Ekonomija 9

Page 1

#09

31 ta’ Lulju 2021

Nota mill-Edituri

Omar Vella

Warren Farrugia

Ekonomija futura li taqdi l-ħtiġijiet tan-nies It-twettiq tal-għan li għada jkun aħjar mil-lum huwa aspirazzjoni ewlenija li kull ċittadin jittama li jilħaq. Iżda, li għada jkun aħjar mil-lum mhijiex xi ħaġa maġika li ssir waħedha. Tinħtieġ ħsieb u viżjoni realistika li twassal għat-tul. U huwa proprju dan il-kunċett li wassal lill-Gvern biex fassal u nieda l-mudell ekonomiku li jrid għal Malta għall-għaxar snin li ġejjin.

Viżjoni Ekonomika tal-Gvern

2021 2031

It-tfassil ta' dan il-mudell ekonomiku ma sarx f'iżolament. Saru ħafna diskussjonijiet konsekuttivi f'konsultazzjoni pubblika relatata ma' din l-istess viżjoni, diskussjonijiet li ġew fi tmiemhom ftit tal-jiem ilu u li raw fihom parteċipazzjoni diversa, minn ministeri għal entitajiet pubbliċi u privati, l-limsieħba soċjali, soċjetà ċivili u għaqdiet mhux governattivi. Din il-viżjoni ekonomika li l-Gvern fassal għall-għaxar snin li ġejjin hija msejsa fuq ħames prijoritajiet li għalkemm distinti minn xulxin huma ħoloq talistess katina, relatati waħda maloħra; il-kwalità tal-ħajja tan-nies, l-edukazzjoni, l-infrastruttura l-ambjent u l-governanza tajba. U biex dawn il-prinċipji jintlaħqu jinħtieġ ukoll direzzjoni politika sana u qawwija. Għax huwa proprju l-għaqal li jwassal għassuċċess jew le ta' kull viżjoni ekonomika tal-ġejjieni. F'dawn l-aħħar snin rajna titjib sostanzjali fil-kwalità tal-ħajja tan-nies. Illum in-nies qed jaqgħilu aktar u jikkumsmaw aktar. Rajna wkoll proġetti kapitali u titjib infrastrutturali li ftit li xejn konna naħsbu li jistgħu jsiru f'pajjiżna. Rajna wkoll tiġdid fis-sistema edukattiv li mhux biss qed tkattar il-ħiliet tal-persuna imma wkoll hija mmirat li l-ħaddiema tal-ġejjieni jkollhom impjiegi ta' kwalità u pagi li jtuhom għajxien diċenti. Illum ninsabu fl-era diġitali u jista’ jingħad li l-futur diġà qiegħed magħna. Għalhekk, huma proprju dawn il-ħames prinċipji flimkien li fuqhom hija msejsa l-viżjoni ekonomika ta' pajjiżna għall-għaxar snin li ġejjin. L-għan aħħari ta' din il-viżjoni hu li l-ekonomija tkun verament taqdi l-ħtiġijiet tan-nies u mhux in-nies għall-ekonomija.


2

EKONOMIJA | 31 ta’ Lulju 2021

L-Infrastruttura: Pilastru B’Saħħtu għall-Viżjoni Ekonomika ta’ Malta Il-pjan ekonomiku sal-2031 għal infrastruttura huwa bbażat fuq sitt punti prinċipali:

1

Jikkatalizza investiment ta’ kwalità fl-infrastruttura mibnija madwar pjan globali nazzjonali.

• •

Negħlbu l-konġestjoni. Dan għaliex taffettwa s-saħħa, il-kwalità tal-ħajja u l-ekonomija. Kif kien ppubblikat fl-Istrateġija Nazzjonali tat-Trasport ta’ Malta fl-2016 kien stmat li jekk ma jsir l-ebda tibdil fil-politika eżistenti rigward it-trasport u ma jittieħdu l-ebda miżuri ġodda, il-konġestjoni sal-2050 se tkun tiswa aktar minn €1.28 biljun fis-sena, ekwivalenti għal telf ta’ 8.2% tal-GDP ta’ Malta. Aktar inċentivi u faċilitajiet għall-persuni li jippreferu il-mixi u ċ-ċiklisti.

• • •

Il-Viżjoni Ekonomika ta’ Malta 2031 ħa tkun qed tikkunsidra kif Malta se ssaħħaħ l-investiment fl-infrastruttura u l-politika dwar il-klima u l-ambjent. Bidliet fil-liġijiet dwar l-ippjanar u l-bini biex tiffoka aktar fuq l-aspett tal-estetika, tas-sigurtà u prattiki ta’ kostruzzjoni li huma ambjentalment sostenibbli. Twieled l-investiment ta’ €700 miljun biex jiġi aġġornat in-netwerk tat-toroq ta’ Malta. Wara biss 3 snin diġa saru aktar minn 500 triq residenzjali u rurali. Fl-ewwel sitt xhur tas-sena 2021 diġa saru total ta’ 134 triq ġdida.

2

Transizzjoni għal aktar Mobbilità u Intermodalità


31 ta’ Lulju 2021 | EKONOMIJA

3

Mixja lejn Enerġija Affidabbli, Nadifa u Effiċjenti

• •

L-industriji diġitali qed iservu ta’ mutur kritiku f’dak li hu tkabbir ekonomiku. Malta qed tara li sal-2031 tissieħeb f’din id-dinja diġitali, dinja li tiftaħ bosta opportunitajiet ġodda kemm rigward impjiegi kif ukoll aċċessibilità.

5

It-Tisħiħ tal-Konnettività b’Mod Loġistiku

• •

Il-Viżjoni Ekonomika tinkludi ambizzjoni li tibdel lil Malta f’dak il-hub multi-modali ewlieni Mediterranju għal vjaġġar u trasferiment bil-baħar, u fir-rigward ta’ konnettività qawwija fl-ajru. Investiment kontinwu fl-infrastruttura tal-Port il-Kbir. Malta tista’ ssir ċentru ewlieni għall-fornituri Asjatiċi li jistgħu jaħżnu l-prodotti tagħhom għall-bejgħ f’Malta. Pjan sabiex innaddfu il-Port Il-Kbir biex nilħqu il-potenzjal massimu u dinamiku tiegħu.

Fl-2013 Malta bdiet ħidma sabiex tolqot bosta għanjiet fosthom li tipprovdi enerġija aktar nadifa u orħos lid-djar u lin-negozji tagħha, li tiddiversifika s-sigurtà tal-enerġija lil hinn mid-dipendenza fuq l-interconnector biss, u li tiżgura li l-infrastruttura tal-enerġija tista’ tissodisfa d-domanda futura bħala transizzjoni ta’ vetturi għall-enerġija elettrika. Proġett ship to shore li se jnaqqas b’mod drastiku 90% tat-tniġġis tal-arja kkawżat minn cruise liners.

4 6

It-Tisħiħ tal-Konnettività Diġitali

Protezzjoni ta’ Spazji Miftuħa u Spazji Ħodor għall-Ambjent Aħjar

• •

Il-Viżjoni Ekonomika 2031 qed tħares li tinvesti aktar f’parks u spazji miftuħa u f’infrastruttura aktar ħadranija. Zoni ta’ sbuħija naturali u art agrikola se jkunu salvagwardjati sabiex tinħoloq koeżjoni aħjar bejn l-ambjenti mibnija u rurali. Enfasi akbar u investiment f’soluzzjonijiet ibbażati fuq in-natura bħal green walls fost oħrajn. Il-Malta National Park - spazju li se joffri nifs ħadrani u pulmun nadif bi 800 siġra ġdida.

3


4

EKONOMIJA | 31 ta’ Lulju 2021

SOLUZZJONIJIET TAL-ENERĠIJA GĦAN-NEGOZJI Self għal sistemi ta’ kontroll tal-enerġija

Għandek negozju u tixtieq ittejjeb l-effiċjenza tal-enerġija fl-operat tiegħek? Għandek il-ħsieb tinvesti fi proġetti li ma jaħlux enerġija u li jikkontrollaw il-klima tal-binja tiegħek? Agħmel appuntament magħna u staqsi għall-BOV Business Energy Loan.

Kellimna | 2131 2020 | bov.com Is-self kollu huwa soġġett għal kriterji normali ta’ self bankarju u approvazzjoni ta’ kreditu mill-Bank. It-termini u l-kundizzjonijiet huma disponibbli fuq www.bov.com. Maħruġ mill-Bank of Valletta p.l.c., 58, Triq San Żakkarija, Il-Belt Valletta VLT 1130. Il-Bank of Valletta p.l.c. hija kumpanija pubblika b’responsabbiltà limitata regolata millMFSA u liċenzjata biex toffri l-kummerċ bankarju f’termini tal-Att dwar il-Kummerċ Bankarju (Kap. 371 tal-Liġijiet ta’ Malta). | COM 2528

EERE Malta hija ko-finanzjata mir-Repubblika ta’ Malta u l-Unjoni Ewropea taħt ilFond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali.


31 ta’ Lulju 2021 | EKONOMIJA

5

Tnedija tal‘e-Biznify Lite’,

programm onlajn ta' taħriġ dwar ilkummerċ elettroniku

tan-negozji u individwi biex jieħdu vantaġġ mill-kummerċ diġitali u jinkitbu fil-programm ta’ taħriġ eBiznify Lite li bħalissa huwa miftuħ għar-reġistrazzjoni.

L-Awtorità ta’ Malta dwar ilKomunikazzjoni (l-MCA) u l-eSkills Malta Foundation, nedew flimkien l-‘eBiznify Lite' programm ta’ taħriġ ġdid speċjalizzat dwar il- kummerċ elettroniku fuq il-pjattaforma tal-eLearning magħrufa bħala ‘eBiznify’. Fl-istess okkażjoni, il-Ministru għall-Ekonomija u l-Industrija, Silvio Schembri, ippreżenta wkoll ċ-ċertifikati lillparteċipanti li temmew il-kors taleBiznify akkreditat mill-MFHEA. Il-korsijiet tal-eBiznify – li huma kollha offruti bla ħlas, joffru l-opportunita lill-individwi, b’mod partikulari sidien ta’ kumpaniji żgħar u medji f’Malta, biex jitgħallmu jimplimentaw u jmexxu attività kummerċjali fuq l-Internet minn fejn ikunu jistgħu jippromovu u jbigħu l-prodotti jew is-servizzi tagħhom. Wara s-suċċess tal-kors akkreditat tal-eBiznify li kien qiegħed jiġi offrut f’dawn l-aħħar snin, ġie mniedi l-programm tal-eBiznify Lite bi struttura kemmxejn differenti biex ikun aċċessibli għal aktar negozjanti peress li jagħtihom iċ-ċans jorganizzaw ilħin tal-istudju madwar ix-xogħol u l-ħajja tagħhom. Għalkemm il-parteċipanti se jkunu qegħdin isegwu l-istess kontenut tal-kors akkreditat, mhux se jkollhom għalfejn isegwu lezzjonijiet jew jissottomettu 'assignments' jew

xogħol ieħor. Dan qed isir sabiex il-parteċipanti jkunu jistgħu jagħmlu dan il-kors mingħajr xkiel. Barra minn hekk, il- parteċipanti se jkollhom aċċess għal numru ta’ riżorsi utli li jistgħu jaċċessaw minn fuq il-pjattaforma taleBiznify, inkluż intervisti esklussivi ma’ esperti fl-industrija, kontenut varju relatat mal-kummerċ elettroniku kif ukoll tagħrif ieħor li jgħinhom fl-iżvilupp tal-karriera tagħhom. eBiznify Lite għalhekk huwa ideali għall-individwi u negozjanti li jixtiequ jiffamiljarizzaw mad-dinja tan-negozju diġitali blaktar mod flessibbli. Il-pjattaforma tal-eBiznify ġiet imnedija fl-2018 parzjalment iffinanzjata mill-Unjoni Ewropea, bħala parti mill-Fond Soċjali Ewropew, Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej 2014-2020. Dan il-proġett huwa mmexxi mill-MCA bil-għan li jgħin lissidien ta’ negozji żgħar u medji, kif ukoll individwi professjonali oħrajn, sabiex isaħħu l-għarfien u l-ħiliet tagħhhom filkummerċ elettroniku. Missena li għaddiet, l-MCA sawret kollaborazzjoni mal-eSkills Malta Foundation sabiex flimkien isaħħu l-kompetenzi diġitali talkomunità, u jmexxu l-pjattaforma tal-eBiznify b’mod ħolistiku. Fit-tnedija tal-kors, il-Ministru għall-Ekonomija u l-Industrija Silvio Schembri ħeġġeġ lis-sidien

Il-Ministru Schembri nnota wkoll kif id-diskussjonijiet dwar ilkummerċ elettroniku jeħtieġ li jinkludi prattikanti u żviluppaturi tal-ICT. “Għandna bżonn niżguraw li n-negozji tal-lum għandhom il-ħiliet u l-kompetenzi tekniċi u kummerċjali adattati biex jiżviluppaw u jsaħħu l-pjattaformi diġitali li jsostnuhom,” żied il-Ministru. Huwa nnota kif ittkabbir enormi tal-ekonomija matul l-aħħar 10 snin, u b’mod partikolari l-ekonomija diġitali, ħolqot domanda kbira għal speċjalisti tal-ICT. Għalhekk huwa ħeġġeġ lill-organizzazzjonijiet biex jinvestu fil-ħiliet diġitali talimpjegati tagħhom. Is-Sur Jesmond Bugeja, Kap Eżekuttiv tal-MCA, sostna kif ilprogramm eBiznify Lite għandu jservi bħala pass importanti għal kull min qed jikkunsidra li jadotta mezzi diġitali fl-operat tan-negozju tiegħu. Qal ukoll kif, “Il-proġett eBiznify huwa xhieda tal-isforzi bla waqfien tal-MCA biex tiżgura li kull min qed ifittex jinvesti fil-kummerċ elettroniku jkun ippreparat sew u jkollu l-għodda u l-għarfien meħtieġa biex jikseb benefiċċji tanġibbli.” Il-Kap tal-eSkills Malta Foundation, is-Sur Carm Cachia, ukoll sostna li, “Il-kors eBiznify Lite jagħti l-opportunità lil dawk li għandhom ħafna inqas ħin biex jimpenjaw ruħhom imma jixtiequ jitgħallmu kif imexxu n-negozju aktar fuq l-internet jew fuq xi pjattaforma. Ħafna kumpaniji kellhom iċċaqilqu

n-negozju tagħhom online waqt Covid-19 u dan salva n-negozju tagħhom. Madankollu, anke issa, l-eCommerce baqa bħala parti integrali għal kummerċ tagħhom. Il-ħiliet u għarfien diġitali huma kruċjali għal proġett bħal dan, u l-eSkills Malta Foundation temmen li din l-inizzjativa tista' tgħin.

Fiż-żmien diġitali li ninsabu fih, huwa importanti aktar minn qatt qabel li kumpaniji żgħar u medji jadattaw u jħaddnu teknoloġiji ġodda sabiex isaħħu l-kompetittività tagħhom kemm fis-suq lokali kif ukoll fuq livell globali. Ilum, ħafna konsumaturi jfittxu li jsibu prodotti favoriti u anke essenzjali tagħhom online. Infatti, l-aħhar stħarriġ tal-MCA dwar ix-xiri li jsir online millkonsumaturi f’Malta, juri kif daqs 53% mill-konsumaturi diġitali jixtru mingħand negozji online li huma ibbażati f’Malta - titjib notevoli minn studju preċedenti talAwtorita’. B’hekk, sistemi diġitali qed jippermettu lin-negozji jilħqu lill-konsumaturi bil-mod l-iktar komdu għalihom filwaqt li jlaħqu mad-domanda b'aktar effiċjenza. Biex tirreġistra għall-kors taleBiznify Lite, żur is-sit https:// ebiznify.com


6

EKONOMIJA | 31 ta’ Lulju 2021

NADATTAW GĦAL-PROĊESSI SOSTENIBBLI U NNAQQSU L-UŻU TAL-PLASTIK Il-Malta Enterprise nediet skema sabiex il-ħwienet jkunu jistgħu jadattaw il-proċessi tagħhom u jnaqqsu l-użu tal-plastik speċjalment dak li jista’ jintuża darba waħda biss

Din l-iskema toffri assistenza lil dawk in-negozji li:

Bħala pajjiż bħalissa għaddejjin diversi inizjattivi sabiex innaqqsu l-użu tal-plastik, u nimxu iktar lejn proċessi sostenibbli. Sabiex nindirizzaw dan l-isforz, il-Malta Enterprise se tkun qed tamministra l-Eco-friendly Retail Grant, li l-għan proprju tagħha huwa li nassistu kumpaniji, li jagħmlu din il-qalba neċessarja.

1

Għandhom bżonn jixtru l-makkinarju neċessarju biex jixtru l-prodott bl-ingrossa (in-bulk), jaħżnuħ, u jinbigħ permezz ta’ kontenituri ta’ distribuzzjoni u f’ kontenituri li jerġgħu jintużaw.

2

Jixtiequ jixtru l-kontenituri li jistgħu jerġgħu jiġu użati mil-konsumatur, u makkinarju ieħor li permezz tiegħu, kontenituri li jiġu rritornati, jiġu mnaddfa u diżinfettati, u jerġgħu jiġu użati.

3

Jinvestu f’soluzzjonijiet diġitali biex jissorveljaw l-użu tal-kontenituri u jimmaniġġjaw skemi ta’ ritorn li jinkoraġġixxu l-użu riċikabbli tal-kontenituri.


31 ta’ Lulju 2021 | EKONOMIJA

Dawn l-investimenti jistgħu jkunu potenzjalment eleġibbli taħt l-iskema Eco-friendly Retail Grant. Il-kumpaniji jistgħu jibbenifikaw minn għotja sa 50% li tkopri sa massimu ta’ €20,000 għal kull proġett fuq spejjeż li jkunu għamlu.

It-tnaqqis fl-użu tal-plastik jista’ jsir b’ diversi modi. Bejgħ ta’ prodotti bl-ingrossa (in-bulk) huwa l-iktar mod sempliċi li l-konsumatur jista’ jadatta għalih. Permezz ta’ kontenituri akbar, prodotti tal-ħasil tal-ħwejjeġ u tal-art, u anke prodotti tal-ikel, bħal frott niexef, frott, nuts, zejt, ċereali, ġobnijiet u ikel ieħor li jinbiegħ bl-użin, jistgħu jinbigħu lill-konsumatur f’reċipjenti li jerġgħu jintużaw. Il-konsumatur ikun jista’ jixtri dan ir-reċipjent u jużah kull darba li jmur jagħmel ix-xirja tiegħu. Dawn ir-reċipjenti li jerġgħu jintużaw jistgħu ukoll jiġu użati mis-sidien tal-ħwienet billi dawn jistgħu jinġabru, jiġu ddiżinfettati minn sid il-ħanut permezz ta’ apparat mgħammar apposta, u jerġa’ jingħata lill-konsumatur. Sid il-ħanut jista’ jintroduċi sistema ta’ software li permezz tagħha jittraċċa għand min qiegħed il-kontenitur u b’hekk iżomm kontroll tal-istokk tiegħu. Din is-sistema tista’ tiġi abbinata ukoll ma’ sistema ta’ punti li l-konsumatur ikun qed iġemma minn xirja għall-oħra.

Dawn l-investimenti jistgħu jkunu potenzjalment eleġibbli taħt l-iskema Eco-friendly Retail Grant. Il-kumpaniji jistgħu jibbenifikaw minn għotja sa 50% li tkopri sa massimu ta’ €20,000 għal kull proġett fuq spejjeż li jkunu għamlu. Il-proġetti jistgħu jkunu varji, kif rajna hawn fuq, però l-għan aħħari huwa wieħed; li jitnaqqas l-użu tal-plastik speċjalment dak li jintuża darba biss. Permezz ta’ dawn il-metodi nkunu qed innaqsu l-ammont ta’ boroż u kontenituri tal-plastik li jintremew wara li l-konsumatur ikun għamel użu mill-prodott, bħal ngħidu aħna boroż bil-lewż jew bil-frott niexef. L-istess japplika ukoll għal dawk il-kontenituri tal-plastik li jġorru fihom likwidi tal-ħasil tal-ħwejjeġ u tindif ieħor, fejn wieħed jista’ jibqa’ juża l-istess kontenitur u jerġa' jimlieh bil-prodott tal-għażla tiegħu.

Kif tapplika? Dawk interessati għandhom jaqraw illinji gwida li flimkien mal-applikazzjoni qegħdin online fuq il-website tal-Malta Enterprise. L-applikazzjoni għandha tiġi sottomessa mill-portal tal-klijenti. Ilkumpaniji għandhom ċans jissottomettu l-applikazzjoni tagħhom sal-aħħar ta’ Novembru li ġej. Jekk inti għandek ħanut jew kumpanija li tbigħ wholesale jew lil ħwienet oħra, u tixtieq tikkunsidra din il-qalba favur l-ambjent fil-proċessi tiegħek, nistidnuk tfittex il-linji gwida ta’ din l-iskema, u tikkuntattja lil Business First. Il-B1st, ġewwa l-Imrieħel huwa l-ewwel punt ta’ referenza fejn wieħed jista’ jfittex gwida fil-proċessi tal-applikazzjonijiet b’mod ġenerali talMalta Enterprise.

Wieħed jista’ jibgħat email fuq info@businessfirst.com.mt Jew jidħol fuq is-sit

www.businessfirst.com.mt

7


8

EKONOMIJA | 31 ta’ Lulju 2021

LEJN AMBJENT INDUSTRIJALI

AKTAR SOSTENIBBLI X'hemm wara d-deċiżjoni tal-Gvern li Malta Industrial Parks tinbidel f’INDIS Malta? L-ekonomija ta’ Malta f’dawn l-aħħar snin kibret b’ritmu mgħaġġel ħafna, filwaqt li ddiversifikat ukoll f’setturi li eventwalment żviluppaw f’industriji ġodda. Sabiex tissostna din il-bidla, INDIS Malta kellha wkoll tibda tadatta l-proprjetajiet fiż-żoni industrijali li tamministra. Filwaqt li dawn fl-imgħoddi kienu l-aktar fabbriki għall-manifattura u żewġ villaġġi tal-artiġjanat, illum il-ġurnata INDIS Malta tipprovdi wkoll faċilitajiet għat-tiswija tal-ajruplani, laboratorji għax-xjenzi tal-ħajja, kif ukoll uffiċini għal teknoloġija tal-informazzjoni u komunikazzjoni, fost oħrajn. B’mod li tagħraf din il-bidla u fl-istess ħin biex tiżgura li l-ħtiġijiet tal-klijenti u tal-investituri ġodda jiġu indirizzati aħjar, il-kumpanija għaddiet minn proċess ta’ ristrutturar li laħaq il-qofol tiegħu permezz ta’ rebranding, fejn anki inbidel l-isem minn Malta Industrial Parks għal INDIS Malta. Ir-rebranding kien ukoll opportunità biex id-dehra tal-kumpanija tingħata xeħta aktar żagħżugħa, attraenti, u attwali, li tirrifletti r-rwol tagħha - dak li tipprovdi soluzzjonijiet innovattivi industrijali.

Mil-lat industrijali, Malta għadha attraenti? Filwaqt li l-pandemija COVID-19 naqqset ir-ritmu mgħaġġel li biha l-ekonomija kienet qed tikber, id-domanda għall-ispazju industrijali għadha għolja ħafna; li hija xhieda tal-fatt li Malta tabilħaqq għadha attraenti ħafna f’għajnejn l-investituri. Fatturi bħall-post strateġiku tal-pajjiż, il-kapaċitajiet tal-ħaddiema u l-fatt li jitkellmu bl-Ingliż ukoll, kif ukoll ir-rati tat-taxxa flimkien ma’ għadd ta’ miżuri ta’ appoġġ fiskali jew finanzjarju lkoll jikkontribwixxu biex Malta tibqa’ destinazzjoni ideali sabiex wieħed jinvesti u jagħmel in-negozju.

B'liema mod l-INDIS Malta hija pass importanti lejn l-implimentazzjoni tal-viżjoni tal-gvern għall-għaxar snin li ġejjin? Id-dokument Malta’s Economic Vision 2021-2031 jagħmel enfasi kbira fuq il-bżonn ta’ infrastruttura adegwata u sostenibbli għal ekonomija b’saħħitha, reżiljenti, u vibranti. Dan jinkludi l-provvista ta’ spazju industrijali, li huwa l-mandat ta’ INDIS Malta. Kif imsemmi wkoll fl-istess dokument, INDIS Malta se tkun qed tinvesti €470 miljun f’programm ambizzjuż ta’ investiment għall-infrastruttura industrijali. Dan se jkun qed jindirizza mhux biss in-nuqqas kurrenti fil-proprjetà industrijali, iżda wkoll il-ħtiġijiet previsti għas-snin li ġejjin, b’mod li l-pajjiż ikun jista’ jibqa’ jattira l-investiment u jinħoloq il-ġid u l-opportunitajiet tax-xogħol. Dan il-programm għandu l-għan ukoll li jipprovdi spinta li tgħin lill-pajjiż jirkupra mill-impatt ekonomiku tal-pandemija.


31 ta’ Lulju 2021 | EKONOMIJA

Waħda mill-problemi li qed tiffaċċja INDIS Malta hija l-kwistjoni tad-domanda vs il-provvista, b’għadd ta’ investimenti għadhom jistennew propjetà sabiex jibdew joperaw. INDIS Malta kif qed tindirizza din l-isfida? Il-prijorità ewlenija tal-programm ta' investiment għall-infrastruttura industrijali hija dik li tindirizza n-nuqqas attwali ta' proprjetà industrijali li tista’ faċilment tiġi allokata lill-investituri. INDIS Malta tamministra aktar minn tliet miljun metru kwadru ta' spazju industrijali, iżda aktar minn 90% ta' dan huwa bħalissa okkupat. Sehem kbir mill-ispazju li jifdal diġà huwa assenjat għal proġetti ġodda, li jfisser li inqas minn 5% tal-ispazju jista' jiġi allokat. Dan diġà mhux huwa biżżejjed għall-proġetti li qed jiġu kkunsidrati bħalissa, wisq inqas għal dawk l-opportunitajiet li rridu nattiraw lejn pajjiżna fil-futur. Permezz ta’ dan il-programm, se jiġu żviluppati għadd ta’ faċilitajiet ġodda, jew jiġu mmodernizzati jew mkabbra oħrajn eżistenti. Dawn se jinbnew b’mod iktar effiċjenti b’mod li jsir l-aħjar użu tal-art, fost oħrajn billi fejn huwa possibbli dawn il-faċilitajiet jinbnew fuq għadd ta’ livelli li jistgħu jakkomodaw iktar inkwilini mingħajr ma jiżdied l-impatt fuq l-art tal-madwar.

B'liema mod is-sħubijiet pubbliċi-privati se jgħinu lill-gvern inaqqas l-użu ta' aktar art agrikola? L-iżvilupp industrijali mhux neċessarjament jsir b’detriment għall-ambjent. Tabilħaqq, hija l-intenzjoni ta’ INDIS Malta li tibqa’ fil-konfini tal-art diġà assenjata għal skopijiet industrijali u tagħmel użu aħjar u aktar effiċjenti minn din l-art. INDIS Malta diġà ħarġet numru ta' sejħiet sabiex, permezz ta’ public-private partnerships, tidħol bi sħab mas-settur privat għall-iżvilupp u/jew operat ta' proprjetà industrijali. Din ġiet segwita minn talba għall-proposti li permezz tagħha mistennija jinkisbu mat-30,000 metru kwadru ta' propjeta’ industrijali, li għandhom jiġu żviluppati mill-ġdid sabiex ikunu jistgħu jakkomodaw gruppi ta' industrija f’ambjent organizzat u li jiffavorixxi n-negozju.

Għaliex huwa importanti għall-gvern li jiffoka aktar fuq l-espansjoni vertikali aktar milli fuq l-espansjoni orizzontali? Prinċipju fundamentali fil-proġetti kollha li qed jiġu żviluppati minn INDIS Malta huwa s-sostenibbiltà. Billi tmur vertikali minflok tespandi orizzontalment, INDIS Malta se tkun qed tnaqqas l-impatt fuq l-ambjent tal-madwar filwaqt li fl-istess ħin tipprovdi l-ispazju industrijali tant meħtieġ u tindirizza n-nuqqas attwali. Fost bosta miżuri oħra li qed jittieħdu biex itejbu s-sostenibbiltà tal-proprjetajiet industrijali, INDIS Malta qed tieħu wkoll diversi inizjattivi biex tiġġenera enerġija minn sorsi nodfa jew tnaqqas il-konsum tagħha, kif ukoll tinstalla infrastruttura ħadra jew toħloq spazji miftuħa sabiex iżżejjen l-oqsma industrijali u b'hekk ittejjeb l-ambjent tal-għajxien u tax-xogħol għal dawk kollha li jagħmlu użu miż-żona.

9


10

EKONOMIJA | 31 ta’ Lulju 2021

Malta

A member of Reanda International

WE FOCUS ON BUILDING MUTUALLY BENEFICIAL CLIENT RELATIONSHIPS

Who we assist? What we do?

Audit & Assurance Accounting and book-keeping Taxation Payroll & Outsourcing Business Plans & Consultancy

Limited Liability Companies Partnerships Sole-Traders Business Start-Ups

A3 Towers, Block A3, Level 12 Triq il-Kanonku M Bologna, Paola PLA 1211, Malta. T: (+356) 2123 5064 - E: robert@reandamalta.com www.reandamalta.com


31 ta’ Lulju 2021 | EKONOMIJA

IT-TEKNOLOĠIJA INNOVATTIVA U L-EKONOMIJA

Id-diġitalizzazzjoni hija l-mutur ewlieni għat-tkabbir ekonomiku permezz ta’ titjib fil-produzzjoni u użu aħjar tar-riżorsi diġitali bilgħan li ssaħħaħ il-prosperità ta’ pajjiż. Jeħtieġ li n-negozji jadattaw għar-realtajiet li qed jinbidlu, jagħtu prijorità lill-investimenti fitteknoloġija u jtejbu l-ħiliet tal-ħaddiema tagħhom. Stephen McCarthy Jeħtieġu ukoll li jadottaw prattiċi tan-negozju u metodi ta’ produzzjoni u viżibiltà ta’ analizi diġitali sabiex ikollna settur tan-negozju aktar sostenibbli. Dan bilgħan li jkabbar l-ekonomija u joħloq aktar valur għal grupp wiesgħa ta’ partijiet interessati bħal impjegati, klijenti, imsieħba, fornituri, u l-komunità lokali. Min-naħa tal-Gvern, dan ifisser ukoll li l-prijoritajiet ekonomiċi jaqgħu fuq livell nazzjonali, f’konformità mad-diskussjonijiet u deciżjonijiet meħuda f’fora lokali u internazzjonali, li qed jaraw il-vantaġġi li teknoloġiji kemm tradizzjonali kif ukoll innovattivi, bħal Intelliġenza Artifiċjali, qed joffru lis-soċjetà inġenerali. Huwa għal dan il-għan li n-nefqa ewlenija fuq l-investiment fl-UE hija speċifikament fuq it-teknoloġija. Din l-istrateġija hija appoġġjata mill-Awtorità Maltija għall-Innovazzjoni Diġitali, l-MDIA, l-Awtorità nazzjonali fdata bir-regolamentazzjoni u l-promozzjoni ta’ politika governattiva fit-teknoloġija innovattiva, u biex tistabbilixxi u tinforza standards ta’ konformità. Fl-2018, Malta stabbiliet qafas regolatorju ġdid li jindirizza l-użu ta’ Arranġamenti ta’ Teknoloġija Innovattiva, li oriġinarjament jiffoka fuq Blockchain u Distributed Ledger Technologies (DLTs). L-MDIA qed taħdem blgħan ewlieni li tnissel trasparenza, serħan

il-moħħ, u ċertezza legali, sabiex is-soċjetà jkollha aktar fiduċja f’tali teknoloġija innovattiva. Minbarra l-ambitu regolatorju, l’MDIA qed tħejji ukoll sabiex it-teknoloġija tikkontribwixxi għat-tnedija mill-ġdid tal-ekonomija Maltija fl-era ta’ wara l-COVID-19. Għaldaqstant l-Awtorità qed tfittex li tiffaċilizza t-teknoloġiji innovattivi biex ikunu aktar siguri, kif ukoll tiffaċilita l-adozzjoni tagħhom fejn tidħol ċertifikazzjoni ta’ Arranġamenti ta’ Teknoloġija Innovattiva filwaqt li żżid l-opportunitajiet ta’ investiment teknoloġiku fil-gżejjer Maltin. Sabiex tassigura li s-servizz taċ-ċertifikazzjoni jkun jista’ jiġi użat anki minn operaturi li għadhom jibdew bħal start-ups kif ukoll minn kumpaniji żgħar u medji, l-MDIA riċentament nediet it-Technology Assurance Sandbox (MDIA-TAS). L-MDIA Technological Assurance Sandbox huwa kunċett innovattiv pożizzjonat bħala utilità li jipprovdi ambjent ta’ żvilupp sigur u flessibbli għal soluzzjonijiet ibbażati fuq Teknoloġiji Innovattivi fit-tħejjija tal-applikant biex ikun f’pożizzjoni li jgħaddi minn ċertifikazzjoni sħiħa. Dan l-ambjent jassigura li soluzzjonijiet jilħqu l-objettivi ta’ kontroll stabbilit bbażat fuq standards u linji gwida In-

ternazzjonali. Il-valutazzjonijiet tekniċi huma imwettqa minn Systems Auditors indipendenti u approvati mill-MDIA. L-Assigurazzjonijiet Teknoloġiċi offruti mit-TAS huma ta’ korrettezza funzjonali u l-aħjar prattiki teknoloġiċi bbażati fuq standards internazzjonali. Filwaqt li tipprovdi wkoll ċertezza legali permezz ta’ proċess ta’ due diligence, ħatra ta’ uffiċjal tekniku u Forensic Node. Il-benefiċċji ewlenin tal-parteċipazzjoni fis-Sanbox Technoloġiku jinkludu s-support finanzjarju, il-flessibilità tal-proċess ta’ valutazzjoni teknoloġika kif ukoll li l-proċess jippermetti lil applikant ibiddel id-dettalji tas-soluzzjoni kif ukoll tal-organizzazzjoni tul ir-residenza tas-Sandbox. F’din l-era diġitali, l-ebda settur mhu se jitħalla mhux mittiefes mit-teknoloġija. Dan huwa sinjal qawwi li l-investiment fit-teknoloġija huwa meħtieġ għal żvilupp ekonomiku akbar madwar id-dinja. Għaldaqstant, l-MDIA qed tagħmel ħilitha sabiex in-negozji jkollhom pjattaformi biex jibdew negozju, isibu data li għandhom bżonn, jikbru fl-innovazzjoni u jikkompetu b’mod ġust. Finalment, permezz ta’ dan l-impenn, is-soċjetà Maltija se tkun tista’ tgawdi minn sostenibbiltà soċjali u ambjent diġitali sigur li jirrispetta l-privatezza, id-dinjità, u l-integrità fi trasparenza sħiħa.

11


12

EKONOMIJA | 31 ta’ Lulju 2021


31 ta’ Lulju 2021 | EKONOMIJA

13

Kurt Muscat


14 EKONOMIJA | 31 ta’ Lulju 2021

X’inhu r-rwol tagħna? Il-Bank Malti tal-Iżvilupp twaqqaf fl-2017 biex ikun ta’ għajnuna fl-iżvilupp soċjali u ekonomiku tal-pajjiż. Ħafna drabi biex awtorità jew kumpanija privata twettaq proġett infrastrutturali kbir, jew biex kumpanija żgħira tiftaħ qasam ta’ ne negozju ġdid jew tipprova timraħ fi swieq ġodda, ikun hemm bżonn ta’ investiment finanzjarju sostanzjali. Normalment, dawn l-awtoritajiet jew kumpaniji, se jfittxu li jissellfu parti minn dan linvestiment mal-banek tradizzjonali. Għalkemm is-sistema finanzjarja ta’ pajjiżna hi mill-aktar b ’saħħitha, xi kultant il-banek mhux dejjem ikunu lesti jidħlu għal proġetti bħal dawn. Dan iseħħ għaliex jista’ jkun li minkejja l-idea tal-proġett tkun waħda tajba, il-banek iħossu li f ’dak il-mument, ir-ritorn fuq dak l-investiment ma jkunx jiġġustifika r-riskju li jkunu se jidħlu għalih. Hu hawnhekk li jidħol l-MDB – billi jara fejn huma dawn is-setturi, u fejn hemm bżonn joffri skemi ta’ finanzjament, inkluż garanziji, biex dawn it-tip ta’ proġetti, ikunu jistgħu jsiru realtà.

Liema tip ta’ proġetti jiffinanzja l-MDB? L-MDB jagħti l-għajnuna tiegħu lil dawk l-investimenti li jagħtu kontribut lill-iżvilpp ta’ pajjiżna, b’mod partikolari fejn ikollhom laqta soċjali, ambjentali u sostenibbli. In-negozji żgħar u medji (SMEs) bħala l-fulkru tal-ekonomija Maltija huma settur importanti ħafna għall-MDB. Għal dan l-għan, il-Bank introduċa skemi li jippermettu lill-imprendituri żgħar iwettqu l-ħolm tagħhom f ’realtà, b ’investimenti ġodda f ’fabbriki, kumpaniji tal-IT, ċentri ghallħarsien tat-tfal, investiment digitali u ħafna oħrajn. Permezz tal-iskema SME Invest, l-MDB jgħin lin-negozji fi proġetti ta’ investiment kapitali billi jipprovdilhom aċċess aktar faċli għal finanzjament billi jnaqqsilhom l-ammont meħtieġ li jkollhom jagħmlu tajjeb għalih huma biex jidħlu għal dan l-investiment.

X’inhu r-rwol tal-MDB waqt il-pandemija tal-Covid-19? L-akbar sfida li sabu ma’ wiċċhom bosta negozji bid-daqqa ekonomika li ġabet magħha l-pandemija kienet dik ta’ cash flow. Għalhekk, l-MDB introduċa skemi li jipprovdu garanziji biex sidien ta’ negozju jissellfu mill-banek lokali biex ikollhom il-likwidità meħtieġa biex iħallsu l-pagi, kirjiet, kontijiet tad-dawl u spejjeż oħra immedjati.

mdb.org.mt

Din l-għajnuna waslet għand mijiet ta’ intrapriżi Maltin u Għawdxin li permezz tagħha setgħu jibqgħu għaddejjin f ’dan iż-żmien ta’ sfidi, u b’hekk ġew salvati eluf ta’ impjiegi madwar il-pajjiż


31 ta’ Lulju 2021 | EKONOMIJA

Il-kwalità neċessità

Id-dinja turistika qiegħda tinbidel kuljum. Il-moviment ta’ persuni minn destinazzjoni għal oħra sar jinvolvi għadd ta’ realtajiet ġodda u differenti, saħansitra aktar kumplessi meta mqabbla max-xenarju globali li kellna ftit tax-xhur ilu. L-ospitalità u l-kwalità fis-servizz li joffri pajjiż m’għadhomx biss konsiderazzjoni iżda neċessità.

Il-pandemija kienet u se tibqa' sfida għal settur li jiddependi fuq interazzjonijiet u vjaġġar ta’ pajjiżi differenti. Madankollu, il-ħidma biex pajjiżna jkompli jattira turisti ta’ kwalità qiegħda tintensifika. Il-kampanja tagħna li permezz tagħha ftaħna t-turiżmu lejn il-Gżejjer Maltin, baqgħet attiva madwar l-Ewropa kollha, fl-Istati Uniti, f’pajjiżi fl-Ażja u anke l-Lvant Nofsani. Il-messaġġ talkampanja “Feel Free Again” hja narrattiva li qiegħda tintlaqa' tajjeb ħafna hekk kif in-nies qegħdin jaraw kif se jivvjaġġaw b’mod sigur u responsabbli. Il-kampanja ta’ reklamar tagħna bdiet b’allokazzjoni qawwija fuq attività diġitali fejn il-messaġġ tagħna qiegħed ikun immirat b’reqqa lejn gruppi demografiċi li huma minn tal-ewwel li qegħdin iħarsu biex isiefru. Fl-istess ħin għandna reklamar għaddej fuq it-televiżjonijiet Ingliżi, Ġermaniżi u anke Franċiżi. Fl-Italja rnexxielna nattiraw programmi u dokumentarji popolari li qegħdin jagħtuna viżibilità pożittiva. Fl-istess linja tal-ikkampanjar tagħna barra minn xtutna beda jissarraf f’riżultati il-pjan ta’ rkupru għatturiżmu li fih kien jinvolvi numru ta’ skemi intiżi biex il-ħaddiema li jaħdmu fis-settur tal-ospitalità jissoktaw b’irkupru li jkun wieħed gradwali, responsabbli u sostenibbli.

Minkejja r-restrizzjonijiet il-ġodda fuq l-ivvjaġġar, Malta tinsab mħejjija tajjeb fi sfond tax-xenarju internazzjonali. B’ħidma konġunta bejn il-Ministeru għatTuriżmu u l-Protezzjoni tal-Konsumatur flimkien mal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu rajna kif nieħdu opportunità u nagħtu spinta lill-infrastruttura turistika. Nedejna proġetti li jinvolvu riġenerazzjoni, tisbiħ, manuntenzjoni kif ukoll restawr tal-prodott turistiku biex nassiguraw li t-turisti li jiġu jżuruna jkollhom esperjenza pożittiva matul il-btala tagħhom f’Malta u Għawdex. Fassalna strateġija għall-għaxar snin li ġejjin li se twassalna biex nattiraw turiżmu ta’ kwalità fejn in-numri jibqgħu importanti iżda ma jkunux kollox, pjan ibbażat fuq diversifikazzjoni tas-swieq, tkabbir fl-aċċessibilità bl-ajru, tnaqqis tal-istaġjonalità, tkabbir fl-infiq lokali, tisħiħ ta’ niċeċ eżistenti u żvilupp ta’ niċeċ ġodda, fost oħrajn. Nemmen bi sħiħ li bid-deċiżjonijiet li ħadna fl-aħħar xhur ninsabu fi triq it-tajba biex nilħqu l-mira ambizzjuża li Malta tkun ċentru ta’ eċċellenza turistika fil-Mediterran. Din mhux sempliċiment għajta, imma trid tkun mentalità li s-settur turistiku lokali jrid jibda jgħannaq miegħu. Il-kwalità trid issir l-ordni tal-ġurnata għal illum u l-ġenerazzjonijiet li ġejjin u ninsab fiduċjuż li bit-talent u d-dedikazzjoni tal-poplu Malti u Għawdxi dan kollu se niksbuh.

Biex nagħti eżempju, l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu rċeviet aktar minn 7,400 applikazzjoni biex turisti jiġu jgħoddsu fil-Gżejjer Maltin. Dan ifisser li l-fondi li kienu marbuta ma' din listess skema ġew assorbiti fit-totalità tagħhom. Bir-rata ta’ vaċċinazzjoni fost l-aqwa fl-Unjoni Ewropea, qegħdin inħarsu ‘l quddiem b’aktar ottimiżmu u b’tama li dalwaqt jisbaħ jum aħjar. Madankollu, ikun ta’ għajb jekk naħsbu li l-pandemija għaddiet. Huwa fundamentali li filwaqt li nkomplu mexjin lejn ir-ritorn għan-normalità, naraw li l-episodji li għaddejna minnhom f’dawn l-aħħar sena u nofs iservuna ta’ tagħlima għall-ġejjieni.

Ministru għat-Turiżmu u l-Protezzjoni tal-Konsumatur Clayton Bartolo

15


16

EKONOMIJA | 31 ta’ Lulju 2021


31 ta’ Lulju 2021 | EKONOMIJA

17

L-Ekonomija u

s-Saħħa Mentali Il-benesseri mentali jew psikoloġiku huwa parti mill-kapaċità ta' individwu li jkollu hajja sodisfaċenti. Dan jinkludi l-kapaċità li jistudja, jaħdem jew isegwi interessi fejn jirrilassa jew jiddeverti, u li jagħmel deċiżjonijiet dwar l-edukazzjoni, l-impjieg, l-akkomodazzjoni u anke għażliet oħra. Irridu ngħidu però li d-disturb talbenesseri mentali tal-individwu jikkompromettu dawn il-kapaċitajiet, xi kultant anke b'mod fundamentali u dejjiemi. Iż-żieda fid-dejn nazzjonali qed iġiegħel ħafna gvernijiet jimplimentaw tnaqqis fl-infiq pubbliku. Għad fadal riskji sinifikanti fid-dinja ekonomika, u ħafna pajjiżi qed jiffaċċjaw era ta' awsterità fisservizzi tas-saħħa, servizzi ta' assistenza soċjali u ta' assistenza soċjali.

Saħħa mentali fi stat tajjeb tippermetti flessibbiltà fil-ħsieb u anke fl-emozzjonijiet li huma l-bażi għall-ħiliet soċjali u r-reżiljenza fid-dawl tal-istress. Dan il-kapital mentali huwa ta' importanza vitali għall-funzjonament tal-komunitajiet u tas-soċjetà. Bħal fil-każ tal-individwi, is-soċjetajiet jistgħu jkunu bejn wieħed u ieħor reżistenti fil-każ fejn ikollhom kriżijiet ekonomiċi. Xokkijiet ekonomiċi jistgħu jaffettwaw is-sistemi tal-edukazzjoni u l-kura tas-saħħa.

L-objettivi tas-saħħa huma ferm influwenzati minn firxa ta' objettivi soċjali li jeħtieġu azzjoni f'ħafna setturi jew oqsma differenti. Dan il-kunċett huwa partikolarment minħabba li l-azzjonijiet ta' politika f'setturi oħra li mhumiex ikkunsidrati parti missaħħa ikollhom impatt fuq is-saħħa f’mumenti ta’ kriżi. Investimenti immirati lejn is-servizz publiku li huma kruċjali għall-benesseri ta' ħafna nies jistgħu itejbu determinanti soċjali u ekonomiċi tas-saħħa u l-fatturi assoċjati inugwaljanzi fissaħħa. Ir-rispons integrat fil-politika trid tinkludi servizzi tas-saħħa aċċessibbli, b'enfasi partikolari fuq il-kura primarja.

Minħabba li disturbi mentali severi spiss jibdew fladolexxenza jew adulti, it-telf tal-produttività jista' jkun fenomenu li persuna tesperjenza għal tul ta’ żmien. Wieħed irid jaħseb ukoll li l-bidliet fixxogħol iżidu l-pressjoni għat-tagħlim u reskilling kif ukoll jistgħu joħolqu pressjoni emozzjonali fuq ix-xogħol. Dan kollu jista’ joħloq l-assentejiżmu u l-irtirar mis-suq tax-xogħol.

Għaldaqstant, is-saħħa mentali hija parti indiviżibbli mis-saħħa pubblika u taffettwa lillpajjiżi u l-kapital uman, soċjali u ekonomiku tagħhom. Is-saħħa mentali inġenerali mhijiex sempliċement in-nuqqas ta' disturbi jew sintomi mentali iżda ukoll riżorsa li tappoġġa l-benesseri u l-produttività ġenerali tal-pajjiż. Fil-fatt, is-saħħa mentali pożittiva hija stat ta' benesseri li fih l-individwu jirrealizza li bl-abbiltajiet tiegħu jew tagħha stess, jista' jlaħħaq mal-istress normali tal-ħajja, jista’ jaħdem b'mod produttiv u jista’ jikkontribwixxi filkomunità.

Il-konsegwenzi ekonomiċi tal-problemi tas-saħħa mentali – prinċipalment fil-forma ta' produttività mitlufa – huma stmati li huma medja ta' 3–4 % tal-prodott nazzjonali gross fil-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea

L-impatt tal-kriżijiet ekonomiċi fuq is-saħħa mentali tiżdied minħabba stress, ansjetà u reazzjonijiet relatati mad-dipressjoni. Filfatt, f'ħafna pajjiżi Ewropej, madwar terz talbenefiċċji għal diżabilità huma attribwibbli għallkundizzjonijiet tas-saħħa mentali, u s-sehem donnu qiegħed kulma jmur jiżdied. Għalhekk, is-saħħa mentali hija fattur ekonomiku importanti. Huwa għaldaqstant importanti li ninvestu fis-saħħa mentali għas-sostenn talproduttività tal-pajjiż. Saħħa mentali tajba talpopolazzjoni tikkontribwixxi għall-produttività ekonomika u prosperità, li tagħmilha kruċjali għat-tkabbir ekonomiku.

Dr Katya De Giovanni Psikologa u Kandidata għall-Partit Laburista fuq ir-Raba’ Distrett


18

EKONOMIJA | 31 ta’ Lulju 2021

Il-kwalità tal-ħajja: prijorità ekonomika Dak kollu li nagħmlu, dak kollu li naħdmu għalih, kull wieħed u waħda minna nagħmluh għaliex nemmnu li jista’ jwassalna għal ġejjieni aħjar, għalina u għal ta’ madwarna. Min b’xogħlu, min bl-istudji tiegħu jew min bil-ħin investit fil-volontarjat, ilkoll nistinkaw għax nemmnu li dak li qed nagħmlu illum se jtejjeb ilħajja tal-komunità li ngħixu fiha. L-ekonomija hija fil-fatt il-ġabra kollettiva tax-xogħol li jsir minn kull wieħed u waħda minna. Dak kollu li nistinkaw għalih, bħala Gvern, bħala ħaddiema u bħala kumpaniji jwassal biex jinħoloq il-ġid. Il-politika li nħaddnu hija mmirata biex jikber il-kejk nazzjonali. L-għaqal fit-tfassil u fit-tmexxija tal-ekonomija però ma jiqafx mal-ħolqien tal-ġid. It-tqassim ġust ta' dak il-ġid huwa mhux biss importanti daqs il-ħolqien tiegħu. Huwa proċess li jeħtieġ ħsieb strateġiku u fuq kollox viżjoni ta’ fejn trid irridu nwasslu lil pajjiżna fis-snin li ġejjin. Għalhekk l-ekonomija hija l-għodda li twassal biex jinħoloq il-ġid u fuq kollox tissaħħaħ il-kwalità talħajja tan-nies. Din hija d-direzzjoni li tispira l-ħidma tal-Ministeru għall-Enerġija, l-Intrapriża u l-Iżvilupp Sostenibbli, li taħt it-tmexxija tal-Ministru Miriam Dalli qed jinvesti f’oqsma differenti bħalma huma l-ekonomija, l-enerġija u s-soċjal. Fit-tfassil tal-politika, tal-iskemi u tal-inċentivi, id-deċiżjonijiet huma mnebbħa li jitkompla x-xogħol tajjeb li sar sa issa imma fl-istess ħin inkunu ambizzjużi biex isir it-trasformazzjoni fejn huwa meħtieġa. L-ambizzjoni hija li nġeddu l-mudell ekonomiku għal wieħed li jilħaq l-aspirazzjonijiet ta’ għada. Irridu pajjiż li jiggarantixxi opportunitijat dejjem aħjar għaċ-ċittadini tiegħu u ekonomija li ssaħħaħ dejjem aktar il-kwalità tal-ħajja tannies. Fuq kollox irridu li jkollna nazzjon li ma jiqafx jiġġedded u kif għada jista’ jkun aħjar mil-lum.

Progress fis-sostenibbiltà Biex nasslu għal din l-ambizzjoni rridu nkomplu ninċentivaw it-tip ta’ ħsieb fl-immudellar tad-deċiżjonijiet ekonomiċi, inkluż deċiżjonijiet meħuda mis-settur privat. L-ambjent u l-qasam soċjali, flimkien mat-tisħiħ fil-governanza huma oqsma tant importanti għal-livell tal-għajxien tan-nies li jridu jkunu dejjem aktar inkorporati fid-deċiżjonijiet ekonomiċi. Il-kejl tal-progress għandu jkun riflessjoni ta’ kemm in-nies qed jgħixu aħjar grazzi għall-investimenti li l-pajjiż ikun qed jagħmel bis-saħħa tat-tkabbir ekonomiku. Investimenti fil-qasam tal-enerġija nadifa huma eżempju ċar ta’ dan kollu. Din is-sena, il-Ministeru tal-Enerġija kkommetta xejn anqas minn €76 miljun sabiex fis-snin li ġejjin naġevolaw aktar investiment f’enerġija rinovabbli mis-settur privat f’Malta. Dan ma kienx ikun possibbli mingħajr il-ħidma ta’ diversi aġenziji u entitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-Ministeru bħalma huma l-Aġenzija għas-Servizzi tal-Enerġija u l-Ilma (EWA), l-Enemalta, l-ARMS Ltd flimkien mar-Regolatur għas-Servizzi tal-Enerġija u l-Ilma (ir-REWS). Dan filwaqt li fl-istess ħin, qed ninvestu biex insaħħu l-infrastruttura tal-enerġija ta’ pajjiżna għal waħda li tattira teknoloġiji moderni u użu ta’ riżorsi ta’ enerġija nodfa aktar minn qatt qabel. Qed nagħmlu dan għaliex nemmnu li nistgħu verament nħaddnu mudell ekonomiku b’saħħtu u dejjem aktar sostenibbli. Qed ninvestu fis-settur tal-enerġija għax irridu li l-ekonomija tal-pajjiż fis-snin li ġejjin. Mhux hekk biss però: irridu

ekonomija li tikber u fl-istess waqt tħalli impatt pożittiv fuq l-ambjent. Għalhekk qed ninvestu f’sorsi ta’ enerġija nadifa filwaqt li nsaħħu l-infrastruttura sabiex aktar nies jikkonvertu l-vetturi tagħhom għal dawk li jaħdmu bl-elettriku. Is-settur tal-enerġija u t-trasport huma kruċjali sabiex insaħħu l-kwalità tal-arja u l-ambjent ta’ madwarna. Intrapriża li tixpruna din it-tranżizzjoni B’dan li qed nagħmlu, qed nuru wkoll li t-tisħiħ tal-ambjent jista’ filfatt iġib miegħu benefiċċji ekonomiċi għall-kumpaniji Maltin li qed jinvestu f’din it-tranżizzjoni. Dan huwa vitali għaliex iwassal għal aktar tkabbir ekonomiku sostenibbli. Illum aktar min qatt qabel, l-intraprizi Maltin qed jagħrfu li investiment f’makkinarju u f’operat aktar sostenibbli jwassal għal tnaqqis fl-ispejjeż tal-operat tagħhom u allura profitti akbar. Dan partikolarment minħabba li dan it-tip ta’ investiment iwassal għal anqas ħela ta’ enerġija li ħafna drabi tkun fost l-akbar spiża ta’ kull kumpanija. Biex ngħinu lil aktar kumpaniji jagħmlu dan it-tip ta’ investiment, qed noħolqu ekosistema sħiħa bejn il-Gvern u s-settur finanzjarju sabiex tgħin b’mod dirett lill-intrapriża Maltija. Malta Enterprise flimkien mal-Aġenzija għall-Enerġija u l-ilma qed jallokaw xejn anqas minn €15 il-miljun fi skemi konġunti sabiex jipprovdu konsulenza u fuq kollox jassistu finanzjarjament fit-twettiq ta’ dawn it-tip ta’ investimenti minn kumpaniji Maltin. Fl-istess waqt huwa inkoraġġanti li naraw dejjem aktar banek Maltin jipprovdu green loans sabiex jaġevolaw it-tranżizzjoni tal-ekonomija tagħna.


31 ta’ Lulju 2021 | EKONOMIJA

Ekonomija dejjem aktar inklussiva Illum għandna wkoll l-opportunità li nsaħħu l-qafas soċjali permezz ta’ mudell ekonomiku aktar inklussiv li jgħin lit-tfal u ż-żgħażagħ tagħna jikkontribwixxu aktar billi noffru opportunitajiet ġodda sabiex l-ebda talent ma jitħalla jintilef barra mis-sistema. Meta nitkellmu fuq Żvilupp Sostenibbli qed inħarsu wkoll lejn l-inklussività anke fil-qasam tal-edukattiv. Il-mira ta’ dan il-Ministeru hija l-kontinwazzjoni tal-kollaborazzjoni ma’ strutturi differenti – inkluż bħalma hi l-istruttura edukattiva. Biex insaħħu l-opportunitajiet għall-ħaddiema Maltin f’postijiet ġodda – bħalma huwa s-settur teknoloġiku fil-qasam tal-manifattura. Mudell ekonomiku aktar diversifikat iwassal biex nattiraw lejn pajjiżna niċeċ ġodda b’potenzjal li jiżviluppaw fl-industriji tal-futur. Is-settur tar-robotika, is-sewqan u l-avjazzjoni awtomatizzata flimkien ma’ startups innovativi jistgħu jkunu kruċjali għal-tkabbir ekonomiku aktar innovattiv u inklussiv. Il-qasam tal-intrapiżi soċjali għandhom ikunu wkoll ċentrali f’mudell ekonomiku sostenibbli. Dan il-Ministeru qed jaħdem biex jara li pajjiżna jkollu qafas regolatorju b’saħħtu li joffri opportunitajiet lill-kumpaniji li għandhom għal qalbhom il-qasam soċjali u fl-istess ħin ikattar l-iżvilupp ta’ intrapriża ekoloġika li twassal għallħolqien ta’ green jobs.

Il-mira ta’ dan ilMinisteru tibqa’ li nkomplu nkunu ambizzjużi, kreattivi u innovattivi biex inkomplu nersqu aktar viċin għall-ekonomija li ma tniġġiżx.

Prosperità ekonomika u l-ħin ta’ kwalità Mudell ekonomiku aktar sostenibbli ifisser li pajjiżna jibda jħares lejn il-prosperità u livell ta’ għajxien dejjem aktar għoli għal kull min jgħix u jaħdem f’pajjiżna. Element kruċjali f’dan kollu huwa li ngħinu biex aktar postijiet tax-xogħol joffru operat flessibbli biex il-ħaddiema jkunu jistgħu jqattgħu aktar ħin mal-familji tagħhom. Li jiġi offrut bilanċ aħjar bejn ix-xogħol u l-ħajja. Dawn huma fost l-aktar elementi li jiddefinixxu l-kwalità tal-ħajja tan-nies. Ekonomija prosperuża titkejjel wkoll b’dawn il-fatturi soċjali li tant huma importanti biex il-bniedem jilħaq il-milja tiegħu. Il-mira ta’ dan il-Ministeru tibqa’ li nkomplu nkunu ambizzjużi, kreattivi u innovattivi biex inkomplu nersqu aktar viċin għall-ekonomija li ma tniġġiżx.

19


20 EKONOMIJA | 31 ta’ Lulju 2021


31 ta’ Lulju 2021 | EKONOMIJA

21

Pjan għall-IRKUPRU EKONOMIKU B’Investiment ta’ €345 MILJUN Il-Pjan għall-Irkupru u r-Reżiljenza ta’ Malta bħalissa jinsab għall-approvazzjoni talKummissjoni Ewropea wara li dan intbagħat lill-istess Kummissjoni fil-ġimgħat li għaddew.

Malta ppreżentat pjan ta’ inizjattivi li jammontaw għal €354 miljun, fil-parti l-kbira tagħhom iffinanzjati minn għotja diretta mill-Unjoni Ewropea, biex skont it-termini tal-pjan twettaq, sal-2025 għadd ta’ inizjattivi u proġetti li jgħinu biex l-ekonomija Maltija tkompli tirkupra filwaqt li ninvestu għallġejjieni. Propju minħabba l-effetti tal-pandemija, inħoloq ilprogramm Next Generation EU li fih allokat fond ta’ €806 biljuni indirizzati propju lejn l-irkupru u r-reżiljenza għal wara l-pandemija. Kull stat membru tal-Unjoni Ewropea ġie allokat fondi skont kemm kienet kbir l-għawġ ekonomiku li ħabbat wiċċu miegħu minħabba l-pandemija. Id-daqs talpopolazzjoni tal-pajjiż kien ukoll ikkunsidrat f’din l-allokazzjoni.

L-għanijiet li jridu jintlaħqu L-Unjoni Ewropea stabbilitiet ukoll miri ċari dwar kif għandhom jintefqu dawn il-flus minn dan il-fond. Partikolarment insistiet li 37% minnhom iridu jmorru għal proġetti ta’ natural ambjentali skont il-kriterji talEuropean Green Deal fejn qed tiġi indirizzata b’serjetà kbira il-problema tat-tibdil fil-klima. Kundizzjoni oħra li għamlet ilKummissjoni Ewropea hija dik li mill-inqas 20% tan-nefqa millFond tal-Irkupru u r-Reżiljenza trid tmur għal proġetti konnessi mal-qalb lejn ekonomija diġitali. Il-Kummissjoni trid ukoll li fil-proġetti u l-inizjattivi mfassla, jiġu kkunsidrati wkoll ir-rakkomandazzjonijiet li jkunu saru dwar ir-riformi meħtieġa flistati membri, dawk magħrufa bħala Country Specific Recommendations. Meta ħabbar id-dettalji dwar il-Pjan ta’ Malta, is-Segretarju

Parlamentari għall-Fondi Ewropej fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru, Stefan Zrinzo Azzopardi stqarr li Malta qegħda tkun ambiżżjuża aktar mill-miri talistess Kummissjoni għaliex f’dak li jirrigwarda l-ambjent qed tippjana li tonfoq madwar 50% tal-allokazzjoni kollha għal proġetti ambjentali u madwar 26% tan-nefqa immirati lejn proġetti konnessi maddiġitalizzazzjoni tal-ekonomija. 17-il proġett u inizjattivi Il-Pjan ta’ Malta jinkorpora 17il proġett ta’ investimenti u inizjattivi flimkien ma’ għadd ta’ riformi f’diversi oqsma. €189 miljun se jintefqu biex jindirizzaw inizjattivi favur l-enerġija nadifa, b’investimenti fir-rinovar ta’ bini pubbliku u bini kummerċjali talprivat biex jużaw inqas enerġija. Se jsiru aktar skemi biex il-karozzi tasservizz pubbliku, il-karozzi privati u anke l-karozzi tat-trasport pubbliku jkunu qed jaħdmu bl-elettriku biex jonqsu l-emissjonijiet. Hemm imbagħad nefqa ta’ €55 miljun oħra li sejra għall-qasam diġitali favur ekonomija diġitali, intelliġenti u reżiljenti. Fost affarijiet oħra din in-nefqa ħa tkun tinkludi id-diġitaliżazzjoni tar-Reġistru Merkantili Malti, it-tisħiħ tas-sistema talinformatika tal-Gvern u aktar servizzi pubbliċi li jingħataw f’forma diġitali. B’nefqa oħra ta’ €50 miljun qed ikun propost li jiżdiedu servizzi diġitali filqasam tas-saħħa partikolarment dawk mogħtija minn taqsimiet fl-isptar Mater Dei filwaqt li se jinbena Ċentru ġdid tal-għoti tad-demm se jkollha l-funzjoni aktar wiesgħa ta’ “Blood, Tissue and Cells Centre”.

Kampus ġdid għall-ITS Anke fil-qasam Edukattiv qegħda tkun proposta nefqa ta’ €41 miljun biex jissaħħaħ ilqasam tat-taħriġ vokazzjonali billi se jinbena kampus ġdid għall- Istitut tal-Istudji Turistiċi (ITS). Din l-ispiża għandha wkoll l-għan li tkompli ssaħħaħ ilqasam turistiku ta’ pajjiżna billi tipprovdilu l-ħiliet kollha meħtieġa ħalli jkompli jissaħħaħ dan il-pilastru ewlieni talekonomija Maltija. Biex ikompli juri r-rieda tiegħu li jirriforma u jsaħħaħ is-saltna taddritt f’Malta, il-Gvern permezz talPjan għall-Irkupru u r-Reżiljenza se jiddedika €10 miljuni biex isseħħ id-diġitalizzazzjoni sħiħa tas-servizzi tal-Qrati Maltin. Dan ħa jsir flimkien ma’ għadd ieħor ta’ riformi fil-qasam tassaltna tad-dritt u tat-tassazzjoni, riformi li juri d-determinazzjoni tal-amministrazzjoni li tindirizza nuqqasijiet fl-amministrazzjoni tal-ġustizzja li kienu ilhom magħna is-snin u li ftit jew xejn ġew indirizzati.

Investiment ta’ €345 miljun flekonomija Maltija Meta ħabbar dan il-Pjan, Stefan Zrinzo Azzopardi stqarr li l-Pjan għall-Irkupru u r-Reżiljenza huwa ħolqa oħra fil-pakkett ta’ inizjattivi u proġetti li kienu tħabbru sa minn ftit ġimgħat wara li kienet faqqgħet ilpandemija f’Malta f’Marzu tas-sena l-oħra. Dawn il-miżuri kollha flimkien wasslu biex itaffu l-effetti ekonomiċi talpandemija u ġew salvati madwar 100,000 impjieg u ħafna negozji setgħu jibqgħu joperaw biddiversi għajnuniet finanzjarji li ingħataw. B’dan l-investiment ta’ Fondi Ewropej se tingħata injezzjoni oħra lill-ekonomija Maltija biex tkompli tirkupra u tilħaq anke l-miri għolja ta’ tkabbir ekonomiku li qed ibassru istituzzjonijiet ewlenin barranin bħalma huma l-Kummissjoni Ewropea u l-Fond Monetarju Internazzjonali.

Is-Segretarju Parlamentari għall-Fondi Ewropej fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru, Dr Stefan Zrinzo Azzopardi jippreżenta lill-ġurnalisti il-Pjan għall-Irkupru u r-Reżiljenza.


22 EKONOMIJA | 31 ta’ Lulju 2021

Ħarsien u promozzjoni tal-wirt kulturali ekkleżjastiku bil-fondi Ewropej

Is-sbuħija talknejjes Maltin tirrifletti d-devozzjoni storika tal-popolazzjoni Maltija iżda l-valur tagħhom imur lil hinn mir-reliġjon. Bosta mill-kappelli u l-knejjes madwar pajjiżna joffru kontribuzzjoni unika lejn il-valur arkitettoniku, artistiku u storiku ta’ Malta. Ħafna drabi, l-awtoritajiet talKnisja huma responsabbli biex jieħdu ħsieb dan il-bini u dak kollu li hemm fihom, inkluż opri tal-arti mill-isbaħ. Hija ta’ sfida kbira biex dawn il-ġojjelli jinżammu fl-istat oriġinali tagħhom u sfortunatament numru ta’ knejjes sofrew danni kbar tul iż-żmien. Konxja tal-importanza ta’ dan il-bini għall-identità Maltija, u s-sens ta’ komunità tagħna, il-Fondazzjoni għall-Wirt Kulturali tal-Arċidjoċesi ta’ Malta, assigurat is-somma ta’ €4.5m, bil-maġġoranza tagħom

iffinanzjati mill-Unjoni Ewropea, biex twettaq xogħol ta’ restawr u konservazzjoni f’numri kbir ta’ parroċċi bejn Malta u Għawdex. Permezz ta’ 32 proġett speċifiku mqassmin fuq tliet fażijiet, il-faċċati tal-knejjes u l-kappelli, kampnari, koppli, pitturi u biċċiet tal-arti qed jiġu restawrati biex jitħares il-patrimonju reliġjuż tagħna b’mod li jkun jista’ jitgawda mill-ġenerazzjonijiet futuri. Numru ta’ opri tal-arti dfferenti li jinsabu f’dawn il-binjiet qaddisa se jiġu restawrati biex jitgawdew minn kulħadd.

Il-knejjes u l-kappelli li qed igawdu mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali jinkludu l-Knejjes Parrokjali ta’ Ħ’Attard, Ħal Balzan, Bidnija, Birkirkara (Santa Marija), l-Imġarr, Ħal Tarxien, Naxxar, Raħal Ġdid, Ħamrun (San Gejtanu), Floriana, Qrendi, Żebbuġ, Bormla, Ħal Kirkop, Valletta (San Pawl), iżŻejtun u Żurrieq kif ukoll żewġ kappelli fil-Għargħur, il-Knisja tal-Madonna tas-Samra filĦamrun u l-Kappella ta’ Sta. Tereża ta’ Avila fil-Belt. Qed isir ukoll xogħol ta’ restawr fuq biċċiet ta’ arti fil-Katidral

tal-Imdina, il-Knejjes Parrokkjali ta’ San Pawl (Rabat), Sant’Elena (Birkirkara), Mosta, Marsaxlokk, Dingli, Isla u San Girgor (Sliema) kif ukoll fi-Kappella magħrufa bħala ta’ Bernarda fil-Għargħur. Dan il-proġett jinkludi wkoll il-bini ta’ mużew fil-Loġġa tal-Viżitaturi fil-pjazza tasSantwarju tal-Mellieħa u r-restawr tal-arkivji fil-Kurja talArċisqof fil-Furjana. Malta toffri mas-600 post sagru u t-titjib tal-kwalità u l-aċċess ta’ dawn is-siti jista’ jgħin ukoll biex jattira turiżmu bbażat fuq

il-fidi. Kif qal tajjeb l-Arċisqof, dan il-proċess huwa sinjal ta’ apprezzament lis-sagrifiċċji ta’ missirijietna li esprimew ilfidi tagħhom permezz tal-wirt reliġjuż, li qed ingawduh illum u li għalih aħna responsabbli biex ngħadduh lil ta’ warajna. (Dan l-artiklu huwa parti mill-kampanja OurEU.mt, amministrat minn ComuniqEU ta’ CiConsulta, bl-appoġġ finanzjarju tal-Unjoni Ewropea. Il-kontenut tal-kampanja huwa r-responsabbiltà ta’ CiConsulta u mhux neċessarjament jirriflettu l-opinjonijiet tal-Unjoni Ewropea.)


31 ta’ Lulju 2021 | EKONOMIJA 23

L-Ekonomija, il-Buon Governanza u s-Saltna tad-Dritt

Edward Zammit Lewis Ministru għal-Ġustizzja u Governanza

Kemm is-Saltna tad-Dritt kif ukoll il-Governanza t-tajba huma żewġ kunċetti vitali għall-ekonomija ta’ pajjiżna. Huwa proprju għalhekk illi bħala Gvern f’dawn l-aħħar sena u nofs ħdimna bla heda fuq dawn iżżewġ kunċetti. Fost id-diversi raġunijiet għala dawn huwa importanti nsibu illi dawn jiddeterminaw ir-reputazzjoni ta’ pajjiżna barra minn xtutna.

Malta hija pajjiż sovran, u għalhekk trid turi li għandha l-istituzzjonijiet jaħdmu u li huma effettivi u effiċjenti. Dawn ittliet pilastri huma kruċjali biex inkomplu ngawdu r-rispett tal-aqwa pajjiżi fid-dinja u għandhom jiġu prattikati mill-iżgħar dipartiment tal-Gvern sal-akbar entità, bħalma huma l-Qrati tal-Ġustizzja tagħna, immexxija minni anke fis-settur privat. Flimkien mal-Amministrazzjoni Robert Abela, il-Ministeru li jiena responsabbli minnu f’qasir żmien, wettaqna riformi kbar u bla preċedent. Il-ħidma f’dan l-ambitu tkompli, m’aħniex se niefqu hawn iżda se naċċertaw li nkomplu nwettqu aktar. Hemm bżonn t’aktar koordinament fost dawn il-ħafna entitajiet u awtoritajiet pubbliċi f’pajjiżna.

Bidla fil-Mentalità Hemm bżonn ukoll li kemm fuq livell ta’ Gvern u kif ukoll fis-settur privat il-‘Buon governanza’ ssir parti mill-mentalità u għalhekk tiġi infiltrata dik li bl-ingliż insejħulha ‘mentality shift’- il-buon Governanza għandha ssir prattika naturali għal kulħadd. B’dan il-mod biss nistgħu ngħaddu mit-testijiet li jkollna quddiemna minn żmien għal żmien, bħalma diġà għaddejna l-proċess tal-Kummissjoni Venezja u dak tal-MoneyVal tal-Kunsill talEwropa. ‘A level playing field’ Dawn il-prattiċi li ġew imsemmija japplikaw fuq livell Nazzjonali, għan-negozji u l-intrapriżi kollha, irrilevanti minn kemm huma kbar jew żgħar. Meta jiġu prattikati il-prinċipji tal-Buon Governanza, wieħed jibbenefika mis-serħan il-moħħ li l-affarijiet f’pajjiżna qegħdin isiru sew bi proċessi trasparenti u serji. Barra minn hekk wieħed isseraħ rasu wkoll li ħadd ma huwa ogħla jew aktar b’saħħtu mis-Saltna tad-Dritt. Dan jiggarantixxi “a level playing field” lil kulħadd fejn jidħol il-Gvern u anke proċessi kompetittivi li hu jvara.

‘Il Quddiem b’Ottimiżmu Biex pajjiżna jkompli jsaħħaħ u jsostni l-ekonomija tiegħu mal-poplu kollu, ilpjan tiegħu għal quddiem għandu jkun ibbażat fuq 3 pilastri; l-ambjent, il-kwalità tal-ħajja aħjar u trasformazzjoni diġitali ħolistika. Filwaqt li pajjiżna għandu jsostni n-niċeċ ekonomiċi li diġà jeżistu bħassettur tas-servizzi finanzjarji, huwa għandu jkompli jaħdem u jagħti importanza niċeċ ekonomiċi ġodda. Dan kollu għandu jsir bħala pajjiż wieħed u unit. Il-vuċi tagħna barra minn xtutna għandha tidwi bħala waħda unità u mhux imħassra millmibgħeda iżda imfassla fuq kompetizzjoni t’ideat mill-partiti politiċi kollha. F’unjoni waħda biss nistgħu nkomplu nikbru u nimxu ‘l quddiem. Fl-aħħar mill-aħħar għandu dejjem jkun hemm fiduċja bejn il-Gvern u s-settur privat, dan jwassal għal aktar kuraġġ min-negozji u l-intrapriżi tagħna. B’dan kollu biss nistgħu niggarantixxu viżjoni ekonomika għall-għaxar snin li ġejjin li tkabbar l-ekonomija, iżda fuq kollox taċċerta li l-ġid jasal għand kulħadd, inkluż dawk vulnerabbli u żvantaġġjati. Jekk naħdmu bħala ponn wieħed jiena konvint li bħala pajjiż u poplu wieħed se nimxu fittriq it-tajba u naslu. Il-ħidma tkompli!


24 EKONOMIJA | 31 ta’ Lulju 2021


31 ta’ Lulju 2021 | EKONOMIJA 25

VIŻJONI

SOĊJO-EKONOMIKA F’dawn l-aħħar snin Malta rnexxielha tkompli ssaħħaħ il-qagħda soċjo-ekonomika tagħha fuq diversi livelli, u dan minkejja l-isfidi kontinwi li għadna qed nitħabtu magħhom. Bil-mod il-mod qed nerġgħu niksbu r-riżultati li konna drajna bihom fl-aħħar tmien snin, b’iktar investiment dirett barrani, iktar xogħol, tisħiħ fil-benefiċċji soċjali, u kwalità ta’ ħajja aħjar. Dan ma ksibniehx b’kumbinazzjoni, iżda permezz ta’ pjan strutturat, ibbażat fuq konsultazzjoni wiesgħa ma’ dawk kollha nvoluti.

Is-sena l-oħra minħabba l-pandemija tlaqna minn sitwazzjoni, fejn uħud anke bassru li se jintilfu eluf kbar ta’ impjiegi, u li kieku dan ix-xenarju seħħ, kien ikollu impatt devastanti fuq l-ekonomija Maltija. Sena ilu rajna li nniedu l-Pjan ta’ Riġenerazzjoni Ekonomika ta’ kważi €900 miljun, sabiex nagħtu mbuttatura lill-familji u lin-negozji tagħna. Pjan li ħalla aktar flus fil-bwiet tal-familji filwaqt li naqqas l-ispejjeż fuq in-negozji, bħal fost oħrajn ir-rifużjoni ta’ 50% fuq il-kontijiet tad-dawl għaxxhur tas-Sajf tas-sena l-oħra. Fl-istess ħin, komplejna nagħtu l-Covid Wage Supplement għall-ħaddiema. Quddiem dan kollu, illum mhux qegħdin nitkellmu fuq miżuri ta’ awsterità, imma qed nibnu viżjoni soċjali u ekonomika mhux għal sena jew sentejn bil-quddiem iżda għall-ħmi-

stax-il sena li ġejjin. Nara l-ekonomija u s-soċjal bħala ħaġa waħda, li jimxu id f’id u jekk waħda minn dawn tmur ħażin, tħalli impatti negattivi kbar fuq il-pajjiż kollu. Qed infasslu għalhekk viżjoni, li tibni fuq il-ġid ekonomiku u soċjali li nkiseb fl-aħħar snin. Fl-istess waqt qegħdin ukoll inkomplu nikkonsolidaw il-bidliet soċjali li minnhom gawdew il-familji, it-tfal, iż-żgħażagħ, l-anzjani, il-persuni b’diżabilità, dawk bi problemi ta’ dipendenzi, u l-LGBTIQ, u dawn fost oħrajn.

Fuq kollox dan it-twemmin huwa l-bażi ta’ Gvern Laburista, li dejjem wera’ għeruq soċjalisti, li dejjem kien hemm għall-batut u ż-żgħir, u li dejjem kien hemm biex ikabbar l-ekonomija u jagħti ambjent li jixpruna l-operat tan-negozji. Hekk iktar nies jiksbu opportunitajiet ta’ xogħol aħjar, filwaqt li nkomplu nnaqqsu l-qgħad. Mhux se noqogħdu fuq dak li ksibna, se nkomplu niksbu aktar u npoġġu isem Malta fuq nett tal-mappa internazzjonali!

Din il-viżjoni trid fuq kollox tagħti direzzjoni u bażi għall-iżvilupp ta’ diversi strateġiji fil-qasam soċjali tal-futur. Qed nagħmlu eżerċizzju li mhux qed isir biss biex tingħata kwalità ta’ ħajja aħjar, iżda sabiex ukoll tindirizza sfidi għal ċerti gruppi vulnerabbli. Minkejja t-titjib kbir li sar, irridu nindirizzaw oqsma li jirrikjedu sostenibbiltà, bħal pensjonijiet u benefiċċji soċjali oħrajn. Għalhekk il-bżonn ta’ kontinwità politika li tiżgura li ssaħħaħ dak miksub, filwaqt li tinvesti f’opportunitajiet innovattivi li minnhom igawdi kulħadd.

B’dan il-kuraġġ u b’dan it-twemmin – Naslu!!

Nistgħu nippjanaw għall-qasam soċjali għaliex għandna ekonomija reżiljenti u flessibli. Rajna kif matul l-ewwel sitt xhur tas-sena kurrenti in-nefqa fuq il-benefiċċji soċjali, kontributorji u mhux kontributorji, kompliet tiela’ bejn Jannar u Ġunju u laħqet is-somma globali ta’ €583 miljun. Imqabbla mal-ispiża fl-istess perjodu tal-2020 din kienet turi qabża ta’ 5% jew madwar €28 miljun. Żieda li tfisser, li jekk wieħed iħalli barra l-benefiċċji temporanji li tħallsu minħabba l-COVID, iż-żieda effettiva fin-nefqa fuq il-benefiċċji soċjali globalment kienet tlaħħaq madwar €41 miljun. Dan fi żmien, fejn pajjiżi oħra komplew jagħfsu u jissikkaw, iżda dan il-Gvern jemmen mod ieħor. Dan huwa Gvern li jemmen li għandu jinċentiva l-ekonomija, li jgħin lin-nies, li jħeġġeġ lin-negozji jkomplu jinvestu u dan sabiex jimmasimizzaw l-potenzjal tagħhom. Nemmnu fil-ġustizzja soċjali u se nibqgħu nindirizzaw inġustizzji li saru ma’ nies fil-passat, u se nibqgħu nwettqu bil-fatti solidarjetà soċjali.

Nistgħu nippjanaw għall-qasam soċjali għaliex għandna ekonomija reżiljenti u flessibbli.


26 EKONOMIJA | 31 ta’ Lulju 2021

NDSF: il-fond li qed jinvesti fi Proġetti għall-Komunitajiet Kif jgħid il-Malti, l-ewwel li ma tiekol l-għajn. Meta nieħdu ħsieb u nżommu l-ambjent li qed ngħixu fih fi stat tajjeb, is-sens ta’ komunità jissaħħaħ għaliex irresidenti li jgħixu flakwati jikkontribwixxu għas-sodisfazzjon li jkun qed jinħass u tinbena armonija bejniethom. B’dan il-ħsieb f’moħħna, ftit tal-jiem ilu, l-NDSF ħabbret investiment ta’ miljun ewro fi proġett ta’ illuminazzjoni bla preċedent fl-Imdina. U dan sar wara diversi tħabbir ieħor ta’ proġetti diversi matul il-ġimgħat li għaddew fosthom, proġett ta’ urban greening fil-qalba tal-Ħamrun, investiment ta’ 8 miljun ewro f’ċentru paljattiv f’Santa Venera, investiment ta’ 5 miljuni fl-atleti tagħna li se jirrappreżentaw lil pajjiżna fil-logħob tal-pajjiżi ż-żgħar Ewropej u investimenti oħra. Dawn il-proġetti kollha rridu nqisuhom fil-kuntest kollu tagħhom. Ninsabu fi żmien ta’ pandemija globali, żmien li kieku mhux għall-investiment dirett barrani f’pajjiżna, qed inħossu l-għafsa tiegħu b’mod drastiku. Il-proġett tal-Imdina huwa partikolarment sinjifikanti, meta tqis li għal snin twal, waħda milliktar bliet importanti storikament, arikitettonikament u soċjalment flEwropa, tħalliet fi stat li xejn ma jġibilha ġieħ. L-installazzjoni ta’ dwal tal-aħħar teknoloġija se tkun finanzjata millNDSF u imwettqa minn Infrastructure Malta. Dik li fil-passat kienet il-belt kapitali ta’ Malta hija t-tieni l-aktar belt li jżuruha turisti f’pajjiżna. L-Imdina għandha valur imprezzabbli kemm f’kuntest lokali u anke internazzjonali, u l-pożizzjoni ġeografika tagħha tippermettilha titgawda minn ħafna nħawi fil-gżejjer Maltin. Il-proġett ta’ illuminazzjoni se jħalli impatt viżiv pożittiv għal diversi irħula tal-madwar, filwaqt li ma jsarraf f’ebda ħsara ambjentali. Se jiġi installat dawl esterjuri madwar il-binjiet ewlenin tal-Mdina, li bħalissa jinsabu mudlama jew imdawla b’mod li ma jirrifletti xejn is-sbuħija arkitettonika tagħhom. Dawn jinkludu l-Katidral tal-Imdina, il-Knisja tal-Karmelitani,

il-Bieb tal-Imdina, il-Bieb tal-Griegi u Palazzo Vilhena. Se tintuża teknoloġija moderna biex jinbidel id-dawl fil-belt innifisha. Id-dawl ġdid għandu jservi mhux biss biex isebbaħ l-Imdina, iżda jħares il-binjiet storiċi mit-tniġġiż iġġenerat mid-dawl. Se jinbidel ukoll iddawl mal-fortifikazzjonijiet tal-Imdina u Ġnien Howard.

li joqogħdu f’din iż-żona urbana u jippromovi stil ta’ ħajja sostenibbli. L-ispazju ġdid ser joffri post alternattiv ta’ rilassament aċċessibbli faċilment u 'l bogħod mit-traffiku.

Proġett ieħor, din id-darba ta’ tħaddir f’nofs ta’ zona urbana, tħabbar riċentement fil-Ħamrun, f’Misraħ isSebgħa ta’ Ġunju 1919, fejn se jitwettaq il-proġett. Żona li bħalissa tintuża biss bħala parkeġġ u li issa se tinbidel f’roof garden fil-Ħamrun.

b’aktar proġetti pjanati f’Ħal Qormi, fil-Mosta, u f’Ħaż-Żabbar. Proġetti ppjanati flimkien u b’mod li jagħmel sens ħolistiku huma s-soluzzjoni għal pajjiżna. Qed nikkollaboraw, mhux biss bejn Ministeru u ieħor, imma bejn entità u oħra, bejn lokalità u oħra. U dak li qed jgħaqqad dan kollu huma l-fondi mill-NDSF, il-karus nazzjonali ta’ pajjiżna.

Bħala parti mid-disinn, se jinżamm l-istess spazju ta’ parkeġġ li huwa disponibbli attwalment, filwaqt li se jkun installat lift għall-aċċessibilità ta’ kulħadd u latrini pubbliċi. Mal-faċċata tal-istrutturi l-ġodda, se jiġi installat ġnien vertikali, biex dawn l-istrutturi jkunu integrati bl-aħjar mod possibbli mad-disinn ġenerali. Il-proġett, li jiswa iktar minn €1.5 miljun, huwa finanzjat mill-Fond Soċjali u għall-Iżvilupp Nazzjonali u mwettaq minn GreenServ. Dan il-proġett innovattiv ħa jtejjeb ilkwalità tal-ħajja tar-residenti billi joffri spazju ekoloġiku miftuħ, fejn se jitħawlu siġar u arbuxelli. Huma dawn it-tip ta’ ideat innovattivi li se jikkontribwixxu għal spazji aktar ħodor f'żoni urbani ta’ densità għolja, li bħalissa huma assoċjati ma’ uċuħ tat-tarmak u traffiku eċċessiv. Dan il-proġett huwa intiż li jtejjeb il-kwalità tal-ħajja għar-residenti

L-istess bħal fil-każ tal-Imdina, dan mhux proġett iżolat. Anzi, huwa wieħed minn sensiela ta’ investimenti simili,

L-impenn tal-Gvern jibqa’ li nħarsu l-interessi taċ-ċittadini Maltin u Għawdxin, fosthom billi niżguraw li pajjiżna jibqa’ jattira l-investiment dirett barrani, li qed jippermettilna ninvestu bis-saħħa fil-komunità.


31 ta’ Lulju 2021 | EKONOMIJA 27

FinanceMalta tiġbor l-imsieħba kollha tal-industrija tas-servizzi finanzjarji matul il-konferenza annwali 2021 Il-konferenza annwali ta’ FinanceMalta bit-tema “Malta’s Financial Services Industry: Emerging Stronger” saret riċentement u ffukat dwar il-ħtieġa u l-ħeġġa tal-industrija tas-servizzi finanzjarji ta’ Malta sabiex tingħaqad u tiddiskuti fid-dawl tal-bidliet u l-iżviluppi globali u lokali li ġraw f’dawn l-aħħar 18-il xahar. tal-Islanda fit-Task Force tal-FATF u President tal-Kumitat ta’ Tmexxija dwar Azzjonijiet kontra l-Ħasil tal-Flus, il-Finanzjament u l-Proliferazzjoni tatTerroriżmu. Matul l-intervent tiegħu huwa qasam l-esperjenzi tiegħu dwar il-mod kif l-Iżlanda ħarġet mill-istatus tal-FATF ta' monitoraġġ miżjud u dak li tgħallmu matul il-proċess. Riċentement l-Islanda ħarget mill-lista l-griża tal-FATF u dan kien ta’ interess għall-ħafna millparteċipanti tal-konferenza.

Rudolph Psaila Chairman Finance Malta Il-lista tal-kelliema inkludiet uffiċjali eżekuttivi ewlenin minn Malta u barra, uffiċjali li jfasslu l-politika tal-Unjoni Ewropea, rappreżentanti tal-gvern, rapprezentanti minn organizzazzjonijiet globali li jissettjaw l-istandards, akkademiċi magħrufa u riċerkaturi internazzjonali. B’kollox aktar minn 50 kelliem, kontributur, espert, panellist f’Malta u madwar id-dinja taw il-kontribut tagħhhom kemm fiżikament fil-post talkonferenza kif ukoll kif ukoll virtwalment permezz tal-video conferencing. Il-konferenza ibrida, li saret fuq żewġ nofstanhari fl-20 u fil-21 ta’ Lulju, ġiet trasmessa live permezz ta' pjattaforma ta' avveniment fuq l-internet li kienet tiżgura wkoll netwerking u interazzjoni għal aktar minn 300 parteċipant li rreġistraw. Fost il-kelliema ewlenin kien hemm ilKummissarju Ewropew għas-Servizzi Finanzjarji, l-Istabbiltà Finanzjarja u s-Swieq Kapitali tal-Unjoni Ewropea, Mairead McGuinness. Fl-intervent tagħha, il-Kummissarju McGuinness irringrazzjat lill-FinanceMalta għall-istedina biex tikkontribwixxi għall-konferenza. Hi qalet li t-tema magħżula tinteressa lil kull min huwa involut, speċjalment fil-kuntest tal-pandemija u l-isfidi ta’ wara l-Covid-19: “Għandna opportunità li nħarsu lejn il-fażi ta’ rkupru u nibnu Ewropa aħjar, filwaqt li niżviluppaw issettur tas-servizzi finanzjarji sabiex dan ukoll ikun jista’ joħroġ aktar b’saħħtu mill-kriżi u nagħtu s-sehem sħiħ tagħna sabiex nibnu futur aħjar - futur li jinkludi s-sostenn lejn iċ-ċentri finanzjarji madwar l-Unjoni Ewropea.” Kelliem iehor ewlieni kien Teitur Már Sveinsson, il-kap tad-delegazzjoni

Matul l-avveniment ta’ FinanceMalta tkellem ukoll Andrew Likierman, professur fil-prattika tal-maniġment ġewwa l-London Business School. Huwa spjega fid-dettall is-suġġett tal-ġudizzju tajjeb u għaliex dan huwa tant importanti għal governanza tajba f’ambjenti regolati, b’mod ġenerali u servizzi finanzjarji b’mod partikolari. Panel interessanti kien dak li jittratta l-futur tas-industrija tas-servizzi finanzjarji ta’ Malta, li kien jinkludi fih lil Alfred Camilleri - Chairman tan-National Cooordinating Committee, William Spiteri Bailey – Chairman tas-Service Providers Economic Group fi ħdan il-Kamra tal-Kummerċ, Kenneth Farrugia – Direttur tal-FIAU, Dr Christopher P. Buttigieg – interim CEO tal-MFSA, kif ukoll lil Joseph Farrugia – Registrar u Kap Eżekuttiv tal-Malta Business Registry. Fost it-temi diskussi minn dak il-panel kien hemm id-deċiżjoni tal-FATF dwar Malta. Alfred Camilleri qal li t-tama hija li fi żmien 18-il-xahar, Malta toħroġ mill-lista l-griża. Hu ddiskuta malmembri tal-panel kif Malta għandha pjan ta’ azzjoni ambizzjuż u l-pajjiż jinsab fi stadju avvanzat fl-implimentazzjoni ta’ dan il-pjan. Kenneth Farrugia u l-kelliema l-oħra qablu li t-time frame ta’ 18-il xahar huwa rejalistiku imma qalu wkoll li għad fadal xi jsir. Huma sostnew l-importanza ta’ l-effettività fir-riformi u li l-implimentazzjoni teknika tagħhom, sabiex dawn ikunu sostenibbli fuq tul ta’ żmien. Il-konferenza annwali ta’ FinanceMalta offriet serje ta’ diskorsi, preżentazzjonijiet u diskussjonijiet permezz ta’ panels fuq uħud mill-aktar suġġetti relevanti għall-industrija. Dawn inkludew irrwol ta’ FinTech u RegTech għattrasformazzjoni b’ħeffa, il-ġid privat u l-uffiċċji tal-familja, l-ġejjieni tarregolamentazzjoni u s-superviżjoni finanzjarja kif ukoll is-sigurtà u l-perikli diġitali (Cybersecurity) għan-negozji tasservizzi finanzjarji, l-impatt ta’ Brexit fuq is-servizzi finanzjarji ta’ Malta, il-Union

tal-Bankiera u l-adozzjoni tal-Iskema Ewropea tal-Assigurazzjoni tad-Depożiti (EDIS), l-istrateġija ta’ Malta għal finanzi sostenibbli, l-immaniġġjar tal-assi u r-reġim Malti tal-Fond tal-Investituri Professjonali (PIF), kif ukoll l-aspett talimpjiegi u x’qed jagħmel is-settur biex jattira l-aqwa talent. Kemm il-Prim Ministru Robert Abela kif ukoll il-Kap tal-Opposizzjoni Bernard Grech indirizzaw il-konferenza u tkellmu dwar l-aħħar żviluppi relatati maddeċiżjoni tal-FATF dwar Malta. Tkellmu wkoll il-Ministru tal-Finanzi u Impjiegi Clyde Caruana kif ukoll il-Kelliema talOpposizzjoni dwar l-Ekonomija, Servizzi Finanzjarji u Artijiet Kristy Debono.

Fi tmiem il-konferenza, Rudolph Psaila, Chairman ta’ FinanceMalta, qal: “FinanceMalta se tkompli tiġbor flimkien il-vuċijiet differenti tal-industrija tas-servizzi finanzjarji biex inkomplu nirriflettu fuq dak li għaddejjin minnu. Perspettivi differenti huma kruċjali biex nagħtu spinta lill-innovazzjoni, nevalwaw mill-ġdid il-kapaċitajiet f’dan is-settur u, fl-aħħar mill-aħħar, noħorġu aktar b'saħħitna. Kelma waħda li ħarġet b’mod konsistenti matul il-konferenza kienet ‘flimkien’ u naħseb li huwa kruċjali li nżommu f’moħħna din il-kelma għaliex flimkien nistgħu negħlbu kwalunkwe sfida li naffaċċjaw."

Panel session:

Malta’s Financial Services Industry – Quo vadis?

Garvan Keating Director, CountryProfiler Alfred Camilleri Chairman, National Coordinating Committee William Spiteri Bailey Chairman of the Service Providers Economic Group at The Malta Chamber Kenneth Farrugia Director, Financial Intelligence Analysis Unit Dr. Christopher P. Buttigieg Chief Officer Supervision, CEO ad interim, Malta Financial Services Authority Joseph Farrugia Registrar / Chief Executive Officer, Malta Business Registry

Panel session:

Malta’s strategy for Sustainable Finance

Hon. Miriam Dalli Minister for Energy, Enterprise and Sustainable Development Deborah Webster Co-Founder & CEO AMANIcircle Stephanie Galea Head of Business Development and Marketing, Malta Stock Exchange Steve Ellul Advisor, Ministry for Energy, Enterprise and Sustainable Development Dr. Malcolm Falzon Camilleri Preziosi Advocates Phyllis Farrugia Senior Advisor (Strategy & Policy), Malta Financial Services Authority


28 EKONOMIJA | 31 ta’ Lulju 2021


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.