Ekonomija 10

Page 1

#10

4 ta’ Settembru 2021

L-inflazzjoni f'Malta p3 | Sistema li qed tħalli l-f rott p5 | L-Irwol tal-MLRO taħt il-Liġi Maltija p15

Nota mill-Edituri

Omar Vella

Warren Farrugia

Skema li tixhed irruħ soċjali tal-gvern Il-miżuri li qed jieħu dan il-Gvern fil-qasam tal-housing jolqtu firxa wiesgħa ta’ nies minn kull faxxa tas-soċjetà. Tant li f’dawn l-aħħar snin bosta nies gawdew minn benefiċċji eżistenti u oħrajn ġodda li ġew introdotti bil-għan li jtejbu l-kwalità talħajja tal-familji f’dan il-qasam. Ta’ min isemmi l-impatt pożittiv li ħallew diversi skemi fosthom tal-first time buyers, li ġiet estiża diversi drabi bil-għan li aktar familji, b’mod partikolari żgħażagħ, isiru sidien ta’ djarhom. Fl-aħħar jiem, żdied ukoll ilbenefiċċju li se jħalli impatt pożittiv fuq persuni b’diżabilità, dawk bi kwistjonijiet mediċi jew li kellhom mard fl-imgħoddi, issa permezz ta’ skema ġdida l-Gvern se jidħol garanti malbank biex dawn il-persuni jingħataw is-self mill-banek sabiex jixtru proprjetà. L-iskema bl-isem “New Hope Guarantee” mhux se tkun polza tal-assikurazzjoni iżda se toffri alternattiva sigura lill-banek biex is-self ikun jista’ jingħata mingħajr riskju fuq il-qraba talbenefiċjarju. Il-Gvern, permezz tal-Awtorità tad-Djar, se jkun qed joffri garanzija li se tkopri self massimu ta’ €250,000 fuq proprjetà li se tintuża bħala residenza primarja. Din ilgaranzija se tkun sostnuta minn back to back guarantee mill-Fond Soċjali għall-Iżvilupp Nazzjonali li se tiggarantixxi €30,000,000 f’home loans. Applikant li ma jirnexxilux jikseb polza għandu japplika għal din l-iskema mal-Awtorità tadDjar. L-Awtorità, flimkien malKummissjoni għad-Drittijiet tal-Persuni b’Diżabilità, se tivverifika d-dokumenti u jsiru r-riċerki kollha meħtieġa. Se jinħareġ ċertifikat u ittra ta’ rakkomandazzjoni u eventwalment tinħareġ garanzija fuq l-ammont misluf. Nemmnu li din l-iskema hi pass pożittiv għal dawk l-aktar vulnerabbli jew li jeħtieġu l-akbar għajnuna. Skema li tixhed ir-ruħ soċjali li għandu dan il-Gvern. Li toffri tama u dinjità lil kulħadd.


2

EKONOMIJA | 4 ta’ Settembru 2021

Sinjali ekonomiċi pożittivi Aktar kmieni matul ix-xahar ta’ Awwissu fil-fatt rajna li l-Bank Ċentrali beda jgħolli l-aspettattiva għat-tkabbir ekonomiku għal din is-sena u anke għas-sena li ġejja b’0.2% u 0.4% rispettivament. Riżultat ta’ deċiżjonijiet importanti matul il-kriżi pandemika L-irkupru li qed nesperjenzaw huwa frott ta’ deċiżjonijiet importanti li ttieħdu sabiex tiġi immaniġġata l-kriżi ekonomika. L-għajnuna bla preċedenti li ngħatat linnegozji sabiex ikunu jistgħu iżommu l-ħaddiema fuq il-kotba tagħhom flimkien mal-għajnuniet f’forom ta’ self għal dawk li huwa working capital mhux biss ipproteġew in-negozji imma kienu vitali biex illum f’pajjiżna għandna suq tax-xogħol tant b’saħħtu li n-numru ta’ nies qegħda mhux talli huwa anqas minn dak li kien qabel ilpandemija talli saħansitra jirrifletti l-anqas rata ta’ qgħad li qatt rajna f’pajjiżna.

L

-aħħar statistika maħruġa mill-NSO qegħda turi sinjali ċari ta’ rkupru fl-ekonomija Maltija. Is-suċċess tal-programm ta’ vaċċinazzjoni kien kruċjali biex l-ekonomija Maltija terga’ tibda tirpilja. Għal li ġej però, se jkun indispensabbli li pajjiżna jiffoka fuq żieda fil-kwalitá u fuq il-valur miżjud f’numru ta’ setturi sabiex jiġi attirat aktar investiment internazzjonali u niggarantixxu livell ta’ għajxien aktar għoli.

Is-suċċess tal-programm ta’ vaċċinazzjoni kien kruċjali sabiex jiġu salvati l-ħajjiet. Dan kien fundamentali wkoll fil-kuntest ekonomiku. Ir-rata mgħaġġla li biha ngħata l-vaċċin kienet indispensabbli biex in-nies reġgħu rabbew il-kuraġġ li jerġgħu jirritornaw għal normalitá ġdida fejn iħossuhom komdi jibdew jonfqu u jdawru r-rota ekonomika. Filfatt jidher li kkumparat mas-sena li għaddiet, il-konsum fil-ġimgħat ta’ wara r-rilaxx tarrestrizzjonijiet kien aktar b’saħħtu minn dak li kien fl-istess ġimgħat is-sena li għaddiet. Mhux hekk biss però, il-fatt li f’Malta għandna l-aktar porzjon għoli ta’ nies vaċċinati filpopolazzjoni fuq livell globali ifisser li r-riskju li jkollna kollass fis-sistema tas-saħħa tagħna qiegħed dejjem jiċkien u allura jonqos ukoll irriskju li jerġgħu jidħlu fis-seħħ restrizzjonijiet fuq in-negozji fil-futur.

Fit-tieni kwart ta’ din is-sena Malta irreġistrat l-akbar rata ta’ tkabbir ekonomiku fl-istorja hekk kif bejn April u Ġunju, il-prodott gross domestiku żdied bi kważi 14% fuq l-istess perjodu tas-sena l-oħra. Dan huwa wkoll dovut għall-fatt li fl-istess xhur tassena 2020 il-biżgħa u l-inċertezza li ġabet magħha l-pandemija kienet fl-aqwa tagħha. Madankollu l-andament ekonomiku fl-ewwel sitt xhur ta’ din is-sena huwa inkoraġġanti ħafna anke meta wieħed iqis li bejn Marzu u April ta’ din is-sena kellna restrizzjonijiet fuq in-negozji Maltin li kienu simili ħafna għal dawk li kellna fl-istess xhur tas-sena l-oħra. Fil-fatt it-tkabbir ekonomiku għall-ewwel nofs tas-sena issa diġà laħaq il 5.6%.

Minn issa sal-aħħar tas-sena, ċertu negozji jridu jieħdu deċiżjonijet importanti għallfutur F’dan il-kuntest numru ta’ negozji jridu jieħdu deċiżjonijiet importanti għall-futur tagħhom. L-għajnuna tal-Wage Supplement bdiet tiġi rtirata b’mod gradwali sabiex ma jingħata l-ebda skoss lin-negozji, speċjalment dawk li l-aktar intlaqtu mill-pandemija.

Andament ekonomiku aktar b’saħħtu minn dak li kien antiċipat. Fil-fatt l-andament ekonomiku li qed nesperjenzaw bħalissa f’pajjiżna huwa saħansitra aktar b’saħħtu minn dak li kien mistenni kemm mill-Gvern stess kif ukoll millBank Ċentrali Malti li kienu bassru li dawn l-istess rati ta’ tkabbir kienu ser jintlaħqu lejn l-aħħar tas-sena minflok sal-ewwel sitt xhur.

Ċertu mudelli tan-negozju se jkunu nbiddlu b’mod permanenti wara l-pandemija hekk kif ix-xejriet tal-konsumatur inbiddlu b’mod irriversibbli. Aktar nies se jkunu qed jibqgħu jaħdmu mid-dar għal numru ta ġranet matul il-ġimgħat, aktar nies se jibqgħu jixtru online u se jistennew servizz dejjem aktar immedjat kemm jekk qed jixtru prodotti tal-ikel kif ukoll ħwejjeġ jew apparat elettroniku fost oħrajn.

Madankollu minn Diċembru, kull negozju jrid jerga’ jibda jfendi għal rasu. Dawk il-kumpaniji li sal-lum għadhom qegħdin jiddependu fuq din l-għajnuna sabiex iżommu l-impjegati magħhom ma jistgħux jitilfu aktar ħin u jridu jieħdu deċiżjonijiet importanti.

Steve Ellul

Dawn huma wħud mit-tendenzi li diġà ħallew impatt fuq in-negozji tagħna u jkun żball jekk wieħed jaħseb li l-arloġġ se jerga’ jmur lura għal dak li kien qabel Marzu 2020. Negozji Maltin iridu jaħtfu l-opportunitá u jaddattaw għar-realtá l-ġdida, jinbidlu, jiddevirsfikaw jew jikkunsidraw saħansitra bidla fis-settur li jaħdmu fih jekk dan mhux se jibqa’ attraenti. In-nuqqas ta’ deċiżjonijiet bħal dawn se jwassal għal għeluq ta’ negozji li se jibqgħu fossilizzati mal-mod kif kien isir in-negozju tagħhom fil-passat. Il-fatt li permezz ta’ Malta Enterprise, l-għajnuna lin-negozji qegħda tinbidel minn waħda ta’ natura assistenzjalista għal waħda li testendi ruħha sabiex tgħin linnegozji jissaħħu u jikbru, huwa opportunitá importanti ħafna għall-kumpaniji Maltin li jistgħu jieħdu dawn l-opportunitajiet. It-turiżmu wkoll jista’ jissaħħaħ fit-tieni nofs tas-sena Minħabba li l-andamanet kajman tar-rata ta’ vaċċinazzjoni f’pajjiżi Ewropej li minnhom nattiraw lit-turisti tagħna, huwa possibbli li numru ta’ turisti kellhom jipposponi l-vjaġġ tagħhom għal wara s-sajf hekk kif min ma kienx vaċċinat kien qiegħed jiffaċċja restrizzjonijiet kbar fl-aħħar xhur. Hekk kif l-andament tal-vaċċinazzjonijiet flEwropa jidher li qabad ċertu ritmu, wieħed jantiċipa t-tieni nofs tas-sena s-settur tatturiżmu u allura anke l-ekonomija lokali tista’ tgawdi minn żieda fir-rata ta’ turisti li jżuru l-gżira f’xhur li normalment ikunu relattivament kwieti. Lil hinn mill-2021: ekonomija aktar moderna u kwalità ta’ għajxien ogħla Dan l-andament ekonomiku tajjeb però ma għandux jaljenana mill-objettiv li nkomplu nimmodernizzaw l-ekonomija tagħna u naraw li f’kull deċiżjoni li nieħdu nersqu dejjem aktar lejn ekonomiji aktar sostenibbli. Is-settur tat-turiżmu per eżempju jrid ikompli jiġi direzzjonat lejn wieħed li jattira l-kwalitá aktar milli l-kwantitá. L-istess fis-settur talproprjetá li llum għandu opportunitá li jadotta teknoloġija li tagħmel il-binjiet tagħna ħafna aktar sostenibbli minn qatt qabel. In-negozji jridu jkunu aktar diġitalment attrezzati sabiex jilħqu l-konsumatur fil-kumditá ta’ daru u l-industrija trid tkompli tirriġenera ruħha lejn waħda li taħdem b’anqas konsum ta’ enerġija u tipproduċi aktar soluzzjonijiet ta’ kwalità u ta’ valur miżjud. Ikun żball kbir li nistrieħu fuq dan issuċċess ekonomiku u naħsbu li kollox se jerġa’ jiġi bħal ma kien qabel mingħajr ma nagħmlu xejn sabiex ninbidlu. L-irkupru ekonomiku li qed naraw huma importanti imma irridu naħtfu l-opprotunitá li nibnu fuqu u fuq is-sostenibbiltá finanzjajra ta’ pajjiżna, ekonomija aktar moderna, aktar reżiljenti u aktar ta kwalità minn dik li kellna qabel il-pandemija. Hekk inkunu nistgħu niggarantixxu żvilupp soċjo-ekonomiku għal pajjiżna u kwalità ta għajxien aħjar għan-nies li jgħixu fih.


4 ta’ Settembru 2021 | EKONOMIJA

L-inflazzjoni f'Malta Kurt Muscat

F'

Lulju 2021, ir-rata annwali ta' inflazzjoni kienet ta' 1.81%, ftit ogħla mir-rata ta’ 1.47% f'Ġunju 2021. Ir-rata annwali ta' inflazzjoni fi Frar 2021 li tkoppri sena sħiħa mill-bidu tal-pandemija kienet ta' 0.18% biss. Dan juri li l-inflazzjoni f'Malta verament bdiet terġa' tibda iżżid fl-aħħar ftit xhur. Dan ma ġiex osservat biss f'Malta iżda f'ħafna pajjiżi oħra. Fil-fatt, l-inflazzjoni fiż-żona ewro telgħet għall-ogħla livell tagħha fi kważi għaxar snin, u żiedet il-pressjoni fuq il-Bank Ċentrali Ewropew biex jikkonsidra jnaqqas il-pass tax-xiri tal-bonds li qiegħed jagħmel ('l hekk msejjaħ quantitative easing). Ir-rebound ekonomiku riċenti tar-reġjun ewropew, wassal sabiex ikun hemm qabża f’Awwissu 2021 fl-indiċi tal-prezzijiet tal-konsumatur taż-żona ewro ta’ 3%. Din iż-żieda qabżet l-aspettattivi tal-biċċa l-kbira tal-ekonomisti. Allura, x'inhi l-inflazzjoni? L-inflazzjoni jew ir-rata tal-bidla fil-prezzijiet matul iż-żmien - mhix fenomenu sempliċi biex titkejjel jew biex jiġi interpretat. Meta l-inflazzjoni tkun b’mod persistenti f’livell għoli wisq, tista' tagħmel ħsara lill-benesseri tal-familji, speċjalment meta ma tkunx ikkumpensata b'żidiet komparabbli fil-pagi, li jwasslu għal tnaqqis fil-poter tax-xiri. Minnaħa l-ohra, meta l-inflazzjoni tkun b’mod persistenti f’livell baxx wisq tħalli l-politika monetarja b'anqas ambitu biex tappoġġja l-ekonomija u tista' tkun sinjal li l-ekonomija tinsab taħt il-kapaċità tagħha Pandemiji tal-kobor ta’ COVID-19 huma, b’xorti tajba, rari, iżda dan ifisser ukoll li jeżistu ftit paralleli storiċi biex jinfurmaw lil dawk li jfasslu l-politika. Minkejja dan, fid-diversi xhur li ġejjin huwa mistenni li l-inflazzjoni mkejla tiżdied xi ftit, primarjament minħabba żewġ fatturi temporanji differenti: tfixkil fil-katina tal-provvista u żieda fid-domanda, speċjalment għasservizzi. Nistennew li dawn iż-żewg fatturi x'aktarx ikunu tranżitorji, u li l-impatt tagħhom għandu jisparixxi maż-żmien hekk kif l-ekonomija tirkupra mill-pandemija. L-ewwel sors potenzjali ta' inflazzjoni ġej minn żidiet fl-ispiża tal-produzzjoni. Jekk l-ispiża tal-materjali meħtieġa biex tipproduċi oġġett jew servizz tiżdied (bħal pereżempju l-azzar meħtieġ għall-manifattura ta' prodott jew l-elettriku meħtieġ biex titħaddem fabbrika), in-negozji jkollhom jgħaddu dawn l-ispejjeż lill-konsumaturi fil-forma ta 'prezzijiet ogħla fejn l-ekonomisti jsejħu dan ‘cost push inflation’. Fil-biċċa l-kbira tal-każijiet, dan it-tip ta 'inflazzjoni huwa tranżitorju - fejn il-prezz tal-azzar jew tal-enerġija ogħla, imbagħad jistabbilizza f'livell ogħla jew jonqos, mingħajr ebda impatt ulterjuri fuq l-inflazzjoni futura. Diġà rajna xi tfixkil fil-katina tal-provvista minħabba l-pandemija. Per eżempju, il-produzzjoni ta 'partijiet għal oġġetti bħall-karozzi xi drabi kienet limitata,

speċjalment f'fabbriki fl-Ażja li għandhom rwol dejjem aktar ċentrali fil-katina tal-provvista globali. L-ispejjeż tat-trasport u l-ħażna żdiedu wkoll hekk kif il-loġistika tal-merkanzija saret iktar diffiċli. Min-naħa l-oħra, żidiet fid-domanda għal ċerti prodotti, bħal dawk li jużaw ċipep tal-kompjuter, ikkawżaw restrizzjonijiet ta' provvista mhux antiċipati fl-industriji. Filwaqt li huwa mistenni li l-ktajjen tal-provvista globali gradwalment jiżblokkaw hekk kif l-ekonomiji dinjin jirkupraw matul l-2021 u lil hinn, fil-futur qrib xi negozji jistgħu temporanjament jgħaddu l-ispejjeż miżjuda minn dawn l-interruzzjonijiet fi prezzijiet ogħla għall-konsumatur, li jirriżulta f'inflazzjoni ogħla. Fl-aħħarnett, il-prezzijiet għal ħafna mis-servizzi l-aktar sensittivi għall-pandemija - bħal lukandi, ristoranti, u vjaġġar bl-ajru - naqsu minħabba d-domanda limitata li ġejja mill-ansjetà tal-konsumatur u r-restrizzjonijiet marbuta massaħħa pubblika. Hekk kif ħafna nies jitlaqqmu d-domanda għal dawn is-servizzi u servizzi oħra tista' tiżdied u tissupera temporanjament il-provvista, hekk kif numru ta’ nies li kienu jaħdmu f’dawn is-setturi telqu u marru jaħdmu f’setturi oħrajn Din iż-żieda fid-domanda, għal dawn is-servizzi, tista' tkun parzjalment imħeġġa mit-tfaddil ta' ħafna familji akkumulati matul il-pandemija. Pereżempju, il-Maltin jista' jkollhom domanda għolja biex jerġgħu jieklu barra fir-ristoranti iżda jistgħu jsibu li hemm inqas għażliet ta' ikel milli kienu qabel il-pandemija. Dan jista' jwassal għal ristoranti li għadhom miftuħa biex jgħollu l-prezzijiet tagħhom. L-ekonomisti jsejħu l-inflazzjoni li tirriżulta minn żidiet bħal dawn fid-domanda bħala ‘pull inflation’. Għal darba oħra, huwa mistenni li din hija primarjament kwistjoni għal żmien qasir; hekk kif negozji li għalqu jew naqqsu sostanzjalment is-servizzi tagħhom jerġgħu jinfetħu, il-provvista mbagħad tibda tiżdied biex tissodisfa din id-domanda. Għalhekk, biex nikkonkludu, għalkemm matul l-aħħar xhur l-inflazzjoni f’Malta kienet qed tiżdied, din iż-żieda fir-rata ta’ inflazzjoni kienet mistennija u tindika li l-ekonomija qed tirkupra bil-mod mill-effetti tal-pandemija. Dan ifisser li l-inflazzjoni f'Malta tidher li hija taħt kontroll, peress li Malta ma ratx żieda drastika fir-rata ta' inflazzjoni kif osservat f'pajjiżi oħra taż-żona ewro.

3


4

EKONOMIJA | 4 ta’ Settembru 2021

Malta

A member of Reanda International

WE FOCUS ON BUILDING MUTUALLY BENEFICIAL CLIENT RELATIONSHIPS

Who we assist? What we do?

Audit & Assurance Accounting and book-keeping Taxation Payroll & Outsourcing Business Plans & Consultancy

Limited Liability Companies Partnerships Sole-Traders Business Start-Ups

A3 Towers, Block A3, Level 12 Triq il-Kanonku M Bologna, Paola PLA 1211, Malta. T: (+356) 2123 5064 - E: robert@reandamalta.com www.reandamalta.com


4 ta’ Settembru 2021 | EKONOMIJA

5

Rebecca Buttigieg

Sistema li qed tħalli l-frott

S

tatistika riċenti li ħarġet mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika dwar innefqa tal-Gvern ċentrali fuq isservizzi soċjali, turi kif fl-ewwel sitt xhur tal-2021, ix-xibka tassigurtà soċjali f’pajjiżna baqgħet b’saħħitha matul il-pandemija.

ewwel sena u nofs wara l-kriżi ekonomika tal-2008, in-numru ta 'dawk fuq l-għajnuna soċjali żdied b'900. Dawk dipendenti fuq l-għajnuna soċjali f'nofs l-2021 kienu terz inqas minn fl-eqqel tal-2008 waqt il-kriżi ekonomika. Bl-istess mod, in-numru ta’ dawk li jirrikorru għal għajnuna supplimentari biex jgħollu d-dħul baxx tagħhom f'nofs l-2021 kien kwart inqas mill-2009.

Ejja ngħiduha kif inhi. Qabel ir-riformi li saru fil-Baġit tal-2014, is-sistema ta’ benefiċċji soċjali kienet waħda pjuttost reattiva. Xi rrid infisser? Irrid ngħid li meta kriżi ekonomika laqtet il-pajjiż qabel l-2014, ħafna nies spiċċaw jiddependu fuq il-benefiċċji soċjali. Mhux hekk biss, dan kien ikun il-bidu ta’ ċirku vizzjuż hekk kif dawn in-nies kienu jispiċċaw jgħixu fil-faqar u bi ftit inċentivi biex isibu saqajhom u jieqfu jiddependu fuq il-benefiċċji soċjali. Smajna b’ħafna każijiet ta’ persuni li iktar ma baqgħu fuq il-benefiċċji soċjali, aktar spiċċaw jiddependu minnhom. L-ewwel kienet tingħata l-għajnuna għall-qgħad, imbagħad tiżdied l-għajnuna soċjali u mbagħad meta tilħaq ċertu età tingħata

Dan it-tnaqqis fid-dipendenza fuq il-benefiċċji, għamilha possibbli għall-Gvern li jgħolli r-rati talbenefiċċju mingħajr ma jħalli impatt negattiv fuq is-sostenibbiltà fiskali. Għalhekk, l-allokazzjoni talGvern għall-ispiża ta’ allowances supplimentari telgħet minn €4.3 miljun fl-2019 għal €6 miljun fl2021. L-istess ġara għall-benefiċċji introdotti ġodda bħall-benefiċċju in-work. Meta mqabbel ma’ sena ilu, l-ammont mogħti żdied bi kważi miljun Ewro, jew kważi bin-nofs. Dan wara titjib fir-rati, eliġibilità, u suppliment ġdid għal dawk fuq dan il-benefiċċju li għandhom it-tfal.

l-għajnuna supplimentari.

kważi €16-il miljun, meta mqabbel ma' inqas minn € 13-il miljun qabel il-bidu tal-pandemija. L-istess ġara bit-Children’s Allowance, fejn l-allokazzjoni telgħet b ’€2 miljun, jew 10%. Fil-kriżi ekonomika tal-2008 il-Gvern kien naqqas din l-għajnuna lillfamilji b'aktar minn €2 miljun.

Dan kollu nbidel bil-Baġit tal-2014. Dakinhar, il-Gvern nieda l-garanzija għaż-żgħażagħ, ilbenefiċċju tax-xogħol, childcare b’xejn u l-iskema Making Work Pay kienu mmirati biex jinkiser dan iċ-ċiklu darba għal dejjem. Filfatt, seba’ snin wara qed naraw kemm kienu effettivi hekk kif qed ingawdu l-frott tagħhom. Minn kważi 6,000 dipendenti fuq l-għajnuna għallqgħad fl-2013, 1,079 persuna li jiddependu fuq dan il-benefiċċju. Il-benefiċjarji tal-assistenza soċjali, li sa Diċembru 2014 kienu jlaħħqu kważi 14,000, persuna naqsu għal 7,778 f'ħames snin. Minkejja li l-kundizzjonijiet ta’ eliġibilità għal għajnuna supplimentari twessgħu, anke hawn rajna nuqqas fin-numru ta’ benefiċjarji. Fl-2020 meta faqqgħet il-pandemija, ħafna stennew li dawn il-kisbiet jisfaxxaw fix-xejn. Madankollu, s-sistema ġdida li nbniet ftit tassnin qabel, write kemm kienet reżiljenti għallewwel test maġġuri tagħha. Bħal ma wieħed seta’ jistenna, fl-ewwel xhura tal-2020 żdiedu l-persuni li kienu jingħataw l-għajnuna tal-qgħad iżda sa nofs l-2021, dan in-numru reġa beda’ nieżel u llum jinsab fl-inqas livell fl-istorja ta’ pajjiżna. B'mod aktar impressjonanti, in-numru ta’ dawk li jirċievu l-assistenza soċjali naqas kemm fl-2020 kif ukoll fl-ewwel nofs tal-2021. Tant hu hekk li sa tmiem Ġunju 2021, in-numru ta' persuni li jiddependu fuq l-għajnuna soċjali kien elf inqas minn dak fl-aħħar ta’ Diċembru 2019. B'kuntrast, fl-

Bis-saħħa ta' miżuri tal-Baġit preċedenti, l-ammont immirat lejn persuni b'diżabilità issa tela' għal

Il-pensjonanti, għall-kuntrarju ta’ dak li sar fissnin preċedenti, ma tħallewx waħedhom f'dan ilmument ta' sfida ekonomika. Fil-fatt, l-ammont mogħti lir-romol tela’ għall-ewwel darba fl-istorja għal aktar minn €80 miljun fl-ewwel sitt xhur tassena. Dan fisser żieda ta’ €15.6 miljun, jew kważi 25% meta mqabbel mal-ammont allokat qabel il-pandemija. Fir-rigward tal-ammont mogħti lillpensjonanti dan ukoll laħaq figura rekord ta' aktar minn terz ta' biljun Ewro fl-ewwel sitt xhur tas-sena. Li f'nofs sfida ekonomika bla preċedent, il-Gvern isib il-fondi biex jgħolli l-investiment fl-allowance tat-tfal b'10%, fil-pensjonijiet tar-romol b'25% u fil-pensjonijiet minimi b'33% hija l-iktar evidenza qawwija li s-sistema tas-sigurtà soċjali qed taħdem u tħalli riżultati. L-għaqal ekonomiku talGvern qed isarraf biex f’dan il-pajjiż kulħadd ikollu l-opportunità jimxi ‘l quddiem.


6

EKONOMIJA | 4 ta’ Settembru 2021


4 ta’ Settembru 2021 | EKONOMIJA

7

Il-ħolqien tal-impjiegi huwa kruċjali għas-suċċess ekonomiku

M

ill-aktar statistika riċenti rriżulta li fix-xahar ta’ Lulju kien hemm 1,542 persuna jirreġistraw għax-xogħol. Dan kien l-inqas numru ta' persuni bla xogħol li qatt ġie osservat fl-istorja ta’ pajjiżna. Il-minimu preċedenti kien dak irreġistrat f'Ġunju 2019, meta kien hemm 1,616-il persuna fir-reġistru talqgħad. Dawn il-figuri jsegwu oħrajn tal-Eurostat li minnhom irriżulta li għandna l-anqas rata ta’ qgħad fost iż-żgħażagħ fl-Unjoni Ewropea. Dawn in-numri huma xhieda oħra ta’ kemm pajjiżna reġa’ qabad ritmu ekonomiku pożittiv. Din l-istatistika tagħtik indikazzjoni tas-sitwazzjoni u tajjeb li titwettaq analiżi kontinwa dwar ix-xejriet tagħha, però l-aktar importanti huwa l-fatt li wara din l-istatistika hemm nies u hemm negozji li setgħu jibqgħu mexjin ’il quddiem. Dawn il-figuri jridu jkunu wkoll analizzati f’kuntest talpandemija Covid-19, fejn meta feġġet fil-bidu tal-2020, il-Gvern Malti kien qiegħed jingħata tbassir totalment differenti mir-realtà li qed ngħixu llum. Dak iż-żmien ilGvern Malti kien iffaċċjat bi previżjonijiet ta’ 50,000 persuna qiegħda, numru sinifikanti għall-aħħar għal pajjiż żgħir bħal Malta. Il-fatt li għandek anqas persuna jfittxu x-xogħol ifisser li għandna aktar persuni li jistgħu jgħixu b’mod aħjar il-familja tagħhom, jistgħu jaspiraw aħjar għall-futur tagħhom, forsi jippjanaw dak l-investiment f’dar jew jagħżlu li jagħmlu pass ieħor f’ħajjithom. Din hija wkoll konferma ta’ kemm il-Gvern tal-Prim Ministru Robert Abela qiegħed ipoġġi n-nies fiċ-ċentru tal-ħidma tiegħu u l-istess nies hemm barra, anke bil-parteċipazzjoni tagħhom fid-dinja tax-xogħol, qed jappoġġjaw din il-politika u japprezzaw li l-gvern għandu l-prijoritajiet it-tajbin. F’kuntest Ewropew u internazzjonali, il-kriżi tal-Coronavirus, kienet xokk kbir għal numru kbir ta’ ekonomiji madwar iddinja, u affettwat l-għajxien u n-negozji tan-nies f’diversi oqsma. Il-gvern Malti rnexxielu jaddotta politika li tieħu ħsieb is-saħħa, l-kwalità tal-ħajja u fl-istess waqt ipproteġa l-impjiegi u assigura li jżomm in-negozji għaddejjin. Kien grazzi għal din il-politika li llum qed nitkellmu dwar irkupru ekonomiku b’saħħtu u f’livell rapidu. Il-Gvern wera u qiegħed ikompli juri li kapaċi jieħu deċiżjonijiet li jipproteġu s-saħħa tan-nies, iżda daqstant ieħor l-għajxien tagħhom.

Kif anki tenna l-Prim Ministru, Robert Abela, il-fatt li żammejna l-qgħad milli jerfa’ rasu kien kruċjali biex illum għandna prospett li l-irkupru jkun wieħed b’saħħtu u dan għaliex l-irkupru ekonomiku qed nagħmluh minn punt ta’ tluq aqwa minn dik ta’ qabel il-pandemija. Il-Maltin jemmnu li pajjiżna miexi fid-direzzjoni t-tajba u li l-qagħda tagħhom u tal-familji tagħhom miexja għall-aħjar minn sena għall-oħra. Qed jgħixu ħajja aħjar u iktar stabbli, b’kundizzjonijiet li qed ikomplu jissaħħu minn sena għalloħra. Madanakollu, fadal ħafna xi jsir u jien aktar minn konvint li l-Gvern se jkompli bil-ħidma tiegħu permezz tal-Budget li se jkun qiegħed jippreżenta għas-sena d-dieħla. Bħall-aħħar snin hemm aspettattiva għall-preżentazzjoni tal-budget u dan għaliex in-nies jagħrfu li dan il-Gvern jista’ jindirizza u joffri serħan il-moħħ lill-familji, il-ħaddiema u n-negozji f’dan il-mument delikat. Dan huwa l-Gvern immexxi minn Prim Ministru li għandu viżjoni għal pajjiżna u li għandu miri ċari għal Malta u Għawdex. Il-Budget fuq kollox għandu jservi ta’ għodda importanti biex il-Gvern ikompli jaddotta politika b’ruħ soċjali li twieżen lil dawk li l-aktar għandhom bżonn, ikompli jsaħħaħ ixxogħol u jkattar klima ta’ investiment minn negozji u jsostni l-investiment tiegħi fl-edukazzjoni u fl-infrastruttura biex ikun assigurat tisħiħ ekonomiku sostenibbli.

Dr Jonathan Attard Deputat Laburista


8

EKONOMIJA | 4 ta’ Settembru 2021

Stejjer ta’ Suċċess mill-Manifattura Lokali Demsey Aluminum u New Energy Ltd qed jiżviluppaw prodotti ġodda għal swieq ġodda Kumpaniji lokali tal-manifattura jeħtieġ li jkomplu jitbiddlu u jżommu aġġornati mażżminijiet jekk jixtiequ jibqgħu joperaw u jħaddmu n-nies. Dan jirrikjedi diversi sfidi kemm dawk ta’ riżorsi, finanzjarji, ta’ ħiliet, ta’ impjegati ġodda, u ta’ pjanijiet.

New Energy Ltd l-investimenti kurrenti u l-pjan ta' ristrutturar Il-kumpanija New Energy; minn batteriji mobiles, Ninsabu diġà f'kuntatt ma' dawk li jissupplixxuna bil-BMS u l-istrixxi tal-metall billi qsamna magħhomgħal idgħalu qegħdin dawk fix-xandir Wieħeddisinji irid jagħraf ifittex l-assistenza li li ninħtieġu. Qed infittxu min jista' jfornina bil-IP rated connector u l-ispeċifikazzjonijiet hemm bżonn biex l-operat jibqa’ għaddej, u issa fl-E-bikes f'diskussjonijiet ma' sostenibbli. kumpanija lokali li tkun tista' taqdina għall-partijiet oħra li għandna bżonn. jibqa’ jiġġenera u jkun fuq kollox Żvilupp sostenibbli jassigura li t-tibdil li jkun se jseħħ ikun wieħed li kemm il-kumpanija, l-impjegati u anke l-klijenti jkunu jifilħu għalih. Dan għaliex ikun żvilupp li jikkunsidra kif se jiġu impattati dawn il-partijiet kollha sabiex is-sistemi li jiġu użati ikunu sistemi effiċjenti, li joffru servizz aħjar, possibilment f’inqas ħin, effettivi b’impatt ikbar u li allura jwassal għal titjib fuq il-prodott u s-servizz tal-kumpanija, l-atmosfera li fiha jaħdmu l-impjegati u fl-aħħar mill-aħħar, fuq ir-reputazzjoni tal-kumpanija. Dawn iż-żewġ kumpaniji; Demsey Aluminium u New Energy Ltd għamlu proprju dan. Dan it-tibdil ma sarx minn jeddu, iżda bi rwol ta’ ħafna partijiet fosthom il-Malta Enterprise li kienet ta’ assistenza u ta’ spalla biex f’mumenti kruċjali bħal dawk ta’ tibdil kbir, il-kumpanija tkun qed tiġi ggwidata u assistita bl-aħjar mod possibli. Dan m’huwiex biss permezz tal-assistenza finanzjarja u skemi tal-Malta Enterprise, imma anke bi gwida koIl-pjan huwa li jkollna l-ewwel stanti u ffaċilitar tal-proċessi.

New Energy Ltd hija kumpanija b'aktar minn 20 Minn diskussjonijiet li bdew ma’ kumpanija Taljana, sena esperjenza li tiddisinja u timmanufattura f'Settembru 2020, rigward diversi disinji u l-eventbatteriji professjonali Li-Ion. Huma jiddisinjaw u walità li New Energy tipprovdi l-batterija għall-projimmanifatturaw chargers u sistemi ta' enerġija dotti tagħhom, bħalissa l-kumpanija tinsab fl-ismħaddma bil-batteriji u inverters għal applikazz- tadju tad-disinn. Il-batterija hija akbar fil-qies, b' jonijiet professjonali f'dan il-qasam u jissupplixxu vultaġġ ogħla, ta’ aktar saħħa u jrid ikollha klassifiklijenti fl-Amerika, fl-Ażja u l-Ewropa. Fil-bidu kazzjoni IP67. New Energy se tkun qed toħloq dan prototip tal-batterija sal-aħħar ftit xhur tal-2021. t-testijiet fuq ir-rota (E- oħra li jisttagħha l-kumpanija bdiet tipproduċi batteriji li jin- Wara il-prodott il-ġdid permezz ta’ kumpaniji tużaw fil-mobiles, imbagħad mxiet għall-batteriji u għu jissuplixxu l-materjali, kemm barranin kif ukoll bike), inkunu nistgħu nibdew bl-ewwel prova tal-produzzjoni fl-2022. Il-pjan huwa li nipproduċu 700 chargers li jintużaw fix-xandir, kif ukoll programmi kumpaniji lokali. ta’ software li jimmonitera jittestja l-istess batter- sejrin hekk. New Energy Ltd batterija bħala kampjuni u 40 elf batterija fl-2022, 80 elfu fl-2023 u nibqgħu iji. Dan seħħ hekk kif is-suq tal-mobiles esperjenza qed tippjana li timpjega 30 ħaddiem ġdid fl-ewwel kellha tliet snin. jinkludi fost l-oħrajn maniġer taltibdil u l-kumpanija tadattaDan l-ħilietikun eżistenti biex tidħol fi swieq oħra.

produzzjoni, tekniċi, store keeper u diversi operaturi.

Dan hu x’tagħmel il-Malta Enterprise mal-kumpaniji lokali, fosthom dawk tal-manifattura però anke dawk li joperaw f’setturi oħra bħax-xjenza, teknoloġija, riċerka u żvilupp, avjazzjoni u infrastruttura diġitali.

Din l-industrija ġiet milquta ħażin ħafna matul il-pandemija u għalhekk għal darb’oħra, New Energy kellha tidħol fi swieq ġodda. New Energy sabet l-opportunità li tipprovdi soluzzjoni għall-problema li jsibu ċ-ċiklisti li jużaw rota elettrika; E-bike. Is-sewwieqa ta’ dawn ir-roti jkollhom jaqdfu b’saħħa liema bħala malli l-batterija tispiċċa, b’riżultat li dawn ittip ta’ roti ma jistgħux jinstaqu minn kulħadd. New Energy għarfet dan l-impatt negattiv fuq is-suq u fuq iċ-ċiklisti, u qed tiżviluppa sistema ta’ batterija ġdida li malli tispiċċa, ma titfax il-piż fuq iċ-ċiklist, iżda taqleb f'sistema alternattiva li wieħed ikun jista’ jsuq b’mod faċli u li jista’ jappella għal iktar ċiklisti.


4 ta’ Settembru 2021 | EKONOMIJA

Il-kumpanija Demsey Aluminium; tkabbir, prodotti ġodda u patent

Demsey Aluminium bdiet fl-1980 u llum qed titmexxa mit-tieni ġenerazzjoni. Fl-2018 Demsey Aluminium irrilokat fi spazju fil-Marsa hekk kif bdiet toffri lil klijenti tagħha prodott ġdid; twieqi tal-uPVC u mhux biss prodotti tal-aluminium. Il-kumpanija investiet f’makkinarju ġdid li jipproduċi dawn it-twieqi bil-materjal il-ġdid tal-uPVC. Illum timpjega nies speċjalizzati mhux biss fuq l-alumnium imma anke fuq ħadid u plastik, kif ukoll inġiniera li qed jagħtu orizzonti ġodda lil Demsey Aluminium. Permezz ta’ dawn il-ħiliet, Demsey Aluminium qed tirriċerka modi ġodda ta’ kif tħallat u toħloq profili ta’ aluminium li jistgħu jiġu adattati għal-użu f’Malta, u li permezz tagħhom, binjiet f’Malta jkunu qed igawdu minn iktar effiċjenza fl-enerġija, fost benefiċċji oħra. Bħalissa, il-kumpanija waslet għall-ewwel prototipi tagħha, u jidher li dawn il-prototipi se jwasslu għar-riżultati mixtieqa. Demsey Aluminium għalhekk se tkun qed tħares lejn il-possibilità ta’ patent fuq dan il-prodott u bħalissa qegħda f'taħditiet ma’ esperti mir-Renju Unit li qed jgħinu f’dan il-proċess. Dan mhux kollox. Demsey Aluminium espandiet ir-riċerka tagħha għal prodott ieħor ġdid li tista’ timmanifattura hi stess; sistemi ġodda ta’ kif wieħed jista’ jqassam l-ispazju biex joħloq uffiċini diversi minn kamra waħda (partitions). Dawn is-sistemi huma magħmulin minn aluminium u ħġieġ insulari li jiflaħ għal-akustika għolja, u li ċertament id-domanda għalihom dejjem qed tiżdied.

9


10

EKONOMIJA | 4 ta’ Settembru 2021

L-importanza li jkollok teknoloġija ċċertifikata

I

lna għal żmien twil ngħixu b’dipendenza kważi totali fuq it-teknoloġija. Tant hu hekk li sirna nassumu ammont sostanzjali ta’ dipendenza teknoloġika, u nindunaw biss kemm nafdaw li t-teknoloġija taħdem kif suppost, meta din l-istess teknoloġija tieqaf taħdem jew tispiċċa ma taħdimx sew.

X’wassal għal din id-dipendenza? Trevor Sammut Kap tar-Regolatorju fi ħdan l-Awtorità Maltija għallInnovazzjoni Diġitali

Iż-żewġ elementi ewlenin li wasslu biex l-uman jiddependi aktar fuq it-teknoloġija huma l-konvenjenza u l-effiċjenza. Meta xi ħaġa, tkun xi tkun, se ttaffi mill-isforz uman u tirriżulta f’output li huwa ferm iktar effiċjenti, l-għażla ssir weħidha. Madanakollu, xorta jeżistu oqsma oħra fejn l-uman huwa ppreferut għax huwa iktar effiċjenti mit-teknoloġija u għax għandu elementi li qatt ma jistgħu jiġu replikati b’mod iktar effiċjenti minn xi teknoloġija tal-preżent.

Kemm huwa importanti li jkollok teknoloġija ċċertifikata? L-Awtorità Maltija għall-Innovazzjoni Diġitali (MDIA) titkellem ħafna fuq dan l-aspett. Dan għaliex aktar ma jgħaddi ż-żmien, iktar qed naraw li d-dipendenza totali fuq it-teknoloġija issa qed taffettwa setturi iktar kruċjali, bħal finanzi u mekkaniċi, u dan qed jikber b’mod mgħaġġel. Għaldaqstant ifisser li jekk l-istess teknoloġija ma tiffunzjonax sew, jew inkella jista’ jagħti l-każ li ġiet żviluppata b’diffett, l-impatt illum il-ġurnata se jkun ferm ikbar minn qatt qabel. Fi kliem ieħor, ir-riskju m’għadux fl-istess livell bħal tal-passat, fejn l-effett kien ferm iżgħar f’każ ta’ difett teknoloġiku. B’hekk, iċ-ċertifikazzjoni hija mezz effettiv sabiex dan ir-riskju jitnaqqas. Sabiex software ikun iċċertifikat, l-iżviluppatur għandu jqabbad nies indipendenti sabiex jawditjaw lill-istess software, u b’hekk tkun qed issir livell ferm għoli t’assigurazzjoni li t-teknoloġija qed tagħmel dak li suppost qiegħda tagħmel.

X’inhuma l-elementi tal-programm taċ-ċertifikazzjoni? Kull min irid li s-software tiegħu jiġi ċċertifikat mill-Awtorità Maltija għall-Innovazzjoni Diġitali, irid iqabbad Systems Auditor li huwa approvat mill-istess MDIA. Is-Systems Auditor jagħmel audit mal-linji gwida tal-Awtorità sabiex jiġu ċċekkjati diversi parametri li huma mistennija li jaħdmu sew, imsejħa control objectives. Jekk fl-aħħar tal-audit, is-Systems Auditor jagħti opinjoni pożittiva fuq is-sistema tat-teknoloġija li kienet ippreżentata quddiemu, allura jista’ jinħareġ iċ-ċertifikat tal-MDIA.

Dan il-programm ta’ ċertifikazzjoni huwa uniku fid-dinja? Bdejna billi konna uniċi li nistgħu nagħtu ċertifikazzjoni fuq sistemi li huma bbażati fuq Distributed Ledger Technologies. Illum il-ġurnata wessajna għal teknoloġiji li huma meqjusa li jġorru riskju addizzjonali (għal raġunijiet tekniċi u/jew operattivi) u anke t-teknoloġija tal-Intelliġenza Artifiċjali. Illum il-ġurnata, diversi pajjiżi addottaw prinċipji u skemi t’assikurazzjonijiet bħal tal-MDIA. Saħansitra, il-Kummissjoni Ewropea ressqet proposta ta’ liġi illi tirregola b’mod dettaljat u pjuttost riġidu l-użu u l-iżviluppar tat-teknoloġija tal-Intelliġenza Artifiċjali. It-taħditiet fuq dan ir-rigward huma kontinwi, u jindirizzaw it-temi kumplessi regolatorji u teknoloġiċi, u mhux dejjem faċli ssib kompromess illi jinħadem sew fil-prattika. Dan huwa rwol importanti ieħor li tħaddan l-MDIA, billi ssegwi u tesprimi l-pożizzjoni teknoloġika u regolatorja f’dawn l-oqsma ferm importanti fuq livell nazzjonali u kif ukoll internazzjonali.


4 ta’ Settembru 2021 | EKONOMIJA

L-importanza li nipproteġu lill-ħaddiema

11

Krystabel Galea

M’hemmx għalfejn tkun taħdem f’Union talħaddiema biex tisma’ b’abbużi li jsiru f’diversi kumpaniji madwar Malta u Għawdex. Diversi sitwazzjonijiet li nisimgħu bihom iġgegħluna naħsbu jekk għandniex taħt ħakma barranija. Għaliex diversi kumpaniji jsibuha daqshekk diffiċli jsibu bilanċ ekwu bejn il-ħaddiema u dawk li jħaddmu? Toħroġ ukoll iżjed id-differenza fejn il-ħaddiema jkunu organizzati f’trade union u dawk li ma jkunux. Qishom jinsew li għandhom bżonn lil xulxin!

M

ill-esperjenza tagħna li bnejna matul is-snin f’diversi ħidmiet ma’ kull settur tal-ekonomija Maltija tgħallimna li kull settur għandu l-bżonnijiet tiegħu. Kull settur iġib sfidi differenti u l-istess nistgħu ngħidu għas-sapport u l-protezzjoni li jkollhom bżonn il-ħaddiema. Apparti minn hekk ix-xogħol tagħna jlaqqgħna ma’ diversi kumpaniji millistess settur però b’operat u proċessi differenti. Din hija xi ħaġa pożittiva ħafna għaliex id-diversità hija bżonjuża għassoċjetà u għall-ekonomija ta’ pajjiżna. Irridu nżommu f’moħħna ħaġa waħda biss, li r-rispett lejn il-ħaddiema huwa essenzjali fi kwalunkwe sitwazzjoni u u f’kull post taxxogħol. Ħafna kumpaniji jenfasizzaw ħafna fuq id-dmirijiet talħaddiema lejn ix-xogħol tagħhom però ma jsemmux x’inhuma l-obbligi lejn ilħaddiema tagħhom. Ħafna industriji hawn Malta ma jistgħux jieħdu r-ruħ għaliex hemm diskriminazzjoni kbira bejn il-ħaddiema. Diskriminazzjoni mhux biss bejn ħaddiema Maltin u barranin, iżda bejn irġiel u nisa, ħaddiema fuq kuntratt

definiti u kuntratt indefinit, ħaddiema tal-post u ħaddiema tal-kuntrattur. Sfortunatament il-maniġment jippreferi li ħaddiem imdejjaq jitlaq milli jippruvaw jikkomunikaw flimkien biex jilħqu soluzzjoni. Xi kultant il-maniġment jinsa li biex issib ħaddiem ġdid, tgħallmu u trawmu skont ilkultura tal-organizzazzjoni trid ħafna riżorsi kemm finanzjarji u anke dawk umani. Xi kultant id-dinja tax-xogħol hija xi ftit jew wisq egoista. Xi kultant il-maniġment jistennew li l-ħaddiema jkunu motivati, jagħmlu xogħlhom u jitilqu lejn id-dar mingħajr l-ebda problemi. Xi kultant ninsew li ngħixu f’dinja ftit iżjed kumplessa minn hekk. In-nies għandhom moħħ biex jaħsbu u minn żmien għall-ieħor kulħadd jidħollu xi dubji. Min iħaddem għandu jżomm komunikazzjoni attiva malħaddiema kollha. Il-laqgħat mal-ħaddiema ma għandhomx isiru biss meta tkun ġrat xi ħaġa ħażina jew meta jkun hemm il-bżonn li jagħmlu xi biċċa xogħol ġdida. Il-laqgħat għandhom ikunu xi ħaġa frekwenti biex il-partijiet kollha jkunu jafu eżatt x’inhu jiġri.

Tajjeb li min iħaddem ikun jaf x’inhuma l-isfidi li qed jiltaqgħu magħhom il-ħaddiema, forsi anke sfidi personali fejn ilkumpanija tista’ toffri sapport oltre. Kumpanija tista’ biss timxi ʼl quddiem jekk għandha team ta’ ħaddiema motivati, jafu eżatt x’inhu mistenni minnhom u jħossuhom rispettati. Ma fiha xejn ħażin li naraw jekk ilħaddiema tagħna għandhomx bżonn xi tip ta’ għajnuna barra l-post tax-xogħol, fl-aħħar mill-aħħar ħaddiem ma jistax jagħmel xogħlu sew jekk għandu affarijiet personali jtellfuh milli jagħti l-aħjar li jista’ fuq il-post tax-xogħol. Diversi industriji għandhom bżonn titjib iżjed minn industriji oħrajn. Ejja nsemmu l-ħaddiema fil-gig economy. Kulħadd jara dawn il-ħaddiema ta’ tqassim tal-ikel jiġru ma kullimkien. Jagħmlu sigħat twal ta’ xogħol, jiġru minn kull restaurant sa kull klijent. Dawn ma għandhom l-ebda kundizzjoni ta’ xogħol u ħafna minnhom jaħdmu self-employed avolja skont illiġi ma jistgħux. L-anqas ħaġa li min iħaddem jista’ jagħmel huwa li jurihom ftit rispett għax-xogħol kollu li qegħdin jagħmlu. Dawn il-ħaddiema għandhom familja u meta

ħaddieħor ikun jiddeverti huma jkunu xogħol. Ħafna ħaddiema lanqas huma rreġistrati b’mod legali, la għandhom leave u lanqas sick leave, jispiċċaw ma jitħallsux meta jkunu ma jifilħux wara tant ġranet twal xogħol u lanqas ikunu intitolati għallpensjoni minħabba li qatt ma jkunu ħallsu bolla. Hemm bżonn li dan is-settur u oħrajn bħalu jiġu regolati b’mod immedjat. Aħna bħala GWU nagħmlu ħafna xogħol favur ħaddiema ddiskriminati, li mhumiex stmati sew u li d-drittijiet tagħhom mhumiex rispettatti. Għalhekk huwa essenzjali li kulħadd ikun f’Union. L-unità ġġib is-saħħa! Iżjed ma’ ħaddiema mill-istess kumpanija jkunu f’Union, iżjed jitjiebu l-kundizzjoni għaliex malli nofs il-ħaddiema (50% +1) jidħlu membri fi ħdan l-GWU, il-GWU tieħu r-rikonoxximent u tibda tiltaqa’ b’mod attiv mal-maniġment. Jibdew innegozzjati tal-ftehim kollettiv biex jissaħħu l-istrutturi, l-kundizzjonijijiet u l-pagi. Aħna ninkoraġġixxu lillkumpaniji jżommu lillħaddiema tagħhom motivati, jżommu kommunikazzjoni attiva, jkunu ċari dwar dak

li qegħdin jistennew minn għandhom. Huwa importanti ukoll li l-ħaddiema jiġu rikonoxxuti tax-xogħol tagħhom u tar-riżultati li jakkwistaw. Meta ħaddiem iħossu sigur u rispettat jaħdem iżjed għal qalbu u jħossu iżjed responsabbli li għandu jagħmel xogħlu tajjeb. Fl-aħħar mill-aħħar il-ħaddiem għandu bżonn jaħdem biex jaqla’ x’jiekol, ma jaqbillux ma jagħmilx xogħlu sew.

Aħna bħala GWU nagħmlu ħafna xogħol favur ħaddiema ddiskriminati, li mhumiex stmati sew u li d-drittijiet tagħhom mhumiex rispettatti.


12

EKONOMIJA | 4 ta’ Settembru 2021

SIntegraM Insiru nafu ‘l pajjiżna aħjar permezz tal-fondi Ewropej Malta hija pajjiż ġeografikament żgħir li għadda minn trasformazzjoni kbira fl-aħħar snin hekk kif l-iżvilupp urban beda jlaħħaq ma’ popolazzjoni dejjem tikber. Minħabba preparazzjoni u analiżi kompartimentalizzata tad-data, ma kienx hemm strateġija integrata għad-data ġeografika.

L

-aktar mappa antika ta’ Malta tmur lura għall-1470, mappa li kienet tagħti prova tal-importanza ta’ pajjiżna fiċ-ċentru tal-baħar minkejja ċ-ċokon tiegħu. Malta kienet punt ċentrali għan-navigaturi u għal ħaf na snin serviet ta’ pont bejn Sqallija u l-pajjiżi Af rikani. Madankollu, l-istorja tal-mapep tmur lura ħafna aktar żmien. L-ewwel mapep dehru fuq ilħitan tal-għerien, qabel ma eventwalment tfaċċaw l-ewwel mapep fuq il-parċmina meta bdejna nifhmu aktar il-forma tad-dinja tagħna. Illum nużaw Sistemi ta’ Informazzjoni Ġeografika (GIS) li jużaw matematika kumplessa u sistemi ta’ xjenzi tal-ispazju li jippermettulna nippjanaw u nifhmu aħjar l-ambjent ta’ madwarna. Malta hija pajjiż ġeografikament żgħir li għadda minn trasformazzjoni kbira flaħħar snin hekk kif l-iżvilupp

urban beda jlaħħaq ma’ popolazzjoni dejjem tikber. Minħabba preparazzjoni u analiżi kompartimentalizzata tad-data, ma kienx hemm strateġija integrata għad-data ġeografika. Grazzi għal tagħmir ta’ skennjar, surveying u mmappjar b’teknoloġija moderna, ilproġett SintegraM, li kien żviluppat u mmaniġġjat millAwtorità tal-Ippjanar, qed jipprovdi stampa sħiħa talġeografija u l-infrastruttura tan-nazzjon lill-persuni li qed jaħdmu fuq ippjanar, żvilupp ta’ politika, akkademiċi, ċittadini u l-komunità kummerċjali. Dan il-proġett żviluppa u pprovda informazzjoni dwar l-użu tal-ispazju ta’ pajjiżna u jippremetti lill-awtoritajiet jilħqu l-obbligi nazzjonali, Ewropej u internazzjonali tagħhom. Id-data u l-informazzjoni hi disponibbli pubblikament biex jissaħħaħ it-tixrid tal-għarfien.

Il-mapep inġabru permezz ta’ drones tal-ajru u tal-baħar u kameras imwaħħla ma’ karozzi. Saru wkoll scans ta’ assi ta’ wirt storiku u infrastrutturali li jinstabu taħt l-art, biex b’hekk inkisbet informazzjoni talispazju għal analiżi ulterjuri. Metodu b’saħħtu tal-ippjanar tal-ispazju qed jiġi ffaċiltiat bl-integrazzjoni ta’ datasets differenti mħejjija mill-entitajiet ewlenin involuti. Din id-data tista’ tiġi proċessata minn software kapaċi li jiġġenera mapep 3d f’ħin reali, dawk li huma magħrufa bħala sistemi ta’ informazzjoni ġeografika. Dan jippermetti li ssir analiżi sitwazzjonali, jittieħdu deċiżjonijiet dwar policies u prediction modelling għal ħidma fuq tul ta’ żmien. L-outputs tal-proġett, bħaddata li tkun ġiet maqbuda u l-mapep, inkluż il-basemap services huma disponibbli elettronikament permezz talġeoportal tal-proġett https:// sintegram.gov.mt/sintegram u

fuq is-servers tal-Awtorità. Dan il-proġett, li kien appoġġat minn fondi Ewropej, jista’ jkun utli f’każ ta’ diżastru naturali, bħal terremot jew tsunami, għaliex id-data tista’ tgħin kemm lis-servizzi ta’ emerġenza kif ukoll fil-bini millġdid. L-informazzjoni miġbura tinħażen b’mod sigur bl-għan li tista’ tiġi aċċessata f’każ ta’ problemi fin-netwerks ta’ komunikazzjoni. Din l-għodda qed tippermetti ppjanar u implimentazzjoni aħjar skont il-bżonnijiet talkomunitajiet.

Dan l-artiklu huwa parti mill-kampanja OurEU.mt, amministrat minn ComuniqEU ta’ CiConsulta, bl-appoġġ finanzjarju tal-Unjoni Ewropea. Il-kontenut tal-kampanja huwa r-responsabbiltà ta’ CiConsulta u mhux neċessarjament jirriflettu l-opinjonijiet tal-Unjoni Ewropea.


4 ta’ Settembru 2021 | EKONOMIJA

13


14 EKONOMIJA | 4 ta’ Settembru 2021

Gvern li wettaq u se jibqa' jwettaq

Tia Reljic

It-tibdil fil-klima huwa fenomenu mondjali u globali u li x-xjenza turi li dan ġej mill-fatt li tul dawn l-aħħar mitejn sena il-bniedem żied bil-kbir l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra fl-atmosfera u dan speċjalment wara r-rivoluzzjoni industrijali u ż-żieda qawwija fl-użu tal-fuel għall-ġenerazzjoni ta’ enerġija kemm fl-industrija kif ukoll fit-trasport u fil-bini.

K

ien proprju b’konoxxenza ta’ dan li kienet twaqqfet l-Konvenzjoni tal-Ġnus Magħuda dwar it-Tibdil Fil-Klima sabiex il-ġlieda kontra dan ilfenomenu tkun ikkoordinata fuq livell internazzjonli b’għarfien ukoll li l-pajjiżi kollha qed jikkontribwixxu għall-effetti tat-tibdil fil-klima. F’pajjiżna, l-Oppożizzjoni donnha trid tgħid li t-tibdil fil-klima li qed naraw f’Malta huwa tort tal-Gvern Laburista u mhux primarjament konsegwenza ta’ dak li għamlu u li qed jagħmlu pajjiżi ferm ikbar. F’konferenza tal-aħbarijiet il-PN wera li ma jafx x’inhi t-tibdil fil-klima u anqas biss għamel referenza għall-inizjattivi li qed isiru fuq livell Ewropew dwar l-istess suġġett u speċifikament il-pakkett Fit-for-55 fejn l-EU u l-membri tagħha qiegħdin jaħdmu biex fuq livell Ewropew tiżdied l-ambizzjoni dwar tnaqqis flemissjonijiet, u fejn anke l-Kummissjoni Ewropeja ikkonoxxiet l-isforzi li diġà għamlet Malta dwar it-Tibdil fil-Klima u fejn qablet ukoll dwar id-diffikultajiet li għandna quddiemna. Dan il-Gvern ħadem biex il-piż fuq il-poplu Malti ma jkomplix ikun sproporzjanat. Meta kull persuna Maltija diġà hija l-inqas waħda li tniġġes, meta għandna ċ-ċokon tagħna li ma jagħtiniex spazju għal ċertu inizjattivi li jistgħu jieħdu pajjiżi akbar (bħal żvilupp ta’ trains, tkabbir ta’ foresti kbar, irdieden kbar tar-riħ fuq l-art), meta għall-istess raġuni kull inizjattiva li nieħdu tiswielna proporzjalment iktar minn pajjiżi oħra (jekk xejn għax aħna jkollna nimpurtaw kollox), meta l-budget tagħna mhux bħal ta’ pajjiżi oħra, allura iva l-mira ta’ 19% diġa hija waħda iebsa ferm u li se tiswa lill-poplu Malti mijiet kbar ta’ miljuni ta’ Ewro. U l-Kummissjoni Ewropea, li mhix xi istituzzjoni taċ-ċajt u kullħadd jaf b’liema serjetà tieħu l-affarijiet, qablet magħna u qed tipproponi li l-mira ta’ Malta tibqa waħda ta’ 19%. Iva, l-esperti tal-Kummissjoni Ewropeja qablu magħna. Imma tal-PN le. Il-PN sostna li għandna naċċettaw mira ta’ 36% sal2030, anke jekk l-Kummissjoni Ewropea qablet ma’ 19%, u mingħajr anqas biss ma fehem u ma jrid jifhem din xi tkun tfisser għal kull ċittadin Malti.

Aħna għamilna programm ta’ azzjonijiet tassew ambizzjuż u nafu kull waħda kemm se tiswa. Il-PN jaf kemm tiswa 36% sal-2030? Qalilna minn fejn se jġib il-biljuni ta’ ewro meħtieġa biex jagħmel xi ħaġa li anke l-Kummissjoni Ewropea qablet magħna li huwa impossibbli li jsir sal-2030? Le, il-PN ma qalilniex, għax la jaf kemm se tiswa u wisq anqas minn fejn se jġib l-flus. Il-proposta tal-PN tfisser żieda qawwija ħafna fit-taxxi biex jagħmlu tajjeb għall-piż addizzjonali li huma lesti li jitfgħu fuq il-poplu Malti bil-mira ta’ 36% li huma aċċettaw. Ilprogramm tagħna le. Għax aħna bilgħaqal u, għax nafu x’qed nagħmlu, ippjanajna bil-għaqal biex ma ngħabbux piżijiet żejda fuq il-poplu. Ta’ min wieħed jiċċara wkoll, li għalkemm it-tnaqqis fl-emissjonijiet ta’ gassijiet serra jġibu titjib fil-kwalità tal-arja r-realtà hija li l-ikbar tniġġiż fil-kwalità tal-arja ma jiġix mill-gassijiet serra imma ukoll minn tniġġiż minn inkwinanti oħra (bħalma huma l-ossidu tan-nitroġenu, l-particulate matter, ammonja u oħrajn) li, taħt ir-regoli applikabbli, ma jitkejlux għall-iskopijiet ta’ tibdil fil-klima u allura anqas ma jikkontribwixxu lejn il-mira ta’ 19% (jew 36% skont kif irid il-PN). Il-Gvern jaf b’din id-differenza bażilari u huwa għal hekk li barra mill-LCDS aħna għandna strateġija oħra, il-Pjan għal Kwalità tal-Arja u numru ta’ azzjonijiet oħra biex inkomplu intejbu l-kwalità talarja f’pajjiżna. Insemmi wkoll inizjattivi oħra fosthom is-ship to shore facility li l-Gvern se jagħmel b’investiment ta’ €50 miljun li permezz tagħha se jitnaqqas bil-kbir l-emissjonijiet mill-vapuri talpassiġġieri fil-port il-Kbir. Il-Gvern jirrikonoxxi wkoll l-importanza li nsostnu l-bijodiversità ta’ pajjiżna anke minħabba t-tibdil fil-llima. F’dan ilkuntest l-istrateġija dwar il-biodiversità 2012-2020 wettaqnieha iżda ngħarfu li mhux biżżejjed. Għalhekk issa qed titfassal strateġija ġdida b’numru ta’ azzjonijiet effettivi biex nassiguraw li l-biodiversità u l-ekosistemi ta’ madwarha jkunu msaħħa fil-firxa tal-gżejjer Maltin. Il-PN semma’ l-bżonn li niżirgħu s-siġar iżda naqas li jsemmi li l-ammont ta’ siġar miżrugħ mill-Gvern Laburista huwa bla preċedent. Bħalma naqas li jsemmi

l-inizjattivi li qed jieħu l-Gvern b’numru ta’ proġetti ta’ urban greening fejn filwaqt li jinħolqu pulmuni ambjentali fl-ibliet jkunu kkrejati wkoll kuriduri ta’ biodiversità. Stqarrejna kemm-il darba li qed nieħdu l-ambjent u t-tibdil fil-Klima bis-serjetà u l-istrateġja li fassalna dan turih. Qed ninvestu u ninvestu bil-kbir imma bi pjan mhux bl-addoċċ. Il-Gvern irnexxielu jġib għall-pajjiżna €350 miljun mill-Unjoni Ewropea taħt il-Fond tal-Irkupru u Resiljenza li minnhom il-pajjiż obbligat jonfoq 37% fuq it-Tibdil fil-Klima. Iżda kuntrarjament għal dak li ipprova jinsinwa l-Onorevoli Robert Curajar talPN aħna għandna rieda iktar qawwija dwar l-azzjoni dwar il-Klima u fil-fatt ilGvern ser jonfoq iktar minn 50% ta’ dan l-ammont fuq il-Klima u mhux 37%. Qalulna li l-Gvern se jbiddel biss 25% mill-karozzi tal-linja f’dawk elettriċi u ikkwota lill-Ministru Ian Borg li ħabbar investiment imminenti ta’ €40 miljun għal dan il-għan. Li ma ntebaħx huwa li din hija l-ewwel fażi għaliex l-istrateġija titkellem ċar li l-karozzi tal-linja kollha se jinbidlu sal-2030. Infakkar ukoll l-istrateġija kienet imsawra sabiex tlaħħaqna filmira ta’ 19% u kienet disinjata bħala strateġija dinamika u flessibbli biex tippermettilna nirreaġxxu malajr biex jiġi assigurat li l-miżuri jekk ikun hemm bżonn jissudaw biex il-miri jintlaħqu. It-trasport pubbliku se jsir b’xejn għal kullħadd fuq numru ta’ snin u dan mhux biss se jippermetti użu iktar effettiv tal-flotta ta’ karozzi tal-linja li kif għidna se jinqalbu għall-elettriċi imma inaqqas ukoll l-użu tal-karozzi privati u allura jwassal għal tnaqqis flemissjonijiet. U punt importanti ħafna huwa l-fatt l-istrateġija ma saritx fl-għama imma minn esperti lokali u barranin biex flimkien mal-esperti tal-Gvern nfasslu numru ta’ miżuri li jwasslulna fejn għandna naslu u dan għamilnieh ukoll billi użajna metodolġija li tassigura li nimmassimizzaw it-tnaqqis għal kull ewro li nonqfu sabiex b’hekk il-piż ikun wieħed meqjus u mingħajr ħala. Dan il-Gvern qed juri biċ-ċar li huwa wieħed b’viżjoni ċara ta’ fejn irid imur u kif se jasal hemm.


4 ta’ Settembru 2021 | EKONOMIJA

15

L-Irwol tal-MLRO taħt il-Liġi Maltija Fl-aħħar snin filmidja spiss ikun hemm artikli relatati mal-ħasil ta’ flus, imma rari l-ġurnali ta’ kuljum jidħlu f’ċertu dettall tekniku u ħafna mid-drabi jibqgħu vagi.

A

spett illi huwa ferm importanti filqasam tal-prevenzjoni kontra l-ħasil tal-flus huwa l-irwol li għandu il-

‘Money

Laundering

Reporting

Officer’

(MLRO) fi ħdan l-entitajiet. Dan l-irwol huwa obbligatorju għal dawk il-kumpaniji jew individwi li huma identifikati bħala ‘subject persons’, mill-Financial Intelligence Analysis Unit (FIAU) lokali. Dan ifisser, li fil-qasam tal-professjoni tagħhom iwettqu kummerċ finanzjarju jew attività hekk imseħjja rilevanti. F’dan l-artiklu nixtieq niffoka fuq l-obbligi talMLRO u kif dawn l-obbligi evolvew tul dawn l-aħħar snin. Fil-liġi Maltija, ir-responsabilitajiet u l-obbligi tal-MLRO huma spjegati fir-Regolamenti kontra l-Ħasil tal-Flus u l-Iffinanzjar tatTerroriżmu, magħrufin aħjar bħala l-PMLFTR. Fost il-bosta responsabilitajiet tal-MLRO, wieħed mill-iktar importanti huwa meta l-MLRO jirċievi rapporti interni fejn ikun hemm xi għarfien jew saħansitra biss suspett, li l-fondi ta’ transazzjoni partikolari jistgħu jkunu r-rikavat t’attività kriminali. Flistanza fejn l-MLRO jirċievi rapport intern, hija responsabbiltà tiegħu li jikkunsidra dan ir-rapport sabiex jiġi determinat jekk l-informazzjoni jew xi ħaġa oħra li tkun tinsab fir-rapport twassalx għal xi għarfien jew suspett li xi flejjes ikunu ġejjin minn attività kriminali. F’każ li jiġi determinat li hemm suspett li l-fondi għandhom provenjenza kriminali, l-MLRO għandu obbligu jippreżenta rapport lill-Financial Intelligence Analysis Unit (FIAU). F’kaz li l-MLRO ma jkollux biżzejjed informazzjoni biex jiddikjara jekk huwiex minnu li hemm transazzjoni suspettuza, huwa għandu obbligu jigbor aktar informazzjoni biex ikun jista jasal għal konkluzjoni meħtiega. Interessanti li wieħed jirrimarka li fl-eventwalità

li l-MLRO jiddetermina li hemm lok ta’ suspett fondat, dan jistrieħ biss fuq element suġġettiv tal-individwu, minħabba li l-liġi ma tispjegax kompletament il-materja, jew aħjar mhijiex determinanti fuq x’inhu suspett fondat jew le. Għaldaqstant, il-pożizzjoni tal-MLRO meta jkun qed jikkunsidra hemmx biżżejjed evidenza li twassal għal suspett fondat biex isir rapport lill-FIAU hija waħda suġġettiva u diskrezzjonali. Element ieħor li għandu jiġi kkunsidrat huwa li l-MLRO m’għandux obbligu janalizza kull transazzjoni, iżda huwa obbligat janalizza dawk it-transazzjonijiet imressqa quddiemu li setgħu dehru f’rapporti interni ppreżentati lilu. Għaldaqstant, l-MLRO irid jaċċerta ruħu li jimplimenta proċeduri ċari, robusti u ħolistici, sabiex l-impjegati jkunu jistgħu jirrimarkaw kull suspett ta’ ħasil ta’ flus. Aspett fundamentali għall-individwi li jokkupaw l-irwol importanti tal-MLRO jikkonċerna l-pieni skont il-liġi ta’ Malta f’istanzi fejn l-MLRO jonqos mill-obbligi tiegħu. F’każ fejn l-MLRO jikkontribwixxi sabiex l-entità li tħaddmu tonqos millobbligi skond il-PMLFTR, l-individwu jista jiġi penalizzat b’multa ammistrattiva sa valur massimu ta’ €250,000. Għalhekk huwa imperattiv li ndividwi li jkopru l-irwol ta’ MLRO ikollhom l-esperjenza u l-għarfien neċessarju. L-MLRO, bhall kull individwu iehor li jaħdem ma’ subject person, jista’ biss jinstab responsabbli kriminalment taħt l-Att kontra l-Ħasil tal-Flus, fejn ikun hemm evidenza ta’ kompliċità fl-att tal-ħasil tal-flus. Dan ifisser illi skond il-liġi Maltija, f’istanzi fejn l-MLRO jonqos milli jirraporta transazzjoni li ghalih ma tkunx suspettuża, sakemm ma jkunx hemm evidenza li l-MLRO għamel dan l-att b’kompliċità u b’għarfien li l-fondi ġejjin minn att kriminali, l-MLRO m’għandux responsabbiltà kriminali imma sempliċiment responsabbiltà amministrattiva taħt ilPMLFTR. Il-kompliċità tal-MLRO fl-att tal-ħasil tal-flus għandha tiġi sostnuta b’evidenza, bħal eżempju, evidenza ta’ tixħim ta’ flus mogħtija lill-MLRO ‘il fuq mill-paga dovuta lilu bħala parti mill-impjieg mal-kumpanija jew xi komunikazzjoni mal-klijenti li turi biċ-ċar li l-MLRO kien qed jaġixxi ta’ kompliċi fl-att talħasil tal-flus. Huwa importanti li jkun hemm skrutinju fuq individwi li jokkupaw l-irwol tal-MLRO, speċjalment sabiex ikun hemm ċertezza li dawn l-individwi qed jaqdu d-dmirijiet tagħhom skond l-aspettativi tal-liġi. Ir-

responsabiltajiet tal-MLRO huma varji u onorużi, u għaldaqstant għandu wkoll jkun hemm bilanċ fl-evalwazzjoni tad-deċiżjonijiet meħuda minn individwi f’karigi ta’ MLRO u anki dwar miżuri li jittieħdu kontra dawn l-individwi. Millperspettiva tal-Qorti, huwa fundamentali li ssir distinzjoni bejn, fuq naħa, kriminal li esegwixxa l-att ta’ ħasil ta’ flus b’mod konsapevoli u fuq in-naħa l-oħra, individwu fil-kariga ta’ MLRO li ibbażat fuq l-informazzjoni li ġiet pprovduta lilu ma kellu l-ebda suspett jew konoxxenza tal-att kriminali. Din id-distinzjoni hemm bżonn li tibqa’ tiġi osservata sabiex nippreservaw dan l-irwol essenzjali fil-prevenzjoni kontra l-ħasil tal-flus u għaldaqstant ma nikkreawx sitwazzjoni fejn individwi ta’ esperjenza bħall-MLROs jibdew jiskartaw dan l-irwol minħabba interpretazzjoni estrema fuq irresponsabbiltà u ħtija personali tal-individwu.

Dr Andy Ellul Avukat u Konsulent Legali


16

EKONOMIJA | 4 ta’ Settembru 2021

Jien inwiegħed li: 1

Nitfi l-apparat elettroniku meta ma nkunx qed nużah!

7

Nagħżel pjanti indiġeni u lokali minflok dawk aljeni!

2

Insajjar riċetta veġetarjana ta’ l-inqas darba fil-ġimgħa!

8

Nipproteġi l-bijodiversità u l-ispeċi vulnerabbli!

3

Nimxi, nuża r-rota jew nagħmel użu minn servizzi ta’ car sharing biex nagħmel il-qadjiet tiegħi!

9

Nuża l-iskart organiku li ma nistax nevita sabiex nagħmel il-kompost id-dar, jew inkella niddisponi minnu fil-borża l-bajda!

4

Nagħżel karozza hybrid jew elettrika meta nixtri l-karozza li jmiss!

5

Nixtri prodotti lokali u staġjonali biex innaqqas l-emmissjonijiet relatati mat-trasportazzjoni tagħhom!

6

Nixtri apparat effiċjenti fl-enerġija, biex innaqqas l-emissjonijiet!

10

Nevita l-iskart tal-ikel billi nipprepara lista qabel ma mmur nagħmel ix-xirja.

11

Nikkunsidra l-enerġija rinovabbli għad-dar jew għan-negozju tiegħi!

12

Niċċekkja x'jista’ jerġa’ jintuża qabel ma nixtri l-ġdid!


4 ta’ Settembru 2021 | EKONOMIJA

17

Skema ġdida se tagħmilha possibbli li persuni bi kwistjonijiet mediċi, b’diżabilità jew li kellhom mard fil-passat jsiru sidien ta’ darhom

Il-Prim Ministru Robert Abela nieda l-iskema New Hope Guarantee li se tkun qiegħda tagħti tama ġdida lil persuni b’kundizzjonijiet mediċi jew b’diżabilità, jew li kellhom xi mard fil-passat biex isiru sidien ta’ darhom.

F’

konferenza tal-aħbarijiet fil-Berġa ta’ Kastilja, il-Prim Ministru tenna li s-sodisfazzjon li pajjiżna beda jirkupra b’saħħa mill-effetti tal-ekonomija u li rreġistra tkabbir ekonomiku huwa realtà għaliex huwa b’dan il-mod li l-gvern jistà jkompli joħloq ilġid u jifirxu mas-soċjetà sabiex kulħadd jilħaq l-aspirazzjonijiet tiegħu. “Dan hu pajjiż fejn kulħadd irid i​kollu l-opportunità li jilħaq l-aspirazzjonijiet tiegħu u jibdel il-ħolm tiegħu f’realtà. Imxejna kemm imxejna ‘l quddiem, għad hemm sezzjonijiet tas-soċjetà li biex jaslu fejn jixtiequ jeħtieġu l-għajnuna tal-istat, u dak huwa obbligu tagħna li ma ninsewhomx. Hekk għamilna llum b’din l-iskema u hekk se nkomplu nagħmlu”, kompla Dr Abela. Huwa qal ukoll li din l-iskema se toffri tama u dinjità lil kulħadd. “Din l-inizjattiva tixhed kif dan il-gvern ma jinjora r-realtajiet ta’ ħadd. Il-gvern ma setax ma jindirizzax is-sitwazzjoni ta’ persuni li meta kienu iżgħar kienu mardu, u li llum ilhom snin imfejqa u mxew ‘il quddiem f’ħajjithom – li rebħu l-marda li kellhom u għandhom impjieg stabbli iżda meta jiġu biex jixtru residenza jsibu diffikultà għaliex ma tinħarġilhomx il-life insurance. Sodisfatt li permezz ta’ din l-iskema, dawn in-nies ukoll se jkunu jistgħu jsiru sidien ta’ darhom”. Il-konferenza tal-aħbarijiet ġiet indirizzata wkoll mill-Ministru għall-Akkomodazzjoni Soċjali

Roderick Galdes li spjega li, “Dan il-gvern mhux se jħalli lil dawn il-persuni waħedhom. Bilmudell li qed inħabbru llum se nkunu lqatna żewġ għasafar b’ġebla waħda hekk kif ħa nserħħu moħħ il-banek u se nkunu qed nagħtu d-dinjità tant mistħoqqa lil dawn l-individwi”. Din l-iskema mhux se tkun polza talassikurazzjoni iżda se toffri alternattiva sigura lill-banek biex is-self ikun jista’ jingħata mingħajr riskju fuq il-qraba tal-benefiċjarju. Ilgvern, permezz tal-Awtorità tad-Djar, se jkun qed joffri garanzija li se tkopri self massimu ta’ €250,000 fuq proprjetà li se tintuża bħala residenza primarja. Din il-garanzija se tkun sostnuta minn back to back guarantee millFond Soċjali għall-Iżvilupp Nazzjonali li se tiggarantixxi €30,000,000 f’home loans. Applikant li ma jirnexxilux jikseb polza għandu japplika għal din l-iskema mal-Awtorità tadDjar. L-awtorità, flimkien mal-Kummissjoni għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità, se tivverifika d-dokumenti u jsiru r-riċerki kollha meħtieġa. Se jinħareġ ċertifikat u ittra ta’ rakkomandazzjoni lill-bank u eventwalment tinħareġ garanzija fuq l-ammont misluf. Il-Ministru Galdes temm jgħid li, “Fl-aħħar se nwaqqgħu dan il-ħajt. Kburi li bdejna diskussjoni fuq il-kwalità ta’ ħajja ta’ dawn ħutna li għaddew minn din it-trawma f’perjodu bikri. Ninsab kuntent ħafna li qed niftħu s-suq tal-proprjetà għal dawn il-persuni. Flimkien bħala gvern qed nagħtu tama ġdida u dinjità lil kulħadd.”


18

EKONOMIJA | 4 ta’ Settembru 2021

L-abbandun tal-Afganistan

Bħalissa, id-dinja kollha qiegħda ssegwi dak li qiegħed jiġri fl-Afganistan. Il-filmati tal-membri tat-Taliban qegħdin jerġgħu jqajmu f’moħħ in-nies l-inkobu ta’ Bin Laden u t-terroriżmu Iżlamiku. Aktar importanti minn hekk, l-waqgħa tal-gvern Afgan u l-kisba mill-ġdid tal-poter mit-Taliban qiegħed iqajjem ħafna mistoqsijiet fuq id-deċiżjoni li kien ħa Donald Trump u li ġiet implimentata minn Joe Biden li jneħħi t-truppi Amerikani minn dan il-pajjiż. Din id-deċiżjoni ġabet fix-xejn 20 sena ta’ sagrifiċċji li skont George W. Bush, il-president Amerikan li kien bagħat it-truppi fl-Afganistan wara l-attakk fuq it-Twin Towers, lura fil-11 ta’ Settembru tal-2001, kellhom idaħħlu d-demokrazija f’dan il-pajjiż.

Min huma t-Talibani It-Taliban, li bil-lingwa lokali tfisser studenti, tfaċċaw fix-xena fit-tramuntana tal-Pakistan, pajjiż ġar tal-Afganistan filbidu tas-snin disgħin wara li dik il-ħabta kienu telqu mill-Afganistan it-truppi Sovjetiċi wara konflitt twil u mdemmi. Jingħad li l-ewwel membri tat-Taliban ġew indottrinati sabiex saru l-Iżlamisti estremi kif nafuhom illum minn reliġjużi u politiċi mill-Għarabja Sawdita. L-għan ewlieni tat-Taliban sa mit-twaqqif tiegħu kien li jdaħħa ix-Sharia, li huwa l-mod tagħhom ta’ kif iħaddmu r-reliġjon Iżlamika b’mod estrem għall-aħħar f’reġjun li jkopri meded ta’ art kemm fil-Pakistan, kif ukoll fl-Afganistan, magħruf bħala l-Pashtun. Ix-Sharia tinvolvi ħafna restrizzjonijiet fuq il-libertajiet talbniedem. Fost l-aktar miżuri tax-Sharia li huma l-aktar magħrufa mid-dinja talpunent wieħed jista’ jsemmi li kull raġel huwa obbligat li jħalli d-daqna u ħafna restrizzjonijiet fuq il-mod ta’ kif jgħixu n-nisa fosthom l-ilbies tal-famuża burka, kif ukoll limitazzjonijiet kbar fl-edukazzjoni li jistgħu jieħdu l-bniet. F’nofs is-snin disgħin, it-Talibani bdew jaħtfu taht idejhom diversi bliet fl-Afganistan sabiex fl-1996 huma invadew il-kapitali Kabul. Dan għamluh wara li rebħu l-battalja kontra t-truppi leali lejn Burhanuddin Rabbani, il-President Afgan ta’ dak iż-żmien, wara li dan kien mexxa lill-mujahideen fil-gwerra kontra l-Unjoni Sovjetika. Sal-aħħar tas-snin disgħin, it-Taliban kellhom taħt idejhom aktar minn 90% tal-Afganistan. L-ewwel snin tat-tmexxija tat-Talibani fl-Afganistan jidhru li kienu pjuttost tajbin għaliex huma kabbru l-popolarità tagħhom mal-poplu. Dan għamluh billi qerdu ħafna mill-korruzzjoni li kien hemm fi żmien it-tmexxija tal-mujahideen u qerdu l-ħafna milizzji li kienu jwerwru lill-poplu. Però aktar ma beda jgħaddi ż-żmien, it-Talibani bdew idaħħlu ħafna liġijiet li tefgħu lil dan il-poplu lura fil-Medju-Evu.

Dawn kien jinkludu eżekuzzjonijiet pubbliċi anke għal min kien jinstab ħati ta’ adulterju u amputazzjoniet tal-idejn lil min ikun instab ħati ta’ serq. Barra minn hekk, it-Talibani kienu bdew kampanja ta’ distruzzjoni ta’ monumenti storiċi li huma kienu jqisu li huma kontra r-reliġjon tagħhom bħal dawk tal-Buddi ta’ Bamiyan, statwi enormi tal-ġebel li kienu ilhom jeżistu għal eluf tas-snin u li t-Talibani kienu splodewhom fl-2001. It-Talibani kienu dahlu ligijiet li permezz tagħhom il-poplu Afgan la seta’ jara films u lanqas jisma’ l-mużika. Ta’ min jgħid ukoll li l-uniku tliet pajjiżi li kienu rrikonoxxew lit-Taliban bħala l-gvern legittimu tal-Afganistan kienu l-Għarabja Sawdita u l-Pakistan li fihom il-membri tat-Taliban kienu ħadu t-taħriġ reliġjuż u militari, kif ukoll l-Emirati Għarab Magħquda. Però, wara li dawn bdew jaraw lit-Taliban bħala theddida għalihom ukoll, it-tliet pajjiżi li semmejna waqqfu r-relazzjonijiet diplomatiċi mat-Taliban. Il-gwerra fl-Afganistan L-attenzjoni tal-pajjiżi tal-punent u l-alleati tagħhom tpoġġiet direttament fuq it-Talibani wara l-attakk tal-al-Qaeda fuq it-Twin Towers fl-2001. Dan minħabba li t-Talibani kienu ġew akkużati mill-Istati Uniti li kienu qegħdin jaħbu lil Bin Laden il-mexxej tal-al Qaeda ġewwa l-Afganistan. L-attakki fuq it-Talibani mill-Istati Uniti u l-alleati tagħhom bdew f’Ottubru tal2001 u sal-aħħar ta’ dik is-sena, ir-reġim tat-Talibani fl-Afganistan kien waqa’. Il-mexxejja ewlenin tat-Talibani jingħad li komplew imexxu l-attakki fuq il-gvern ilġdid Afgan u t-truppi tal-punent mill-Pakistan, attakki li komplew jiżdiedu matul dawn l-aħħar 20 sena. Wara diversi xhur ta’ diskussjonijiet, l-Istati Uniti u t-Talibani laħqu ftehim li t-truppi Amerikani kellhom iħallu l-Afganistan sa Settembru tal-2021. Matul dawn id-diskussjonijiet u fix-xhur ta’ wara l-ftehim, kien hemm sinjali ċari ta’ x’kien

sejjer jiġri wara t-tluq tal-Amerikani. Dan għaliex it-Talibani bdew kampanja ta’ assassinji ta’ ġurnalisti, imħallfin, attivisti u ta’ politiċi nisa. Għal min ried jara, dawn kienu indikazzjoni ċara li l-ideoloġija tat-Talibani ftit kienet inbidlet minn dik li kienu jħaddnu lura fis-snin disgħin. Minkejja t-twissijiet tal-gvern Afgan li it-tluq tat-truppi Amerikani kien sejjer jerġa’ jagħti l-poter lit-Talibani, Joe Biden kompla għaddej bil-froġa li kien għamel il-predeċessur tiegħu u kkonferma li sal11 ta’ Settembru ta’ din is-sena, it-truppi Amerikani kollha kien sejrin ikunu lura d-dar. L-Afganistan lura f’idejn it-Talibani It-Talibani rnexxielhom jieħdu mill-ġdid l-Afganistan taħt idejhom litteralment fi ftit jiem. Huma ħadu l-ewwel provinċja fis-6 ta’ Awwissu sabiex sal-15 ta’ Awissu huma daħlu f’Kabul. Dan wassal sabiex Ashraf Ghani, il-President Afgan ħarab minn pajjiżu. Jingħad li għexieren ta’ eluf ta’ nies qegħdin jipprovaw jaqsmu l-fruntieri sabiex jaħarbu mill-qilla tat-Talibani. Sadanittant, rapporti fil-media internazzjonali qegħdin jgħidu li t-Talibani qegħdin jarrestaw numru kbir ta’ persuni u kien hemm anke rapporti ta’ torturi fil-ħabsijiet. Fl-isfond tal-kaos li hemm bħalissa fl-Afganistan, wieħed ma jistax ma jistgħaġibx kif l-Istati Uniti ħadu din id-deċiżjoni li jħallu lill-poplu Afgan waħdu f’dan il-mument hemm kritiku. F’20 sena ta’ konflitt, l-Istati Uniti nefqu aktar minn żewġ triljun dollaru jew 300 miljun dollari kuljum. L-Istati Uniti u l-alleati tagħhom tilfu kważi erbat elef suldat f’dan il-konflitt. Madwar 20,000 suldat Amerikan sfaw feruti f’din il-gwerra. Dawn is-sagrifiċċji kollha sfumaw fix-xejn b’daqqa ta’ pinna ta’ Donald Trump u ta’ Joe Biden.


4 ta’ Settembru 2021 | EKONOMIJA

L-Afganistan:

19

Dario Cacopardo

X’inhi r-raġuni wara dan kollu?

al dan l-aħħar snin, l-Afganistan issemma ta’ spiss fl-aħbarijiet internazzjonali. Bħala riżultat ta’ kunflitt kontinwu, dan il-pajjiż sa anki kien is-suġġett ta’ diskussjonijiet poplari u analisti diversi. L-Afghanistan jinsab bejn l-Asja ċentrali u dik t’isfel. Imiss mal-Pakistan, l-Iran, iċ-Ċina, kif ukoll mal-istati tat-Tajikistan, Turkmenistan u Uzbekistan, ex-Sovjetiċi.

F’Lulju tal-1973, Mohammad Sardar Daoud Khan, mexxa b’suċċess kolp ta’ stat, fejn il-Monarkija Afgana ta’ dak iż-żmien tneħħiet mill-poter, iżda mingħajr forza. Daoud Khan iddikjara lilu nnifsu il-Priministru u l-President. Sakemm dam fil-poter, saru diversi tentattivi għal riformi estensivi u bżonnjużi fl-ekonomija u l-politika soċjali. Iżda żball strateġiku wassal biex Daoud Khan jiġi assassinat flimkien mal-familja tiegħu. Permezz ta’ kolp ta’ stat ieħor. Magħruf bħala l-revoluzzjoni ta’ Saur, il- People's Democratic Party of Afghanistan (PDPA) waqqaf ir-Repubblika Demokratika tal-Afganistan, li baqgħet teżisti sal-1992. F’dan il-perjodu, ir-reġim kommunist għamel sensiela ta’ riformi, fosthom li ddikjara lil Afganistan bħala stat ateu, kif ukoll ipprojbixxa żwieġ sfurzat u ta’ lin-nisa d-dritt tal-vot.

Iżda l-problemi bdew iqumu meta l-istat sekulari tal-Afganistan beda jibni u jmantni relazzjonijiet tajbin mal-Unjoni Sovjetika. Dawn tal-aħħar offrew li jassistu lill-istat Afgan fl-iżvilupp tal-infrastruttura Afgana, fosthom toroq arterjali, sptarijiet u skejjel. F’Diċembru tal-1978, l-Afganistan u l-Unjoni Sovjetika iffirmaw ftehim fejn l-Unjoni Sovjetika tagħti sapport militari lill-PDPA f’każ ta’ bżonn. Bħala riżultat ta’ dan, ħafna nies Afgani speċjalment dawk tal-irħula ħassuwhom pjuttost urtati Il-politika li ħaddan il-PDPA kien jmorru kontra kull prinċipju li l-klassi Musulmana Afgana kienet temmen fih. Dan wassal biex tribujiet u etniċitajiet diversi li wieħed isib fl-Afganistan jingħaqdu kontra r-reġim fil-poter. Bħala riżultat ta’ dan, l-Unjoni Sovjetika invadiet l-Afganistan F’Diċembru tal-1979, b’iktar minn 100,000 suldat sovjetiku jieħdu sehem f’din l-invażjoni.

F’rispons għall dan, L-Amerikani bdew iħarġu u jissuplixxu l-armi lir-ribelli, magħrufa aħjar bħala l-Mujahideen. Huwa mifhum li flimkien mas-Saudi Arabja, l-Amerikani offrew madwar $40 biljun f’valur ta’ armi u flus kontanti lil dawn ir-ribelli. Ukoll, huwa fatt magħruf li l-Amerikani provdew kotba lit-tfal tal-iskola li jfiehem u jippromwovi tagħrif militant Iżlamiku, fejn kienu jinkludu stampi tal-gwerra sabiex jgħawu lit-tfal Afgani kontra s-Sovjetiċi.

B’reazzjoni għal dan, l-Al Qaeda refgħet ir-responsabbilta’ għall dan kollu u l-Amerikani għamlu diversi talbiet lit-Talibani, fosthom li jgħaddulhom lil dawk responsabbli sabiex jaffaċċjaw il-ġustizzja Amerikana. Dan ma sarx u l-Amerikani ħassew li ma kellhom triq oħra għajr li jinvadu l-Afganistan flimkien ma’ alleati oħrajn, sabiex jieħdu dak li riedu. L-Amerikani riedu jaraw li l-kampijiet ta’ taħriġ għal dawn it-terroristi jiġu meqruda darba għal dejjem.

Fl-1994 tfaċċaw it-Taliban, moviment ta’ studenti reliġjużi Musulmani li ġew edukati fl-iskejjel Musulmani tradizzjonali tal-Pakistan. Fl-1996 dawn ħadu taħt idejhom il-belt kapitali b’għajnuna mill-Pakistan u s-Saudi Arabja. Sussegwentament, ġie krejat l-Emirat

Wara kważi 20 sena, l-Amerikani qablu li jirtiraw it-truppi kollha li kien fadlilhom ġewwa l-Afganistan. Iżda ġara li fil-15 ta’ Awwissu 2021, it-Talibani reġgħu ħadu f’idejhom Kabul. Fis-17 ta ’Awwissu 2021, il-militanti Talibani taw l-ewwel konferenza stampa lid-dinja, u wegħdu li ser jirrispettaw id-drittijiet tan-nisa, jaħfru lil dawk li ġġieldu kontrihom filwaqt li jiżguraw li l-Afganistan ma jerġax isir bejta għat-terroristi. Huma sostnew li l-Afganistan il-ġdid se jiffunzjona fi ħdan il-qafas tal-liġi tax-Xarija.

Iżlamiku tal-Afganistan, imwaqqaf fuq il-prinċipji tal-liġi tas-Sharia. L-operat tat-Taliban wassal biex jitrawwem estremiżmu Iżlamiku liema bħalu, tant li fil-11 ta’ Settembru, 2001, l-Al Qaeda, grupp militant Iżlamiku bbażat l-Afganistan wettaq erba’ attakki terroristi fl-Istati Uniti tal-Amerika. Dsatax – il terrorist ħatfu taħt idejhom erba’ ajruplani kummerċjali u bħala riżultat ta’ dan inqatlu 2,977 persuna minn 93 pajjiż.

Aktar minn 800,000 membru militari ta ’l-Istati Uniti servew fl-Afganistan matul l-itwal gwerra li fiha ħadet sehem l-Amerika. Iktar minn 2,000 inqatlu u aktar minn 20,000 ndarbu. Tgħid id-dinja se tesperjenza Taliban ġdid u għaqli?


PM Expression of Interest A3 Ad.pdf

1

25/08/2021

15:42

PM Expression of Interest A3 Ad.pdf

1

25/08/2021

15:42

PM Expression of Interest Ad.pdf 1 25/08/2021 2021 15:42 20 EKONOMIJA | 4A3ta’ Settembru

C

M

Y C CM M C MY Y M CY CM Y CMY MY CM K CY MY CMY CY K CMY

K

5-10 November 2021 5-10 November 2021 5-10 November 2021


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.