Dossier 04

Page 1

DOSSIER DO SSIER

#04
Care-At-Home Services What do we offer? +356 2712 3456/7 info@villaannateresa.com www.villaannateresa.com 60, Birkirkara Hill, San Giljan, STJ1143, Central Region, Malta Follow us PERSONAL SERVICES Support with getting in and out of bed, daily grooming, continence care and assistance with feeding. SUPPORT SERVICES Assistance with shopping, light housework including laundry, ironing and meal preparation. COMPANIONSHIP Encouraging the take-up of hobbies and leisure activities. Reminiscence therapy and assitance with hospital visits.

FRATELLI TUTTI

Stħarriġ li sar fuq livell nazzjonali juri li l-Maltin ma jħossuhomx komdi bil-multikulturaliżmu. Meta rajt din l-istatistika staqsejt bejni u bejn ruħi: “Li kieku kellu jerġa’ jiġi San Pawl, b’għexieren ta’ nies miegħu, x’konna ngħidu? X’konna nagħmlu?” Niesna laqgħuh, tant li ssemmejna fl-Atti talAppostli. “Meta ħlisna mill-għarqa, sirna nafu li l-gżira kien jisimha Malta. In-nies tagħha ġiebu ruħhom magħna bi ħlewwa liema bħalha. Laqgħuna tajjeb.” (Atti 28:1-2) Iżda llum, li kieku ġie llum – ma nafx x’kien jiġri. Bħal qisu l-baħar, li jagħmel parti sew mill-identità tagħna, minflok narawh opportunità, inqisuh bħala sfida għax iġib nies li ma applikawx biex jiġu jew m’għandhomx il-flus biex isiru ċittadini.

Ninnota li hemm tensjoni bejn il-globalizzazzjoni u l-lokalizzazzjoni. Filwaqt li rridu nagħtu attenzjoni liddimensjoni globali biex ma naqgħux fil-medjokrità li ġġib magħha l-ħajja ta’ kuljum, ma rridux ninsew dak li hu lokali. Fi kliem il-Papa Franġisku fl-enċiklika Fratelli Tutti, it-tnejn magħqudin flimkien ma jħalluna bl-ebda mod naqgħu f’xi wieħed minn dawn iżżewġ estremi: l-ewwel, li ċ-ċittadini jkollhom jgħixu f’universaliżmu astratt u globalizzanti; it-tieni, li jsiru mużew tal-folklor, ta’ eremit li moħħhom imwaħħal mal-post tagħhom, ikkundannati li jirrepetu l-istess ħwejjeġ bla ħila li jisfidaw dak li hu differenti u li japprezzaw il-ġmiel li Alla jxerred lil hemm mill-konfini tagħhom.”

EDITUR: Melvic Zammit melviczammit@gmail.com

QARI TAL-PROVI: Daniela Attard Bezzina

Disinn: Stacy Grech design@unionprint.com.mt

Karikatura tal-faċċata: Robert Caruana

Reklamar: adverts@unionprint.com.mt +356 2590 0200

Stampar u Pubblikazzjoni: Union Print Co. Ltd Workers’ Memorial Building It-Tielet Sular, Triq in-Nofsinhar Il-Belt Valletta +356 2590 0200

02 06 08 12 EDITORJAL#WERREJ 1 Min-Numri ta’ ‘l-Istat tan-Nazzjon’ Xi Jfisser Li Tkun Razzist? Il-Perit u l-Patri Iċ-Ċens Id-Deheb Li Ma Jitkejjilx bil-Karat L-Eżekuzzjonijiet tal-Mewt f’Malta Masterpieces at Muża Il-Ħolma Olimpika
20 24 30 40
ĦARĠA NUMRU 4 - SETTEMBRU 2021 M

MIN-NUMRI TA’ ‘L-ISTAT TAN-NAZZJON’

Fil-konferenza ‘L-Istat tan-Nazzjon’ tħabbru r-riżultati tal-ewwel stħarriġ xjentifiku tax-xorta tiegħu f’Malta, li jitfgħu dawl fuq l-identità nazzjonali Maltija. L-istħarriġ sar b’inizjattiva talistatistiku Vincent Marmarà u tal-konsulent dwar il-komunikazzjoni strateġika Lou Bondì, taħt il-patroċinju tal-President ta’ Malta u bil-kollaborazzjoni tal-Uffiċċju tal-President. DOSSIER jitfa’ l-lenti fuq uħud mir-riżultati tal-istħarriġ, fosthom il-multikulturaliżmu u t-twemmin.

2
minn Melvic Zammit

KEMM TAQBEL MAL-MULTIKULTURALIŻMU?

Meta mqabbla man-nisa (medja ta’ 2.29, l-irġiel (medja ta’ 2.38) huma l-aktar li jħossuhom komdi bit-taħlit tal-kulturi fis-soċjetà.

Iż-żgħażagħ ta’ bejn is-16 u l-25 sena huma l-aktar li jħossuhom komdi bittaħlit fil-kulturi (medja ta’ 2.87).

Persuni li huma separati, divorzjati jew annullati huma l-inqas li jħossuhom komdi bit-taħlit tal-kulturi (medja ta’ 1.74).

L-istudenti huma l-aktar l-iktar li jħossuhom komdi (medja ta’ 2.61) waqt li persuni li mhumiex impjegati huma l-inqas li jħossuhom komdi (medja ta’ 1.82).

3
L-istħarriġ juri
100% 90% 80% 70% 60% 50% 40% 30% 20% 10% 0% 28.6% 40.9% 7.0% 2.5% 21.0% 1 2 3 4 5 Inti komdu bit-taħlit tal-kulturi fis-soċjetà tagħna? (1 - Ma jien komdu xejn, 5 - Komdu ħafna) MEDJA
li l-Maltin ma tantx iħossuhom komdi bit-taħlit tal-kulturi fis-soċjetà tagħna. Il-medja hija ta’ 2.34 (1 – Ma jien komdu xejn; 5 – Komdu ħafna).
Mara 2.29 Raġel 2.38 16-25 2.87 26-35 2.42 36-45 2.25 46-55 2.25 56-65 2.21 66+ 2.14 Miżżewweġ 2.27 Mhux miżżewweġ 2.65 Separat/Divorzjat/Annullat 1.74 Armel/Armla 1.88 Ħaddiem/a 2.45 Student/a 2.61 Mara/Raġel tad-dar 1.97 M’iniex impjegat/a 1.82 Pensjonant/a 2.17 Primarja 1.88 Sekondarja 2.04 PostSekondarja 2.35 Terzjarja 2.74

IT-TWEMMIN F’MALTA

Il-maġġoranza assoluta tal-persuni li wieġbu l-istħarriġ qalu li jemmnu f’Alla (93.5%). Kienu 3.0% tan-nies li qalu li ma jemmnux, waqt li 3.5% wieġbu li ma jafux.

8% ta’ żgħażagħ ta’ bejn is-16 u l-25 sena qalu li ma jemmnux f’Alla, waqt li persuni ta’ ’l fuq minn 56 sena kważi kollha wieġbu li jemmnu f’Alla.

Ir-reliġjon u d-deċiżjonijiet f’ħajtek Aktar minn 50% ta’ dawk li wieġbu għall-istħarriġ qalu li jikkunsidraw ħafna r-reliġjon meta jieħdu d-deċiżjonijiet dwar dak li huwa tajjeb jew ħażin. Terz tal-parteċipanti ma jikkunsidrawx daqshekk ir-reliġjon meta jieħdu d-deċiżjonijiet dwar dak li huwa tajjeb jew ħażin. 100% 90% 80% 70% 60% 50% 40% 30% 20% 10% 0% 0% 15% 25% 35%

Ftit iżjed minn 4% tal-persuni li għandhom livell ta’ edukazzjoni terzjajra qalu li ma jemmnux u kważi wieħed minn kull għaxra minn Għawdex wieġbu ‘ma nafx’ meta mistoqsija jekk jemmnux f’Alla.

L-importanza tar-reliġjon

Kważi 60% ta’ dawk li wieġbu għall-istħarriġ qalu li r-reliġjon huwa importanti ħafna f’ħajjithom. Għal madwar 30%, ir-reliġjon mhux daqshekk importanti, waqt li kważi 11% qalu li mhi importanti xejn. In-nisa (67.7%) qisu r-reliġjon iżjed importanti mill-irġiel (51.9%). Nies bl-inqas livell ta’ edukazzjoni kienu l-aktar li wieġbu li r-reliġjon mhux importanti f’ħajjithom (73.1%). 14.3 ta’ dawk li jħallsu l-ogħla taxxa ta’ dħul qalu li r-reliġjon huwa importanti ħafna f’ħajjithom. Ftit iżjed minn 20% tal-Għawdxin qalu li r-reliġjon mhu important xejn f’ħajjithom.

In-nisa (63.2%) jikkunsidraw ħafna iktar ir-reliġjon mill-irġiel (44.9%) meta jieħdu d-deċiżjonijiet dwar dak li huwa tajjeb jew ħażin. In-nies li wieġbu għal dan l-istħarriġ u għandhom l-inqas livell ta’ edukazzjoni huma l-aktar li jikkunsidraw ir-reliġjon meta jieħdu d-deċiżjonijiet (73.1%), waqt li 14.3% ta’ dawk li jħallsu l-ogħla taxxa ta’ dħul jikkunsidraw ħafna r-reliġjon meta jieħdu d-deċiżjonijiet dwar dak li huwa tajjeb jew ħażin.

BEJN IL-LINJI: 4
100% 90% 80% 70% 60% 50% 40% 30% 20% 10% 0% Iva Inti temmen f’Alla? 93.5% 3.0% 3.5% Le Ma nafx
10.0% 100% 90% 80% 70% 60% 50% 40% 30% 20% 10% 0% 82.0% 16-25 26-35 Iva Le Ma nafx Skond l-età: Inti temmen f’Alla? 2.6% 6.7% 90.7% 100.0% 89.9% 3.2% 96.8% 0.5% 99.5% 36-45 46-55 56-65 66+ 8.0% 5.3% 4.8%
100% 90% 80% 70% 60% 50% 40% 30% 20% 10% 0% 10.8%
Kemm hija importanti r-reliġjon għalik?
29.4% 0.2% 59.6%
Primarja Sekondarja Postsekondarja Terzjarja Kemm tikkunsidra r-reliġjon meta tieħu d-deċiżjonijiet dwar dak li huwa tajjeb jew ħażin?
12.5% 33.6% 0.0% 53.9%
100% 90% 80% 70% 60% 50% 40% 30% 20% 10% 0% 67.3% 43.6% 15.3% 23.1% 41.1% Skond il-livell tal-edukazzjoni: Kemm tikkonsidra r-reliġjon meta tieħu d-deċiżjonijiet dwar dak li huwa tajjeb jew ħażin? 59.8% 11.4% 28.7% 50.9% 12.4% 36.7% Ħafna Nsomma Lanqas xejn Ma nafx 9.6% Primarja Sekondarja Postsekondarja Terzjarja

IN-NAZZJONALITÀ

Tixtieq li tweldit f’pajjiż ieħor?

Persuni li għandhom iżjed minn 65 sena huma l-aktar li jixtiequ li twieldu f’pajjiż ieħor (9.4%) waqt li ħadd miżżgħażagħ m’esprima x-xewqa li twieled u qed jitrabba f’pajjiż differenti minn Malta. Kważi l-Għawdxin kollha wieġbu li ma jixtiqux li kieku twieldu f’pajjiż ieħor (97.2%).

L-istudju huwa xjentifiku; rappreżentattiv

5 100% 90% 80% 70% 60% 50% 40% 30% 20% 10% 0% 7.9% 3.4% 14.5% 92.1% 82.1% Primarja Sekondarja Postsekondarja Terzjarja Skont il-livell tal-edukazzjoni: Inti tixtieq li twelidt u trabbejt f’pajjiż ieħor? 7.3% 4.6% 88.1% 6.7% 5.4% 87.9% Iva Le Ma nafx 100% 90% 80% 70% 60% 50% 40% 30% 20% 10% 0% 4.5% 8.5% 27.3% 10.3% 22.6% 4.7% 4.3% 4.3% 90.8% 87.2% 72.7% 85.3% 77.4% Ħaddiem/a Student/a Mara/Raġel tad-dar M’iniex impjegatt/a bħalissa Pensjonant/a Skont l-attività prinċipali: Inti tixtieq li twelidt u trabbejt f’pajjiż ieħor? Iva Le Ma nafx 100% 90% 80% 70% 60% 50% 40% 30% 20% 10% 0% 69.3% 40.6% 19.1% 22.9% 40.3% 0% 15% 25% 35% Skont kemm titħallas taxxa: Kemm tikkonsidra r-reliġjon meta tieħu d-deċiżjonijiet dwar dak li huwa tajjeb jew ħażin? 52.5% 10.7% 36.8% 14.3% 50.0% 35.7% Ħafna Nsomma Lanqas xejn Ma nafx 7.8%
100% 90% 80% 70% 60% 50% 40% 30% 20% 10% 0% Iva Inti tixtieq li twelidt u trabbejt f’pajjiż ieħor? 6.3% 87.1% 6.6% Le Ma nafx
tal-popolazzjoni taċ-ċittadini kollha Maltin. Ittieħed kampjun ta’ 1,064 persuna minn 16-il sena ’l fuq, b’margin of error ta’ +/-3%. 27.1% 100% 90% 80% 70% 60% 50% 40% 30% 20% 10% 0% 72.9% 16-25 26-35 Iva Le Ma nafx Skont l-età: Inti tixtieq li twelidt u trabbejt f’pajjiż ieħor? 6.2% 5.7% 88.1% 6.3% 8.4% 1.1% 90.7% 90.5% 5.1% 5.1% 89.7% 9.4% 3.8% 86.8% 36-45 46-55 56-65 66+

XI JFISSER LI TKUN RAZZIST?

Meta nistaqsi lil nies ta’ madwari x’jiġifieri li tkun razzist, fil-maġġoranza tagħhom isemmu l-kulur tal-ġilda bħala raġuni għaliex nies ikunu razzisti. Għaliex? Għax l-aktar li naraw razziżmu huwa fil-fatt lejn nies suwed. Imma r-razziżmu ma jibdiex u ma jispiċċax malkulur tal-ġilda. Skont MerriamWebster, id-definizzjoni ta’ razziżmu hi ‘it-twemmin li r-razza hija fundamentali biex tiddetermina karatteristiċi u kapaċitajiet umani u li differenzi razzjali jipproduċu superjorità ta’ razza partikolari’. Id-definizzjoni tkompli tespandi u tgħid li r-razziżmu jinkludi ‘oppressjoni sistematika ta’ grupp razzjali għal vantaġġ soċjali, ekonomiku u politiku ta’ grupp ieħor’.

IĦALLINA DAN?

Ir-razziżmu huwa dak kollu li jagħmel grupp ta’ nies iqisuhom aħjar u superjuri għal grupp ieħor. Dan fis-soċjetà tagħna jibda mid-djar meta t-tfal jisimgħu lill-qraba jitgħajru f’xi marċ tal-festa. Meta jisimgħu lil missierhom jgħajjar lil-Laburisti ħamalli.Meta jisimgħu lin-nannu jgħid li n-Nazzjonalisti kollha ħallelin. Meta jisimgħu li n-nies ta’ Tas-Sliema kollha kesħin, jew li n-nies tas-‘South’ kollha foqra għax irresponsabbli. Meta l-qraba tagħhom jirreferu għal nies omosesswali bħala pufti. Meta ngħidu li r-Russi kollha prostituti. Dan kollu huwa dak li bl-Ingliż insejħulu breeding ground għarrazziżmu. Ngħallmu lit-tfal jagħmlu distinzjonijiet skont il-vot, skont l-istatus soċjali, skont l-ilbies u saħansitra skont liema qaddis jiffansja l-persuna li qbadna magħha. Din ir-ridikolaġni twassal biex ikollna adulti razzisti.

Minn dawn is-sitwazzjonijiet ta’ fuq, li jidhru innoċenti, imbagħad nimxu għal dak li forsi ħafna jidentifaw mar-razziżmu. L-attakk fuq il-kulur tal-ġilda. Din il-ġimgħa ltqajt ma’ anzjan li qalli kif kien ixxukkjat meta minn Malta insulari fl-1969 emigra lejn Cape Town minħabba raġunijiet finanzjarji. Ra skjavi suwed bil-ktajjen li kif jażżardaw ma jobdux ikun hemm lesti

6
minn Maria Borg Vella

25 sena ilu ġo Paceville rajt bouncer Afrikan jiċħad id-dħul ġo klabb lil Afrikan ta’ Fuq għax skontu jaqilgħu l-inkwiet. Ftit tal-ġimgħat ilu koppja tal-istess sess ġiet imsawta u tkeċċiet minn lokal allegatAment minn bouncer. F’25 sena nbidel l-imsawwat, mhux l-attitudni.

gwardji bl-armi u bla ħniena. U minkejja li ħajtu kienet middar għall-quddies, għaraf li dan kollu hu ħażin. Għax kollha kemm aħna nafu li ħażin tittratta n-nies b’dan il-mod. Safrattant l-iskjavitù beda qabel Kristu u għad hawn miljuni li jgħixu bħala skjavi. Għaliex? Għax xi ħadd xi mkien ħa d-dritt f’idejh li hu aħjar minn dak li hu skjav; li ddeċieda li l-iskjav mhux liberu u għandu dritt fuqu; li hu superjuri.

Immorru aktar lura. Fl-1960, il-qorti fi New Orleans iddeċidiet li l-iskejjel jitħalltu, jiġifieri ma jkunx hemm tfal ta’ kulur wieħed biss. Ruby Bridges kienet l-ewwel tifla li marret ġo skola li sa dak iż-żmien attendew fiha biss tfal bojod. Il-ġenituri tat-tfal preżenti pprotestaw u ma daħħlux lil uliedhom l-iskola; heddew lit-tifla li jivvalenawha u kien ikollhom pupi suwed ġo twiebet hi u dieħla l-iskola. Il-President Amerikan kellu jibgħat l-għassa mat-tifla.

LOKALMENT

Jekk qed nitwaħħxu b’dan t’hawn fuq, niftakru li f’din ittoqba, sentejn ilu, raġel iswed inqatel għax hu iswed. Assistejna għal ċorma nies jiġġieldu ma’ iswed ieħor, b’wieħed minnhom jitfgħu l-baħar u ħadd ma jgħinu jitla’. Kellna xi ftit kundanni u aktar spjegazzjonijiet apoloġetiċi saħansitra mingħand politiċi. Ftit qabel dan l-inċident saret mozzjoni minn xi membri talOppożizzjoni biex fil-Parlament jiġi diskuss ir-razziżmu, wara li fuq il-mezzi soċjali ġew mgħajra l-plejers ta’ kulur tat-tim Ingliż. Kellu jkun inċident barra l-pajjiż biex niddiskutu r-razziżmu. Nixtieq li meta din il-mozzjoni tiġi diskussa tieħu laqta lokali,

għax jekk naħsbu li ma wasalniex fejn waslu l-Ingliżi sejrin żball. Barra l-qtil ta’ Cisse u l-proxxmu li twaddab il-baħar, ikollna mijiet ta’ inċidenti oħrajn li huma direttament marbutin marrazziżmu. Mhux aċċettabbli li ġenituri jkesksu lil uliedhom filbandli meta jaraw xi tfal ta’ kulur li ‘Malta mtliet bis-suwed’. Mhux aċċettabbli li mara Russa li tistenna lil uliedha ħdejn l-iskola tifhem minn hawn u minn hemm li ġenituri qed jgħidu li żżewġet għall-konvenjenza. Mhux aċċettabbli li allegat rapport fuq iswed jittieħed tant b’serjetà anke meta jkun falz.

Nelson Mandela kien qal li bħall-iskjavitù u l-apartheid, ilfaqar mhux naturali; huwa magħmul mill-bniedem u jitneħħa biss bl-azzjonijiet ta’ bnedmin oħrajn. L-istess argument nistgħu nagħmluh fuq ir-razziżmu u nażżarda nżid li waħda mis-soluzzjonijiet hija l-edukazzjoni minn età bikrija. Bħalma ngħallmu dwar ikel bnin u/jew bullying, irridu ngħallmu dwar ir-rispett reċiproku. Sintendi biex tgħallem ir-rispett reċiproku ma tridx tkun razzist jew membru ta’ għaqdiet tal-lemin estrem. Illum qabel għada hemm bżonn li jsiru programmi fl-iskejjel li jagħtu ħajja lid-diversità bis-serjetà.

25 sena ilu ġo Paceville rajt bouncer Afrikan jiċħad id-dħul ġo klabb lil Afrikan ta’ Fuq għax skontu jaqilgħu l-inkwiet. Ftit talġimgħat ilu koppja tal-istess sess ġiet imsawta u tkeċċiet minn lokal allegatament minn bouncer. F’25 sena nbidel l-imsawwat, mhux l-attitudni.

7

Il-PERIT u l-PATRI

F’

Ġunju 2021, Churchill College, f’Cambridge, temm ħesrem il-ħidma ta’ dak li kien qed isejjaħ bħala ‘working party’ li madwar sena qabel beda jistħarreġ l-elementi imperjalisti u razzisti fil-persunaġġ ta’ Winston Churchill.

8
minn Aleks Farrugia

Il-mit ta’ Mintoff ma nħoloqx wara mewtu; Mintoff innifsu kien l-arkitett ewlieni tal-mit Mintoffjan. X’qal, x’għamel, x’kiteb saħansitra fl-awtobijografija tiegħu –dan kollu jrid jittieħed f’dan il-kuntest, li Mintoff kien mgħallem tat-teatru, attur li fuq il-palk nazzjonali (u lil hinn minnu) libes personalitajiet differenti skont kif fehem il-ħtieġa ta’ dak il-ħin, u mhu faċli xejn għal min irid, bħal Montebello, jikxef il-wiċċ wara l-maskra.

Ir-raġuni mogħtija għal din id-deċiżjoni li ħasdet lill-komunità akkademika mondjali kienet li dak li kellu jkun proġett ta’ riċerka spiċċa “ħammeġ ir-reputazzjoni tal-bniedem li għalih huwa msemmi l-kulleġġ”. U tabilħaqq, il-konferenzi li saru matul is-sena li l-‘working party’ tħalla jaħdem kienu millaktar kontroversjali: il-pubbliku Britanniku, li sa mit-Tieni Gwerra Dinjija qies lil Churchill bħala l-akbar eroj modern fl-istorja tiegħu, beda jisma’ – irid jew ma jridx – dwar l-elementi aktar imdella tal-personalità ta’ Churchill. Ir-razziżmu, l-antisemitiżmu, l-imperjaliżmu ardit (li saħansitra fi żmienu kien meqjus estremist iżżejjed); elementi ideoloġiċi li xprunaw deċiżjonijiet prattiċi meta Churchill kien fil-poter u li, pereżempju fl-Indja, swew il-ħajja ta’ miljuni ta’ nies.

Tant kienet kbira l-kontroversja li saħansitra l-Gvern Konservattiv Ingliż indaħal mal-Università u għamel pressjoni biex dawk l-‘ereżijiet’ jieqfu jintqalu u l-perċezzjoni erojka ta’ Churchill tibqa’ mħarsa. Għax x’jiġri min-nazzjon jekk l-eroj tiegħu jitilfu l-leġittimità tagħhom? F’dal-każ, x’jiġri jekk, bħal Stalin u Hitler, anke Churchill jitqies li kellu jdejh imċappsa bid-demm? Innarrattiva li tagħraf ċar it-tajjeb mill-ħażin tibda tiċċajpar; allura x’jagħżel lilna (f’dalkaż lill-Imperu Britanniku u l-alleati tiegħu) mill-għedewwa tagħna? X’leġittimità se jkollna meta npoġġu lilna nfusna fuq innaħa t-‘tajba’ tal-istorja u lill-oħrajn fuq dik ‘żbaljata’?

Din hija d-dilemma komuni li jqanqal kull proċess ta’ demistifikazzjoni u

9

demitiċizzazzjoni mill-istoriċi. In-narrattiva tal-mit hija simplistika, monolitika, li ssawwar monument u tostor lill-bniedem. Li l-gvern Ingliż ma fehemx, jew ma riedx jifhem, hu li għarfien aħjar talbniedem li kien Churchill ma jnaqqasx mis-sehem li kellu biex l-Ewropa ma nbelgħetx mill-mibegħda u l-azzar tan-Nażisti. Filmument storiku li fih l-Imperjaliżmu Britanniku ġie f’konfront man-Nażiżmu, tant kien kbir l-orrur imnissel min-Nażiżmu li l-Imperjaliżmu Britanniku, minkejja d-dnubiet kollha tiegħu, sakemm kien qed jeħodha kontra n-Nażiżmu ma setax ma jkunx fuq in-naħa ‘t-tajba’ li qed tiġġieled kontra ‘l-ħażen’.

L-istoriku li jrid imur lil hinn mill-miti ma jitlaqx mill-punt li jrid jibdel l-istorja; pjuttost irid ireġġa’ lura l-primat tal-istorja fuq ilmit, imqar jekk konxju li dan il-primat jibqa’ dejjem temporanju, fraġli u negozjat. Meta l-istorja nippruvaw nistħarrġuha filkumplessità tagħha, nagħmlu dan bit-tama li nifhmu aħjar mhux biss il-ġrajja jew il-persunaġġ, imma wkoll l-għaliex, ilkuntest, in-ness, u għalhekk li l-ewwel eżerċizzju meħtieġ huwa li nnaqquha (sakemm huwa possibbli) mill-mitoloġija tal-ġrajja jew tal-persunaġġ. Il-mit lill-istorja jrid jissuperaha; qajla jinteressah mill-proċessi tagħha u għalhekk minnufih ifittex li jneżżagħha mill-kontradizzjonijiet, il-kumplessitajiet, l-għeltijiet u l-inċidenzi li jsawru l-ħajja tal-bniedem.

Fid-daħla tiegħu għall-bijografija li għadu kemm ippubblika dwar il-Perit Dom Mintoff, Patri Mark Montebello jagħmilha ċara li l-għan ewlieni tiegħu f’din il-bijografija hu li jistħarreġ min kien ‘Duminku’, il-bniedem, mhux il-figura miftuma mill-ħajja u mitiċizzata, maħbuba u mibgħuda, adurata u vilifikata. Montebello daħal għal biċċa xogħol enormi: il-mit ta’ Mintoff ma nħoloqx wara mewtu; Mintoff innifsu kien l-arkitett ewlieni tal-mit Mintoffjan. X’qal, x’għamel, x’kiteb saħansitra fl-awtobijografija tiegħu –dan kollu jrid jittieħed f’dan il-kuntest, li Mintoff kien mgħallem tat-teatru, attur li fuq il-palk nazzjonali (u lil hinn minnu) libes personalitajiet differenti skont kif fehem il-ħtieġa ta’ dak il-ħin, u mhu faċli xejn għal min irid, bħal Montebello, jikxef il-wiċċ wara

l-maskra. Anke għax – kif intqal dwar l-attur magħruf Peter Sellers – spiss jiġri l-każ li l-attur isir il-maskra li jilbes u l-bniedem jinbela’ mill-persunaġġ li ħoloq.

Problema ewlenija li għandu l-istoriku hija fis-sorsi nfushom. Montebello tkellem ma’ ħafna nies li kellhom qrubijiet differenti ma’ Mintoff. L-ironija ta’ ‘‘dawk li kienu hemm’, li kif jgħid il-Malti ‘raw b’għajnejhom u semgħu b’widnejhom’, hija dik li Marc Bloch isejjaħ bħala ‘il-problema tal-memorja’, fejn is-suġġestjoni bosta drabi tirbaħ fuq kull ħaġa oħra. Hekk pereżempju, l-aktar partijiet li qanqlu kontroversja, bħall-ħajja sesswali ta’ Mintoff, fejn min qed jirrakkonta ressaq bħala fatti ħwejjeġ li ‘ra u sema’’ imma li qajla seta’ jipprova u li meta wieħed jgħarbilhom mill-qrib ma jistax ma jtiegħemx f’dawn l-aneddoti l-ħjiel tal-mit Mintoffjan, bħala l-arketip tal-maskiliżmu li b’mod kemxejn disturbanti għandu x-xamma tal-mudell Mussolinjan: ir-raġel b’saħħtu, kważi sovrauman, li jeħodha saħansitra mal-qawwa tan-natura (ilfamużi għawmiet xitwin), u li fuq kollox huwa konkwistatur tannisa mhux anqas minn kemm tal-għedewwa tiegħu.

Is-sorsi dokumentati nfushom mhuma qatt newtrali; iddokumentazzjoni li tagħtina l-perspettiva tal-Knisja jew dik talImperu mhijiex nieqsa milli sservi ta’ aġenzija għall-mit Mintoffjan.

10

Id-dokumentazzjoni hija dejjem sors li ħareġ minn taħt id xi ħadd, li allura hija dejjem immaġni minn għajnejn li qegħdin jgħarrxu, liema għajnejn lebsin in-nuċċali tal-perspettiva tagħhom u fl-istess waqt dak li qed josservaw huwa dejjem l-immaġni proġettata, ilmaskra li tgħatti l-wiċċ tal-attur.

Quddiem dawn l-elementi problematiċi, komuni għal kull storiku, kemm allura l-missjoni li telaq fuqha Montebello nistgħu ngħidu li rnexxiet – daqskemm irnexxiet il-missjoni tal-‘working party’ ta’ Churchill College fir-rigward ta’ Churchill? It-tweġiba aktarx li nsibuha fit-tweġibiet li Ernst Kantorowicz ta lill-kritiċi tiegħu dwar ix-xogħol monumentali li wettaq fil-bijografija tiegħu dwar Federiku t-Tieni; dak ix-xogħol storikament ‘stramb’ mitbugħ mingħajr imqar nota ta’ referenza waħda u li kien akkużat li naqas milli joftom il-mit mill-fatt storiku. It-tweġiba ta’ Kontorowicz kienet il-ħruġ tat-tieni volum, mhux anqas voluminuż mill-ewwel wieħed, esklużivament bin-noti ta’ referenza għall-ewwel volum –turija mill-istoriku li xogħlu kien wettqu u wettqu sew. Imma! U din kienet imma importanti: Kantorowicz ma waqafx hemm. Fisser kif minkejja r-riċerka kollha, minħabba f’dak li tkellimna fuqu hawn fuq b’rabta mas-sorsi għad-dispożizzjoni tal-istoriku (ovvjament ittifkiriet fil-każ ta’ Kantorowicz kienu mħollija f’kitbiet sporadiċi ta’ rapporti ta’ dawk li ‘raw u semgħu’ u mhux miġbura direttament

mingħandhom), il-mit innifsu huwa parti mill-istorja u li tipprova toftmu, bħallikieku l-mit għandu realtà li hija distinta mill-istorja, hija ħaġa mill-aktar ‘innaturali’ għall-istorja nnifisha.

Fil-każ tal-bijografija ta’ Mintoff, allura, ukoll irridu jew ma rridux il-mit jibqa’ mwaħħad mal-istorja u kontemporanjament jostor u jikxef min kien il-bniedem Duminku Mintoff. Dawk li jiftakruh, imqar jekk kienu intimi miegħu, jafuh skont l-impressjoni li ħalla fuqhom; rawh b’għajnejn li diġà kienu suġġestjonati b’xi mod mill-persunaġġ kif ipproġettat lejhom minn Mintoff innifsu, imma wkoll mill-kuntest li Mintoff għex fih. U dan jgħodd mhux biss għall-mijiet ta’ persuni li Montebello tkellem magħhom direttament, imma wkoll għal dawk, anonimi jew le, li dwar Mintoff kitbu rapporti, artikli, stqarrijiet, eċċ., u li għadna nistgħu naċċessawhom fl-Arkivji sal-lum. U l-awtobijografija li fi xjuħitu kien beda jikteb il-Perit? Forsi hawn it-tweġiba hija waħda Pirandelljana: il-Perit li għal għexieren ta’ snin għex il-mit tal-Perit, meta ġie biex jikteb ġrajjietu kemm seta’ rnexxielu (jekk qatt ried) jinża’ mill-persunaġġ tal-Perit u jikteb biss sempliċiment bħala Dumink, it-tifel minn Bormla mfissed minn ommu?

Mark Montebello għamel riċerka estensiva. Spiss innegozja mal-mit. Minn banda, irnexxielu jesponi diversi sorsi – uħud minnhom b’mod kritiku; minn banda oħra, dawn is-sorsi jħalluna mħassba sakemm irridu norbtu fuqhom, fejn il-mit huwa mwaħħad mal-istorja jew saħansitra huwa l-istorja nnifisha. Ilkontroversja li tqanqlet wara, imbagħad, fakkritna li l-mit innifsu għandu faċċati diversi, anke jekk bħal fil-każ ta’ Federiku t-Tieni dawn il-faċċati jistgħu jkunu irrikonċiljabbli. Jekk bl-epitett “xjentifika”, kif Montebello sejjaħ lill-bijografija li kiteb, ried jagħti sens ta’ oġġettività kważinewtrali, nażżarda ngħid li dineb bid-dnub tas-suppervja (superbia), għax jekk xejn ikkonferma bil-bijografija eċċellenti tiegħu li l-istorja hija storja (narrattiva); rendikont tal-fatt – verament – imma tibqa’ dejjem rendikont, qatt miftuma mill-proċess ta’ mutament kontinwu u dinamiku mal-mit innifsu.

11
Ritratt ta’ Frans Abela

IĊ-ĊENS

X’INHI ENFITEWSI?

Iċ-ċens huwa kuntratt, bħalma huma kuntratti l-bejgħ, is-self, u d-donazzjoni; biss, huwa kuntratt li għandu karatteristiċi uniċi, li tajjeb li wieħed ikun jaf bihom. Ħafna jaħsbu li ċ-ċens huwa kuntratt insinjifikanti, xi ħaġa tal-antik li llum wieħed jista’ jaqbad u jinjora. Iżda dan mhuwiex il-każ.

Oriġinarjament, iċ-ċens kien ftehim (‘il-konċessjoni’) bejn tnejn min-nies, li bih sid ta’ art jagħti lil xi ħadd ieħor l-okkupazzjoni ta’ fond għal żmien twil, bl-obbligu illi min jokkupaha jieħu ħsiebha, jikkultivaha, u jtejjibha. Dan huwa kuntratt li jaf it-twelid tiegħu fid-Dritt Ruman. Iċ-ċens kien il-mod kif is-sid sinjur (id-dominus) kien iqassam ir-raba’ tiegħu lill-bdiewa u r-raħħala, biex dawn l-artijiet jinħadmu u ma jitgħarrqux. Min-naħa l-oħra, il-bidwi seta’ jaqla’ x’jiekol mill-prodott maħdum minnu, mingħajr ma jkollu jagħmel l-investiment kapitali sabiex jakkwista l-art.

Biż-żmien, il-kuntratt ta’ ċens żviluppa, kiber u tbiddel. F’Malta, iċ-ċens kiseb popolarità forsi kemxejn akbar minn pajjiżi oħra fl-Ewropa, tant illi fil-parti l-kbira tal-pajjiżi madwar id-dinja, ilkliem ‘ċens’ u ‘enfitewsi’ huma totalment ineżistenti, inkella xi ħaġa storika li ma għadx fadlilha siwi.

Imma f’Malta, iċ-ċens għad għandu rwol importanti fis-suq tal-proprjetà. Iċ-ċens huwa differenti mill-kiri, l-aktar minħabba l-mod kif l-ok-

kupant mistenni jieħu ħsieb il-proprjetà – għaliex fil-kera, l-inkwilin huwa obbligat jieħu ħsieb ilħaġa u jippreservaha b’tali mod li fl-aħħar tal-kirja, jagħtiha lura kif ingħatatlu, filwaqt li fiċ-ċens, iċ-ċenswalist (xi drabi msejjaħ ‘l-enfitewta’) huwa tenut ukoll illi jindukraha u jtejjibha. Mhux hekk biss – iċ-ċenswalist irid jirrispetta l-kundizzjonijiet imposti fil-kuntratt taċ-ċens, u jħallas ammont ta’ flus fis-sena bħala rikonoxximent tad-dominju tas-sid. Illum ħafna ċnus qegħdin jinqatgħu bilmod, u llum huwa rari illi proprjetà tiġi trasferita b’dan il-mod. Iżda għad hemm ħafna proprjetajiet illi għadhom soġġetti għal ċnus antiki, ħafna drabi li jmorru lura għal anke aktar minn mitt sena.

Ċens Perpetwu u Temporanju

Il-Liġi Maltija tirrikonoxxi żewġ tipi ta’ ċnus: iċ-ċens perpetwu u ċ-ċens temporanju. Iċ-ċens perpetwu huwa ċens għal dejjem - ċens li ma jispiċċax. Għall-finijiet tal-liġi, iċ-ċenswalist huwa meqjus kważi daqs is-sid, u jista’ jagħmel ħafna mill-affarijiet li jista’ jagħmel sid assolut, biss jeħtieġ dejjem jirrispetta l-kundizzjonijiet tal-konċessjoni, u jħallas iċ-ċens. Il-ħlas dovut jista’ jkun stabbli, jew jista’ jkun tali illi jiġi rivist kull tant żmien; dan tal-aħħar jissejjaħ ċens rivedibbli.

Iċ-ċens temporanju jaħdem kemxejn differenti; malli jagħlaq iż-żmien miftiehem, il-proprjetà tmur lura għand is-sid, bit-titjib kollu li jkun għamel is-sid, u ċ-ċenswalist ma jibqagħlu l-ebda jedd fuqha. Interessanti jingħad illi xi ċnus temporanji li bdew qabel is-sena 1995 għandhom

minn Dott. Carlos Bugeja Fost is-suġġetti fil-liġi tal-proprjetà, ftit huma l-prinċipji li jħabblu l-moħħ aktar mill-enfitewsi, jew kif nafuh komunement - iċ-ċens.
12

partikolarità li ħolqot ħafna kontroversji matul iż-żmien. Fis-sena 1979, kienet għaddiet liġi li tgħid illi min iżomm proprjetà b’ċens temporanju u hu ċittadin Malti, ma’ tmiem iċ-ċens ma jitlifx il-proprjetà iżda jkun jista’ jibqa’ jżommha b’kirja indefinita u b’kera li togħla biss kull ħmistax-il sena, skont l-għoli tal-ħajja. Hawn eluf ta’ postijiet mikrija b’dan il-mod. Eventwalment, saru numru ta’ kawżi kostituzzjonali, u l-qrati kienu ddikjaraw illi din il-liġi kienet tilledi d-drittijiet tas-sidien li jgawdu l-proprjetà tagħhom. Fis-sena 2018 il-liġi nbidlet u llum sid ilkera (li qabel kien sid iċ-ċens) jista’ jmur il-Qorti u jitlob li l-kera togħla sa massimu ta’ tnejn fil-mija tal-valur tal-proprjetà.

Il-Fidi taċ-Ċens

Illum kulħadd jaf illi ċens perpetwu jista’ jinfeda (ċens temporanju ma jistax jinfeda, jekk mhux bi ftehim mas-sid). Id-dritt tal-fidi tant hu b’saħħtu li l-liġi tgħid illi klawsoli f’xi ftehim li bihom iċ-ċenswalist ma jkunx jista’ jeżerċita l-jedd li jifdi ċ-ċens huma invalidi u ma jiswewx.

Però l-fakultà tal-fidi taċ-ċens ma kinitx dejjem hemmhekk. Fil-fatt, il-liġi tar-redenzjoni taċ-ċnus b’mod unilaterali ġiet introdotta fis-sena 1981; qabel dan, ċenswalist ma setax jifdi ċ-ċens kif isir illum. Tabilħaqq, ta’ min jgħid illi l-liġi tal-fidi hija xi ħaġa unika għal Malta, u ma teżistix fil-pajjiżi l-oħra li għandhom liġijiet dwar ċnus.

Il-fidi taċ-ċens jista’ ssir jew b’kuntratt mas-sid quddiem nutar, jew bl-għajnuna ta’ avukat permezz ta’ ċedola li tiġi ppreżentata ġewwa r-reġistru tal-Qorti. Il-prezz tal-fidi ta’ ċens mhux rivedibbli huwa għoxrin darba ċ-ċens dovut kull sena, sakemm fil-kuntratt oriġinali ma jkunx hemm miktub mod ieħor. Minnaħa l-oħra, fejn ikun hemm ċens rivedibbli, wieħed jista’ jifdi biss fis-sena tar-reviżjoni, u kapitalizzat bil-medja tar-rata talimgħax li titħallas minn bank kummerċjali fuq depożiti li jkunu ta’ xorta fissa fi żmien il-fidwa. Dan jista’ jfisser illi biex wieħed jifdi ċ-ċens, jista’ jkollu jħallas mal-mitt darba ċ-ċens annwali.

Kundizzjonijiet taċ-Ċens

Lil hinn minn dan, tajjeb illi jingħad illi ċ-ċens huwa kuntratt veru u proprju, li jġib miegħu numru ta’ obbligi li ta’ min wieħed jitgħarraf dwarhom. Mhux rari illi fil-konċessjoni enfitewtika (il-kuntratt li joħloq iċ-ċens) jitpoġġew numru ta’ kundizzjonijiet speċifiċi ferm. Ngħidu aħna, spiss insibu klawsola magħrufa bħala altius non tollendi, liema klawsola toħloq limitazzjoni ta’ kemm wieħed jista’ jgħolli l-bini vertikalment. Insibu wkoll klawsoli li jirregolaw l-użu tal-fond, u ċjoè għandhomx jintużaw għal skop residenzjali jew inkella bħala ħanut. Naraw ukoll klawsoli - għal-lum kemxejn strambi - bħal pereżempju l-obbligu li ċ-ċenswalist jagħmel quddiesa darba fis-sena għal ruħ xi antenat tas-sid, jew l-obbligu li kull Milied, wieħed jagħti tiġieġa jew dundjan lil xi istitut reliġjuż. Strambi kemm huma strambi, dawn ma humiex obbligi li wieħed jista’ jaqbad u jiskartahom faċilment; tabilħaqq, il-ksur ta’ kundizzjoni enfitewtika tista’ tħalli bħala konsegwenza r-riverżjoni taċ-ċens u l-iżgumbrament tal-okkupant.

Għalhekk huwa żbaljat illi wieħed jaħseb illi ċ-ċens huwa sempliċiment obbligu ta’ ħlas ta’ ammont ta’ flus fis-sena (ħafna drabi fi ftit ċenteżmi) u li d-drittijiet u d-doveri jibdew u jieqfu mal-ħlas. Huma wkoll żbaljati dawk li jaħsbu illi mal-fidi ta’ ċens, ir-responsabbiltajiet u limitazzjonijiet abbinati mal-kuntratt taċ-ċens jispiċċaw għalkollox. Sfortunatament din hija idea mifruxa sew, anke qalb membri tal-professjoni legali.

Illum għandna numru ta’ sentenzi mill-qrati tagħna li jgħidu biċ-ċar illi kwalunkwe obbligu impost fuq il-kuntratt taċ-ċens ma jispiċċax bil-fidi taċ-ċens. Sempliċiment il-fidi joqtol biss l-obbligu tal-ħlas, imma l-bqija tar-responsabbiltajiet jibqgħu hemm. Allura, jekk kif ingħad fil-konċessjoni enfitewtika jkun hemm, ngħidu aħna, klawsola li tillimita l-għoli tal-bini, din il-klawsola tibqa’ fis-seħħ anke jekk jinfeda ċ-ċens.

Klawsoli bħal dawn huma pjuttost komuni, u allura huwa dejjem rakkomandat illi fejn il-proprjetà xi darba kienet soġġetta għal kuntratt ta’ ċens, il-kuntratt oriġinali jiġi mfittex minn nutar, jinstab, u jiġi eżaminat bir-reqqa. Wieħed ma jistax jistrieħ kompletament fuq is-sempliċi fatt illi ċ-ċens infeda. Sfortunatament, il-kelma ‘freehold’ spiss tintuża b’mod ħażin, għaliex il-proprjetà tkun verament libera meta ma tkun soġġetta għall-ebda kundizzjoni favur terzi, u ħafna mill-proprjetajiet deskritti bħala ‘liberi’ ma jkunu liberi xejn.

Għalhekk, meta wieħed jixtri, tajjeb li l-kuntratt ta’ ċens jarah, jarah sewwa, u jieħu parir legali. Il-fidi jaf ifisser ħafna, u jaf ma jfisser xejn.

13

Illum kull ħaġa li nagħmlu hi globali: GLOBALI U LOKALI FL-ISTESS ĦIN

Meta konna tfal konna nilagħbu logħba li fiha konna ngħajtu ta’ barra barra u ta’ ġewwa ġewwa. Illum dik il-logħba m’għadhiex tintlagħab. La miżżgħar u lanqas mill-kbar. Fid-dinja tal-lum, bil-mezzi teknoloġiċi tal-komunikazzjoni, m’għadx fadal ġewwa u barra: kull ħaġa li

nagħmlu lokalment ikollha wkoll preżenza globali, fid-dinja.

U allura l-isem “Ministeru tal-Affarijiet Barranin” huwa antikwat u ta’ dinja li spiċċat, u x-xoghol tal-ministeru hu li jieħu ħsieb ir-relazzjonijiet talpajjiż mal-bqija tad-dinja. Mhux bħala affarijiet barranin iżda bħala kontinwazzjoni ta’ dak li jsir fil-pajjiż.

BARTOLO, MINISTRU TAL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ
EVARIST
14

Ħolqien ta’ ġid u xogħol

Il-missjoni tiegħi hi li nagħmel kemm naf u nista’ biex naħdem għall-ġid tal-poplu Malti u, flimkien mal-bqija tal-gvern, malinvestituri u mas-soċjetà Maltija, naħdmu biex intejbu l-ħajja tal-poplu Malti bil-ħolqien tal-ġid u tax-xogħol billi jkollna l-aħjar relazzjonijiet possibbli mal-akbar numru possibbli ta’ pajjiżi.

Aħna fost l-iċken fid-dinja imma minn 193 pajjiż fid-dinja ninsabu minn ta’ quddiem, aħjar minn ħafna pajjiżi ikbar minna. Ninsabu aħjar minn pajjiżi oħra għax matul is-snin il-Maltin ħadmu biex immexxu lil pajjiżna aħna stess flok nibqgħu f’idejn ħaddieħor, jużana kif jaqbillu. Inħaddnu l-valuri tan-Nazzjonijiet Maqgħuda: indipendenza nazzjonali, ugwaljanza bejn l-istati, soluzzjoni paċifika għat-tilwim, għajxien diċenti u libertajiet għal kulħadd.

Sfidi mondjali

Fid-dinja tal-lum jeżistu problemi kbar li l-ebda pajjiż, kbir kemm hu kbir, ma jista’ jsolvihom waħdu: il-kriżi tal-klima, ilpandemija Covid, il-kriminalità internazzjonali, it-terroriżmu, l-immigrazzjoni u terz tad-dinja fejn jgħixu l-miljuni bla ħajja diċenti u bla futur tajjeb. Irridu naħdmu flimkien f’dinja mifruda: ninsabu fl-istess maltempata iżda f’dgħajjes differenti; hemm dgħajjes b’saħħithom u ta’ ġo fihom isalvaw u jaslu fejn għandhom jaslu, u oħrajn dgħajfa u jitkissru bil-Covid u l-kriżi ekonomika li ġabet.

Armi u Covid

Ninsabu f’dinja fejn is-sena li għaddiet, disa’ pajjiżi nefqu 72 biljun dollaru biex jimmodernizzaw l-armi nukleari iżda ma sibniex 50 biljun dollaru biex ikollna biżżejjed tilqim kontra l-Covid għad-dinja kollha. Kellna pajjiżi mkissra bil-Covid li xorta nefqu l-miljuni fuq l-armamenti ġodda iżda ma sabux flus għassaħħa ta’ nieshom. Aħna ninsabu ngħixu f’dinja bħal din u rridu nagħtu sehemna, żgħir kemm hu żgħir, biex l-affarijiet ma jmorrux għall-agħar u kemm nistgħu nagħmluhom aħjar.

Dmirna li nħarsu s-sigurtà ta’ pajjiżna f’reġjun mimli problemi: il-kriżijiet li għandna fil-Libja, fit-Tuneżija, fil-Libanu u dak li qed jiġri bejn l-Iżraeljani u l-Palestinjani bla pajjiż, ilgwerra fis-Sirja u fl-Afganistan, l-inkwiet kollu fl-Afrika … dan kollu jolqotna b’xi mod jew ieħor: permezz tal-immigrazzjoni u ħela ta’ tant ħajjiet u talenti fejn flok naħdmu flimkien għallħolqien tal-ġid u x-xogħol, żvilupp tas-saħħa u edukazzjoni … jintefqu dejjem iżjed flus fuq l-armamenti u l-ġlied li ma jsolvix il-problemi imma jżidhom. Dmiri li naqbeż għall-interessi

nazzjonali tagħna bla ma nweġġgħu pajjiżi oħra. Aħna ma rridux li nintużaw kontra ħaddiehor, fl-ebda qasam, għax irridu ngħixu fil-paċi u l-ġid mal-bqija tad-dinja.

Rispett, kalma u paċenzja

“Żomm sod, jekk tista’. F’kull każ, ibqa’ kalm. Qis li jkollok paċenzja kbira. Qatt iddaħħal lill-avversarju f’rokna, u għinu dejjem ma jħossux umiljat. Poġġi lilek innifsek fiż-żarbun tiegħu - biex tara l-affarijiet minn għajnejh. Akkost ta’ kollox toqgħodx tippritkalu bil-qdusija – m’hemmx agħar minn hekk biex ma tarax l-affarijiet sew.”

Dan hu l-parir li jaghti l-espert militari Basil Liddell Hart lillistatisti. Il-President Amerikan John F Kennedy ħa dan il-parir kważi 60 sena ilu biex evita gwerra nukleari mal-Unjoni Sovjetika dwar il-missili f’Kuba. Kellu bżonn insegwu dan il-parir fix-xogħol tagħna fir-relazzjonijiet bejn pajjiż u ieħor. Żgur ma nistenniex li nitgħannqu flimkien u nħobbu lil xulxin għal dejjem. Naf li diffiċli ħafna l-paċi u l-ħidma għal ftehim għall-ġid komuni. L-eħfef ilġlied u l-gwerer. Imma għandna nagħżlu l-eħfef?

Il-Ministru Evarist Bartolo jilqa’ f’pajjiżna lill-Ministru tal-Affarijiet Barranin talLibja, Najla Mangoush. Il-Ministru Bartolo waqt żjara riċenti li kellu fir-Russja fejn iltaqa’ mal-Ministru tal-Affarijiet Barranin, Sergey Lavrov.
15

IL-ĠEJJIENI

LI WIEĦED GĦANDU MNEJN JIXTIEQ LIN-NEPUTIJIET TIEGĦU

Mhux faċli tgħid x’tixtieq li jkun il-futur għan-neputijiet, il-ġenerazzjonijiet li ġejjin. Għax faċli li wieħed jispara l-clichés li aħna ta’ ċerta età dejjem għandna lesti fuq il-ponta ta’ mneħirna, dwar kif nixtiequ li nħallu lill-ġenerazzjonijiet futuri din id-dinja, u b’mod speċjali l-gżejjer li twelidna fihom.

Iċ-ċans hu, madankollu, li hawnhekk wieħed jiġih f’moħħu u jgħid li lill-ġenerazzjonijiet li telgħin, iż-żgħar tal-lum, jixtiqilhom li jkollhom ambjent san fejn jgħixu. Li jkollhom ambjent sostenibbli. Tinstema’ sabiħ, hux hekk, din il-kelma ‘sostenibbli’, imma bħal qisu hekk kif tlissinha, titlef l-istess ruħha. Il-cliché tirbaħha, u fil-qiegħ nett tagħha ma tismax ħlief daħqa tfaqqa’. Id-daħqa sarkastika ta’ min jaf li taħt dan it-terminumantell m’għandekx ħlief l-abbuż, tal-abbuż tal-abbuż mgħammed u mgħammad b’kelma li fiha hemm issostenn. Ovvjament mhux is-sostenn veru u proprju, imma dak li jsostni r-regħba. U l-famuż kapitaliżmu.

Imma, anke hawnhekk, ma tistax tixtieq lil ulied uliedek li jkollhom dinja mingħajr kapitaliżmu. Illum ilġurnata, il-kapital imexxi kollox. Il-flus, il-famużi għerq ta’ kull ħażen li dwaru tkellem missierna San Pawl, huma

l-fus ta’ kollox. Kull proġett li jsir, tismagħhom jgħidu kemm se jiswew miljuni, u saħansitra jgħidulek ukoll li mnalla dħalna fl-Unjoni Ewropea, jew x’jgħidulha, għaliex kieku ilgħaq u isħaq. Minn hemm ġejjin il-miljuni tal-miljuni tal-miljuni.

U wlied uliedna. It-tfal tal-lum, imorru l-iskola. Għax anke llum imorru l-iskola, minkejja dal-mniegħel ta’ covid u mhux covid li qata’ qalb u ruħ kulħadd. U hemmhekk għandhom l-għażla tas-suġġetti. Għax issuġġetti, jgħidulek, ma jridux ikunu one-size-fits-all, imma li jkunu jidħlu kexxun fl-idea-makru ta’ xi entità edukattiva. Mhux hekk?! U naqblu u ma naqblux, nippruvaw ngħattu x-xemx bl-għarbiel. Għax, imbagħad, meta niġu għall-famuża dinja ta’ “hemm barra”, kif iħobbu jgħidu, dejjem jistaqsuk biex ikollok il-kwalifiki li jkollok bżonn, skont benchmarks u mhux benchmarks,

16
Frammenti ta’ ideat minn Tarċisju Zarb

dottorati u mhux dottorati, kwalifiki u mhux kwalifiki, u l-bqija.

Sadattant, iċ-ċans hu li dawn in-neputijiet tagħna, filmixja tal-progress, ikunu tilfu dak li jgħidulu lsien Malti. Imma ejjew ma nesaġerawx. Il-Malti mhux se jintilef, imma se jibqa’, sakemm jibqa’ jkun hemm xi eżami tiegħu. U ngħid jien, bil-Malti fejn se tmur, u kif se taffaċċja d-dinja postmoderna ta’ żmienna?! Kif se taffaċċja l-wesgħat bla tarf tad-dinja ta’ madwarna?! Kif se tikkomunika? Imbagħad fuq il-mezzi tal-komunikazzjoni tal-massa, mhux bl-Ingliż se tiddjaloga u tikkonverżazzjonalizza, jew insomma ‘titkellem’?

U sadattant, jinħolqu strutturi fuq strutturi fuq strutturi li jippruvaw ibellgħu r-ross bil-labra u jgħidulna, bid-dehwa ta’ min jifhem u jagħraf il-futur u l-ġejjieni, li lil uliedna

rridu ntellgħuhom ċittadini metropolitani/kożmopolitani – miftuħin għall-ideat, u mhux l-ideat immuffati talimgħoddi. U ma tarax! Ħa toqgħod ittellagħhom bil-virtujiet il-qodma, tat-tajjeb u tal-ħażin, tal-morali u mhux morali. Illum ir-relattiviżmu jmexxi kollox u għaldaqstant ara biss ifettillek tgħallimhom dak li hu tajjeb u dak li hu ħażin, għax jgħidulek li tkun qiegħed/qiegħda tindottrinahom, u miskin int.

Għax illum ‘ir-realtà’ mietet. Illum, jgħidulek, qegħdin ngħixu fi żmien iperreali u għaldaqstant illum lit-tfal trid tgħallimhom jgħixu fid-disney-land ta’ żmienna. Teħodhom fil-playing field kollha dinosawri. Tixtrilhom kemm Alla ħalaq toys tal-plastic. U turihom kemm jista’ jkun vidjows u santipateti oħra, biex b’hekk żgur ma jmissux ilħamrija, jew inkella xi ħaġa ta’ vera, għax jieħdu qatgħa li tbażwarhom. Illum ma tridx li ttellagħhom aljeni għal din

17

ir-realtà virtwali li issa kulħadd dara jgħix fiha. Bilħaqq, anke l-bużbużnanna llum toħroġ ikkakkmata bil-mobile ġo jdejha, li ma tmurx titlef xi like.

U ngħiduha kif inhi, anke n-nanna u n-nannu. Mhux hekk? Mhux hekk għandu jkun? U bilħaqq ukoll, dik it-tfajla bil-baby ma’ qaddha u bil-kelb tal-wolf kbir u bil-mobile f’idha l-leminija ma rajthiex? Għax jien rajtha u bqajt imbellah, imbagħad hawnhekk miexja taħt il-boganvilla u għaddejja minn qalb ittraffiku u l-għetiebi mħaffra biex fihom jinżlu l-karozzi. Int ma rajthiex?! Ovvjament, hawnhekk il-‘korrettezza politika’ ma taffordjalekx tħallik tgħid aktar mir-ritratt li rajt. Kull tentattiv ieħor ta’ interpretazzjoni jibda jitqies bħala politikament skorrett, diżuman u l-bqija. Mhux hekk?!

U kif tista’ tixtieq lin-neputijiet tiegħek dinja mingħajr karozzi? Mela vera qiegħed/qiegħda tiġġennen. Illum ilkarozza hija bżonn. Imbagħad bit-telework, oħroġ il-għaġeb hija bżonn ikbar. U għalhekk huwa importanti li mill-ewwel tara kif tagħmel biex tara li tikseb il-liċenzja, hekk kif tgħaddi mill-eżamijiet, u b’hekk tkun għaddiet rit tal-passaġġ uniku. U mela tagħmel bħan-nannu tagħha, qisu ħaġa belha, lanqas

U BILĦAQQ UKOLL, DIK IT-TFAJLA BIL-BABY MA’ QADDHA U BIL-KELB TAL-WOLF KBIR U BIL-MOBILE F’IDHA L-LEMINIJA MA RAJTHIEX? GĦAX JIEN RAJTHA U BQAJT IMBELLAH, IMBAGĦAD HAWNHEKK MIEXJA TAĦT IL-BOGANVILLA U GĦADDEJJA MINN QALB IT-TRAFFIKU U L-GĦETIEBI MĦAFFRA BIEX FIHOM JINŻLU L-KAROZZI. INT MA RAJTHIEX?! 18

karozza m’għandu? Kull fejn kien imur, iqandel xkora fuq dahru, u miexi jmekkek minn raħal għal ieħor.

Illum l-esiġenzi jitolbu hekk, u toqgħodx tiġi tgħidli li mhux hekk, għax hekk u hekk biss hu. U jekk ma tridx temminni oqgħod ħares daqsxejn madwarek u tinnota li d-daddy li joħroġ mad-dar, l-ewwel ma jagħmel jew jinżel seba’ sulari taħt l-art biex jiftaħ il-garaxx tal-karozza, u joħroġ xkanat ’il barra, jew inkella jfittex fejn ikun ħallieha, u jmur ifittex jiftaħ il-bieba biex imur għax-xogħol, jew insomma, għall-kariga eżekuttiva tiegħu, jew għal xi persuna ‘fdata li hu’, irrid ngħid ‘ittrastjata’, kif jgħidu llum. Għax kollox irid ikun.

U tgħidlix li inti tixtieq li n-neputijiet tiegħek ma jsifrux, ngħidu aħna, inqas minn erba’, għaxar darbiet fis-sena, għax ikunu l-ifqar fost il-fqar, kif qegħdin isostnu s-sondaġġi tal-emittenti ewlenin. U bilħaqq, toqgħodx tiġi tgħidli li trid li jkollna t-toroq bis-siġar. Mela, ħa jkolli nerġa’ ngħidlek, qiegħed tiġġennen. Ma tafx li dawk itajru l-madum tal-iskejjel, u tgħidx xi ħsara jagħmlu lill-pulmun tiegħi u tiegħek? Mela, l-aħjar ħaġa toqgħod kwiet hemmhekk, u ma tgħid xejn. Illum żmien il-flyovers, il-mini u s-sottomini, l-undergrounds

jissussultaw minn kullimkien, bil-bini jittrijonfa m’ogħla s-sema, u bl-inġinier jagħti l-go-ahead, u mela b’dawk l-isqaqien bilkemm jgħaddi karrettun? U l-inċens illum ma xxommux, għax faga kollox u kullimkien.

U fl-istess ħin, tgħidlix li ħa teħles mill-bipartitiżmu ta’ dan il-pajjiż. Imbagħad, eh, x’tagħmel? U jekk ikollok bżonn mhux lilhom issib? Post mal-gvern. Tender. Xi daqqa t’id biex iżżid sular ieħor. Jew jien naf, forsi jkollok bżonn xi ħadd jgħaddilek kelma. U ejja, mhux aħjar ħabib fis-suq? Għax biex inparlaw l-ewwel niġu, imma meta niġu għas-sì u n-no mbagħad ħaġa oħra.

Ovvjament kulħadd jixtieq li n-neputijiet tiegħu jkollhom l-isbaħ u l-aqwa ġejjieni. U jalla jkollhom dan il-futur. Imma sadattant l-ebda futur ma jinbena jekk mhux fuq il-preżent. U kull preżent mhuwiex ħlief ir-riżultat tal-passat. Nawgura lil kull neputi u neputija kull ġid, saħħa, ġmiel u serenità. Daqsxejn sens ta’ twemmin fid-divin u reżiljenza quddiem il-freġji. Kuxjenza soċjali. U sens ta’ għajnuna lil min qiegħed ibati għandhom ikunu dak li jsawwar ir-ruħ tan-neputijiet tagħna. Ġid lil kulħadd, deni lil ħadd.

19

Id-deheb li ma jitkejjilx bil-karat

Kuċċarina għasel. Kelmtejn żgħar u sempliċi li jostru warajhom dinja meraviljuża. Dinja fejn il-ħaddiema –kollha nisa – jagħmlu xogħolhom b’reqqa u bżulija, f’armonija malbqija tan-natura u ma’ xulxin. Dinja fejn il-kliem ma jeżistix, imma hemm komunikazzjoni perfetta xorta waħda. Dinja fejn id-deheb ma jitkejjilx bil-karat iżda b’gelgul ħlewwa li jfejjaq il-ġrieħi u jbiegħed il-mard. Fi kliem ieħor, daqs 5000 naħla ħadmu bla heda u taru malmiljun mil biex inti qed tressaq dik il-kuċċarina għasel lejn xofftejk.

Fiż-żiffa melliesa ta’ ftit wara tlugħ ix-xemx, filwied ħiemed lil hinn minn Għar Dalam, in-naħal li jrabbu Ray Sciberras u Denise Camilleri diġà bdew il-ħidma ta’ jum ġdid. Ħidma li dan l-aħħar wasslet biex l-għasel li jagħmlu huma u sħabhom fi nħawi oħra ta’ Malta jirbaħ id-deheb fl-edizzjoni ta’ din is-sena tal-London International Honey Awards (LIHA). Din kienet l-ewwel darba li għasel Malti ħa sehem f’din il-kompetizzjoni.

Ray u Denise, li jipproduċu l-għasel taħt it-tikketta Golden Island, irabbu n-naħal f’diversi postijiet madwar Malta, fosthom fis-siti ta’ Heritage Malta f’Tas-Silġ, Għar Dalam u San Pawl Milqi. Minbarra f’dawn is-siti, għandhom kaxxi tannaħal fil-Palazz ta’ Sant’Anton u l-Palazz Verdala kif ukoll fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta. Ilhom jipproduċu l-għasel mill-2008 u l-prodotti tagħhom huma mfittxijin ħafna, kemm lokalment u anke barra minn Malta. Ħadt gost nismagħhom jitkellmu b’passjoni dwar xogħolhom, u fuq kollox dwar ix-xogħol kbir ta’ ħlejqa ċkejkna li fuqu

20
Daniela Attard Bezzina, Uffiċjal għall-Komunikazzjoni, Heritage Malta

tistrieħ ħafna l-eżistenza tal-bniedem f’din id-dinja, u li meta ssir taf fiex jikkonsisti ġġib għajnejk wara widnejk. Tant huma siewja n-naħal għall-għajxien tal-bniedem, li għadd ta’ kunsilli lokali ftit ilu ftiehmu li ma jnaqqux fjuri minn trejqiet rurali fil-lokalitajiet tagħhom mill-aħħar ta’ Novembru sal-aħħar ta’ Mejju biex jgħinu lin-naħal f’xogħolhom – xi ħaġa li Heritage Malta tagħmel ukoll fi wħud mis-siti tagħha.

F’kull kaxxa jgħixu mal-50,000 naħla, kollha nisa ħlief għal xi 200 u b’reġina waħda li ssaltan fuqhom ilkoll. Innaħal ħaddiema, jiġifieri n-nisa, jgħixu għal madwar sitt ġimgħat, l-irġiel jgħixu għal xi xahrejn, filwaqt li ħajjet ir-reġina ttul bejn sena u sentejn. Ir-rwol tar-reġina hu li tbid mal-2000 bajda kuljum biex tpatti għall-ħajjiet relattivament qosra ta’ dawk ta’ madwarha u tiżgura li ċ-ċiklu jibqa’ dejjem għaddej – wieħed irid iqis ukoll li naħla tieħu daqs 24 jum biex minn bajda ssir fosdqa u mbagħad tfaqqas. Biex in-naħal jiżguraw li meta r-reġina tixjieħ ikollhom min jeħdilha postha, iqiegħdu ftit millbajd fertilizzat f’ċella speċjali fix-xehda u jżoqquh b’dak li hu magħruf bħala ‘royal jelly’.

HIJA ĦASRA KBIRA LI L-MALTIN MHUX DEJJEM JAPPREZZAW L-GĦASEL LI TAGĦMEL ARTHOM STESS. DAN META AĦNA, BĦALA POPLU, GĦANDNA N-NAĦLA MALTIJA LI HI ENDEMIKA GĦAL PAJJIŻNA U META ISEM PAJJIŻNA STESS – MELITE – IFISSER GĦASEL. “ ” 21

Id-deheb li ma jitkejjilx bil-karat

Sadanittant, il-ħidma ta’ kuljum barra l-kaxxa ma taqta’ xejn. Kull darba li toħroġ mill-kaxxa, in-naħla ttir sa tliet kilometri ’l bogħod u tidħol fil-fjuri. Bi lsienha tieħu n-nektar, li hu bħal ilma biz-zokkor, u tniżżlu fl-istonku tagħha filwaqt li bil-bqija ta’ ġisimha tiġbor it-trab dakkari (ismu miegħu) li bih iddakkar fjura wara l-oħra u tiżgura r-riproduzzjoni tagħhom. Lura filkaxxa tagħha, in-naħla ttella’ n-nektar millistonku u tgħaddih lil naħal oħra. L-enzimi tan-naħla, li jkunu tħalltu man-nektar, ’il quddiem jiddeterminaw il-karatteristiċi talgħasel. Dawn l-enzimi jvarjaw skont ir-razza tan-naħla.

F’dan l-istadju n-nektar ikollu kontenut ta’ ilma ta’ madwar 70%. Biex iniżżlu dan il-perċentwal għal inqas minn 20%, innaħal inixxfuh billi jperpru ġwenħajhom repetutament. Meta jkunu sodisfatti li n-nektar għandu l-konsistenza mixtieqa, jissiġillawh fiċ-ċelel tax-xehda.

Kull vjaġġ barra l-kaxxa jieħu madwar siegħa u f’jum wieħed in-naħla tagħmel diversi vjaġġi. Ix-xemx, jew aħjar l-angolatura

tagħha mal-art, hi l-għodda li n-naħal jużaw biex jinnavigaw. Bl-għajnuna tagħha, mhux biss isibu triqthom lura lejn il-kaxxa rispettiva tagħhom iżda wkoll jimmemorizzaw iddirezzjoni preċiża ta’ siġar ġodda li jiskopru. U l-ikbar meravilja hi li malli jaslu lura fil-kaxxa, jgħarrfu lil sħabhom dwar fejn eżatt jinsabu dawn is-siġar ġodda billi jagħmlu ‘żifna’ f’nofshom. Sħabhom jifhmu l-messaġġ mill-ewwel, u bla dewmien jitilqu jfittxu dan is-sors ġdid ta’ nektar.

Kull sena n-naħal ta’ Ray u Denise jipproduċu tliet ħażniet ta’ għasel. Il-ħażna tarrebbiegħa tiġi minn fjuri ta’ pjanti differenti bħall-fidloqqom, is-silla, iċ-ċitru u x-xewk. Ilħażna tas-sajf tiġi biss mis-sagħtar, flwaqt li dik tal-ħarifa ġejja mill-ħarrub u l-ewkaliptu. Għal Ray u Denise, is-saħħa tan-naħal u s-sostenibbiltà fil-mod kif jiġi prodott l-għasel huma saħansitra aktar importanti mill-għasel stess. Fil-fatt, meta jasal żmien il-ħażna dejjem joqogħdu attenti li lin-naħal jeħdulhom biss dak li hu żejjed biex b’hekk fix-xehda jkollhom biżżejjed ikel għal meta jkun il-maltemp u ma jkunux jistgħu joħorġu jiġbru n-nektar.

22

Il-proċess tal-ħażna jibda billi l-ewwel nett jinħarġu mill-kaxxi t-tilari (frames) biċċelel issiġillati li semmejna qabel. F’kull kaxxa jkun hemm bejn disgħa u tmintaxil tilar li kull wieħed minnhom jiflaħ daqs kilo u nofs għasel. L-ewwel pass ikun li minn fuq kull tilar titqaxxar il-kisja xama’ li biha n-naħal ikunu ssiġillaw iċ-ċelel. Din ix-xama’ għandha użu varjat ħafna –minn ingredjent fi prodotti tal-kożmetika għal lostru tal-għamara u, ovvjament, ix-xemgħat li aħna l-bnedmin inħobbu nixegħlu f’okkażjonijiet differenti fil-ħajja ta’ kuljum.

Kull tilar imbagħad jitqiegħed fi strinġitur, fejn jiddawwar b’ħeffa kbira biex minnu jinħareġ l-għasel. It-tilari vojti fl-aħħar jitpoġġew lura fil-kaxxi biex in-naħal jibdew ħidmithom mill-ġdid.

Ray, li l-professjoni tiegħu qabel ma sar produttur tal-għasel full-time kienet dik ta’ kimiku industrijali, spjegali li l-kwalitajiet li għandu l-għasel biex jilqa’ kontra l-mard ilhom sekli twal magħrufa mill-bniedem, u hu u Denise qed jesperimentaw u jimirħu f’dan il-qasam ukoll. Fis-Sacra Infermeria, ngħidu aħna, il-kavallieri kienu jqiegħdu

l-għasel fi bwieqi tal-fidda, billi l-fidda wkoll għandha kwalitajiet li jaħdmu kontra l-mikrobi. Kienu jħawdu l-għasel, u b’hekk frak mikroskopiku tal-fidda jitħallat miegħu, imbagħad iqegħduh direttament fuq il-feriti tal-pazjenti fl-infermerija.

“Hija ħasra kbira li l-Maltin mhux dejjem japprezzaw l-għasel li tagħmel arthom stess. Dan meta aħna, bħala poplu, għandna n-naħla Maltija li hi endemika għal pajjiżna u meta isem pajjiżna stess –Melite – ifisser għasel. Idealment il-Maltin jikkonsmaw għasel Malti, mhux biss għax għandna għasel tajjeb (ovvjament dak li hu prodott b’mod ġenwin u mhux taparsi għasel) imma wkoll għax meta bniedem jiekol għasel tal-lokalità tiegħu stess, l-għasel jgħinu jrabbi immunità kontra elementi li jikkawżaw l-allerġiji,” saħaq Ray.

Fl-isfond, in-naħal komplew fuq xogħolhom, bla ebda kas ta’ dak li kont se nikteb fuqhom. Għax jafu li anke jekk il-qawwa tal-pinna taf tkun ikbar minn taxxabla, is-setgħa tagħhom fuq l-andament tad-dinja u l-ħajja tal-bniedem tisboq kull kobor ieħor.

23

L-EŻEKUZZJONIJIET TAL-MEWT F’MALTA

Minn ħafna snin qabel il-ħakma tal-Ingliżi, il-piena kapitali f’Malta kienet pubblika u permezz tal-forka. Mhux magħruf fejn kienu jsiru l-eżekuzzjonijiet qabel il-miġja tal-Kavallieri ta’ San Ġwann u l-ewwel tagħrif iddokumentat huwa dwar l-eżekuzzjonijiet li kienu jsiru fl-inħawi tal-Knisja ta’ Sarrija, fil-Furjana. Wara, l-eżekuzzjonijiet bdew isiru fuq is-Saqqajja, ir-Rabat, jew fejn illum huwa magħruf bħala Misraħ Forok, fir-Rabat ukoll.

Post ieħor fejn kienu jsiru dawn l-eżekuzzjonijiet kien fit-tarf tal-fortizza tar-Rikażli, qabel magħruf bħala ‘TalForok’ u li wara sar magħruf bħala ‘Ponta Orsi’ għax fil-post, il-Kavallier G. Orsi kien bena torri żgħir biex tkun mgħassa d-daħla tal-port.

Wara li fl-1803 l-Kummissarju Ċivili Ingliż, Sir Alexander Ball, kien ittrasferixxa l-Qorti Kapitanali mill-Imdina għall-Klistanija fil-Belt Valletta, mill-istess żmien dawk ikkundannati għall-mewt bdew idendluhom fuq il-glasis tal-Furjana, sewwasew fejn illum hemm il-mafkar talgwerra. Dawn l-eżekuzzjonijiet kienu jiġbdu numru kbir ta’ nies minkejja l-mod makabru li bih kienu jsiru. Dan huwa kkonfermat min-numru kbir ta’ suldati li kienu jintbagħtu biex iżommu l-ordni waqt l-eżekuzzjonijiet.

L-eżekuzzjonijiet kienu normalment isiru ftit jiem wara s-sentenza tal-Qorti, u sakemm tkun esegwita l-ikkundannat kien jinżamm fil-ħabs ta’ taħt il-Qorti talKlistanija. Hemm kien iqatta’ l-aħħar jiem ta’ ħajtu fi żmien ‘ta’ Kappella’, imfarraġ minn membri tal-Konfraternità tar-

24
L-ingassa mal-forka fil-kamra li kienet inbniet apposta fil-ħabs ta’ Kordin

Rużarjanti u minn saċerdot. Fiż-żmien li l-eżekuzzjonijiet kienu jsiru fir-Rabat, l-ikkundannat kienu jieħdu ħsiebu membri tal-Fratellanza ta’ San Ġużepp tar-Rabat.

Mal-forka kienu jagħmlu żewġ slielem. Wieħed ma’ quddiem, fejn ikun qed iħares l-ikkundannat, biex il-patri li jkun qed jassistih ikun jista’ jitla’ viċin tiegħu u jfarrġu salaħħar mumenti ta’ ħajtu. Is-sellum l-ieħor kien għall-bojja għax dan ried jorbot il-ħabel u ġo fih idaħħal biċċa injama li kienet tissejjaħ ‘galletta’. Infatti, fl-imgħoddi kien hawn min jirreferi għall-forka bħala ‘il-galletta’.

Bejn żewġ pilastri twal tal-injam li fuqhom kien jitpoġġa t-travu – ukoll tal-injam – kienet tifforma forka u taħtha kienu jpoġġu seba’ tarġiet tal-injam li jservu ta’ patibolu. Dan l-armar kien bir-roti u wara li l-ikkundannat kien jitla’ fuq dan it-taraġ il-bojja kien jgħammdu b’maktur mixtri għallokkażjoni. Imbagħad, il-bojja kien jorbot it-tarf tal-ħabel tat-tgħalliq mat-travu l-mimdud, u wara li jingħata s-sinjal mill-kmandant tal-pulizija, jinġibed il-patibolu minn dawk li jkunu qed jassistu lill-bojja, ħafna drabi erba’ priġunieri. Hawn il-bojja kien jgħaddi biex iwettaq l-akbar att makabru tat-tgħalliq kif se jissemma.

Ġużeppi Grech kien l-aħħar ikkundannat li ndifen filfossa tal-glasis, għaliex fl-1826 l-awtoritajiet tal-Knisja kienu biddlu d-deċiżjoni antika dwar dan id-dfin tal-ikkundannati. Minn dik is-sena beda jsir użu miċ-ċimiterju tal-Blata l-Bajda. Illum dan iċ-ċimiterju m’għadux jeżisti u floku hemm il-knisja tal-M.U.S.E.U.M.

L-ewwel dfin fiċ-ċimiterju tal-Blata l-Bajda kien dak ta’ Wenzu Attard u Mikiel Curmi, żewġ ħabsin li fl-1826, wara li ħarbu mill-Ħabs il-Kbir tal-Belt Valletta, kienu serqu u ferew lil Ġużeppi Sciberras.

Fl-1860, għaxar snin wara l-bini tal-ħabs ta’ Kordin, ilforka ma baqgħetx issir fil-Furjana, iżda bdiet issir quddiem il-bini tal-imsemmi ħabs filwaqt li baqgħet ukoll eżekuzzjoni pubblika għax hekk kienet titlob il-liġi kriminali

L-ewwel eżekuzzjoni quddiem il-ħabs il-ġdid kienet dik ta’ Anġlu Farrugia, ta’ 54 sena, li ngħata din il-kundanna għaliex kien qatel lill-Kuntistabbli Serafino Zammit fil-11 ta’ April 1860.

Għalkemm l-eżekuzzjonijiet tal-mewt kienu bdew isiru f’Raħal Ġdid, madankollu d-dfin tal-ikkundannati baqa’ jsir fiċ-ċimiterju tal-Blata l-Bajda, imma b’effett mit-22 ta’ Diċembru 1862, id-dfin beda jsir fiċ-ċimiterju tal-Erwieħ, f’Ħal Tarxien. Mill-1876 id-dfin ta’ dawk iġġustizzjati beda jsir fiċ-ċimiterju li kien inbena fil-ħabs ta’ Kordin.

Fl-1879, f’Malta kien sar tibdil storiku fil-Kodiċi Kriminali u l-eżekuzzjonijiet ma baqgħux isiru fil-pubbliku, imma f’waħda mill-btieħi tal-ħabs. Imbagħad fil-31 ta’ Mejju 1881 l-Uffiċċju tal-Awditur u tad-Direttur tal-Kuntratti għamel sejħa għall-bini ta’ post fil-ħabs ta’ Kordin fejn kellha titwaqqaf il-forka. Il-bini ta’ din il-kamra sar f’waħda mill-btieħi fuq in-naħa ta’ wara tal-ħabs. Il-kamra għandha patibolu li titla’ għalih b’taraġ minn quddiem. Fuq in-naħa ta’ wara hemm kamra żgħira oħra fejn illum hemm ukoll xi tifkiriet ta’ dawn l-eżekuzzjonijiet.

Taħt il-patibolu hemm fond biżżejjed biex il-ġisem talikkundannat jaqa’ skont it-tul ta’ ħabel li bih jitgħallaq. Kienu saru wkoll kuxxini, kemm ma’ taħt il-bokkaport kif ukoll ma’ taħt il-forka, biex meta jinfetaħ il-bokkaport ma jkunx hemm ħoss kbir bit-tisbit tal-injam. Barra minn dan, sar sellum apposta biex permezz tiegħu seta’ jitla’ min kien ineħħi l-ħabel minn madwar għonq l-iġġustizzjat. Fin-naħa ta’ wara ta’ taħt il-patibolu kienet saret kamra żgħira fejn kien jitħalla xi armar tal-forka u llum għad hemm xi ħbula kif ukoll il-boroż tar-ramel li kienu jintużaw biex jiġi stirat ilħabel qabel jintuża.

Il-ħabel tat-tgħalliq – li kien ikun ħabel speċjali li kien jinġieb mill-Ingilterra – kien jintrabat ma’ katina ħoxna li tkun diġà mqabbda mat-travu tal-injam ta’ fuq il-forka. Ix-xogħol tal-forka kien sar fit-tarzna ta’ Malta u jingħad li dawk li ħadmuha ma kinux jafu għal xiex kien se jintuża dan l-apparat.

L-ewwel ikkundannat li żanżan il-forka l-ġdida kien Ġużeppi Vella ta’ 24 sena, ta’ nisel Għawdxi. Vella kien suldat fir-riġment tar-Royal Malta Artillery u fil-lejl tat-Tnejn, 2 ta’ Jannar 1893, kien qatel lill-baħri George Godwin fi Triq Sant’Anna, il-Belt Valletta. Iż-żewġt irġiel kienu qegħdin jistennew biex jieħdu s-servizz ta’ prostituta meta nqala’ argument bejniethom li wassal għal dan id-delitt. Vella ngħata l-mewt minkejja li kienu saru diversi petizzjonijiet lill-

25

Gvernatur biex ibiddillu s-sentenza. Fost dawn it-talbiet kien hemm saħansitra dik tal-Isqof ta’ Malta ta’ dak iż-żmien, l-E.T. Mons. Pietro Pace.

Wara sentenza ta’ mewt mill-Qorti, ilGvernatur ta’ Malta kien joħroġ il-mandat tal-eżekuzzjoni, li kien ikun bl-Ingliż u indirizzat lis-supretendent tal-ħabs. Sadanittant, l-ikkundannat kien jinżamm il-ħabs ta’ Kordin f’ċella apposta, dik bin-numru 17, li fl-aħħar eżekuzzjonijiet kienet waħda minn Diviżjoni 5 – dik iddiviżjoni li kienet l-aktar qrib il-forka. Hemm, l-ikkundannat kien jgħaddi l-aħħar sigħat ta’ ħajtu kkonfortat millkappillan tal-ħabs, xi membri oħra talkleru, u membri tal-Konfraternità tarRużarjanti. F’din iċ-ċella kien hemm salib kbir u inkwatru tad-Duluri mal-ħajt, bi xkaffa quddiemhom li fuqha kien ikollha lampa tixgħel.

Wara li l-mandat ta’ eżekuzzjoni kien jintbagħat lis-supretendent tal-ħabs, dan kien jispjega l-kontenut tiegħu lillikkundannat fil-preżenza ta’ uffiċjali oħra tal-ħabs. Imbagħad, is-supretendent kien jinforma bil-miktub lill-kappillan ta’ Raħal Ġdid, lill-provinċjal tal-Kapuċċini, lillmaġistrat li dakinhar tal-eżekuzzjoni kien ikun tal-għassa, lir-rettur tal-Konfraternità tar-Rużarjanti, liċ-chairman tal-Bord tal-Viżitaturi tal-ħabs, lit-tabib ewlieni tal-gvern, u lill-kummissarju tal-pulizija, bid-data u l-ħin tal-eżekuzzjoni. Fl-ittri lill-kappillan, lill-kapuċċini u lir-Rużarjanti, is-supretendent kien jitlobhom biex jassistu mal-ikkundannat matul iż-żmien ta’ ‘kappella’.

It-tħejjijiet għall-eżekuzzjoni kienu jibdew billi l-ikkundannat kien jiġi mkejjel mit-tul u jintiżen. Skont it-tul u l-piż talikkundannat kien jiġi deċiż kemm kellu jkun twil il-ħabel, mill-għoqda ta’ madwar l-għonq sat-tarf marbut fuq il-parti ta’ fuq

tal-forka. Kif diġà ssemma, it-tul tal-ħabel ma kienx ikun dejjem l-istess, iżda minn wara l-każ ta’ Antonio Azzopardi fl-1908, il-ħabel kien normalment ikun xi għaxar pulzieri aktar mit-tul tal-ikkundannat u, xi drabi, itwal.

L-eżekuzzjoni kienet normalment issir kmieni filgħodu. Kien hemm żmien meta l-membri tal-Istampa kienu jiġu mistiedna jattendu. Dakinhar tal-eżekuzzjoni, flimkien mad-direttur tal-ħabs, kienu jattendu wkoll il-kummissarju tal-pulizija, it-tabib tal-ħabs u, naturalment, ilkappillan li, flimkien mar-Rużarjanti, kien ikun ilu jassisti mal-ikkundannat miżżmien li jkun iddaħħal il-ħabs.

Dakinhar tal-eżekuzzjoni, għal xi s-7.00a.m., l-ikkundannat kien jittieħed fil-kappella, skortat minn uffiċjali talħabs. Wara ċerimonja qasira fil-kappella fejn isir Rużarjant, kien jittieħed lejn ilkamra tal-forka.

Mal-wasla fil-kamra tal-forka, l-ikkundannat kien jitpoġġa fuq il-post immarkat bil-ġibs, filwaqt li l-bojja jorbotlu saqajh u jdejh it-tnejn flimkien, ixiddlu borża tad-drapp ġo rasu u jagħmillu l-ħabel madwar għonqu. Wara sinjal mid-direttur tal-ħabs, il-bojja kien iniżżel il-ħadida li biha jinfetaħ ilbokkaport u ġisem l-ikkundannat jieħu sabta ’l isfel ħalli l-ingassa ta’ madwar għonqu tagħmel xogħolha. Jekk kien isir kollox sewwa, il-mewt kienet tkun istantanja.

Minnufih wara l-eżekuzzjoni, fuq ittorri tal-ħabs kienet tittella’ bandiera sewda li kienet bdiet tittella’ biex tagħti solennità akbar lill-eżekuzzjoni u biex kulħadd ikun jaf li l-eżekuzzjoni tkun twettqet. Wara, id-direttur kien jikteb lisSegretarju tal-Gvern u javżah bil-ħin eżatt li fih tkun twettqet l-eżekuzzjoni.

26 MINNUFIH WARA L-EŻEKUZZJONI, FUQ IT-TORRI TAL-ĦABS KIENET TITTELLA’ BANDIERA SEWDA LI KIENET BDIET TITTELLA’ BIEX TAGĦTI SOLENNITÀ AKBAR LILL-EŻEKUZZJONI U BIEX KULĦADD IKUN JAF LI L-EŻEKUZZJONI TKUN TWETTQET. Misraħ Forok, fir-Rabat. Wieħed mill-postijiet fejn kienu jsiru l-eżekuzzjonijiet

Kien hemm żmien meta ftit tal-ħin wara l-eżekuzzjoni l-ġisem tal-ikkundannat kien ikun eżaminat mit-tobba, u wara jindifen fi żmien siegħa. Iżda wara l-każ ta’ Antonio Azzopardi bdiet isseħħ proċedura ġdida u l-iġġustizzjat kien jitħalla mdendel għal siegħa. Imbagħad il-membri talKonfraternità tar-Rużarjanti kienu jneħħu l-ħabel minn madwar għonq l-iġġustizzjat u jieħdu l-katavru tiegħu permezz ta’ katalett li kien jintuża biss għal dan l-għan, f’post apposta fil-ħabs fejn kienet issir l-inkjesta mill-maġistrat flimkien mattobba. It-tobba kienu jagħmlu eżami sewwa tar-ras billi jerfgħuha tliet pulzieri ’l fuq mill-ġisem biex jaċċertaw il-ksur tal-atlas vertebrea. Xi ħaġa oħra li bdiet isseħħ minn wara l-każ ta’ Azzopardi kienet li l-aħjar kirurgi kienu jkunu fost ittobba li jeżaminaw lill-iġġustizzjati.

Mill-1800 sakemm kienet abolita l-piena tal-mewt, din is-sentenza ngħatat mija u ħamsa u sebgħin darba. Il-parti l-kbira kienu mill-Qorti Kriminali. Madankollu kien hemm xi sentenzi talmewt mogħtija minn Qorti Marzjali. Millmija u ħamsa u sebgħin kundanna kien hemm sebgħa u ħamsin li kellhom din is-sentenza mibdula f’waħda ta’ għomor il-ħabs. Dan iġib in-numru ta’ dawk li tneħħew għal mija u tmintax (kollha rġiel). L-aħħar eżekuzzjonijiet kienu fil-5 ta’ Lulju 1943 meta kienu ngħataw il-forka l-aħwa Ġużeppi u Karmnu Zammit. L-iżgħar fost dawn l-ikkundannati kien Giovanni Fedele ta’ 18-il sena minn Tas-Sliema li, flimkien ma’ Paolo Laus ta’ 22 sena, kien qatel lil Grazzja Grech, prostituta mlaqqma ‘Ta’ Zol-in-Zol’.

Fl-4 ta’ Ottubru 1971, permezz talAtt XX1, il-Parlament Malti approva t-tneħħija tal-piena tal-mewt mill-Kodiċi Kriminali, għalkemm din il-piena baqgħet għal ċerti reati mill-membri tal-Forzi Armati u fi żmien ta’ gwerra. Proprjament

il-Parlament kien beda jiddiskuti abbozz ta’ liġi dwar il-kodiċi kriminali fejn kienet se tiżdied klawsola li permezz tagħha kull min, għal raġunijiet politiċi, kien ineħħi l-ħajja tal-gvernatur ġenerali, tal-prim ministru, ta’ xi ministru jew ta’ xi membru ieħor tal-Parlament, jekk jinstab ħati kien jeħel il-piena tal-mewt. L-istess abbozz ta’ liġi kien isemmi wkoll li kull min kien iwaqqa’ jew jittanta jwaqqa’ l-gvern ta’ Malta billi jaqbad l-armi kontra l-gvern jew billi jidħol fil-forzi armati ta’ xi pajjiż barrani kontra l-gvern ta’ Malta, jekk misjub ħati seta’ wkoll jingħata l-piena talmewt.

F’dan l-abbozz ta’ liġi kienu ssemmew delitti oħra ta’ din ix-xorta li għalihom kien se jkun hemm il-piena tal-mewt, iżda din ma kellhiex tingħata jekk id-delitt ma jkunx sar minħabba li l-ħati jkun waqaf minn

rajh. Iżda meta, f’Settembru 1971, dan l-abbozz kien qed jiġi diskuss fil-Parlament, in-Nutar George Borg Olivier, dak iż-żmien Kap tal-Oppożizzjoni, kien ressaq emenda biex il-piena tal-mewt titneħħa għallkażijiet kollha. Din l-emenda kienet ġiet approvata mill-gvern. Għalhekk, filwaqt li d-delitti kontra s-sigurtà tal-gvern kienu ġew emendati, l-akbar piena kienet saret dik ta’ għomor il-ħabs. B’hekk il-piena talmewt baqgħet biss għall-membri tal-Forzi Armati li, fi żmien ta’ gwerra, jgħinu lillgħadu.

Imbagħad f’Mejju 2002 kien iffirmat il-Protokoll 13 tal-Konvenzjoni għallProtezzjoni tad-Drittijiet Fundamentali tal-Bniedem. B’hekk il-piena tal-mewt tneħħiet anki għar-reati li setgħu jagħmlu membri tal-Forzi Armati fi żmien ta’ gwerra.

27
Lapida fil-ħabs ta’ Kordin li tfakkar lil dawk mgħallqin fuq il-forka

DUBAI EXPO

Malta Enterprise tikkordina sitt xhur ta’ viżibilità globali għal Malta

X’ihni Dubai Expo?

Dubai Expo ġġib flimkien 190 pajjiż minn madwar id-dinja kollha, fi spazju wieħed għal sitt xhur sħaħ, minn Otturbu 2021 sa Marzu 2022. L-Emirat ta’ Dubai qed jibni villaġġ sħiħ ta’ madwar 5km kwadri li apparti spazji għall-esibituri jinkludi wkoll spazji għal-laqgħat u avvenimenti li se jkunu qed jesponu ħiliet, tradizzjonijiet u talenti minn madwar id-dinja.

Dubai Expo hija sensiela ta’ diversi attivitajiet li permezz tagħhom jitħalltu l-kulturi u jagħtu lok għal diskussjonijiet, negozjar, tfassil ta’ pjani u xprunar tal-ideat li jġibu flimkien kollaborazzjonijiet u investimenti varji.

ta’ pajjiżna, minn xiex għaddejna u l-progress tagħna għall-futur.

A pparti
Fl-2017 il-Malta Enterprise mill-ġdid ingħatat ir-responsabbiltà biex tikkordina
ta’ Malta fl-expo dinji li din
ser
Wara li din
kellha titmexxa mill-2020 għall-2021 minħabba l-COVID, issa għaddejjin l-aħħar preparamenti sabiex jitlesta l-ispazju ta’ esebizzjoni ta’ pajjiżna li se jkun qed jospita eluf ta’ viżitaturi fix-xhur li ġejjin. L-organizzaturi tad-Dubai Expo kienu għaddejjin b’kollaborazzjoni kontinwa mal-Malta Enterprise u t-tim responsabbli mmexxi mill-Kummissarju ta’ Malta għall-Expo, Anthony Tabone, u d-Deputat Kummissarju, Antoinette Catania. L-ispazju ta’ Malta se jkun qed juri
28 AVVIŻ BI ĦLAS
l-ħidma tagħha fuq l-inċentivi għan-negozju, il-Malta Enterprise hija wkoll l-entità li tmexxi ’l quddiem l-iżvilupp ekonomiku ta’ pajjiżna. Dan isir b’diversi ħidmiet. Waħda minnhom hija d-Dubai Expo – l-Expo globali li fix-xhur li ġejjin ser iġġib 190 pajjiż taħt saqaf wieħed.
r-rappreżentazzjoni
id-darba
isir f’Dubai.
l-edizzjoni
x’joffri pajjiżna, kemm jekk wieħed interessat li jżur pajjiżna fuq btala, biex jistudja jew jaħdem u anke mil-lat ta’ investiment. It-tradizzjonijiet tagħna u xi tfisser Malta moderna se jiżżewqu flimkien f’dan l-ispazju biex joħorġu l-istorja
L-entratura tal-padiljun ta’ Malta Dettall mill-infrastruttura fil-villaġġ tad-Dubai Expo

X’inhi tagħmel Malta Enterprise biex

timmassimizza dan il-perjodu?

Dan se jkun perjodu ta’ sitt xhur li matulu Malta qed tkun rappreżentata u toffri diversi attrazzjonijiet fl-ispazju tagħha. Flimkien ma’ diversi entitajiet lokali oħra ewlenin, fosthom l-MTA, il-Malta Enterprise bħalissa qed tħejji l-ispazju bil-viżwali u l-messaġġi dwar dak li joffri pajjiżna, filwaqt li qed jiġi ppreparat ukoll kalendarju ta’ laqgħat u avvenimenti li fihom jieħdu sehem mijiet ta’ Maltin u Għawdxin f’delegazzjonijiet u stediniet varji.

Il-Malta Enterprise ser tkun qed tipprepara wkoll għadd ta’ seminars tematiċi biex investituri barranin mir-reġjun u pajjiżi oħra jifhmu aħjar l-opportunitajiet imprenditorjali li jistgħu javvanzaw b’bażi f’Malta.

Dubai, bil-pożizzjoni ġeostrateġika tiegħu, jippermetti li jilqa’ fih investituri min-naħa talAsja, bħaċ-Ċina u l-Indja, li kollha huma ta’ interess għal pajjiżna u li bħalissa l-kuntatti li għaddejjin

ma’ investituri minn dawn il-pajjiżi se jilħqu l-qofol tagħhom b’laqgħat ġewwa Dubai.

MALTA ENTERPRISE

L-atmosfera fl-Expo toħloq opportunità li laqgħat bħal dawn iseħħu f’ambjent bilanċjat bejn l-aspett formali però anke dak informali, hekk kif wieħed jiġi espost għal artna qabel ma jkun qiegħed iżur Malta fiżikament.

29 AVVIŻ BI ĦLAS
MALTA ENTERPRISE Mudell 3D tal-villaġġ tad-Dubai Expo Al Wasl Plaza, li nbniet apposta biex tospita d-Dubai Expo
Masterpieces at MUŻA: Id-dinja ħiemda fejn titkellem biss il-pittura
30 Din il-wirja hija ċelebrazzjoni talidjoma armonjuża tar-Rinaxximent Għoli, influwenzata minn artisti kbar bħal Raffaello, Michelangelo u Leonardo da Vinci.
(Ritratti: Steven Psaila) minn Daniela Attard Bezzina, Heritage Malta

Dehra ġenerali tal-wirja ‘Masterpieces at MUŻA’

Pass wieħed biss li minn kamra jieħdok f’oħra hu biżżejjed biex tħossok maqtugħ għalkollox mill-għagħa u l-geġwiġija talbelt kapitali u tidħol f’dinja ħiemda fejn minn ħitan ta’ damask aħmar donnhom isegwuk b’għajnejhom għadd ta’ personaġġi immortalizzati għal dejjem taħt id-daqqiet tal-pinzell fuq it-tila jew l-injam. Din hija d-dinja meraviljuża ta’ ‘Masterpieces at MUŻA’, wirja bi tlettax-il kapolavur ta’ artisti kbar minn kollezzjoni privata internazzjonali li ġew mislufa għal perjodu twil lill-Mużew Nazzjonali tal-Arti, MUŻA, sabiex jitgawdew mill-pubbliku.

Il-wirja se tibqa’ għaddejja sal-aħħar ta’ Ottubru. Fi tmiemha, il-pitturi se jiġu integrati fil-MUŻA għall-ħames snin li ġejjin, u possibbilment għall-ħames snin ta’ wara wkoll. Dawn ix-xogħlijiet imorru lura għal bejn tmiem is-seklu 15 u nofs is-seklu 18 u fil-wirja huma mqassmin f’ħames sezzjonijiet biex b’hekk joffru esperjenza tematika. Is-sezzjonijiet differenti huma: Quddiem ir-Ritratti, L-Omm u t-Tarbija, Passjoni u Devozzjoni, Il-Mitoloġija Griega fl-Arti, u n-Natura Qerrieda.

F’termini artistiċi, din il-wirja hija ċelebrazzjoni tal-idjoma armonjuża tarRinaxximent Għoli, influwenzata minn artisti kbar bħal Raffaello, Michelangelo u Leonardo da Vinci. Tagħti ġieħ ukoll lil artisti ta’ fama dinjija bħal Giovanni Baglione, Claude-Joseph Vernet u François Boucher, rappreżentati millpitturi tagħhom bi stil Barokk teatrali u stil Rokoko estravaganti.

Konsiderazzjonijiet dwar attribuzzjonijiet tax-xogħlijiet tal-arti mhux dejjem ikunu faċli. Spiss joffru sfidi u ħafna drabi jibqgħu dibattibbli. Fl-attribuzzjonijiet proposti f’din il-wirja, Heritage Malta bbażat ilkonsiderazzjonijiet tagħha primarjament fuq ir-rapporti tekniċi u xjentifiċi li għamlu diversi esperti u professjonisti indipendenti mqabbda mill-kollezzjonist u sid l-opri. Għaldaqstant, minbarra li tiċċelebra l-wiri ta’ xogħlijiet mill-isbaħ, din il-wirja toffri l-opportunità li wieħed

31

jifhem kunċetti bażiċi bħall-attribuzzjonijiet, il-kompożizzjoni, il-linja, il-kulur, id-dawl, is-simboliżmu, il-kuntest u elementi oħra importanti fl-apprezzament tal-arti.

‘Masterpieces at MUŻA’ qed tieħu l-aċċessibbiltà f’livelli ġodda, billi tipprovdi opportunità unika li wieħed japprezza tlettax-il kapolavur taħt saqaf wieħed. Din hija wkoll l-ewwel darba li ħafna minn dawn ix-xogħlijiet qed jiġu esebiti fi żmien twil ħafna – fil-fatt tnejn biss minnhom intwerew f’mużewijiet f’dawn l-aħħar għaxar snin.

QUDDIEM IR-RITRATTI

Fit-taqsima ‘Quddiem ir-Ritratti’ nsibu żewġ pitturi - ‘Ritratt ta’ Tfajla Żagħżugħa’, attribwita lil Giovanni Bellini (Venezja, c.1430-1516) u ċ-ċirku tiegħu, u ‘Ritratt ta’ Pietro Soderini’, ta’ artist Fjorentin mhux magħruf.

Mitluba minn dawk fil-poter, ordnati mill-għonja u mfittxija mill-kollezzjonisti, ir-ritratti mpittrin ilhom għal sekli sħaħ jaqbdu fuq it-tila l-karatteristiċi fiżiċi u morali ta’ rġiel, nisa u tfal matul ħajjithom u wara mewthom. Fi żmien meta l-fotografija kienet għadha ma teżistix, ir-ritratti mpittrin kienu jaqdu diversi funzjonijiet importanti. Permezz tagħhom, il-ħakkiema

ddokumentaw ir-rebħiet tagħhom, in-nobbli gglorifikaw lil missirijiethom biex jiġġustifikaw il-pożizzjonijiet tagħhom, u l-patruni ta’ kummissjonijiet reliġjużi ddikjaraw il-fidi tagħhom flimkien mal-ħila u x-xewqa li jħallsu għax-xogħlijiet tal-arti.

Pietro Soderini kien politikant minn Firenze u ambaxxatur għar-renju Franċiż mill-1493. F’dan ir-ritratt, Soderini hu rappreżentat kemxejn imġenneb filwaqt li jħares direttament lejn l-ispettatur. Aktar milli rappreżentazzjoni realistika li tqaxxar lil Soderini sal-anqas dettall, dan hu ritratt tipiku tarRinaxximent Taljan, fejn l-għan ewlieni hu li jiddokumenta għallposterità dimensjoni aktar umana tal-individwu. L-isfond skur, nieqes minn kull tip ta’ pajsaġġ, hu effettiv ħafna biex l-artist iressaq lis-suġġett aktar qrib l-ispettatur filwaqt li jenfasizza n-natura riflessiva tiegħu.

L-id li pittret dan il-kwadru mhix magħrufa, iżda din l-opra hi attribwita lill-iskola Rinaxximentali ta’ Firenze – moviment artistiku mill-aktar importanti li ffjorixxa fl-Italja bejn is-sekli 13 u 16. Ir-Rinaxximent ta’ Firenze hu meqjus minn bosta bħala l-punt tat-tluq tal-arti moderna fl-Ewropa.

Ix-xebh fiżiku mhux dejjem kien l-għan ewlieni tar-ritratti mpittrin. L-artisti kienu ‘jbiddlu’ d-dehra ta’ dak li jkun biex

32
Dehra ġenerali tal-wirja ‘Masterpieces at MUŻA’

jenfasizzaw karratteristiċi fiżiċi, psikoloġiċi jew soċjali partikolari tiegħu. Għalhekk ir-ritratti jistgħu jiġu interpretati f’termini ta’ individwalizzazzjoni, idealizzazzjoni u karatterizzazzjoni. L-idealizzazzjoni hi l-proċess li permezz tiegħu l-artist jimponi fuq il-persuna li jkun qed ipitter uħud mill-ideali tiegħu dwar is-sbuħija, u dan sabiex itejjeb dak li hu reali.

Dan jidher ċar ħafna fil-pittura ‘Ritratt ta’ Tfajla Żagħżugħa’, fejn it-tfajla tar-ritratt hija idealizzata b’mod li tassumi konnotazzjonijiet allegoriċi. Fil-fatt, bosta storiċi tal-arti jaraw f’din il-pittura rappreżentazzjoni allegorika tal-kastità kif simbolizzata mill-perli li liebsa ż-żagħżugħa.

Dan ir-ritratt ottagonali, li juri tfajla eleganti u bla tbissima tħares dritt quddiemha, imur lil hinn minn dak li hu viżibbli. Fil-fatt, aspett interessanti ħafna ta’ din il-pittura hu li analiżi xjentifika ta’ dan il-kwadru kixfet tpinġija ta’ tfajjel fuq in-naħa ta’ wara. X’aktarx li dan jindika li possibbilment din il-pittura kienet oriġinarjament maħsuba li tkun ritratt doppju.

U T-TARBIJA

Taqsima oħra tal-wirja hija ‘L-Omm u t-Tarbija’, fejn hemm erba’ pitturi - ‘Il-Madonna u l-Bambin ma’ San Ġwann il-Battista ż-żgħir u Anġlu f’Pajsaġġ’, ta’ Maestro Tommaso (attiv 14901510) u Lorenzo di Credi (Firenze, 1459-1537) [?]; ‘Il-Madonna u l-Bambin ma’ San Ġwann Battista ż-Żgħir’, attribwita lil Leonardo da Vinci (Anchiano, 1452-Amboise, 1519) u ċ-ċirku tiegħu; ‘Il-Madonna tal-Imħabba Divina’, attribwita lil Raffaello Sanzio (Urbino, 1483-Ruma, 1520) u l-bottega tiegħu; u ‘IlMadonna u l-Bambin’, minn Skola Milaniża (Studju ta’ Leonardo da Vinci, Anchiano, 1452-Amboise, 1519).

Din it-tema tal-Madonna u l-Bambin, popolari ħafna fl-Arti Kristjana, tiġbor flimkien erba’ pitturi fuq l-injam maħsuba għall-qima f’kappelli tal-familja u fi spazji privati. L-idea talVerġni Marija mal-Bambin Ġesù tmur lura għaż-żmien talArti Biżantina fejn ir-rwol ta’ Marija bħala t-‘Theotokos’ (‘IrReffiegħa t’Alla’) kienet ġiet stabilita fl-431 WK, wara l-Kunsill ta’

‘Pan u Syrinx’ - François Boucher (mit-taqsima ‘Il-Mitoloġija Griega fl-Arti’)

L-OMM
33

‘Kruċifissjoni’ - Peter Paul Rubens u l-bottega tiegħu (mit-taqsima ‘Passjoni u Devozzjoni’)

Efesu. Artisti Medjevali u Rinaxximentali mxew skont id-domanda dejjem tikber għar-rappreżentazzjonijiet tal-Madonna u l-Bambin hekk kif baqgħet tiżdied iddevozzjoni lejn din it-tema reliġjuża.

Permezz ta’ varjetà għanja ta’ simboli u figuri Bibliċi jew divini, ix-xbieha tal-Madonna nbidlet minn dik stilizzata tar-Reġina tas-Sema għal omm iżjed umana, żagħżugħa u umli, kif jixdhu l-erba’ pitturi f’din ittaqsima. Il-Bambin ukoll jixbah lil kwalunkwe tarbija normali u b’saħħitha, imbaċċaċ u medhi fil-logħob, waqt li r-raġġiera u l-ġest ta’ tberik ifakkru fid-divinità tiegħu.

‘Il-Madonna u l-Bambin ma’ San Ġwann il-Battista ż-żgħir u Anġlu f’Pajsaġġ’ hija biċċa xogħol ta’ tmiem is-seklu 15 jew il-bidu tas-seklu 16, maħduma biżżejt u t-tempra fuq l-injam. Dan it-tondo jista’ jkun ta’ Maestro Tommaso, li għal żmien twil studja u ħadem fil-bottega tal-pittur u l-iskultur Fjorentin, Lorenzo di Credi. L-istil tiegħu tant qarreb lejn dak tal-imgħallem tiegħu li huwa spiss diffiċli li wieħed jiddistingwi xogħolhom, bħal fil-każ tal-pittura f’din il-wirja. Fil-

‘San Ġwann il-Battista’ – Ċirku ta’ Leonardo da Vinci (mit-taqsima ‘Passjoni u Devozzjoni’)

fatt, din il-biċċa xogħol setgħet faċilment kienet il-frott ta’ kollaborazzjoni bejn Lorenzo di Credi u Maestro Tommaso.

San Ġwann Battista jidher ukoll fil-pittura ‘IlMadonna u l-Bambin ma’ San Ġwann Battista ż-Żgħir’, attribwita lil Leonardo da Vinci (Anchiano, 1452-Amboise, 1519) u ċ-ċirku tiegħu. Din il-pittura hija bla dubju prodott tar-Rinaxximent fl-aqwa tiegħu, meta l-interess imġedded fid-dinja naturali laħaq ilqofol tiegħu u l-artisti kienu jesprimu l-kurżità tagħhom dwar in-natura billi jsebbħu l-isfondi tan-narrattivi reliġjużi tagħhom b’pajsaġġi mogħnija fi fjuri, pjanti u elementi ġeoloġiċi. Bosta kienu l-esperti li studjaw din il-pittura u mhux dejjem qablu fuq kemm Leonardo da Vinci kellu x’jaqsam b’mod dirett jew indirett fleżekuzzjoni tagħha. M’hemmx dubju, iżda, li l-artist kien kompetenti sew fil-metodi artistiċi ta’ Da Vinci.

Pittura oħra f’din it-taqsima, ‘Il-Madonna talImħabba Divina’, inħadmet biż-żejt u t-tempra fuq l-injam fis-seklu 16 u hija attribwita lil Raffaello Sanzio u l-bottega tiegħu. Studji riċenti li involvew eżamijiet

34

xjentifiċi mhux invażivi żvelaw ċerti karrateristiċi taħt is-saffi taż-żebgħa li huma marbutin mal-bottega ta’ Raffaello. Fosthom hemm il-linji li fasslu t-tpinġija tal-bidu nett biex fuqha jimxi l-pittur. Din il-karatteristika tista’ tissuġġerixxi s-sehem dirett ta’ Raffaello, anke jekk dan issehem seta’ kien żgħir billi jidher li fil-parti l-kbira dan ixxogħol sar minn wieħed mill-istudenti tiegħu. Għalkemm is-suġġeriment dwar il-parteċipazzjoni ta’ Raffaello għad hemm riservi dwaru, ma hemm l-ebda dubju li l-kwalità superjuri tal-eżekuzzjoni hija turija ta’ artist bravu ħafna li studja u ġie influwenzat mill-imgħallem il-kbir tarRinaxximent Taljan, Raffaello Sanzio.

Ir-raba’ pittura f’din it-taqsima hija ‘Il-Madonna u l-Bambin’ tal-Iskola Milaniża (Studju ta’ Leonardo da Vinci). Għalkemm l-artist ta’ din il-pittura mhuwiex magħruf, hemm probabbiltà kbira li kellu konnessjoni mal-Iskola Milaniża, li kienet imsaħħra mill-innovazzjonijiet artistiċi ta’ Leonardo da Vinci, li kien ħadem f’Milan lejn tmiem is-seklu 15. It-trattament lixx tax-xagħar, id-drappeġġ u l-ġilda f’din il-pittura huwa mmudellat permezz tal-użu delikat tat-teknika tal-‘isfumato’ u dik tal-‘chiaroscuro’, bla dubju evidenza ta’ artist bravu ħafna.

Il-wirja tkompli bit-taqsima ‘Passjoni u Devizzjoni’, li toffri erba’ pitturi oħra - ‘Ecce Homo’ ta’ Andrea Solario (Milan, c. 1465-qabel l-1524) u ċ-ċirku tiegħu; ‘San Ġwann il-Battista’ ta’ Giovanni Baglione (Ruma, 15661643); ‘San Ġwann il-Battista’, miċ-ċirku ta’ Leonardo da Vinci (Anchiano, 1452-Amboise, 1519); u ‘Kruċifissjoni’, ta’ Peter Paul Rubens (Ġermanja, 1577-Belġju, 1640) u l-bottega tiegħu.

Fl-arti Ewropea, xbihat reliġjużi ilhom suġġetti popolari għal sekli sħaħ. Pitturi li juru episodji mill-Bibbja kienu jservu biex jgħallmu lil dawk li ma kinux jafu jaqraw. Aktar importanti minn hekk, pitturi u skulturi bħal dawn kienu mezz qawwi kif iqanqlu emozzjonijiet profondi fil-fidili.

L-erba’ pitturi f’din it-taqsima jirrappreżentaw żewġ temi importanti fl-arti reliġjuża – il-Passjoni ta’ Kristu u d-devozzjoni lejn il-qaddisin, speċifikament San Ġwann ilBattista. Peress li jmorru lura għall-perjodu Rinaxximentali u dak Barokk, dawn juru kemm it-temi reliġjużi ma jmutu qatt.

‘Ecce Homo’ hija pittura ta’ Andrea Solario (Milan, c. 1465-qabel l-1524) u ċ-ċirku tiegħu. L-‘Ecce Homo’

35
‘It-Tempesta’ - Claude-Joseph Vernet (mit-taqsima ‘In-Natura Qerrieda’) PASSJONI U DEVOZZJONI

‘Il-Madonna u l-Bambin ma’ San Ġwann il-Battista ż-żgħir u Anġlu f’Pajsaġġ’Maestro Tommaso u Lorenzo di Credi [?] (mit-taqsima ‘L-Omm u t-Tarbija’)

kien suġġett komuni ħafna fl-Italja Rinaxximentali talaħħar tas-seklu 15 u l-bidu tas-seklu 16, u baqa’ popolari fl-istorja tal-arti. Pitturi żgħar fuq l-injam bħal din kienu jiġu kkummissjonati jew mixtrijin minn Insara devoti biex jitgawdew fil-privat. Andrea Solario kien magħruf għal dan it-tip ta’ pitturi devozzjonali żgħar. Għamel numru ta’ verżjonijiet tal-‘Ecce Homo’ li ispiraw ħafna kopji u varjazzjonijiet. L-istil ta’ Solario kien ispirat millkompożizzjoni u t-teknika ta’ Leonardo da Vinci, mix-xogħol ta’ Antonello da Messina li ra f’Venezja, kif ukoll millgħarfien tal-arti Fjamminga.

‘San Ġwann il-Battista’ hija pittura oħra li ssebbaħ lil din it-taqsima, iffirmata u datata ‘G. Baglione AD 1600’ lejn innofs fin-naħa t’isfel. Din l-attribuzzjoni ġiet ikkonfermata mill-istoriku Amerikan tal-arti, Keith Christiansen. Giovanni Baglione kien pittur importanti f’Ruma fis-seklu 17. Waqt li fil-bidu kien ipitter fi stil Manjerist, għall-bidu tas-seklu 17 Baglione ġie influwenzat mill-Caravaggisti, kif jixhdu xogħlijiet bħal ‘San Ġwann il-Battista’. Fil-fatt, din il-pittura hija ispirata mir-rappreżentazzjonijiet ta’ rġiel żgħażagħ bħala mudelli li kien ipitter Caravaggio fix-xogħlijiet bikrin tiegħu. Baglione juża n-naturaliżmu ta’ Caravaggio, imma

mhux għalkollox it-tenebriżmu tiegħu. Fil-kulur, speċjalment fl-użu tal-aħmar jgħajjat, din il-pittura xorta turi traċċi ta’ Manjeriżmu.

Pittura oħra f’din it-taqsima wkoll iġġib l-istess isem ta’ ‘San Ġwann il-Battista’. Din, iżda, tpittret minn artist fiċ-ċirku ta’ Leonardo da Vinci (Anchiano, 1452-Amboise, 1519). Din il-pittura biż-żejt fuq l-injam tal-ġewż, li tirrappreżenta lill-qaddis li għammed lil Kristu, hija marbuta ħafna maxxogħol famuż tal-istess suġġett ta’ Leonardo da Vinci ġewwa l-Louvre. Għalkemm ftit akbar, il-pittura fil-Louvre – ukoll fuq l-injam tal-ġewż – bla dubju serviet bħala mudell għallpittura li qed tiġi esebita f’MUŻA. Peress li kien ħadem fiċ-ċirku ta’ Leonardo da Vinci, huwa ċar li l-artist ta’ din ilpittura kien jaf sew kif jikkontrolla t-teknika tal-‘isfumato’ u tal-‘chiaroscuro’ li da Vinci kien irnexxielu jilħaq fih livelli insuperabbli għal żmienu.

Ir-raba’ pittura fit-taqsima ddedikata lill-Passjoni u d-Devozzjoni hija ‘Kruċifissjoni’ ta’ Peter Paul Rubens u l-bottega tiegħu. Rubens huwa l-iżjed pittur importanti talBarokk Fjamming. Aktarx li din il-biċċa xogħol hija l-pittura ċentrali tal-parti t’isfel, magħrufa bħala predella, tal-pittura

36

tal-‘Qabda Mirakoluża tal-Ħut’ fil-Knisja tal-Madonna tul ix-Xmara Dijle ġewwa Mechelen. Dan it-trittiku kien impitter minn Rubens fl-1618-1619 fuq kummissjoni minn xirka ta’ sajjieda. It-trittiku u l-predella, li kienu jinkludu żewġ pitturi oħra, baqgħu fil-knisja sal-1794, meta ttieħdu mill-Franċiżi u ntbagħtu Pariġi. Fl-1815 it-trittiku ntradd lura lill-knisja f’Mechelen filwaqt li ż-żewġ pitturi l-oħra tal-predella sabu posthom filMusée des Beaux-Arts ta’ Nancy, fejn għadhom sallum. Il-pittura ċentrali, jiġifieri l-‘Kruċifissjoni’ esebita f’din il-wirja, kienet meqjusa bħala mitlufa.

IL-MITOLOĠIJA GRIEGA FL-ARTI

Żewġ pitturi oħra intriganti ħafna jinsabu fittaqsima ‘Il-Mitoloġija Griega fl-Arti’. Dawn huma ‘Leda u ċ-Ċinju’, wara Michelangelo Buonarroti (Caprese Michelangelo, 1475-Ruma, 1564), u ‘Pan u Syrinx’ ta’ François Boucher (Pariġi, 1703-1770).

Il-mitoloġija Griega kienet rappreżentata fl-arti sa minn żmien iċ-ċiviltà ta’ Miċene (1600 - 1100 QK) u ispirat lil għadd ta’ artisti biex jesploraw l-umaniżmu u l-iżviluppi tiegħu. Il-mitoloġija ħadet diversi forom matul iż-żmien, mir-rappreżentazzjoni tas-sbuħija għal dik tal-allat u eroj li kienu murija bħala figuri idealizzati u li fil-proporzjonijiet kważi perfetti tagħhom saru l-qofol tal-filosofija estetika. Dawn ir-rappreżentazzjonijiet intużaw ukoll biex jonoraw lill-allat Griegi billi juru l-oriġini u d-divinità tagħhom.

Fil-qalba tal-Ewropa Kristjana u matul ir-Rinaxximent fis-seklu 16, l-artisti bdew jisiltu ġrajjiet skandalużi mill-mitoloġija klassika u japplikawhom għall-prinċipji kurrenti tagħhom. Il-prattika Rinaxximentali ssoktat ittradizzjoni kulturali ta’ ġenerazzjonijiet ta’ miti Griegi, iżda fl-istess waqt nibtu kunċetti ġodda, bħal pitturi fuq il-ħitan jew fuq uċuħ kbar imdawrin bi gwarniċ. Xeni ewlenin tpittru fin-narrattiva familjari tagħhom, iżda kienet tispikka l-forma fiżika tal-figuri u l-qawwa li kienet tirrappreżenta.

‘Leda u ċ-Ċinju’ hija eżempju ta’ dan. Din hija pittura tas-seklu 16, ‘wara’ Michelangelo Buonarroti (14751564). It-terminu ‘wara’ jfisser li l-pittura hija imitazzjoni aktar tard tax-xogħol oriġinali ta’ Michelangelo nnifsu. Michelangelo – skultur, perit, pittur u artist tarRinaxximent Tardiv minn Firenze – studja l-iskulturi Griegi u l-mitoloġija Griega u spiss inkorpora dawn l-elementi fix-xogħol tiegħu.

Din il-pittura partikolari ta’ ‘Leda u ċ-Ċinju’ hija waħda minn diversi verżjonijiet tal-laqgħa tar-Reġina

Leda ma’ Zeus, l-alla Olimpiku tas-sema u tar-ragħad, li hu moħbi bħala ċinju. Il-pittura tixhed tendenzi Manjeristi jew tar-Rinaxximent Tardiv, bit-tidwir u t-tiġbid tal-figura, magħruf bħala ‘figura serpentinata’. Michelangelo kien influwenzat ħafna mill-istil tal-‘figura serpentinata’, li juri figuri f’pożizzjonali spirali.

It-tieni pittura f’din it-taqsima hija ‘Pan u Syrinx’, ta’ François Boucher (Pariġi, 1703-1770). François Boucher kien artist Franċiż li x-xogħol tiegħu għen fil-bidu u fliżvilupp tal-istil Rokoko. Dan l-istil jinkorpora tiżjin delikat u dekorattiv kemm fl-arti kif ukoll fl-arkitettura u fih rappreżentazzjonijiet elaborati ornamentali u teatrali. Ir-Rokoko huwa deskritt ukoll bħala l-espressjoni finali tal-moviment Barokk.

Hekk kif il-karriera ta’ Boucher bħala pittur bdiet tiffjorixxi, huwa beda jiffoka fuq pitturi kbar b’xeni millmitoloġija Griega, fosthom l-istorja ta’ Pan u Syrinx fejn huwa ħoloq għadd ta’ varjazzjonijiet ta’ dan il-mit. Ilpittura tiegħu dwar Pan u Syrinx tikkaratterizza kemm l-istil tiegħu kif ukoll l-illustrazzjoni Rokoko ta’ lwien pastelli b’tundjaturi ġentili li jindikaw sensittività u rtubija f’din ix-xena.

37 Il-wirja toffri l-opportunità li wieħed jifhem kunċetti bażiċi bħall-attribuzzjonijiet, il-kompożizzjoni, il-linja, il-kulur, id-dawl, issimboliżmu, il-kuntest u elementi oħra importanti fl-apprezzament tal-arti.

Din hija l-ewwel darba li ħafna minn dawn ix-xogħlijiet qed jiġu esebiti fi żmien twil ħafna –fil-fatt tnejn biss minnhom intwerew f’mużewijiet f’dawn l-aħħar għaxar snin.

IN-NATURA QERRIEDA

L-aħħar pittura tal-wirja nsibuha fit-taqsima ‘InNatura Qerrieda’, fejn għandna l-ġmiel sublimi ta’ ‘It-Tempesta’, iffirmata minn Claude-Joseph Vernet (Avignon, 1714-Pariġi, 1789). Din il-pittura, datata 1751, hija xogħol biż-żejt fuq it-tila minn wieħed millpitturi Franċiżi ewlenin tal-pajsaġġi tas-seklu 18. Din il-pittura saret fl-istess sena li Vernet mar lura Franza wara li qatta’ għoxrin sena l-Italja, jirfina ħilietu filpittura tal-pajsaġġ u jsaħħaħ ir-reputazzjoni tiegħu bħala artist ta’ pajsaġġi tal-baħar.

Vernet kien iddeċieda li jivvjaġġa lejn Ruma biex jistudja disinjaturi tal-pajsaġġ u artisti marittimi. Matul iż-żmien tiegħu f’Ruma, huwa mhux biss iffoka fuq pitturi topografiċi u pajsaġġi paċifiċi, iżda wkoll eċċella f’xeni ta’ ljieli fid-dawl tal-qamar kif ukoll maltempati, u sar magħruf l-aktar għall-veduti tiegħu tal-portijiet Mediterranji.

Fil-pitturi tiegħu Vernet ħafna drabi jippreżentalna kompożizzjonijiet pittoreski u armonjużi. Xogħlu huwa

dettaljat ħafna u jinkludi diversi elementi naturali li jesprimu xeni ta’ sbuħija u grazzja raffinata, saħansitra b’elementi li xi drabi jqanqlu ċerta diqa.

F’‘It-Tempesta’, l-elementi jqanqlu sensazzjoni li twaħħax, bħallikieku l-ispettatur stess huwa parti millavvenimenti sfortunati. Vernet jirnexxilu jagħmilna preżenti, parti minn dan l-ispettaklu sublimi. Iġegħilna nħossuna ansjużi, eċċitati u kważi fi stat ta’ aġitazzjoni waqt li nippruvaw niżvolġu dak kollu li hu preżenti.

‘It-Tempesta’ u pitturi oħra ta’ pajsaġġi minn ClaudeJoseph Vernet juru l-qawwa u l-forza tan-natura meta mqabbla mal-umanità. Dak li huwa affaxxinanti dwar Vernet huwa l-ħila tiegħu li jmur minn atmosferi kalmi għal atmosferi ta’ qerda u twegħir.

Għal aktar tagħrif dwar il-wirja ‘Masterpieces at MUŻA’, inkluż il-ħinijiet tal-ftuħ u l-prezzijiet tal-biljetti, żur is-sit muza.mt. MUŻA huwa proġett parzjalment iffinanzjat mill-Unjoni Ewropea bħala parti mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali – Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej 2014-2020

38
‘Ritratt ta’ Pietro Soderini’ - Artist Fjorentin mhux magħruf (mit-taqsima ‘Quddiem ir-Ritratti’)

Ingħaqad fil-pjattaforma tal-Ħiliet Diġitali u l-Impjiegi

IL-PJATTAFORMA TAL-ĦILIET DIĠITALI U L-IMPJIEGI TINSAB ONLINE! IL-PARTIJIET INTERESSATI NAZZJONALI U L-KUMMISSJONI EWROPEA NGĦAQDU FLIMKIEN BIEX JOĦOLQU L-PJATTAFORMA TAL-ĦILIET DIĠITALI U L-IMPJIEGI BIEX IŻIDU L-ĦILIET DIĠITALI FL-EWROPA. IL-PJATTAFORMA TIPPROVDI FIRXA WIESGĦA TA’ INFORMAZZJONI TA’ KWALITÀ GĦOLJA, RIŻORSI U OPPORTUNITAJIET RELATATI MAL-QASAM TAL-ĦILIET DIĠITALI U L-IMPJIEGI FIL-LIVELLI KOLLHA, MINN DAK BAŻIKU GĦAL WIEĦED AVVANZAT. ĦJIEL AĠĠORNAT HUWA OFFRUT B’MOD AĊĊESSIBBLI GĦAL KULĦADD FILWAQT LI PROFESSJONISTI B’AKTAR ESPERJENZA JISTGĦU JIBBENEFIKAW MINN KONTENUT RELEVANTI MMIRAT GĦALL-QASAM TAL-KOMPETENZA TAGĦHOM. BARRA MINN HEKK, SPAZJU KOLLABORATTIV HUWA DISPONIBBLI GĦALL-MEMBRI TAL-KOMUNITÀ BIEX JIFFORMAW NETWORK, JINTERAĠIXXU U JIKBRU FLIMKIEN.

Dan il-portal inħoloq bħala waħda mill-inizjattivi mnedija taħt il-Programm Connecting Europe Facility. Dan sejjer jikkontribwixxi għall-Programm Digital Europe - programm ambizzjuż tal-UE li jistinka biex jagħmel l-Ewropa aktar kompetittiva fl-ekonomija diġitali globali permezz tal-bini talkapaċità diġitali u billi jiżgura użu wiesa’ tat-teknoloġiji diġitali madwar l-UE. Fl-infurzar tal-pilastru tal-ħiliet diġitali talprogramm, il-Pjattaforma taspira li tagħti spinta lill-kompetenzi diġitali tas-soċjetà Ewropea u l-forza tax-xogħol.

Dan il-proġett qed jiġi ffinanzjat mill-Faċilità Connecting Europe fuq talba tal-Istati Membri tal-UE. Il-Pjattaforma talĦiliet Diġitali u l-Impjiegi tiġbor flimkien:

• Ħjiel dwar inizjattivi tal-UE u inizjattivi nazzjonali u azzjonijiet fil-ħiliet diġitali u x-xogħol

• Opportunitajiet ta’ taħriġ u appoġġ għall-iżvilupp talkarriera

• Prattiki tajbin, pariri minn espert, riżorsi u għodod

• Informazzjoni, fatti u figuri bbażati fuq ir-riċerka

• Opportunitajiet ta’ finanzjament u strumenti finanzjarji

• Spazji interattivi komunitarji b’saħħithom

• Aħbarijiet, opinjonijiet, u avvenimenti

Il-pjattaforma se ssir punt ta’ referenza uniku għall-ħiliet diġitali, li jippermetti lill-Ewropej kollha - ċittadini, negozji u organizzazzjonijiet pubbliċi - jagħmlu l-aħjar użu mittrasformazzjoni diġitali tas-soċjetà u l-ekonomija tagħna. Ilpjattaforma se taħdem b’mod konġunt mal-25 koalizzjoni nazzjonali għal ħiliet diġitali u tikkontribwixxi biex tilħaq il-miri tad-Deċennju Diġitali tal-UE.

Il-Kummissarju Intern għas-Suq, Thierry Breton, qalet:

“Kemm jekk qed tfittex xogħol ġdid jew tibda negozju, il-ħiliet diġitali huma kruċjali għas-suċċess. Bil-ġbir flimkien ta’ mijiet ta’ inizjattivi minn madwar l-Ewropa, il-Pjattaforma tal-Ħiliet Diġitali u l-Impjiegi hija post uniku għaċ-ċittadini biex itejbu l-esperjenzi ta’ tagħlim tagħhom u biex jiskopru opportunitajiet ġodda. ”

Il-pjattaforma nħolqot biex tiġbor flimkien l-isforzi Ewropej u nazzjonali. Ħafna drabi l-viżjonijiet ma jimmaterjalizzawx minħabba nuqqas ta’ kollaborazzjoni. Il-Pjattaforma għandha l-għan li tbiddel dan.

L-eSkills Malta Foundation tixtieq tistiednek tingħaqad ma’ din il-komunità li dejjem qed tespandi, biex tibda tesplora din il-pjattaforma li hija d-dar ta’ informazzjoni dwar il-ħiliet diġitali madwar l-Ewropa u l-qalba tal-Komunità ta’ Ħiliet u Impjiegi Diġitali.

Żur, irreġistra u agħmel share tal-pjattaforma https://digitalskills-jobs.europa.eu/en

Il-Pjattaforma tal-Ħiliet u l-Impjiegi Diġitali hija ffinanzjata mill-European Commission’s Connecting Europe Facility. Dan l-artiklu tħejja billi nġabru diversi sorsi online disponibbli pubblikament.

39 AVVIŻ BI ĦLAS
Artiklu minn ESKILLS MALTA FOUNDATION
IL-ĦOLMA OLIMPIKA 40
minn
IKKRITIKAT LILL-KOWĊIS TAGĦHA MHUX BISS GĦAX M’GĦADDIETX MILL-100 METRU, IMMA GĦAX RIDUHA TIKKOMPETI F’TELLIEQA LI MA TĦARRĠITX GĦALIHA U LANQAS KIENET IPPREPARATA.
Chris Falzon
Krystsina Tsymanouskaya

L-

Olimpjadi huma msejsa fuq il-ħolm. Numru kbir ta’ snin fejn atleta jorqod u jqum jaħseb li xi darba, f’xi edizzjoni, jirnexxilu jitla’ fuq il-podju u filwaqt li jbaxxi rasu, tiżżerżaqlu dik iż-żigarella m’għonqu b’midalja talbronż, tal-fidda jew tad-deheb. Ħolm ta’ stadium sħiħ mimli nies jgħajtu ismu, l-adrenalina li jħoss hekk kif jersaq viċin li jilħaq it-tragward tiegħu, u l-emozzjoni jekk jikser xi rekord, kemm personali, staġjonali, olimpiku jew dinji.

Imma dil-ħolma għall-atleti xi tfisser? X’inhu l-prezz tagħha?

Sabiex atleta jasal sal-Olimpjadi jrid jinvesti f’sigħat twal ta’ taħriġ; probabbli jħalli jgħaddu opportunitajiet li jinqalgħu sabiex jibqa’ jsegwi l-ħolma olimpika. Mhux sorpriża li anke xi relazzjoni jkollha titwaqqaf minħabba l-impenn f’ħolma li forsi xi darba ssir realtà. L-Olimpjadi nfushom huma biss ir-riżultat ta’ ħidma sħiħa, ta’ tiġbid ta’ limiti, ta’ mumenti sbieħ u oħrajn inqas sbieħ. L-esperjenza fl-Olimpjadi tkun biss għal ftit taljiem, imma għall-atleta li jkun wasal s’hemm ifisser li jkun wasal kważi fil-quċċata.

Mal-Logħob Olimpiku tiġi l-aspettattiva, u jekk f’edizzjoni partikolari atleta jkun impressjona, il-pubbliku jistenna li fil-kompetizzjoni ta’ wara ser jerġa’ jagħmel l-istess. Ejja nieħdu l-każ tal-isprinter Taljan Lamont Marcell Jacobs. Dan l-isprinter rebaħ il-100 metru f’ħin ta’ 9.80 sekondi, rekord Ewropew. Għaldaqstant, filwaqt li kulħadd baqa’ impressjonat bil-ġirja

li għamel, fil-kompetizzjoni li jmissu jieħu sehem kulħadd ser jippretendi li jagħmel ħin simili, sakemm ma jkunx hemm l-aspettattiva li jtejbu xi ftit ukoll.

Hemm atleti li jgħidu li għalihom l-isport kien isbaħ meta ħadd ma kien jaf bihom. Fl-aħħar ġimgħat u xhur bdejna naraw sportivi jilmentaw minn stress mentali, minn għeja psikoloġika minħabba li kulħadd jistenna aktar minnhom.

Il-Ġappuniża Naomi Osaka kienet fuq quddiem meta qabel l-Open ta’ Franza għamlitha ċara li ma kenitx ser tagħti intervisti lill-ġurnalisti wara l-logħob tagħha. Mill-ewwel waslet it-theddida mill-organizzaturi talOpen, li tennista ma setgħetx tirrifjuta li tmur għal konferenza tal-aħbarijiet wara logħba, u jekk tagħmel dan taqla’ multa. Osaka għaddiet mill-ewwel rawnd, m’attendietx għall-konferenza u dabbret multa ta’ $15,000. Dan wassalha sabiex ftit sigħat wara tirtira mill-Open ta’ Franza fuq il-premessa li mentalment ma kenitx b’saħħitha biżżejjed.

Tennista ieħor li fl-aħħar ġimgħat tkellem dwar is-saħħa mentali kien Novak Djokovic. Is-Serb kien qed jittama li jirbaħ il-midalja tad-deheb fl-Olimpjadi ta’ Tokjo u b’hekk jirbaħ il-Golden Slam, li jfisser li f’sena waħda jirbaħ l-erba’ Grand Slams u d-deheb fl-Olimpjadi. Wara r-rebħ tal-Open tal-Awstralja, ir-Roland Garros u Wimbeldon, kulħadd stenna li Djokovic jirbaħ id-deheb f’Tokjo imma wara li tilef is-semifinali, saħansitra rtira mil-logħba għall-midalja talbronż.

41

Kien hemm ukoll il-każ tal-ġinnasta Amerikana Simone Biles li ma ħassithiex komda tikkompeti f’numru ta’ kompetizzjonijiet, hi li kienet il-ġinnasta li fuqha l-Amerikani kienu qed jittamaw li jżidu n-numru ta’ midalji tad-deheb. Fi kliemha stess, “Is-saħħa mentali hija aqwa mill-isport.”

Filwaqt li min mhux magħruf jixxennaq għal ftit pubbliċità, jittama li xi darba ismu jissemma, mhux l-istess jista’ jingħad għal dawk li f’ħajjithom kellhom is-suċċess. Is-suċċess iġib miegħu l-fama, il-fama ġġib magħha l-attenzjoni, u l-attenzjoni ġġib magħha stress żejjed li mhux bilfors kulħadd ikun jiflaħ għalih.

Diversi drabi naraw is-suċċess t’atleti żgħar u jingħad li dawn għadhom mingħajr esperjenza. Biss meta jibdew jiksbu l-esperjenza, jibdew jitilfu l-innoċenza. Hemm ekwilibriju li atleta jrid joqgħod attent għalih bejn l-esperjenza, l-innoċenza u l-entużjażmu. Ħafna jistennew li l-atleti, aktar kemm jikbru, aktar iżidu fl-esperjenza. Biss dan jista’ jwassal li minflok l-atleta jitjieb bl-esperjenza, ibati għax jitlef l-innoċenza u l-entużjażmu. Din l-esperjenza għaddejja minnha Simone Biles. F’Tokjo hi stess qalet li ħames snin ilu ma kienet tibża’ minn xejn; meta tikkompeti kienet tinsa kollox u ma tinkwetax. Issa li għandha aktar esperjenza, bdiet dieħla ċerta biża’ li qed iżżommha lura milli tkun fl-aqwa tagħha.

Sta għall-kowċis tal-atleti li jżommulhom dik l-‘innoċenza’ li sfortunatament tgħaddi malajr. Illum, aktar minn qatt qabel, l-internet iggrava kollox. L-identità tal-persuna saret wisq maqbuda f’dak li jgħidu n-nies dwarha u x’jaħsbu fuqha. Li tkun atleta dinji saret aktar iebsa minn qatt qabel. Apparti li tkun l-aqwa fid-dixxiplina tiegħek, minnek ikunu mistennija affarijiet oħra li mhux bilfors tkun tħarriġt għalihom. Dan seħħ fil-każ ta’ Krystsina Tsimanouskaya, l-atleta mill-Belarus li bħalissa tinsab eżiljata fil-Polonja. Hi kkritikat lill-kowċis tagħha mhux biss għax m’għaddietx mill-100 metru, imma għax riduha tikkompeti f’tellieqa li ma tħarrġitx għaliha u lanqas kienet ippreparata. Minfuq, saħansitra niżżlulha isimha bħala kompetitriċi, u għax m’aċċettatx kienet mibgħuta lura d-dar bl-iskuża li mhijiex fl-aħjar qagħda mentali u emozzjonali. Is-saga li segwiet fil-jiem ta’ wara wriet li mhux l-atleti kollha huma liberi li jgħiduha kif iħossuha, u Tsimanouskaya ma riditx tirritorna fil-Belarus minħabba l-biża’ li jagħmlulha xi ħsara, tant li anke żewġha ħarab millpajjiż.

Għalkemm l-Olimpjadi huma l-ħolma ta’ ħafna sportivi, u għalkemm jistgħu jġibu ferħ kbir permezz tar-rebħ tal-midalji, jistgħu wkoll iġibu dik il-linja rqiqa ta’ dwejjaq. U filwaqt li għal ħafna dawn l-Olimpjadi servew biex il-ħolma li kellhom issir realtà, u saħansitra rebħu midalja jew oħra, għal oħrajn l-effett tal-ħolma jista’ jinħass bla tmiem.

42
FILWAQT LI MIN MHUX MAGĦRUF JIXXENNAQ GĦAL FTIT PUBBLIĊITÀ, JITTAMA LI XI DARBA ISMU JISSEMMA, MHUX L-ISTESS JISTA’ JINGĦAD GĦAL DAWK LI F’ĦAJJITHOM KELLHOM IS-SUĊĊESS. IS-SUĊĊESS IĠIB MIEGĦU L-FAMA, IL-FAMA ĠĠIB MAGĦHA L-ATTENZJONI, U L-ATTENZJONI ĠĠIB MAGĦHA STRESS ŻEJJED LI MHUX BILFORS KULĦADD IKUN JIFLAĦ GĦALIH.
Novak Djokovic Simone
Biles

Il-ġlieda kontra l-kanċer prijorità għall-Presidenza tal-Unjoni Ewropea

Kwart tal-każijiet kollha ta’ kanċer rappurtati madwar iddinja jseħħu fl-Ewropa. F’dan il-kuntest, is-Slovenja poġġiet ilġlieda kontra din il-marda fuq quddiem nett tal-prijoritajiet talPresidenza tagħha. Il-Parlament Ewropew ilu jappella għal aktar riżorsi għal din il-ġlieda importanti għal tant familji Ewropej. L-MEP Grieg Loucas Fourlas tal-PPE sostna li għandu jkun hemm aktar ugwaljanza f’dan il-qasam.

“Jekk irridu negħlbu l-inugwaljanzi fil-ġlieda kontra l-kanċer, irridu naraw li l-familji li għandhom tfal li qed isofru minn din il-marda jkollhom ir-riżorsi finanzjarji biex jingħataw aċċess għall-aqwa kura possibbli,” sostna Loucas. Fil-preżent, il-Kumitat Ewroparlamentari dwar il-Kanċer qed jaħdem fuq rapport li se jkun il-kontribuzzjoni tal-istess istituzzjoni għall-Beating Cancer Plan tal-Unjoni Ewropea. L-għan ta’ dan il-pjan huwa li l-Unjoni tieħu rwol aktar attiv f’dan il-qasam tant delikat.

Għalkemm ir-responsabbiltà għas-saħħa taċ-ċittadini hija u se tibqa’ tal-Istati Membri, l-Unjoni Ewropea, permezz ta’ dan il-pjan, trid li jkollha rwol aktar b’saħħtu f’azzjonijiet li jagħtu sapport, jikkordinaw u jżidu mal-azzjonijiet tal-Istati Membri. Dan il-pjan se jgħin f’kull stadju tal-marda: il-prevenzjoni, l-għarfien bikri, id-dijanjożi u l-kura. It-temi ewlenin ta’ dan ilpjan huma r-riċerka, l-innovazzjoni, il-mediċina personalizzata, u l-azzjoni biex titnaqqas l-inugwaljanza madwar l-Unjoni Ewropea. Matul is-snin li ġejjin, l-Unjoni Ewropea, fil-kuntest ta’ dan il-pjan, mistennija tniedi mat-32 azzjoni, taħt 10 inizjattivi prinċipali, flimkien ma’ indikaturi li juru xi progress ikun qed isir fuq kull aspett.

B’baġit ta’ €4 biljun, il-pjan ser juża numru ta’ fondi differenti tal-UE. Dan jinkludi l-EU4Health Programme, Horizon Europe u d-Digital Europe Programme. Bosta gvernijiet diġà esprimew pubblikament l-appoġġ tagħhom għal dan il-pjan, fejn sostnew li l-għanijiet tiegħu jirriflettu mill-qrib il-prijoritajiet nazzjonali.

Il-Kummissarju Ewropew għas-Saħħa u s-Sigurtà tal-Ikel, Stella Kyriakides, qalet li l-Parlament u l-kumitat speċjali se jkollhom rwol importanti fit-tfassil ta’ dan il-pjan. S’issa, tressaq abbozz tal-istess rapport li jiffoka fuq aċċess ugwali għall-kura kontra l-kanċer, il-ħolqien ta’ suq Ewropew tal-mediċini, tisħiħ tal-iskrining kontra din il-marda, rispons akar effiċjenti meta tiġi identifikata din il-marda fuq persuna, appoġġ aktar b’saħħtu għall-vittmi u l-familjari tagħhom u t-twaqqif ta’ Istitut Ewropew li jiffoka fuq din il-marda qalila. Filwaqt li diġà ġie ċirkolat abbozz ta’ dan ir-rapport fil-ġimgħat li għaddew, bl-għan li l-Membri jkunu jistgħu jressqu l-emendi tagħhom, vot finali fi ħdan ilKumitat Parlamentari hu mistenni sal-aħħar tas-sena.

Dan l-artiklu jifforma parti minn sensiela jisimha ‘Ewropej’. Din parti minn inizjattiva ta’ tliet organizzazzjonijiet talaħbarijiet, iffinanzjata mill-Parlament Ewropew biex iqarreb iċ-ċittadini Maltin max-xogħol tal-PE u jżommhom infurmati fuq is-suġġetti li jmissulhom il-ħajja ta’ kuljum. Dawn l-artikli jirriflettu l-veduti tal-awtur. Il-Parlament Ewropew mhuwiex responsabbli għall-użu li jista’ jsir mill-informazzjoni hawn provduta.

43 AVVIŻ BI ĦLAS

Żur era.org.mt għal aktar informazzjoni fuq x’qed ikun propost u biex tagħti l-opinjoni tiegħek.

miftuħa sal-5 ta' Settembru 2021 Żoni Marittimi Protetti Konsultazzjoni Pubblika fuq il-miżuri ta' konservazzjoni

It-teknoloġiji diġitali jistgħu jgħinuna nirkupraw mill-pandemija u nagħmlu l-Ewropa aktar reżiljenti. Irreġistra fil-Pjattaforma tal-Ħiliet Diġitali u l-Impjiegi u għamel l-aħjar użu mittrasformazzjoni diġitali.

9 minn 10

l-impjiegi se jeħtieġu ħiliet diġitali

54%

ta’ SMEs li jirreklutaw esperti diġitali jesperjenzaw diffikultajiet biex jimlew l-postijiet vakanti

Id-Dar tal-Ħiliet Diġitali fl-Ewropa

Il-Pjattaforma toffri: Il-Pjattaforma ta’ Ħiliet u Impjiegi Diġitali, flimkien mal-Digital Europe Programme u d-Digital Skills and Jobs Coalition, trawwem għarfien Ewropew fit-teknoloġiji diġitali.

42%

ta‘ Ewropej m’għandhomx ħiliet diġitali bażiċi

www.digitalskillsjobs.eu u ħafna aktar Taħriġ u opportunitajiet ta’ finanzjament Aħbarijiet, drawwiet u avvenimenti Azzjonijiet Nazzjonali u tal-UE Informazzjoni u għarfien Prattiki tajbin u riżorsi
attiva
Trid ittejjeb il-ħiliet diġitali tiegħek?
Komunità

Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.