Ekonomija 8

Page 1

#08

3 ta’ Lulju 2021

Il-Greylisting tal-FATF għaliex u xi jf isser? p3 | Is-Settur Turistiku p9 | L-istrateġija tal-Gvern 2021 – 2031 p15

Nota mill-Edituri

Omar Vella

Warren Farrugia

L

-aħbar ta’ ftit jiem ilu li l-FATF poġġiet lil Malta fillista l-griża ħawdet bosta mħuħ tant li kien hemm min qal li ekonomikament waqgħet iddinja għal Malta filwaqt li oħrajn sostnew li d-deċiżjoni li Malta tpoġġiet taħt skrutinju qawwi mhux se jkollu effett dirett immedjat fuq diversi setturi li joperaw fl-ekonomija Maltija. It-tieni argument joħroġ ċar minn dak li stqarrew Aġenziji ta’ Kreditu awtorevoli li lkoll saħqu li f’dawn l-aħħar snin pajjiżna għamel passi kbar bir-riformi li wettaq kontra l-ħasil tal-flus, l-attivitajiet li jiffinanzjaw itterroriżmu u l-evażjoni tat-taxxi. F’dan ir-rigward diġà saret ħidma amministrattiva biex din il-prassi ta’ dikjarazzjonijiet mhux reali tkun indirizzata bl-iktar mod qawwi. Kumplimentari għal din hemm ukoll l-impenn li jinqatgħu l-abbużi jew aħjar, il-frodi f’dawk li huma benefiċċji soċjali tant li minn dak li ġie rappurtat diġà nqabdu 2,243 persuni li bejn is-snin 2018 u 2020 bejniethom iffrodaw lidDipartment tas-Servizzi Soċjali aktar minn €7 miljuni. Imma f’dan kollu, l-iktar li jagħmel sens għall-andament ekonomiku ta’ Malta hu dak li sostniet l-aġenzija ta’ kreditu Amerikana, Fitch Ratings li stqarret li tistenna li l-impatt totali tat-tpoġġija ta’ Malta filLista Griża se jkun imċekken bi pjan ta’ miżuri ta’ kontingenza u wkoll bis-saħħa finanzjarja li għandhom il-banek lokali. F’dan il-kuntest hemm diġà l-garanzija tal-Prim Ministru lin-negozji leġittimi fis-sens illi dawn m’għandhomx għalfejn jinkwetaw mill-ħidma Gvern li ma jittollerx iktar abbużi. Dan il-ħidma tal-Gvern tirrifletti l-impenn diġà dikjarat mal-FATF illi se jiġu indirizzati mingħajr dewmien id-defiċjenzi misjuba bl-ikbar ħidma se tkun kontra l-evażjoni tat-taxxa u kontra s-sistemi użati biex jiġu maħsula u mnaddfa flus li jkunu daħlu minn attivitajiet illeċti. Kemm dan kollu qed jittieħed bisserjetà u kemm verament qed jiddaħħlu iktar miżuri jidher millinvestiment kbir li diġà sar u se jkompli jsir fl-istituzzjonijiet bħalma huma l-FIAU u l-MFSA li qegħdin hemm biex jgħassu kontra l-ħasil ta’ flus, l-iffinanzjar tat-terroriżmu u l-evażjoni tat-taxxa.


2

EKONOMIJA | 3 ta’ Lulju 2021

X’inhu r-rwol tagħna? Il-Bank Malti tal-Iżvilupp twaqqaf fl-2017 biex ikun ta’ għajnuna fl-iżvilupp soċjali u ekonomiku tal-pajjiż. Ħafna drabi biex awtorità jew kumpanija privata twettaq proġett infrastrutturali kbir, jew biex kumpanija żgħira tiftaħ qasam ta’ ne negozju ġdid jew tipprova timraħ fi swieq ġodda, ikun hemm bżonn ta’ investiment finanzjarju sostanzjali. Normalment, dawn l-awtoritajiet jew kumpaniji, se jfittxu li jissellfu parti minn dan linvestiment mal-banek tradizzjonali. Għalkemm is-sistema finanzjarja ta’ pajjiżna hi mill-aktar b ’saħħitha, xi kultant il-banek mhux dejjem ikunu lesti jidħlu għal proġetti bħal dawn. Dan iseħħ għaliex jista’ jkun li minkejja l-idea tal-proġett tkun waħda tajba, il-banek iħossu li f ’dak il-mument, ir-ritorn fuq dak l-investiment ma jkunx jiġġustifika r-riskju li jkunu se jidħlu għalih. Hu hawnhekk li jidħol l-MDB – billi jara fejn huma dawn is-setturi, u fejn hemm bżonn joffri skemi ta’ finanzjament, inkluż garanziji, biex dawn it-tip ta’ proġetti, ikunu jistgħu jsiru realtà.

Liema tip ta’ proġetti jiffinanzja l-MDB? L-MDB jagħti l-għajnuna tiegħu lil dawk l-investimenti li jagħtu kontribut lill-iżvilpp ta’ pajjiżna, b’mod partikolari fejn ikollhom laqta soċjali, ambjentali u sostenibbli. In-negozji żgħar u medji (SMEs) bħala l-fulkru tal-ekonomija Maltija huma settur importanti ħafna għall-MDB. Għal dan l-għan, il-Bank introduċa skemi li jippermettu lill-imprendituri żgħar iwettqu l-ħolm tagħhom f ’realtà, b ’investimenti ġodda f ’fabbriki, kumpaniji tal-IT, ċentri ghallħarsien tat-tfal, investiment digitali u ħafna oħrajn. Permezz tal-iskema SME Invest, l-MDB jgħin lin-negozji fi proġetti ta’ investiment kapitali billi jipprovdilhom aċċess aktar faċli għal finanzjament billi jnaqqsilhom l-ammont meħtieġ li jkollhom jagħmlu tajjeb għalih huma biex jidħlu għal dan l-investiment.

X’inhu r-rwol tal-MDB waqt il-pandemija tal-Covid-19? L-akbar sfida li sabu ma’ wiċċhom bosta negozji bid-daqqa ekonomika li ġabet magħha l-pandemija kienet dik ta’ cash flow. Għalhekk, l-MDB introduċa skemi li jipprovdu garanziji biex sidien ta’ negozju jissellfu mill-banek lokali biex ikollhom il-likwidità meħtieġa biex iħallsu l-pagi, kirjiet, kontijiet tad-dawl u spejjeż oħra immedjati.

mdb.org.mt

Din l-għajnuna waslet għand mijiet ta’ intrapriżi Maltin u Għawdxin li permezz tagħha setgħu jibqgħu għaddejjin f ’dan iż-żmien ta’ sfidi, u b’hekk ġew salvati eluf ta’ impjiegi madwar il-pajjiż


3 ta’ Lulju 2021 | EKONOMIJA

Il-Greylisting tal-FATF għaliex u xi jfisser? Ftit tal-jiem ilu ġie mħabbar li Malta ġiet greylisted mill-FATF, liema deċiżjoni qajmet furur, anke wara li fl-aħħar xhur rajna diversi riformi jsiru kemm mill-Gvern kif ukoll mill-privat f’dan ir-rigward. “Imma wara r-riformi kollha li saru, kif jista’ jkun li xorta waħda ġejna greylisted bħala pajjiż, meta ħafna pajjiżi oħrajn huma bil-qabda agħar minna?” ġejt mistoqsi dan l-aħħar.

It-tweġiba għal din il-mistoqsija ngħatat mill-FATF stess, f’konferenza stampa fejn fiha ġew elenkati tliet raġunijiet għaliex Malta ġiet greylisted. L-ewwel raġuni f’dan ir-rigward kienet li hemm bżonn aktar trasparenza fejn tidħol l-informazzjoni tal-benefiċjarji dwar issidien ta’ kumpaniji reġistrati Malta. Ittieni u t-tielet raġuni mill-banda l-oħra huma relattivament simili ta’ xulxin. Infatti l-FATF saħqet li hemm bżonn ikun hemm aktar użu tal-intelliġenza miġbura millFIAU li tintuża mill-awtoritajiet biex jiġu miġġielda l-evażjoni tat-taxxa u l-ħasil tal-flus. Apparti hekk, l-FATF saħqet ukoll li hemm bżonn li l-FIAU jiffoka iżjed fuq investigazzjonijiet kriminali li għandhom x’jaqsmu mal-evażjoni tat-taxxa u l-ħasil tal-flus. Fejn jidħol l-FIAU, nafu li dan il-unit fl2013 kien magħmul biss minn ħmistaxil persuna, u li huwa previst li sal-aħħar ta’ din is-sena, dan in-numru jitla’ għal mija tmienja u ħamsin (158). Voldieri fi tmien snin, ir-riżorsa umana ta’ dan ilunit se tkun żdiedet b’aktar minn 1000%. Il-qabża f’dan ir-rigward hija waħda eċċellenti, issa li jmiss però, huwa li din il-qabża fin-numri twassal għal aktar infurzar u riżultati. Dan iġibni għat-tieni punt li nixtieq nitkellem fuqu, u dan huwa l-evażjoni tattaxxa. Malta, l-evażjoni tat-taxxa għal snin twal sfortunatament kienet ikkunsidrata bħala xi ħaġa li jagħmilha kulħadd. Xi ħaġa li mhux se taqa’ d-dinja jekk issir. Ikkunsidrata parti mill-ħajja normali nażżarda ngħid, tant li l-għajdut huma li anke l-professjonisti ma jiddikjarawx id-dħul taxxabli kollu biex jiggwadanjaw permezz tal-evażjoni tat-taxxa. Jidher li dawn l-aħħar snin, grazzi anke għallMoneyVal u l-FATF infaqatilna l-bużżieqa f’dan ir-rigward. Ibda biex, li l-ħasil tal-flus u l-evażjoni tat-taxxa huma konnessi. Mis-sena li għaddiet bdejna naraw li nies li ttellgħu l-qorti kriminalment fuq l-evażjoni tat-taxxa, bdew jiġu mixlija wkoll bilħasil tal-flus. Tkellimt ma’ ħafna nies li ħassewhom ixxukjati meta ġara dan, forsi anke għax din kienet l-ewwel darba li dan l-argument beda jintuża Malta. Irridu naċċettaw però li anke jekk din kienet xi ħaġa ġdida għal Malta, għal pajjiżi oħrajn mhijiex.

3

Dr Brendan Zerafa

Irridu niftakru però li Kapitolu 373 talliġi Maltija, li jirrigwardja l-ħasil tal-flus, jgħid li fost l-oħrajn, il-ħasil tal-flus ifisser: (1) “il-konversjoni jew trasferiment ta’ proprjetà meta wieħed ikun jaf jew jissuspetta li dik il-proprjetà tkun direttament jew indirettament inkisbet minn, jew mir-rikavat ta’, attività kriminali” u (2) “il-ħabi jew wiri ħaġa b’oħra tal-veri xorta, provenjenza, lok, dispożizzjoni, moviment ta’ jeddijiet rigward, fi jew fuq proprjetà, meta wieħed ikun jaf jew jissuspetta li dik ilproprjetà tkun inkisbet direttament jew indirettament minn attività kriminali”. Xi jfisser dan? Dan ifisser li anke flejjes jew proprjetà li jkunu ġew mill-evażjoni tat-taxxa, huma suġġetti għall-ħasil talflus, għaliex tabilħaqq li l-evażjoni tattaxxa hija attività kriminali wkoll! Imma dan ma jfissirx li jekk dan it-tragward jiġi implimentat mija fil-mija, ikollok mijiet u eluf li jispiċċaw jitressqu l-qorti? Ngħiduha kif inhi, jekk l-għidut li tisma hemm barra huma veritieri, jiġifieri li kulħadd jevadi t-taxxa left, right and centre, mela iva, ifisser li wisq probabbli, apparti li dawn in-nies ikkonċernati qegħdin jagħmlu reat ta’ evażjoni tattaxxa, qegħdin jagħmlu reat ta’ ħasil talflus ukoll. Dan iġibni għall-aħħar punt tiegħi: x’se jfisser il-greylisting għal Malta? Bla dubju ta’ xejn se jfisser aktar riformi li ser ifissru aktar compliance. Se jfisser ukoll li l-Gvern u l-privat iridu jiffokaw parti sostanzjali bir-riżorsi tagħhom f’dan irrigward. Imma fl-aħħar nett, se jfisser ukoll li l-evażjoni tat-taxxa tibda tittieħed bis-serjetà, u tinqata’ darba għal dejjem minn pajjiżna, jekk irridu li ma nibqgħux fuq il-lista l-griża. Huwa importanti li dan kollu ikun jafu kulħadd mhux il-gvern u l-professjonisti biss. Iva, l-evażjoni tattaxxa hija reat kriminali, u iva, jekk tevadi t-taxxa probabbilment kapaċi tispiċċa taħsel il-flus.

... flejjes jew proprjetà li jkunu ġew mill-evażjoni tat-taxxa, huma suġġetti għallħasil tal-flus ...


4

EKONOMIJA | 3 ta’ Lulju 2021


3 ta’ Lulju 2021 | EKONOMIJA

5

Inħarsu ’l quddiem u nkomplu nibnu fuq ir-riformi

Dr Jonathan Attard

L-eżitu tal-vot tal-FATF kien wieħed inġust għall-aħħar filkonfront ta’ pajjiżna u dan in vista tar-riformi kbar li twettqu minn Gvern Laburista. Madanakollu l-agħar ħaġa li jista’ jsir fiċ-ċirkostanzi huwa li nissuppervjaw. Għall-kuntrarju għandna bħala pajjiż nibqgħu ffukati aktar minn qatt qabel u nkomplu nibnu fuq il-ħafna riformi li diġà kienu implimentati u dan għaliex dak li twettaq u għadu qed jitwettaq, sar minn Gvern li b’konvinzjoni jemmen f’pajjiż modern b’governanza aktar b’saħħitha.

Il-Partit Laburista storikament mhuwiex il-partit tal-qtugħ il-qalb imma huwa l-partit tal-kuraġġ u l-ottimiżmu. Din is-sitwazzjoni li żviluppat bl-eżitu talvot tal-FATF għandu toffrilna sfida ġdida, liema sfida kif qalilna l-Prim Ministru Robert Abela għandha timla fina sens ta’ determinazzjoni li nkomplu nagħmlu l-ġid. Diskors il-Prim Ministru huwa altru minn narrattiva politika, imma huwa affermazzjoni msejsa fuq ilkredibilità. Kemm ilu li ġie fdat bit-tmexxija tal-pajjiż, ilGvern ta’ Robert Abela ma waqafx jiffaċċja sfidi, inkluż sfidi li ħadd ma kien qiegħed jantiċipa u li ħadd ma kellu esperjenza ta’ kif jitrattahom, bħal pandemija. Il-poplu assista għal Gvern li wera kif għandu jaħdem f’kuntest ta’ pandemija u llum pajjiżna huwa kkunsidrat bħala katalist ta’ kif mexa f’dawn iċ-ċirkostanzi bla preċedent, b’tali mod li llum qed inħarsu lejn irkupru ekonomiku li se jkun wieħed b’saħħtu u f’livell rapidu. Għala l-eżitu tal-FATF kien inġust? Mill-ħatra ta’ Robert Abela bħala Prim Ministru, ilgovernanza saret waħda mill-pilastri ewlenin tattmexxija tal-Gvern u mill-viżjoni ekonomika għaż-żmien li ġej. L-ewwel sfida li kellu quddiemu Gvern Laburista kienet l-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjoni li saru millKummissjoni Venezja, fejn wara biss ftit xhur mill-ħatra ta’ Robert Abela bħala Prim Ministru tressqu u kienu approvati xejn anqas minn għaxar abbozzi ta’ liġijiet favur riformi Kostituzzjonali u istituzzjonali quddiem ilParlament. Bi kliem ċar, il-Kummissjoni Venezja kienet ikkummentat dwar il-ħeffa tal-proċess leġiżlattiv, li sitta minnhom kienu anke jeħtieġu l-vot taż-żewġ terzi filParlament. Malta għaddiet ukoll mit-test tal-MoneyVal, fejn kienu implimentati 55 azzjoni fi żmien qasir minn 58 action point identifikati fir-rapport maħruġ fl-aħħar tal-2019. It-tibdil leġislattiv li twettaq kien wieħed impressjonanti u l-istess Moneyval tat ċertifikat ta’ eċċellenza lil pajjiżna. Għaldaqstant, l-eżitu tal-vot kien wieħed inġust għal pajjiżna. Inħarsu ’l quddiem b’ottimiżmu Il-poplu għandu jħares ’il quddiem b’ottimizmu u b’qalb qawwija u dan għaliex jaf li huwa mmexxi minn Gvern li jħobb lil pajjiżu, jaf kif għandu jaħdem u fuq kollox kulħadd jaf fejn qiegħed miegħu. Il-Partit Laburista millGvern għandu ambizzjoni ċara li dan il-pajjiż inkomplu ntellgħuh ’il fuq. Il-poplu aktar minn qatt qabel qiegħed jabbraċċa s-sens ta’ għaqda nazzjonali li rnexxielu jżomm il-Gvern b’ħidmietu fl-ispirtu ta’ Tim Malta. Aktar minn qatt qabel qed naraw ukoll l-Oppożizzjoni Nazzjonalista tiżola ruħha fl-irrilevanza u dan għaliex b’għemilha qed tkompli turi kemm ma nbidlitx u għadha ma fehmet xejn dwar dan is-sens ta’ għaqda nazzjonali. L-isfida li għandna quddiemna se tiġi solvuta. Nemmen dan għaliex jien, bħal ħafna oħrajn, nafu li l-poplu flimkien mal-Gvern se jaħdem qatigħ flimkien. Konvint li l-Gvern se jkompli jieħu dil-kwistjoni bis-serjetà u bl-istess impenn li ffaċċja sfidi oħra, se jidħol għal dan l-impenn biex f’din l-isfida noħorġu ċertifikat ta’ eċċellenza ieħor għal pajjiżna.


6

EKONOMIJA | 3 ta’ Lulju 2021

Ir-Relevanza tal-Union fl-ekonomija tal-lum

Krystabel Galea

L-impjiegi f’Malta żdiedu fit-Tieni Gwerra Dinjija meta l-gvern Brittaniku beda jħaddem ħafna Maltin ġewwa t-tarzna. L-Ingliżi kienu jittrattaw lill-ħaddiema Maltin b’mod abbużiv. Dan wassal lil Reggie Miller jikkonvinċi numru żgħir ta’ ħaddiema biex jingħaqdu flimkien u jaħdmu għad-drittijiet tagħhom u biex itejbu l-kundizzjonijiet fuq ilpost tax-xogħol.

M

ill-1943 sal-lum inbidlu ħafna affarijiet relatati mal-postijiet tax-xogħol u x-xogħlijiet filgżejjer tagħna. Ix-xogħol manwali m’għadux jiddomina l-industrija Maltija. Illum il-ġurnata 56% tal-ħaddiema huma professjonisti fil-qasam tasservizzi. L-iżjed industrija b’domanda kbira għall-ħaddiema huma kumpaniji tal-gaming, kumpaniji finanzjarji, farmaċewtiċi, turistiċi u dawk legali. Web Designers u IT Specialists xejn anqas. Dawn ix-xogħlijiet jirrikjedu persuni speċjalizzati fis-suġġett li huwa possibbli bi snin twal ta’ studju u taħriġ. Dawn ilħaddiema u ħaddiema oħrajn bħal avukati u nutara jissejħu professjonisti. Il-Union l-ewwel li fetħet il-bibien tagħha kienu għall-ħaddiema manwali. Għalkemm illum ilġurnata hawn iżjed ħaddiema professjonisti minn dawk manwali, però l-Union baqgħet dejjem tikber u tevolvi. Dan kien possibbli għaliex matul is-snin adattat għall-bidliet u għadha tagħmel l-istess sallum il-ġurnata. Illum il-ġurnata l-profil tal-membru nbidel kompletament. Għandha persentaġġ għoli ta’ membri li huma professjonalisti u n-numru qiegħed dejjem jikber. 30% tal-membri huma nisa, madwar 5,000 membru li ġejjin minn pajjiżi terzi, u għandna oħrajn ġejjin mill-pajjiż tal-Unjoni Ewropea. Matul dawn ix-xhur tal-pandemija rajna żieda ta’ ħaddiema jissieħbu minħabba abbużi

li bdew issofru fuq il-post tax-xogħol li ma kinux organizzati fi ħdan il-Union.

illeġali biex jippruvaw itaffu t-tbatija mentali li jkunu għaddejjin minnha. Dawn il-ħaddiema jitqiegħdu taħt pressjoni kbira biex jilħqu mira ogħla.

Dan iż-żmien tant delikat u sensittiv qed jiddefinixxi l-kobor tal-GWU hekk kif qiegħda tkun proattiva u taħdem biex dak miksub matul iż-żminijiet ma jispiċċax jintilef. F’kull kriżi ż-żgħir għandu bżonn aktar min jiddefendi d-drittijiet tiegħu u jipproteġih minn abbużi. Barra hekk diversi drabi apparti ħafna ħaddiema, anke employers qed iduru fuq l-Union biex jistaqsu dwar id-drittijiet u l-obbligi tagħhom. Il-ħolqien ta’ forom ġodda ta’ xogħol ġab ukoll domanda ġdida għas-servizzi tal-Union.

Ix-xogħlijiet inbiddlu u magħhom inbiddlu r-responsabbiltajiet tal-ħaddiema u l-kundizzjonijiet. Ħafna jaħsbu li l-professjonisti m’hemmx għalfejn ikunu f’Union. L-irwol tal-Union hija li tipproteġi lil kulħadd. Il-Union għandha snin twal ta’ esperjenza u taf il-liġijiet industrijali kollha apparti li taħdem ma’ entitajiet varji u taf minn fejn għandha tgħaddi biex toffri l-aħjar li tista’ lil kulħadd.

Irrevelanti jekk ix-xogħol ikunx manwali jew professjonali, kull xogħol jista’ jġib miegħu abbużi fuq il-ħaddiema; pagi baxxi, kundizzjonijiet ħżiena, diskriminazzjoni, abbużi sesswali u emozzjoni, fost ħafna oħrajn. Kull xogħol jeħtieġ responsabbiltajiet differenti. Fost il-ħafna sfidi li joħloq ix-xogħol, ixxogħlijiet manwali jistgħu jikkawżaw problemi fiżiċi. Mill-banda l-oħra xogħlijiet professjonali jistgħu jwasslu għall-eżawriment mentali.

Għaliex għandek tgħaddi s-snin tal-ħidma tiegħek f’kundizzjonijiet ħżiena u m’intix stmat tajjeb? Taf li ħaddiema oħra li qed jagħmlu l-istess xogħol tiegħek huma mħallsin iżjed minnek. Għaliex wara snin twal ta’ studju biex tilħaq il-grad li dejjem xtaqt tispiċċa frustratt bl-għażla li għamilt? Għaliex għandek tqatta’ ħajtek teżisti u mhux tgħix. Dan kollu jista’ jwassal biex anke jaffettwalek il-ħajja personali u familjari tiegħek.

Studji juru li 53% tal-ħaddiema professjonisti jbatu minn stress fi żmien jew ieħor matul l-impjieg tagħhom. Persentaġġ minnhom jispiċċaw jiddependu fuq ix-xorb. Is-sitwazzjoni hija iżjed inkwetanti meta ssir taf li numru minn dawn ilħaddiema jispiċċaw anke jabbużaw minn sustanzi

B’mod organizzat il-Union taħdem għal kull ħaddiem skont il-post tax-xogħol u r-responsabbiltajiet li jġib miegħu. Eżempju bażiku huwa l-ħaddiema ma jkunux jafu jekk humiex intitolati għal xi allowances skont in-natura tax-xogħol tagħhom.


3 ta’ Lulju 2021 | EKONOMIJA

Is-servizzi li toffri l-Union huwa varji u huma offruti lill-membri kollha, kemm dawk professjonali u anke manwali; • Negozjar kollettiv fuq paga u kundizzjonijiet • Involviment dirett fil-bidliet li jseħħu fil-postijiet tax-xogħol. • Parteċipazzjoni sħiħa fit-tfassil tal-politika talUnion • Pariri u servizzi legali • Rappreżentazzjoni personali u kollettiv • Saħħa u sigurtà • Ugwaljanza • Stabbilità fuq il-post tax-xogħol • Taħriġ kontinwu • Valur għall-menswalità tiegħek • Inizjattivi ta’ taħriġ għall-membri – noffru aktar minn 60 kors akkreditati minn żewġ istituzzjonijiet Fid-dinja tax-xogħol moderna l-kumpaniji qegħdin dejjem jaraw kif ħa jagħmlu iżjed xogħol b’anqas ħaddiema. Apparti minn hekk it-teknoloġija qiegħda tkompli tavvanza. Dan qed iwassal għal telf ta’ diversi xogħlijiet għaliex it-teknoloġija qiegħda tieħu post diversi ħaddiema u xogħlijiet. Mill-banda l-oħra l-Union toffri protezzjoni, stabbilità u serħan il-moħħ f’kull industrija.

7

Il-Union dejjem taħdem biex tkompli toffri iżjed drittijiet lill-ħaddiema u ttejjeb il-kundizzjonijiet fuq il-post tax-xogħol. Dan iwassal ukoll għal titjib filkwalità tal-ħajja personali tal-ħaddiema u l-familjari tagħhom; • Id-dritt li taqta’ minn dak li hu relatat max-xogħol (#therighttodisconnect) • Paga ugwali għal xogħol tal-istess valur • Id-direttiva dwar il-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata • Living income • Pay Transparency • Differenza fil-paga bejn is-sessi (gender pay gap) • Id-dritt li l-ħaddiema kollha jkunu membri f’Union tal-għażla tagħhom • Ħaddiema jaħdmu fuq pjattaformi (apps) L-unità u d-diversità huma żewġ valuri importanti ħafna għall-Union. “L-unità hija s-saħħa u d-diversità hija l-qawwa tagħna.” Hekk temmen Kamala Harris, l-ewwel Viċi President femminili Amerikana.

Fid-dinja taxxogħol moderna l-kumpaniji qegħdin dejjem jaraw kif ħa jagħmlu iżjed xogħol b’anqas ħaddiema.


8

EKONOMIJA | 3 ta’ Lulju 2021

PROĠETTI AMBJENTALI F’ĦAŻ-ŻEBBUĠ

VJAL IL-ĦELSIEN INVESTIMENT TA’ €200,000 Ì Twaħħil ta’ parkeġġ għar-roti

Ì Tħawwil ta’ siġar

Ì Twaħħil ta’ sinjali ġodda

Ì Bini ta’ konok ġodda

TRIQ IT-12 TA’ MEJJU INVESTIMENT TA’ €15,000 Ì Tneħħija ta’ speċi aljeni invażivi u materjal ieħor Ì Tħawwil ta’ siġar u arbuxelli Ì Twaħħil ta’ sinjali ġodda Ì Tisbiħ ta’ soft areas Ì Twaħħil ta’ bankijiet

ĠNIEN VERTIKALI INVESTIMENT TA’ MADWAR €30,000 Ì Ġnien vertikali mal-iskola primarja, Kulleġġ San Injazju


3 ta’ Lulju 2021 | EKONOMIJA

Is-Settur

turistiku N

aħseb kulħadd jaqbel li s-settur turistiku, għal dawn l-aħħar snin, kien wieħed mill-muturi ewlenin għall-ekonomija Maltija, u mhux ta’ b’xejn li l-pandemija wasslet sabiex il-waqfa b’mod ħesrem ta’ dan is-settur, tħalli impatt drastiku fuq l-andament ekonomiku u kif ukoll is-sitwazzjoni finanzjarja ta’ pajjiżna. Ta’ min jgħid li sa qabel il-pandemija, dan is-settur kien qiegħed jespandi b’rata fenominali minn żmien il-kriżi finanzjarja lil hawn. Avolja persważ li kulħadd konxju tal-importanza li għandu s-settur turistiku, ta’ min jinnota li dan iħalli effetti pożittivi kemm diretti u kif ukoll indiretti fuq l-ekonomija ta’ pajjiżna. Eżempju ta’ dan huwa jekk pereżempju nieħdu n-nefqa totali ta’ turist partikolari li tammonta għal €1,000 ġewwa pajjiżna. L-analiżi ekonomika ta’ din in-nefqa tibda billi l-ewwel tħares lejn l-effett indirett ta’ din in-nefqa u tanalizza sew il-prodott u/ jew servizz li jkun qiegħed jiġi offrut. Jekk dan il-prodott ikun

Kearon Bruno

importanti, mela hemmhekk, l-effett indirett se jkun inqas milli kieku l-prodott kien manifatturat lokali. Dan b’hekk juri li f’ċertu każijiet, l-effett indirett jirriżulta f’dawk li insejħulhom ‘leakages’ minħabba l-każ li għadni kif semmejt. Huwa għalhekk li ħafna ekonomisti jisħqu fuq l-importanza tal-kejl marbut mal-valur miżjud ta’ kull settur. Dan iwassal għall-importanza u s-saħħa li kellhom diversi miżuri, relatati mas-settur turistiku u li b’kollox jammontaw għall-aktar minn €20 miljun ewro, li ġew imħabbra mill-Ministru tat-Turiżmu Clayton Bartolo u li l-intenzjoni tagħhom hu li jservu ta’ stimolu biex dan is-settur jerġa’ jirpilja mill-aktar fis possibli. Dawn l-inċentivi fil-forma ta’ stimoli finanzjarji ġew introdotti sabiex jservu kemm bħala eżerċizzju ta’ PR għall-pajjiżna – speċjalment meta wieħed jikkunsidra l-attenzjoni pożittiva li ġabu fuq pajjiżna numru ta’ miżuri li kienu indirizzati sabiex jolqtu b’mod dirett lit-turist – u kif ukoll inċentivi biex dawk is-setturi li l-mudell ekonomiku tagħhom jibbaża fuq it-turist, jerġgħu jieħdu l-ħajja. Ta’ min iżid ukoll li dawn l-istess miżuri niżlu tajjeb ħafna mal-operaturi lokali u fil-fatt l-‘uptake’ tagħhom kien wieħed konsiderevoli.

Inħares ‘il quddiem sabiex flimkien bħala poplu ddixxiplinat u blisforzi kollha mill-awtoritajiet tas-saħħa, negħlbu din il-pandemija u nkomplu ninvestu f’settur turistiku sostenibbli li jkompli jsaħħaħ u jikkonsolida l-andament ekonomiku ta’ pajjiżna u kif ukoll jipprovdi numru ta’ xogħlijiet u karrieri ġodda.

9


10

EKONOMIJA | 3 ta’ Lulju 2021


3 ta’ Lulju 2021 | EKONOMIJA

X’jista' jfisser għal Malta li tkun fil-lista l-griża?

11

Kurt Muscat

Nhar l-Erbgħa 23 ta' Ġunju, Malta tpoġġiet fil-lista l-griża mill-Financial Action Task Force (FATF). Il-lista griża tal-FATF tidentifika pubblikament il-pajjiżi b’defiċjenzi strateġiċi firreġimi tal-AML/CFT tagħhom (jiġifieri, fil-politiki tagħhom biex jipprevjenu l-ħasil tal-flus u l-iffinanzjar tat-terroriżmu). Ħafna jemmnu li se jkun hemm xi tip ta' impatt fuq l-ekonomija Maltija, madankollu ħafna jbatu biex jikkwantifikaw dan l-impatt. Fis-27 ta' Mejju, il-Fond Monetarju Internazzjonali (IMF) ppubblika riċerka1 dwar kif jiġu affettwati l-pajjiżi li huma elenkati fil-lista il griża. Allura, x’kienu l-effetti tal-elenkar griż fuq pajjiżi oħra fil-passat u kif se tiġi affettwata Malta? L-effett tal-elenkar fil-lista l-griża fuq id-dħul totali talkapital huwa 7.6 fil-mija kull kwart tas-sena, li jfisser li bħala medja d-dħul kapitali ta' pajjiż huwa mistenni li jonqos b’7.6 fil-mija tal-prodott gross domestiku (PGD) fil-kwart tas-sena li fih il-pajjiż huwa elenkat bil-griż. F’95 fil-mija tal-każijiet, it-tnaqqis huwa bejn 10.6 fil-mija talPGD u 4.6 fil-mija tal-PGD, li jfisser li ħafna mill-pajjiżi jesperjenzaw tnaqqis f’din il-firxa meta jkunu elenkati fil-lista l-griża. Nimxu lejn komponenti differenti tal-flussi tal-kapital, l-effett tal-elenkar fil-lista l-griża fuq l-influss talinvestiment dirett barrani (FDI) huwa stmat li huwa negattiv 3.0 fil-mija tal-PGD u l-effett fuq il-fluss talportafoll huwa stmat li huwa negattiv 2.9 fil-mija talPGD. Meta wieħed iħares lejn kategoriji differenti ta' flussi oħra, l-impatt stmat tal-elenkar fil-lista l-griża huwa l-akbar għal flussi tas-settur mhux uffiċjali (negattiv 3.8 fil-mija tal-PGD). Il-flussi tas-settur bankarju huma kemmxejn inqas affettwati b’mod negattiv minn flussi privati oħra (mhux bankarji) (tnaqqis ta’ 2.0 fil-mija talPGD u tnaqqis ta’ 2.4 fil-mija tal-PGD). Il-flussi tas-settur uffiċjali huma l-inqas affettwati severament (tnaqqis ta’ 0.9 fil-mija tal-PGD). L-effett jinħass għal bejn wieħed sa tlieta kwarti tas-sena. Allura, x’se jkun l-effett fuq Malta? Jekk wieħed jibbaża fuq ir-rapport tal-IMF wieħed jista' jikkonkludi s-segwenti. Fl-2019, il-PDG totali ammonta għal €13,208.5 miljun li huwa ugwali għal €3,302 miljun għal kull kwart tas-sena (jekk wieħed jassumi li l-PDG huwa ugwali fl-erba’ kwarti tas-sena kollha). Meta nieħdu t-tnaqqis medju ta’ 7.6 fil-mija tal-PGD, it-tnaqqis fl-FDI għal Malta fil-kwart tas-sena li jmiss għandu jammonta għal €251 miljun (il-FDI medju kull kwart tas sena fl2019 ammonta għal €819 miljun). Jekk min-naħa l-oħra jittieħed l-impatt massimu ta’ 10.6 fil-mija tnaqqis, it-tnaqqis fl-FDI jammonta għal €350 miljun filwaqt li l-impatt minimu ta’ 4.6 fil-mija jirriżulta fi tnaqqis ta’ €152 miljun. Is-setturi li se jintlaqtu l-iktar huma, Attivitajiet Finanzjarji u ta' Assigurazzjoni (87 fil-mija tat-tnaqqis) segwiti minn Trasport, Akkomodazzjoni u Attivitajiet ta’ Proprjetà Immobbli (6 fil-mija tat-tnaqqis). Għalhekk, fuq il-bażi tar-rapport imsemmi mill-IMF jidher li l-impatt fuq l-ekonomija Maltija għandu jkun wieħed sostanzjali, speċjalment fl-ewwel kwart tas-sena mill-elenkar fil-lista l-griża bejn Lulju u Settembru 2021.

Min-naħa l-oħra fit-23 ta’ Ġunju, il-Ministru tal-Finanzi, Clyde Caruana, iddikjara li ma jarax għala l-miri u l-previżjonijiet tat-tkabbir ekonomiku li kienu mħabbra mill-Gvern aktar qabel għandhom jinbidlu. Intant, l-aġenzija tal-kreditu Fitch, fi stqarrija tat-30 ta’ Ġunju, semmiet li l-fatt li Malta tpoġġiet fil-lista l-griża m’għandux jkollu impatt immedjat fuq ir-rating ta’ Malta u allura kkonfermat ir-rating ta’ A+ fuq id-dejn nazzjonali. Fitch isemmgħu r-riskju fuq ir-reputazzjoni ta’ Malta li jista' jwassal għat-tnaqqis fl-investiment barrani jew anke saħansitra tnaqqis fl-investimenti preżenti fejn naraw il-kapital jitlaq minn Malta. Fitch isostni li allura l-effettività ta’ kemm l-awtoritajiet Maltin se jirrispondu għal dak li ntqal lilhom mill-FATF se jkollu impatt fuq il-credit rating ta’ Malta. Skont Fitch, ir-riċerka turi li hemm riżultati konfliġġenti ta’ kemm pajjiż li jispiċċa fil-lista l-griża jispiċċa jsofri minn kapital u investiment li ma jiġix jew jitlaq millpajjiż. Isemmgħu fost l-oħrajn li l-fatt li l-Iżlanda tpoġġiet fil-lista l-griża fl-2020 kellu impatt ekonomiku limitat. Fitch isostnu li d-deċiżjoni tal-FATF hija waħda sinjifikanti meta wieħed iqis il-kobor tas-settur bankarju Malta. Madanakollu Fitch jikkummentaw li l-banek Maltin flimkien mal-awtorità superviżorja, kellhom żmien bizzejjed sabiex jippreparaw pjanijiet ta’ kontinġenza sabiex jassiguraw li l-infrastruttura ta’ ħlasijiet internazzjonali f’muniti barranin tibqa' għaddejja mingħajr interruzzjonijiet. Fost oħrajn, Fitch jsemmu li l-perċezzjoni dwar innuqassijiet ta’ Malta fejn tidħol il-ġlieda kontra l-ħasil talflus setgħet wasslet sabiex l-ammont ta’ Correspondent Banking Relationships (CBR) jinżlu bi kważi 20% bejn 2011 u 2019. Fitch jagħmlu referenza għal Bank of Valletta, l-akbar bank f’Malta, fejn jgħidu li dan irnexxielu jistabbilixxi arranġamenti ġodda ghal ħlasijiet fil-Dollaru Amerikan, wara li l-ING Bank u Raiffaissen waqqfu s-servizz ta’ CBR. Fitch jikkummentaw li madanakollu l-fatt li Malta tpoġġiet fil-lista l-griża jista' jwassal għal żieda fl-ispejjeż ta’ kull tranżazzjoni jew anke tnaqqis fittranżazzjoniet internazzjonali. Fitch jikkonkludu li huwa diffiċli f’dan l-istadju li huma jiddentifikaw x’se jkun l-effett ta’ dan kollu fuq l-investiment barrani f’Malta u iċ-ċaqlieq tal-kapital minn Malta. Madanakollu jekk Malta tieħu bis-serjetà t-tisħiħ tal-giovernanza tajba, is-superviżjoni tal-banek u l-ambjent li n-negozji joperaw fih, dan l-esperjenza tista' tkun waħda pożittiva għal Malta. Iż-żmien għad jagħtina parir.

https://www.imf.org/en/Publications/WP/Issues/2021/05/27/The-Impact-of-Gray-Listing-on-Capital-Flows-An-Analysis-Using-Machine-Learning-50289

1


12

EKONOMIJA | 3 ta’ Lulju 2021

Fond ta’ €100,000 għal boroż ta’ studju relatati mal-Intelliġenza Artifiċjali Greta Attard fi ħdan l-Awtorità Maltija għall-Innovazzjoni Diġitali titkellem dwar scholarship fund immirat li jħajjar aktar studju fuq l-Intelliġenza Artifiċjali

Greta Attard L-ischolarship Pathfinder MDIA Digital Scholarship ġiet stabbilità sabiex tagħti appoġġ lill-istudenti li jixtiequ jkomplu l-istudju tagħhom fl-livell ta’ Masters jew PhD f’istuzzjonijiet f’Malta, kif ukoll dawk barra minn pajjiżna. Din l-inizjattiva hija miftuħa għal kull student f’kull settur akkademiku bi speċjalizzazzjoni fl-Intelliġenza Artifiċjali. L-għan tal-Pathfinder MDIA Digital Scholarship, b’investiment ta’ €100,000 mill-fondi allokati għall-Istrateġija Nazzjonali tal-Intelliġenza Artifiċjali, hija li tassisti lill-istudenti li jixtiequ jkomplu jkabbru l-istudju akkademiku tagħhom fis-settur tal-Intelliġenza Artifiċjali u kif ukoll sabiex nkunu nistgħu nkabbru l-industrija Maltija u nsaħħu l-kapaċitajiet taċ-ċittadini Maltin f’dan is-settur tant vast, applikabli u interessanti.

L-ischolarship mhux biss miftuħ għall-istudenti li huma interessati li jagħmlu Masters jew PhD fl-Intelliġenza Artifiċjali jew fis-settur teknoloġiku, iżda wkoll għal studenti oħra. Ir-riċerka urietna kemm hi versatili l-Intelliġenza Artifiċjali għaliex din it-tekonoloġija tista’ tiġi integrata f’ħafna setturi. Insemmi xi eżempji, bħal fil-liġi fejn wieħed jista’ jispeċjalizza fil-liġi teknoloġika speċifikament fuq l-leġiżlazzjoni li tikkonċerna l-użu tal-Intelligenza Artifiċjali; fis-settur tal-bioinformatika fejn bis-saħħa tal-Intelliġenza Artifiċjali, bl-użu ta’ machine learning, qed isuru riċerki ta’ skoperti tal-mediċina. Nieħdu s-settur tal-logħob diġitali fejn din t-teknoloġija tista’ tintuża sabiex jitqalu l-livelli tal-logħob skont il-ħila tal-plejer; fl-inġinerija fejn l-Intelligenza Artifiċjali tintuża sabiex tagħmel simulazzjoni ta’ ċertu proċessi u kif ukoll fil-lingwistika sabiex l-lingwi jiġu diġitalizzati. Dan talaħħar diġà nafu li permezz tal-Istrateġija Nazzjonali tal-Intelligenza Artifiċjali qed jiġu ffinanzjati proġetti sabiex tiġi diġitalizzata l-lingwa Maltija permezz ta’ proċessar tal-Malti mitkellem u miktub.

Kull student li japplika huwa intitolat għal fondi sa massimu ta’ €10,000 matul l-istudju tiegħu, sew jekk huwa fuq bażi full-time jew dak part-time. Dawn il-fondi jkopru 80% tat-tuition fees; ilbench fees kollha u għall-istudenti li jixtiequ jagħmlu Masters jew PhD b’mod full-time għandhom ukoll study allowance ta’ €3,600 fis-sena. L-applikanti li huma eliġibili għal din l-ischolarship huma dawk li se jsegwu kors ta’ livell ta’ Masters (MQF Level 7) u ta’ PhD (MQF Level 8) minn Awwissu 2021, f’istituzzjoni li hija rikonnoxuta mill-Malta Further and Higher Education Authority. L-istudent li japplika għall-ischolarship irid jattendi kors li għandu minimu ta’ 30 ECTS (credits) fuq l-Intelliġenza Ar-

tifiċjali filwaqt li t-teżi jew ir-riċerka finali għandu jkollha x’taqsam ma’ din t-teknoloġija. Iktar dettalji fuq din l-ischolarship jinsabu fuq is-sit tal-Awtorita’ www.mdia.gov.mt/pathfinder, fejn tista’ ssib l-linji gwida u l-formola sabiex tapplika. L-applikazzjonijiet se jibqgħu jiġu aċċettati sal-Ġimgħa 16 ta’ Lulju fis13:00. Wara dan, l-applikazzjonijiet jiġu evalwati sabiex jiġi inawgurat l-ischolarship iktar tard matul is-sena.


3 ta’ Lulju 2021 | EKONOMIJA

Bżonn ta’ Maturità Politika biex noħorġu mill-Grey-Listing Fil-karriera tiegħi fl-Ewropa iltqajt ma’ nies minn kull pajjiż tal-Unjoni Ewropea f’bosta livelli differenti. Minn uffiċjali li jirrappreżentaw lil pajjiżhom fuq livell tekniku sa Ministri u Prim Ministri. Kelli x-xorti naħdem fil-livell politiku l-aktar għoli u minħabba dan attendejt għal bosta laqgħat kunfidenzjali bejn kapijiet ta’ stat u presidenti ta’ istituzzjonijiet. Dawn l-esperjenzi għallmuni kemm l-Ewropa hija familja ta’ valuri iżda fejn, bħall-familja fejn jikbru t-tfal, kull pajjiż irid finalment jaħseb biex jimbotta l-interessi taċ-ċittadini tiegħu. Madwar il-mejda tan-negozjati fi Brussell rajt kif kull pajjiż iressaq argumenti b’ħila kbira bil-ħsieb li finalment jippromwovi l-progress ta’ industriji, investimenti u allura, impjiegi ġo pajjiżu. F’Ewropa li qed issir dejjem aktar simili u omoġenja bejn pajjiż u ieħor, bil-munita waħda li għandna aħna mat-Taljani u l-Pollakki, huwa ovvju li rridu naħdmu b’aktar għaqal biex naraw li nattiraw investiment dirett lejn Malta billi nemfasizzaw il-vantaġġ miżjud li wieħed jinvesti f’pajjiżna. F’dan il-kuntest, il-Grey-listing ta’ pajjiżna mill-FATF huwa daqqa ġo l-istonku lill-isforzi ta’ Malta biex tbigħ lilha nnifisha bħala destinazzjoni ta’ investiment. Personalment osservajt bi ftit xettiċiżmu d-dikjarazzjonijiet pubbliċi li jgħidu li l-Grey-listing mhux se jkollu impatt fuq l-ekonomija. Ħassejt li dawn id-dikjarazzjonijiet kienu aktar parti mill-problema milli parti mis-soluzzjoni. Jekk qed ngħidu li s-sistema tal-FATF ftit li xejn tiġi

stmata mill-investituri, mela għaliex ikkoperajna tant b’żelu mal-Moneyval biex nimplimentaw id-disa’ kriterji fejn sabuna neqsin? Il-Moneyval u l-FATF huma wara kollox l-istess sistema. Wieħed surġent u l-ieħor spettur, imma l-istess pulizija. Ejjem ma nimmaġinawx li l-investitur barrani ma jkunx qed isegwi mill-qrib dak li jkun għaddej ġo Malta. Ma ninsewx ukoll li bosta gazzetti tagħna jiġu ppubblikati fuq l-internet bl-Ingliż. Dak kollu li jiġri Malta jasal immedjatament barra l-pajjiż u jinfluwenza d-deċiżjonijiet li finalment issarrfu f’xogħol aktar jew anqas ġol-industrial estates u l-uffiċini madwar Malta u Għawdex. Huwa proprju minħabba dan li jeħtieġ li l-politika tagħna timmatura ftit aktar u tikkunsidra ċertu sfidi bħala sfidi li jirrikjedu konsensus nazzjonali. Qalbi tingħafas meta nara materja bħalma hija l-grey-listing li tispiċċa oġġett ta’ botti u kontra-botti politiċi. Niddikjara l-bias tiegħi. Jiena nimmilita u noħroġ kandidat għall-Elezzjoni Ewropea mal-Partit Nazzjonalista. Jista’ jkun li l-perspettivi tiegħi ikunu influwenzati minn dan. Nibqa’ dejjem iżda nipprova li f’dak ngħid u nagħmel inkun kemm jista’ jkun oġġettiv. Hekk, oġġettivament, nixtieq li f’pajjiżi kultant il-partiti politiċi jaċċettaw li jikkollaboraw mingħajr ħafna issues. Hekk kif ħarġet l-aħbar tal-greylisting Bernard Grech stieden lill-Gvern biex titwaqqaf Task Force nazzjonali li tinvolvi esperti u stakeholders u li tfassal it-triq lura lejn il-lista l-bajda. Din il-

13

Dr Peter Agius, Kandidat għall-Elezzjoni Ewropea

mossa ta Grech jiena rajta bħala mossa fl-interess nazzjonali. Il-Prim Ministru irrifjutaha f’ħakka t’għajn. Għaliex? Għax ġejja mill-Partit Nazzjonalista? Ma rajniex x’ġara meta Prim Ministru jirrifjuta li jisma’ lill-oppożizzjoni biex din żgur ma tidhirx li għanda raġun? Matul ilPanama Papers l-oppożizzjoni għamlita ċara x’kienet is-soluzzjoni. Muscat kellu jeħles minnufih minn Konrad Mizzi u Keith Schembri. Xi ħadd jiddubita llum jekk l-oppożizzjoni kelliex raġun dak iż-żmien. Immaġinaw kemm kienet tkun differenti l-istorja kieku Muscat warrab l-għamad politiku u sema b’mod sinċier mill-oppożizzjoni. Robert Abela m’għandux jagħmel l-istess żbalji ta qablu. Il-kontinwità nistgħu narawha firriżultati lill-poplu iżda ma hemm l-ebda unur li tkompli fuq l-iżbalji ta’ qablek.

fabbrika tal-ġugarelli trid snin ta’ phasing out u pjanar. Biex iċċaqlaq kumpannija tal-gaming kull ma għandek bżonn huwa avukat li jikkordina t-tmiem talkirjiet tal-binja, tal-kompjuters u ta’ kull ħaġa li jkollok hawn Malta li normalment dawn il-kumpanniji jikru flok jixtru. Nixtieq nara politika aktar umli li tirrikonoxxi l-isfida kbira li għandu pajjiżna bħalissa. Nixtieq nara wkoll li l-ogħla istituzzjoni tal-pajjiż tingħata rwol li jixirqilha. Il-Parlament qed jispiċċa jintuża bħala rubber-stamp flok bħala l-forum fejn jitħabbtu l-ideat u toħroġ soluzzjoni. Tidher evidenti għalija li fiddiskussjoni tal-fondi Ewropej kif ukoll dwar il-perkors ta’ Malta lejn id-deċiżjoni tal-FATF seta' kien hemm diskussjoni aktar regolari fil-Parlament li tinvolvi il kulħadd.

Pajjiżna jingħad li għandu ftit riżorsi

Nemmen

iżda fi-verità jiena rajt li Malta tagħna hija mogħnija b’karatteristika li tiswa aktar minn kull faħam u żejt. Pajjiżna kapaċi jadatta għaż-żminijiet u għassuq u dan għamilnieh kemm il-darba f’kull era li għexna fiha, minn żmien l-Għarab sa żmien l-Ingliżi, fil-bidu talindipendenza kif ukoll fis-snin disgħin fejn ġibna industriji li llum jimpjegaw l-eluf u jitimgħu lill-ekonomija wiesgħa ta’ pajjiżna.

oppożizzjoni li jkun hemm ilkorrispondenza kollha mal-FATF li titressaq quddiem il-parlament u li jsir kumitat apposta biex jitħadded it-triq lura lejn il-lista l-bajda huma proposti sensati li l-ebda Gvern jew partit m’għandu jixkupa l-barra jekk irridu naraw pass 'il quddiem fil-maturità politika ġo pajjiżna. Nagħlaq billi ntenni, l-investiment barrani ma jeżaminax biss il-figuri tal-GDP u tal-impjiegi. Qabel jiddeċiedu jinvestux f’pajjiżna jew le, l-investituri jħarsu wkoll lejn il-maturità politika tal-pajjiż, eżatt bħal ma għamlet l-FATF wara kollox, li wiżnet mhux biss il-kriterji tekniċi, imma għamlet ukoll ġudizzju politiku. Sa issa qed neħlu. kellimni@peteragius.eu

Il-Grey-listing huwa theddida storika għalina illum li niddependu tant mirreputazzjoni. Fl-aħħar għoxrin sena trasformajna l-ekonomija Maltija li llum isserraħ bi kbir fuq is-servizzi. Is-servizzi mhux bħall-prodotti. Biex iċċaqlaq

ukoll

li

l-proposta

tal-


14 EKONOMIJA | 3 ta’ Lulju 2021

Il-Fondi tal-UE u l-Kottonera L-għarfien dwar l-użu ta’ fondi Ewropej f’pajjiżna kompla jikber fl-aħħar żmien u nħarsu fejn inħarsu madwarna naraw kif, f’oqsma bħassaħħa, l-enerġija, l-ambjent u l-istorja, in-nofs biljun u nofs ewro li s’issa Malta ħadet mis-sħubija fl-UE, għamlu differenza f’pajjiżna.

Il-fondi ta’ koeżjoni għamlu differenza mhux biss fuq aspetti settorjali iżda wkoll għal reġjuni u komunitajiet sħaħ. Eżempju importanti ta’ dan huwa l-mod ta’ kif intużaw il-fondi Ewropej fit-tlett ibliet sbieħ tal-Kottonera. L-ibliet tar-reġjun tal-Kottonera huma fost l-aktar miżgħuda bi storja fil-gżejjer Maltin. Minkejja dan il-wirt kulturali u storiku enormi, wara d-danni kbar ikkawżati fi żmien il-gwerra, dawn l-inħawi sofrew tnaqqis ekonomiku u soċjali fit-tieni nofs tas-Seklu Għoxrin. Dan kien anke wassal biex għadd ta’ familji ħallew l-għeruq tagħhom u rħewla lejn bliet u rħula oħra madwar Malta. Sħubija fl-Unjoni Ewropea wasslet għal bidliet kbar, hekk kif il-finanzjament millfondi Ewropej ippermetta riġenerazzjoni qawwija tat-Tlett

Ibliet tant li ż-żona issa qed tattira bosta residenti ġodda, inkluż barranin li jagħżlu li jgħixu fostna, kif ukoll tisħiħ filkomunità kummerċjali li qed tikber. F’wieħed mill-aktar proġetti estensivi finanzjati mill-politika ta’ koeżjoni, l-ERDF alloka aktar minn 7 miljun ewro favur irriġenerazzjoni urbana u t-titjib tal-kwalità tal-ħajja fil-Kottonera. Dan inkluda t-titjib ta’ żoni urbani, it-tisħiħ tal-infrastruttura tat-trasport, inkluż għażliet ta’ trasport aktar sostenibbli u titjib fl-ambjent u fid-dehra ġenerali. Flimkien, dawn l-investimenti saħħew il-komunità tat-tlett ibliet. Dan il-proġett ta’ trasformazzjoni inkluda lista ta’ proġetti speċifiċi; forsi l-aktar ikoniku kien dak li sar fiżżona tal-baċir l-antik f’Bormla, magħruf bħala l-Baċir Numru

Wieħed, li kien ilu ma jintuża għal aktar minn 25 sena. Il-ħidma hawnhekk kienet tinkludi d-disinn mill-ġdid tax-xatt mal-baħar u talispazji pubbliċi, filwaqt li ċertu żoni kienu trasformati f’żoni għall-pubbliku biss. Element importanti tal-proġett kien ukoll il-ħolqien ta’ passaġġ li jgħaqqad ix-xtut tal-Birgu u l-Isla. Barra minn dan, il-proġett inkluda wkoll it-tisbiħ ta’ żoni residenzjali, it-twaħħil ta’ sistemi ġodda ta’ dawl, pavimentar, l-irranġar ta’ bankijiet u l-modernizzazzjoni ta’ pjazez, b’konsiderazzjoni akbar li jkun provdut aċċess għal persuni b’restrizzjonijiet fil-mobilità. Dan il-proġett estensiv bidel bil-kbir il-perċezzjoni dwar ilKottonera li fl-aħħar snin saret ferm aktar attraenti għan-

negozju, tant li nħolqu għadd ta’ opportunitajiet ta’ xogħol. Barra minn hekk, it-titjib flinfrastruttura soċjali, bħallfaċilitajiet tas-saħħa, edukattivi u rikreattivi taw kontribut favur aktar inklużjoni, diversità u titjib fil-kwalità tal-ħajja fiż-żona. Dan qed iħalli impatt usa’, hekk kif l-investiment li sar fl-inħawi, flimkien mal-wirt storiku tażżona, xprunaw attività akbar fissuq tal-proprjetà. Dan wassal biex djar antiki ġew irrinovati filwaqt li residenti ġodda u familji li tradizzjonalment nafuhom li kienu minn dawn l-inħawi reġgħu lura hawnhekk. Is-suċċess ta’ dan il-proġett huwa testment ta’ kif investiment finanzjat mill-UE wassal għal titjib tanġibbli filkwalità tal-ħajja u serva biex ta' ħajja ġdida lill-komunitajiet f’pajjiżna.


3 ta’ Lulju 2021 | EKONOMIJA

L-istrateġija tal-Gvern

2021 – 2031 Forsi ftit naħsbu li kull ħaġa li naraw madwarna jkun hemm ħsieb warajha. Xi ħadd ikun ħaseb biex tali proġett isir. Huwa dejjem essenzjali li jkun hemm pjan biex wieħed isegwi f’kull stadju sakemm jitwettaq dak li jkun maħsub. Fil-familji u n-negozji narawha ħafna. Eżempju koppja li xtrat post, tippjana pjanti u disinji li x-xewqat tagħha tagħmilhom fuq karta, flimkien mal-ispejjeż li tirrikjedi. Abbażi taddħul tal-koppja, jippjanaw stadju, stadju sakemm iwettqu l-ħolm tagħhom. L-istess isir f’negozju meta jiġu biex jinvestu filkumpanija tagħhom. Isir studju, jevalwaw l-ispejjeż u dħul u jippjanaw kif se jitwettaq il-proġett.

Sabiex dan il-pjan jiġi implimentat il-gvern irid joħloq inizjattivi u inċentivi attraenti għas-suq biex fl-istess waqt l-imprendituri, in-negozji u l-ħaddiema jikkoperaw u f’ħidma konġunta jilħqu s-suċċess mixtieq. Pjan ambizzjuż bħal dan biex jitwettaq apparti li jrid ikun hemm konsultazzjoni wiesgħa ħafna mal-imsieħba soċjali kollha, jirrikjedi ukoll ċertu bidliet anke kulturali li forsi mdorrijin bihom tradizzjonalment.

Dan huwa dak li qed naraw bħalissa bħala parti mill-ħidma tal-Gvern fl-istrateġija għall-għaxar snin li ġejjin. Il-Gvern qiegħed jippromwovi l-parteċipazzjoni fis-suq tax-xogħol, il-protezzjoni tal-ħaddiem u l-edukazzjoni adattata għas-suq tax-xogħol tal-futur bil-għan li persuna li taħdem 40 siegħa fil-ġimgħa tkun tista’ tgħix komda u tibni familja. Bħalissa qed tiġi magħġuna l-viżjoni minn kulħadd għal kulħadd. Din tista’ sseħħ jekk il-pajjiż kollu jkun involut f’dan il-proċess ta’ konsultazzjoni nazzjonali billi jiġu kkomunikati l-ideat u l-fehmiet ta’ kulħadd anke b’mod kostruttiv. Il-ħsieb tal-pjan strateġiku, huwa li jwassal għal ekonomija bbażata fuq is-servizzi bħal dak finanzjarju u tal-gaming flimkien ma’ setturi oħra bħall-manifattura, r-retail, itturiżmu u l-kostruzzjoni. Kull settur huwa importanti għal pajjizna u jekk fl-aħħar għaxar snin kienu ta’ suċċess ma jfissirx li nistgħu nserrħu rasna, anzi bil-maqlub. F’dinja globalizzata moderna li tinbidel minn ħin għall-ieħor, kull pajjiż li jrid li jkollu suċċess irid dejjem jaġġorna l-politika tiegħu u jagħmel żgur li dawn is-setturi ikunu b’saħħithom biżżejjed li jilqgħu għallisfidi preżenti kif ukoll għal dawk futuri. B’dan kollu l-Gvern huwa kommess li jfassal pjan li jirriżulta fi kwalità ta’ ħajja aħjar. Din il-viżjoni ekonomika tfisser tiġdid fis-suq tax-xogħol li ghandhom jassiguraw aċċess għall-ħaddiema li jaħdmu f’ambjent sigur u b’serħan il-moħħ. Pjan bħal dan huwa essenzjali li l-ħaddiem jitpoġġa fiċ-ċentru ta’ din il-viżjoni ekonomika. Dan ifisser li l-Gvern irid jassigura li l-ħaddiem, igawdi minn kundizzjonijiet tax-xogħol adekwati u ġusti li jippermettu lill-ħaddiem jilħaq il-massimu tal-potenzjal tiegħu. Kundizzjonijiet talħaddiema xierqa u diċenti għandhom ikunu ċentrali f’kull viżjoni futura.

Din l-istrateġija hija ambizzjuża ħafna imma qed issir f’mument propizju fejn anke fid-dawl tal-pandemija huwa iktar essenzjali sabiex pajjiż żgħir b’riżorsi limitati bħal tagħna nutilizzaw l-ideat ta’ kulħadd fir-riżorsi umani tagħna u naspiraw li nilħqu l-ogħla livelli ekonomiċi. Dan il-pjan għandu jiggwida wkoll l-investituri Maltin u anke barranin biex jagħrfu jisfruttaw l-investimenti tagħhom fi proġetti li jaqgħu taħt din il-viżjoni politika fi pjan strateġiku għall-għaxar snin li ġejjin.

L-Avukat Chris Bonett

15


16

EKONOMIJA | 3 ta’ Lulju 2021

Il-qawsalla tal-imprenditorija Maltija Karrieri ta’ kwalità u valur miżjud Fil-ħarġa li għaddiet ta’ Ekonomija tajna ħarsa lejn is-settur tal-manifattura f’ Malta, mil-bidu tiegħu mis-snin sittin hekk kif Malta kienet qed tiftaħ l-ekonomija tagħha. Tkellimna dwar kumpaniji barranin li ilhom Malta għal għexieren ta’ snin u l-prodotti tagħhom huma parti minn ċiklu sħiħ li jkompli barra minn xtutna minn kumpaniji kbar bħal Apple, Bosch, Ford, Fiat, Audi u Chanel. F’din il-ħarġa ser niffukaw iktar fuq ilqawsalla tal-imprenditorija produttiva lokali li nsibu fi-żoni industrijali tagħna. Mijiet ta’ kumpaniji li jiġġeneraw eluf ta’ impjiegi u prodotti ta’ kwalita` li anke jiġu esportati. Ser nitkellmu fuq id-diversi attivitajiet ekonomiċi li jvarjaw minn servizzi ta’ mekkanika u inġinerija, għal attivitajiet teknoloġiċi, kreattivi u artistiċi, diġitali u dawk iktar xjentifiċi. Il-prodotti ta’ dawn il-kumpaniji jvarjaw minn prodotti mmanifatturati minn materjali differenti bħal aluminium, ħadid, injam, plastik, irħam, drappijiet u ġlud fost oħrajn, għal tiswijiet fuq l-istess prodotti. Is-settur kreattiv dan l-aħħar ħa spinta qawwija speċjalment dawk li joperaw bħala self-employed u li huma startups, hekk kif rajna diversi

Is-settur produttiv lokali iżomm ukoll relazzjonijiet malistituzzjonijiet edukattivi sabiex flimkien ikunu jistgħu jippreparaw għal ħiliet u karrieri ġodda.

artisti lokali juru t-talenti tagħhom f’disinni ta’ ħwejjeġ, xalel, ġojjellerija u prodotti ta’ ġlud ippersonalizzati. Is-setturi teknoloġiċi u diġitali wkoll huma vasti hekk kif kumpaniji li joffru servizzi fil-qasam tal-informatika u t-teknoloġiji l-ġodda u li jżewquhom ma’ setturi oħrajn bħal ngħidu aħna trasport, drones, sistemi li jiffaċilitaw proċessi li mdorrijin bihom fil-ħajja ta’ kuljum. Dawn jibdew minn dawk li jaħdmu fuq software għal cybre security u analytics sa dawk li żviluppaw sistemi biex tibbukja mejda f’ ristorant b’mod sempliċi, jew ikla li tasallek fuq il-post tax-xogħol. L-attivitajiet ekonomiċi xjentifiċi huma ukoll vasti hekk kif diversi kumpaniji joffru servizzi minn ġol-laboratorju tagħhom, Dawn jinkludu ttestjar ta’ mediċini qabel jiġu esportati minn Malta għall madwar id-dinja, kif ukoll attivitajiet ta’ riċerka u żvilupp li, f’ċertu każi jkunu f’kollaborazzjoni ma’ xi istituzzjoni edukattiva, jwasslu għalprodotti ġodda. Il-maġġoranza ta’ dawn l-industriji jinsabu f’ żoni industrijali madwar Malta u Għawdex kif ukoll uffiċini u laboratorji. Ewlenin fosthom huwa l-Life Sciences

Park f’San Ġwann, u anke l-Inkubatur ġewwa Kordin magħruf bħala KBIC li jagħti spazju lil startups anke li joperaw fis-settur tal-manifattura. Is-settur produttiv lokali iżomm ukoll relazzjonijiet mal-istituzzjonijiet edukattivi sabiex flimkien ikunu jistgħu jippreparaw għal-ħiliet u karrieri ġodda. Karrieri li kull ma jmur qed jiddiversifikaw b’ mod mgħaġġel u għalhekk huwa kruċjali li kemm iddinja edukattiva, kif ukoll studenti u ħaddiema, jżommu aġġornati għal tibdil u tiġdid. Dan hu sforz kollettiv li jsaħħaħ s-settur tal-manifattura u l-produttività u jagħmel l-ekonomija iktar reżiljenti. Setturi b’saħħithom li minkejja t-tibdil kollu li għaddejjin minnhom huma bażi importanti tal-ekonomija Maltija. Se nagħtu ħarsa issa lejn xi kumpaniji tal-manifattura, li huma ta’ sidien lokali u li joħolqu valur miżjud flekonomija tagħna, kemm bil-kwalità ta’ xogħlijiet li joffru, kif ukoll bil-prodotti u l-esportazzjoni tagħhom.


3 ta’ Lulju 2021 | EKONOMIJA

Pharmadox Healthcare Il-kumpanija Pharmadox Helathcare topera miżżona industrijali ta’ Kordin u toffri s-servizzi tagħha lissettur tal-farmaċewtika hekk kif dawn jipproċessaw batch releases. Din l-attivita toffri serħan il-moħħ lil pazjenti, hekk kif f’Malta Pharmadox Healthcare tiċċertifika prodotti immanifatturati barra millEwropa qabel ma jintbgħatu fid-destinazzjoni finali fl-Ewropa. B’dawn it-testijiet l-kumpanija tara li huma skont l-istandards Ewropej.

Illum Pharmadox Healthcare għandha laboratorji li fihom tista’ tanalizza prodotti onkoloġiċi li jintużaw għal-kura tal-kanċer, prodotti ta’ sterili bħal injectables u IV solutions u anke laboratorju talmikro-bioloġija. Pharmadox Healthcare bdiet topera fl-2010 b’erbgħa minn nies u llum tħaddem mal-mitt ruħ u qed tħares ’il quddiem għal iktar tkabbir. Il-maġġoranza tal-impjegati ta’ Pharmadox Healthcare huma ggradwati fix-Xjenzi u l-Farmaċija mill-Università ta’ Malta u mill-MCAST.

Sentech Sentech topera mil-Mosta Technopark u tħaddem mal-40 ruħ. Din ilkumpanija bdiet fl-2009 proprju millInkubatur ġewwa Kordin, il-KBIC u hija waħda mill-istejjer ta’ suċċess tal-KBIC hekk kif Sentech espandiet u kabbret l-operat tagħha wara li sabet l-assistenza li kellha bżonn fil-fażi bikrija tagħha. Fil-bidu Sentech kienet tagħmel tiswijiet fuq fibre-optic gyroscopes pero` mbagħad bdiet timmanifattura dawn l-istess gyroscopes f’ Malta. Sentech twettaq attivita’ ta’ Riċerka u Żvilupp b’ mod kontinwu fuq dawn il-prodotti u anke fuq il-makkianrju li jipproduċu l-istess gyros, hekk kif il-kumpanija hija l-akbar waħda flEwropa li timmanifattura dawn il-prodotti permezz ta’ tekoloġija speċifika. Sentech timmanifattura gyroscopes taħt l-isem ta’ Fizoptika, li jintuzaw f’ sistemi ta’ trasport li jirrikjedu preċiżjoni il-ħin kollu bħal treni u drones. Dawn ilgyroscopes huma l-iżgħar fid-dinja u llum il-ġurnata l-kumpanija għandha klijenti fi swieq tal-avjazzjoni, u anke s-settur spazjali.

17


18

EKONOMIJA | 3 ta’ Lulju 2021

Malta

A member of Reanda International

WE FOCUS ON BUILDING MUTUALLY BENEFICIAL CLIENT RELATIONSHIPS

Who we assist? What we do?

Audit & Assurance Accounting and book-keeping Taxation Payroll & Outsourcing Business Plans & Consultancy

Limited Liability Companies Partnerships Sole-Traders Business Start-Ups

A3 Towers, Block A3, Level 12 Triq il-Kanonku M Bologna, Paola PLA 1211, Malta. T: (+356) 2123 5064 - E: robert@reandamalta.com www.reandamalta.com


3 ta’ Lulju 2021 | EKONOMIJA

19

Żewġ biljun ewro f’investimenti ESG Fl-ewwel tliet xhur ta' din is-sena xejn anqas minn €2 biljun ġew investiti kull ġurnata f’kumpaniji ewropej li għandhom kredenzjali għoljin ta' ESG. L-2021 tidher li se tkun sena oħra rekord għal investiment f’isimha ta' dawn il-kumpaniji madwar id-dinja hekk kif dan is-suq issa jiswa kważi €2 triljun.

X’inhu eżatt il-kunċett ta' ESG Investment Investituri madwar id-dinja qegħdin isiru dejjem aktar konxji mill-impatt li l-kumpaniji kummerċjali għandhom kemm fuq l-ambjent kif ukoll filkomunitajiet li jgħixu madwarom. Dan wassal biex fl-aħħar snin numru dejjem akbar ta' kumpaniji bdew isiru dejjem aktar konxji li meta jinvestu fi proġetti sabiex ikabbru l-profitti tagħhom, dawk l-istess proġetti ma jsirux b’detriment għall-ambjent (E), għas-soċjetà (S) li fiha dawn il-kumpaniji joperaw. Dan il-proċess iwassal wkoll biex tissaħħaħ ukoll il-governanza (G) tal-kumpaniji hekk kif jiġu definiti aħjar ir-responsabilitajiet u l-obbligi li l-kumpaniji jkollhom lejn stakeholders differenti bħal konsumaturi, ilħaddiema u s-suq li jkunu qegħdin jaħdmu fih.

Steve Ellul

Minn CSR għal ESG Storikament numru ta' kumpaniji kienu jinvestu f'dik li hija Corporate

Kumpaniji Maltin qegħdin jinvestu fis-sostenibbiltà Dan qed issir anke f’Malta fejn qed naraw numru ta' kumpaniji li qegħdin

Social Responsability (CSR) tagħhom billi jieħdu inizzjativi ambjentali jew filantropiċi bħala mod kif jgħinu lill-komunitajiet li jkunu qegħdin joperaw fihom. Dan normalment issir billi parti mill-qligħ li l-kumpaniji tkun għamlet matul is-sena jiġi allokat għal dawn it-tip ta' inizjattivi li fl-istess ħin jagħmlu riklam pożittiv għall-kumpanija.

jibdlu l-makkinarju tagħhom għal wieħed li jħammeġ anqas u li jikkonsma anqas enerġija. Fl-istess waqt dawn il-kumpaniji qegħdin jinvestu f’pannelli fotovoltajċi u sistemi li permezz tagħhom jiġġeneraw aktar enerġija rinovabbli flok jikkunsmaw enerġija minn sorsi li jħammġu. F’Malta wkoll qed naraw ammont ta' kumpaniji li qed jibdlu l-karozzi tagħhom għal magni li jaħdmu bl-elettriku flok vetturi.

L-objettiv aħħari tas-CSR u l-ESG huma simili ħafna għaliex effettivament it-tnejn iwasslu għall-influwenza pożittiv fuq il-kwalità tal-ħajja tas-soċjetà. Madankollu, il-kunċett ta' ESG huwa evoluzzjoni importanti għaliex il-valuri ambjentali, soċjali u ta' governanza qed isiru parti integrali mill-proġetti li kumpaniji jinvestu fihom flok inizjattiva li tittieħed b’mod sporadiku. Aktar minn hekk, għall-kuntrarju ta' dak li kien jiġri fis-CSR, l-impenn ta' kumpaniji differenti għal proġetti ESG jista' jiġi mkejjel b’mod millaktar preċiż biex investituri jkunu jistgħu jinvestu flushom f’kumpaniji li għandhom kredenzjali ESG għoljin aktar minn oħrajn. Kumpaniji kommessi għall-ESG qed jattiraw investiment ġdid lejhom Mudell ekonomiku aktar sostenibbli jintlaħaq biss jekk il-kumpaniji li jiffurmaw dawn l-ekonomiji jimbuttaw 'il quddiem din il-bidla. Dan jistgħu jagħmluh billi jibdlu l-mod ta' kif joperaw b’metodi li jkunu aktar ekoloġiċi u jsaħħu s-soċjetà fl-istess ħin. Mil-banda l-oħra ħafna investituri qegħdin isiru dejjem aktar konxji ta' kemm huwa importanti li l-ekonomiji jersqu lejn mudell ekonomiku aktar sostenibbli. Dan sabiex id-dinja tkun tista' tegħleb l-isfidi li qed iġġib magħha l-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima waqt li tissaħħaħ il-kwalità tal-ħajja tan-nies. Għalhekk ħafna investituri, qegħdin jaraw li flushom jinvestuhom f’kumpaniji li qegħdin jinvestu fi proġetti sostenibbli u li qegħdin jintegraw l-ESG fil-business model tagħhom. Fil-fatt, ħafna investituri, qabel jinvestu f’bonds jew shares ta' kumpaniji qegħdin jaraw kif dawn il-kumpaniji jikklassifikaw fil-gradwatorja tal-ESG. Fl-istess ħin, ir-regolaturi tal-qasam finanzjarju qegħdin jobbligaw lillkumpaniji tal-assigurazzjoni u anke banek sabiex jippubblikaw il-proċess li bih huma qegħdin jagħżlu fejn jinvestu l-flus tal-klijenti tagħhom. Dan qed isir proprju biex dawn l-intermedjarji finanzjarji jiddirezzjonaw investiment akbar f’kumpaniji bi kredenzjali ta' ESG b’saħħithom.

Dawn huma uħud fost numru ta' investimenti li kumpaniji lokali qegħdin jagħmlu fil-kuntest tal-ESG. Investiment illi mhux biss iħalli impatt pożittiv fil-profitti tal-kumpaniji, minħabba spejjeż anqas fil-konsum enerġetiku imma jħalli wkoll impatt pożittiv fil-kwalità tal-ħajja tan-nies. F’pajjiżna numru ta' kumpaniji joħorġu rapporti ta' kull sena li jkejlu l-progress li l-istess kumpaniji jkunu qegħdin jagħmlu fil-kriterji tal-ESG tagħhom. Il-Malta International Airport pereżempju ilha mill-2015 toħroġ dak li jissejjaħ Sustainability Report li fost oħrajn ikejjel l-ammont ta' emissjonijiet li l-ajruport jipproduċi għal kull passiġġier li jgħaddi minnu. Il-Corinthia Group jippubblikaw l-ammont ta' ilma li l-hotels tagħhom jikkonsmaw u kemm minn dan l-ilma qiegħed jerġa' jintuża. L-ESG Scoreboard se tkun għodda importanti għall-investituri Maltin Fis-swieq internazzjonali, il-kunċett tal-ESG żviluppa tant li l-informazzjoni dwar il-progress li l-kumpaniji jkunu qegħdin jagħmlu f’dan il-qasam hija waħda faċilment aċċessibbli għal investituri nfushom. Din l-informazzjoni hija essenzjali sabiex l-investituri jkunu jistgħu jinvestu flushom f’bonds u f’ismha ta dawk il-kumpaniji li l-aktar ikunu kommessi għall-kriterji ta' ESG. Dan fost fatturi oħrajn li jkunu importanti fl-analiżi finanzjarja li ssir qabel kull investiment. Riċentement, il-Ministru tal-Enerġija, l-Intrapriża u Żvilupp Sostenibbli Miriam Dalli nediet inizjattiva li se twassal sabiex f’Malta jkollna ESG Scoreboard li tiġbor l-informazzjoni kollha neċessarja dwar il-progress li l-kumpaniji Maltin ikunu qegħdin jirreġistraw f’dan il-qasam. Din l-informazzjoni se tkun aċċessibbli online biex b’hekk anke l-investituri lokali se jkunu jistgħu jinkluduha fl-analiżi finanzjarja tagħhom. Dawn it-tip ta' inizjattivi huma importanti għaliex b’mod tanġibbli qegħdin jagħmluha possibbli sabiex investituri Maltin li jridu jinvestu f’kumpaniji sostenibbli jagħmlu dan billi jinvestu f’kumpaniji Maltin stess.


20 EKONOMIJA | 3 ta’ Lulju 2021

Għala l-Ewropa tħobb l-Asja imma mhux l-Ażjatiċi?

Ir-relazzjoni intensiva bejn l-Asja u l-Ewropa tmur bosta snin. Mill-armati Griegi, sal-Kruċjati salKolonizzazzjoni Ewropeja, l-Asja ilha millenji taffaxxina lill-Ewropej. Fiddirezzjoni l-opposta, il-Feniċi kienu ħakmu l-Mediterran, il-Mongli daħlu salEwropa, l-Għarab ippreservaw it-tagħlim tal-Grieg klassiku u invenzjonijiet Ċiniżi ispiraw is-Silk Road.

M

inħabba politika li falliet fejn tidħol l-Asja, l-Istati Uniti sejrin lura u r-relazzjoni bejn l-Asja u dik Ewropeja dejjem qiegħda tissaħħaħ. Taħt il-Presidenti Bush u Obama, b’konsegwenza tal-gwerra diżastruża talIraq, u r-rivelazzjonijiet li l-Istati Uniti kienu qed jispjunaw l-eqreb alleati tagħha, ħallew lill-Ewropej iħossuhom aljenati mill-Istati Uniti. L-avvanz tal-Ewrope lejn lvant qed juri li huwa ħafna iktar ta’ suċċess minn dak li qed jagħmlu l-Istati Uniti. Speċjalment meta l-UE qed tassorbi l-pajjiżi tal-Ewropa tal-Lvant waqt li tuża l-fondi tal-EBRD sabiex timmodernizzahom. Il-laqgħa AsjaEwropa (ASEM) diġa’ tirrapreżenta l-akbar grupp ekonomiku fiddinja; li jammontaw għal iktar minn nofs il-PGD

globali u iktar minn 60% tal-kummerċ dinji. Ilkummerċ ta’ bejn l-Ażja u l-Ewropa huwa mistenni li jilħaq $2.5 triljun sal2025, madwar id-doppju tal-kummerċ kurrenti bejn l-Ewropa u l-Istati Uniti, jew bejn l-Istati Uniti u l-Asja. L-Ewropej u l-Ażjatiċi jaqblu li l-prijorità kollettiva ewlenija tagħhom hija li jgħaqqdu l-Atlantiku mal-Paċifiku. Seklu wara li ċ-Ċina ddikjarat Gwerra fuq ilĠermanja, il-Ġermanja llum tgawdi relazzjonijiet b’saħħithom maċ-Ċina u nazzjonijiet oħra Ażjatiċi. Bħala pajjiż barra millUnjoni Ewropea, iċĊina ħadet post l-Istati Uniti bħala l-aqwa sieħeb kummerċjali talĠermanja. Huwa fatt li l-mexxejja Ewropej jivvajaġġaw iktar lejn pajjiżi Asjatiċi milli lejn l-Istati Uniti. Fil-preżent,

iċ-Ċina kienet l-iktar effettiva fil-bejgħ tagħha fl-Ewropa. Infatti, llum jekk wieħed jivvajaġġa lejn il-pajjiżi Ewropej jista’ josserva kif department stores jaħżnu prodotti Ċiniżi; ħaddiema f’ċertu ħwienet b’mod speċjali dawk tad-ditta għandhom ħaddiema jitkellmu biċ-ċiniż u saħansitra anke jekk tmur f’ċertu ajruporti fl-Ewropa tisma’ l-avviżi bil-lingwa ċiniża. Naraw kif it-turisti Ażjatiċi qed jivvajaġġaw bil-bosta lejn pajjiżi Ewropej, mhux biss bħala vaganza imma wkoll fejn tidħol l-edukazzjoni u dawn jiffavorixxu lil Franza, l-Italja u l-Ingilterra. Bit-tnedija t’aktar minn ħamsin ferrovija ġdida tal-merkanzija, se naraw pajjiżi Asjatiċi jingħaqdu ma’ bliet ewlenin flEwropa sabiex b’hekk l-Ewropa tirbaħ iktar

Luana Cini

opportunita u saħħa millAsja. Hekk kif il-ferroviji jmorru minn Yiwu għal Madrid, Chengdu għal Duisburg, konferenzi tal-Belt and Road qed jitfaċċaw kemm f’Londra, kif ukoll f’Milan u Berlin fuq bażi ta’ kull xahar. U xi ngħidu fuq Malta? Irridu niftakru kif ir-relazzjoni bejn Malta u ċ-Ċina ilha teżisti mis-sebgħinijiet meta l-Perit Dom Mintoff kien l-ewwel mexxej talpunent li rrikonoxxa lil Gvern Ċiniż u żar iċ-Ċina. Minn dak iż-żmien l’hawn ir-relazzjonijiet ta’ bejn iżżewġ pajjiżi ssaħħu ferm u l-ftehim li kien intlaħaq fl-2014 reġa’ ġie rrivedut u mġedded fl-2017. Il-gvernijiet Ewropej b’mod sistematiku qed iżidu l-kuxjenza pubblika. Per eżempju fl-aħħar tassena tal-2019, l-Humboldt Forum li huwa monument kulturali kemmxejn ġdid ġewwa

Berlin wera kollezzjoni estensiva t’oġġetti Ażjatiċi tas-Silk Road. Ġewwa Malta, nistgħu nosservaw kif iċ-Ċiniżi u l-Ġappuniżi li jgħixu Malta juru ħafna kollezjonijiet filbereġ tagħhom kif ukoll jorganizzaw attivitajiet li jista’ jattendihom kulħadd. Għalhekk bħala sinoloġista, jien nisħaq ħafna fuq l-importanza tal-għarfien tal-ilsna u kulturi Ażjatiċi. Sabiex b’hekk, mhux talli nkunu nistgħu nifmuhom iktar, talli bħala pajjiż nippruvaw nilħqu l-quċċata magħhom ukoll. L-Ewropa tista’ tagħzel triqitha li twassalha 'l bogħod mill-Ażja, iżda finalment it-toroq kollha jwasslu għall-istess destinazzjoni – l-Ażja li sa ftit snin oħra se tkun l-iktar ekonomija b’saħħitha fid-dinja.


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.