Ekonomija bi Prospettiva

Page 1

Din il-pubblikazzjoni qiegħda titwassal lilkom bix-xewqat tajba tal-Fond Soċjali u tal-Iżvilupp Nazzjonali (NDSF)

National Development and Social Fund 46, West Street, Valletta National Development and Social Fund | Orange Grove, Birbal Street, Balzan

www.ndsf.com.mt


A better quality of lifeA A better A better quality quality of life of life


3

31ta’ April 2020

Inħarsu ‘l quddiem b’determinazzjoni ħalli nerġgħu nirnexxu flimkien Wara xahrejn u aktar ta’ taqtigħ il-qalb, fejn id-dinja kollha kienet maħsuda b’din il-pandemija tal-COVID-19, issa jidher li nistgħu nonfħu nifs kbir ‘il barra u nibdew inħarsu ‘l quddiem biex nerġgħu ndawru r-rota ekonomika ta’ pajjiżna. Dan ma jfissirx li nistgħu ngħidu li l-pandemija għaddiet. Anzi rridu nkunu kawti ħafna u noqogħdu attenti li ma ninħakmux mittieni mewġa għax inkella din tagħmlilna aktar ħsara minn ta’ qabilha. Iżda min-naħa l-oħra nistgħu nerġgħu nibdew ngħixu, filwaqt li nosservaw il-protokolli u d-direzzjonijiet li qegħdin jingħatawlna mill-awtoritajiet tas-saħħa.

Publikazzjoni ta’: Union Print Co. Ltd Worker’s Memorial Building, South Street, Valletta Disinn: Robert Caruana design@unionprint.com.mt Avviżi: Tel: 2590 0200 adverts@unionprint.com.mt

Minkejja dak kollu li għaddejjin minnu, jidher li pajjiżna qiegħed fi stat ekonomiku tajjeb u t-tħassib ta’ bħalissa jdur aktar mal-bżonn li nerġgħu nibdew inħaddmu l-ekonomija billi ngħinu lin-negozji. Il-Prim Ministru Robert Abela nnifsu jistqarr fl-intervista tiegħu magħna, li l-pajjiż qiegħed f’sitwazzjoni li bħal donnha karozza, li ma tistax titħalla għal tul ta’ żmien wieqfa, għax inkella ma terġax taħdem. Għaldaqstant, il-bżonn ta’ bħalissa hu li l-poplu tagħna jingħata l-għajnuna ħalli jkun jista’ jieħu dik l-ispinta u l-imbottatura li għandu tant bżonn biex jerġa’ jrabbi l-kunfidenza u jibda jonfoq u

jdawwar ir-rota ekonomika. B’dan il-mod, inkunu nistgħu nibdew nersqu bil-mod lejn din in-normalità ġdida, li għandha twassalna biex anke nieħdu direzzjonijiet ġodda li forsi għal tul ta’ żmien ma ħadnihomx. Fil-fatt, jidher li f’dawn iċċirkostanzi se nkunu qegħdin inpoġġu l-ambjent fiċ-ċentru tal-ekonomija tagħna, mingħajr ma nagħmlulu aktar ħsara filproċess. Din żgur li hi xi ħaġa li ħafna kienu ilhom is-snin jitkarrbu għaliha u naħseb li issa hu l-mument opportun li nitgħallmu l-lezzjonijiet u naħdmu b’mod aktar intelliġenti. Fuq kollox, naraw kemm se jkun importanti li bħala poplu wieħed determinat nerġgħu nħarsu ‘l quddiem b’pożittività, filwaqt li nkunu dejjem aktar innovattivi fil-ħsibijiet tagħna. Jekk xejn, dan iż-żmien wera li dawk li kienu kapaċi jaddattaw għassitwazzjoni, kienu dawk li marru l-aħjar. Għalhekk b’kuraġġ u determinazzjoni ejja nimxu ‘l quddiem u filwaqt li nosservaw l-istruzzjonijiet mogħtija millawtoritajiet tas-saħħa naħdmu biex pajjiżna jerġa’ jkun dak li nafuh. Saħħiet, Melvin Farrugia L-Editur


4

L-għajnuna mill-Gvern issa se tiffoka biex jerġa’ jibda jirranka l-konsum ROBERT ABELA Il-Prim Ministru ta’ Malta

Il-Prim Ministru Robert Abela qal li filwaqt li l-ewwel miżuri ta’ għajnuna kienu intenzjonati biex isalvaw l-impjiegi u jgħinu lin-negozji, issa l-miżuri li se jittieħdu se jenfasizzaw aktar fuq li jerġa’ jibda jirranka l-konsum.


5


6

F’intervista esklussiva ma’ IT-TORĊA, il-Prim Ministru spjega kif l-għan tal-ewwel miżuri ta’ għajnuna kienu li jsalvaw l-impjiegi, fejn ġie sostnut id-dħul ta’ aktar minn 100,000 ħaddiem. Semma kif barra dawk li baqgħu jirrapportaw għax-xogħol, ingħata wkoll sostenn lill-persuni b’diżabilità, lill-ġenituri u lill-persuni vulnerabbli li f’din is-sitwazzjoni qed jibqgħu d-dar. Semma wkoll kif fl-istess ħin ingħatat likwidità lil eluf ta’ negozji billi l-Gvern mhux jiġbor taxxi, organizza li l-banek jagħtu moratorju fuq djun eżistenti u joħorġu djun ġodda prattikament mingħajr imgħax. Spjega kif dan kien bżonnjuż ħalli nkunu f’pożizzjoni li wara li tiġi kkontrollata l-imxija, inkunu nistgħu ntellqu fl-ekonomija. Min-naħa l-oħra, il-Prim Ministru qal li issa filwaqt li nżommu s-sostenn irridu nibdew nibdlu l-enfasi għal għajnuna biex jerġa’ jibda jirranka l-konsum. Qal li jekk il-flus li investejna fil-ħaddiema u finnegozji tagħna se jibqgħu reqdin, allura ma jkunx faċli li noħorġu minn ċirku vizzjuż fejn ikollna bżonn inkomplu nagħtu sostenn ġdid kull xahar. Minflok qal li jekk il-ħaddiema u n-negozji jibdew jonfqu, terġa’ titlaq l-ekonomija u bil-mod il-mod is-sostenn li ngħata fl-aħħar xhur ma jibqax ikun hemm bżonnu. GVERN LI SE JGĦIN FL-ISTADJI KOLLHA Mistoqsi dwar x’miżuri mistennija jittieħdu, Robert Abela qal li bħalma l-Gvern kien mal-ħaddiema u man-negozji fl-ewwel stadju ta’ din l-isfida bla preċedent, hekk se jkun hemm għall-istadji kollha sakemm nerġgħu nsiru l-ekonomija Ewropea blogħla tkabbir. Spjega li l-Gvern qiegħed jikkonsulta mal-isħab soċjali b’mod kontinwu, fejn fl-aħħar ġimgħat kompla jniedi skemi ġodda – fosthom għajnuna

fuq kirjiet għall-industrija u għal kumpaniji li jibdew jipproduċu prodotti relatati mal-ġlieda kontra l-COVID-19. Tenna li n-natura tal-għajnuna se tinbidel bilmod, skont l-esiġenzi tas-settur u n-negozju partikolari. Qal li għal xi setturi, minflok sussidji għall-pagi se jmorru għal għajnuna biex ikunu koperti spejjeż ġodda u antiki. Għal setturi li għandhom opportunitajiet ġodda, qal li l-enfasi se tkun fuq għajnuna biex dawn jinvestu u jkollhom ħaddiema mħarrġa. Fuq kollox, il-Prim Ministru qal li bħalma sar fl-2013 meta l-familji u n-negozji riedu nifs ħalli jitilqu jiġru, hekk se jerġa’ jsir issa u dan b’saħħa akbar minn dakinhar, għax il-Gvern mexxa bil-galbu u għandu spazju fiskali - il-famuż warchest - li se jinvesti flekonomija ta’ pajjiżna. Mistoqsi dwar kemm se jkun possibbli li l-Gvern jibqa’ jgħin, Abela qal li dan hu l-aktar Gvern flistorja ta’ pajjiżna b’sitwazzjoni finanzjarja tajba. Qal li rnexxielna nnaqqsu l-piż tad-dejn nazzjonali bin-nofs għall-inqas rata f’ġenerazzjoni. Semma li ġew imfaddlin mijiet ta’ miljuni f’fond għalliżvilupp nazzjonali u soċjali u barra hekk, peress li rdoppjajna l-ekonomija, il-familji u n-negozji għandhom livell ta’ tifdil rekord, l-ekwivalenti ta’ aktar minn sena u nofs ġid nazzjonali. “EBDA SFIDA TA’ LIKWIDITÀ… IMMA MA RRIDUX NIBQGĦU WEQFIN” Spjega kif fl-aħħar xhur dan wassal biex kull meta l-Gvern kellu bżonn jissellef, sab domanda għallistokks tal-Gvern ferm ogħla milli kellna bżonn. Għalhekk qal li l-isfida li qed niffaċċjaw f’pajjiżna mhijiex ta’ likwidità. Qal li għandna r-riżorsi biex ngħinu iżda sostna li ma nistgħux nibqgħu weqfin.


7

Qabbel dan ma’ karozza u qal li din tista’ tħalliha wieqfa għal ftit, imma jekk ma tiħux ħsieb li tużaha malajr, imbagħad issib li din ma tibqax taħdem. Qal li l-istess l-ekonomija, jekk il-ħaddiema jibqgħu weqfin ħafna se jitilfu l-ħiliet. Bl-istess mod, jekk l-edukazzjoni u t-taħriġ jibqa’ wieqaf, fil-futur se jkollna ġenerazzjoni li se tbati. Kompla jispjega li ngħixu f’dinja kompetittiva u jekk aħna nibqgħu wieqfa u magħluqin, filwaqt li ħaddieħor ikun miftuħ, allura se nitilfu x-xogħol u nitilfu l-kompetittività. Saħaq li mhux talli ma nattirawx investiment dirett ġdid, talli dak li għandna jiġi f’riskju. Għalhekk qal li rridu nifhmu li l-aqwa għajnuna hi li ndaħħlu idejna fil-but, min jista’, u nonfqu fuq prodotti u servizzi, speċjalment dawk Maltin u Għawdxin. Qal li l-ekonomija tgħallimna li kull ewro li tonfoq bil-galbu, dan se jiġi lura għandek għax lil min tħallas hu stess jonfoq u dak l-infiq jiffinanzja d-dħul tiegħek mill-ġdid. Min-naħa l-oħra, hu qal li jekk kulħadd irekken ilflus, kulħadd jispiċċa fejn hu għax il-flus tiegħu ma jikbrux. NASPIRAW LI NKUNU L-AKTAR GVERN DIĠITALI FID-DINJA Mistoqsi dwar liema huma dawk is-setturi li rridu ninvestu fihom, il-Prim Ministru qal li fl-aħħar snin l-ekonomija tagħna spikkat fis-servizzi diġitali. Semma kif ħafna minn dawn, fosthom l-igaming, baqgħu għaddejjin, jekk mhux anke kibru minkejja l-pandemija. Għalhekk qal li hu importanti li nkomplu nsostnu dan l-iżvilupp u nsiru ekonomija diġitali. Minbarra l-element qawwi ta’ innovazzjoni li din tinvolvi, semma wkoll li din toffri flessibilità akbar għażżgħażagħ tagħna. Fl-istess ħin, qal ukoll li ekonomija diġitali hi waħda favur l-ambjent, fejn

ma jkollniex bżonn ħafna riżorsi għax hi ekonomija ta’ valur miżjud qawwi. F’dan ir-rigward, Abela qal li hu jemmen li l-Gvern se jkun kruċjali f’din it-trasformazzjoni. Qal li l-viżjoni tiegħu hi li nkunu l-aktar Gvern diġitali fid-dinja, b’qalba minn sistemi tas-snin disgħin għall-aktar sistemi moderni preżenti. Barra minn hekk, qal li hu jemmen b’konvinzjoni li ma hemmx konflitt bejn l-ekonomija u l-ambjent. Saħaq li l-ħarsien tal-ambjent hu l-akbar opportunità ekonomika ta’ din il-ġenerazzjoni, fejn nadottaw sistemi ta’ enerġija alternattiva; nużaw aħjar irriżorsi - sa anke dak li llum insejħulu skart; u nibnu sistemi ta’ trasport sostennibli. Qal li dawn kollha huma setturi li jistgħu joħolqu ġid ekonomiku kbir, minbarra ambjent aħjar. Il-Prim Ministru qal li fiż-żewġ każi, l-ekonomija diġitali u l-ekonomija l-ħadra, il-pandemija wriet kemm hu importanti li naħdmu b’aktar ħeġġa f’dan ir-rigward. Qal li hu jemmen ukoll li l-isfida ekonomika tal-COVID-19 uriet kemm hu bżonnjuż li jkollna ekonomija diversifikata u għalhekk qal li għandna bżonn inkomplu nkunu innovattivi u nfittxu investiment dirett ġdid. Fl-istess ħin, qal li hu jaħseb li l-pandemija wriet kemm hu sors qawwi ta’ stabilità s-settur talmanifattura. Għalhekk qal li hu ta’ prijorità għal dan il-Gvern li l-qasam industrijali jissaħħaħ u jiġu attirati aktar żgħażagħ lejn il-fabbriki tagħna – li llum saru l-ekwivalenti ta’ laboratorji avvanzati u fejn wieħed isib impjiegi ta’ kwalità. EBDA TRADE-OFF BEJN IS-SAĦĦA U L-EKONOMIJA Mistoqsi dwar kif se jkomplu jiġu rilaxxati aktar miżuri bl-aktar mod kawt, il-Prim Ministru qal


8

li ħadd fil-Gvern ma jemmen li hemm xi tradeoff bejn is-saħħa u l-ekonomija. Qal li fir-realtà dawn huma l-istess ħaġa u għalhekk dawk li qed jipprovaw joħolqu din id-distinzjoni mhumiex ikunu razzjonali. Spjega kif meta l-Ġreċja kellha riċessjoni qawwija, l-aktar li batiet kienet is-saħħa. Semma li fi ftit snin l-ispiża fuq is-saħħa naqset b’40% u l-healthy life expectancy naqset minn 67 għal 64. Għalhekk qal li jekk l-ekonomija tieqaf, is-saħħa tieqaf magħha u vice versa. Għaldaqstant, Abela qal li d-deċiżjonijiet fuq issaħħa u fuq l-ekonomija qegħdin jittieħdu fi ħdan strateġija waħda – dik li nerġgħu nġibu lil pajjiżna f’normalità ġdida. Saħaq li dan hu Gvern li emmen fl-ekonomija, u għax kellna suċċess qal li stajna nirdoppjaw l-ispiża fuq is-saħħa. Sostna li kien għalhekk li kellna suċċess fil-ġlieda kontra l-COVID-19 u għalhekk li aħna l-pajjiż flEwropa bl-inqas perċentwal ta’ dawk li mietu jew baqgħu f’qagħda serja wara li qabdithom ilCoronavirus. Abela qal li maħniex se nitilfu dan ittitlu u se nkunu suċċess kemm fl-ekonomija kif ukoll fis-saħħa. IL-KWISTJONI DWAR IL-FTUĦ TAL-AJRUPORT IT-TORĊA staqsiet ukoll dwar il-kwistjoni li qiegħda tissemma dwar il-ftuħ tal-ajruport. Il-Prim Ministru qal li dejjem qal li biex inkunu nistgħu niftħu l-ajurport u l-portijiet tagħna, allura rridu nkunu kapaċi nibqgħu nħarsu s-saħħa kemm tal-poplu tagħna kif ukoll ta’ min iżurna. Sostna li l-Gvern wera galbu kull meta ħabbar restrizzjonijiet u se jagħmel l-istess meta se jiftaħ. Madankollu, hu qal li din hi deċiżjoni li ma tistax

tibqa’ tiġi posposta indefinittivament u lanqas ma nistgħu nkaxkru saqajna żżejjed. Qal li nkella nissugraw li nitilfu għal dejjem niċeċ ta’ turiżmu anke fil-kuntest li pajjiżi oħra qegħdin jiftħu l-ajruporti tagħhom għat-turiżmu. Fakkar li t-turiżmu minn dejjem kien, għadu u jrid jibqa’ pedina kruċjali fl-ekonomija tagħna. Anke fir-rigward tal-ftuħ tal-fruntieri, li tenna li hi deċiżjoni li ma tistax tiġi posposta fit-tul, qal li se jkun hemm bżonn protokolli ġodda. Spjega li l-istess bħalma li tmur f’ristorant issa hu ftit differenti minn kif kont tmur tliet xhur ilu, anke jekk għal perjodu tranżitorju, hekk ukoll se tkun l-esperjenza tal-ivvjaġġar. BŻONN LI NIBQGĦU MAGĦQUDIN GĦAL GĦAN WIEĦED Il-Prim Ministru qal li minn dan kollu joħroġ il-bżonn li nibqgħu magħqudin flimkien bħalma konna waqt din l-isfida. Sostna li dan jista’ jkun l-akbar legat ta’ dan iż-żmien u qal li kien ilu ħafna ġenerazzjonijiet li l-poplu tagħna ngħaqad flimkien għal għan wieħed, forsi minn meta konna ddeċidejna li nsiru Repubblika b’rajna f’idejna. Abela qal li l-għaqda ma tfissirx li ma jkunx hawn dibattitu jew nuqqas ta’ qbil dwar deċizjonijiet partikolari. Qal li l-għaqda tfisser li nifhmu li l-aħna hu akbar mill-jiena, li nfittxu l-ġid ta’ pajjiżna qabel ma nfittxu dak tagħna personali. Semma kif fl-eqqel tal-pandemija rnexxielna nwettqu Patt Soċjali Ġdid u għalhekk staqsa x’nistgħu nagħmlu lkoll flimkien la jgħaddi dan iż-żmien. Minbarra l-għaqda, Abela qal li punti importanti oħra huma li nitgħallmu nżommu dak li ħareġ tajjeb mill-pandemija. Fost l-oħrajn, semma kif għal ħafna li kienu għaddejjin bla


9

waqfien għal ħafna snin, kellhom ċans jieqfu u jirriflettu kif jistgħu jtejbu l-ħajja u n-negozju tagħhom. Importanti wkoll, qal li rridu nifhmu li ma hemmx bżonn nibqgħu daqshekk marbutin malmodi tradizzjonali ta’ kif naħdmu u noperaw. Firrealtà qal li bi ftit ħsieb nistgħu nnaqqsu l-impatt ambjentali tagħna.

se tkun li l-Gvern ikompli jirrekluta professjonisti fil-qasam. Semma kif pajjiżna kien l-aktar li żied ilproporzjon ta’ infermiera minn fost il-pajjiżi kollha tal-UE fl-aħħar snin u qal li dan se jkompli.

PAJJIŻNA QED JIPPARTEĊIPA FIR-RIĊERKA GĦALL-VAĊĊIN

Qal ukoll li l-Gvern se jagħmel minn kollox biex aktar żgħażagħ tagħna jersqu lejn is-settur tassaħħa, fejn qal li t-tfal tagħna jitrawmu jħarsu b’ammirazzjoni lejn il-vokazzjoni medika u nkomplu nkunu nazzjon bi tradizzjoni medika ta’ suċċess.

Finalment, staqsejna wkoll dwar il-fatt li biex neħilsu minn dan il-virus hemm bżonn li nsibu l-vaċċin u x’qed isir minn pajjiżna f’dan ir-rigward. Abela qal li pajjiżna qed jaħdem fi ħdan l-Unjoni Ewropea biex inkunu parteċipi fir-riċerka għallvaċċin. Qal li dan jagħmilna parti mill-akbar komunità xjentifika fid-dinja.

It-tieni prijorità qal li se tkun li nagħtu appoġġ lil dawk l-industriji li jinvestu fil-produzzjoni ta’ apparat mediku. Semma kif diġà ġew allokati madwar €11.5 miljun għal dan il-għan u se jkomplu jiġi sostnut dan is-settur bil-qawwi fix-xhur u s-snin li ġejjin. Abela qal li hu jemmen li għandna l-kapaċità li nsiru ċentru ta’ eċċellenza f’dan il-qasam.

Barra hekk, qal li rridu nfakkru r-relazzjoni ferm tajba li għandna ma’ nazzjonijiet oħra barra l-Ewropa, fost l-oħrajn iċ-Ċina, minn fejn qed jirnexxielna nġibu ħafna apparat mediku qabel pajjiżi ferm akbar minnha. Qal ukoll biex ma ninsewx il-kapaċitajiet lokali tagħna. Semma s-settur farmaċewtiku tagħna u diversi fabbriki li jispeċjalizzaw f’apparat mediku, li mhux talli ma naqqsux l-attività talli qed jimpjegaw mijiet aktar u saħansitra qed jesportaw ħafna lejn l-UE u lejn ir-Renju Unit.

It-tielet prijorità qal li se tkun li nwettqu bidla neċessarja fl-operat u fil-ħajja ta’ kuljum, ħalli jonqos ir-riskju ta’ infezzjonijiet. Semma li ddaħħlu protokolli u għandna sistemi ta’ contact tracing tajbin, iżda jemmen li hu possibbli li ntejbu anke aktar, speċjalment permezz ta’ innovazzjonijiet diġitali. Qal li hu jemmen li jeżistu opportunitajiet għal pajjiżna, anke bħala investiment dirett barrani u għalhekk il-Gvern se jkompli jsostni lil dawk in-negozji li qed jibdlu l-operat tagħhom, fost l-oħrajn billi jużaw teleworking u jdaħħlu miżuri oħra li jillimitaw l-imxija.

Fl-istess ħin, Abela qal li l-Gvern Malti hu kommess li jkompli jżid l-ispiża fuq is-saħħa kemm hemm bżonn ħalli jibqa’ jkollna suċċess fil-ġlieda kontra l-pandemija. Dan filwaqt li qal li anke qegħdin nagħtu kontribut finanzjarju biex il-COVID-19 tiġi mirbuħa wkoll fil-pajjiżi inqas sinjuri minnha. Dwar l-investimenti li se jkompli jagħmel fil-qasam tas-saħħa, il-Prim Ministru qal li l-ewwel prijorità

Fuq kollox, Robert Abela qal li għandna nkunu kburin bis-suċċess li kellna f’pajjiżna. Saħaq li rnexxielna nillimitaw għall-minimu dawk li ġew nieqsa waqt li kellhom ukoll il-COVID-19, kif ukoll inżamm fil-minimu n-numru ta’ dawk li kellhom imorru fil-kura intensiva. Qal li wettaqna miraklu mediku u issa wasal iż-żmien li nwettqu miraklu ekonomiku.


10

EDWARD SCICLUNA Ministru għall-Finanzi u s-Servizzi Finanzjarji

Il-Gvern se jippreżenta pakkett għall-irkupru tal-ekonomija fil-jiem li ġejjin

Fil-ġranet li ġejjin, il-Gvern se jkun qed jippreżenta pakkett għall-irkupru tal-ekonomija - Recovery Budget, li jinkludi diversi miżuri ġodda biex jerġa’ jqajjem lill-ekonomija fuq saqajha. Hekk sostna l-Ministru għall-Finanzi u s-Servizzi Finanzjarji, Edward Scicluna li f’intervista ma’ ITTORĊA spjega kif sa mill-bidu ta’ din il-pandemija, il-Gvern intervjena biex jgħin lill-familji, linnegozji u lis-self-employed permezz ta’ wieħed mill-pakketti finanzjarji b’saħħithom u effikaċi li ppreżenta. Sostna li konferma ta’ dan ingħatat millColumbia University ta’ New York li poġġiet lil Malta fil-quċċata fejn tidħol għajnuna mill-Gvernijiet.

Il-Ministru qal li bl-istess mod il-Gvern se jibqa’ kommess li jgħin bis-sħiħ lill-familji u lill-intrapriżi biex nirkupraw minn din il-pandemija u għalhekk qal li fil-ġranet li ġejjin se jiġi ppreżentat pakkett għal irkupru tal-ekonomija – Recovery Budget, li jinkludi diversi miżuri ġodda biex l-ekonomija terġa’ tqum fuq saqajha. NIBNU FUQ IL-PILASTRI TAL-VIŻJONI U R-RIEDA Mistoqsi dwar liema huma l-pilastri ekonomiċi li l-pajjiż għandu jkompli jibni fuqhom biex noħorġu minn din il-pandemija, il-Ministru Scicluna qal li


11

l-ikbar pilastri li bih pajjiżna mhux biss jibqa’ filwiċċ, iżda jibqa’ jtellaq u jibqa’ minn ta’ quddiem huma l-viżjoni u r-rieda. Saħaq li ċ-ċirkostanzi jitolbu ħsieb u għaqal, biex niffaċċjaw ir-riskju b’mod li nimmaniġġjawh favorina. Spjega li hemm tliet triqat kif nistgħu niffaċċjaw dan ir-risku reali lejn is-saħħa u l-ħajja. Qal li nistgħu ningħalqu b’mod assolut f’lockdown mentali u fiżiku, b’tolleranza żero, li sfortunatament joqtolna bil-ġuħ u jmarradna mentalment. Inkella qal li hemm it-triq l-oħra ta’ dak li jaħseb li l-pandemija hi xi ħolma li qomna minnha u jekk tneħħi l-biża’ tista’ tagħmel li trid. Madankollu, qal li t-triq tal-għaqli hi dik li tkun realistà, fejn taf li hemm riskju reali iżda timmaniġġjah bil-galbu u tagħmel l-affarijiet b’mod sigur. Fil-fatt, hu qal li numru ta’ setturi diġà għexu din is-sitwazzjoni. Semma kif setturi ekonomiċi bħall-kostruzzjoni, isservizzi finanzjarji u professjonali u l-manifattura baqgħu għaddejjin u qegħdin ipattu għal dawk is-setturi li l-iktar li ġew impattati bħat-turiżmu. Qal li l-aġilità u l-kompetittività ta’ pajjiżna, biex nidħlu f’dawk is-setturi ġodda, kienet katalista biex l-intrapriżi Maltin ikunu flessibbli u jaddattaw malajr għas-sitwazzjoni l-ġdida li ġabet magħha din il-pandemija. Għalhekk qal li l-Gvern se jkompli jaħdem fuq diversifikazzjoni aktar wiesgħa talekonomija Maltija, filwaqt li jkompli jsaħħaħ issetturi eżistenti. Scicluna qal li pilastru importanti ieħor hu li nkomplu ninvestu u nagħtu r-riżorsi kollha neċessarji lissistemi tas-saħħa tagħna. Saħaq li s-sistema robusta tas-saħħa pubblika li għandna f’pajjiżna kienet strumentali biex nillimitaw it-tixrid tal-virus u nevitaw li mmorru għal lockdown sħiħ. Qal li dan wassal biex ma ssirx ħsara devastanti, bħal dik li ġarrbu wħud mill-pajjiżi ġirien tagħna.

Ma’ dawn semma wkoll ir-rata għolja tat-tfaddil mill-familji Maltin u Għawdxin f’dawn l-aħħar snin, u qal li dan ukoll kien fattur importanti li taffa l-impatt tal-kriżi fuq il-konsum. Għalhekk, Scicluna qal li bħala Gvern se jaħdem biex ikompli jimplimenta aktar miżuri li jħallu aktar flus fil-bwiet tal-familji Maltin u Għawdxin. L-EWWEL MEWĠA XXOKKJAT… IT-TIENI MEWĠA LE Rigward is-sitwazzjoni li kellna niffaċċjaw, ilMinistru Scicluna qal li l-ikrah tal-ewwel mewġa kien li ħadd ma ħolomha, ġiet ħesrem, ma kellna ebda tagħrif ta’ xejn dwar il-virus u lanqas dwar kif l-awtoritajiet tas-saħħa kellhom jaħdmu. Sostna li kulħadd kien taħt xokk. Min-naħa l-oħra, hu qal li t-tieni mewġa ma tbatix minn dawn il-fatturi. Spjega li issa għandna aktar tagħrif kemm dwar il-virus, dwar il-mod kif l-isptarijiet għandhom jimxu u anke l-protokolli għal kull min jaħdem fil-kamp tas-saħħa u issa anke għal kull settur ekonomiku. F’dan l-isfond, Scicluna qal li l-Gvern se jkompli jieħu l-passi kollha meħtieġa biex issa li pajjiżna


12

qed jirkupra b’ritmu tajjeb, ma jispiċċax f’riskju li jgħaddi mit-tieni mewġa. Sostna li dan ifisser li l-Gvern se jkompli jikkomunika b’mod regolari mal-pubbliku u jipprovdi kontinwament, bħalma diġà qed isir, il-linji gwida, il-protokolli u r-regoli li l-operaturi ekonomiċi jridu jimxu magħhom biex tiġi ssalvagwardjata s-saħħa pubblika. Il-Ministru qal li l-Gvern fiduċjuż li l-poplu Malti u Għawdxi se jibqa’ jsegwi dawn il-protokolli u jibqa’ jagħti prijorità lis-saħħa. INKOMPLU BL-ISTRATEĠIJA TA’ ‘MAKING WORK PAY’ Mal-Ministru Edward Scicluna tkellimna wkoll dwar it-triq ‘il quddiem u jekk hux se nkomplu blistrateġija fejn il-Gvern inaqqas it-taxxi ħalli n-nies ikollhom il-flus x’jonfqu. Spjegalna li l-istrateġija ta’ making work pay hi relevanti ħafna llum għax tinċentiva lil kull min irid jerġa’ jistartja n-negozju u jrid min jagħmillu l-kuraġġ. Qal ukoll li jekk inkomplu b’din l-istrateġija b’mod prudenti, li jintefqu flus f’miżuri li jrendu lura għallpajjiż, bħalma huma ċ-ċentri ta’ childcare b’xejn, it-tapering tal-benefiċċji u l-iskema tal-inwork benefit fost oħrajn, li jgħinuna nqumu fuq saqajna biex inkomplu t-triq li qbadna, allura l-Gvern jibqa’ f’pożizzjoni li ma jkollux għalxiex iżid piżijiet żejda fuq il-familji u l-ħaddiema. F’dan ir-rigward, staqsejna wkoll jekk il-Gvern hux se jibqa’ jagħti aktar għajnunjiet. Il-Ministru qal li s-surpluses annwali konsekuttivi li għamel il-Gvern, flimkien mal-flus imġemmgħin missistema tal-IIP, kif ukoll it-tnaqqis fid-dejn, ippermettew li l-Gvern ikun f’pożizzjoni li jgħin lillfamilji u lin-negozji f’dawn l-aħħar xhur.


13

Sostna li l-pjan tal-Gvern hu li jkompli jagħmel dan, iżda sostna li l-Gvern ma jista’ qatt jissostitwixxi lillprivat, li hu l-magna tal-ekonomija. Għaldaqstant, hu qal li s-settur privat irid jaddatta għal din irrealtà ġdida, kif diġà qed isir biex jikkontribwixxi l-parti tiegħu, filwaqt li l-Gvern se jkompli jkun ta’ spalla u jintervjeni fejn hemm bżonn. “SE NIRKUPRAW AKTAR MALAJR MINN PAJJIŻI OĦRA” Mistoqsi dwar jekk hux se jkun faċli li nirkupraw malajr ekonomikament minħabba l-għajnuniet li ngħataw, il-Ministru qal li l-fatt li bħala pajjiż tlaqna minn punt ta’ tluq b’saħħtu, kemm mil-lat ekonomiku, kif ukoll mil-lat ta’ finanzi publiċi, se jgħinna biex nirkupraw relattivament aktar malajr minn pajjiżi oħra. Semma kif l-ewwel ħareġ ir-rapport tal-Fond Monetarju Internazzjonali (IMF) li qed ibassar li Malta tirreġistra l-inqas tkabbir ekonomiku negattiv minn fost il-pajjiżi kollha. Qal li mbagħad segwa warajh ir-rapport tal-Kummissjoni Ewropea (KE), li qed tistenna li t-tkabbir ekonomiku f’Malta fl-2021 ipatti b’iżjed mid-daqqa ekonomika li pajjiżna mistenni jieħu din is-sena. Barra minn hekk, qal li diversi aġenziji tal-kreditu saħqu wkoll li Malta qiegħda f’pożizzjoni relattivament aħjar minn pajjiżi oħra biex terġa’ lura fuq saqajha u tirkupra t-telf.

bilgħaqal u rnexxielu jġemma’ u jġemma’ sew biex b’hekk jinsab f’sitwazzjoni aħjar minn pajjiżi oħra f’dan il-perjodu. Spjega li t-tfaddil qed iservi ta’ ossiġnu għall-intrapriżi u għall-familji f’dan iżżmien diffiċli.

STRATEĠIJA GĦAQLIJA LI FADDALNA

Għalhekk qal li jeħtieġ li l-Gvern jibqa’ jkun responsabbli u jassigura li filwaqt li jipprovdi l-għajnuna finanzjarja meħtieġa, ma jitlifx il-kontroll fuq id-dejn nazzjonali, għax dan jiddetermina kemm l-ekonomija tirkupra malajr u kemm tkun ippreparata għal avvenimenti oħra li mhumiex prevedibbli fil-futur.

Fuq kollox, il-Ministru Scicluna qal li kienet għaqlija l-istrateġija adottata mill-Gvern li meta l-ekonomija kienet sejra tajjeb, faddalna ħalli nkunu ppreparati għaż-żminijiet inqas feliċi. Sostna li l-istess sar mis-settur privat, li kien

Biex nibqgħu f’din il-pożizzjoni, il-Ministru qal li hu importanti li nkomplu nippjanaw u naħdmu bilgħaqal kif dejjem għamilna, kemm bħala Gvern u anke bħala pajjiż. Sostna li bħala Gvern, dan ma ħalliex it-tkabbir ekonomiku jitla’ għal rasu.


Bħalissa qegħdin ngħixu fi żmien bla ebda preċedent. Żmien diffiċli, fejn żgur ħadd qatt ma basar li se jkun qiegħed jiċċaħħad mill-aktar affarijiet bażiċi.

Bħala Gvern sa mill-bidu nett ta’ din il-pandemija, konna kommessi li apparti li nipprijoritizzaw issaħħa, fejn tajjeb li ngħid li dan is-settur gawda minn investiment b’saħħtu sabiex nassiguraw l-aqwa servizz possibli, rajna li nindirizzaw ukoll l-aspett ekonomiku u kif ukoll dak soċjali. Kien għalhekk li ħabbarna pakketti finanzjari, li kienu meqjusa fost l-aqwa fid-dinja, sabiex apparti li nipprovdu serħan il-moħħ lil numru kbir ta’ ħaddiema li ġew milquta minn din il-pandemija, nagħtu ukoll asssistenza finanzjarja lin-negozji li l-operat tagħhom waqaf ħesrem. Din il-pandemija urietna kemm bħala pajjiż, l-ekonomija tagħna tiddependi fuq numru żgħir ta’ setturi u li għalhekk, xokk estern fuq dawn is-setturi, se jħalli detriment ekonomiku negattiv b’saħtu, kif rajna f’dawn ix-xhur. Bħala s-segretarju parlamentari responsabbli mis-servizzi finanzjarji u l-ekonomija diġitali, kommess aktar minn qabel li nkompli naħdem qatiegħ sabiex nressaq aktar kumpaniji u niċeċ ekonomiċi ġodda bil-għan li nkomplu nkabbru l-investiment barrani f’pajjiżna u kif ukoll niddiversifikaw il-portafol ekonomiku tagħna. Flimkien mat-tim tiegħi, bħalissa qegħdin inħejju pjan strateġiku li huwa ‘future proof’ u li se jkun qiegħed jsaħħaħ u jikkonsolida l-investiment barrani f’pajjiżna, bil-għan li Malta tkompli ssaħħaħ ir-reputazzjoni bħala ċentru ta’ eċċellenza. Fost in-niċeċ ekonomiċi li bħala pajjiż qegħdin nħarsu lejhom, wieħed isib: l-Intelliġenża Artifiċjali, il-Blockchain, l-Internet of Things, Quantum Computing, High Perfomance Computing, Digital Innovation Hubs, Big Data, Cloud u numru ta’ industriji oħrajn. Bħala Segretarjat qegħdin nagħmlu dak kollu possibli sabiex nassiguraw u nattiraw dawn il-kumpaniji teknoloġiċi, biex kif għamilna fl-igaming, ngawdu minn vantaġġ kompetitittiv b’saħħtu li jsarraf f’żieda fl-impjiegi l-ġodda u investiment f’pajjiża.

Din id-diversifikazzjoni, se tagħti lok ukoll għal ħolqien ta’ numru ta’ mpjiegi ġodda u huwa għalhekk li bħala Gvern irridu nassiguraw li nħarġu liż-żgħazagħ tagħna u li nipprovdulhom l-għodda neċessarji sabiex nippreparawhom għax-xogħlijiet ta’ għada. Mill-aspett ekonomiku, dan kollu juri kemm bħala Gvern, diġa bdejna inħarsu lejn iż-żmien ta’ wara l-Covid u kif diġa hemm pjanijiet konkreti u strateġiji ċari ta’ kif bħala pajjiż nistgħu nkomplu nibnu fuq l-għaqal ekonomiku li gawdejna minnu filpassat.

CLAYTON BARTOLO

Segretarju Parlamentari Għas-Servizzi Finanzjarji u l-Ekonomija Diġitali


15

JEAN-MARC NATAL L-ekonomista anzjan fid-Dipartiment Ewropew tal-Fond Monetarju Internazzjonali

IMF: l-ekonomija ta’ Malta mistennija tirkupra fit-tieni semestru meta terġa’ tiftaħ

Skont it-tbassir tal-Fond Monetarju Internazzjonali l-ekonomija ta’ pajjiżna mistenna terġa’ tibda tirkupra fit-tieni semestru, meta l-ekonomija tkun tista’ terġa’ tiftaħ. L-ekonomista anzjan fid-Dipartiment Ewropew tal-Fond Monetarju Internazzjonali, Jean-Marc Natal qal dan ma’ IT-TORĊA, filwaqt li spjega li kollox se jkun jiddependi fuq jekk l-attivitajiet relatati mat-turiżmu jerġgħux jibdew matul is-sajf. Barra minn hekk, Natal qal li dan ix-xenarju mhuwiex wieħed ċert u kollox jiddependi fuq kif se jiżviluppaw l-affarijiet b’rabta mal-pandemija tal-COVID-19, mhux biss f’Malta iżda madwar iddinja. L-ekonomista qalilna li dan it-tbassir ġie ppubblikat fil-World Economic Outlook ta’ April, fejn saret reviżjoni ta’ dak li kien ġie mbassar aktar kmieni fis-sena f’Artiklu IV. Fil-fatt, skont din irreviżjoni, l-ekonomija Maltija mistennija tiċkien fl2020, u dan b’rifless tat-tnaqqis f’daqqa fit-tieni kwart tas-sena. Min-naħa l-oħra, għandu jkun

hemm titjib gradwali fit-tieni semestru hekk kif l-ekonomija terġa’ tiftaħ. Natal kien qed iwieġeb għal domandi li għamilnielu b’rabta mal-Artiklu IV li sar wara missjoni f’Malta u li kien ġie kkritikat bħala wieħed li hu wisq ottimist. Madankollu, warajh kien ġie ppubblikat anke t-tbassir tal-Unjoni Ewropea għar-rebbiegħa li wkoll poġġa lil Malta fuq nett f’termini tal-irkupru b’saħħtu mistenni. Fil-fatt, dan it-tbassir kien juri lil Malta bħala l-uniku stat membru tal-Unjoni Ewropea li fl-2021 ikollu rata ta’ tkabbir ogħla minn dik negattiva matul din is-sena. Dwar dan l-artiklu, l-ekonomista qal li dan kien ibbażat fuq żjara li saret f’Malta bejn il-5 u l-14 ta’ Frar, qabel mal-COVID-19 ma ġiet dikjarata pandemija globali u l-miżuri ta’ lockdown ma ġew implimentati fil-pajjiżi minn fejn Malta timporta l-bżonnijiet tagħha. Semma kif l-impatt talepidemija kienet issemmiet bħala riskju sinjifikanti, iżda din ma kinitx ġiet inkluża fit-tbassir. Natal jgħid li minn dak iż-żmien ‘l hemm, id-dinja nbidlet ħafna u l-parti l-kbira tal-ekonomija globali, fosthom anke dik ta’ Malta tpoġġew f’lockdown.


16

GORDON CORDINA Ekonomista

“Importanti li kulma jagħmel il-Gvern jieħu forma ta’ investiment li jrendi fit-tul” L-ekonomista Gordon Cordina jemmen li dawn il-pakketti ta’ għajnuniet li qegħdin jingħataw millGvern biex isostnu lin-negozji u lill-poplu Malti, għandhom jieħdu forma ta’ investiment li se jrendi fit-tul f’dak li hu tkabbir ekonomiku li minnu jidħlu t-taxxi. F’intervista ma’ IT-TORĊA, Cordina stqarr li dawn il-programmi jiswew flus kbar, li bħalissa l-Gvern jista’ jsostnihom għax l-ekonomija tagħna daħlet fil-pandemija waqt li kienet f’pożizzjoni b’saħħitha. Madankollu, l-ekonomista qal li din l-ispiża ma tistax tibqa’ sejra għal dejjem, peress li but il-Gvern, u wara kollox anke but il-poplu, mhumiex bla qiegħ. Għaldaqstant, hu qal li hu importanti li kulma jkun qed jagħmel il-Gvern isir f’forma ta’ investiment li jrendi fit-tul f’dak li hu tkabbir ekonomiku li minnu jidħlu t-taxxi. Saħaq li ma nistgħux insostnu ammonti kbar ta’ sussidji li qatt ma jrendu xejn, filwaqt li enfasizza li jrid ikun hemm biżżejjed riżorsi li f’dan iż-żmien qed imorru f’investimenti li jagħtuna dħul fit-tul.


17

Intant, Cordina qal li hu tajjeb li l-ekonomiji prinċipali li magħhom Malta tagħmel in-negozju, bħall-manifattura, it-turiżmu u anke r-remote gaming, qegħdin bil-mod il-mod jaraw tnaqqis fil-pandemija u jippjanaw biex jirritornaw għaxxogħol. Qal li dan hu vera speċjali f’Malta, fejn irnexxielna nżommu n-numru ta’ każi u fuq kollox in-numru ta’ pazjenti fl-isptar morda fil-COVID-19 f’livelli baxxi ħafna. Għalhekk qal li issa hu ż-żmien fejn in-negozji kollha jerġgħu jibdew jaħdmu, filwaqt li jieħdu l-prekawzjonijiet u josservaw ilkundizzjonijiet kollha prattiċi u raġonevoli biex ilpandemija tinżamm f’livelli baxxi kemm jista’ jkun. L-ekonomista qal li hu żgur li fix-xhur li ġejjin, il-prattiċi tax-xogħol u tal-konsum iridu jkunu differenti minn dawk ta’ qabel il-pandemija u dan għal ħafna setturi. Qal li dan jiġi minħabba l-prekawzjonijiet li jridu jittieħdu, it-tnaqqis inevitabbli fl-ivvjaġġar u fid-domanda għallprodotti u s-servizzi kollha, hekk kif l-ekonomija dinjija għaddejja minn daqqa ‘l isfel liema bħala. Minħabba f’hekk, Gordon Cordina jistenna li l-Gvern se jgħin lin-negozji biex iħejju ruħhom għall-metodi ġodda ta’ ħidma u ta’ bejgħ. Jisħaq li se jkun hemm bżonn ta’ investimenti fitteknoloġija diġitali, f’mezzi ġodda ta’ trasport u anke fit-taħriġ tal-ħaddiema. Jgħid li l-postijiet tax-xogħol se jkunu qegħdin jinbidlu, biex is-saħħa tal-ħaddiema u tal-klijenti jkunu protetti aħjar. F’dan il-kuntest, iħoss li l-Gvern jista’ anke jservi ta’ eżempju, bħala entità li toffri ħafna servizzi u tħaddem ħafna nies. Barra minn hekk, jemmen li wieħed għandu jistenna li l-Gvern ikompli jwieżen l-impjiegi f’setturi li ntlaqtu ħażin u li qed jaraw tnaqqis qawwi fin-negozju tagħhom. Qal li dan għandu jsir dejjem bil-għan li l-intrapriżi u l-ħaddiema tagħhom

jibqgħu b’saħħithom, biex ikunu jistgħu jerġgħu jibdew joperaw aħjar kemm jista’ jkun malajr meta d-domanda għalihom terġa’ tieħu r-ruħ. F’dan kollu, Gordon Cordina jħoss li se jinħolqu wkoll opportunitajiet ġodda għal min se jkun kapaċi jagħraf qabel ħaddieħor kif l-aħjar jaqdi lill-klijenti tiegħu fin-normalità l-ġdida li se nkunu qegħdin ngħixu fiha. Għalhekk iħoss li għandna nistennew li l-Gvern jgħin biex in-negozji jisfruttaw dawn l-opportunitajiet. Fl-aħħar nett, l-ekonomista jgħid ukoll li l-Gvern diġà beda attività iktar qawwija fuq proġetti ambjentali u ta’ tisbiħ. Cordina jistqarr li jekk millCOVID-19 ma tgħallimna xejn, żgur irridu ngħidu li tgħallimna li nistgħu naħdmu u nikkonsmaw, mingħajr ma nitfgħu pressjoni żejda fuq l-ambjent ta’ madwarna.


18

ALFRED MIFSUD Ekonomista

“Mhux sew li meta tiġi tajba jgawdi l-privat u meta ħażina jerfa’ l-piż il-Gvern” “Fl-għajnuna li jagħti l-Gvern, ma tridx tinħoloq sitwazzjoni fejn il-Gvern (u finalment it-taxpayers) iġorru piż sproporzjonat, fejn meta tiġi tajba jgawdi l-privat u meta tiġi ħażina jerfa’ l-piż il-Gvern. Ma jistax ikollna dik li bl-Ingliż ngħidulha ‘privatising profits and socialising losses’.” Hekk sostna l-ekonomista Alfred Mifsud li f’intervista ma’ IT-TORĊA qal li hu ċar li filwaqt li ċerti setturi jistgħu jerġgħu lura għan-normal fi żmien qasir, dejjem jekk ma jkollniex xi splużjoni oħra tal-pandemija wara s-sajf, setturi oħra bħatturiżmu jistgħu jgħidu li din is-sena hi mitlufa. Spjega kif anke jekk l-ajruporti u t-titjiriet jerġgħu jibdew joperaw normali, in-nies xorta se toqgħod lura milli tivvjaġġa, kemm minħabba l-biża’ medika, kif ukoll anke għax il-konsumaturi jnaqqsu mill-infiq. DISTINZJONI BEJN IS-SETTURI U KIF INTLAQTU Għalhekk, Alfred Mifsud iħoss li hu importanti li ssir distinzjoni sewwa dwar is-setturi li għandhom bżonn appoġġ għal żmien twil, speċjalment dawk li jħaddmu ħafna nies u li saru b’investimenti kapitali qawwija, bħal-lukandi, u setturi oħra li filwaqt li tkun ġiethom sena ħażina, dan ma jfissirx li għandhom bżonn appoġġ kontinwu. Mistoqsi dwar il-manifattura, hu qal li dan hu settur wiesa’ u għalhekk mhux kollu jintlaqat l-istess bħalma ġara f’setturi oħra bħat-turiżmu. Qal li

jista’ jkun li ċerti setturi tal-manifattura; bħallfarmaċewtika, jieħdu anzi imbuttatura ‘l quddiem minħabba l-pandemija. Min-naħa l-oħra, l-ekonomista qal li għal dawk li ġew affettwati ħażin, wieħed irid jara jekk din issitwazzjoni hix temporanja jew inkella għal aktar fit-tul. Saħaq li sena ħażina tiġi dejjem u għalhekk ma għandux ikun hemm pretensjoni li l-Gvern irid ikun pront jgħin anke għal dawk li se jbatu biss għal ftit xhur u aktarx imbagħad jirkupraw wara. Mifsud qal li diġà tħabbru skemi biex min ġie affettwat serjament igawdi minn aġevolazzjoni fil-kera. Barra hekk, qal li l-aktar importanti kien l-appoġġ qawwi li ta l-Gvern biex itaffi l-problema ta’ likwidità temporanja kkawżata mill-kriżi. Spjega li hemm self garantit mill-Gvern sa 90% u blimgħax issussidjat sa 2.5% li jitħallsu fuq perjodu ta’ erba’ snin jew aktar biex ikun hemm ċans sħiħ għal irkupru. Mistoqsi dwar kemm il-Gvern jista’ jkomplu jsostni u jgħin lill-familji, Alfred Mifsud qal li l-Gvern irid ikollu idea aktar ċara dwar kemm se ttul din il-kriżi qabel ma jkompli jonfoq. Spjega li r-riżorsi talGvern mhumiex infiniti u fl-istess waqt lanqas ma rridu li dak li nbena f’seba’ snin inħottuh f’daqqa. Min-naħa l-oħra, Mifsud qal li meta jkun hemm sitwazzjoni fejn l-ekonomija terġa’ tinfetaħ, ikun sew kieku l-Gvern jikkonsidra li jagħti xi pagament lil kull familja biex il-konsumatur jerġa’ jibda


19

jikkonsma u jagħti spinta anke lin-negozji li jkunu sofrew. Qal li dan ikun ideali jekk ma jsirx fi flus normali, iżda permezz ta’ vouchers li jkunu jridu jintefqu f’ċertu żmien, ħalli l-effett ekonomiku jinħass mill-ewwel.

Ewropea, li saru skomdi b’dawn it-tipi ta’ skemi, u kemm għar-reputazzjoni internazzjonali tagħna, anke jekk ċerta kritika tkun inġusta jew esaġerata. Saħaq li jista’ jkun li dan wieħed mill-każi fejn irridu nkunu realistiċi u naċċettaw li “it was good while it lasted”.

IL-PIŻ TAN-NEFQA GĦALL-GĦAJNUNA Rigward in-nefqa ta’ dawn il-pakketti ta’ għajnuna, l-ekonomista qal li filwaqt li l-Gvern hu intitolat għal xi għajnuna li qiegħda tinħema fil-pakkett kbir talUnjoni Ewropea, il-parti l-kbira tal-infiq se jiġi rifless f’defiċit baġitarju, anke għax id-dħul tal-Gvern mittaxxi u l-bolla naqas, waqt li l-ispejjeż żdiedu sew, kemm biex insaħħu s-settur tas-saħħa u anke biex jingħataw l-għajnuniet imħabbra. Għalhekk, Mifsud qal li l-Gvern irid jissellef u dan diġà għamlu, billi ħareġ mad-disa’ mitt miljun f’bonds li nħatfu mill-banek u istituzzjonijiet finanzjarji li għandhom ħafna likwidità. Qal li b’riżultat ta’ dan jaħseb li filwaqt li l-perċentwal tad-dejn mal-PDG kien naqas għal 43% fl-aħħar tas-sena l-oħra, probabbli li fl-aħħar ta’ din is-sena se jitla’ viċin il50% li xorta tkun rata baxxa, speċjalment meta tqis li fl-2012 din kienet kważi ta’ 70%. “IL-FLUS IMFADDLA FL-NDSF KIENU BĦAL BALZMU” F’dan ir-rigward, staqsejna wkoll lil Mifsud biex jgħidilna x’jaħseb dwar il-programm tal-bejgħ taċċittadinanza b’investiment (IIP) u l-flus li servew ta’ għajnuna kbira f’dawn iż-żminijiet ta’ kriżi. Hu beda biex jgħid li hu importanti li niċċaraw li l-flus li l-Gvern kien warrab fil-Fond Soċjali u talIżvilupp (NDSF) mill-IIP kienu bħal balzmu f’dawn il-jiem ta’ kriżi li nqalgħet bla kliem u bla sliem. Iżda għall-futur, Mifsud jgħid li l-Gvern irid iqis sew jekk ikomplix din l-iskema kif inhi, inkella jagħmilhiex aktar riġida jew inkella jżarmaha wara li jintleħaq in-numru li kien konċeput mill-bidu tagħha. Spjega li hemm riskju li jekk nibqgħu għaddejjin biha kif inhi, ikollna l-problemi kemm mal-Unjoni

Intant, Alfred Mifsud faħħar ukoll il-pakkett finanzjarju li ġie mħabbar mill-Gvern Malti u kkonferma li dan kollu kien possibbli grazzi għasseba’ snin li għaddew fejn l-ekonomija rdoppjat u kellna anke surplus wara l-ieħor. Spjega kif pajjiżi bħall-Italja u Spanja se jkollhom problemi kbar, mhux biss biex jagħtu aġevolazzjonijiet bħal tagħna, iżda anke wara biex iġorru d-defiċit fuq iddejn kbir li diġà kellhom. IL-PANDEMIJA U L-EFFETT FUQ IL-GLOBALIZZAZZJONI Mistoqsi dwar jekk għandniex innaqqsu d-dipendenza fuq pajjiżi bħaċ-Ċina, l-ekonomista qal li dan hu argument dwar jekk għandniex immorru lura mill-globalizzazzjoni. Spjega li l-globalizzazzjoni ġabet magħha ġid kbir li kultant nieħduh b’ċertezza u ma nagħtux kasu. Semma kif eżempju waħda mir-raġunijiet għalxiex ma kienx hawn gwerer kbar fl-aħħar nofs tas-seklu l-ieħor kien proprju minħabba l-interdipendenza ekonomika li nħolqot permezz tal-globalizzazzjoni. Qal li hu ovvju li wieħed mill-effetti tal-pandemija se jkun li l-pajjiżi jaraw li ċerta aspetti ta’ sigurtà ġew esposti b’mod inaċċettabbli. Għalhekk qal li se jqumu aktar restrizzjonijiet għall-kummerċ dinji f’isem il-bżonn strateġiku għal sigurtà talprovvisti tal-ikel, mediċini u apparat mediku u anke Intellectual Property Rights. Staqsa bħala eżempju jekk l-Ewropa hix se tibqa’ daqstant dipendenti minn Google u Facebook. Barra hekk, semma kif ċertu investiment barrani minn pajjiżi f’pajjiżi oħra se jkollu skrutinju aktar qawwi, biex il-pajjiżi ma jiġux ekonomikament dipendenti żżejjed fuq pajjiżi li jista’ jkollhom intenzjonijiet lil hinn mill-kummerċ.


20

DAVID G. CURMI Ċerpersin tal-Board tal-Gvernaturi tal-Fond Soċjali u tal-Iżvilupp Nazzjonali

“Ikun għaqli jekk nesploraw sorsi ġodda ta’ dħul straordinarju għall-NDSF”

Waqt din il-kriżi li nħolqot minħabba l-pandemija tal-COVID-19, il-Fond Soċjali u tal-Iżvilupp Nazzjonali (NDSF) lagħab parti importanti biex ilGvern seta’ jgħin lin-negozji filwaqt li ma jispiċċax f’sitwazzjoni ta’ dejn kbir.

self lin-negozji. Qal li dan ma kienx ikun possibbli kieku l-fond ma kellux flus kontanti, filwaqt li stqarr li l-fond kien f’pożizzjoni li jikkontribwixxi lejn l-ekonomija Maltija mir-riservi kontanti, mingħajr il-bżonn li jillikwida xi investimenti minn tiegħu.

Dwar dan tkellimna maċ-Ċerpersin tal-Board tal-Gvernaturi ta’ dan il-Fond, David G. Curmi li spjegalna aktar dwar l-importanza li nkomplu nsostnu dan il-fond. Beda billi qalilna li l-importanza tal-Fond Soċjali u tal-Iżvilupp Nazzjonali (NDSF) waqt il-kriżi straordinarja tal-COVID-19, ma kienet xejn differenti mill-importanza li l-familji jkollhom fond adegwat ta’ tfaddil li jkun utli fil-każ ta’ emerġenza finanzarja.

Mistoqsi dwar kif dan il-fond mistenni jkompli jgħin, iċ-Ċerpersin tal-Board qalilna li l-funzjonijiet u d-dmirijiet tal-NDSF jinsabu fl-Ordni talImplimentazzjoni: National Development and Social Fund (Establishment as an Agency) Order S.L. 595.12. Semma kif proprju waħda millfunzjonijiet u d-dmirijiet elenkati hi preċiżament biex “jagħti appoġġ lill-intrapriżi u lin-negozji biex itejbu l-kompetittività tagħhom”. Għalhekk, hu saħaq li l-NDSF jinsab kommess kompletament li jkompli jassisti lill-Gvern fl-isforzi tiegħu biex jgħin u jappoġġja lin-negozji waqt dawn iż-żminijiet ta’ sfida bla preċedent.

Spjegalna kif bl-istess mod li dawk il-flus imfaddlin jistgħu jintużaw minn familja biex jipprovdu xibka ta’ sigurtà f’każ mhux mistenni, b’mod simili Malta setgħet tuża dan il-fond biex parzjalment tilqa’ għall-emerġenza ekonomika kkawżata mill-kriżi talCOVID-19 billi tnaqqas ix-xkiel fil-politika fiskali u tnaqqas il-bżonn li jsir self ta’ flus minn barra l-pajjiż. Curmi qal li dan il-fond ġie mitlub jassisti u jipparteċipa fil-pakkett ta’ għajnuna finanzjarja u fil-miżuri li ġew introdotti mill-Gvern f’Marzu 2020 u li l-għan tagħhom kien li jappoġġjaw lillkomunità tan-negozju kontra l-effetti negattivi tal-pandemija COVID-19. Qal li hu jinsab kuntent li l-Board tal-Gvernaturi taw kontribut parzjali lejn il-garanzija li ngħatat millGvern u li ppermettiet lill-banek lokali biex jipprovdu

Aktar minn hekk, Curmi qal li l-missjoni tal-NDSF hi li tippromwovi, tappoġġja u tikkontribwixxi lejn proġetti kbar u inizjattivi ta’ importanza nazzjonali u interess pubbliku li għandhom l-intenzjoni li jiżviluppaw u jtejbu l-ekonomija, is-servizzi pubbliċi u l-benesseri in ġenerali talġenerazzjonijiet tal-preżent u tal-futur. Saħaq li dan il-fond mhux biss jgħin lin-negozji Maltin fi żmien ta’ kriżi, iżda hu wkoll investitur attiv fuq il-Borża ta’ Malta. Spjega kif mill-31 ta’ Diċembru 2019 il-Fond kellu €88.3 miljun ta’ investimenti fi 18-il ekwità elenkati lokalment u €6.7 miljun fi 15-il bond korporattivi lokali.


21

IL-FUTUR TAL-FOND SOĊJALI U TAL-IŻVILUPP NAZZJONALI Rigward il-futur ta’ dan il-fond, Curmi spjegalna li d-dħul tal-NDSF jiġi kollu mill-Programm taċĊittadinanza b’Investiment (IIP) u għalhekk il-futur talNDSF jiddependi direttament fuq dan il-programm. Saħaq li hu assolutament essenzjali li Malta żżomm dan il-programm, għalkemm f’format differenti u li jkun igawdi mill-appoġġ tal-istakeholders kollha, fosthom anke tal-Kummissjoni Ewropea. Qal li Malta mhix l-unika pajjiż Ewropew li għandu programm ta’ ċittadinanza b’investiment, filwaqt li semma li hemm diversi varjazzjonijiet ta’ programmi simili offruti minn pajjiżi oħra bħallAwstrija, il-Portugall, Ċipru u oħrajn. Għaldaqstant, iċ-Ċerpersin qal li hu kunfidenti li Malta se ssib bażi għal programm ġdid li jkun aċċettabbli għall-istakeholders kollha u li jippermetti lil ġenerazzjonijiet futuri biex ikomplu jibbenefikaw mill-Fond fis-snin li ġejjin. F’terminu aktar fit-tul, Cumri jemmen li jkun għaqli li nesploraw u nikkonsidraw sorsi ġodda ta’ dħul straordinarju għall-NDSF ħalli d-dħul tiegħu ma jkunx jiddependi biss minn fuq dan il-programm. Rigward l-importanza ta’ dan il-fond, Curmi qal li llum l-NDSF hu istituzzjoni ta’ importanza nazzjonali. Spjega li dan m’għandux jitqies bħala fond għal meta jkollna l-maltemp, iżda wieħed li għandu wkoll funzjoni soċjali importanti. Fil-fatt, hu qal li wieħed mill-pedamenti tal-NDSF hu li jappoġġa inizjattivi soċjali u ta’ żvilupp li huma ta’ importanza nazzjonali għall-benefiċċju talkomunità fost ġenerazzjonijiet preżenti u futuri. Semma wkoll kif sal-31 ta’ Diċembru 2019, l-NDSF ikkommetta aktar minn €90.5 miljun lejn ilbenesseri tas-soċjetà f’numru ta’ setturi li jvarjaw minn dak tas-saħħa, l-akkomodazzjoni soċjali u l-isports. Qal li l-parti l-kbira ta’ dan l-impenn kien dirett lejn il-proviżjoni ta’ numru sostanzjali ta’ akkomodazzjonijiet soċjali fuq perjodu ta’ tliet snin, filwaqt li t-tieni l-akbar allokazzjoni ta’ fondi se tmur għas-settur tal-kura primarja tas-saħħa.

Barra hekk, semma li f’Jannar 2020, l-NDSF iffinanzja x-xiri minn Heritage Malta tal-pittura monumentali biż-żejt fuq il-kanvas ta’ Mattia Preti, “Boethius and Philosophy” li ħafna snin ilu kienet tifforma parti mill-istorja ta’ Malta. Imbagħad qal li f’Mejju tal-2020, il-Bord talGvernaturi tal-NDSF approva għotja soċjali lil Caritas Malta ta’ €1,540,000 lejn il-kofinanzjament ta’ żewġ proġetti kbar. Qal li parti mill-għotja li tammonta għal €1,000,000 se tikkofinanzja t-tlestija taċ-Ċentru tal-Komunità tal-Caritas, ċentru ġdid u modern fil-Blata l-Bajda, filwaqt li l-€540,000 se jmorru lejn ir-rinnovar u t-tisbiħ tar-residenzi li joffru r-ribalitazzjoni mid-droga fil-kumpless ta’ San Blas u faċilitajiet oħra relatati. “ID-DĦUL MILL-IIP M’GĦANDUX JIĠI SOTTOVALUTAT” Mistoqsi dwar il-proċess ta’ reviżjoni talProgramm taċ-Ċittadinanza b’Investiment, Curmi qal li l-NDSF mhux involut fil-proċess ta’ reviżjoni tal-programm kurrenti. Qal li din hi r-responsabbiltà tal-awtoritajiet rilevanti, li hu żgur li qegħdin iwettqu konsultazzjoni wiesgħa mal-istakeholders varji u mhux b’inqas malKummissjoni Ewropea f’dan ir-rigward. Madakollu, iċ-Ċerpersin tal-NDSF qal li d-dħul li ġġenera l-Individual Investor Programme għallGvern m’għandux jiġi sottovalutat. Qal li biżżejjed insemmu li d-dħul għall-Gvern mill-programm hu ogħla b’mod konsiderevoli mill-introjtu nett għallGvern mit-turiżmu. Għalhekk qal li hu ma jara ebda raġuni għalxiex pjan rivedut ibbażat pilastri li huma aċċettabbli għallistakeholders kollha u għall-Unjoni Ewropea u li hu appoġġjat minn qafas robust ta’ governanza, m’għandux ikun daqstant ta’ suċċess, jew possibbilment anke aktar mill-programm kurrenti. Fejn għandu x’jaqsam l-NDSF, Curmi qal li se jkomplu jiżguraw li jikkontribiwwu lejn il-ġid sovran ta’ pajjiżna billi jippromwovu l-eċċellenza f’dak kollu li jagħmlu u billi jimxu mal-ogħla standards internazzjonali ta’ governanza, kontabbiltà, trasparenza u mmaniġġjar.


22

MIRIAM DALLI Kap tad-Delegazzjoni tal-Partit Laburista fil-Parlament Ewropew Viċi-President tas-Soċjal Demokratiċi

Opportunità ta’ tkabbir ekonomiku, protezzjoni soċjali u ħarsien ambjentali L-ewroparlamentari Laburista Miriam Dalli temmen li din ilpandemija tista’ tkun l-opportunità tagħna biex nindirizzaw dawk l-affarijiet li ma kinux qegħdin jagħtu riżultat sostenibbli. Min-naħa l-oħra tistqarr li din tista’ twassal biex nerġgħu lura għal użanzi mhux sostenibbli u kollox jiddependi mir-rieda politika ta’ fejn irridu li pajjiżna jmur.

F’intervista ma’ IT-TORĊA, Dalli tispjega li quddiemna għandna l-opportunità li ninvestu fi tkabbir ekonomiku, protezzjoni soċjali u ħarsien ambjentali. Tgħid li dawn it-tliet oqsma huma importanti bl-istess mod, filwaqt li ssostni li l-affarijiet m’għandhomx imorru lura għal kif kienu. Tkompli tinsisti li għandna opportunità tad-deheb quddiemna, mhux biss għall-mudell ekonomiku tradizzjonali, iżda wkoll għall-mod ta’ kif naġixxu u ninteraġixxu. L-ewroparlamentari tgħid li f’Malta jista’ jkollna ekonomija li tiżviluppa b’mod sostenibbli, li ssostni soċjetà ġusta u ugwali. Tammetti li x’aktarx m’aħniex se mmorru lura “għan-normal” kif nafuh, iżda “normal ġdid” b’użanzi ġodda u miżuri li rridu nimxu magħhom jekk irridu ngħixu ħajja li toħloq bilanċ bejn il-protezzjoni tas-saħħa, il-protezzjoni ambjentali u l-għajxien tagħna. Dalli tgħid li ladarba ma nafux meta se jkun hemm vaċċin kontra l-COVID-19, dan ifisser li rridu nkunu kawti fl-azzjonijiet tagħna. Madankollu, hi tispjegaw li mbilli nidraw b’affarijiet ġodda, dan ma għandux ifisser li naqgħu lura minn pjani li kellna – bħal ngħidu aħna li nnaqqsu t-tniġġis jew l-użu tas-single use plastic.


23

“ŻBALL JEKK IL-GREEN DEAL NAGĦTUH IL-ĠENB” Semmiet kif qabel il-pandemija u anke matulha, fil-Parlament Ewropew xorta baqgħu jitkellmu dwar il-Green Deal. Dalli temmen li jkun żball jekk dan il-pjan nagħtuh il-ġenb, hekk kif tgħid li min jaħseb li l-ekonomija tista’ tirpilja b’dannu talambjent, allura ma jkunx qed iħares fit-tul. Minnaħa l-oħra, tispjega kif il-European Green Deal għandu jgħin lill-pajjiżi kollha tal-Unjoni Ewropea, inkluż Malta, biex sal-2050 ikollna ekonomija li ma tniġġisx. Tgħid li dan hu pjan biex inħarsu l-ambjent, nassiguraw id-drittijiet tal-ħaddiema, noħolqu x-xogħol u nkabbru l-ekonomiji tagħna. Għalhekk tħoss li aktar minn qatt qabel, din ittranżizzjoni m’għandhiex tiġi mfixkla. Filwaqt li tistqarr li l-COVID-19 hi sfida, min-naħa l-oħra ssostni li fuq ix-xefaq għandna sfida oħra kbira li ma nistgħux nitfgħuha fil-ġenb, jiġifieri dik tat-tibdil fil-klima. Tgħid li jekk nibdew nindirizzaw it-tibdil fil-klima minn issa, nistgħu nevitaw li jkollna niffaċċjaw sfida oħra kbira f’qasir żmien. NAGĦTU PRIJORITÀ LIS-SAĦĦA TAN-NIES L-ewroparlamentari tispjega li f’kull ħaġa li nagħmlu rridu naraw li s-saħħa tan-nies tingħata prijorità. Tgħid li dan hu fundamentali u l-ebda pajjiż, inkluż Malta, ma jista’ jimxi ‘l quddiem jekk saħħet in-nies ma tkunx protetta. Issemmi kif bħalissa hu ġust li ħafna qed jistaqsu kif jista’ jintlaħaq il-bilanċ bejn il-protezzjoni tas-saħħa tan-nies, u li nerġgħu nibdew ndawru r-rota ekonomika. Tispjega li din il-pandemija wrietna kif eżempju t-teleworking, jaħdem u minkejja l-ħafna xettiċiżmu ta’ ċerti employers, ir-realtà wriet li numru sostanzjali ta’ ħaddiema setgħu jagħmlu xogħolhom mid-dar. Tisħaq li dak li jħoll u jorbot

hu l-fiduċja ta’ min iħaddem fil-ħaddiema tiegħu. Għalhekk temmen li t-teleworking għandu jibqa’, filwaqt li tgħid li tkellmet ma’ kumpaniji li għalihom it-telework fisser inqas spejjeż, inqas spazji ta’ uffiċini u inqas spejjeż oħra relatati. Min-naħa l-oħra, tispjega kif it-teleworking jista’ jwassal biex ikollna inqas karozzi fit-toroq, inqas tniġġis u produttività ferm akbar. Dalli tirrikonoxxi li għalkemm it-teleworking hu ideali għal numru ta’ xogħlijiet, minn banda oħra hu fatt li ma japplikax għal kull tip ta’ xogħol. Flistess waqt, hi temmen li biex ikun suċċess hemm bżonn ta’ investiment akbar fid-diġitilizazzjoni u fit-teknoloġija. F’dan ir-rigward, Miriam Dalli tgħid li rridu nkunu aktar effiċjenti, aktar aċċessibbli u aktar kompetittivi. Tisħaq dwar aktar bżonn ta’ investiment fir-riċerka u l-iżvilupp u dan f’kull qasam, kemm jekk mediku, edukattiv, xjenza, biedja u sajd, manifattura, ambjent u ħafna oqsma oħra. Intant, Dalli tgħid li se jkun hemm bżonn ta’ sostenn qawwi fil-qasam turistiku; mhux biss il-linji tal-ajru, il-lukandiera u r-ristoranti, iżda anke l-operaturi u s-servizzi anċillari. Fl-istess ħin, hi tgħid li jridu jkunu aċċertati d-drittijiet tal-konsumaturi, mhux bil-paroli imma bil-fatti. Għalhekk issemmi kif bħala Grupp tas-Soċjalisti u Demokratiċi qegħdin jipproponu fond Ewropew biex ikun ta’ sostenn għal dan il-qasam, inkluż għotjiet ta’ flus diretti. Tisħaq li hu fl-interess tal-Unjoni Ewropea li dan is-settur strateġiku jiġi protett, għax jirrappreżenta 10% tal-PDG Ewropew. IL-ĦIDMA FUQ LIVELL EWROPEW Mistoqsija dwar il-ħidma li qiegħda ssir minnhom biex jassistu fuq livell Ewropew waqt din il-kriżi,


24

Dalli qalet li bħala delegazzjoni tal-Partit Laburista fil-Parlament Ewropew, qegħdin ikunu f’kuntatt mal-Gvern biex jaraw li l-miżuri li jiġu proposti fuq livell Ewropew ikunu jirriflettu l-ħtiġijiet ta’ pajjiżna. Spjegat li qegħdin jagħmlu diversi laqgħat ma’ stakeholders differenti, fosthom dawk finnegozju. Madankollu, hi tgħid li ċ-ċavetta tinsab fl-ekonomija diġitali u fil-pjan ta’ ħidma għallEuropean Green Deal. Tispjega kif bħala Viċi-President tas-Soċjal Demokratiċi responsabbli minn dan il-portafoll, taf kemm hemm opportunità biex niżviluppaw soċjetà mibnija fuq it-tliet pilastri tat-tkabbir ekonomiku, soċjetà ġusta u l-protezzjoni talambjent. Tispjega li għal pajjiżna dan jista’ jissarraf f’investimenti li jgħinuna nsaħħu l-infrastruttura tagħna, imma fl-istess ħin ikun investiment li verament iħares l-ambjent, sew fiżiku u anke dak astratt. Fl-istess ħin tgħid li l-ħolqien ta’ xogħol ta’ kwalità u t-tisħiħ ekonomiku jibqgħu prijoritajiet mill-aktar importanti. Rigward il-kuntest tal-COVID-19, Dalli tgħid li din hi sitwazzjoni li qed ngħixu għall-ewwel darba fl-istorja riċenti u jidher bl-aktar mod ċar li dan se jkun żmien ta’ deċiżjonijiet li verament jiddefinixxu x’viżjoni għandna. Għalhekk tgħid li kull tip ta’ pjan għal ekonomija aktar b’saħħitha jrid isir fi djalogu ma’ stakeholders ewlenin, fosthom l-unjins tal-ħaddiema u għaqdiet ta’ min iħaddem, bilħsieb ewlieni jkun li jrid ikollna protezzjoni soċjali b’saħħitha u li d-deċiżjonijiet li nieħdu jkunu wkoll fl-interess tal-ġenerazzjonijiet futuri tagħna. L-ISFIDI GĦAT-TURIŻMU U L-AIR MALTA Rigward it-turiżmu u l-Air Malta, Miriam Dalli qaltilna li fuq livell Ewropew, il-Kummissjoni Ewropea ħarġet b’linji gwida għal-linji tal-ajru, filwaqt li rrilassat ir-regoli tal-Istate Aid. Spjegat li flimkien mal-grupp politiku tagħha hi ħadmet fuq proposta favur Fond Ewropew biex tingħata għajnuna finanzjarja lil-linji tal-ajru u lil operaturi turistiċi oħra. Qalet li dwar dawn il-proposti qegħdin isiru diskussjonijiet mal-Kummissjoni Ewropea ħalli t-turiżmu jingħata s-sostenn li għandu bżonn. Jekk inħarsu lejn is-settur tat-trasport b’mod in ġenerali, Dalli tgħid li l-linji tal-ajru bħall-Air Malta joperaw ukoll titjiriet ta’ ġarr ta’ merkanzija. Spjegat li fil-bidu tal-kriżi l-Unjoni Ewropea ssospendiet

ir-regoli dwar l-islots tal-ajruporti, biex b’hekk ma jkunx hemm l-obbligu li ssir titjira minn airport għallieħor ħalli l-linji tal-ajru jżommu l-islots tagħhom. Barra minn hekk, qalet li rridu naraw li l-ħaddiema jingħataw it-tagħmir neċessarju biex jipproteġu ruħhom kif ukoll taħriġ addizzjonali ladarba jibdew joperaw bil-passiġġieri. Għalhekk qalet li ħadmu wkoll fuq protokolli differenti li temmen li jistgħu jgħinu f’dawn iċ-ċirkostanzi. Miriam Dalli tgħid li wieħed mill-akbar tħassib f’dan kollu kien dwar il-biljetti diġà mibjugħin u dwar kif intlaqtu l-konsumaturi. Tispjega li l-klijenti għandhom dritt għal rifużjoni, għalkemm temmen li jekk il-linji tal-ajru se joffru vouchers, dawn iridu joffru vouchers li jagħmlu sens għallkonsumatur u li jkunu attraenti. Tistqarr li f’dawn il-ġimgħat kellha ħafna nies li avviċinawha biddiffikultajiet li bdew jiltaqgħu magħhom minħabba linji tal-ajru barranin għaliex qegħdin jagħmluha diffiċli lill-konsumaturi tagħhom biex jieħdu rifużjoni. Barra minn hekk, semmiet kif bħala S&D, qegħdin jipproponu li jkun hemm garanzija għallkonsumaturi meta japplikaw għall-vouchers. Dwar dan qalet li qiegħda wkoll f’taħdidiet malKummissjoni Ewropea u qiegħda tistenna risposta aktar ċara min-naħa tagħhom. L-AJRUPORT U L-KURIDURI SIGURI Mistoqsija dwar l-ajruport u jekk hux il-mument opportun li dan jinfetaħ, Dalli qalet li deċiżjoni dwar il-ftuħ tal-ajruport hi deċiżjoni li trid tittieħed mill-Gvern Malti fl-interess nazzjonali. Saħqet li l-koperazzjoni bejn il-linji tal-ajru u l-ajruporti hi importanti biex tkun assigurata s-saħħa talpassiġġiera u s-sigurtà tal-ħaddiema. Min-naħa l-oħra, semmiet li l-Kummissjoni Ewropea tkellmet dwar dawk li qegħdin jissejjħu kuriduri siguri. Dalli temmen li deċiżjoni bħal din trid tittieħed mill-pajjiżi individwali. Saħqet fuq l-importanza li jkun hemm linji gwida ċari u applikabbli għal kulħadd, biex jiġi assigurat l-aqwa livell ta’ protezzjoni għaċ-ċittadini Maltin, Għawdxin u Ewropej, huma min huma u ġejjin minn liema stat Ewropew ġejjin. Dalli qalet li hemm ħafna xogħol xi jrid isir biex terġa’ tinbena l-fiduċja fl-ivvjaġġar u għalhekk qalet li hu importanti li jkun hemm qbil bejn l-awtoritajiet nazzjonali, l-istituzzjonijiet


25

Ewropej, l-istakeholders fil-qasam, flimkien malOrganizazzjoni Dinjija tat-Turiżmu. L-ATMOSFERA EWROPEA WAQT IL-KRIŻI Tkellimna wkoll mal-ewroparlamentari Laburista dwar l-atmosfera li hemm fuq livell Ewropew. Miriam Dalli tħoss li hemm sens ta’ urġenza biex l-affarijiet jerġgħu jibdew jiffunzjonaw, iżda anke sens ta’ kawtela biex il-virus ma jinfirix aktar milli diġà nfirex. Tgħid li dak li hemm bżonn li jinbidel hu li jkun hemm solidarjetà bil-fatti u mhux sempliċiment bil-kliem. Tisħaq li jrid ikun hemm solidarjetà fejn tidħol l-għajnuna lill-pajjiżi, filqasam tas-saħħa u anke fl-immigrazzjoni. Spjegat kif il-ħidma tagħha fl-aħħar ġimgħat kienet ħafna mill-ħin iffukata dwar il-bżonn ta’ għajnuna reali u konkreta fil-qasam tal-immigrazzjoni. Sfortunatament tgħid li l-affarijiet qegħdin jiċċaqalqu bil-mod wisq, meta jiċċaqalqu. ĦIDMA FUQ LIVELL MEDIKU Rigward l-investiment fil-qasam tas-saħħa, Miriam Dalli spjegat kif fil-ħidma li qiegħda tagħmel fil-grupp politiku tagħha hi pproponejt xiri konġunt ta’ prodotti mediċinali u tagħmir mediku, inkluż għall-vaċċin meta dan ikun disponsibbli. Saħqet li s-Soċjal Demokratiċi qablu ma’ din il-proposta u qegħdin jinkluduha fid-diskussjonijiet tagħhom mal-Kummissjoni Ewropea u anke fil-Parlament Ewropew. Fakkret kif nhar l-Erbgħa stess tkellmet mal-Kummissarju Ewropew għas-Saħħa, Stella Kyriakides dwar it-triq ‘il quddiem u kif nistgħu naċċertaw ruħna li l-pajjiżi ż-żgħar bħal Malta ma jkunux żvantaġġati. Dalli tgħid li għaliha hu importanti li ma jkunx hemm xi forma ta’ kompetizzjoni li titfa’ lil pajjiżi bħal Malta fi żvantaġġ meta niġu biex naċċessaw prodotti mediċi essenzjali, jew inkella xi kumpanija li ċċaħħad lil pajjiż bħal tagħna mill-bejgħ tagħha jew tagħti preferenza lil xi pajjiż jew ieħor. Tgħid ukoll li rridu mmorru lil hin minn hekk u naħsbu ukoll fi pjani ta’ kontinġenza għal meta tinqala’ emerġenza medika. Tammetti li l-Unjoni Ewropea ma kinitx ippreparata għal din

il-pandemija u r-rispons kien wieħed dgħajjef fil-bidu. Madankollu, tgħid li issa li għandna l-esperjenza warajna ejja naħsbu għall-futur ħalli naraw Unjoni aktar b’saħħitha li kapaċi taqsam ir-riżorsi tagħha; fejn jiġi ffaċilitat il-qsim ta’ informazzjoni bejn l-esperti tas-saħħa u fejn ilpajjiżi jitgħallmu mill-esperjenza. FONDI TA’ GĦAJNUNA MILL-UNJONI EWROPEA Finalment, tkellimna wkoll mal-ewroparlamentari Laburista dwar il-fondi ta’ għajnuna li mistennija jingħataw mill-Unjoni Ewropea biex nirkupraw minn din il-pandemija. Dalli spjegat kif il-Parlament Ewropew adotta pożizzjoni komuni, li kienet maqbula bejn il-gruppi politiċi. Spjegat li l-Grupp tas-Soċjal Demokratiċi kienu fuq quddiem ta’ dawn in-negozjati u ħadmu għal pjan ta’ rkupru b’saħħtu. Min-naħa l-oħra, hi qalet li l-Kunsill Ewropew għadu qed jinnegozja l-baġit tal-Unjoni Ewropea għasseba’ snin li ġejjin, fejn temmen li kull tip ta’ pjan ta’ rkupru jirrikjedi fondi addizzjonali ma’ dan il-baġit. Dalli qalet li hemm bżonn pjan ambizzjuż li verament jista’ jgħin lill-pajjiżi jqumu fuq saqajhom. Saħqet li ma jistgħux jiġu ripetuti l-istess żbalji li saru fl-2008, meta r-rispons għall-kriżi finanzjarja kien wieħed maqtugħ mill-ħtiġijiet soċjali taċċittadini, b’miżuri ta’ awsterità li weġġgħu lil ħafna nies. Din id-darba qalet li rridu nħarsu lejn investimenti strateġiċi li jappoġġjaw l-SMEs, iżidu l-opportunitajiet ta’ xogħol, jagħtu t-taħriġ lillħaddiema, u li jipproteġu lill-konsumaturi u lillfamilji.


26

SILVIO SCHEMBRI Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi ż-Żgħar

L-Air Malta lagħbet irwol kruċjali waqt din il-pandemija F’perjodu bħal dan, meta pajjiżna għaddej minn din il-pandemija, wieħed jifhem l-importanza li pajjiż żgħir bħal tagħna jkollu l-linja nazzjonali tiegħu. L-Air Malta lagħbet rwol kruċjali biex anke jibqgħu jinġiebu lejn pajjiżna mediċini u tagħmir ieħor. Fuq kollox, kienet ukoll kruċjali biex jinġiebu ħutna Maltin minn barra lejn pajjiżna.

DELEGAZZJONIJIET VIRTWALI MA’ INVESTITURI PROSPETTIVI

Dan kien kliem il-Ministru għall-Ekonomija, Investiment u l-Intrapriżi ż-Żgħar, Silvio Schembri li ma’ din il-gazzetta sostna li l-Gvern irid linja nazzjonali tal-ajru li tkun kompettitiva, f’xenarju ġdid għall-industrija tal-avjazzjoni u għalina lkoll.

Intant, IT-TORĊA tkellmet ukoll mal-Ministru Schembri dwar ir-rwol tal-Malta Enterprise waqt il-pandemija. Filwaqt li rringrazzja ħafna lill-ħaddiema ta’ din l-entità għal ħidmiethom li kienet iffokata fuq il-pandemija, il-Ministru qal li bħala Malta Enterprise xorta kompliet tiltaqa’ ma’ investituri interessati f’Malta. Qal li dan sar permezz ta’ dawk imsejħa delegazzjonijiet virtwali li permezz tagħhom Malta xorta baqgħet f’kuntatti ma’ investituri prospettivi.

Spjega li bħala Gvern qed jimxi bilgħaqal u jrid jara li l-linja nazzjonali tal-ajru tant għal qalbu terġa’ tibda ttir. Fil-fatt, qal li qed jitħejja pjan għal wara l-pandemija, u ladarba jerġa’ jinfetaħ l-ajruport dan jiġi skattat ħalli terġa’ tibda tiġi ġġenerata l-attività. Sostna li biex naslu għal dan hemm bżonn ta’ ħidma konġunta lkoll flimkien u għalhekk qal li kulħadd għandu jiġbed ħabel wieħed biex verament ikun hemm l-aqwa interess tal-linja nazzjonali tal-ajru u ta’ pajjiżna.

Schembri qal ukoll li l-mod kif indirizzajna din l-imxija kienet xi ħaġa li attirat ċertu interess lejn pajjiżna u li se jiswielna ‘l quddiem biex pass pass naqbdu ritmu ta’ tkabbir ekonomiku. Minbarra l-oqsma diġitali li pajjiżna kien qed jimmira li jattiraw, Schembri jemmen li hemm opportunitajiet kbar fil-farmaċewtika u anke fillife sciences. Barra minn hekk, qal li pajjiżna jista’ jkun parti mir-rivoluzzjoni industrijali ġdida, li qiegħda tqarreb lill-manifattura mad-dinja diġitali.

Il-Ministru Schembri qal li l-Air Malta, bħal ħafna kumpaniji oħra, se tiffaċċja bidliet kbar fil-mod kif topera minħabba l-COVID-19. Għalhekk qal li se jkun importanti li l-linja tal-ajru tagħna tispira fiduċja fil-klijenti tagħha għax inkella dan jaffettwa bil-kbir fil-prospetti tat-turiżmu f’pajjiżna.

Dwar il-Malta Enterprise, il-Ministru qal ukoll li din kellha rwol kruċjali u se jibqa’ jkollha għall-futur. Qal li l-ħidma waqt il-pandemija ma qatgħet xejn, fejn il-ħaddiema assistew u qed ikomplu jassistu fil-proċess ta’ applikazzjonijiet. Spjega kif f’ċerti ċirkustanzi kellhom jerġgħu jċemplu lin-negozji


27

huma stess ,peress li ngħatat informazzjoni ħażina u ried ikun assigurat li l-miżuri ta’ appoġġ ekonomiku jilħqu lil kulħadd. Żied ukoll jgħid li l-Malta Enterprise se tibqa’ tamministra dawn l-iskemi, inkluż dik tar-rati ta’ interessi bankarji sussidjarji li tħabbru għan-negozji aktar kmieni dan ix-xahar. Iktar minn hekk, qal li filwaqt li kellha taġġusta għal dawn iċ-ċirkustanzi, l-entità baqgħet għaddejja b’ħidma li tassisti negozji li jixtiequ jinvestu, kif ukoll dawk li ressqu proposti dwar kif l-operat tagħhom addatta f’dawn l-isfidi. Qal li bħala Gvern se jibqa’ jaħdem flimkien biex juri kif Malta addattat f’dan il-mument ta’ prova, x’miżuri kienet kapaċi tieħu u twassal messaġġ ta’ serħan il-moħħ li pajjiżna hu l-post ideali fejn wieħed jinvesti. IMPORTANTI LI NŻOMMU L-BILANĊ F’LI NAGĦMLU Mistoqsi dwar dak li pproponiet il-Malta Chamber of SMEs, biex kemm jista’ jkun ma nibqgħux dipendenti fuq l-importazzjoni ta’ affarijiet u servizzi, filwaqt li nenfasizzaw aktar fuq l-ekonomija diġitali, il-Ministru Silvio Schembri qal li hu jemmen li f’kollox, f’kulma nagħmlu u fiddeċiżjonijiet li nieħdu, hemm bżonn li jkun bilanċ. Saħaq li fejn tidħol tmexxija ekonomika, hemm bżonn il-galbu u żgur ma tistax titwarrab ħaġa u tpoġġi f’postha xi ħaġa oħra b’mod sempliċi. Spjega li l-importazzjoni ta’ affarijiet u servizzi se tibqa’ fundamentali għall-iżvilupp ekonomiku ta’ pajjiżna u għalhekk trid tibqa’ tkun sostnuta. Min-naħa l-oħra, qal li dan ma jfissirx li l-ekonomija diġitali ma tridx tkun xprunata. Spjega kif meta kien responsabbli mill-ekonomija diġitali, f’dawk is-snin ra li jagħti spinta lil dan ilqasam, li bil-miżuri, deċiżjonijiet u inizjattivi li ttieħdu, Malta tpoġġiet fuq quddiem nett f’dan is-settur. Qal li dak iż-żmien kien hemm min kien

jgħid lill-Gvern li kien qed jgħaġġel jew li mhux jara fit-tul. Saħaq li għall-kuntrarju, dak li twettaq f’dak iż-żmien sewa mhux ftit lin-negozji tagħna li addattaw għal dawn iċ-ċirkustanzi u raw li jkomplu għaddejjin bl-attivitajiet tagħhom, tant li kien hemm min investa f’sistemi ta’ teleworking, mentri negozji oħra raw li jkomplu joffru servizzi tagħhom permezz ta’ apps. Il-Ministru qal li l-Gvern ma qagħadx lura biex l-investiment teknoloġiku jsir iżjed aktar tard, iżda ħataf kull opportunità biex isir f’dak ilmument permezz ta’ taħriġ għan-negozji ħalli jaddattaw għad-dinja diġitali; bl-eCommerce u billi ppermetta li d-dinja diġitali tilħaq lil dawk vulnerabbli. Semma wkoll li l-anzjani fid-day centres ġew imħarrġin biex ikunu jafu jużaw tablet u jikkomunikaw ma’ qrabathom u dik il-ħidma sfiqa swiet mhux ftit f’mument fejn l-aktar kellna bżonnha. Qal li din il-kumdità jaf noħduha bħala xi ħaġa komuni, iżda sostna li hemm pajjiżi u familji li aċċess għal dan kollu m’għandhomx. ID-DIVERSIFIKAZZJONI WASSLITNA BIEX INKUNU KOMPETITTIVI Rigward id-diversifikazzjoni fl-ekonomija, ilMinistru Schembri qal li l-viżjoni tal-Gvern li jilqa’ għal negozji ġodda u li jesplora niċeċ ekonomiċi ġodda kienu l-fatturi ewlenin li wassluna biex pajjiżna jkun kompetittiv fuq sfera internazzjonali u b’hekk attirajna investiment dirett barrani li għażel lil pajjiżna bħala d-dar tiegħu. Sostna li kull settur hu essenzjali. Fil-fatt, qal li hu interessanti kif il-manifattura f’dawn iżżminijiet irnexxielha taddatta għall-esiġenzi ta’ dawn iċ-ċirkustanzi. Qal li fi żmien fejn konna qed naraw l-industrija tal-manifattura tmajna xi ftit, min-naħa l-oħra kien hemm dawk il-kumpaniji f’dan is-settur li aċċertaw li jibqgħu innovattivi u flok għalqu addattaw u wrew is-saħħa tagħhom


28

għax anke adattaw għall-esiġenzi ta’ dawn iċċirkustanzi straordinarji. Kompla jgħid li hu dejjem ta’ pjaċir li jara kumpaniji bħal Metallform u Baxter, li mar iżurhom fl-aħħar jiem, jimplimentaw il-proġetti ta’ investiment tagħhom li wasslu għall-ħolqien ta’ impjiegi ġodda - 50 u 100 impjieg rispettivament. F’dan l-isfond, il-Ministru Schembri qal li hu kruċjali li nibqgħu miftuħin u nesploraw niċeċ ekonomiċi ġodda, anke għax minkejja li dawn iċ-ċirkustanzi ġabu magħhom sfida, hemm ukoll opportunitajiet li l-Gvern qed iħares li jesplora. Żied jgħid li jekk ma ħareġ xejn minn din il-kriżi, ħareġ kemm il-manifattura għandna bżonnha għax hi innovattiva u kapaċi tinbidel malajr. Għalhekk semma li nġiebet l-approvazzjoni għal skema ta’ €11.5 miljun ħalli tingħata għajnuna lillfabbriki tagħna biex jinvestu ħalli joħolqu prodotti għall-COVID-19. Qal ukoll li f’dan ir-rigward ġiet imnedija t-TakeOff Fund ħalli tgħin l-innovazzjoni. NAĦTFU DAN IŻ-ŻMIEN BIEX INTEJBU L-PRODOTT TURISTIKU IT-TORĊA staqsiet ukoll dwar il-possibbiltà li jkun hemm kuriduri siguri biex ikun jista’ jingħata spinta s-settur tat-turiżmu. Dwar dan, il-Ministru qal li jirrikjedi għadd ta’ diskussjonijiet ma’ pajjiżi oħra qabel ma wieħed jagħmel dak il-pass. Spjega li fejn jidħlu fruntieri, wieħed irid ukoll iqis li hemm l-aspett tal-Unjoni Ewropea u ż-Żona Schengen. Madankollu, hu qal li l-Gvern se jkun qed jaħdem fi ħdan l-istituzzjonijiet internazzjonali ħalli tingħata aktar libertà liċ-ċittadini tagħna u lill-Ewropej, dejjem fil-kuntest li rridu niġġieldu l-imxija talcoronavirus. Barra minn hekk, il-Ministru qal li rridu naħtfu dan iż-żmien biex intejbu l-prodott turistiku ħalli meta niftħu nagħtu servizz ta’ kwalità li jattira l-aqwa turisti lejn pajjiżna. Qal li s-serjetà fit-tmexxija tal-azjendi f’dan il-qasam se tkun kruċjali għax jekk nieħdu reputazzjoni ħażina din se ttellef mid-domanda u twassal għal impatti fuq min jaħdem f’dan is-settur. TNAQQIS FL-ISPEJJEŻ GĦALL-KUMPANIJI… SPINTA LILL-FAMILJI BIEX JONFQU Mistoqsi dwar jekk hux se jkomplu jingħataw aktar għajnuniet lin-negozji u lill-familji, il-Ministru

għall-ekonomija qal li sa mill-bidu nett ta’ din ilpandemija, il-Gvern kien pro-attiv u mill-ewwel nieda miżuri biex jipproteġi u jgħin lin-negozji u lill-ħaddiema. Semma kif beda bil-posponiment ta’ ħlas tattaxxi tal-VAT, taxxi tal-bolla u taxxa proviżjonali biex jipproteġu l-likwidità tan-negozji. Minn hemm qal li mbagħad ingħataw skemi bħal dik tattelework, leave tal-Kwarantina u l-iktar wieħed li kien imfittex kien il-COVID Wage Suppliment. Saħaq li bi qbil mal-imsieħba soċjali, hawn intleħaq ftehim storiku li wassal biex ħaddiema jirċievu €800 f’salarju mill-Gvern u min iħaddimhom iżid magħhom €400. Semma wkoll kif imbagħad kien hemm il-moratorju fuq dejn eżistenti u fuq dejn ġdid garantit u b’sussidju ta’ interessi. Spjega kif il-miżuri li tħabbru kienu mmirati biex jissalvagwardjaw kemm jista’ jkun impjiegi kif filfatt ġara. Schembri qal li dan l-appoġġ ekonomiku ġibed l-attenzjoni ta’ istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali li rrimarkaw li l-għajnuna li ngħatat kienet fost l-iżjed b’saħħithom fid-dinja. Ma’ dan żied jgħid li pajjiżna kien fost l-ewwel li beda jinvesti f’dawn il-ħlasijiet. Dwar l-ekonomija, hu qal li din ma tistax tiġi stimulata mil-lum għal għada. Qal li għandna telgħa iebsa quddiemna, iżda saħaq li flimkien se naslu. Barra hekk, qal li l-Gvern hu kommess li jerġa’ jnissel dak is-sens ta’ ottimiżmu li rawwimna fl-aħħar snin, biex tingħata s-saħħa lill-ekonomija domestika tagħna b’tali mod li naddattaw għal din in-normalità l-ġdida. Qal ukoll li l-għajnuna li se tingħata trid tinqasam fi tnejn. Minn naħa qal li l-Gvern irid inaqqas l-ispejjeż tal-kumpaniji meta dawn ikunu qegħdin joperaw. Min-naħa l-oħra, qal li trid tingħata dik


29

l-ispinta lill-familji tagħna biex ma joqogħdux lura u jonfqu. Spjega li n-nefqa ta’ wieħed hi l-qligħ talieħor u allura r-rota tkompli ddur. Żied jgħid li jekk il-flus li jagħti l-Gvern jispiċċaw il-bank, allura mhux se naslu. Qal li hemm bżonn li nsostnu lil xulxin billi nonfqu u ninvestu fl-industrija u fin-negozji lokali. F’dan kollu, ggarantixxa linnegozji u anke lill-ħaddiema li dan il-Gvern se jkun magħhom matul dan il-vjaġġ. SUSSIDJU TAL-KERA INDUSTRIJALI GĦAL NEGOZJI ĠODDA Dwar is-sussidju tal-kera li ġie mħabbar fl-aħħar ġimgħat, il-Ministru qal li dan il-pass serva biex iwassal messaġġ ċar li filwaqt li bħala Gvern kien iffokat kontinwament fuq l-imxija tal-pandemija COVID-19, fejn mexa skont id-direttivi talAwtorità tas-Saħħa, ra wkoll li ma jwarrabx l-attività ekonomika u kummerċjali ta’ pajjiżna. Spjega li din l-iskema tmur lil hinn mill-miżuri mħabbra b’rabta mal-COVID-19 u ġiet imnedija f’mument importanti għal dawk in-negozji li jixtiequ jikru proprjetà mill-privat ħalli jkunu jistgħu joperaw l-attività tagħhom. Qal ukoll li b’dan il-mod il-Gvern qed jinkoraġġixxi lil dawn in-negozji ġodda biex imorru għal dan il-pass u min-naħa tiegħu l-Gvern se jkun qed jissusidja sa €25,000 fissena sa massimu ta’ €75,000 fi tliet snin. Sostna li din l-iskema se tkun qed tassisti kumpaniji u self-employed biex jibdew, jiżviluppaw u jespandu iżjed l-operat tagħhom billi jikru proprjetà mis-settur privat. Qal ukoll li dan issussidju tal-kera se jservi bħala opportunità biex inaqqas il-piż minn fuq il-komunità tan-negozju fir-rigward tal-kiri tal-bini u jippermettilhom jiġġeneraw attività ekonomika li twassal għallinvestiment u l-ħolqien ta’ impjiegi ġodda.

Silvio Schembri jħoss li dan hu eżempju ċar ta’ meta ngħidu stimolu ekonomiku. Enfasizza li l-Gvern irid jerġa’ jistimula l-attività kummerċjali f’pajjiżna u allura qal li n-negozji se jsibu lill-Gvern bħala spalla. Finalment tkellimna miegħu wkoll dwar l-importanza tal-istartups f’dan il-kuntest. Hu qal li bħalma turi l-istorja, kienu ċirkostanzi bħal dawn li qegħdin fihom biex wasslu għall-aqwa invenzjonijiet li biddlu d-dinja. Sostna li dan ilkapitlu fl-istorja dinjija wassal biex kull wieħed u waħda minna jieqaf u jaħseb ftit. Semma kif fil-bidu nett ta’ dan kollu hu kien saħaq dwar l-importanza li n-negozji ma jwarrbux dan ilperjodu u jħarrġu lill-ħaddiema tagħhom biex anke aħna bħala pajjiż noħorġu kompettitivi. Iktar minn hekk, kien qal li hu importanti li bħala pajjiż inkunu innovattivi, b’ideat li jistgħu jtejbu l-istil ta’ ħajja tagħna lkoll fl-isfond ta’ din il-pandemija. Qal li għalhekk ġie mniedi l-fond Take off Seed fejn ġew allokati €100,000 immirati lejn startups li forsi għandhom xi idea u jixtiequ jikkummerċjalizzawha. Qal li dan hu mument li rridu noħolqu affarijiet ġodda u b’dan il-mod niddeterminaw ‘il fejn irridu mmorru fil-futur. Semma kif fis-snin li għaddew dejjem ġew xprunati l-ideat tan-negozji, ġew mismugħa u ngħataw l-għajnuna biex jiġu implimentati l-proġetti innovattivi tagħhom. Bl-istess mod qal li l-Gvern se jkun jagħmel l-istess din id-darba wkoll biex anke minn dan l-aspett pajjiżna juri s-saħħa tiegħu.


30

AARON FARRUGIA Ministru għall-Ambjent, it-Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar

L-ambjent għandu jkollu rwol ewlieni fil-pjan ta’ rkupru wara l-pandemija

L-ambjent illum tela’ fuq nett tal-aġenda talpajjiż u sar prijorità qabel kull ħaġa oħra għal ħafna familji, kif ukoll għall-ġenerazzjoni l-ġdida. Għaldaqstant, ir-rwol ta’ politiku responsabbli hu li jippjana fit-tul, b’mod intelliġenti u b’mod sostenibbli, mingħajr ma jaqa’ fit-tentazzjoni li jmur għal riżultati f’qasir żmien. Hekk sostna l-Ministru għall-Ambjent, Tibdil filKlima u l-Ippjanar, Aaron Farrugia li f’intervista ma’ din il-gazzetta qal li għaldaqstant l-ambjent għandu jkollu rwol ewlieni f’kull pjan ta’ rkupru wara t-tħarbit li ħalliet l-pandemija talCOVID-19 madwar id-dinja, inkluż f’pajjiżi kbar u b’saħħithom. Sostna li l-esperjenza tal-pandemija kienet waħda bil-ħasda u wrietna kemm nistgħu nkunu vulnerabbli. Qal li forsi qatt daqs illum ma stajna naraw l-effetti tal-bniedem fuq innatura, kif deher ċar fit-titjib li kien hemm filkwalità tal-arja u fit-tnaqqis ta’ emissjonijiet wara r-restrizzjonijiet li ddaħħlu. Għalhekk qal li issa hemm bżonn nerġgħu nagħtu l-fiduċja lil kulħadd fil-ġejjieni u nserrħu ras kulħadd li l-pajjiż se jqum minn din id-daqqa għax aħna poplu reżiljenti u ħabrieki b’tika tax-xogħol anglo sassona li dejjem iddistingwietna minn pajjiżi oħra ġirien tagħna. Qal li rridu nisħqu li l-ekonomija tagħna trid tikber iktar b’saħħitha u b’mod iktar sostenibbli, għax m’hemmx alternattiva oħra. Qal li dan dak li jixraq lilna u lil uliedna. Għaldaqstant, ilMinistru qal li hu qed jaħdem, bħalma qed jagħmlu wkoll il-Ministri tal-Ambjent u tat-Tibdil fil-Klima ta’ pajjiżi oħra fl-Unjoni Ewropea, dwar il-ħtieġa

li jkun hemm pjan ta’ rkupru ekoloġiku anke fuq livell Ewropew biex b’solidarjetà bejn il-membri kollha tal-Unjoni naraw li l-ambjent ikun ċentrali fil-qawmien ekonomiku u soċjali li hemm bżonn. Farrugia qal li biex verament ikollna żvilupp sostenibbli, irridu nassiguraw li kull deċizjoni timmassimizza l-oġġettivi ekonomiċi, soċjali u ambjentali. Saħaq li ma jistax ikun li l-ambjent jibqa’ jidher bħala xi xkiel jew mażżra ma’ sieq l-ekonomija. Anzi, qal li minflok għandu jkun hemm potenzjal fejn f’ċerti oqsma jkun l-ambjent li jixpruna l-ekonomija. Il-Ministru qal li diġà hemm bosta pjani ta’ kif dan jista’ jseħħ, inkluż sistemi ta’ ppjanar aktar għaqlin li jibbilanċjaw l-iżvilupp mal-kontribut soċjoambjentali li dan irid jibda jġib miegħu. Semma kif dan eżempju diġà rajnieh fit-“tħaddir” tal-fond taliżvilupp li jingħata lill-Kunsilli Lokali mill-Awtorità tal-Ippjanar. Barra hekk, qal li l-Gvern qed jintroduċi prattiċi ta’ ekonomija ċirkolari bi pjani għal impjanti ġodda għat-trattament tal-iskart. Fil-fatt, qal li ftit xhur ilu tħabbar il-pjan infrastrutturali għallimmaniġġjar tal-skart fi sfond ta’ pjan iktar wiesa’ li se jitħabbar iktar tard din is-sena. Qal li tħabbar ukoll tħaddir ta’ żoni urbani u retrofitting b’infrastruttura ħadra u blu. Il-Ministru Farrugia qal li hu jasal jgħid li m’hemmx limitu għal kemm l-ambjent jista’ jkun ta’ xprun għall-ekonomija ta’ għada. Anzi, qal li l-għan


31

tal-istrateġija tal-ekonomija ħadra kien proprju biex l-ambjent jibda jixpruna l-ekonomija u qal li biħsiebu jkompli jħeġġeġ dan l-andament għal irkupru u investiment aħdar u l-ħolqien ta’ green jobs. PROĠETTI LI JIXPRUNAW L-EKONOMIJA ĦADRA Mistoqsi dwar proġetti relatati mal-ekonomija l-ħadra li jistgħu jiġġeneraw il-flus anke f’dan ilmument ta’ sfida għal pajjiżna, il-Ministru qal li l-proġetti tal-immaniġġjar tal-iskart fil-forom diversi tagħhom jistgħu jixprunaw l-ekonomija ħadra u anke joħolqu impjiegi ġodda. Sostna li l-‘Green economy’ mhix biss dik li tħares l-ambjent, iżda kull investment fir-rigward ta’ produzzjoni ta’ prodotti jew servizzi ekoloġiċi li qegħdin jiġġeneraw xogħol ekoloġiku u tkabbir ekonomiku aħdar, eżempju l-ġenerazzjoni ta’ valur gross fl-ekonomija mis-settur tal-panelli u servizzi li joffru alternattivi ekoloġiċi. Qal ukoll li l-ekonomija ħadra tiddependi wkoll mill-mod ta’ konsum tagħna, fejn aktar ma wieħed ifittex prodotti u servizzi ekoloġiċi, aktar inkunu qegħdin niġġeneraw ekonomija sostennibli. Il-Ministru saħaq li jekk ma nżommux ruħna responsabbli għal dak li nħammġu, allura qatt ma jista’ jkollna verament ekonomija ħadra. Sostna li ma nistgħux nibqgħu nqisu l-ambjent bħala xi ħaġa li narmu kemm narmu fih m’aħniex responsabbli. Qal li hu dan l-għarfien ambjentali u l-istandards ambjentali li jpoġġuna fost l-aqwa fl-Ewropa u li jħajru aktar nies biex jistudjaw id-dixxiplini ambjentali u biex investituri jagħmlu investimenti ħodor u blu f’pajjiżna. Żied jgħid li sakemm in-nefqa fuq l-ambjent se tibqa’ tinħass bħala spiża, allura mhux se nsibu verament l-ekonomija l-ħadra u l-investiment sostenibbli. Qal li biżżejjed naraw kemm is-sistemi ekonomiċi, anke globali, li mhux mibnija fuq bażi sostennibbli, ikkollassaw malajr f’din il-pandemija u dan juri kemm għandna għalxiex naqdfu f’dan ilqasam.

Tenna li l-ekonomija ċirkolari, l-investiment f’urban greening u l-azzjonijiet biex nimmitigaw l-impatt tat-tibdil filklima fl-oqsma tattrasport, fil-bini u fl-enerġija, fost oħrajn, ifissru niċeċ ġodda, impjiegi ġodda u investimenti ġodda. BILANĊ BEJN L-AMBJENT U L-IŻVILUPP Tkellimna wkoll mal-Ministru dwar il-bżonn li jinstab bilanċ bejn l-ambjent u l-iżvilupp. Hu qal li dan hu kruċjali, filwaqt li kkwota d-definizzjoni ta’ żvilupp sostenibbli bħala żvilupp li jaqdi l-bżonnijiet tal-lum mingħajr ma jikkomprometti t-tgawdija minn ġenerazzjonijiet futuri. Sostna li jekk insiru moħħna biss biex nibnu kull metru kwadru, mela allura qatt mhu se jkollna mudell sostenibbli. Qal li wieħed għandu jara x’ġara minħabba din il-pandemija fil-kirjiet, fil-permessi, fil-bejgħ f’pajjiżi oħra. Spjega li diversi pajjiżi qegħdin jistennew riċessjoni u dan għax ħafna pajjiżi m’għarfux jiżviluppaw bilgħaqal u b’mod sostenibbli, iżda dejjem raw kif jagħmlu gwadann fl-iqsar żmien possibbli. Għaldaqstant, hu qal li jenfasizza l-importanza fundamentali tat-tħaddim u l-ixprunar ta’ tagħlim u ħiliet ekoloġiċi; nibdew mit-tagħlim fir-rigward ta’ bini, servizzi ta’ tiswija ta’ oġġetti li jservu biex nibdew nibnu l-bażi soda u hekk ikollna iktar ħaddiema attrezzati biex jikkontribwixxu għattħaddir fl-ekonomija. SETTUR TAL-KOSTRUZZJONI AKTAR SOSTENIBBLI Rigward is-settur tal-kostruzzjoni, il-Ministru Farrugia qal li dan hu meqjus tradizzjonalment bħala wieħed mill-pilastri tal-ekonomija. Spjega kif dan is-settur ġab miegħu kontribut mhux żgħir għall-ekonomija Maltija matul iż-żminijiet u hu settur li kapaċi jkun reżiljenti. Barra hekk, qal li rridu niftakru kemm eluf ta’ familji jaqilgħu l-għajxien tagħhom b’mod dirett jew indirett minn dan issettur. Qal li ovvjament, mingħajr żvilupp, wieħed jibqa’ staġnat. Però, issa qal li qed naraw il-ħtieġa li jkun assigurat li dan isir b’mod sostennibli u b’mod intelliġenti.


32 Qal li mhux lakemm nibnu f’kull spazju possibbli u staqsa jekk hix din l-arkitettura li rridu naraw fit-toroq tagħna. Staqsa fejn huma l-ispazji ta’ rikreazzjoni li tant fittixna waqt din il-pandemija, filwaqt li qal li issa li tgħallimna ħafna, jeħtieġ li nibdlu u ninbidlu. Qal li għadna fiċ-ċans u għalhekk jinsab ottimist. Min-naħa l-oħra, qal li dan ifisser li jridu jittieħdu deċiżjonijiet iebsa u rridu nistaqsu jekk hux se nibqgħu nibnu fuq footprint ikbar jew inkella se nibnu iktar fl-għoli; x’tip ta’ ekonomija għandu bżonn pajjiżna għall-50 sena li ġejjin; u kemm qegħdin nistennew li jkollna ħaddiema filpajjiż u f’liema setturi.

Min-naħa l-oħra, Farrugia qal li n-natura minnha nnifisha timmitiga kontra ċerta ammont ta’ tniġġis u dan iwassal għal inqas mard respiratorju, kroniku u għal inqas rati ta’ kanċer. Sostna li din ilbidla tista’ issir ukoll fil-ħajja tagħna ta’ kuljum, fejn jista’ jkollna ħinijiet tax-xogħol li huma differenti biex mhux ta’ kuljum niffaċċjaw it-traffiku; ilħidma mid-dar fejn hu possibbli; u metodi aktar ħodor ta’ trasport fosthom il-qalba għall-vetturi tal-elettriku.

Il-Ministru Farrugia qal li l-ambjent u t-tniġġis għandhom prezz u min iħammeġ għandu l-obbligu li jħallas. Qal li rridu nużaw it-teknologija biex nagħmlu avvanzi ambjentali – kemm investiment fil-ġenerazzjoni ta’ enerġija rinnovabbli, sistemi filbini u l-ispazji tagħna biex l-ilma tax-xita jinħażen u jintuża, filwaqt li trid issir bidla fil-mentalità ta’ kull wieħed u waħda minnha.

Finalment, staqsejna lill-Ministru dwar kif ilqasam ambjentali jista’ jkun ukoll kontributur għall-ekonomija ta’ pajjiżna. Min-naħa tiegħu, hu qal li l-qasam ambjentali jrid isir opportunità ta’ investiment – mhux biss permezz ta’ setturi ekonomiċi marbutin mal-ekoloġija, iżda anke filfirxa wiesgħa ta’ setturi ekonomiċi bħal ngħidu aħna l-istabbilimenti tal-akkomodazzjoni u talikel; iktar mobilità sostennibli fejn innaqqsu l-kilometri mill-użu ta’ karozzi privati u anke naqilbu għall-użu ta’ karozzi iktar nodfa; investiment bħall-ġenerazzjoni ta’ enerġija nadifa fil-bini u strutturi oħra; u investiment f’infrastruttura ħadra u blu.

U hawn qal li jerġa’ jenfasizza fuq il-ħtieġa ta’ iktar għarfien dwar dawk il-ħiliet neċessarji biex wieħed verament ikun jista’ jippjana, jiddisinja u jiżviluppa d-dar tiegħu jew tagħha b’mod li mhux biss jirrispetta l-ambjent, imma anke jiffranka l-flus fittul permezz ta’ nuqqas ta’ użu tal-enerġija u ilma. IS-SAĦĦA U L-AMBJENT IMORRU ID F’ID IT-TORĊA staqsiet ukoll lill-Ministru Farrugia dwar ilprijorità li se tingħata lis-saħħa wara din il-pandemija. Hu qal li s-saħħa hi l-iżjed ħaġa li ngħożżu. Għalhekk qal li din għandha tkun prijorità. Madankollu, żied jgħid li s-saħħa u l-ambjent imorru id f’id. Qal li hu fatt magħruf xjentifikament li hemm relazzjoni bejn it-tniġġis u s-saħħa tal-bniedem u għalhekk l-iżvilupp u x-xejriet tal-konsum ma jistgħux jibqgħu jsiru kif kien isir sal-lum. Sostna li f’ċerti oqsma, l-ambjent kien ridimensjonat milliżvilupp u għalhekk issa rridu naslu għal bilanċ fejn ikollna aktar spazji miftuħa fil-komunità, żvilupp iktar għaqli fuq bażi ekoloġika, aktar użu ta’ green roofs u green walls fejn vijabbli, aktar tħaddir ta’ żoni urbani, iktar natura fl-ispazji urbani, żoni b’emissjonijiet baxxi, żoni fejn il-livell tal-ħsejjes hu kkontrollat, użu ta’ riżorsi bilgħaqal fejn isir aktar riċiklaġġ, disinn aħjar ta’ toroq li jħajruk timxi jew tuża r-rota biex tmur ix-xogħol, u aktar bini effiċjenti fl-użu tal-enerġija. Il-Ministru qal li hu b’dan il-mod li noħolqu mikroklima pożittiva fiżżoni żviluppati tagħna.

L-AMBJENT BĦALA KONTRIBUTUR GĦALL-EKONOMIJA

Qal li hu importanti wkoll li jsir investiment fissiti Natura 2000, dawk ta’ natura xjentifika u dawk marittimi, biex verament dawn jissanaw irwieħhom u jikkontribwixxu aktar għas-servizzi li toffri l-ekosistema. Barra hekk, qal li rridu mmorru għal għarfien akbar ta’ liema huma s-servizzi li toffri l-ekosistema, fosthom l-ilma, l-arja nadifa, l-ikel u tant oħrajn li rridu nindukraw permezz ta’ investimenti li jrendu aktar saħħa fiżika u mentali lill-poplu li jgħix u jżur Malta. Fuq kollox, il-Ministru Aaron Farrugia qal li l-investiment sostenibbli mhux dak li jdaħħallek il-flus fil-but imma jniġġes l-ambjent u jnawwar is-saħħa tas-soċjetà. Spjega li l-investiment sostenibbli hu dak li jagħti qligħ xieraq, ma jagħmilx impatt fuq l-ambjent jew jikkumpensa bil-kbir għal dak l-impatt u li jħalli sens ta’ soċjetà b’saħħitha dik li bl-Ingliż nirreferu għaliha bħala wellbeing. Qal li dan hu l-bilanċ, filwaqt li sostna li rridu nwarrbu l-interess personali u nassiguraw l-interess kollettiv. Għaldaqstant, hu qal li l-Green bonds u l-European Green Deal huma l-investiment li se jgħinna naslu fid-destinazzjoni li għażilna.



34

IAN BORG Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali

Naħdmu llum għal Għada Aħjar

Kull meta naħseb fi tfuliti, niftakar kien ikolli ħsieb dejjem iberren f’moħħi. U dan il-ħsieb kompla miegħi u sar parti minn ħajti iżjed ma bdejt nikber. Speċjalment meta ta’ tfajjel li kont, arani nissaħħar bil-bdiewa biżlin jaħdmu bla ma jieqfu biex jaqgħilu l-għajxien tagħhom. Minn ċkuniti, niftakar lil missieri u lil ommi jgħallmuna dwar l-importanza li nippjanaw – li naħdmu kemm nifilħu llum, biex għada jkollna moħħna mistrieħ. Illum, tant niżel f’qalbi dan it-tagħlim ta’ familti, tant swietli dik l-esperjenza ħawtiela tagħhom, li qed nipprova ngħaddi l-istess prinċipji tal-ħajja lil binti, u nemmen li m’hemmx mod aħjar kif tgħallem li xi ħadd milli tagħti eżempju. ESPERJENZI LI SWEWNI Meta ġejt iffaċċjat bi sfidi ġodda u strambi, u biddeċiżjonijiet diffiċli li dawn ġabu magħhom, erġajt mort lura għal dak it-tagħlim u esperjenzi ta’ tfuliti. B’ċertezza stajt nieħu deċiżjoni pożittiva għallġid ta’ dawk kollha li jaqgħu taħt ir-responsabilità tiegħi – li bħal dejjem naħsbu, nippjanaw, u naħdmu b’viżjoni, li tħares lejn l-issa u l-imbagħad. Kemm-il darba tkellimt dwar l-irwol importanti li kellhom il-ħaddiema tas-settur tat-trasport u l-infrastruttura biex komplew jiżguraw li l-ħwienet essenzjali, l-isptarijiet u l-ispiżeriji ikollhom ilprodotti u l-apparat biex iwettqu l-ħidma tagħhom f’dawn iż-żminijiet.

Madanakollu, dan ma kienx l-uniku rwol ta’ dawn il-ħaddiema. Fuq kollox, meta l-ħaddiem tal-port kien iqum filgħodu u jmur lejn ix-xatt biex bl-akbar impenn iħott u jgħabbi l-merkanzija, ma kienx qiegħed jgħin biss biex jibqa’ jkollna l-ikel fi djarna u mediċini fl-ispiżerija tagħna, imma kien qiegħed ikompli jdawwar l-ekonomija ta’ pajjiżna. IS-SETTUR MARITTIMU Mhuwa l-ebda sigriet li s-settur marittimu Malti huwa pilastru tal-ekonomija. Anke llum, meta l-Pandemija qed tissikka l-ekonomija tagħna dan is-settur kien fost dawk li komplew idawwru r-rota tal-ekonomija biex tkompli għaddejja u tħaddem in-nies filwaqt li tkompli tippompja flejjes kbar fil-Kaxxa ta’ Malta. Nitkellmu ħafna dwar is-suċċess fenomenali tarreġistru tal-bastimenti merkantili, jew in-numru ta’ super yachts li jiġu rreġistrati f’pajjiżna. Dan kollu huwa turija ta’ fiduċja, mingħajr dubju. Imma mhuwiex l-uniku sors ta’ dħul li jġib is-settur marittimu. Ma nistgħu qatt, speċjalment issa, li għaddejjin minn din il-burraxka internazzjonali, ninsew l-importanza tas-settur tat-tbaħħir. Meta l-merkanzija tkompli dieħla fil-pajjiż, meta s-sewwieqa ta’ vetturi tal-ġarr ikomplu jagħmlu l-vjaġġi tagħhom mill-port sa wara bieb in-negozju, inkunu qed niżguraw ukoll li n-negozji tagħna jkollhom prodott xi jbigħu lill-konsumaturi. Illum is-sidien tan-negozji qed jieħdu nifs ġdid hekk kif il-Gvern beda bil-mod, il-mod jillaxka miżuri li kienu qed jittieħdu. Huwa grazzi għat-tbaħħir, li dawn l-istess azjendi u negozjanti jistgħu jserrħu rashom li l-klijenti ma jsibux xkafef vojta jew nieqsa minn dak li huwa essenzjali għal ħajja sħiħa.


35

NGĦINU L-ESPORTAZZJONI

PROĠETTI INFRASTRUTURALI

Sadanittant, irridu niftakru fil-prodott li jimmanifattura l-Malti. U iżjed ma jgħaddi żmien u jħabbtu ma’ wiċċna sfidi, iżjed naraw kemm huwa għaqli, intrapredenti u mimli inizjattivi l-imprenditur Malti. Il-Gvern dejjem apprezza l-ħiliet tal-imprendituri tagħna u dejjem għenhom fejn seta’. Għalhekk, huwa ta’ serħan il-moħħ għalina, li nafu li s-settur marittimu qed jikkontribwixxi biex dan l-istess prodott lokali tan-negozjanti ħabrieka tagħna jkompli jiġi esportat lil hinn minn xtutna. Dan ukoll ikompli jdawwar l-ekonomija, filwaqt li jassigura dħul għall-imprenditur Malti u għall-ġid kollettiv talpajjiż.

Tajna spinta lill-proġetti infrastrutturali – ħadna okkażjoni minn traffiku inqas fit-toroq u dawwarna dan f’opportunità biex naħdmu aktar fuq l-arterji ewlenin ta’ pajjiżna.Dan ma jfissirx biss li llum innies għandhom netwerk tat-toroq aktar effiċjenti mill-bieraħ u għada se jsibu wieħed aħjar minn tallum. Ifisser ukoll, li l-ħaddiema tal-kuntratturi li qed jaħdmu f’pajjiżna, bl-akbar prekawzjoni, kuljum baqgħu jmorru jaqilgħu l-għajxien tagħhom, ilperiti u l-kuntratturi komplew jagħmlu l-ordnijiet għall-materjali biex jibnu l-infrastruttura. Ħadna rwol mhux biss ta’ min jimpjega imma ta’ klijenti għal diversi negozji li jipprovdu dak li jkollna bżonn.

L-istess imprenditur, li baqa’ għaddej bil-ħidma tiegħu f’realtà ġdida b’kundizzjonijiet ġodda, ukoll għamel il-biċċa tiegħu għall-ekonomija tagħna, bħalma għamel il-ħaddiem tas-supermarket, issid tal-ħanut tal-merċa u l-ispiżjar. Illum, dawk kollha li għandhom jew jaħdmu f’negozji ta’ xorta jew oħra, reġgħu qegħdin joperaw fis-suq ukoll, u huma wkoll qegħdin jgħinu biex idawwru r-rota tal-ekonomija. Kellna triq diffiċli u twila, anke għat-telgħa biex wasalna hawnhekk. Bħal dejjem, ridna naħsbu, niddeliberaw, nippjanaw b’viżjoni ħolistika u filwaqt li tajna l-enerġija tagħna biex naraw li l-prodotti essenzjali jkomplu jaslu fid-destinazzjoni tagħhom, frixna ħarsitna fuq setturi oħrajn ukoll.

Illum qed naraw ċaqliq f’direzzjoni aktar viċin tannormal. Il-ħidma tagħna se tkompli u se nagħtuha spinta akbar. Se nkomplu nwasslu l-prodotti għand in-negozjanti, se nkomplu nħaddmu lil dawk li jwassluhom, se nkomplu nibnulhom toroq effiċjenti u portijiet denji. Sadanittant, ir-rota tal-ekonomija għalkemm naqqset ftit il-pass tagħha, qatt ma waqfet iddur, u jien se nkun minn ta’ quddiem biex flimkien ma’ sħabi u l-kollegi tiegħi fil-Gvern inxammru l-kmiem u nkomplu ndawruha. Anke Missierna San Pawl wissiena: ‘Biex tiekol trid taħdem.’ Jien hekk imgħallem nagħmel u jekk nagħmlu hekk ilkoll, nibnu pajjiż tal-meravilji; għalina u għal uliedna.


36

KEVIN BUTTIGIEG Kap Eżekuttiv ta’ REMAX Malta

Minkejja l-pandemija… il-proprjetajiet żammew l-istess prezzijiet tassena l-oħra Il-Kap Eżekuttiv ta’ REMAX Malta, Kevin Buttigieg qal li minkejja li l-pandemija tal-COVID-19 wasslet biex isiru inqas tranżazzjonijiet, li jammontaw għal madwar 40% tal-bejgħ tas-soltu, min-naħa l-oħra t-tranżazzjonijiet li saru kienu b’saħħithom u l-prezzijiet baqgħu fl-istess livelli tas-sena li għaddiet. F’intervista ma’ din il-gazzetta, Buttigieg spjega kif bħal dejjem, is-suq tal-proprjetajiet hu l-aħħar wieħd li jiġi affettwat u ġeneralment l-ewwel li jiġi lura wara riċessjoni normali. Spjega li din il-pandemija kienet xi ħaġa straordinarja li esperjenzaha kulħadd. Issa li għaddew tliet xhur minn mindu bdiet din il-kriżi, Buttigieg qal li jista’ jgħid li s-suq ġie affettwat b’tali mod li l-bejgħ naqas peress li tqum l-inċertezza f’ċirkostanzi bħal dawn. Spjega kif fir-realtà kien hemm inqas tranżazzjonijiet, iżda l-bejgħ li sar (li jammonta għal madwar 40% tal-bejgħ tas-soltu) kien wieħed b’saħħtu u l-prezzijiet żammew l-istess livelli tassena li għaddiet. Qal li dan kollu kien possibbli għax issoltu waqt li jsiru n-negozjati jintalab xi traħħis u dan ivarja bejn 3 u 7% tal-prezz.

SUQ TAL-KERA LI BATA GĦAX IL-BARRANIN TELQU MINN MALTA Fir-rigward tas-suq tal-kera, il-Kap Eżekuttiv ta’ REMAX qal li l-moviment fis-suq naqas ħafna, peress li s-suq Malti hu differenti ħafna minn dak ta’ ħafna pajjiżi, għax jiddependi kompletament mill-barranin li jiġu jaħdmu f’Malta. Qal li s-sitwazzjoni hi li hemm bosta proprjetajiet vojta hekk kif dawn in-nies telqu minn pajjiżna. Minħabba f’hekk qal li l-prezzijiet naqsu bejn 20 u 40%, dejjem skont iż-żona ta’ fejn tinsab ilproprjetà. Minħabba f’hekk, hu qal li wieħed irid jistenna u jara x’se jiġri bejn 12 u 18-il xahar ieħor, fejn possibbilment dawn in-nies jerġgħu jibdew ġejjin lura lejn Malta. Qal li dan kollu jdur mad-domanda u l-provvista, fejn saħaq li jekk dawn in-nies ma jibdewx ġejjin lura, allura s-suq tal-kera se jkompli jsofri u dan jiġi rifless fis-suq fix-xhur li ġejjin. Buttigieg qal li r-realtà hi li kulħadd irid jistenna u jara kif se tiżvolġi s-sitwazzjoni. Qal li ħadd ma jaf kemm se ddum u lanqas safejn se tibqa’ sejra. Min-


37

naħa l-oħra, irrikonoxxa li din hi sitwazzjoni globali u għalhekk jemmen li kulħadd qiegħed fl-istess sitwazzjoni ta’ inċertezza li tikkawża waqfien finnegozji kollha. Rigward is-settur tal-proprjetajiet, Buttigieg qal li dan dejjem kien pilastru għas-soċjetà tagħna, peress li Malta hi waħda mill-aktar pajjiżi fid-dinja li n-nies huma s-sidien tad-djar tagħhom. B’mod pożittiv, hu qal li jemmen li din il-pandemija se twassal biex minkejja li bħalissa qegħdin inbatu, flaħħar mill-aħħar se sservi biex jiġu eliminati dawk li mhumiex professjonisti fis-settur.

Intant, hu qal li dak li se jiġri wara li tgħaddi din ilpandemija hu vera sempliċi. Sostna li huma biss il-persuni li huma vera professjonisti li se jibqgħu f’dan in-negozju, għax issa aktar minn qatt qabel fil-proċess tal-bejgħ u tal-kiri tal-proprjetà se jkun mitlub li tkun taf eżatt kif inhu mibni, x’materjali ntużaw fil-kostruzzjoni u x’tipi ta’ disinni ntużaw. Għalhekk qal li dan se jwassal biex in-nies ilħżiena fis-settur ikollhom iżarmaw. Għaldaqstant, din għalih hi t-triq li nfiequ, fejn hu importanti li jinżammu l-professjonisti fin-negozju, filwaqt li jitneħħew id-dilettanti.

SETTUR LI JRID ISIR AKTAR SERJU

IL-LIKWIDITÀ ĦADET DAQQA GĦAX IL-KONVENJI ĠEW POSPOSTI

Spjega li s-settur tal-bejgħ tal-proprjetajiet irid isir aktar serju, peress li dan ix-xiri hu tal-akbar valur li persuna tagħmel f’ħajjitha. Għalhekk qal li hu kuntent li l-att dwar il-liċenzjar tas-settur talbejgħ tal-proprjetà se jidħol fis-seħħ is-sena li ġejja. Qal ukoll li bit-teknoloġija moderna u l-bidliet fis-settur, fosthom il-modi ġodda kif jista’ jitlesta post, il-modi ġodda kif isir il-bini u l-iżviluppaturi professjonali li qed jadottaw dan kollu, il-bejjiegħa tal-proprjetajiet se jkunu f’pożizzjoni li jesponu u jirreklamaw lil Malta mal-kuntatti internazzjonali tagħhom bħal destinazzjoni mill-aqwa fejn jaqbillek tixtri t-tieni jew it-tielet dar. Saħaq li statistika importanti f’Malta u li tagħmilha post solidu fejn għandek tinvesti hi li aktar minn 70% tal-investiment fil-proprjetà isir mill-Maltin stess. Buttigieg qal li fl-aħħar snin il-prezzijiet talproprjetà splodew hekk kif d-domanda kienet waħda kbira. Qal li issa mistennijin naraw bidla fil-prezzijiet, għalkemm ammetta li s’issa ħadd ma jista’ jikkummenta dwar jekk din il-korrezzjoni hix se tkun ta’ 5, 10, 15 jew 20%. Qal li dan għadu ħadd ma jista’ jkun ċert minnu għax ħadd ma jaf eżatt kemm se ddum magħna din il-pandemija. Għalhekk qal li jkollna nistennew u naraw. Madankollu, Buttigieg jemmen li l-korrezzjoni fil-prezzijiet se tkun lejn l-10%, filwaqt li dejjem tiddependi skont iż-żona fejn tkun il-proprjetà.

Rigward il-flus kontanti fis-settur, Kevin Buttigieg qal li hu jemmen li l-likwidità fis-suq talproprjetajiet ħadet daqqa kbira hekk kif il-konvenji għax-xiri ġew posposti u s-suq naqas. Għalhekk qal li l-kuntratti li kienu antiċipati li jsiru f’Marzu, April, Mejju u issa anke f’Ġunju, ġew posposti 70% minnhom. Sostna li dan jaffettwa fil-likwidità fost l-aġenti tal-proprjetà kollha, lill-iżviluppaturi, lill-kuntratturi, lill-fornituri tal-materjali u ħafna oħrajn. Iżda għal darb’oħra qal li min hu b’saħħtu se jkampa, filwaqt li dawk li huma dgħajfa se jkollhom iżarmaw. Għal Buttigieg, l-akbar sfidi li qed jiffaċċjaw jinkludu li ma jafux eżatt kemm se ddum din il-pandemija u meta se nerġgħu lura għannormalità. Spjega li din tilgħab parti importanti fil-pjani għall-futur tagħhom. Però, min-naħa l-oħra qal li wieħed għandu jieħu l-opportunità li jirranġa dak li hemm ħażin fil-kumpanija jew inkella li mhux qed jaħdem bħalma jixtieq. Barra hekk, qal li bħala kap iħoss li għandu jżomm linnies tiegħu pożittivi u jara li jżommu ruħhom attivi għax dawk li jkunu ppreparati meta jgħaddi kollox se jkunu f’pożizzjoni tajba li jieħdu parti missuq. Għaldaqstant, hu qal li importanti li jżommu lilhom infushom lesti għax is-suq tal-propretajiet qiegħed hawn biex jibqa’ u dan dejjem se jibqa’ l-aqwa investiment li persuna tista’ tagħmel.


38

ALEX MUSCAT Segretarju Parlamentari għaċ-Ċittadinanza u l-Komunitajiet

Ekonomija reżiljenti ta’ pajjiż kuraġġuż

Matul dawn l-aħħar seba’ snin ta’ Gvern Laburista, pajjiżna esperjenza tkabbir ekonomiku bla preċedent. Dan it-tkabbir ġie bil-ħila u l-viżjoni li dan il-Gvern fassal matul iż-żminijiet.

Is-suċċess ta’ dan il-Gvern kien li jsaħħaħ l-ekonomija, joħloq aktar opportunitajiet ta’ xogħol, jikkontrolla l-għoli tal-ħajja filwaqt li joħloq il-klima ekonomika neċessarja sabiex in-negozji jiġru ‘l quddiem. Għamilna dak li għal ħaddieħor kien impossibbli; billi naqqassna t-taxxi, żidna n-nefqa kapitali bla preċedent, għamilna tajjeb għall-inġustizzji tal-passat, filwaqt li fl-istess ħin ħallasna lura ħafna mid-dejn nazzjonali li għamlu gvernijiet passati. Qatt m’hemm nuqqas ta’ proġetti jew investimenti li l-Gvern jista’ jiddeċiedi li jonfoq il-flus fuqhom, iżda Gvern għaqli jrid jara li ma jonfoqx iktar minn dak li jiflaħ. Min hu dak il-missier ta’ familja, li jagħżel li jixtri xi karozza lussuża qabel ma jirranġa s-saqaf ta’ daru li qed iqattar? Bl-istess mod, ilGvern irid ikun bil-għaqal kif jamministra l-flus li jinġabru mit-taxxi tal-poplu. Kull Gvern, għandu l-għażla li jagħmel id-dejn, iżda jrid jara li kull nefqa tiegħu tkun waħda sostenibbli fit-tul. Dak huwa l-għaqal ekonomiku. Il-ġid li għamel il-Gvern matul dawn l-aħħar snin qed jiġi rikonoxxut fid-diversi rapporti maħruġa minn istituzzjonijiet internazzjonali finanzjarji u anke’ skont l-aħħar statistika uffiċjali maħruġa mill-Bank Dinji. F’din l-istatistika, fl-2019, ilProdott Gross Domestiku f’Malta kien jammonta għal aktar minn 13.6 biljun ewro. It-tkabbir filProdott Gross Domestiku, jkompli jsaħħaħ ir-


39

reputazzjoni fiskali u monetarja ta’ pajjiżna. Dan jagħti lok sabiex aktar intrapriżi Maltin u internazzjonali jagħmlu kuraġġ u jkomplu jinvestu. Permezz ta’ hekk tkompli tikber l-ekonomija. Dak huwa ċ-ċiklu virtwuż li dan il-Gvern irnexxielu joħloq. Żewġ indikaturi ekonomiċi ewlenin għal kull ekonomija huma il-ħolqien tax-xogħol u ż-żieda fil-produttivita’. Dan il-Gvern irnexxielu joħloq l-akbar numru ta’ opportunitajiet ta’ xogħol li pajjiżna qatt kellu. Qatt daqs illum ma kellna daqstant nies jaħdmu. Konna kapaċi wkoll innaqqsu n-numru ta’ ħaddiema qiegħda għallinqas livell ta’ kull żmien. Waqt li l-Gvern kompla jsaħħaħ is-setturi ekonomiċi eżistenti bħatturiżmu u l-manifattura, ħloqna niċċeċ ġodda li qed jikkontribwixxu għal bosta opportunitajiet ta’ xogħol oħra. Huwa proprju għalhekk, li l-kwalita’ tal-ħajja tal-poplu Malti u Għawdxi mxiet daqstant ‘il quddiem f’dawn l-aħħar snin. Huwa bis-saħħa tal-ekonomija li ħoloq dan ilGvern li pajjiżna qed ikun kapaċi jilqa’ bl-aqwa mod possibbli għall-isfidi li ġab miegħu COVID-19. Din ilpandemija ħasdet lid-dinja kollha u qed tagħti daqqa ta’ ħarta lill-ekonomiji ta’ kull pajjiż. L-aħbar it-tajba minn dan kollu hi, li pajjizna jinsab f’pożizzjoni ferm aħjar minn ħafna pajjiżi oħra sabiex nilqgħu għal din il-kriżi. Ir-rapport ekonomiku li ppublikat waħda mill-aqwa Universitajiet fl-Istati Uniti – l-Università Columbia fi New York, juri biċ-ċar kemm il-Gvern Malti qed ikun kapaċi jieħu l-aqwa deċiżjonijiet sabiex nipproteġu l-ekonomija tagħna. Dan irrapport jikkonferma li Malta hija l-aktar pajjiż fid-dinja li qed jonfoq flus biex iwieżen ‘il familji u n-negozji f’dawn iż-żminijiet ta’ sfida. Pajjiżna qed jagħti l-akbar għajnuna ekonomika u finanzjarja fid-dinja, f’termini ta’ persentaġġ tal-

Prodott Gross Domestiku. Sa issa salvajna aktar minn 93,000 impjieg. Dan apparti s-sostenn li tajna lin-negozji u intrapriżi żgħar sabiex jibqgħu joperaw bl-aħjar mod possibbli. Il-miżuri ta’ għajnuna ekonomika jaqbżu lil pajjiżi l-oħra kollha, inkluż dawk ferm ikbar minna, bħall-Istati Uniti u l-Ġappun. Dan kollu huwa possibbli għax ħloqna ekonomija b’saħħitha. Il-viżjoni ekonomika fit-tul ta’ dan il-Gvern hija riflessa fl-inizjattivi li ttieħdu matul is-snin. Jekk insemmu l-programm tal-investituri individwali (IIP), imniedi fl-2014, dan ġab investiment dirett ta’ ‘l fuq minn €1,400 miljun fl-ekonomija tagħna. Dik hija viżjoni bil-għaqal ta’ Gvern li jħares filbogħod. Fil-passat, taħt gvernijiet oħra, l-affarijiet kienu jsiru b’mod differenti. Ħaddieħor kien jiddejjen u jonfoq bl-addoċċ bħal donnu għada qatt mhu se jasal. Dik hija viżjoni ekonomika li ma tħarisx il-bogħod, u li kieku llum ġabitna għarkubtejna. Dik hija d-differenza bejn gvern li jkollu pjan ekonomiku fit-tul u gvern bla viżjoni ekonomika. Il-poplu Malti u Għawdxi għandu jkun kburi bilmod ta’ kif flimkien qed niġbdu ħabel wieħed sabiex nerġgħu niksbu lura dak li tteħdilna minħabba dan il-virus. F’ċirkustanzi bħal dawn fejn ħajjitna nbidlet radikalment, irridu nerġgħu naraw li l-effetti ta’ din l-isfida ma jkissrunix. Ekonomija mwaqqfa fuq sisien sodi tibqa’ b’saħħitha. Huwa proprju għalhekk li l-Kummissjoni Ewropea qed tbassar li dan il-pajjiż ċkejken ħa jkun l-inqas wieħed affetwat minn din il-pandemija. L-għaqal ta-Gvern u l-bżulija tal-ħaddiema tagħna se jiggarantixxu li nkomplu mexjin ‘il quddiem.



Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.