#18
15 ta' Ottubru 2022
Il-Viżjoni ekonomika għal Malta tal-lum u ta' għada p5 | “Rapport li jindika li l-pagi jridu jiżdiedu” p7
Nota mill-Editur Omar Vella
L-ekonomija ta’ pajjiżna
D
an huwa mument kruċjali għal pajjiżna. Mument fejn pajjiżna qed jiffaċċja sfidi kbar però fl-istess waqt għandu wkoll opportunitajiet li jista’ jisfrutta permezz tal-innovazzjoni, billi jaħseb barra mill-kaxxa u jekk hemm bżonn anke mingħajr ilkaxxa. Dan il-gvern jista’ jagħmlu għax il-bażi ta’ pajjiżna huma sodi. Iva, għax għall-kuntrarju ta’ pajjiżi ġirien tagħna, il-gvern iggarantixxa stabbiltà partikolarment fil-qasam tal-enerġija però kif ukoll permezz tal-miżuri li ħa li salvaw bosta impjiegi fosthom il-COVID Wage Supplement. U għalhekk il-gvern illum qed iħares bi prospettiva permezz ta' viżjoni pożittiva mhux li tbigħ idduħħan imma konkreta u li tnissel fiduċja. Viżjoni li kif elenkat fil-pjan ekonomiku tal-gvern għall-10 snin li ġejjin għandu bħala premessa li jiġi attirat lejn xtutna aktar investiment. Investiment li jkabbar l-ekonomija ta’ pajjiżna, li jsaħħaħ ir-reputazzjoni ta’ pajjiżna. Fuq kollox, li jattira investiment sostenibbli. Vizjoni li kif elenkat fil-pre budget document u fil-pjan ekonomiku tal-gvern għandu bħala enfasi l-bżonn li tiffoka fuq l-innovazzjoni. Iva, għax pajjiżna dejjem eċċella meta kien innovattiv fil-ħsieb tiegħu għall-ekonomija b’saħħitha. Fuq kollox, il-viżjoni tal-Gvern tisħaq fuq ir-riżorsi umani. Iva, ghax l-isfida tar-riżorsi umani hija konsegwenza naturali tat-tkabbir ekonomiku ta’ pajjiż.
IL-GWERRA, p9 L-INFLAZZJONI U R-RATI T’INTERESS
2
EKONOMIJA | 15 ta’ Ottubru 2022
Agħmel l-aħjar li tista’ Mill-flus imfaddla tiegħek
Timberland Securities Investment Plc. qiegħda toffri żewġ bonds ġodda b’investiment minimu ta’ €2,000 Bond ta’ €3,000,000 b’kupun ta’ 3.5% fis-sena li jimmatura fl-2025 U bond ieħor ta’ €3,000,000 b’kupun ta’ 4% fis-sena li jimmatura fl-2027 Il-kupun jitħallas darbtejn fis-sena, f’April u f’Ottubru
Investi fil-Bonds
Timberland Securities Investment plc, inkorporata f’Malta, bl-uffiċċju reġistrat f’Aragon House Business Centre, Dragonara Road, St Julian’s STJ 3140, hija l-emittent ta’ bond mhux subordinat u mhux garantit maħruġ f’termini ta’ Prospett Bażi datat id-29 ta’ April 2022 u approvat mill-Bank Ċentrali tal-Irlanda (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ il-“Bank Ċentrali”) bħala l-awtorità kompetenti taħt ir-Regolament tal-Prospett u t-termini Finali rilevanti (minn hawn ’il quddiem flimkien imsejħa l-“Prospett”). Il-Bank Ċentrali japprova biss il-Prospett Bażi bħala li jilħaq l-istandards kollha ta’ kompletezza, komprensibbiltà u konsistenza imposti mir-Regolament talProspett. Tali approvazzjoni ma għandhiex tiġi kkunsidrata bħala approvazzjoni tal-emittent jew il-kwalità tal-bonds li huma s-suġġett ta’ dan il-Prospett Bażi. L-investituri għandhom jagħmlu l-valutazzjoni tagħhom stess dwar l-adegwatezza tal-investiment fil-bonds. Id-distributur maħtur hawn Malta huwa Timberland Invest Ltd, bl-uffiċċju tan-negozju li jinsab f’Aragon House Business Centre, Dragonara Road, St. Julian’s, STJ 3140. Timberland Invest Ltd hija entità regolata awtorizzata mill-MFSA taħt l-Att dwar Servizzi ta’ Investiment, 1994. Investituri prospettivi għandhom jinnotaw li l-bond ma jistax jinfeda qabel il-maturità. Jekk se tinvesti f’dan ilbond, mhux se jkollok aċċess għal flusek qabel id-data tal-maturità. Madankollu, tista’ tittrasferixxi jew tbigħ il-bond tiegħek skont it-termini tal-Prospett, datat 29 ta’ April 2022. Il-valur tal-investiment tiegħek jista’ jitla’ kif ukoll jinżel, u tista’ titlef ftit mill-ammont, jew l-ammont kollu, li inti investejt. Il-prestazzjoni tal-passat mhux neċessarjament indikattiva tal-prestazzjoni tal-futur. Investituri prospettivi huma mħeġġa biex ifittxu parir xieraq qabel ma jinvestu, kif ukoll biex jaqraw il-Prospett, b’mod partikolari r-‘Risk Factors’ li hemm imsemmija fih. Kopja tal-Prospett tista’ tinkiseb b’xejn matul il-ħinijiet normali tax-xogħol mill-uffiċini ta’ Timberland Invest Ltd, jew inkella minn https://tsiplc.timberland-malta.com/public-offers/. Timberland Invest Limited appuntat ukoll lis-Sur John Degiorgio bħala l-aġent marbut tagħha (indirizz reġistrat: 10, Triq ta’ Xlejli, Il-Gudja GDJ 1801 u awtorizzat bħala tali mill-MFSA binnumru ta’ reġistrazzjoni: 60291/01). Dan ir-reklam huwa approvat minn Timberland Invest Ltd.
John Degiorgio jipprovdi servizz ta’ twassil u trasmissjoni ta’ ordnijiet fir-rigward ta’ titoli trasferibbli. Ċempel lil John Degiorgio fuq 99427746. Email: John.Degiorgio@timberland-finance.com
Timberland Invest Ltd. - Aragon House Business Centre, Dragonara Road, St Julian’s STJ 3140 Tel: +356 209 081-00 | Fax: +356 209 081-00 | Email: info@timberland-malta.com
15 ta’ Ottubru 2022 | EKONOMIJA
MALTA SE JKOLLHA ĊENTRU EWROPEW GĦALL-INNOVAZZJONI DIĠITALI
Bernard Montebello
F
’dawn l-aħħar snin, l-ekonomija diġitali kellha rwol kruċjali fin-narrattiva ta’ suċċess li ilha tiżvolġi f’Malta għal dawn l-aħħar snin. Id-diġitalizzazzjoni kienet faċilitatur ewlieni wara l-istejjer ta’ suċċess fis-servizzi professjonali, ir-remote gaming u s-servizzi finanzjarji, fost oħrajn, u tat kontribut sinifikanti għall-valur miżjud.
Barra minn hekk, id-diġitalizzazzjoni għandha l-potenzjal li tkompli ttejjeb il-kwalità tal-ħajja taċ-ċittadini, tagħti spinta lill-produttività, u tistimula l-ekonomija. Malta hija pajjiż żgħir b’riżorsi limitati iżda madankollu, ħadet vantaġġ mill-opportunità u matul is-snin għamlet diversi investimenti u riformi fil-policies diġitali tagħha, li rriżultaw f’titjib tekniku sostanzjali fl-industriji kollha. Sabiex tmexxi ’l quddiem l-istorja ta’ suċċess tad-diġitalizzazzjoni Maltija, l-Awtorità għallInnovazzjoni Diġitali ta’ Malta (MDIA) se tkun qed tistabbilixxi l-European Digital Innovation Hub (EDIH). Dan se jkun one-stop shop fi ħdan l-MDIA li se jappoġġja lill-kumpaniji biex jirrispondu għall-isfidi diġitali u jsiru aktar kompetittivi. Iċ-Ċentru Ewropew għall-Innovazzjoni Diġitali se jippermetti din it-trasformazzjoni diġitali fuq il-prinċipji li jipprovdi: servizzi għat-tkabbir ta’ kompetenzi diġitali, skambju ta’ esperjenzi diġitali u eżempji ta’ prattiċi tajba fil-livell lokali u internazzjonali, filwaqt li jipprovdi aċċess għal ‘informazzjoni’ bl-impenn li jippromwovi l-intraprenditorija. L-EDIH se jkun qed jipprovdi wkoll aċċess għal esperti tekniċi u ttestjar, kif ukoll il-possibbiltà ta ‘test before invest’, filwaqt li jappoġġja lill-kumpaniji biex itejbu l-proċessi tannegozju/produzzjoni, il-prodotti jew is-servizzi bl-użu ta’ teknoloġiji diġitali. L-esperti tekniċi se jipprovdu wkoll servizzi ta’ innovazzjoni bħal pariri ta’ finanzjament, taħriġ, u żvilupp ta’ ħiliet li huma ċentrali għat-trasformazzjoni diġitali b’suċċess. Kwistjonijiet ambjentali se jkunu meqjusa wkoll, b’mod partikolari fir-rigward talużu ta’ teknoloġiji diġitali għas-sostenibbiltà u ċ-ċirkolarità.
Il-viżjoni tal-MDIA għall-EDIH hija li: jipprovdi, jgħaqqad u jappoġġja l-għarfien tan-negozju ma’ aspetti tat-teknoloġija; jipprovdi ambjenti esperimentali; jitrawmu proġetti pilota; jiġu mħarrġa l-aqwa prattiċi, metodoloġiji u attivitajiet oħra meħtieġa biex l-industrija Maltija tkun tista’ tibni kompetenzi diġitali, innovazzjonijiet u mudelli ta’ pproċessar li jappoġġjaw it-trasformazzjoni diġitali u jgħollu l-vantaġġi kompetittivi tagħhom ibbażati fuq iddiġitalizzazzjoni. Għalhekk, l-għan hu li tinbena ekosistema u jingħata l-appoġġ lil dawk li se jagħmlu użu mis-servizzi permezz ta’ sħubijiet multidixxiplinarji u transsettorjali (universitajiet, istituzzjonijiet ta’ riċerka, negozji, fornituri talICT u organizzazzjonijiet) filwaqt li jinħolqu opportunitajiet ġodda ta’ trasformazzjoni tannegozju għal intrapriżi żgħar u medji (SMEs) u startups. L-EDIH se jkun qed jagħmel emfasi primarjament fuq it-teknoloġiji bħall-intelliġenza artifiċjali, iscybersecurity, komputer ta’ prestazzjoni għolja (high performance computer) u teknoloġiji emerġenti oħra. B’dan l-investiment, dan iċċentru Ewropew għall-innovazzjoni diġitali se jkun qed joffri aktar għajnuna biex jingħelbu l-ostakli għat-trasformazzjoni diġitali, se jżid l-indiċi tal-ekonomija diġitali f’Malta, iżid innumru ta’ kumpaniji involuti fil-value chains globali/lokali u jżied ukoll il-kompetittività talekonomija. L-EDIH se jibbaża fuq il-prinċipji ta’ opportunitajiet indaqs u mhux diskriminatorji u trattament ugwali fl-impjieg, ix-xogħol professjonali u l-implimentazzjoni tal-proġett.
3
Dan se jkun qed jipprovdi wkoll assistenza finanzjarja lil startups f’firxa wiesgħa ta’ setturi tan-negozju u se jkun qed jiżra ż-żerriegħa futura għall-ħolqien ta’ għarfien u ħiliet ġodda li huma meħtieġa għal tkabbir ekonomiku varjat u sostenibbli. L-Awtorità għall-Innovazzjoni Diġitali ta’ Malta hija għalhekk fiduċjuża li ċ-Ċentru Ewropew għall-Innovazzjoni Diġitali se jkun wieħed millaktar infrastrutturi diġitali importanti f’Malta. Dan għaliex għall-ewwel darba se jipprovdi infrastruttura bi pjattaforma diġitali b’saħħitha u flessibbli li toħloq ekosistema ta’ riċerkaturi, negozji u startups, filwaqt li tgħaqqad lil Malta ma’ pajjiżi Ewropej, fejn jinfetħu opportunitajiet fi ħdan l-istess network. Din il-preżenza lokali se tħalli lil Malta f’pożizzjoni tajba biex tipprovdi s-servizzi li l-kumpaniji lokali jeħtieġu, u dan se jsir permezz tal-lingwa lokali u l-ekosistema tal-innovazzjoni. Din ir-rabta mal-Ewropa se tkun qed tiffaċilita l-iskambju tal-aħjar prattiċi bejn ċentri f’pajjiżi differenti kif ukoll il-provvista ta’ servizzi speċjalizzati meta l-ħiliet meħtieġa ma jkunux disponibbli lokalment f’ċentri oħra għall-innovazzjoni diġitali fl-Ewropa.
4
EKONOMIJA | 15 ta’ Ottubru 2022
Gozo Innovation Hub:
Soluzzjoni Diġitali u Sors T’Ispirazzjoni
I
l-Gozo Innovation Hub huwa wieħed minn ħafna binjiet li topera INDIS Malta. Nistgħu ngħidu li dan il-Hub huwa dar għal numru ta’ negozji li joperaw fl-industrija tat-teknoloġija. Tħares lejn il-futur, waqt li tapprezza l-wirt tagħha, din il-binja tinsab fiż-Żona Industrijali tax-Xewkija, minuti ’l bogħod mill-Port tal-Imġarr.
Dawn il-units huma lesti għall-użu u jvarjaw minn 85 sa 270 metru kwadru. L-inkwilini huma pprovduti b’kull ma jeħtieġu. Għandhom sistema t’art merfugħa, li tippermetti biex jgħaddu s-servizzi minn taħt, u kull allokazzjoni għandha sistema individwali talelettriku, dwal, arja kundizzjonata u sistema ta’ ventilazzjoni ċentrali. Lil hinn mill-allokazzjonijiet, l-inkwilini jistgħu jagħmlu użu minn sala tal-konferenzi, kmamar għal-laqgħat, kċina żgħira, post komuni għall-brejk, parkeġġ taħt l-art u spazji ħodor interni u esterni, kollox f’din l-istruttura arkitettonika.
Il-Gozo Innovation Hub huwa kumpless ‘Plug and Play’ uniku, immirat biex jgħin kumpaniji ġodda, magħrufin aktar bħala start-ups, biex jibdew joperaw bla dewmien u b’suċċess, huma u jkabbru n-negozju tagħhom. Ċentru għan-Negozju, fuq medda ta’ 9,000 metru kwadru, l-Hub jopera 20 unit mibnija għal ekonomija bbażata fuq l-għarfien, li tħaddan servizzi tal-midja u awdjoviżivi, ICT u teknoloġiji ġodda li qegħdin jifformaw il-futur tagħna, bħal AI, machine learning, cybersecurity u blockchain, fost oħrajn.
Dan il-Hub, fil-fatt, kien fabbrika fejn jiġi proċessat il-ħalib, mibnija fi stil modernist fil-ħamsinijiet mill-arkitett magħruf Malti Joseph Huntingford. Meta tibni l-proġetti, INDIS tassigura li l-istorja ta’ kumpless jew fabbrika tiġi priservata. Għaldaqstant, filHub nistgħu naraw struttura tal-konkos u faċċata għat-tond, ispirata mill-faċċati ttundjati tat-tempji megalitiċi tal-gżejjer Maltin. Il-passat, ippriservat u mwieled mill-ġdid, jgħix f’armonija mal-preżent, effiċjenti u integrat bl-aqwa mod. L-adattament u l-użu mill-ġdid ta’ din il-binja modernista mhux biss huwa importanti għall-wirt kulturali tagħna, imma wkoll għas-settur sostenibbli. Ma kinitx biss l-istruttura tal-konkos li
nżammet, imma wkoll siġar maturi, u f’partijiet esterni ġew imħawla siġar ġodda indiġeni. Miżura oħra favur l-ambjent li inkorpora l-Gozo Innovation Hub hija sistema ta’ persjani li jgħinu biex tiġi evitata s-sħana eċċessiva mix-xemx. L-isforzi biex tittejjeb is-sostennibilità u l-kontribut lejn ambjent aħjar rebbaħ lillHub is-Sustainability Award mogħti millMalta Architectural and Spatial Planning Authority fl-2021. Dan l-ispazju huwa wieħed minn bosta operati minn INDIS Malta. INDIS tieħu ħsieb 16-il qasam industrijali tal-Gvern u faċilitajiet oħra relatati madwar Malta u Għawdex. Bid domanda għal uffiċini bħal dawn ġewwa Għawdex dejjem tkompli tikber, l-INDIS qiegħda tkompli tassigura li jkollna spazji biżżejjed sabiex nakkomodaw investituri innovattivi. Matul ix-xhur li ġejjin qegħdin naraw li jiġu organizzati avvenimenti regolari fuq il-post, bħas-summits fuq teknoloġija renovabli, teknoloġiji innovattivi bħal AI u Blockchain, kif ukoll dawk informattivi, li ser ikunu qiegħdin jgħinu lil SMEs ikomplu jsaħħu l-ħiliet tagħhom. Għaldaqstat, jekk tixtiequ li tkunu parti mis-suċċess ta’ dan il-Hub, ikkuntattjawna fuq info@indismalta.com u +356 2226 4491.
15 ta’ Ottubru 2022 | EKONOMIJA
Intervista ma'
Joseph Muscat
Il-Viżjoni ekonomika għal Malta tal-lum u ta' għada
D
an huwa mument partikolari fl-istorja ta’ pajjiżna. Mument li fih il-gvern qiegħed ifassal u jwitti l-Malta post-pandemija Covid-19 permezz tal-viżjoni ekonomika tiegħu li qed tiġi implimentata f’kuntest ta’ kriżi ekonomika li kompliet tikber kawża tal-gwerra fl-Ukrajna. Mument li fih il-gvern huwa msejjaħ isib bilanċ bejn il-bżonn tal-iżvilupp u s-sostenibiltà ambjentali. Mument fejn pajjiżna qed jiffaċċja sfidi kbar però fl-istess waqt għandu wkoll opportunitajiet li jista’ jisfrutta permezz tal-innovazzjoni, billi jaħseb barra mill-kaxxa u jekk hemm bżonn anke mingħajr il-kaxxa. Mument li Ekonomija kellha l-possibiltà tiddiskuti riċentament ma’ Dr Joseph Muscat. Jibda billi jtenni illi l-bażi ta’ pajjiżna huma sodi, il-problemi li jeżistu huma konsegwenza ta’ kriżi li ġabet magħha l-pandemija COVID-19. Muscat isostni li filwaqt li l-impatt tal-pandemija fuq pajjiżi ġirien tagħna kienet sostanzjali, il-gvern iggarantixxa stabbiltà partikolarment filqasam tal-ġenergija pero kif ukoll permezz tal-miżuri li ħa li salvaw bosta impjiegi fosthom il-COVID Wage Supplement. Muscat iħoss illi dawn kienu fundamentali biex il-gvern iggarantixxa stabbilità fi żmien tant diffiċli.
L-istabilità hija proċess kontinwu li llum pajjiżna irid jiggarantixxiha permezz ta’ viżjoni ekonomika li tħares bi prospettiva. Iddinamiċità tad-dinja li qed ngħixu fiha titlob għal viżjonijiet konkreti, deċiżi u effettivi. Viżjonijiet li għandhom bħala premessa s-sens ta’ “positive mindset”. Viżjoni pożittiva mhux li tbigħ id-duħħan imma konkreta u li tnissel fiduċja. Fil-qofol ta’ kull viżjoni ekonomika għandu jkun hemm il-ħsieb biex jiġi attirat lejn xtutna aktar investiment. Muscat itenni li mhemmx investiment li ma jġorrx miegħu kritika. L-importanti huwa li jkun hemm garanzija lejn l-investitur. “Iddomandi prinċipali meta pajjiż qed attira investiment hija: id-deċiżjoni se tittieħed? Ilgvern irid juri determinazzjoni kbira għax is-settur privat irid ċertezza.” Muscat jagħti eżempju bl-iskema tal-bejgħ taċċittadinanza. Hu jtenni li filwaqt illi kien hemm kritika ħarxu. Fuq
din l-iskema wieħed għandu jżomm f’moħħu li din issir minn kull pajjiż. "Hemm min jagħmilha b’mod trasparenti u hemm min jagħmilha minn taht. Il-kritika hija suġġettiva u tiddependi min qed jagħmilha u għalfejnn qed jagħmilha." Wisq aktar, kull viżjoni ta’ gvern għandha tiffoka fuq l-innovazzjoni. Il-Medical Cannabis, ir-reġistrazzjoni taljottijiet, ir-reġistrazzjoni talajruplani huma kollha forom ta’ innovazzjoni li Malta sfruttat għall-iżvilupp tal-ekonomija tagħha. Iva, għax pajjiżna dejjem eċċella meta kien innovattiv filħsieb tiegħu għall-ekonomija b’saħħitha. L-ebda viżjoni ma tista tiġi attwata jekk pajjiż ma jkollux biżżejjed riżorsi umani. Sfida li pajjiżna qed jiffaċċja kontinwament. Tant li Malta kompliet iżżid l-influss ta’ ħaddiema barranin partikolarment minn pajjiżi terzi f’setturi importanti fosthom dawk tal-ospitalità u l-ikel,
f’tal-kostruzzjoni kif ukoll f’dak amminstrattiv. Muscat isostni li din hija konsegwenza naturali tat-tkabbir ekonomiku ta’ pajjiżna. L-influss ta’ barranin fissettur tax-xogħol ma tinkwetahx sakemm dan qed isir f’settur li l-ħaddiem Malti ma jridx jaħdem fih. Tinkwetah però l-fatt li hemm setturi speċjalizzati fejn m’hemmx biżżejjed talent Malti. Muscat jemmen ukoll li fil-process tal-influss ta’ barranin huwa kritiku l-integrazzjoni biex jiġu evitati kunflitti soċjali u riskji ta’ ghettoization. Fil-qofol ta’ kull viżjoni però Muscat jtenni li huwa fundamentali l-mod kif jitwassal il-messaġġ fuq livell kemm lokali kif ukoll dak internazzjonali. Iva, għax huwa l-mod kif jitwassal il-messaġġ illi jiddetermina s-suċċess tal-viżjoni.
5
6
EKONOMIJA | 15 ta’ Ottubru 2022
8-23 T’OTTUBRU 2022
L- E B D A Z A T A ' N ESPERJE G N I COD EĦTIEĠA MA HI M
< X’inhi l-EU CodeWeek? >
L-EU Code Week tiċċelebra l-kreattività, issolvi l-problemi permezz ta' kollaborazzjoni waqt il-coding u waqt attivitajiet oħra ta' teknoloġija.
“Kullħadd jista’ jitgħallem il-coding!” Irreġistra bla ħlas għall-korsijiet online fuq: eskills.org.mt/codeweek2022 @codeEUMalta
@codeWeekEU
15 ta’ Ottubru 2022 | EKONOMIJA
“Rapport li jindika li l-pagi jridu jiżdiedu”
7
Brian Gatt
L-Analista finanzjarju Steve Ellul jisħaq dwar il-bżonn li ma nitilfux studenti interessati fix-xogħol tal-id
“Rapport tajjeb ħafna fejn għall-ewwel darba f’dan il-pajjiż għandna valur ta’ kemm individwu jew familji għandhom bżonn flus biex jgħixu ħajja diċenti skont il-qafas tal-familja”.
Iddikjara dan l-analista finanzjarju Steve Ellul b’reazzjoni għar-rapport ippubblikat fl-aħħar jiem bl-isem ta’ ‘The Maltese Living Income’. Dan l-istudju kien frott ta’ ħidma flimkien bejn il-General Workers’ Union, ilMoviment Graffitti u l-Alleanza Kontra l-Faqar. L-istudju stabbilixxa li l-living income nazzjonali għandu jkun ta’ madwar €14,864 għal persuna waħedha bla tfal, €20,099 għal ġenitur waħdu b’wild wieħed, €26,018 għal ġenitur waħdu b’żewġt itfal, €21,316 għal koppja bla tfal, €25,746 għal żewġ ġenituri b’wild wieħed u €30,734 għal żewġ ġenituri b’żewġt itfal. L-analista finanzjarju qalilna li flinterpretazzjoni tiegħu se jiffoka fuq is-sitwazzjoni ta’ persuna waħdiha iżda li l-istess ħaġa tirrifletti fuq il-bqija tassitwazzjonijiet varji. Huwa qalilna li r-rapport jagħmel differenza bejn li tgħix ħajja diċenti u dak li jissejjaħ il-minimum basic income. Ir-rapport qed jiffoka fuq ilkwalità tal-ħajja fejn persuna jkun qiegħed jgħix u mhux jeżisti. “Ma jfissirx li jekk ikollok is-salarju ta’ kważi €15,000, se tilħaq il-milja jew il-kapaċitajiet finanzjarji tiegħek bħala individwu. Madanakollu b’dan is-salarju se jkun diffiċli biex iħallas ilkappara fuq post fejn jgħix minħabba l-prezzijiet li huma li huma. Imbagħad għandek problema oħra ta’ kemm dak li jkun se jkun kapaċi jħallas il-bqija talpagamenti jew saħansitra jingħata self mill-bank”, kompla Ellul.
L-analista finanzjarju qal li tajjeb li niċċaraw id-differenza bejn li tgħix ħajja diċenti u li tkun qed tgħix bi dħul minimu. Li tgħix ħajja diċenti tfisser li tkun tista’ tagħmel spejjeż li jmorru lil hinn minn dak li huwa bażiku biex tgħix. L-analista finanzjarju qal li flopinjoni tiegħu dan is-salarju firrapport għandu jkun il-bidu u li biex persuna tilħaq il-milja tagħha f’ħajjitha trid timmira għal salarju iżjed minn hekk. F’kummenti ma’ dan is-sit l-analista finanzjajru Steve Ellul saħaq li r-rapport li ħareg riċentament juri biċ-ċar li l-ħaddiema li qegħdin fuq pagi aktar baxxi minn €15,000 irridu jaraw żieda fis-salarji tagħhom biex ikunu jistgħu jgħixu b’mod diċenti.
“Tajjeb li niċċaraw iddifferenza bejn li tgħix ħajja diċenti u li tkun qed tgħix bi dħul minimu”
Huwa saħaq li dan jista’ jsir jekk min iħaddem jipprijoritizza l-kwalità f’dak li jipproduċi u jsaħħaħ il-ħiliet talħaddiema tiegħu waqt li jagħmel dan. Ellul kompla jżid li dan ir-rapport jista’ jintuża sabiex l-ekonomija Maltija timxi għall-pass li jmiss billi kull min iħaddem ħaddiema b’pagi aktar baxxi minn dawk indikati jifhem aħjar li jekk mhux se jsaħħaħ l-operat tiegħu se jkollu diffikultà ħafna akbar milli għandu llum biex jimpjega n-nies fiżżmien li ġej. Ir-rwol tal-gvern fil-kuntest tal-living income għandu jkun limitat għal dawk
il-persuni li ma jistgħux jaħdmu skont Ellul. Il-ħaddiema għandhom jirċievu salarju diċenti għax-xoghol tagħhom u ma għandux ikun sussidjat mill-gvern. B’hekk naċċertaw is-sostenibbilità finanzjarja tal-pajjiż waqt li nixprunaw lill-operaturi ekonomiċi tagħna jagħmlu pass ’il quddiem f’dak li jipproduċu. Għall-pensjonanti u dawk li jiddependu mis-servizzi soċjali wieħed ma jridx jinsa li l-gvern qiegħed iżid id-dħul ta’ dawn il-persuni b’affarijiet li mhux dejjem ikunu jidhru. Eżempju ċar huwa il-fatt li s-saħħa f’pajjiżna hija b’xejn u ricentement is-sussidju fuq l-enerġija qiegħed ifisser li l-familji Maltin qed jiffrankaw mal €1,700 fissena oħra. Dawn huma fatturi li wieħed irid jikkunsidrahom ukoll meta jqabbel id-dħul ‘uffiċjali’ mad-dħul reali li kieku kellu jħallas għal dawn l-ispejjez li qed jagħmel tajjeb għalihom il-gvern. “Nemmen li bħala pajjiż għandna jkollna l-aspirazzjoni li tkun naturali għall-ħaddiema tagħna li jaqilgħu pagi tajbin. Il-ħaddiema tagħna għandu jkollhom pagi aħjar. Dan jista’ jsir biss billi jkollna ekonomija bbażata fuq xogħol ta’ kwalità li mill-inqas, ħaddiem jaqla’ l-paga suġġerita fiddokument”, kompla Ellul. Saħaq li tajjeb li ninvestu wkoll f’dawk il-ħaddiema li għalkemm fuq ilbank tal-iskola ma kinux daqstant f’posthom, dak li jaraw b’għajnejhom jafu jaħdmuh b’idejhom. Din tista’ tkun problema għall-fatt li pajjiżna għandu waħda mill-ogħla rati ta’ studenti li joħorġu mill-iskola kmieni.
“L-ekonomija Maltija għatxana għal dawk li mhux interessati fl-edukazzjoni akkademika imma kapaċi jagħmlu kulma jaraw b’għajnejhom”
Ellul kompla biex jgħid li dan kollu jdur mal-fatt li l-edukazzjoni hija ċ-ċavetta u din hija opportunità biex min iħaddem ikun jaf li s-salarju biex jattira iżjed ħaddiema qiegħed hemm stabbilit mill-kwalita ta’ għajxien li n-nies iridu u mhux mill-paga minima u saħansitra jħallsu pagi ħafna aħjar minn dik stabbilita fid-dokument. Huwa qal li din tista’ tkun waħda mir-raġunijiet għalfejn ħafna kumpaniji mhux qed isibu biżżejjed ħaddiema. L-istess kumpanija tista’ tinvesti f’pagi aħjar li però ġġibhom minn titjib fil-livell talprodotti tagħhom u dan jista’ jsir biss jekk il-ħaddiem ikun imħarreġ biex jipproduċi produttività aħjar li tħalli iżjed qliegħ minn fejn ikunu jistgħu jinħarġu dawn is-salarji li jwasslu għal ħajja diċenti. “Irridu nnaqqsu l-early school leavers billi nidentifikaw lil dawk l-istudenti li mhumiex interessati fl-akkademja tradizzjonali u ngħinuhom b’taħriġ f’kumpaniji li qed ifittxu ċertu xogħol tal-id li pajjiżna jinsab għatxan għalihom u li saħansitra jħallsu pagi aħjar minn stabbilita f’dan iddokument”, saħaq Ellul.
8
EKONOMIJA | 15 ta’ Ottubru 2022
GĦAJNUNA GĦALL-INNOVAZZJONI GĦALL-SMEs Il-Malta Enterprise nediet skema ġdida, INNOVATE, maħsuba biex tappoġġja intrapriżi Żgħar u Medji (‘SMEs’) fittwettiq ta’ proġetti li jwasslu għal innovazzjoni ta’ prodotti u proċessi, b’kollaborazzjoni ma’ Organizzazzjonijiet ta’ Riċerka (Universitajiet). Permezz ta’ kooperazzjoni bħal din, l-SMEs ikunu jistgħu jaċċessaw il-kompetenza, l-għarfien u r-riżorsi meħtieġa biex jwettqu proġetti bħal dawn. L-attivitajiet appoġġjati għandhom iwasslu għal prodotti, servizzi u/jew proċessi ġodda jew imtejba. L-intensità tal-għajnuna tista titla sa 50% tal-ispejjeż eliġibbli, b’appoġġ massimu ta’ €100,000 għal kull Business Research Partnership. Fil-każ ta’ għajnuna għal servizzi ta’ konsulenza, l-intensità tal-għajnuna tista’ tiżdied sa 100 % tal-ispejjeż eliġibbli sa €200,000 għal kull impriża fi kwalunkwe perjodu ta’ tliet snin.
Il-proġetti għandhom jibdew fi żmien 12-il xahar mid-data tal-approvazzjoni tal-finanzjament u għandhom jiġu implimentati u ffinalizzati fi żmien 36 xahar minn meta jibdew. L-assistenza tista’ sservi bħala konsultazzjoni mogħtija mill-organizzazzjoni tar-riċerka, jew sistemi ta’ appoġġ biex taċċessa softwer jew databases offruti online. L-iskema tħabbret mill-Ministru Dalli waqt żjara f’IBG Automation, flimkien mal-Kap Eżekuttiv tal-Malta Enterprise Kurt Farrugia. Din l-iskema hija prodott ta’ konsultazzjoni anke mal-Università ta’ Malta, fejn tkompli tiffaċilita l-kollaborazzjoni fost l-intrapriżi u l-organizzazzjonijiet tar-riċerka, kemm f’Malta kif ukoll barra.
Christine Mallia Spiteri Manager - Malta Enterprise
IL-PAGI Il-GWU tinsisti li jiddaħħal il-mekkaniżmu tal-COLA għal dawk vulnerabbli Il-General Workers’ Union se tibqa’ tinsisti li jiddaħħal ittieni mekkaniżmu tal-COLA sabiex jiġu megħjuna aktar dawk l-aktar vulnerabbli fissoċjetà, u kif ukoll li l-paga tkun ugwali għal impjiegi ta’ valur ugwali. Is-Segretarju Ġenerali talGWU Josef Bugeja afferma wkoll is-sodisfazzjon talUnion li l-Gvern se jkompli jissussidja l-prezz tal-enerġija biex jgħin lill-familji u lillpostijiet tax-xogħol. Huwa saħaq ukoll dwar il-fatt li l-mekkaniżmu preżenti ta’ kif jiġi stabbilit l-aġġustament għall-għoli tal-ħajja għandu jibqa’ jiġi segwit, madankollu, il-GWU se tibqa’ tkun miftuħa għal diskussjonijiet futuri ma’ min iħaddem dwar kif tista’ tiġi mtejba s-sistema eżistenti. Dwar dak li qal il-Ministru talFinanzi, Clyde Caruana, dwar il-Budget 2023, Josef Bugeja esprima s-sodisfazzjon
Il-Kunsill tal-Ministri tal-Unjoni Ewropea flaħħar wasal għal qbil dwar direttiva li ddaħħal il-kunċett ta’ paga minima nazzjonali f’kull pajjiż membru. Strettament din mhijiex materja li taqa’ taħt il-kompetenzi tal-Unjoni. Ġiet kontestata minn pajjiżi differenti dwar hekk. Hemm stati (bħad-Danimarka) fejn il-pagi kollha jiġu negozjati bejn l-imsieħba soċjali biss.
tiegħu li mhux se jkun hemm żieda fit-taxxi u li se jkun baġit ieħor soċjali li se jgħin lill-vulnerabbli u lil dawk li l-iktar għandhom bżonn.
INVESTIMENTI
Semma’ li l-GWU, bħalma għamlet fis-snin li għaddew, ressqet il-proposti tagħha li l-qofol tagħhom huwa kif jistgħu jkunu megħjuna aktar il-ħaddiema u s-soċjetà inġenerali, u għal dan il-għan, il-GWU lesta li tikkollabora f’oqsma differenti malImsieħba Soċjali.
Madankollu, jidher sew li l-kunċett ta’ paga minima qed jaqa’ lura fuq ir-realtajiet soċjali ta’ ħafna pajjiżi, inkluża Malta. Ma’ kullimkien qed jiżdied ilfaqar assolut jew relattiv għal persuni anke f’impjieg. Qed “tgħin” f’dan il-prattika ta’ ħaddiema importati minn barra li jiġu esplojtati.
Is-Segretarju Ġenerali Josef Bugeja enfasizza li għandu jsir dak kollu possibbli sabiex it-taxxi dovuti u l-kontribuzzjonijiet tas-sigurta soċjali, anki talimgħoddi, jinġabru kollha mill-Gvern, u għal dan grandmom isiru spezzjonijiet regolari mill-awtoritajiet kompetenti. Taħriġ li ġie assigurat li qed isir min-naħa tal-Gvern preżenti.
Sar aktar utli l-ħsieb li l-ħarsien soċjali jippernja fuq paga li tipprovdi l-mezzi għal għajxein diċenti. Terġa’, il-fehma qed tkun li aktar minn emfażi fuq paga, għandna nitkellmu dwar dħul li jwassal għal għajxien siewi. L-istudju li ġie kkummissjonat dwar das-suġġett mill-General Workers Union u oħrajn jagħti ħarsa f’das-sens lejn il-qagħda Maltija. Jistħoqqlu attenzjoni aktar milli ngħata sa issa.
Kemm-il darba rajt investimenti privati jsiru f’Malta li ma stajtx nifhem kif tnebbħu. Niftehmu: ġara l-istess min-naħa talgvernijiet. Imma dawk li jiddeċiedu investimenti publiċi jkollhom f’moħħhom ukoll għanijiet politiċi jew soċjali. Meta negozjanti jinvestu, jagħmlu hekk għal raġunijiet finanzjarji u ekonomiċi. Allura fl-imgħoddi stagħġibt meta rajt kif ċerti impriżi investew bil-kbir f’tagħmir maħsub biex iżid fil-produzzjoni tagħhom. Dan qabel Malta ssieħbet fl-Unjoni Ewropea għax qiesu li se jkollhom aċċess għal swieq kbar ġodda bla problema ta’ xejn. Spiċċaw tilfu l-investiment kollu tagħhom, jew kważi. Illum qed naraw xi ħaġa simili tiġri fil-qasam tal-bini tallukandi.
Alfred Sant Membru Parlamentari Ewropew
ENERĠIJA Fondamentalment biex jintlaħaq ftehim sod dwar politika enerġetika waħda għallEwropa ntilef wisq żmien. Salġmgħa li għaddiet, il-Ġermanja kienet qed tiġi “akkużata” li telqet għal rasha biex tipproteġi l-interessi tagħha. Imma filfatt, kull pajjiż tista’ tgħid baqa’ jara kif se jfittex l-aħjar soluzzjoni għaċ-ċittadini u l-impriżi tiegħu. Bis-sanzjonijiet li l-Ewropej ipproklamaw kontra r-Russja kien ovvju li din se tirritajla u li jekk il-pressjoni tibqa’ għaddejja miż-żewġ naħat, sanzjoni u retaljazzjoni se jkomplu jeskalaw. Jien qbilt u naqbel mas-sanzjonijiet Ewropej. Imma kellhom jinftehmu minnufih bħala forma ta’ gwerra ekonomika — li hi preferibbli għal konflitt bl-armi. Biss, f’kull gwerra, trid tipprepara kif se tilqa’ għad-daqqiet li se tirċievi. L-Ewropej ma kinux lesti għal hekk. Billi jsejħu l-miżuri tarRussi dwar enerġija bħala rikatt mhuma se jieħdu xejn. Għalhekk baqgħu għal żmien twil wisq bla ftehim sod u sħiħ bejniethom, fl-interess ta’ kulħadd, dwar enerġija.
15 ta’ Ottubru 2022 | EKONOMIJA
9
IL-GWERRA, L-INFLAZZJONI U R-RATI T’INTERESS Il-ġimgħa li għaddiet ltqajt m’ekonomista ħabib tiegħi. Bħalma jiġri dejjem, id-diskors waqa’ fuq l-affarijiet kurrenti, u l-fatt li l-Bank Ċentrali Ewropew għadu kemm għolla r-rati t’interess. “Ara naqa r-rati t’interess għandhomx xi effett fuq il-prezz tal-gass, li huwa l-aktar ħaġa li qed twassal biex l-għoli tal-ħajja jkompli tiela’ l fuq”, qalli dan il-ħabib. Ngħiduha kif inhi – għandu naqra raġun jgħid hekk.
F’ċirkostanzi bħal dawn, biex l-inflazzjoni titrażżan, aktar mir-rati t’interess u politika monetarja, hemm bżonn li x-xokk estern (f’dan il-każ, il-prezz tal-enerġija) jiġi indirizzat. Il-Gvern Malti dan ilu jagħmlu numru ta’ xhur bis-sussidju ta’ dawn ilprezzijiet. Mhux l-istess nistgħu ngħidu għal pajjiżi oħrajn, għalkemm il-Prim Ministru ġdida Liz Truss ħabbret li r-Renju Unit ser jibda jagħmel l-istess. “L-aktar ħaġa li hemm bżonn, hija li tispiċċa l-gwerra mill-aktar fis possibbli”, kompla jgħidli sieħbi, qabel komplejna fi triqitna. Ma stajtx ma naqbilx miegħu meta qal li hemm bżonn li l-gwerra tieqaf minnufih. Madanakollu, għalkemm il-gwerra hemm bżonn tiġi fi tmiemha, ma jkun xejn għaqli li tiġi fi tmiemha mbilli l-Unjoni Ewropea tieqaf tgħin lill-Ukranja, inkella billi tneħħi s-sanzjonijiet kollha fuq ir-Russja.
Is-sanzjonijiet fuq ir-Russja, speċjalment dawk li jitrattaw ma’ materja militari u industrijali (li r-Russja għandha bżonn biex tkompli għaddejja bil-gwerra fl-Ukranja), huma bżonjużi mmens. Hekk jew b’hekk fisseklu 21 m’għandu jkun qatt aċċettabbli li pajjiż jinvadi lil ieħor għax id-deċiżjonijiet ta’ dak il-pajjiż ma’ jogħġbuhx. Wara kollox kull stat huwa sovran. Meta ssib min jgħidlek li Putin kellu raġun jinvadi lill-Ukranja, għax din iddeċidiet li tħares lejn il-Punent, kważi iġġib għajnejk wara widnejk. Allura bl-istess argument, l-istess setgħu jagħmlu pajjiżi oħrajn lilna, meta Malta ddeċidiet li tidħol flUE? Ovvjament li le. Forsi però li l-inflazzjoni qed tagħmel tagħha, u li qed tagħfas bwiet in-nies, u allura ssib min jgħidlek “le xbin … l-ewwel inħares lejn niesi imbagħad lejn ħaddieħor”. Madanakollu allura x’tagħmel? Tħalli lil Putin jagħmel li jrid ħalli ngħixu f’sitwazzjoni fejn inkunu nistgħu nixtru gass Russu blirħis? Nerġa ngħid: żgur li le.
Brendan Zerafa
Jiena nifhem lil dawk li jgħidu li l-UE żbaljat meta iddependiet fuq ir-Russja għallenerġija. Għandhom raġun jgħidu hekk. Biss l-iżball kien li niddependu fuq ir-Russja, u mhux li naġixxu kontra r-Russja bissanzjonijiet meta din attakkat lill-Ukranja u kissret il-liġi internazzjonali. Issa però, hemm bżonn li dawk l-iżbalji li wassluna s’hawn, jiġu indirizzati u l-effetti tagħhom mitigati. Filwaqt li l-għajnuna lillUkreni għanda tibqa’ tingħata, daqstant ieħor għandu jkun hemm sussidji millgvernijiet Ewropej fuq il-prezzijiet talenerġija (bħalma qed isir f’Malta), biex l-effetti inflazzjonarji jingħataw daqqa l-isfel. Ir-rati t’interess, filwaqt li veru tradizzjonalment jintużaw biex inaqqsu l-inflazzjoni, ftit ser ikollhom effett fuq iddomanda għall-enerġija. Għaldaqstant, hemm dubju kemm ser ikollhom l-effett mixtieq f’dan il-kuntest.
10
EKONOMIJA | 15 ta’ Ottubru 2022 Ruben Briffa
Il-Komunità Politika Ewropea ... tiġi8 mnedija l-ħolma ta’ Macron ANALIŻI INTERNAZZJONALI | It-Tnejn 10 ta’ Ottubru 2022
IL-KOMUNITÀ POLITIKA EWROPEA
Fis-6 ta’ Settembru li għadda ġie X’inhi eżatt il-Komunità mniedi proġett politiku ġdid ġewwa Politika Ewropea? l-Ewropa. Dan ingħata l-isem ta’ Meta aktar kmieni din is-sena, Emmanuel Komunità Politika Ewropea u huwa Macron kien beda jimbotta din l-idea, huwa kien iddeskrivieha bħala forum ġdid li ġewwa fih, ill-ħolqien ta’ Emmanuel Macron, ilpajjiżi kollha tal-Ewropa, jiġifieri anke dawk li ... tiġi mnedija l-ħolma ta’ Macron President ta’ Franza u d-de factum mhumiex fost is-27 membru tal-Unjoni Ewropea, mexxej tal-Unjoni jistgħu jiddiskutu fuq temi politiċi li huma permezz ta’ kollegament is-6 ta’ Ewropea Settembru li wara ta’ Ze interess komuni għalihom kollha. Fil-fatt, għadda ġie mniedi pro blinternet, Volodymyr Angela Merkel.
F
lenskyy,
ġett politiku ġdid fl
ilPresidentf’Mejju tal li għadda, waqt li kien qiegħed jagħmel
Ukrajxejn, na. l-ewwel ropa. Dan lisem jekk ANALIŻI INTERNAZZJONALI Minkejja l-ħafna Ew xettiċiżmu fuqingħata dan il-proġett,
preżentazzjoni fuq il-Komunità Politika Ewropea ta’ kemm Komunità Politika fil-Parlament Ewropew, il-President Franċiż kien sessjoni li għadha saret ġewwaEwroPraga rnexxielha tressaq pea u pajjiżi huwa lilħolqien ta’ EmX’inhi eżatt il-Komunità semma temi bħas-sigurtà, l-enerġija, it-transport lejn l-Unjoni Ewropea jew huma miksurin jew għandhom manuel ilPresident PolitikaL-aktar Ewropea? u l-moviment tal-persuni bħala temi li jistgħu jiġu relazzjoni pjuttost bierdaMacron, mal-istess Unjoni Ewropea. li ta’ Franza uta’ dde factumil-Prim mex Ministru Ingliż u taddiskussi ġewwa dan il-forum li huwa kien qiegħed spikkat kienet l-attendenza Liz Truss, xejli talUnjoni Ewropea wara kienetMeta aktar kmieni din jipproponi. delegazzjoni Torka għal ragunijiet differenti tbegħdu mill-
NITÀ POLITIKA
Angela Merkel. wkoll, permezz ta’ issena, Emmanuel Macron Unjoni Ewropea. Fih ipparteċipa kollegament blMinkejja ’lil-President ħafna xettiċiż kien beda jimbotta dinMinkejja lidea, din id-definizzjoni ta’ Macron, sa issa internet, Volodymyr Zelenskyy, tal-Ukrajna. RUBEN BRIFFA mu fuq dan ilproġett, jekk huwa kien iddeskrivieha għad hemm ħafna dubji rigward l-irwol li sejra xejn, lewwel sessjoni li bħala forum ġdid li jkollha ġewwadin l-għaqda politika ġdida, jekk fuq kollox għadha kemm saret fi Praga fih, ilpajjiżi kollha talEwronistgħu nsejhulha hekk. Sa ċertu punt, midrnexxielha tressaq lejn lUn- pa, jiġifieri anke dawk li dikjarazzjonijiet li saru mill-mexxejja tal-pajjiżi li joni Ewropea pajjiżi li jew mhumiex fost is27 membru ħadu sehem, hekk kif intemmet l-ewwel sessjoni huma miksurin jew għand- talUnjoni Ewropea, tagħha, jistgħu aktar ħareġ ċar x’mhijiex mistennija tkun hom relazzjoni pjuttost bie jiddiskutu fuq temi politiċi li din l-għaqda milli x’sejra tkun eżatt.
ta’ Macron
kollegament odymyr Ze esident tal
-Komunità pea?
kmieni din nuel Macron tta din lidea, ddeskrivieha id li ġewwa lha talEwroke dawk li s27 membru opea, jistgħu emi politiċi li ess komuni ha. Filfatt, dda, waqt li ħmel preżenKomunità Po filParlament sident Fran temi bħassi
rda malistess Unjoni Ewropea. Laktar li spikkat kienet lattendenza ta’ Liz Truss, il Prim Ministru Ingliż u tad delegazzjoni Torka li għal raġunijiet differenti kienet tbegħdu millUnjoni Ewropea. Fih ipparteċipa lirwol li se jkollhawkoll, din tar ittransport
gurtà, lenerġija, u lmoviment talpersuni bħala temi li jistgħu jiġu dis kussi f’dan ilforum li huwa kien qiegħed jipproponi. Minkejja din iddefinizzjoni ta’ Macron, s’issa għad hemm ħafna dubji rigward
lgħaqda politika ġdida, jekk fuq kollox nistgħu nsejħulha hekk. Sa ċertu punt, middikjarazzjonijiet li saru mill mexxejja talpajjiżi li ħadu sehem, hekk kif intemmet lewwel sessjoni tagħha, ak-
Minkejja li kien hemm xi żmien li kien qiegħed jiġi ssuspettat li Macron kien qiegħed jimbotta l-ħolqien ta’ din l-ghaqda sabiex isservi sabiex l-Ukrajna tkun tista’ tingħata appoġġ formali mill-Unjoni Ewropea mingġħajr ma jkollha l-approvazzjoni tal-proċess sabiex issir membru sħiħ approvat, suspett li issa spiċċa RUBEN għalkollox BRIFFA minħabba li l-Ukrajna kellha l-applikazzjoni ghattnedijja ta’ dan il-proċess approvat, issa nafu wkoll li din l-għaqda mhijiex sejra sservi ta’ antiporta għad-dħul ta’ diversi pajjiżi li llum għexieren ta’ snin jistennew li jiddaħħlu bħala membri sħaħ talUnjoni Ewropea. Skont xi mexxeja li ħadu sehem f’dan il-forum, b’Liz Truss fuq quddiem, din l-għaqda mhijiex sejra tkun iddominata mill-Unjoni Ewropea, għalkemm ta’ min jgħid li minġabba li kien l-għaqda għadha mingħajr l-istrutturi sabiex tiffunzjona kif suppost, din użat diversi riżorsi tal-istess Unjoni Ewropea sabiex appuntu ġiet organizzata l-ewwel sessjoni ġewa r-Republika Ċeka. Fil-fatt, l-inviti lill-mexxeja Ewropej sabiex jattendu għal-laqgħa ta’ ftit jiem ilu, kienu ntbagħtu minn ħadd ħlief Charles Michel, li huwa l-President tal-Kunsill Ewropew.
huma ta’ interess komuni gurtà, lenerġija, ittransport lirwol li se jkollha din għalihom kollha. Filfatt, Fil-fatt, sa uissa,lmoviment nafu li żgur talpersuni mhijiex sejra lgħaqda tkun xi politika ġdida, jekk f’Mejju li għadda, waqt li fuq kollox nistgħu nsejħulha bħala temi li jistgħu jiġu dis sostitut tan-NATO. Dan il-fatt ħareġ ċar anke millkien qiegħed jagħmel preżen- kussi f’dan ilforum li huwa hekk. Sa ċertu punt, middikmod ta’ kif xi pajjiżi li ħadu sehem fil-laqgħat ta’ tazzjoni fuq ilKomunità Po kien qiegħed jipproponi. jarazzjonijiet li saru mill Praga, l-aktar dawk membri tal-Unjoni Ewropea, litika Ewropea filParlament Minkejja din iddefinizz- mexxejja talpajjiżi li ħadu qaghdu hafna attenti kif jittrattaw il-tema tasEwropew, ilPresident Fran joni ta’ Macron, s’issa għad sehem, hekk kif intemmet sigurtà ġewwa l-Ewropa. ċiż semmamistemi bħassi hemm ħafna dubji rigward lewwel sessjoni tagħha, akħareġkien ċar x’mhijiex
tennija tkun din lgħaqda milli x’se tkun eżatt. Filfatt, s’issa, nafu li żgur mhijiex se tkun xi sostitut tanNATO. Dan ilfatt ħareġ ċar anke millmod ta’ kif xi pajjiżi li ħadu sehem fil
tar ħareġ ċar x’mhijiex mistennija tkun din lgħaqda milli x’se tkun eżatt. Filfatt, s’issa, nafu li żgur mhijiex se tkun xi sostitut tanNATO. Dan ilfatt ħareġ ċar anke millmod ta’ kif xi pajjiżi li ħadu sehem fil
kien qien servi ’ tinmillgħajr zjoni mbru issa abba ppli’ dan nafu ijiex ħadli ilstenmemwro-
ħadu b’Liz in ln idwrogħid aqda tturi post, al-isx ap-ewblika lillttenjiem minn el, li nsill
eb
i fih qgħa wroruss, kiekejja eċesur ta’ ważi u tat-
Truss a li l-ħaKonerma minPartit għad ’ op-
X’sar fil-laqgħa ta’ Praga?
ANALIŻI INTERNAZZJONALI
It-Tnejn 10 ta’ Ottubru 2022 | 9
15 ta’ Ottubru 2022 | EKONOMIJA
11
pożizzjoni għal dak kollu li laqgħat Praga, dan l-aktar Millita’jidher, is-sumdawk membri tal-Unjoni Ew- joriġina minn Franza. Dan mit diġà ħalla xi frott minħabropea, qagħdu ħafna attenti kollu ġej mill-istorja tar-Renba li għall-inqas ressaq ju lirUnit li matul is-sekli kien kif jittrattaw il-tema tas-siRen Unit xi ftit lejn l-Unl-għadu numru wieħed tal-isgurtàju fl-Ewropa. Minkejja li kien hemm xi litess joni Ewropea minħabba fihFranza. Truss tdiddel il-ħsieb żmien li kien qiegħed jiġi intlaħaq tfehim fuqssir kwistSa ftit qabel xi il-jum li fih kellha l-ewwel laqgħa ssuspettat li Macron kien X’sar fil-laqgħa tal-Komunità Politika Ewropea, il-preżenza ta’ jonijiet bħall-immaniġġjar ta’Praga? qiegħed jimbotta l-ħolqien ta’ Liz Truss, il-Prim Ministru Ingliż, kienet għadha opri tal-baħar żgħar ta’ din l-għaqda isservi dubjuża, minkejja libiex Boris Johnson,bejn il-predeċessur biex l-Ukrajna tkun tista’ ta’ tinjidher, dan is-sumtagħha kien favur din l-għaqda Fran zakienutantl-Ingilterra. DanMilliġdida għata formali millmittat-twaqqif diġà ħalla xi frott minħabli kważiappoġġ kien pprova jieħu l-mertu jawgura tajjeb għall-eżitu ta’ Un joni Ewropea mingħajr ba li għall-inqas ressaq lirtagħha. negozjati għadhom għadma jkollha li l-approvazzjoni Renju Unit xi ftit lejn l-UnWisq probabbli Truss kienet qiegħda tistenna minħabba li fih tal-proċess biex issir membru joni Ewropea dejjin fuq temi ħafna aktar li tgħaddi l-elezzjoni għall-ħatra tal-mexxej sħiħ approvat, li issa xitaltfehim fuq kwistjaħarqu ta’ suspett żmien Brexitintlaħaq lil-preżenza Partit konservattiv sabiex tikkonferma spiċċa għalkollox minħabba jonijiet bħall-immaniġġjar ta’ għadhom ma ssolvewx tagħha. Dan minħabba li ħewwabejn hdan il-Partit li l-Ukrajna kellha l-appliopri tal-baħar żgħar bejn Konservattiv Ingliż għad hemm element qawwi l-Ingilterra u l-Unjoni kazzjoni għat-tnedijja ta’ dan EwroFranza u l-Ingilterra. Dan ta’ oppożizzjoni għal dak kollu li joriġina minn il-proċess approvat, issa nafu jawgura tajjeb għall-eżitu ta’ pea. li għadFranza.L-aktar Dan kollutilwima ġej mill-istorja tar-Renju Unit wkoll li din l-għaqda mhijiex negozjati li għadhom għadli matul kien l-għadu numru wieħed talha tridis-sekli tissolva hija dik rigse sservi ta’ antiporta għaddejjin fuq temi ħafna aktar istess Franza. ward l-Irlanda ta’ Fuq. dħul ta’ diversi pajjiżi li il- jaħarqu ta’ żmien Brexit li kollox, danjistenis-summit homFuq għexieren ta’ snin għadhom ma ssolvewx bejn X’sar fil-laqgħa ta’ Praga? new li jiddaħħlu bħala meml-Ingilterra u l-Unjoni Ewroserva biex jagħti messaġġ Milli sħaħ jidher, tal-Unjoni dan is-summit diġà pea. ħallaL-aktar xi frotttilwima li għadbri Ewrobejn il-pajjiżi tal-Unjoni Ew- na lill-pajjiżi l-oħra minħab- jati biex issir membru sħiħ b’saħħtu ta’ appoġġ lill-Ukminħabba li għall-anqas ressaq lir-Renju Unit xi pea. ha trid tissolva hija dik rigftit lejn Ewropea minħabba li fih intlaħaq ropea u pajjiżi oħra li ħadu ba l-kriżi tal-energija filwaqt tal-Unjoni Ewropea. Jekk din raj na l-Unjoni f’dan il-mument Skont xi mexxeja li ħadu daqsward l-Irlanda ta’ Fuq. xi tfehim fuq kwistjonijiet bħall-immaniġġjar ta’ sehem minbarra r-Renju li t-Turkija għadha ma ddik- issir fi żmien qasir, dan jindihekk diffiċli. Matul sehem f’dan il-forum, b’Lizl-interFuq kollox, danli is-summit opri tal-baħar żgħar bejn Franza u l-Ingilterra. Dan Truss fuq quddiem, din lserva biex jagħti messaġġ Unit kienu jinkludu wkoll jaratx ruħha kompletament ka li l-membri qegħdin ifittxu vent tiegħu li semmejna aktar jawgura tajjeb għall-eżitu ta’ negozjati li għadhom bejn il-pajjiżi tal-Unjoni Ew- na lill-pajjiżi l-oħra minħab- jati biex issir membru sħiħ għaq da mhijiex seħafna tkunaktar id- jaħarqu b’saħħtu ta’ appoġġ lill-Uk-il-laqgħat għaddejjin fuq temi ta’ żmien Matul dawn l-Iżlanda, sar ħafna tibdilVladimir ta’ Is-suċċess ta’ din l-ewwel laqgħa hdan din il- aktar ’il fuq, il-President Zelensky lill-Iżvizzera, kontra Putin. danġewwa il-forum biex jiddiskutu ropea u pajjiżi oħra li ħadu ba dominata mill-Unjoni Ewro- bejn rajl-In na f’dan daqsl-kriżipolitika tal-energija Ewropea. Jekk din Brexit li għadhom ma ssolvewx gilterrail-mument ideat bejn il-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea u pajjiżi l-ghaqda gdidafilwaqt jista’ jibdatal-Unjoni jitkejjel minn Geor gia, l-Ażerbajġan, pajjiżi qal li permezz ta’ din l-għaqIs-suċċess ta’ din l-ewwel ma xulxin. Minn jekk sehem li minbarra r-Renju pea, għalkemm ta’ L-aktar min jgħid diffiċli. l-interli t-Turkija għadha ma ddikissir fi żmien dan jindiu l-Unjoni Ewropea. tilwimahekk li għadha trid Matul oħra li ħadu sehem li minbarra r-Renju Unit kienu meta sejra ssir it-tieni laqgha li mistennija ssir qasir, jaf mill-Balkani kif ukoll it-TurUnit kienu jinkludu wkoll li minħabba lirigward kien l-għaqda li semmejna aktar jaratx ruħha kompletament da ġdida, l-Ewropa u l-Ukrajlaqgħa fi ħdan din l-għaqda tissolva hija dik l-Irlanda ta’ vent Fuq. tiegħu jinkludu wkoll lill-Iżvizzera, l-Islanda, il-Georgia, gewwa l-Moldova, pajjiż li flimkien kamal-Ukrajna li l-membri qegħdin ifittxu il-ħolma ta’ Macron twassalx lill-Iżvizzera, ilgħadha mingħajr l-istrutturi ħaf’il fuq, il-President Zelenskypajjiżi kontra Vladimir l-Ażerbajġan, mill-Balkani kifl-Iżlanda, ukoll it-Turkija bdiet in-negozjati sabiex membru sħiħ tal- biex jiddiskutu dan il-forum kija u n-Norveġja, bil-preżenna qegħdin f’pożizzjoni politika ġdida jista’ jibdaPutin. jit- issir sal-aktar laqgħa li hija misFuq kollox, dan is-summit serva qal sabiex jagħti ta’ Georgia, l-Ażerbajġan, pajjiżi u din n-Norvegja, ta’ dawn l-aħħar Unjoni Ewropea. din issir fima żmien qasir, Minn jaf jekk biex tiffunzjona kif suppost, li permezz l-għaq- bil-preżenza Is-suċċess ta’ Jekk din l-ewwel xulxin. za ta’ dawn l-aħħar tnejn tkun na aktarb’saħħtu b’saħħitha biex tinkejjel minn meta se ssir it-tietennija fil-kalendarju ta’ din messaġġ ta’ appoġġ tnejn tkun ta’ importanti kbira.kif Dan minħabba dan jindika li l-membri qegħdin ifittxu dan mill-Balkani ukoll it-Tur- laqgħa din użat diversi riżorsi tal-is- lill-Ukrajna da ġdida,f’dan l-Ewropa u l-Ukrajfi ħdan din l-għaqda il-ħolma ta’il-Macron twassalx ta’ importanti kbira. Dan il-mument daqshekk diffiċli. Matul l-intervent li n-Norveġja li jista’ ni jgħin ħafna lipolitika forum sabiex jiddiskutu mal-għaqda xulxin. Minnjiġifieri jaf jekk r-raba’ waħtemm il-gwerra. laqgħa mistennija ssirjibda kija pajjiż u n-Norveġja, bil-preżentess Unjoni Ewropea biex ap- na qegħdin f’pożizzjoni ħaf- huwa ġdida jista’ jitsal-aktar laqgħa li hija mistieghu ġiet li semmejna aktar ‘il fuq, il-President lill-pajjiżi l-oħran-Norveġja minħabba l-krizi tal-energija il-ħolma ta’ Macron twassalx sal-aktar laqgħa li za ta’ dawn l-aħħar tnejn tkun puntu organizzata l-ewna aktar b’saħħitha biex tinminħabba li minn meta se ssir it-tieMatul dawn il-laqgħat sar fil-Moldova,kejjel pajjiż li flimkien tennija fil-kalendarju din da li hija skedata li ssirta’fl-InZelensky qal li permezz ta’ din l-għaqda ġdida, filwaqt li t-Turkijata’għadha ma ddikjaratx ruħha hija mistennija fil-kalendarju ta’ din l-għaqda importanti kbira. Dan wel sessjoni fir-Repubblika temm il-gwerra. ni laqgħa li mistennija ssir l-għaqda jiġifieri r-raba’ waħhuwa pajjiż li jista’ jgħin ħaf-Putin.mal-Ukrajnajiġifieri ħafna tibdil ta’ f’pożizzjoni ideat ħafna bdiet in-negozl-Ewropa aktar u l-Ukrajna qegħdin kompletament kontra Vladimir r-raba’ wahda li hija gilterra? skedata li ssir ġewwa Ċeka. Fil-fatt, l-inviti lillMatul dawn il-laqgħat sar minħabba li n-Norveġja fil-Moldova, pajjiż li flimkien da li hija skedata li ssir fl-Inaktar b’saħħitha sabiex tintemm il-gwerra. l-Ingilterra? mexxejja Ewropej biex jatten- ħafna aktar tibdil ta’ ideat huwa pajjiż li jista’ jgħin ħaf- mal-Ukrajna bdiet in-negoz- gilterra? du għal-laqgħa ta’ ftit jiem ilu, kienu ntbagħatu minn ħadd ħlief Charles Michel, li huwa l-President tal-Kunsill Ewropew.
Truss tdiddel il-ħsieb Sa ftit qabel il-jum li fih kellha ssir l-ewwel laqgħa tal-Komunità Politika Ewropea, il-preżenza ta’ Liz Truss, il-Prim Ministru Ingliż, kienet għadha dubjuża, minkejja li Boris Johnson, il-predeċessur tagħha kien tant favur ta’ din l-għaqda ġdida li kważi kien pprova jieħu l-mertu tattwaqqif tagħha. Wisq probabbli, Truss kienet qiegħda tistenna li tgħaddi l-elezzjoni għall-ħatra tal-mexxej tal-Partit Konservattiv biex tikkonferma l-preżenza tagħha. Dan minħabba li ġewwa ħdan il-Partit Konservattiv Ingliż għad hemm element qawwi ta’ op-
12
EKONOMIJA | 15 ta’ Ottubru 2022
Il-Ħadd 18 ta’ Settembru 2022 | 11