Ekonomija 17

Page 1

#17

30 ta' Lulju 2022

Għala m’hawnx ħaddiema? p3 | Il-comfort zone tal-banek kummerċjali p5

Nota mill-Editur Omar Vella

Ir-rapport annwali tal-Jobs Plus għassena 2021… Ċertifikat pożittiv għall-Gvern

R

iċentament l-aġenzija Jobs Plus ppubblikat ir-rapport annwali tagħha għas-sena 2021. Rapport li jagħti kreditu lillGvern għal ħidmietu biex Malta jkollha ekonomija reżiljenti, b'saħħitha u finanzi fis-sod. Rapport li jikkonferma li l-istrateġija ekonomika tiegħu qed tasal għand kulħadd. Mill-kbir għaż-żgħir. Tant li Malta, fl-2021, irreġistrat waħda mill-inqas rati ta' qgħad fl-Unjoni Ewropeja 3.4% kontra r-rata medja fl-UE ta' 6.4%. Tant li dan ir-rapport indika wkoll li l-ekonomija Maltija mistennija tkompli tikber b'rata mgħaġġla. Filwaqt li dan id-dokument huwa ċertifikat b’saħħtu għallgvern, it-tkabbir ekonomiku għandu l-prezz tiegħu u jġib miegħu sfidi fosthom il-problema ta' nuqqas ta rizorsi umani. Tant li Malta kompliet iżżid l-influss ta' ħaddiema barranin partikolarment minn pajjiżi terzi f'setturi importanti fosthom dawk tal-ospitalità u l-ikel, kif ukoll fil-kostruzzjoni. Mhuwiex koinċidenza li l-viżjoni ekonomika tal-gvern għal għaxar snin li gejjin kif ukoll il-Baġit 2022, jisħqu fuq l-importanza tat-taħriġ għax it-taħriġ huwa l-essenza biex dan il-pajjiż ikollu mhux biss kwantità ta' rizorsi imma anke kwalità fir-rizżrsi tiegħu. Mhuwiex koinċidenza anqas li l-gvern qed jisħaq fuq diversi skemi mirati sabiex itejbu l-kwalità ta' kull ħaddiem. Il-kwalità taż-żgħażagħ tagħna fit-tranżizzjoni tagħhom lejn id-dinja tax-xogħol. U biex dan jintlaħaq, il-gvern qed ikompli jinvesti f’aktar skemi. Qed ikompli jinvesti f'childcare b'xejn. Qed ikompli jinvesti ukoll fl-inklużjoni ta' persuni b'diżabilità u dawk vulnerabli fid-dinja tax-xogħol. Dan id-dokument huwa prova ċara kemm il-gvern jemmen fil-kapaċitajiet ta' kull wieħed u waħda minna. Dan id-dokument huwa wkoll punt ta' tluq fejn flimkien nistgħu naslu ghal Malta protagonista.


2

EKONOMIJA | 30 ta’ Lulju 2022

Għala m’hawnx ħaddiema?

Silvan Mifsud

K

if kulhadd jaf is-suq tax-xoghol bhalissa huwa wiehed diffiċli minħabba nuqqas ta’ ħaddiema. Min iħaddem għandu uġigħ ta’ ras jsib ħaddiema għan-negozju tiegħu, filwaqt li jrid iħabbat wiċċu ma' żidiet qawwija fil-pagi. Ħafna minn dawk li jħaddmu n-nies magħhom, jibżgħi kuljum li ġej wieħed mill-ħaddiema taghhom jaghtihom ir-rizenja jew jitlob zieda fil-paga. In-numri li qed nuri hawn isfel jistgħu jispjegaw għala qegħdin f’din is-sitwazzjoni:-

Population Amount Net Migration (immigration - Emigration) GDP Growth % GVA in € Total Employed

2017

2018

2019

2020

2021

475,701

493,559

514,564

516,100

520,971

14,623

17,102

20,343

1,206

4,639

13.4%

8.4%

8.4%

-7.0%

11.3%

€ 10.647

€ 11.448

€ 12.564

€11.864

€ 13.202

227,167

244,394

258,064

261,021

274,110

17,227

13,670

2,957

13,089

2,051

1,627

€ 46,842

€ 48,616

Increase in total Employed Average Increase in Total Employed per 1% GDP Growth GVA per Person Employed

€ 46,869

1,158 € 45,383

€ 48,163

Kif nistgħu naraw fit-tabella ta’ hawn, iż-żieda fil-popolazzjoni f’dawn l-aħħar snin kienet ġejja miż-żieda fl-immigrazzjoni lejn il-pajjiż. Din l-immigrazzjoni kienet il-bażi li fuqha seta' jkollna t-tkabbir ekonomiku li kellna f’dawn l-aħħar snin. Bħala medja, bejn l-2017 u l-2019, kellna migrazzjoni netta ta’ 17,000 persuna fis-sena, li kważi kollha daħlu fid-dinja tax-xogħol u għalhekk żdiedu l-ammont ta’ nies jaħdmu f’Malta. Meta mbagħad fl-2020, waslet il-pandemija f’Malta, l-ammont ta’ nies barranin li ġew jaħdmu f’Malta naqqas drastikament. Dan wassal sabiex bejn l-2020 u l-2021 kien hawn biss migrazzjoni netta ta’ 6,000 persuna barranija li giet Malta biex tahdem, li huwa hafna anqas mill-medja ta’ 17,000 -il elf persuna fis-sena li kellna fis-snin qabel il-pandemija. Madanakollu l-ekonomija Maltija, fl-2021 kibret fuq livell aktar għolja minn dak li kienet fih qabel il-pandemija fl-2019, fejn ġie rreġistrat tkabbir ekonomiku ta’ kwazi 5% fuq il-livell tal-2019. Tkabbir ekonomiku bhal dak kien jitlob li bhala minimu ż-żieda tal-barranin jaħdmu Malta sal-aħħar tal-2021 kellha tkun għallinqas ta’ 10,000 persuna, ibbażata fuq il-livell tal-2018. Is-sitwazzjoni saret aktar diffiċli meta mbagħad tqis li fl-ewwel kwart tal-2022 l-ekonomija Maltija kibret b’7.6%, li allura tefgħet pressjoni akbar fuq is-suq tax-xogħol u kabbret id-domanda għal aktar ħaddiema. Fl-opinjoni tiegħi, in-nuqqas ta’ ħaddiema taf tkun waħda mill-fatturi li ħa tillimita t-tkabbir ekonomiku. Wara kollox id-daqs tal-pajjiż hu li hu u hemm ukoll limitu kemm jistgħu jibqgħu jiġu nies barranin jahdmu u jgħixu hawn. Diġà għandna setturi ekonomiċi ewlenin, bħal dak tat-turiżmu, fejn il-maġġoranza assoluta tan-nies li jaħdmu f’dak is-settur huma barranin. Jekk naraw it-tabella ta’ hawn taħt nistgħu naraw li ż-żieda tal-ħaddiema barranin hawn Malta żdiedet tant li sal-aħħar tal-2021 il-barranin jaħdmu Malta kienu jagħmlu mat-28% tan-nies kollha li jahdmu Malta u fejn l-ammont ta’ barranin li jahdmu Malta u li mhumiex mill-Ewropa huwa akbar mill-barranin li huma mill-Ewropa.

2017

2018

2019

2020

2021

Third Country National

14,116

21,345

30,973

38,610

43,525

EU, EEA & EFTA

30,293

34,303

37,063

31,765

34,300

Maltese

188,346

191,982

194,714

194,522

198,696

81%

78%

74%

73%

72%

Share of Maltese

Dan kollu sakemm iż-żmien imqalleb li qed ngħixu fih, li qed iwassal għal għal żieda fil-prezzijiet tal-ikel, tal-enerġija, tat-trasport u ta' ħafna materji primi ma jtappanx b’mod qawwi t-tkabbir ekonomiku u li allura jnaqqas id-domanda għall-haddiema. Bħalma ġara dejjem, eventwalment l-ekonomija dejjem issib mod kif tissetilja u ssib dak l-ekwilibru fis-suq.


30 ta’ Lulju 2022 | EKONOMIJA

Kif tasal għall-progress fi żminijiet t’inċertezza J

ekk il-Gvernijiet madwar id-dinja għandhom sfida waħda quddiemhom bħalissa, din l-isfida żgur hija kif jistgħu jibqgħu jimxu l’quddiem fi żminijiet fejn id-dinja qed taffaċċja inċertezza u taqlib liema bħalu. Il-problemi loġistiċi li diġa kienu hemm waqt il-covid19, u komplew jikbru bl-invażjoni Russa tal-Ukrajna, donnhom waslu biex l-inflazzjoni ma tridx taqta’ – xi ħaġa li twassal għal aktar piżijiet fuq il-ħaddiema u n-negozji Maltin. Imma allura f’sitwazzjonijiet bħal dawn, x’għandu jagħmel il-Gvern? Jipposponi kollox biex imur fuq id-‘damage control’? Żgur li le. Dejjem emmint li meta persuna jew organiżżazzjoni tistaġna, din tispiċċa tmur lura, u għaldaqstant, hekk jiġrilhom il-pajjiżi li ma jibqgħux jimxu l’quddiem, anke jekk dawn ikunu qed jaffaċċjaw sfidi kbar. Li jrid isir hu, li f’dawn il-mumenti diffiċli, il-progress isir fuq bażi ta’ kompromess bejn il-partijiet kollha, fejn il-benefiċċji li hemm bżonn jidħlu, iva jidħlu. Naturalment, in-negozji iridu jingħataw l-għajnuna neċessarja sakemm ikun hemm tranżizzjoni biex

huma wkoll ikunu jistgħu jobbligaw d-dmirijiet tiegħu. Dan huwa preċiżament dak li għamel is-Segretarju Parlamentari Andy Ellul ftit tal-jiem ilu, fejn ħabbar id-dħul ta’ diversi drittijiet ġodda. Infatti, mit-2 t’Awissu l’quddiem, se nkunu qed naraw li l-leave tal-ġenituri ta’ erba’ xhur, jibdew jitħallsu xharejn minnhu skont in-National Parental Leave Rate. Apparti hekk il-leave tal-paternità żdied għal għaxart ijiem imħallsa bis-sħiħ, filwaqt li ġew introddti wkoll ħamest ijiem leave tal-carers mhux imħallsa, fejn persuna tkun tista’ tuża dawn il-ġranet biex tieħu ħsieb lil dawk li joqgħodu magħha f’każ ta’ emerġenzi mediċi. Kien hawn min qal imma ma ingħatawx biżżejjed drittijiet u ħlasijiet. Lil dawn innies ngħidilhom li jien l-ewwel wieħed li rrid nara li dawn il-benefiċċji jkomplu jitjiebu meta l-istabbilta’ ekonomika dinjija terġa tirritorna, u meta l-piżijiet li bħalissa hemm fuq in-negozji jillaxkaw. Ħaddieħor qal li mhux sew li wieħed jagħti x’jifhem li l’quddiem jafu jidħlu

aktar drittijiet. Personalment, dan l-argument ma tantx fhimtu – għaliex aktar ma’ jgħaddi ż-żmien, aktar il-produttivita’ tiżdied, u aktar inkunu rridu naraw drittijiet tal-ħaddiema jidħlu fis-seħħ. Naħseb m’hi l-intenzjoni ta’ ħadd, wara kollox, li jagħti x’jifhem li l’quddiem id-drittijiet għandhom jibqgħu staġnati, inkella li saħansitra għandhom imorru lura. Punt ieħor li rrid nagħmel hu li kien hemm min qal li l-Gvern ma kellhux għażla biex idaħħal din il-liġi għaliex id-Direttiva tal-Work-Life Balance ġiet imbuttata mill-UE, u li daħħal biss il-minimu. Dawn l-argumenti m’humiex veritieri. Ibda biex, din id-Direttiva għaddiet permezz ta’ proċedura ta’ co-decision, fejn kemm il-Parlament Ewropew, u kif ukoll il-Kunsill tal-Ministri kellhom japprovawa biex din issir liġi. Il-Gvern Malti, flimkien m’oħrajn, din id-Direttiva tagħha s-sapport kollhu neċessarju, mhux bħalma għamlu sitt pajjiżi oħrajn li vvutw kontra, inkella astjenew. Apparti hekk, id-Direttiva ma’ tagħmel l-ebda obbligu fuq il-pajjiżi rispettivi li japplikaw il-leave tal-paternità għall-ad-

3

Brendan Zerafa

dozzjoni wkoll: xi ħaġa li f’Malta daħlet fis-seħħ. Dan biex ma ngħidx ukoll li l-kliem tad-Direttiva fir-rigward tal-carers’ leave jgħid li dan għandu jintuża biss għal raġunijiet mediċi serji, filwaqt li l-liġi Maltija tgħid li dan jista’ jintuża għal kwalunkwe raġunijiet mediċi – mhux dawk l-aktar serji biss bħalma ssemmi d-direttiva. Fi kliem ieħor, il-Gvern Malti kien aktar ġeneruż milli kien hemm bżonn, meta d-direttiva ġiet trasposta. Għaldaqstant, meta kkonfrontat b’dawn il-fatti, wieħed ma jistgħax ma jasalx għall-konklużjoni li l-għażla tal-Gvern Malti dejjem kienet waħda ċara. Iva, ilGvern ra, u jrid ikompli jara li d-drittijiet tal-ħaddiem f’dan il-pajjiż jimxu l’quddiem, għax kulħadd jistħoqqlu kwalita’ ta’ ħajja aħjar. Naturalment, ma tistgħax tkun prużuntuż u tippretendi l-ifjen kwalita’ fl-aktar żminijiet diffiċli. Imma l-mira dejjem għanda tkun, li nimxu l’quddiem u mhux lura. Brendan Zerafa huwa konsulent fi ħdan is-Segretarjat Parlamentari għad-Djalogu Soċjali


4

EKONOMIJA | 30 ta’ Lulju 2022

Agħmel l-aħjar li tista’ Mill-flus imfaddla tiegħek

Timberland Securities Investment Plc. qiegħda toffri żewġ bonds ġodda b’investiment minimu ta’ €2,000 Bond ta’ €3,000,000 b’kupun ta’ 3.5% fis-sena li jimmatura fl-2025 U bond ieħor ta’ €3,000,000 b’kupun ta’ 4% fis-sena li jimmatura fl-2027 Il-kupun jitħallas darbtejn fis-sena, f’April u f’Ottubru

Investi fil-Bonds

Timberland Securities Investment plc, inkorporata f’Malta, bl-uffiċċju reġistrat f’Aragon House Business Centre, Dragonara Road, St Julian’s STJ 3140, hija l-emittent ta’ bond mhux subordinat u mhux garantit maħruġ f’termini ta’ Prospett Bażi datat id-29 ta’ April 2022 u approvat mill-Bank Ċentrali tal-Irlanda (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ il-“Bank Ċentrali”) bħala l-awtorità kompetenti taħt ir-Regolament tal-Prospett u t-termini Finali rilevanti (minn hawn ’il quddiem flimkien imsejħa l-“Prospett”). Il-Bank Ċentrali japprova biss il-Prospett Bażi bħala li jilħaq l-istandards kollha ta’ kompletezza, komprensibbiltà u konsistenza imposti mir-Regolament talProspett. Tali approvazzjoni ma għandhiex tiġi kkunsidrata bħala approvazzjoni tal-emittent jew il-kwalità tal-bonds li huma s-suġġett ta’ dan il-Prospett Bażi. L-investituri għandhom jagħmlu l-valutazzjoni tagħhom stess dwar l-adegwatezza tal-investiment fil-bonds. Id-distributur maħtur hawn Malta huwa Timberland Invest Ltd, bl-uffiċċju tan-negozju li jinsab f’Aragon House Business Centre, Dragonara Road, St. Julian’s, STJ 3140. Timberland Invest Ltd hija entità regolata awtorizzata mill-MFSA taħt l-Att dwar Servizzi ta’ Investiment, 1994. Investituri prospettivi għandhom jinnotaw li l-bond ma jistax jinfeda qabel il-maturità. Jekk se tinvesti f’dan ilbond, mhux se jkollok aċċess għal flusek qabel id-data tal-maturità. Madankollu, tista’ tittrasferixxi jew tbigħ il-bond tiegħek skont it-termini tal-Prospett, datat 29 ta’ April 2022. Il-valur tal-investiment tiegħek jista’ jitla’ kif ukoll jinżel, u tista’ titlef ftit mill-ammont, jew l-ammont kollu, li inti investejt. Il-prestazzjoni tal-passat mhux neċessarjament indikattiva tal-prestazzjoni tal-futur. Investituri prospettivi huma mħeġġa biex ifittxu parir xieraq qabel ma jinvestu, kif ukoll biex jaqraw il-Prospett, b’mod partikolari r-‘Risk Factors’ li hemm imsemmija fih. Kopja tal-Prospett tista’ tinkiseb b’xejn matul il-ħinijiet normali tax-xogħol mill-uffiċini ta’ Timberland Invest Ltd, jew inkella minn https://tsiplc.timberland-malta.com/public-offers/. Timberland Invest Limited appuntat ukoll lis-Sur John Degiorgio bħala l-aġent marbut tagħha (indirizz reġistrat: 10, Triq ta’ Xlejli, Il-Gudja GDJ 1801 u awtorizzat bħala tali mill-MFSA binnumru ta’ reġistrazzjoni: 60291/01). Dan ir-reklam huwa approvat minn Timberland Invest Ltd.

John Degiorgio jipprovdi servizz ta’ twassil u trasmissjoni ta’ ordnijiet fir-rigward ta’ titoli trasferibbli. Ċempel lil John Degiorgio fuq 99427746. Email: John.Degiorgio@timberland-finance.com

Timberland Invest Ltd. - Aragon House Business Centre, Dragonara Road, St Julian’s STJ 3140 Tel: +356 209 081-00 | Fax: +356 209 081-00 | Email: info@timberland-malta.com


30 ta’ Lulju 2022 | EKONOMIJA

5

Il-comfort zone tal-banek kummerċjali Il-banek kummerċjali f’pajjiżna tendezjalment huma ħafna aktar komdi li jsellfu u jinvestu f’kumpaniji li joperaw f’setturi aktar tradizzjonali. Dan huwa riżultat ta diversi fatturi. Ewlieni fosthom huwa il-fatt li l-bank ċentrali Ewropew li jirregola lil dawn il-banek jillimita ħafna minn dak li huwa ir-risk apetite tal-banek Maltin. Din is-sitwazzjoni hija aktar aċċentwata f’pajjiżna minħabba li s-settur bankarju huwa primarjament magħmul minn ftit banek relattivament kbar għad daqs tal-ekonomija Maltija. Dan ifisser li jkunu taht skrutinju akbar u b’hekk ikollhom anqas flessibilita li jinvestu f’niċeċ ekonomiċi ġodda.

Konċentrazzjoni f’setturi tradizzjonali Dan qed joħloq sitwazzjoni fejn il-banek kummerċjali qegħdin jikkonċentraw l-investimenti u is-self tagħhom f’setturi tradizzjonali bħal propjetà. Dan fih innifsu jesponi lil-banek kummerċjali għal-riskju tas-settur waqt li jillimita id-diversifikazzjoni tal-ekonomija tagħna. Dan iwassal wkoll għal-sitwazzjoni fejn il-banek ikunu ħafna aktar komdi jsellfu l-flus lil dawn l-istess setturi minħabba li l-esperjenza li jkunu akkumulaw tul is-snin tagħmilhom esperti f’dawn is-setturi konvenzjonali u allura jkunu lesti li jieħdu ir-riskju li jinvestu fl-istess setturi. Waħda mis-soluzzjonijiet: Banek ta Żvilupp Il-bank Malti għal-iżvilupp jista’ jkun ċavetta importanti li jiftaħ il-bibien għal aktar investiment f’kumpaniji zaghar u innovattivi. Dan għaliex dan il-bank għandu il-possibilità li jsellef u jinvestu propju f’negozji bħal dawn li jsibuha aktar diffiċli jġibu finanzjament minn banek tradizzjonali. Fil-Fatt banek simili madwar l-Ewropa kienu kruċjali sabiex xprunaw investiment fil-qasam teknoloġiku, dak diġitali u tar-riċerka fl-ahhar snin. Dan it-tip ta investiment huwa indispensabbli biex start-ups u kumpaniji oħra li joperaw f’setturi moderni jkunu jistgħu jaċċessaw l-investiment li jkollom bżonn sabiex jimirhu u jibdew jespandu.

Steve Ellul

L-esperjenza twassal għal kunfidenza finanzjarja Il-Bank Malti għal-iżvilupp u banek oħrajn bħalu madwar l-Ewropa ħafna drabi jipprovdu garanziji lil banek kummerċjali sabiex dawn ta l-aħħar issellfu il-flus lill-negozji innovativi. F’Malta per eżempju qed naraw numru ta start-ups fis-settur tat-teknoloġija bħal IoT, l-intelligenza Artifiċjali, u avjazzjoni, flimkien ma kumpaniji li qed jinvestu fi prodotti ekoloġiċi jew li għandhom x jaqsmu mal-blue economy. Dawn huma kollha kumpaniji li jistgħu joħolqu setturi shah fis-snin li gejjin flimkien ma Green u blue jobs ghaz-zgħazagħ tagħna. Il-garanziji li joffru banek ta żvilupp isserhu ras il-banek kummerċjali sabiex issellfu l-flus tagħhom f’dawn is-setturi il-ġodda mingħajr ir-riskju li jitilfu flus id-depositanti tagħhom. Dan il-proċess umbad b’mod naturali jgħin wkoll sabiex il-banek kummerċjali jibdew jibnu l-esperjenza li għandhom bżonn f’dawn in-niċeċ ekonomiċi tal-futur. Din l-esperjenza twassal sabiex ilbanek jibnu aktar kunfidenza f’setturi li għalihom għadhom ġodda. Dik il-kunfidenza umbad titrasforma ruħha f’żieda fil-propensita li dawn il-banek kummerċjali ikunu jridu jsellfu u jinvestu f’dawn il-kumpaniji innovativi.

Mhux self biss imma anke investiment dirett Apparti minn hekk banek ta żvilupp jistgħu jinvestu f’ismha u fil-kapital stess ta negozji bħal dawn. Dan huwa partikolarment importanti għal start-ups li jkunu fil-fazi inizjali tagħhom u allura jkunu għadhom ma ħolqux biżżejjed stabbilita fit-thul tagħhom sabiex tagħmel is-self aktar vijabbli. F’dan il-każ il-banek ikunu jistgħu jinvestu b’mod dirett fil-kapital ta dawn il-kumpaniji. Meta u jekk dawn il-kumpaniji jilħqu il-maturita tagħhom il-bank jithallas lura mil-valur tal-investiment li jkun għamel minflok mil-imgħax li jinġabar fuq self tradizzjonali. Pass importanti għall-ekonomija moderna Dan huwa żmien kruċjali. Pajjiżna għandu bżonn investiment f’dawn it-tip ta negozji biex nelevaw il-fuq il-mudell ekonomiku tagħna. Għandha bżonn ngħinu lin-negozji tagħna jagħmlu il-pass li jmiss li jwassalhom sabiex ikunu aktar kompetittivi u produttivi. Dan iwassal għal kwalità ta karrieri aħjar għal-ħaddiema tagħna imma fuq kollox għal ekonomija aktar sostenibbli li tista’ tikber u tissahah fis-snin li ġejjin.


6

EKONOMIJA | 30 ta’ Lulju 2022

Kemm huwa importanti li pajjiżna jkompli jinvesti fil-ħilijiet u l-edukazzjoni tal-ħaddiema Q

egħdin noħolqu aktar investimenti, aktar ħolqien ta’ xogħol u aktar opportunitajiet. Dan mhux biżżejjed – irridu nkomplu ninvestu fit-taħriġ biex inżidu l-ħiliet tal-ħaddiema Maltin u Ghawdxin biex b’hekk nilimitaw il-bżonn li nimportaw ħaddiema barranin. Irridu nassiguraw li l-aħjar opportunitajiet imorru għand iż-żgħażagħ u l-ħaddiema tagħna. Hekk inkunu qegħdin ngħinu biex insaħħu l-kundizzjonjiet u l-pagi fil-qasam tax-xogħol. It-tkabbir ekonomiku ta’ pajjiz jimxi pari passu mal-iżvilupp tar-rizorsi umani. Dan huwa aktar importanti u kruċjali meta wieħed jieħu f’kunsiderazzjoni l-ekonomija ta’ pajjiż bħal Malta fejn il-ħaddiem huwa l-aqwa riżorsa naturali li jħaddan. Tassew, it-tkabbir ekonomiku li pajjiżna esperjenza tul dawn l-aħħar snin, ir-reżiljenza li Malta wriet want il-Pandemija COVID-19 kif ukoll lejn sfidi oħrajn huma primarjament attribwiti lejn pajjiż li jħaddan riżorsi umani mill-aqwa. Rizorsi li kontinwament urew l-abiltà li jiddiversifikaw u li jkunu flessibli. Dan joħrog ċar fir-rapport annwali talJobs Plus għas- sena 2021 li gie ppreżentat fil-Parlament. Rapport li jagħti kreditu lill-Gvern Laburista għal ħidmietu biex Malta jkollha ekonomija b’saħħitha u finanzi fis-sod. Rapport li jelenka s-suċċess tal-Gvern fis-settur tax-xoghol. Rapport li huwa konferma li l-istrateġija ekonomika talGvern qiegħda tasal għand kulħadd u li l-ġid maħluq qed ikompli jitkattar. Tant li l-ekonomija Maltija stabbli u anke tikber. Tant li Malta, fl-2021, irregistrat wahda mill-inqas rati ta’ qaghad fl-Unjoni Ewropeja - 3.4% kontra r-rata media fl-UE ta’ 6.4%. Rapport li indika b’mod ċar li l-ekonomija Maltija mistennija tkompli tikber b’rata mgħaġġla. Ekonomija li se tkun qed tiffoka fuq pilastri ewlenin inkluz; id-dinja digitali, l-akwiżizzjoni ta’ talent, l-ekonomija l-ħadra, fuq xogħol diċenti, fuq forom ġodda ta’ xogħol kif ukoll fuq it-tibdil fl-abilitajiet tal-ħaddiem. Huwa għalhekk mhux kumbinazzjoni li lGvern ippubb-

lika National Employment Policy - 20212030. Hu għalhekk ukoll li l-Gvern tenna fil-viżjoni ekonomika tiegħu għal 10 snin li ġejjin kif ukoll anke fil Bagit 2022 dwar l-intenzjoni tiegħu li jiffoka fuq id-dinja digitali u l-ekonomija l-ħadra. Tassew, għax biex pajjiżna jzomm il-livell li laħqet l-ekonomija ta’ pajjiżna u saħansitra ntejbuha, jeħtieġ forza ikbar biex nagħmlu l-qabża li jmiss. U biex jilhaq dan, il-Gvern qed jenfasizza fuq l-ħtiega ta’ ekonomija aktar innovattiva, mibnija fuq il-valur miżjud, b’sensiela ta’ setturi u ekosistemi ġodda li jistgħu jsarrfu f’mudell ekonomiku li jrendi aktar u joħloq aktar ġid u xogħol ta’ kwalità għall-ħaddiema Maltin u Għawdxin. Il-gvern qed iħares lejn soluzzjonijiet innovattivi li jroddu r-riżultati biex b'hekk pajjizna jkompli javvanza permezz ta’ ekonomija sostenibbli. It-tkabbir ekonomiku ġab miegħu sfidi fosthom il-problema ta’ nuqqas ta riżorsi umani. Tant li Malta kompliet iżżid l-influss ta’ ħaddiema barranin partikolarment minn pajjizi terzi f’setturi importanti fosthom dawk tal-ospitalità u l-ikel, f’tal-kostruzzjoni kif ukoll f’dak amminstrattiv. Hawnhekk fejn irridu nagħtu spinta biex flimkien mall-istutizzjonijiet edukattivi f’ pajjizna bhal MCAST u l-ITS noħolqu programmi ta’ integrazzjoni, il-lingwa Maltija u suggetti u ċertifikati abbinati ma’ kull settur. Nemmen li għandu jkollna qafas b’saħħtu ta’ standards biex ħaddiema barranin jilħqu waqt li jkunu qed jaħdmu fostna. Hekk inkunu qegħdin ninvestu biex neċċellaw fis-servizzi li nkunu qegħdin noffru. Barra minn dawn l-industriji li huma fosta l-aqwa pilastri fl-ekonomija taghna, irridu nħarsu lejn industriji emerġenti u li huma diġà fostna bħal Gaming, eSports, Intelliġenza Artificjali (AI) u r-Robotica. Bla dubju rridu nkomplu nenfasizzaw fuq l-inkluzjoni digitali biex hekk ikollna aktrar cittadini koerenti mall-użu tasservizzi diġitali u li permezz tagħhom titnaqqas il-burokrazija.

Mhuwiex koinċidenza li l-viżjoni ekonomika tal-gvern għall-10 snin li gejjin kif ukoll il Bagit 2022, jisħqu fuq l-importanza ta’ tat-taħriġ. Iva, għax it-taħriġ huwa l-essenza biex dan il-pajjiż ikollu mhux biss kwantità ta’ riżorsi imma anke kwalità fir-riżorsi tiegħu. Kwalita li tiġi akwiżita b’investiment fis-settur edukattiv. Dan huwa neċessarju biex kull individwu jtejjeb l-kapaċitajiet tiegħu, jingħata l-għodda kollha neċessarji biex ikun protagonist fil-Malta tal-lum u t’għada. Bħala parti minn dan il-pjan, il-Bagit 2022 huwa l-ewwel pass f’proċess ta’ trasformazzjoni fis-sistema edukattiva. Proċess li se jara li l-edukazzjoni ma tibqax biss fażi definita imma proċess kontinwu. Kif tenna riċentament il-Prim Ministru; “Huwa biss b'sistema edukattiva differenti li nistgħu nibnu ekonomija fejn il-kwalità tal-ħajja titjieb. Però, l-investiment edukattiv m’għandux ikun limitat f’dak immirat għall-ġenerazzjoni ta’ għada, imma billi jkun hemm proċess ta’ upskilling fil-ħaddiema tal-llum. Għax kif riċentament qal tajjeb il-Ministru Clyde Caruana; “l-opportunitajiet jiżdiedu meta persuna jkollha aċċess għal aktar tagħlim u dan imbagħad iwassal għal dħul ogħla.” U biex dan jintlaħaq, il-Gvern qed jisħaq fuq diversi skemi mmirati biex itejbu l-kwalità ta’ kull haddiem. Il-kwalità taż-żgħażagħ tagħna fit-transizzjoni tagħħhom lejn id-dinja tax-xogħol. Aktar involvement tal-mara fid-dinja tax-xogħol. U biex dan jintlaħaq, il-Gvern qed ikompli jinvesti skemi. Qed ikompli jinvest f’childcare b’xejn. Miżura li qabel ma daħlet fis-seħħ kienu biss 18% tal-ġenituri li għandhom tfal bejn 0-3 snin li kienu jaħdmu. Mentri issa, bis-servizz ta’ childcare centres bla ħlas ħafna familji li għandhom tfal ta’ bejn tat-twelid u t-3 snin, qegħdin fid-dinja tax-xoghol. Qed ikompli jinvesti ukoll fl-inkluzjoni ta’ persuni b’dizabilità u vulnerabli fid-dinja tax-xogħol. Filwaqt li dan id-dokument huwa certifikat b’saħħtu għall-Gvern, jisħaq fuq dawk li huma l-isfidi għall-Gvern fix-xhur

Ray Abela

u s-snin li ġejjin fosthom ir-rwol kruċjali li għandha u se jibqa’ jkollha Identity Malta fil-proċess ta’ visas għal ħaddiema minn barra l-Unjoni Ewropeja. Sfida li tikber meta wieħed jikkonsidra n-numru kbir ta’ ħaddiema minn barra l-UE li jaħdmu Malta. Sal-aħħar tal-2019, kien hawn 48,000 minn pajjiżi terzi bl-akbar nazzjonalitajiet huma s-Serbi, l-Filippini u l-Indjani. Sfida li ġġib magħha wkoll n-necessità ta’ taħriġ biex l-enfasi ma jkunx fuq il-kwantità imma fuq il-kwalità. Taħriġ ukoll f’dak li huma health and safety biex Malta tassew tibqa’ tkun ċentru ta’ eċċellenza. Titlob ukoll enfasi fui it-taħrig diġitali. Pajjiżna għandu jinvesti aktar f’taħriġg diġitali f’kull faxxa tas-soċjetà speċjalment il-ġenerazzjoni żagħżugħa biex tassew pajjiżna jista’ verament jikber f’dan is-settur. Titlob ukoll li pajjiżna jkompli jinvesti f’skemi bħal Community Work Scheme biex jigi evitat ħela ta’ riżorsi u talent. Dan id-dokument huwa prova ċara kemm il-gvern jemmen fil-kapacitajiet ta’ kull wieħed u waħda minnha. Dan id-dokument huwa wkoll punt ta’ tluq fejn Malta tista’ tasal għada, fejn il-Gvern jista’ jasal bl-ambizzjonijiet u l-miri tiegħu u fuq kollox fejn flimkien nistgħu naslu għal Malta aħjar, Malta protagonista, Malta ċentru ta’ eċċellenza. Għalhekk irridu ninvestu fin-nies bħalma ilna nagħmlu f’ dawn l-aħħar snin. Ninvestu biex intejbu l-ħiljiet tal-ħaddiema tagħna, biex b’hekk ikunu jistgħu jimirħu għal opportunitajiet mill-aqwa li pajjiżna qiegħed u s jkun qiegħed joħloq. Dan huwa dak li jiddistingwina bħala pajjiż u bħala Gvern. Din il-filosofija hija il-bażi tas-suċċess fit-tkabbir ekonomiku tal-lum u ta’ Malta ta’ għada.


30 ta’ Lulju 2022 | EKONOMIJA

L-Att fuq l-Intelliġenza Artifiċjali tal-UE u l-Pożizzjoni ta’ Malta permezz tal-MDIA I

t-teknoloġija tal-Intelliġenza Artifiċjali f’dawn iż-żminijiet tinsab fuq fomm u moħħ ħafna professjonisti ta’ diversi setturi. Dan huwa mistenni u naturali ħafna propju minħabba l-iżvilupp veloċi u kontinwu illi qed iseħħ fl-iżvilupp ta’ din it-teknoloġija. L-applikazzjoni tal-Intelliġenza Artifiċjali hija waħda wiesgħa ħafna u tista’ tgħid li qed tiġi applikata f’kull settur. Huwa sabiħ immens tosserva kif teknoloġija bħal din qiegħda tassisti u tgħin industriji varji kif ukoll lill-utent ġenerali fil-ħajja ta’ kuljum permezz ta’ applikazzjonijiet illi pereżempju, jagħrfu l-vuċi umana, jaċċelleraw identifikazzjoni, jissuġġerixxu termini ta’ tfittxija aħjar kif ukoll jippropronu mużika u divertiment u suġġerimenti oħra bl-iskop illi jgħinu lill-utent isib affarijiet li jixtieq. Madankollu, wieħed ma jistax ma jikkunsidrax ukoll xi żvantaġġi jew perikli li din it-teknoloġija tista’ tikkawża, speċjalment jekk wieħed ikun qed jafdaha b’mod ta’ fiduċja assoluta. Faċilment inħaddmu l-immaġinazzjoni u naħsbu illi l-iżvilupp tal-Intelliġenza Artifiċjali laħaq xi livell ta’ intelliġenza ġenerali li spiss naraw fil-films ta' Hollywood. Dan mhux il-każ, iżda xorta meta wieħed jara kif tiffunzjona u taħdem ‘algorithim’ tal-Intelliġenza Artifiċjali jiskopri kemm hi dipendenti fuq massa kbira ta’ ‘data’. Din l-istess ‘data’ jeħtieġ illi tkun rappreżentattiva, bilanċjata u kemm jista’ jkun ma tesebixxix ‘biases’ illi jġiegħlu lill-funzjoni tal-Intelliġenza Artifiċjali taġixxi b’mod mhux mistenni jew malizzjuż.

Annalise Seguna Avukat U proprju għalhekk illi f’April 2021, il-Kummissjoni tal-Unjoni Ewropea fformulat l-ewwel verżjoni tal-Att fuq l-Intelliġenza Artifiċjali. Permezz ta’ dan, qed tiġi ssuġġerita sistema mandatorja għal tipi ta’ Intelliġenza Artifiċjali fuq bażi ta’ ‘riskju’. L-Att isemmi kategoriji ta’ ‘riskju’ tat-tip ‘baxx’, ‘medju’ jew ‘għoli’ dipendenti fuq liema settur tkun implimentata din it-teknoloġija. F’każ illi t-teknoloġija taqa’ taħt it-tip ‘għoli’ ikun meħtieġ illi jsirilha ‘conformity assessment’ minn terzi. L-Att jkompli billi jipprojbixxi użu ta’ Intelliġenza Artifiċjali kompletament f’ċerti każijiet speċifiċi bħal l-identifikazzjoni tal-uċuħ fil-massa għall-iskop ta’ ‘social-scoring’. Dan l-Att, preżentement, qiegħed jiġi diskuss bil-parteċepizzjoni tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropeja fosthom, Malta. Il-proċess kif dan isir jirrikjedi illi jiġu proposti numru ta’ suġġerimenti fuq id-diversi aspetti ta’ dan l-Att innovattiv. Kif mistenni, minħabba l-fatt illi dan is-suġġett iġorr implikazzjonijiet teknoloġiċi, filosofiċi, loġistiċi, operativi u legali, l-iStati Membri pproponew emendi varji f’dan is-suġġett ferm tekniku. Pajjiżna permezz tal-Awtorità Maltija tal-Innovazzjoni Diġitali (MDIA) jinsab parteċipi ukoll fil-Kumitat tal-Intelliġenza Artifiċjali mwaqqaf mill-Kunsill tal-Ewropa bl-iskop li janalizza u jifforma regoli simili fuq din it-teknoloġija.

Trevor Sammut Senior Technology Architect

Malta hija pijuniera fl-istrateġija tal-Intelliġenza Artifiċjali kif ukoll fiċ-ċertifikazzjoni tat-teknoloġija innovativa. L-MDIA temmen illi għandha tissokta fil-ħidma tagħha sabiex il-qafas regolatorju jkompli jissaħħaħ bl-iskop aħħari illi jżomm ir-relevanza teknika mingħajr ma jkun hemm imposti miżuri illi joqtlu l-progress tal-iżvilupp fl-innovazzjoni teknoloġika.

7


8

EKONOMIJA | 30 ta’ Lulju 2022

L-iskema INNOVATE għall-intrapriżi żgħar u medji Se twassal għal kollaborazzjonijiet ma’ organizzazzjonijiet ta’ riċerka Iktar kmieni din is-sena, il-Malta Enteprise nediet l-iskema INNOVATE li tixpruna kollaborazzjonijiet bejn dawk l-intrapriżi żgħar u medji li jixtiequ jiżviluppaw l-operat tagħhom u organizzazzjonijiet ta’ riċerka.

L-iskop ta’ din l-iskema huwa li permezz ta’ fondi li jassistu fuq spejjeż relatati, ikun possibli li proġetti ta’ innovazzjoni jilħqu l-milja tagħhom. Huwa żmien mill-aktar addattat li l-intrapriżi jidentifikaw dawk il-proġetti li permezz tagħhom jistgħu jwasslu għal-proċessi innovattivi, u li allura l-operat tagħhom jkun iktar effiċjenti jew iwassal għal-prodotti ġodda. Fost l-ispejjeż li INNOVATE tista’ tassisti fihom huma sa 50% tal-pagi tapersuna li għandha kwalifiċi skont il-kriterji tal-iskema jkun qed jiġi misluf mill-organizzazzjoni ta’ riċerka lill-intrapriża, sabiex ikun jista’ jwettaq ilproġett indikat. Apparti minn hekk, l-iskema tkopri ukoll servizzi ta’ konsulenza mgħotija mill-organizzazzjoni tar-riċerka kif ukoll parti mill-ispejjeż għal servizzi neċessarji biex jitwettaq ilproġett, li l-persuna mislufa tkun identifikat meta jkun diskuss il-proġett, bħal ngħidu aħna aċċessi għal-libreriji ta’ software, liċenzji u sistemi ta’ kwalita u ċertifikazzjoni fost l-oħrajn, u anke spejjeż mwettqa mill-organizzazzjoni ta’ riċerka innifisha, bħal konsulenza, taħriġ fejn jidħol l-użu tal-assi intanġibli, regolazzjonijiet u standards oħra.

info@businessfirst.com.mt


30 ta’ Lulju 2022 | EKONOMIJA

Għal kull proġett ta’ kollaborazzjoni, l-assistenza massima hija ta’mitt elf ewro. Dan ifisser li jekk l-intrapriża għandha nuqqas ta’ gwida dwar kif il-proċess innovattiv jista’ jseħħ, kif ukoll fl-implementazzjoni tal-proġett u rigward għodod diversi li jeżistu fis-suq li jistgħu ikunu ta’ impatt fuq l-operat, jew ma għandiex ir-riżorsi interni meħtieġa, din l-iskema issa tiffaċilita dan kollu. Għalhekk, b’ INNOVATE, il-Malta Enterprise qegħda ssaħħaħ kullani ta’ aċċess għal-għarfien bejn l-intrapriżi u organizzazzjonijiet ta’ riċerka, li jwassal għal ħolqien ta’ għarfien ġdid, taċċellera l-innovazzjoni, ttejjeb l-operat tal-intrapriżi lokali kif ukoll tassigura l-kompetittivita ta’ min jopera f’ Malta. Nixtiequ iktar operaturi jiddedikaw ir-riżorsi tagħhom lejn l-innovazzjoni u anke lejn proċessi oħra ta’ riċerka u żvilupp. Bħala Malta Enterprise qegħdin nassistu permezz ta’ diversi inċentivi li wieħed jista’ jibbenefika minnhom. L-inċentivi jimxu pass pass mal-intrapriża kemm jekk għadha fil-bidu nett tagħha u anke dawk li ilhom joperaw pero qed ifittxu li jagħmlu xi tibdil. Kemm tibdil fil-proċessi tagħhom, sabiex ikunu iktar sostenibbli u diġitali, kemm jekk qed ifittxu li joħolqu prodotti u servizzi ġodda, dawk li jinvestu f’taħriġ għal-impjegati tagħhom u anke dawk li jixtiequ jidħlu fi swieq ġodda.

Inħeġġu lill-intrapriżi jagħmlu kuntatt magħna sabiex nkunu nistgħu niddiskutu kif jistgħu jagħmlu l-aħjar użu mill-inċentivi finanzjarji tal-Malta Enterprise.

9


10

EKONOMIJA | 30 ta’ Lulju 2022

Ir-Regolament tal-UE dwar ir-roaming estiż għal 10 snin oħra, aġġornat b’regoli ġodda

I

r-Regolament tal-Unjoni Ewropea (UE) dwar ir-Roaming, li jestendi il-miżura tar-Roam Like at Home (RLAH) – huwa indispensabbli għaċ-ċittadini u n-negozji Ewropej meta jivvjaġġaw fil-pajjiżi tal-UE u taż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE). Permezz ta’dan ir-Regolament, vjaġġaturi jistgħu jkomplu jċemplu, jibagħtu messaġġi (SMS), u jużaw servizzi oħra bħall-voicemail u servizzi ta’ data, bl-istess mod bħal ma jagħmlu f’pajjiżhom, bla ma jeħlu tariffi żejda.

Introdott għall-ewwel darba fl-2017, ir-Roam Like at Home bla dubju serva biex itejjeb b’ mod notevoli l-esperjenza tal-ivvjaġġar. Mill-1 ta’ Lulju 2022, ir-Regolament issa ġie estiż għal għaxar snin oħra b’ċerti regoli ġodda. Ċittadini Maltin issa se jkunu jistgħu jibbenefikaw minn esperjenza ta’ roaming aħjar meta jivvjaġġaw fl-UE/ŻEE, u jgawdu l-istess kwalità tas-servizz bħalma jagħmlu f’Malta.

Peress li l-ġenerazzjonijiet u teknoloġiji tan-netwerk (eż. 4G, 5G) u l-veloċità tan-netwerk tal-mowbajl ivarjaw minn pajjiż għall-ieħor, jista` jkun li meta ssiefer, il-kwalita` tas-servizz tvarja minn dik li tesperjenza lokalment. Madankollu, ir-Regolament tal-UE dwar ir-Roaming għandu l-għan li jiżgura li meta żżur pajjiż fl-UE/ŻEE u n-network barrani jipprovdi kwalità tas-servizz jew veloċitajiet simili għal dawk li jingħatawlek lokalment, dawn għandhom jiġu pprovduti lilek waqt li tkun qed iżżur dak il-pajjiż. Għalhekk il-fornitur tas-servizz tiegħek, għandu jiżgura li jkollok l-istess kwalità tas-servizz meta int tkun imsiefer f’dawn il-pajjiżi. Fi kliem ieħor, jekk f’pajjizek għandek aċċess għall-konnettività 5G, m’għandux ikollok konnettività 4G meta tkun f’pajjiż fl-UE/ŻEE, dment li l-5G huwa wkoll disponibbli fil-post fejn qiegħed. Skont ir-Regolament talUE dwar ir-Roaming, il-fornitur tas-servizz tiegħek għandu jinfurmak dwar il-kwalità tas-servizz li tista’ tistenna waqt li tkun qiegħed f’pajjiż fl- UE/ŻEE, kemm fil-kuntratt kif ukoll fuq il-websajt tal-fornitur tas-servizz.

Prinċipalment, Roam Like at Home huwa essenzjali għall-kontinwazzjoni tal-konnettività fl-UE/ŻEE, billi jippermetti lill-vjaġġaturi minn pajjiżi tal-UE/ŻEE sabiex jużaw is-servizzi tal-mowbajl mingħajr ma jħallsu tariffi żejda tar-roaming waqt li jivvjaġġjaw fl-UE/ŻEE – bi ftit eċċezzjonijiet biss. Ir-Regolament il-ġdid issa jżid aktar benefiċċji, sabiex l-abbonati tal-mowbajl jistgħu mhux biss igawdu l-istess prezzijiet waqt li jużaw servizzi tar-roaming fl-UE/ ŻEE, iżda wkoll l-istess kwalità ta’ servizzi tal-mowbajl bħalma jagħmlu fil-ħajja ta’ kuljum f’Malta, meta jkun teknikament possibli.

Filwaqt li Roam Like at Home japplika biss fl-UE/ŻEE, ir-Regolament dwar ir-Roaming jipprovdi wkoll miżuri biex jipproteġu lill-klijenti minn tariffi għoljin meta jivvjaġġaw barra mill-UE/ŻEE, u waqt vjaġġi fuq ajruplani jew vapuri (cruise liners). Meta wieħed jasal fil-pajjiż barrani jew fuq il-vapur jew l-ajruplan, awtomatikament jirċievi notifika ta’ merħba (ġeneralment permezz ta’ SMS) li tinkludi informazzjoni dwar it-tariffi tar-roaming applikabbli. Barra minn hekk, il-fornituri tas-servizzi għandhom jinnotifikaw u jwaqqfu awtomatikament is-servizzi tad-data mobbli jekk il-konsum fix-xahar tad-data roaming fuq kwalunkwe network jilħaq €59 (inkluża l-VAT). Il-kli-

jent għandu jsegwi proċedura speċifika fuq il-mowbajl jew apparat mobbli ieħor sabiex ikompli juża is-servizzi tad-data roaming. Il-fornitur tas-servizz jerġa’ jinnotifika lill-klijent tar-roaming meta l-konsum fix-xahar jaqbeż il-€118 (inkluża VAT), u sakemm ma jkunx indikat mod ieħor mill-klijent, is-servizz tad-data roaming jerġa’ jitwaqqaf. Jista’ jkun hemm sitwazzjonijiet fejn minħabba restrizzjonijiet tekniċi, l-faċilità tal-mekkaniżmu awtomatiku ta’ qtugħ tad-data tista’ ma tkunx disponibbli barra millUE/ŻEE jew fuq vapuri jew fuq ajruplani. F’dan il-każ, il-klijent xorta għandu jiġi notifikat permezz ta’ SMS li l-konsum tad-data roaming u l-ħlasijiet marbuta ma’ dan is-servizz mhux se jiġu limitati. Fil-qosor, l-RLAH joffri aktar inċentivi għall-użu tad-data mobbli u tat-telefonija madwar l-UE/ŻEE, u jinkludi mekkaniżmu ta’ kontroll biex jipproteġi liċ-ċittadini tal-UE/ ŻEE milli jġorru ħlasijiet mhux mistennija fuq il-vjaġġi tagħhom. Madankollu, meta jippjanaw li jivvjaġġaw barra mill-UE/ ŻEE, il-klijenti huma avżati biex jiċċekkjaw ir-rati u l-kundizzjonijiet tar-roaming mal-fornituri tas-servizz mobbli tagħhom qabel ma jaslu fid-destinazzjoni tagħhom. Għal aktar informazzjoni dwar ir-roaming internazzjonali, tista’ żżur l-paġna tal- MCA fuq Facebook.


30 ta’ Lulju 2022 | EKONOMIJA

X’inhuma

11

Johann Mifsud Executive eSkills Malta Foundation

l-Algoritmi Fis-soċjetà tal-lum immexxija mill-kompjuter, ħafna drabi niltaqgħu mal-kelma Algoritmu, imma dan it-terminu għal xiex jirreferi u għal liema applikazzjonijiet huma utilizzati l-mekkaniżmi?

@School 10 - 25 OTT UBRU 2020

#CodeWeek Essenzjalment algoritmu jirreferi għal sett ta’ azzjonijiet strutturati li jittieħdu biex jagħtu riżultat mistenni. Riżultat jista’ jkun sempliċi bħall-għażla ta’ lista ta’ ismijiet f’ordni alfabetiku, li tagħti bidla lil klijent jew aktar mod ikkumplikat bħal li ssib l-aktar titjira ekonomika lejn destinazzjoni.

L-EBDA TA’ A Z N E J ESPER JAR IKKOWD IEĠA T Ħ E M I MA H

SEJĦA GĦAL GĦALLIEMA Xi ħaġa simili tkun dik ta’ riċetta. Pereżempju f’riċetta biex tagħmel kejk, , l-ewwel niżnu l-ingredjenti bħal zokkor, dqiq eċċ imbagħad ngħaqqduhom b’ċertu mod u naħmu f’ċerta temperatura. Il-proporzjonijiet tal-ingredjenti, il-mod kif jitħalltu, u l-ħin tat-tisjir se jagħtu r-riżultat mixtieq. Kejk li huwa artab u li ma jkunx niexef.

Jeżisti algoritmu bl-isem ta’ ‘greedy algorithm’ u dan huwa kif jaħdem: Il-bejjiegħ jaf il-valur tal-munita li għandu fil-kexxun; €20, €10, €5, €2 u l-bqija, u minn dawk f’kull pass inaqqas id-differenza sakemm tintlaħaq il-bidla sħiħa mogħtija. Issa ejja ngħidu li l-klijent jixtri oġġetti għall-valur ta’ €3. L-algoritmu li jissejjaħ “greedy” għax dejjem jieħu l-akbar denominazzjoni li tidħol fil-bqija li fadal, f’dan il-każ €10. Issa l-bqija li fadal hija ta’ €7 li tiġi rritornata lill-algoritmu bħala “input” f’dan il-pass jagħżel €5. Il-bqija huwa €2 li dan jiġi mogħti għal darb›oħra bħala “input” bl-algoritmu jagħżel il-€2 li f’dan il-każ iħalli l-bqija ta’ €0 li jlesti u jwaqqaf il-proċess.

Introduci l-ikkowdjar u t-teknoloġija lejn l-iskola tiegħek permezz tal-EU Code Week! Għalhekk l-algoritmi jistgħu jitqiesu bħala mod kif tinstab soluzzjoni għal problema partikolari jew Għal aktar informazzjoni żur: metodu. Biex nagħtu eżempju aħjar ejjew nieħdu eżempju prattiku, dak ta’ bejjiegħ li jagħti l-bqija t-tajba lil klijent. Liema metodu juża l-bejjiegħ biex jagħti l-bidla t-tajba?

codeweek.eu/schools @codeEU

@CodeWeekEU

eSkills

eSkills Malta Foundation

Essenzjalment il-qofol tal-algoritmu huwa li, wara li tingħata parti mill-bqija, il-figura li jifdal titpoġġa lura bħala “input” għall-iterazzjoni li jmiss tal-algoritmu, sakemm ma tkun trid tingħata l-ebda bqija, li twaqqaf is-sistema. L-Algoritmu juża sistema li jaqsam il-problema f’biċċiet iżgħar biex jegħliba. Dan l- eżatt algoritmu qed jaħdem fil-magni li jbiegħu “vending machines” meta jagħtik il-bqija tiegħek.

@CodeWeekEU

Huwa importanti li wieħed jinnota li l-algoritmi huma matematika studjata kif ukoll x-xjenza tal-kompjuter “computer science”, ibbażati fuq karatteristiċi ewlenin bħall-effiċjenza u kriterji oħra. Algoritmi ġew imfassla għal numru kbir ta’ applikazzjonijiet bħal tqabbil tal-organi, ibbażati fuq it-tip tad-demm tad-donaturi. Xogħol bħal dan li jkun impossibbli li jiġi mmaniġġjat manwalment mill-bniedem, u bl-eżattezza li l-algoritmi huma kapaċi jiksbu fi żmien qasir. Mill-eżempji ta’ hawn fuq nistgħu naraw b’mod ċar li l-algoritmi huma għodod b’saħħithom li għandhom impatt sinifikanti fuq il-ħajja tagħna ta’ kuljum, bħas-salvazzjoni ta’ ħajja. Fil-fehma tagħna, l-algoritmi eżistenti u aktar studji fil-qasam, se jkunu essenzjali biex jinstabu applikazzjonijiet dejjem aktar prattiċi li jkollhom impatt fuq ħajjitna b’modi sinifikanti. Tabilħaqq, algoritmi ġodda jistgħu juru li huma strumentali biex isolvu problemi li s-soċjetà tagħna tbati minnhom bħat-tnaqqis tal-konġestjoni fl-ibliet u l-użu tal-enerġija aktar effiċjenti u ħafna aktar.

Dan l-artikolu tħejja billi nġabru diversi sorsi onlajn disponibbli pubblikament.


1012| Il-Ħadd Il-Ħadd17 24ta’ ta’Lulju Lulju2022 EKONOMIJA | 2022 30 ta’ Lulju 2022

Pajjiżna se jkollu l-ewwel politika nazzjonali għas-superyachts.

Aktar minn 1,030 superyacht itwal minn 24 metru reġistrati mal-bandiera Maltija.


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.