazzjonijiet u l-moral. Wieħed mill-aħjar modi biex isir dan huwa li titrawwem kultura ta’ gratitudni, li tfaħħar u tirringrazzja lill-kollegi għax-xogħol li jagħmlu u l-ideat li jikkontribwixxu. Ir-riċerka ssib li l-impjegati f’ambjenti bħal dawn huma aktar produttivi, u jittrattaw lill-klijenti b’aktar kortesija.

Mexxejja li jilqgħu l-”vuċi tal-impjegati” jkollhom inqas żbalji u jżommu ambjent tax-xogħol aktar seren. Il-mexxejja jistgħu jrawmu kultura bħal din billi jibqgħu miftuħa għall-perspettivi ta’ ħaddieħor u jagħżlu li jitkellmu l-aħħar meta jkunu qed isiru xi laqgħat. Bi ftit sforz u anke bi ftit edukazzjoni nistgħu nagħtu l-kontribut tagħna sabiex ikollna dejjem tmexxija mill-aqwa f’kull livell tas-socjetà. Nistgħu nibdew fil-fatt mill-familja tagħna, inkomplu fillivell tas-soċjetajiet fl-irħula u l-ibliet tagħna, fil-kunsilli lokali, fuq il-postijiet tax-xogħol u saħansitra min jiddeċiedi li jinvolvi ruħu anke fuq livell nazzjonali.

48 AVVIŻ BI ĦLAS
Malta A member of Reanda International WE FOCUS ON BUILDING MUTUALLY BENEFICIAL CLIENT RELATIONSHIPS What we do? Audit & Assurance Accounting and book-keeping Taxation Payroll & Outsourcing Business Plans & Consultancy Who we assist? Limited Liability Companies Partnerships Sole-Traders Business Start-Ups A3 Towers, Block A3, Level 12 Triq il-Kanonku M Bologna, Paola PLA 1211, Malta. T: (+356) 2123 5064 - E: robert@reandamalta.com www.reandamalta.com AVVIŻ BI ĦLAS
KONSULTAZZJONI PUBBLIKA: COMMUNITY WELLBEING SCHEME Issa għandek l-opportunità biex tipparteċipa fil-konsultazzjoni pubblika li se żżid ir-rekwiżiti għall-iżviluppaturi, meta x-xogħlijiet isiru biswit proprjetà oħra. Issottometti r-rakkomandazzjonijiet tiegħek fuq ambjent.gov.mt. KONSULTAZZJONI PUBBLIKA: COMMUNITY WELLBEING SCHEME Issa għandek l-opportunità biex tipparteċipa fil-konsultazzjoni pubblika li se żżid ir-rekwiżiti għall-iżviluppaturi, meta x-xogħlijiet isiru biswit proprjetà oħra. Issottometti r-rakkomandazzjonijiet tiegħek fuq ambjent.gov.mt.

Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.