Ekonomija 15

Page 1

#15

8 ta’ April 2022

Il-Forum Dinji tal-Kannabis Mediċinali jiltaqa’ f ’ Malta għat-tielet darba p5

Nota mill-Editur Omar Vella

Prijorità lill-ambjent u turiżmu sostenibbli Fis-26 ta' Marzu, Gvern Laburista ngħata l-mandat biex imexxi lil pajjiżna għall-ħames snin li ġejjin — ħames snin li fihom huwa mitlub iwettaq il-manifest elettorali tiegħu. Dan huwa manifest ambizzjuż li jisħaq fuq l-iżvilupp ta' ekonomija b'saħħitha u wisq aktar ekonomija għan-nies. Manifest li fih il-Gvern qed jikkommetti ruħu sabiex l-ambjent ikun prijorità u biex Malta ssir gżira “climate neutral”. Manifest li anke jenfasizza fuq Malta b'turiżmu sostenibbli. Huwa manifest ambizzjuż speċjalment f'kuntest ta' pajjiż li għadu qed jomgħod l-impatt tal-pandemija COVID-19 u f'kuntest ta' pajjiż li qed jaffaċċja sfidi kbar fejn jidħlu r-riżorsi umani; manifest ambizzjuż ukoll meta wieħed jikkunsidra l-ambjent internazzjonali li Malta qed topera fih, ambjent ikkundizzjonat primarjament mill-gwerra bejn ir-Russja u l-Ukranja, u l-instabbiltà politika fil-Libja. Filwaqt li l-isfidi huma kbar, ilpjan tal-Gvern huwa essenzjali biex pajjiżna jkompli jikber, jevolvi u jħalli l-impatt tiegħu fuq livell internazzjonali.

Kriżi tal-ikel miġjuba mill-kunflitt bejn l-Ukraina u r-Russja. X'jista' jsir biex jittaffa l-impatt negattiv? p11


2

EKONOMIJA | 8 ta’ April 2022

Kif nista' niżviluppa karriera fis-cybersecurity? Carm Cachia Chief - Administrator eSkills Malta Foundation

Bħalissa, l-impjiegi u l-karrieri tal-IT huma kompetittivi ħafna, u l-aħjar individwi jiksbu l-aqwa offerti filkarriera. Madankollu, għad hemm spazju biżżejjed għal kull min hu interessat li jifforma karriera fis-settur diġitali. Hemm biżżejjed opportunitajiet għal dawk li jidħlu fil-karriera tal-IT u għal oħrajn li diġà jaħdmu fis-settur tal-IT iżda jixtiequ jibdlu r-rwol tax-xogħol tagħhom.

Il-piż finanzjarju fis-cybercrime jammonta għal triljuni ta’ ewro, u d-domanda għall-professjonisti fis-cybercrime qed tikber ħafna. Saħansitra din id-domanda hija ogħla minn f’oqsma oħra. L-uniċi oqsma li jikkompetu mas-cybercrime huma l-oqsma fl-Iżvilupp tas-Software u d-Data Science. Huwa stmat li fl-2022, se jkun hemm nuqqas globali ta’ bejn 1.8 sa 2 miljuni professjonist/a fis-cybercrime. Studji oħra jagħmlu dan saħansitra ogħla. Is-Cybersecurity huwa suġġett interessanti ħafna u għandu l-potenzjal li jattira ħafna professjonisti prospettivi tal-IT. L-irwoli fi ħdan is-Cybersecurity huma wesgħin, u għalhekk l-iżvilupp tal-karriera dejjem jiddependi mirrwol. Biex insemmu xi ftit, nistgħu ninkludu Cybersecurity Analyst, Cybersecurity Architect, Cybersecurity Engineer, Cybersecurity Researcher, Cybersecurity Instructor, Cybersecurity Technician, Forensic Computer Analyst, Penetration Tester, u l-lista tkompli. Imma biex nagħmluha sempliċi, ejja niffukaw fuq il-karriera tas-Cybersecurity Analyst.

Barra minn hekk, nirrakkomanda ċ-ċertifikati tal-CREST Practitioner Threat Intelligence Analyst. Supplimentat minn CompTIA Cloud+ u CompTIA Server+, u b'esperjenza ta' madwar sentejn jew tlieta, wieħed ikun Cybersecurity Analyst eċċellenti. Imbagħad tkun trid tkompli b' ħames snin ta' esperjenza u tiġi iċċertifikat saħansitra aktar bħall-CREST Registered Threat Intelligence Analyst li jpoġġik f’pożizzjoni avvanzata. U jekk tkun tixtieq tissejjaħ bħala espert, nissuġġerixxi li tidħol għall-(ISC)2 CISSP u CREST Registered Threat Intelligence Manager ukoll. Fil-fehma tiegħi, l-iżvilupp ta' karriera permezz ta' ċertifikati fl-industrija jagħmel professjonist komplut biex jissodisfa r-rekwiżiti tal-industrija. Naturalment, hemm triq akkademika u tkun trid tagħmel Computer Science degree li tenfasizza fuq is-Cybersecurity jew għal Computer Science Degree u Masters fis-Cybersecurity. Dan huwa bieb ieħor tal-karriera li wieħed jista’ jiftaħ. Wieħed imbagħad jista' jikkumplimenta l-karriera b'xi wħud miċ-ċertifikati talindustrija ta' hawn fuq.

Jekk wieħed ikun qed jibda karriera fl-IT fis-Cybersecurity, allura bħala minimu, wieħed għandu jkollu għarfien bażiku dwar is-sigurtà tas-sistema operattiva (eż., Windows, Linux, eċċ.). Wara dan, wieħed għandu jitgħallem dwar itteknoloġija tan-network biex jikseb għarfien tajjeb bażiku. Li jkollok aċċess għall-hardware ikun essenzjali biex tikseb esperjenza tajba. Sadanittant, wieħed għandu jikseb ċertifikati bażiċi tal-industrija. Nissuġġerixxi CompTIA Fundamentals, CompTIA A+, CompTIA Network+, u CompTIA Network+. Dan jagħtik biżżejjed għarfien biex tibda karriera fis-Cybersecurity. Bħala pedament, wieħed għandu bżonn ikollu bejn sena jew sentejn esperjenza.

Kif semmejna inizjalment, ir-rwoli tax-xogħol differenti se jeħtieġu ċertifikati u enfasi differenti, iżda dan japplika għal kwalunkwe triq li tieħu tul il-karriera.

Dan l-artikolu tħejja billi nġabru diversi sorsi onlajn disponibbli pubblikament. Segwina fuq: eskills.org.mt jew Facebook: www.facebook.com/ESkillsMalta; www.facebook.com/CodeEUMalta

Biex timxi pass 'il quddiem għal-livell intermedju, wieħed għandu jikkunsidra CompTIA CySA+.

jew fuq Twitter: https://twitter.com/eSkills_Malta jew ibgħatilna email fuq: info.eskills@eskills.org.mt


8 ta’ April 2022 | EKONOMIJA

It-trasformazzjoni diġitali x’benefiċċji ġġib magħha lin-negozji? Il-bniedem minn dejjem kien innovattiv, u dejjem ra kif itejjeb l-esperjenza ta’ ħajtu. Minn sempliċiment ħolqien tat-telephone u t-television, illum il-ġurnata qed naraw fuq kif l-aspett diġitali jista jintuża sabiex in-negozji jagħtu l-aħjar esperjenza possibbli lill-klijenti tagħhom.

Il-proċess tat-trasformazzjoni diġitali huwa magħmul mill-użu ta’ teknoloġiji diġitali biex joħloq, jew jirranġa, il-proċessi, il-kultura u l-esperjenzi tal-konsumatur, u b’hekk jinżamm il-pass mal-bżonnijiet tan-negozju u s-suq li kontinwament qed jinbidlu. Dan imur lil hinn mill-irwoli tradizzjoni talmarketing, sales u servizz tal-konsumatur. Minflok, it-trasformazzjoni diġitali tibda u tispiċċa bil-mod kif wieħed jinvolvi ruħu mal-klijenti. L-immaniġġjar tan-negozji evola mill-użu tal-karti għall-ispreadsheets, u biex illum ilġurnata jintużaw diversi smart applications, u b’hekk teżisti l-opportunità sabiex ikun hemm immaġinazzjoni mill-ġdid ta’ kif isir in-negozju u kif ikun hemm l-involviment mal-klijenti permezz tat-teknoloġija diġitali. Għan-negozji żgħar li għadhom jibdew, m’ hemmx bżonn li jistrutturaw ilproċessi imbagħad jitrasformawhom iktar ‘il quddiem. Il-kumpanija tista tkun mibnija mill-ewwel bi preparazzjoni għall-futur. Meta wieħed jaħseb, jippjana u jibni b’mod diġitali iwassal sabiex ikun hemm ħidma b’aġilità, flessibiltà u mfassla għal tkabbir.

tal-investiment li jkun sar’. Qabel il-wasla ta’ Netflix, in-nies kienu jikru l-films li xtaqu jaraw minn fuq l-ixkafef tal-ħwienet. Illum ilġurnata għandek libreriji sħaħ ta’ kontenut diġitali disponibli fuq laptops, mobile phones u tablets. L-istreaming ta’ kontentut dirett fuq itteleviżjoni, kompjuters u mobile phones kienet bidla radikali ovvja għan-negozju tal-kiri tal-films. It-tħaddin tal-istreaming wassal ukoll biex Netflix iħares lejn x’seta jagħmel iktar bit-teknoloġja disponibli. Dan wassal għal numru ta’ innovazzjonijiet, bħal sistema ta’ rakomandazzjonijiet mibnija fuq l-intelliġenza artifiċjali. Bl-istess mod, it-trasformazzjonijiet diġitali ffurmaw mill-ġdid kif il-kumpaniji jħarsu lejn is-servizz tal-konsumatur. Il-mudell l-antik kien li tistenna lill-klijent isibek. Iżda l-midja soċjali bidlet is-servizz bl-istess mod li bidlet ir-reklamar, il-marketing, is-sales u s-servizz tal-klijent. Kumpaniji progressivi jħaddnu l-midja soċjali bħala opportunità biex jestendu s-servizz tagħhom billi jiltaqgħu ma’ klijenti fuq il-pjattaformi tal-għażla tagħhom.

Element ewlieni fit-trasformazzjoni diġitali huwa li jkun mifhum il-potenzjal tatteknoloġija. Hawnhekk, wieħed m’ għandux jistaqsi ‘kif jistgħu l-affarijiet li qed isiru, jsiru iktar malajr’, imma ‘x’kapaċitajiet għandha

Il-ħolqien ta’ call centers u service desks fi ħdan in-negozji li jaħdmu b’mod effiċjenti permezz tat-teknoloġija diġitali huwa bla dubju ta’ vantaġġ kbir. Iżda t-trasformazzjoni

t-teknoloġija u kif in-negozju u l-proċessi jkunu addattati sabiex jintlaħaq il-massimu

vera ssir meta tħares lejn it-teknoloġiji kollha disponibli u tikkunsidra kif l-addattament

tan-negozju għalihom tista toffri esperjenza aħjar lill-klijenti. Il-midja soċjali ma nħolqitx biex tieħu post il-call centres, iżda saret mezz, u opportunità, oħra biex ikun offrut servizz aħjar. Daqstant ieħor huma t-teknoloġiji innovattivi li qed nisimgħu ħafna dwarhom dan l-aħħar, bħal per eżempju l-blockchain u l-intelliġenza artifiċjali, b’din tal-aħħar diġa saret referenza għaliha. Wieħed millħsiebijiet fil-ħoqlien tagħhom kien li tkun offruta esperjenza aħjar għal min jagħmel użu minnjhom, fosthom li jkun hemm iktar effiċjenza u kif ukoll kontroll fuq dak li verament tixtieq. Bħala Netflix jakkumpanja lill-invidwu fl-għażliet li jagħmel, daqstant ieħor ilkumpaniji jistgħu jimplimentaw dawn itteknoloġija sabiex itejbu l-operat tagħhom kemm mill-aspett ta’ effiċjenza, iżda anke f’dak li għandu x’jaqsam l-esperjenza talklijent. Huwa fatt magħruf li individwu li jkun inqeda b’mod innovattiv u bla ebda xkiel se jitkellem dwar l-esperjenza li kellu, u dan juri s-sodisfazzjon miksub. B’hekk wieħed jista jinnota li l-addozzjoni tat-trasfromazzjoni diġitali għan-negozji se jkollha iktar minn effett wieħed: operat strutturat, servizz effiċjenti u promozzjoni indiretta millklijenti.

3


4

EKONOMIJA | 8 ta’ April 2022

MEDCANN

Il-Forum Dinji tal-Kannabis Mediċinali jiltaqa’ f’ Malta għat-tielet darba

Il-Malta Enterprise kommessa li tkompli ssaħħaħ din in-niċċa ekonomika ġdida; il-produzzjoni u Riċerka u Żvilupp fil-kannabis għal skopijiet mediċinali


8 ta’ April 2022 | EKONOMIJA

Permezz tal-qafas leġiżlattiv tal-2018, Malta saret waħda minn l-uniċi pajjiżi fid-Dinja li tippermetti l-attivita` ta’ prodotti magħmulin millkannabis mediċinali għal skopijiet ta’ riċerka u żvilupp. Dan ifisser li Malta għal darb’ oħra tpoġġiet fuq il-mappa u ġibdet l-attenzjoni ta’ investituri ġodda, li issa setgħu jikkunsidraw lil Malta bħala l-bażi l-ġdida għan-negozju tagħhom. Il-Forum Dinji talKannabis Mediċinali li sar din ilġimgħa kien wirja ċara tal-frott li qed jinħoloq mill-ekosistema f’dan is-settur. Dan l-avveniment ġab flimkien bosta partijiet, kemm entitajiet tal-Gvern, kumpaniji privati, riċerkaturi u investituri, f’ post wieħed għal jiem ta’ diskussjonijiet ta’ ideat ġodda, sfidi u soluzzjonijiet. IlMalta Enterprise ipparteċipat

Pajjiżna ukoll jista’ jservi bħala ċentru ta’ riċerka tal-prodotti mediċinali għas-saħħa mentali, primarjament l-użu ta’ mediċina psikadelika. Avvenimenti bħal dawn huma l-ispazju fejn nisimgħu l-industrija fejn hi sejra u x’ nistgħu nagħmlu biex noħqolu l-klima neċessarja li l-intrapriżi jistgħu joperaw fiha u nkomplu nkattru niċeċ ġodda fis-settur tal-farmaċewtika. Settur li serva l-ekonomija Maltija b’ opportunitajiet ta’ impjiegi ta’ kwalita`, ta’ livell għoli, mill-qasam xjentifiku, tekniku,u speċjalizzat.

Is-settur tal-manifattura ra tkabbir matul is-snin, u saħansitra anke fil-pandemija hekk kif huwa wieħed mil-aktar setturi reżiljenti fl-ekonomija Maltija. Pajjiżna adatta sewwa għat-tibdil; tibdil teknoloġiku li joħloq prodotti dejjem iktar innovattivi riżultat tal-impenn ta’ numru kbir ta’ ħaddiema b’ħiliet speċjalizzati.

Iż-żoni industrjiali tagħna jilqgħu fihom attivitajiet varji. Minn fabbriki li jipproduċu prodotti tal-plastik u electronic components li jintużaw f’tablets u ċellulari, għal-security printing ta’ flus kontanti u passaporti,

Huwa proprju għalhekk li bħala Malta Enterprise aħna kommessi li nkomplu nġeddu dan is-settur tal-farmaċewtika. Qegħdin naraw li Malta tkun ċentru tal-biofarmaċewtika. Dan għaliex pajjiżna huwa minn ta’ quddiem fil-qasam talinnovazzjoni, riċerka u żvilupp u anke fis-settur medicinali. Bħala Malta Enterprise nafu eżatt fejn irridu naslu. Il-manifattura ta’ prodotti tal-kannabis

f’ dan l-avveniment hekk kif membri mit-tim talPromozzjoni tal-Investiment kienu preżenti, sabiex iwasslu l-messaġġ dwar kif Malta qed issir ċentru tal-biofarmaċewtika.

għal components li jmorru filkarozzi. Iżda wkoll manifattura ta’ mediċini li jikkumbattu diversi kundizzjonijiet u jgħinu miljuni ta’ pazjenti madwar iddinja.

mediċinali huwa pass ieħor lejn id-diversifikazzjoni tassettur farmaċewtiku, hekk kif qed ikompli joħloq impjiegi ta' kwalita` u attivitajiet ta' riċerka u żvilupp.

Pajjiżna ukoll jista’ jservi bħala ċentru ta’ riċerka tal-prodotti mediċinali għas-saħħa mentali, primarjament l-użu ta’ mediċina psikadelika.

A2W b' investiment ta' 16-il miljun Ewro Amino Chemicals hija kumpanija talfarmaċewtika li ilha topera minn Malta għal tletin sena u li se tkun qed tiddiversifika l-operat tagħha, bħala A2W. L-investiment il-ġdid ta’ 16-il miljun Ewro se jipproduċi prodotti tal-kannabis mediċinali, kif ukoll iwettaq attivita` ta’ riċerka u żvilupp li se tkun qed tassisti diversi clinical trials fuq livell internazzjonali. Permezz ta’ dan l-investiment A2W qed toħloq opportunitajiet ta’ karrieri speċjalizzati xjentifiċi u teknoloġiċi. Dan l-investiment għalhekk jikkonferma l-potenzjal ta’ Malta li tkun ċentru tal-biofarmaċewtika u ta’ riċerka u żvilupp. Amino Chemicals hija kumpanija tal-farmaċewtika li ilha topera minn Malta għal tletin sena u li se tkun qed tiddiversifika l-operat tagħha, bħala A2W. L-investiment il-ġdid ta’ 16-il miljun Ewro se jipproduċi prodotti tal-kannabis mediċinali, kif ukoll iwettaq attivita` ta’ riċerka u żvilupp li se tkun qed tassisti diversi clinical trials fuq livell internazzjonali. Permezz ta’ dan l-investiment A2W qed toħloq opportunitajiet ta’ karrieri speċjalizzati xjentifiċi u teknoloġiċi. Dan l-investiment għalhekk jikkonferma l-potenzjal ta’ Malta li tkun ċentru tal-biofarmaċewtika u ta’ riċerka u żvilupp.

5


6

EKONOMIJA | 8 ta’ April 2022

Malta

A member of Reanda International

WE FOCUS ON BUILDING MUTUALLY BENEFICIAL CLIENT RELATIONSHIPS

Who we assist? What we do?

Audit & Assurance Accounting and book-keeping Taxation Payroll & Outsourcing Business Plans & Consultancy

Limited Liability Companies Partnerships Sole-Traders Business Start-Ups

A3 Towers, Block A3, Level 12 Triq il-Kanonku M Bologna, Paola PLA 1211, Malta. T: (+356) 2123 5064 - E: robert@reandamalta.com www.reandamalta.com


8 ta’ April 2022 | EKONOMIJA

7

IŻ-ŻERRIEGĦA TAR-REBĦA Wara li ħa t-tmun tal-pajjiż waqt waħda mill-agħar kriżijiet politiċi li ra pajjizna u wara sentejn ta’ pandemija, Robert Abela għamel dak li sa ftit ġimgħat biss ‘il bogħod ftit kienu jaħsbu li seta’ jsir. F’idejh għandu mandat ċar biex jbiddel dan il-pajjiż, f’idejna lkoll għandna r-responsabiltà li niżirgħu dak li se naħsdu ħames snin oħra. Moviment akbar mill-‘Jiena’ Abela irnexxielu mhux biss iżomm il-Moviment Laburista magħqud qaqoċċa iżda irnexxielu jikseb l-akbar rebħa fl-istorja moderna ta’ Malta. Maġġoranza ta’ kważi 40,000 vot. Dan waqt li Abela irnexxielu jkun l-ewwel Prim Ministru li ġab it-tielet mandatt elettorali konsekkutiv għall-Partit tiegħu waqt li jżid il-maġġoranza fuq ir-rebħa ta’ qabel. Meta wieħed jikkonsidra kemm inbiddlu uċuħ flaħħar leġiżlatura, kemm fi ħdan il-Partit Laburista u kif ukoll fl-ogħla karigi tal-Gvern Laburista, wieħed japprezza aktar ir-rebħa kbira li rnexxielu jikseb dan il-Moviment din id-darba.

Steve Ellul

Saqajn ankrati mal-art u kmiem imxamrin L-idea li nistgħu naħdmu flimkien, bħala Maltin u Għawdxin, għall-ġid komuni, l-idea li nfittxu l-kompromess u dak li jgħaqqadna mhux dak li jifridna huma elementi li n-nies ma tridx tinqata’ minnhom u li Robert Abela għaraf li jżomm fiċċentru tal-politika tiegħu. Robert Abela wera li s-saħħa vera tal-Moviment Laburista mhux qiegħda fl-individwi li jmexxuh imma propju fin-nies li jsostnuh. Rebħa kbira titlob umiltà akbar Aktar kemm tkun kbira l-maġġoranza aktar irridu nkunu ċerti li kulħadd ikollu saqajh ankrati malart. Apprezzajt l-enfażi li għamel il-Prim Ministru fuq dan il-punt f’kull diskors li kellu sa minn meta ġie elett. Importanti li dan jiġi rifless fid-deċiżjonijiet li se jkunu qed jittiehdu mil-gvern kollhu b’mod konsistenti. Id-diżastri

elettorali

tal-PN

illum

jafu

l-bidu

tagħhom f’SMS li l-ex Prim Ministru Gonzi kien għoġbu juża biex jinforma lill-Ministri li kellhu qabel l-2008 li ma kinux se jibqgħu fil-kariga. Dan ftit sigħat biss wara l-iċken rebħa elettorali li qatt rat Malta. L-istess arroganza li kienu mżewqin biha uħud mill-Ministri ‘bravi’ li kellhu kompliet tisqi dik iżżerriegħa meta dawn kienu jagħmlu l-imħatri li mhux se jibqa’ fabbrika waħda li tħaddem in-nies u meta kienu jgħidu lill-ħaddiema biex jidraw ilkontijiet għoljin. Fil-Parlament kienu saħansitra jċapċpu lil Austin Gatt meta kien jgħid li għax għandu erba’ siġġijiet maġġoranza il-Gvern seta’ jagħmel li jrid. Illum dak il-PN qiegħed sempliċement jaħsad dik l-arroganza u l-mibgħeda li nżergħet snin ilu.

Robert Abela għandu mandat u maġġoranza soda, in-nies tinsab warajh u qed tistenna mingħandu li jirresponsabilizza lill-Gvern u l-Kabinett tiegħu għall-istess standards tiegħu. Il-mumenti li dawn jibdew jinqatgħu mir-realtajiet tan-nies u jaħsbu li huma akbar mill-mandat li sellifhom il-poplu, ikun il-mument li n-nies tibda tabbadunahom. Quddiemna ġejjin snin ta’ sfidi imma ta’ opportunatijiet ukoll. Hemm ħafna x’isir u għandna programm elettorali ambizzjuż li jista’ jibdel lil dan il-pajjiż għall-ġenerazzjonijiet li ġejjin. Il-Kabinet għandu f’idejh opportunità bla preċedent li jħalli legat storiku. In-nies qed tistenna li Robert Abela jżomm lil kulħadd kontabbli ta’ għemilu. M’hawnx Laburist ġenwin wieħed, li hu wieħed li ma jħossux diżgustat u iddispjaċut meta jara u jisma bi stejjer xejn sbieħ fuq ir-rappreżentanti tal-poplu, partikolarment tal-partit tiegħu. Min jonqos millfiduċja li tah il-poplu m’għandhux ikollhu l-kenn tas-sistema politika. Il-messaġġ tal-51,000 li baqgħu d-dar huwa b’saħħtu ħafna wkoll. Iż-żerriegħa tal-lum, il-ħsad ta’ għada Dan il-Gvern, bħal ebda wieħed ieħor qablu għandu opportunità tad-deheb. Robert Abela jista’ jkun il-Prim Ministru Laburista li jbiddel lil pajjiżna għal wieħed isbaħ, b’ekonomija aktar moderna li tħares lejn prosperità ġdida għat-30 sena li ġejjin. Persważ li r-rieda tiegħu hija propju li għada pitgħada jħalli legat storiku warajh. Biex jagħmel dan għandu miegħu appoġġ kbir mill-poplu u minn bosta nies ta’ rieda tajba mdawrin miegħu li jridu l-ġid tiegħu, lillPartit li jħobbu u lin-Nazzjon tagħhom. Jekk ma jsirux l-iżbalji li saru fil-passat illum tista’ tinżera’ żerriegħa ta’ rebħa oħra.


8

EKONOMIJA | 8 ta’ April 2022

Qed nesperjenzaw inflazzjoni, inkluż fuq affarijiet essenzjali ‘Bħala Kamra tal-Kummerċ nemmnu illi ewlenin fosthom hemm bżonn li tiġi eliminata l-burokrazija żejda, illi ssir ir-riforma fil-public procurement biex jiżdiedu t-trasparenza u l-kontabbiltà, u li jkun hemm level playing field fis-suq’. Tkellimna mal-Kap Eżekuttiv tal-Kamra tal-Kummerċ, Dr Marthese Portelli, fejn staqsejnieha x’taħseb li se tkun id-direzzjoni ekonomika ta’ Malta wara l-elezzjoni ġenerali. Fi kliemha: “Nawguraw li tkun waħda tajba! Però, realistikament nafu li mhux se jkun żmien faċli. Għandek l-element internazzjonali li bħala pajjiż ftit li xejn jista’ jkollok kontroll fuqu, bħalma

hija l-kriżi internazzjonali li għaddejjin minnha bħalissa fl-ambitu tas-supply chain kif ukoll il-gwerra fl-Ukrajna u d-diffikultajiet li din iġġib magħha. Qed nesperjenzaw inflazzjoni, inkluż fuq affarijiet essenzjali. Il-prezz tal-enerġija wkoll sploda fuq livell internazzjonali. Fi żmien bħal dan, meta għandek numru ta’ fatturi illi jiġu ddettati missitwazzjoni internazzjonali, u allura minħabba n-natura internazzjonali tagħhom ma tantx hemm kontroll

fuqhom, isir ferm u ferm iktar importanti illi tittieħed azzjoni fuq l-affarijiet li jiddependu minna u li huma fil-kontroll tagħna ħalli nnaqqsu l-ispejjeż enormi li qed jiffaċċjaw in-negozji. Bħala Kamra tal-Kummerċ nemmnu illi ewlenin fosthom hemm bżonn li tiġi eliminata l-burokrazija żejda, illi ssir irriforma fil-public procurement biex jiżdiedu t-trasparenza u l-kontabbiltà, u li jkun hemm level playing field fis-suq.”

Il-kriżi bejn ir-Russja u l-Ukrajna żżid aktar pressjoni fuq industrija li diġà qed taffaċċja sfidi kbar Intervista ma' Elaine Galea General Manager, Fahrenheit Logistics Ltd

‘Minkejja l-isfidi kollha li taffaċċja l-industrija lokali, is-settur tat-trasport u l-loġistika jibqa’ reżiljenti u jistinka biex ikompli joffri l-aħjar servizz lill-klijenti tiegħu’. Tkellimna wkoll ma’ Elaine Galea, General Manager talkumpanija Fahrenheit Logistics Ltd, li elenkat id-diversi sfidi li affaċċjat l-industrija globali tat-trasport u l-loġistika waqt l-imxija tal-Covid-19 u anke preżentement bil-kriżi bejn irRussja u l-Ukrajna. Fi kliemha: “Wara l-isfidi li affaċċjat l-industrija globali tat-trasport u l-loġistika matul is-snin li għaddew — inklużi tfixkil filkatina tal-provvista globali, konġestjoni tal-portijiet, nuqqas ta’ kapaċità, żieda firrati tal-merkanzija fl-oċeani u pandemija kontinwa tal-Covid-19 — kien hemm aspettattivi kbar ta’ tibdil pożittiv għal din is-sena.

Is-setturi kollha kienu kunfidenti li fl-aħħar konna se naraw id-dawl fit-tarf tal-mina. Din l-atmosfera pożittiva kompliet tissaħħaħ bit-tneħħija gradwali tar-restrizzjonijiet tal-Covid-19 u l-assorbiment pożittiv talimpatt tal-Brexit. Madankollu, l-aspettattivi għoljin li tqajmu fl-aħħar tal-2021 u fil-bidu ta’ din is-sena malajr spiċċaw malli feġġet il-kriżi bejn ir-Russja u l-Ukrajna. Tabilħaqq, il-gwerra bejn irRussja u l-Ukrajna qed taffettwa bil-kbir il-kummerċ dinji biżżieda fl-ispejjeż tat-trasport u tal-loġistika, tfixkil fil-katina talprovvista, u ż-żieda fil-prezzijiet tal-gass u tal-elettriku. Dan

biex ma nsemmux id-domanda inevitabbli u l-iżbilanċ filprovvista u l-volatilità tar-rata tat-trasport. L-impatt globali tal-kriżi ma kellha l-ebda ħniena fuq l-industrija lokali tat-trasport u l-loġistika, b'żieda inevitabbli fl-ispiża talfjuwil. Dan sussegwentement wassal għal żieda fil-prodotti importati. Mhux ta’ b’xejn li Malta esperjenzat żieda sostanzjali fl-għoli tal-ħajja. Il-kriżi bejn irRussja u l-Ukrajna żżid aktar pressjoni fuq industrija li diġà qed taffaċċja sfidi kbar oħra fosthom: nuqqas ta’ riżorsi umani, u leġiżlazzjoni tal-UE li kultant tippenalizza pajjiżi żgħar bħal Malta. Il-burokrazija u r-rekwiżiti

tal-amministrazzjoni jkomplu jżidu aktar sfidi finanzjarji għall-kumpaniji biex joperaw u jkomplu jkunu kompetittivi f'industrija daqshekk maqtugħa. Minkejja l-isfidi kollha li taffaċċja l-industrija lokali, is-settur tattrasport u l-loġistika jibqa’ reżiljenti u jistinka biex ikompli joffri l-aħjar servizz lill-klijenti tiegħu. Barra minn hekk, dan is-settur ikompli jaqdi l-irwol ewlieni fit-tkabbir ekonomiku tal-pajjiż u l-viżjoni ekonomika tal-gvernijiet għas-snin li ġejjin.”

Dr Marthese Portelli Kap Eżekuttiv tal-Kamra tal-Kummerċ


8 ta’ April 2022 | EKONOMIJA

Is-settur tal-avjazzjoni għadu b’saħħtu Jekk nitkellmu dwar il-gwerra li għaddejja bħalissa, klijenti barranin partikolarment Russi qed jiġu affettwati għax hemm sanzjonijiet fuq pajjiżhom u għalhekk ċertu vjaġġi saru iktar ikkumplikati.

9

Andrea Trapani Kap Eżekuttiv, Executive Aviation Malta

Andrea Trapani hu l-Kap Eżekuttiv ta' Executive Aviation Malta, kumpanija li tispeċjalizza f'titjiriet ta' ajruplani privati. Dan is-settur kiber ħafna f'dawn l-aħħar snin, bl-aġenzija tkompli tfittex sabiex itejjeb l-operat tagħha speċjalment li jkun ta' kwalità bi standards ideali għallklijenti tagħha u li jipprovdu faċilitajiet u servizzi tal-ogħla livell. Executive Aviation Malta hi kkunsidrata bħala one-stop-shop fejn ilklijent isib il-ħtiġijiet kollha tiegħu fejn għandu x'jaqsam l-avjazzjoni privata. Huma litteralment jaħsbu għalkollox sabiex il-vjaġġ li l-klijent jew passiġġier jixtieq jagħmel ikun tal-ogħla kwalità possibbli. Kellimna lil Trapani dwar dan is-settur fil-preżent u l-isfidi li qed jaffaċċja anke b'dak li qed jiġri internazzjonalment, b'mod partikolari minħabba l-gwerra bejn l-Ukrajna u r-Russja u anke l-pandemija tal-COVID-19 li issa ilha magħna għal dawn l-aħħar sentejn. “Jekk nitkellmu dwar il-gwerra li għaddejja bħalissa, klijenti barranin partikolarment Russi qed jiġu affettwati għax hemm sanzjonijiet fuq pajjiżhom u għalhekk ċertu vjaġġi saru iktar ikkumplikati.” “Minkejja kollox, aħna għandna klijenti minn pajjiżi oħra u għalhekk sa ċertu punt ikkumpensaw oħrajn li minħabba dawn is-sanzjonijiet qed isibuha diffiċli biex jiċċaqalqu lejn pajjiż ieħor.” Andrea Trapani jkellimna wkoll dwar il-pandemija tal-COVID-19 u kif din biddlet dan is-settur, tant li kontra kull mistenni kien hemm żviluppi pożittivi f'dan il-lat. “Peress li kien hemm numru ta' linji tal-ajru li waqqfu l-operat tagħhom, ċerti nies daru għall-jets privati minħabba diversi raġunijiet. Meta wieħed ried josserva ċerti restrizzjonijiet li kienu fis-seħħ, speċjalment tad-distanza soċjali, awtomatikament in-nies għażlu li jivvjaġġaw b'mod privat għax rawh bħala metodu sigur u mingħajr konsegwenzi.” Dawn l-istess passiġġieri, jgħid Trapani, kienu mdorrijin jivvjaġġaw first class u għalhekk bdew jirrikorru għal ajruplani privati. Dawn ilpassiġġieri jaffordjaw iħallsu iktar ġaladarba jkollhom servizz tajjeb, u hawn fejn tidħol il-kumpanija tiegħu li tara li kollox imur kif suppost. Staqsejna lil Trapani kemm hawn Maltin li jfittxu s-servizzi ta' Executive Aviation Malta u kemm lesti jivvjaġġaw b'mod privat. “Għandna klijenti minn diversi pajjiżi u saħansitra anke Maltin. Veru li m'hawnx ħafna, iżda dawk li hawn huma klijenti regolari tagħna.” Finalment tlabna lil Andrea Trapani sabiex ikellimna dwar kif qed jara l-futur ta' dan is-settur partikolari li hu wkoll kruċjali għall-ekonomija Maltija. “Inġenerali dan is-settur hu b'saħħtu u aħna nagħmlu minn kollox sabiex inkomplu nsaħħuh, speċjalment għax il-motto tagħna hu dejjem li l-klijent jiġi l-ewwel.”


10

EKONOMIJA | 8 ta’ April 2022

Ir-refuġjati mill-Ukrajna N

har il-Ġimgħa li għaddiet, il-Kummisarju għar-Refuġjati fi ħdan inNazzjonijiet Uniti qal li n-numru ta’ nies li ħallew l-Ukrajna sabiex isibu refuġju ġewwa pajjiżi oħra issa laħaq l-erba’ miljuni. Ma’ dawn wieħed irid isemmi wkoll il-kważi seba’ miljun ruħ li kellhom jiċċaqilqu gewwa l-Ukrajna stess. Dan kollu jfisser li aktar minn kwart taċċittadini Ukreni kellhom jitilqu minn djarhom minhabba ilgwerra. In-numru diġà kbir ħafna ta’ nies li ħallew l-Ukrajna jista’ jilħaq livelli astronomiċi li kieku l-irġiel ta’ anqas minn sittin sena jitħallew jingħaqdu malfamilji tagħhom, peress li bħalissa dawn huma maqbudin bil-lieva. Li kieku dan kellu jseħħ, in-numru ta’ Ukreni li jkunu ħallew pajjiżhom mistenni jilħaq it-tnax-il miljun u b’hekk dan ikun l-aktar eżodu ta’ nies fl-istorja. Għalkemm bħalissa r-rata ta’ tluq tan-nies minn gewwa l-Ukrajna batta xi ftit din laħqet l-aktar numru fl-istorja wara li kien hemm xi ġimgħat li fihom ħallew pajjiżhom aktar minn miljun ruħ kull ġimgħa. Naturalment, dan kollu qiegħed joħloq ħafna tensjoni fost il-gvernijiet tal-pajjiżi Ewropej li qegħdin jilqgħu lil dawn in-nies ġewwa fihom kif ukoll fost l-NGO’s u aġenziji oħra ġewwa ħdan in-Nazzjonijiet Uniti li qegħdin jikkordinaw dan iċċaqliq kbir ta’ persuni.

Għajnuna kbira

It-triq ‘l quddiem

Sa issa, r-risposta Ewropeja għal dan l-eżodu kienet waħda tassew ġeneruża. L-Unjoni Ewropeja applikat għall-ewwel darba d-Direttiva tal-Protezzjoni Temporarja. Din id- direttiva tagħti permess lir-refuġjat, f’dan il-każ Ukreni, sabiex jgħixu, jaħdmu u jirċievu xi benefiċċji oħra f’sitta u għoxrin pajjiż mis-sebgħa u għoxrin li jiffurmaw l- Unjoni Ewropeja. Permezz ta’ din iddirettiva, dawn il-povri nies ffrankaw il-martirju li kellhom jgħaddu minnu l-mijiet ta’ eluf ta’ Sirjani li kienuħallew pajjiżhom lura fl- 2015 u li kienu ppruvaw isibu refuġju ġewwa l-Ewropa. Dawn kellhom jgħaddu minn ħafna burokrazija żejda sabiex setgħu japplikaw għall-ażil politiku u ħafna minnhom spiċċaw umiljati ġewwa ċentri ta’ detenzjoni.

Naturalment, il-kontinwazzjoni tas-suċċess ta’ kif bħalissa qegħda tiġi mmaniġġjata l- kriżi umanitarja tiddependi ħafna fuq kemm il-pajjizi li qegħdin jilqgħu lil dawn in- nies sejrin ikunu kapaċi jintegrawhom.

Pajjiżi li għandhom il-fama li ma jagħtux l-ażil lil refuġjati ġewwa ħdanhom, din id- darba, forsi minħabba li l-kulur tal-ġilda tar-refuġjati Ukreni ma huwiex skur bħal dak tas-Sirjani kif ukoll minħabba li l-Ukreni jħaddnu reliġjon Kristjana, qegħdin jilqgħu għandhom numru kbir minn dawn in-nies. Filfatt, fil-Polonja sa issa hemm aktar minn żewġ miljun Ukren li għadhom kemm ħarbu minn pajjiżhom. L-istess jista’ jingħad għallUngerija ta’ Orban li fl-2015 kien irrifjuta li jilqa’ ġewwa pajjiżu refuġjati Sirjani. Sa issa, ġewwa l-Ungerija hemm kważi nofs miljun ruħ millUkranja. L-Istati Uniti diġa’ qalu li sejrin jilqgħu ftit aktar minn mitt elf refuġjat mill-Ukrajna kif ukoll taw aktar minn biljun Dollaru bħala għajnuna għalihom. Il-Kanada li fiha qabel ma bdiet ilgwerra kienu jgħixu l-akbar numru ta’ Ukreni fetħet il-bibien għal dawn ir- refuġjati mingħajr wisq restrizzjonijiet. Diversi pajjiżi fosthom l-Ġermanja u r-Renju Unit qegħdin joffru ħlasijiet lill-familji sabiex jilqgħu fi djarhom lil dawn l-imsejkna . L-Italja ukoll qegħda tagħti xi ħlasijiet lil xi familji fil-belt ta’ Modena fejn hemm konċentrazzjoni ta’ familji ta’ dixxendenza Ukrena li ilhom jgħix hemm sa minn qabel il-bidu ta’ din il-gwerra. Fuq kollox, l-ghajnuna li qegħdin jagħtu ħafna minn dawn il-pajjiżi lir-refuġjati Ukreni kienet faċilitata ferm minħabba li huma kienu diġa’ daħlu ħafna liġijiet wara dak li kien ġara fl-2015 vis-à-vis is-Sirjani.

Fil-Ġermanja, t-tfal tar-refuġjati Ukreni li qegħdin isibu klassijiet lesti għalihom sabhiex huma jkunu b’mod immedjat esposti għall-lingwa Ġermaniża u jitgħallmu wkoll il-mod ta’ kif huma mistennija jġibu ruħhom ġewwa l-Ġermanja. Ironikament, teżisti l-possibilità li dawn ir-refuġjati jafu jkunu aktar ta’ benefiċċju milli ta’ piż għal xi wħud mill-pajjiżi li qegħdin jilqgħuhom. Filfatt, fil-każ ta’ pajjiżi bħall- Ġermanja u l-Polonja fejn hemm nuqqas kbir ta’ riżorsi umani f’ċertu setturi, dawn l- Ukreni li ta min jgħid ukoll, ħafna minnhom għandhom ħafna aktar kwalifiċi akkademiċi minn dawk Sirjani li kienu waslu għandhom, jafu jimlew dan il-vojt li jeżisti. Ovvjament, minħabba li kif diġa’ għedna aktar ‘lfuq bħalissa l-maġġoranza tar- refuġjati huma nisa u tfal dan l-argument jaf jitlef naqra mis-saħħa tiegħu. Il-pajjiżi li qegħdin jilqgħu dawn ir-refuġjati għandhom ukoll jassiguraw li dawn in- nies jitqassmu kemm jista’ jkun madwar l-ibliet kollha sabhiex ma jkunx hemm konġestjoni tagħhom kif per eżempju qiegħed jiġri bħalissa fl-ibliet Polakki ta’ Varsavja u Krakovja. Dan l-argument qiegħed jiġi mbuttat ħafna mill-Ġermanja permezz talMinistru tal-Affarijiet Barranin Annalena Baerbock. Kontrih hemm argument li qiegħed iġib l-Gvern Pollakk li r-refuġjati għandhom jiddeċiedu huma fejn iridu jmorru. Ovvjament dan l-argument jista’ joħloq sitwazzjoni bħal dik li hemm fil- Moldova li bħalissa ġewwa fiha hemm ħafna aktar refuġjati milli dan il-pajjiż jista’ jilqa’ ġewwa fih. Dan minħabba li ħafna Ukreni qegħdin jippreferu li joqogħdu ġewwa l-Moldova minħabba li ħafna Moldovani jafu jitkellmu bir-Russu li hija lingwa viċin ferm l-lingwa Ukrena. L-NGO’s li qegħdin joffru għajnuna kbira għal din il-kriżi umanitarja qegħdin jisperaw li dan is-suċċess ta’ kif qegħda tingħata l-għajnuna lir-refuġjati jservi bħala mudell għal kriżijiet umanitarji oħra li jaf ikollna minn gwerer oħra fil-futur. Però, hemm is-suspett li ħafna minn din il-ġenorżità li qegħdin naraw taf tkun ta’ darba biss minħabba li hija l-konsegwenza tal-fatt li din il-gwerra qegħda qrib ħafna tal-pajjiżi tal-punent kif ukoll minħabba li l-interessi diretti li għandha n-NATO.

Ruben Briffa


8 ta’ April 2022 | EKONOMIJA

11

Kurt Muscat

Kriżi tal-ikel miġjuba mill-kunflitt bejn l-Ukraina u r-Russja. X'jista' jsir biex jittaffa l-impatt negattiv?

I

l-pandemija ħolqot ħerba fuq il-ktajjen tal-provvista globali għal varjetà ta 'oġġetti, inkluż l-ikel. Bħala riżultat tat-tnaqqis fid-disponibbiltà, bosta kategoriji tal-ikel sofrew żidiet fil-prezz, li sussegwentement ġew aggravati miż-żieda fl-ispejjeż tat-trasport. L-aktar kategoriji ta’ ikel li ġew affettwati kienu l-ħxejjex, ilbajd, il-laħam, oġġetti tal-ħalib, dqiq u prodotti mill-qamħ, żejt (sunflower oil), u zokkor.

Bħallikieku dan ma kienx biżżejjed, il-kriżi tal-Ukrajna aggravat sitwazzjoni diġà iebsa, bil-prezzijiet jogħlew fil-kategoriji kollha tal-ikel imsemmija hawn. Dan għaliex l-Ukrajna hija magħrufa bħala l-“breadbasket” tal-Ewropa, peress li hija l-akbar produttur fid-dinja taż-żejt (sunflower oil) u tammonta għal aktar minn nofs l-esportazzjonijiet dinjija taż-żejt (sunflower oil). Flimkien mar-Russja, din iż-żona hija wkoll l-akbar esportatur tad-dinja talqamħ, li tammonta għal aktar minn terz (36%) tal-esportazzjonijiet globali tal-qamħ. Dan jimplika li dan ir-reġjun jipprovdi żejt (sunflower oil) u qamħ għal prattikament kull kontinent fid-dinja. Is-sitwazzjoni x'aktarx se tiddeterjora aktar peress li fi ftit ġimgħat suppost ikun hemm l-istaġun ta’ meta tiġi miżrugħa iż-żerriegħa tal-qamħ fl-Ukrajna. Madankollu, bil-ġlied li għaddej u bil-probabbiltà ta' għeluq tal-għelieqi, ilproduzzjoni tal-ikel fil-ġejjieni x'aktarx li tkun ipperikolata ħafna. Skont it-tbassir ekonomiku tax-xitwa tal-Kummissjoni tal-UE maħruġ fl-10 ta' Frar 2022, l-espansjoni ekonomika fl-Ewropa hija mistennija li żżid it-tkabbir fit-tieni kwart ta' din is-sena. Madankollu, it-tbassir jgħid ukoll li jekk ilpressjonijiet tal-ispejjeż li jirriżultaw min-nuqqas fil-provvista u l-prezzijiet tal-enerġija jiġu mgħoddija mill-prezzijiet tal-produttur għal dawk talkonsumatur, sa punt akbar milli previst, l-inflazzjoni tista' tkun ogħla milli mistenni. Jekk l-inflazzjoni tkompli tiżdied, il-banek ċentrali jistgħu jiġu sfurzati li jżidu r-rati tal-imgħaxx, li jirriżulta f'bidla fl-ispejjeż talfinanzjament u tnaqqis fid-domanda. Biex nikkonkludu, ejja nagħtu ħarsa lejn x'tista' tagħmel l-UE. Dan għaliex l-kobor tal-kriżi globali tal-ikel teħtieġ rispons koordinat talUE. L-UE qed tipprova tħallas lill-bdiewa fl-istati membri biex itejbu l-produzzjoni, iżda dan jieħu ż-żmien u mhux se jsolvi s-sitwazzjoni malajr biżżejjed. Fi żmien qasir, probabbilment l-UE se jkollha bżonn tikkoordina aħjar l-isforzi tagħha biex l-ewwel nett twaqqaf iż-żamma tal-esportazzjoni talprovvisti tal-ikel bejn l-istati membri talUE. It-tieni, tikkonsolida l-akkwist fil-livell tal-UE ta’ ċerti prodotti bażiċi tal-ikel minn sorsi alternattivi, u finalment jipprovdu programm ta' finanzjament madwar l-UE kollha li jinjetta likwidità fid-diversi aġenti tal-katina tal-provvista. Barra minn hekk, l-UE tista' tiddeċiedi li tissospendi temporanjament xi standards /rekwiżiti għall-importazzjonijiet tal-ikel kompluti, partikolarment dawk relatati malippakkjar, sabiex timporta sorsi alternattivi tal-ikel bħala reazzjoni rapida għall-kriżi. Il-Gvern Malti jista’ wkoll jagħmel il-parti tiegħu billi jiddeċiedi li “jtaffi jew jassorbi” l-impatt sħiħ taż-żieda fil-prezz tal-ikel. IlGvern jagħmel dan sabiex itaffi l-impatt negattiv li żieda immedjata u kbira flispejjeż tal-ikel ikollha fuq it-tkabbir ekonomiku tal-ekonomija Maltija. Madankollu, sakemm tinstab soluzzjoni għall-kriżi tal-Ukrajna, il-Gvern ikollu jissussidja ż-żieda fl-ispejjeż tal-ikel jew parti minnha, billi joħroġ mijiet ta’ miljuni ta’ ewro kull sena.


12

EKONOMIJA | 8 ta’ April 2022


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.