Ekonomija Baġit

Page 1

Edizzjoni Speċjali

17 ta’ Ottubru 2021

Malta

a li għaddiet.

t tal-Iskejjel: inkluż kundizzjonata

ħ l-istatus dukaturi

egola l-Professjoni ntoring għall-għalliema li w u aktar korsijiet

Se jkomplu jittejbu l-faċilitajiet biex jingħata l-ogħla livell ta’ tagħlim tax-Xjenza, it-Teknoloġija, l-Inġinerija u l-Matematika (STEM) -

programm ta’ mmoderniżżar u investiment ta’ apparat modern fil-180 laboratorju

apitali u Rikurrenti

kattiva

budget.gov.mt

u titjib fl-infrastruttura tan-netwerk diġitali •

Investiment ta’ €1 miljun biex

l-eżamijiet tas-SEC isiru fl-istess skejjel fejn kienu jattendu l-istudenti

Aktar investiment fl-Apprendistat

biex jiżdiedu n-numru ta’ studenti li jsibu placements mas-settur privat


2

EKONOMIJA | 17 ta’ Ottubru 2021

Budget ieħor bla taxxi ġodda.

Ħabbarna wieħed mill-akbar pakketti soċjali u ambjentali li qatt kellna f’pajjiżna iżda flistess waqt se nieħdu ħsieb li l-finanzi pubbliċi nużawhom b’mod għaqli u prudenti.

Clyde Caruana Ministru għall-Finanzi u x-Xogħol

- Proġett ta’ afforestazzjoni tal-Park tal-Inwadar. Se jiġu mħawwla għexieren ta’ eluf ta’ siġar. Proġett ta’ €20 miljun fuq medda ta’ ħames snin.

- Trasport pubbliku b’xejn minn Ottubru 2022 - It-tieni pajjiż flEwropa b’din il-miżura.

- Bini isbaħ u aktar ambjentali: L-inċentivi għall-bini huma ffukati fuq is-sbuħija u r-riġenerazzjoni ta’ propjetajiet diżabitati u mhux fuq il-volum biss. Tneħħija tat-Taxxa tal-Boll u tal-Capital Gains fuq l-ewwel €750,000 meta propjeta’ tkun f’UCA, ilha diżabitata iktar minn seba’ snin jew mibnija ġdida bi stil tradizzjonali Malti.

Fuq dawn se tingħata għotja fuq il-valur tal-VAT sa massimu ta’ €54,000 fuq nefqa ta’ €300,000 fi spejjeż ta’ restawr. F’dawn il-każijiet, jekk tkun first-time buyer, il-Gvern se jagħtik għotja ta’ €15,000. Jekk tkun f’Għawdex din l-għotja titla’ għal €30,000.


17 ta’ Ottubru 2021 | EKONOMIJA

- Żieda lill-pensjonanti kollha Żieda massima ta’ €780 fis-sena għallpensjonanti l-iktar vulnerabbli, li għandhom s-supplimentarja u lir-romol. Żidiet filpensjonijiet jibdew minn €260 fis-sena. - L-ikbar żieda fl-istipendji: Żieda ta’ 10% fl-istipendji għall-istudenti kollha. - Tnaqqis fit-taxxi: Tnaqqsu t-taxxi fuq l-overtime u fuq il-part-time filwaqt li żdied il-benefiċċju tal-€150 bħala In-Work Benefit għal dawk li jaħdmu bix-shift, filgħaxijiet jew weekends. Lill-pensjonanti li jaħdmu, tnaqqsilhom il-piż tat-taxxi wkoll. - Żieda fiċ-ċekk tat-Tax Refund għal dawk kollha li jaħdmu. It-Tax Refund issa se jkun qed jitla’ għal bejn €60 u €140 bl-ogħla ċekk jingħata lil dawk bl-aktar dħul baxx. Se jibbenefikaw ’il fuq minn 250,000 persuna. Miżura li se tiswa €24 miljun. - In-Work Benefit ikbar, bi thresholds iktar wiesgħa u żieda fir-rati għat-tliet kategoriji. Se jibbenefikaw madwar 7,000 familja b’nefqa ta’ €2 miljun. - L-għoli tal-ħajja hija realtà - Il-pandemija ġabet realtà ta’ prezzijiet ogħla. Il-ħajja qed togħla u dik hi waħda mir-raġunijiet għalfejn dan kien Budget soċjali. Għal dawk il-familji u pensjonanti vulnerabbli se jiġi ntrodott wkoll mekkaniżmu ġdid tal-għoli tal-ħajja. - Għajnuniet sa massimu ta' €12,000 għall-karozzi elettriċi u plug-in. - Se tingħata wkoll medja ta’ €10,000 għal kull skola pubblika biex il-Kap tal-Iskola, fid-diskrezzjoni tiegħu jew tagħha, tgħin littfal vulnerabbli fil-bżonnijiet bażiċi. Soċjetà relattivament affluwenti bħal tagħna trid tieħu ħsieb lil kulħadd.

3


4

EKONOMIJA | 17 ta’ Ottubru 2021

Malta

budget.gov.mt

EKONOMIJA TA’ ĠID GĦAL KULĦADD Ekonomija b’saħħitha Fl-aktar żmien ta’ sfida, Malta rat l-aqwa budget soċjali li jwieżen il-familji, iż-żgħażagħ, l-anzjani, il-ħaddiema u n-negozji. Nemmnu li Malta li rridu għal uliedna, hija dik ta’ pajjiż li tieħu gost tgħix fih. • €40miljun fix-xahar għal numru ta’ xhur, sabiex tiġi imħarsa l-ħobża ta’ kuljum ta’ 100,000 familja. • Mill-Covid Wage Supplement, ir-rifużjonijiet fil-kontijiet tal-kera u tad-dawl, għat-tqassim tal-vouchers ta’ €100. Fit-tieni kwart tas-sena, Malta rreġistrat tkabbir ekonomiku ta’ 13.4% u l-investiment laħaq figura rekord ta’ €841miljun u l-qgħad nieżel għall-inqas livell fl-istorja. • Budget li jinċentiva l-impjiegi, sabiex iżjed nies jidħlu fid-dinja tax-xogħol.

freephone 8 007 2207


17 ta’ Ottubru 2021 | EKONOMIJA

• Iżjed għajnuna lin-negozji żgħar u medji sabiex jittrasformaw l-operat tagħhom għad-dinja diġitali. • Tisħiħ tan-niċeċ ekonomiċi ġodda u innovattivi. • Nippreparaw lill-istudenti biex jikbru f’karrieri fl-industrija tat-teknoloġiji emerġenti.

Ġid għal kulħadd: fil-budget 2022 ser: • Inkomplu insaħħu l-infrastruttura industrijali ta’ pajjiżna. €470 miljun fiż-żoni industrijali ta’ pajjiżna. Bini ta’ toroq ġodda u titjib, fiż-żoni industrijali ta’ Ħal Far, Bulebel, Marsa, Kordin, San Ġwann u Ħal Luqa.

Serħan il-moħħ lill-ħaddiema li xogħolhom huwa protett, lin-negozji li jistgħu jkomplu jinvestu u l-istudenti sabiex ikomplu jistudjaw.

“Budget 2022 huwa ħolqa oħra minn katina t’inizjattivi ekonomiċi li raw lill-poplu jirċievi mingħajr ma jitteħidlu xejn.”

GVERN TA’ MALTA MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA U L-INDUSTRIJA

ekonomija

5


6

EKONOMIJA | 17 ta’ Ottubru 2021

Il-Malta Enterprise Minn miżuri tal-baġit... Ix-xogħol tal-Malta Enterprise li tkattar l-ekonomija u l-ekosistema jilħaq il-qofol tiegħu f’ opportunitajiet bħall- baġit. Dawn huma uħud mill-proposti tal-Malta Enterprise u li se tkun qed tattwa fix-xhur li ġejjin. Blue Med Hub

Il-Malta Enterprise ser tkun qed twaqqaf il-Blue Med Hub b’diversi esperti f’ dan il-qasam biex jattira startups u intrapriżi żgħar u medji, lokali u barranin. Il-Hub ser ikun qed jikkollabora ma’ entitajiet millAfrika u Lvant Nofsani biex jiftaħ l-opportunitajiet ta’ investiment f’dan is-settur u jiġu esplorati soluzzjonijiet innovattivi għallisfidi u l-opportunitajiet li joffri l-Mediterran.

Startup Visa

Il-Malta Enterprise waslet fi stadju avvanzat ta’ diskussjonijiet malMalta Residency Agency biex tiġi mnedija l-iStartup Visa. Malta se tkun iktar attraenti għall-istartups u jkunu jistgħu jissetiljaw f'pajjiżna b'mod li jħalli frott, kemm għallattivita' kummerċjali tagħhom kif ukoll għal-pajjiżna.

KBIC ġdid

Se nkunu qed niżviluppaw Business Incubation Centre ġdid f' Kordin sabiex nagħtu spazju iktar xieraq lin-natura ta’ startups li qed nattiraw u nkattru fl-ekosistema ta’ pajjiżna.

Rent Subsidy Scheme Extended

Ser inkunu qed nestendu l-inċentiva tas-sussidju fuq il-kera fuq numru akbar ta' negozji eleġibbli; negozji li diġà huma stabbiliti f’ Malta u li għandhom bżonn jikru iktar spazju biex jimportaw f’ ammonti akbar, u b’hekk itaffu l-ispejjeż li qed jiżdiedu fuq l-importazzjoni.

Seed Fund

B’kollaborazzjoni mal-Malta Enterprise u l-Università ta’ Malta, ser jitnieda Seed Fund bil-għan li nħeġġu riċerkaturi u imprendituri b’ideat innovattivi u sostenibbli sabiex jiksbu l-appoġġ finanzjarju biex jiżviluppaw dawn l-ideat.

Profit Re-investment Scheme

Malta Enterprise se tintroduċi skema li biha persentaġġ talprofitti li jinżammu fin-negozju u jiġu investiti fi proġetti fl-istess negozju u / jew f’negozju ieħor, se jirċievu benefiċċju ta’ taxxa sakemm l-investiment isir fi żmien sentejn mill-1 ta’ Jannar 2022.

Ninvestu f’ vetturi elettriċi

Il-Malta Enterprise se tniedi skema biex tassisti l-intrapriżi jibdlu vetturi li jaħdmu bil-fjuwil għal vetturi li jaħdmu b’ mod elettriku u soluzzjonijiet oħra. L-intrapriżi ser ikunu qed jibbenefikaw minn din l-iskema meta jibdlu vetturi eżistenti għal vetturi elettriċi ġodda. Din l-iskema se tindirizza vetturi ta’ distribuzzjoni u loġistika. Ix-xogħol tal-Malta Enterprise li tkattar l-ekonomija u l-ekosistema jilħaq il-qofol tiegħu f’ opportunitajiet bħal baġit. Dawn huma uħud mill-proponimenti talMalta Enterprise u li se tkun qed tattwa fix-xhur li ġejjin. Aktar dettalji se jkunu qed jitħabbru fil-ġimgħat li ġejjin. Segwi l-paġna fuq facebook biex iżżomm aġġornat.

Dan hu x’tagħmel il-Malta Enterprise mal-kumpaniji lokali, fosthom dawk talmanifattura però anke dawk li joperaw f’setturi oħra bħax-xjenza, teknoloġija, riċerka u żvilupp, avjazzjoni u infrastruttura diġitali.


17 ta’ Ottubru 2021 | EKONOMIJA

...Għall-iStartup Festival... Matul dawn l-aħħar snin, il-Malta Enterprise, li dejjem kienet ta’ sapport għall-istartups, kienet torganizza l-iStartup Cafe. Anke fis-sena 2020, matul il-pandemija, ġiet organizzata l-verzjoni online, għaliex l-istartups ukoll affetawathom il-pandemija u kienu qed ifittxu s-sapport meħtieġ. Din is-sena iżda, l-Malta Enterprise se timxi pass ikbar. Pass, li se jwassalna għall-iStartup Festival ta’ kważi tlett ijiem f’ Novembru li ġej, mill-11 sat-13 ta’ Novembru, ġewwa l-parkeġġ tal-Kordin Business Incubation Centre (KBIC). Matul l-iStartup Festival se jiġu mtellà diversi workshops b’ temi varji li jiffokaw fuq tliet pilastri; is-sostenibilita`, l-innovazzjoni u d-diġitalizzazzjoni. L-iStartup festival se jiċċelebra ukoll l-għoxrin sena mit-twaqqif tal-KBIC, li anke kif għadu kif tħabbar fil-baġit ta’ din il-ġimgħa, il-Malta Enterprise qiegħda filproċess li tħares ‘il quddiem għal binja ta’ KBIC ġdida. Il-Festival se jlaqqana ma diversi stejjer ta’ suċċess li bdew minn, jew ingħataw l-assistenza millKBIC matul dawn l-għoxrin sena. L-iStartup festival se jġib flimkien diversi mħuħ, kemm innovattivi u kemm kummerċjali, dawk ta’

esperjenza u dawk li qed ifittxu dik l-assitenza biex wieħed jibda, jew ikompli, għaliex mhuwiex proċess faċli li wieħed jibda minn idea u jiġġenera kunċett, u jiġġenera l-interess kummerċjali, li wieħed isib it-talent meħtieġ u fatturi oħra. Wieħed jista’ jiltaqa’ ma’ taħlita ta’ startups u mentors, u s-servizzi li toffri l-Malta Enterprise permezz tal-Business First; fejn wieħed jista’ faċilment iżur dan il-one-stop-shop u jinqeda minn servizzi varji talGvern. Se nesploraw kif is-sostenibilita` timpatta fuq l-istartups u l-prodotti u s-servizzi li jipprovdu, kif l-AI jista’ jtejjeb il-prodott, l-imprendituri femminili fis-settur teknoloġiku, il-life cycle tal-prodott u s-sostenibilita` finanzjarja, kif se nadattaw għal xenarju li iktar se jkun qed jimxi għal mod diġitali u virtwali, u wkoll se niltaqgħu ma’ innovaturi li se jaqsmu l-esperjenzi tagħhom u kif bdew minn startup, u mxew għal scale up. L-iStartup Festival għalhekk jikkumplimenta l-isforzi li qed nagħtu lill-istartups tagħna u jkunu offruti s-servizzi, l-assistenza u l-attenzjoni li tixraqilhom. L-isturtup festival u bini ta’ KBIC ġdid mhumiex l-unika elementi li aħna bħala Malta Enterprise noffru għal-istartups.

Żur startinmalta.com għal iktar informazzjoni u biex tirreġistra għal workshops tal-iStartup Festival.

7


8

EKONOMIJA | 17 ta’ Ottubru 2021

Malta

Aktar investiment fl-infrastruttura edukattiva

għal modernizzar u estensjonijiet tal-Iskejjel: inkluż investiment għall-klassijiet b’arja kundizzjonata

Se tkompli tissaħħaħ l-istatus tal-Professjoni tal-Edukaturi

inkluż li tidħol fis-seħħ il-liġi li tirregola l-Professjoni tal-Edukaturi; programmi ta’ mentoring għall-għalliema li jkunu għadhom kemm iggradwaw u aktar korsijiet għall-edukaturi •

u titjib fl-infrastruttura tan-netwerk diġitali

għall-ġenituri li jaħdmu bix-shifts, filgħaxijiet u fil-weekends •

l-eżamijiet tas-SEC isiru fl-istess skejjel Aktar investiment fl-Apprendistat

biex jiżdiedu n-numru ta’ studenti li jsibu placements mas-settur privat •

Għajnuna lil tfal vulnerabbli

Estiż is-servizz taċ-Childcare b’xejn

Investiment ta’ €1 miljun biex

fejn kienu jattendu l-istudenti

Investiment biex aktar skejjel ikollhom Autism Units

u magni Braille biex jissaħħaħ it-tagħlim multisensorjali – u proġett biex jitkabbar l-għarfien għat-tagħlim tal-lingwa tas-sinjali

Kull Kap ta’ Skola tal-Istat se jingħata €10,000 fis-sena biex jindirizza affarijiet bażiċi, bħall-ikel, li tfal ikunu neqsin minnhom •

Se jkomplu jittejbu l-faċilitajiet biex jingħata l-ogħla livell ta’ tagħlim tax-Xjenza, it-Teknoloġija, l-Inġinerija u l-Matematika (STEM) -

programm ta’ mmoderniżżar u investiment ta’ apparat modern fil-180 laboratorju

9% żieda fin-nefqa Kapitali u Rikurrenti

meta mqabbla mal-baġit tas-sena li għaddiet. •

budget.gov.mt

Investiment biex tfal b’diżabilità –

jibqgħu jiġu assistiti wara l-edukazzjoni post-sekondarja

Żieda ta’ 10% fl-istipendji tal-istudenti

anki dawk li jaħdmu massimu ta’ 25 siegħa se jieħdu stipendju

GOVERNMENT OF MALTA MINISTRY FOR EDUCATION

edukazzjoni

f re e phone 8 007 2 2 07


17 ta’ Ottubru 2021 | EKONOMIJA

9

Settur edukattiv

li jsaħħaħ lil Malta li rridu għal uliedna Għalina l-edukazzjoni hija l-pern tal-politika soċjali u ekonomika tal-gvern, għodda biex intejbu l-ħajja tan-nies. Kif intqal fid-diskors tal-baġit, l-għan tagħna huwa li niżguraw li kulħadd ikollu qasba biex ikun jista’ jistad. B’hekk niżguraw ugwaljanza fl-opportunitajiet u iktar mobilità soċjali. Għalhekk din is-sena qed ninvestu vot ta’ €704 miljun fl-ispiza rikurrenti u vot kapitali ta’ €93 miljun. Dan jirrappreżenta żieda fin-nefqa ta’ €61 miljun fl-ispiża rikurrenti u €7 miljun finnefqa kapitali.

Se niżguraw ukoll li jiżdiedu l-korsijiet ta’ taħriġ kontinwu biex kull edukatur ikun jista’ jissokta b’taħriġ professjonali kontinwu tul il-karriera tiegħu jew tagħha. Bqajna wkoll attenti li ma ninjorawx realtajiet soċjali li jridu attenzjoni immedjata. L-iskejjel għalina mhumiex fabbriki ta’ ċertifikati imma ċentri fil-komunità fejn niltaqgħu ma’ realtajiet ta’ soċjeta iktar multikulturali u dinamika. Għalhekk waħda mill-miżuri għal qalbna ferm hija dik li nagħtu attenzjoni lil tfal vulnerabbli. Għalhekk l-għotja b’medja ta’ €10,000 fis-sena lil kull Kap ta’ Skola tal-istat minn Kinder sa’ Sekondarja b’nefqa ta’ €1 miljun, u jekk hemm bżonn din tiżdied, biex naraw li t-tfal taħt issuperviżjoni tagħhom ma jkunux neqsin minn affarijiet bħall-ikel jew riżorsi bażiċi. Aħna kburin li naqqasna sew il-faqar, imma mhux se norqdu sakemm ikun għad hemm tifel jew tifla waħda li ssoffri mill-faqar. Qed nafdaw lill-kapijiet tal-iskejjel tagħna filġudizzju tagħhom għax nemmnu fihom. Dan huwa rikonoxximent għar-rwol fundamentali li għandhom l-għalliema u l-kapijiet tal-iskejjel fil-komunità.

Dr Justyne Caruana Ministru għall-Edukazzjoni

Dan il-budget jibni fuq ir-riformi tal-aħħar 8 snin. Qed infasslu politika edukattiva li telqet mill-mudell ta’ one-size-fits-all għal waħda mfassla madwar l-aspirazzjonijiet u l-ħtiġijiet ta’ kull student. Dan huwa investiment li qed iħalli l-frott. Komplejna nnaqsu r-rata ta’ studenti li ma jkomplux l-edukazzjoni wara s-sekondarja. U lqajna għall-ikbar sfida f’dawn l-aħħar snin, bħal dik tal-pandemija billi ftaħna l-iskejjel bilgalbu, evitajna tixrid tal-pandemija fost it-tfal waqt li żgurajna li kulħadd jibqa’ jitgħallem.

Għalhekk din is-sena qed ninvestu vot ta’ €704 miljun fl-ispiza rikurrenti u vot kapitali ta’ €93 miljun.

Se nkomplu nibnu fuq is-suċċess tal-passat billi nestendu s-servizz ta’ childcare b’xejn filġurnata tas-Sibt u f’ħinijiet estiżi li jirreflettu r-realtajiet tal-familji Maltin. Aħna gvern li naġġornaw il-politika tagħna skont ir-realtajiet tal-ħajja ta’ kuljum. Għax nemmnu fl-edukauri tagħna. Għalhekk se ndaħħlu liġi li ssaħħaħ l-istatus talprofessjoni tal-edukaturi. Din għandha twassal biex tagħti status aktar professjonali lill-edukaturi kollha, inkluz lil-KGEs u lil-LSEs, irrispettivament f’liema livell ta’ edukazzjoni jgħallmu.

Dan il-gvern qiegħed ukoll ikompli jinvesti fil-ħiliet ta’ wliedna biex dawn ngħinuhom jilħqu l-potenzjal tagħhom. Għalhekk dan il-gvern introduċa l-istipendji għal kull min ikompli l-edukazzjoni post-sekondarja u mhux biss għall-istudenti tal-Università. Nemmnu li l-istipendji jgħinu biex firxa ikbar ta’ studenti jkomplu l-istudji tagħhom. Konxji li kieku ma kienx hemm l-istipendji u l-maintenence grants, studenti minn familji bi dħul baxx ma jkunux jistgħu jkomplu l-istudji tagħhom. Għalhekk, qed inżidu l-istipendji tal-istudenti kollha b'10%. Mhux hekk biss, imma qegħdin ukoll niżguraw li l-istipendju jingħata lillistudenti anke jekk jaħdmu sa’ massimu ta' 25 siegħa fil-ġimgħa, flok il-massimu ta’ 20 siegħa tal-lum. B’hekk min jaħdem ma jkunx qed jiġi kkastigat. Aħna gvern li nippremjaw lil min huwa bieżel. Għal darba oħra qed noffru qasba oħra għal min irid jistad. B’dawn iż-żewġ miżuri, lill-istudenti nagħtuhom żieda totali ta’ €5 miljun.

qed

Aħna wkoll gvern li nemmnu fis-sinerġija bejn l-edukazzjoni u d-dinja tax-xogħol. Għalina l-iskejjel huma parti ntegrali mill-ħajja soċjo-ekonomika. Għalhekk l- investiment biex jiżdied in-numru ta’ studenti li jsibu placements ta’ apprentistat mas-settur privat. Qed isir investiment biex dawn l-istudenti

jkunu aktar attrezzati b’laboratorji u faċilitajiet fejn ikunu jistgħu jitħarrġu fit-teknoloġija u l-ħiliet li s-setturi ekonomiċi jkunu jinħtieġu. Fuq kollox nemmnu wkoll f’sistema edukattiva ġusta u umana. Sa ftit snin ilu l-eżamijiet kienu piż fuq il-familji, imma llum huma b’xejn. Però dan ma kienx biżżejjed. Aħna wkoll konxji li fl-età ta’ 15-il sena għandna jkollna sistema iktar umana li fiha l-istudenti ma jkollomx għalfejn imorru jagħmlu l-eżamijiet f’ċentri ta’ eżamijiet maqtugħa mir-realtà edukattiva, li tkompli żżid l-istress ta’ dawn l-istudenti f’mument importanti. Wara l-proġett pilota ta’ din is-sena, għas-sena skolastika li jmiss, se jkun hemm aktar skejjel fejn l-istudenti se jagħmlu l-eżamijiet tas-SEC fl-istess skejjel li kienu jattendu l-iskola. Priorità oħra tagħna hija li nsaħħu t-tagħlim taxxjenza, settur li ma kienx jingħata l-importanza u l-investiment li jixraqlu. Għalhekk, se nibdew programm ta’ modernizzar u investiment f’apparat modern f’180 laboratorju tax-xjenza li jinsabu fl-iskejjel tagħna. Imma wkoll se nkomplu ntejbu l-infrastruttura tan-netwerk diġitali fl-iskejjel tal-istat, biex tgħina nkunu preparati għal sfidi bħal ma’ ġabet il-pandemija. Se nissuktaw ukoll bl-investiment infrastrutturali bl-immodernizzar, estensjonijiet u r-rinovazzjoni ta’ skejjel. Bla dubju, baqa’ ħafna sfidi li rridu naffaċċjaw u dan nistgħu nagħmluh biss jekk inkomplu nżommu widnejna miftuħin għal dak li jgħidulna l-esperti, l-edukaturi, l-ġenituri u t-tfal tagħna. Qed naħdmu flimkien malistakeholders kollha biex niżguraw futur aħjar għal uliedna u qafas edukattiv li jgħin fit-taħriġ kontinwu tal-ħaddiema tagħna. Fuq kollox qed inżommu saqajna mal-art. Malta hija soċjetà li qed tinbidel. Illum qed naffrontaw sfidi ġodda ta’ soċjetà iktar inklussiva, ġusta u iktar diversa. Li huwa żgur huwa, li rnexxielna nagħmlu riformi kbar fl-edukazzjoni mingħajr skossi u kunflitt. L-impenn tagħna huwa li nkomplu nantiċipaw l-isfidi tal-futur waqt li ma ninsew qatt lil dawk l-iktar vulnerabbli b’mod li niżguraw li ħadd ma jibqa’ lura f’pajjiż li dejjem sejjer ‘il quddiem.


10

EKONOMIJA | 17 ta’ Ottubru 2021

Favur pajjiż sabiħ li jieħu ħsiebek Il-gvern mhux xi Father Christmas bi xkora rigali fuq dahru biex iqassam liċ-ċittadini. Dak li jqassam huwa l-ġid li joħolqu n-nies bix-xogħol tagħhom u huwa d-dmir tal-gvern li jieħu ħsieb dak il-ġid bil-għaqal u jqassmu b’mod ġust.

Evarist Bartolo Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej

I

l-Budget 2022 li ressaq il-Ministru tal-Finanzi u x-Xogħol Clyde Caruana nhar it-Tnejn huwa budget ta’ gvern li jifhem xi jħossu, x’jaħsbu u xi jridu n-nies u għalhekk għaġen il-Budget 2022 bixxewqat u l-bżonnijiet tagħhom. Jieħu ħsieb li jgħixu tajjeb u ma jweġġgħux bl-għoli tal-ħajja n-nies tax-xogħol, il-pensjonanti, il-persuni b’diżabilita`, l-istudenti u qed iqassam ilġid biex jilħaq lilhom. In-nies iridu wkoll jieħdu gost jgħixu f’pajjiżhom u jixtiequ aktar siġar u ġonna u l-Budget 2022 se jkun qed jagħmel dan. RUĦ SOĊJALI Qal il-Ministru Caruana li dan hu budget li turi li Malta b’ruħ soċjali – għax fih żidiet fil-qasam soċjali ta’ kważi €70 miljun: “Aħna nemmnu li meta l-pajjiż ikun f’diffikultà mhux talli m’għandekx tieħu pjaċir tgħid li ser tgħolli l-kontijiet, imma talli d-dmir tal-Gvern huwa li jgħin f’dak ilmument ta’ diffikultà u jwieżen lill-poplu.” In-nies iridu wkoll l-onesta`, il-bżulija u li jgħixu f’pajjiż fejn jafu li bix-xogħol u bittagħlim tista’ tasal u l-Budget 2022 se jgħin lil dawk li lesti jiżviluppaw u jibnu l-ħiliet tagħhom: “Malta li rridu nħallu lilluliedna hija Malta fejn is-sewwa jirrenja. Malta li rridu nhallu lill-uliedna hija Malta fejn il-bezlin, u mhux tal-pjaciri, jirnexxu.” Nistgħu nagħmlu dan jekk nagħmlu xi jridu n-nies: nużaw l-enerġija, il-ħiliet, l-għaqal tagħna biex naħdmu flimkien u magħquda għal pajjiżna u l-poplu tagħna.

INSAĦĦU L-GĦAJXIEN TAN-NIES Il-Ministru Caruana qal ukoll li wara li salvajna l-ħajja tan-nies issa rridu naħdmu biex insaħħu l-għixien tagħhom. Irringrazzja lill-ħaddiema tas- saħħa u dawk li ħadmu waqt il pandemija: “Ilpajjiż kburi bikom u grat lejkom.” Bhala pass lejn ekonomija u socjetà b’enerġija nadifa il-Ministru Caruana ħabbar Trasport Pubbliku b’xejn għal kulħadd: “Bi pjaċir inħabbar ... li millewwel ta’ Ottubru 2022 jibda jipprovdi s-servizz tat-Trasport Pubbliku b’xejn lil kull Malti u Għawdxi u n-nies residenti f’Malta u Għawdex.” Ħabbar ukoll inizjattivi għat-tisbiħ tal-pajjiż u għas-saħħa fiżika u mentali taċ-ċittadini permezz ta’ masġar li se jkun akbar minn dak tal-Buskett: Afforestazzjoni tal-Park tal-Inwadar min-naħa tax-Xgħajra sażŻonqor - rijabilitazzjoni ta’ meded ta’ art, tħawwil ta’ eluf ta’ għexieren ta’ siġar ġodda addattati għall-inhawi. Inizjattiva kbira biex il-pajjiż ikun wieħed li tieħu gost tgħix fih: “Irridu naraw propjetajiet bil-galleriji u faċċati sbieħ u b’wirt Malti, il-bieb tipiku Malti u rridu naraw riġenerazzjoni ta’ dawk ilpropjetajiet antiki u mitluqa.” “... ser inkunu qed inneħħu t-taxxa talCapital Gains u t-taxxa tal-boll b’mod komplut fuq l-ewwel €750,000 tal-prezz tal-propjetà.” First time buyers ta’ dawn it-tip ta’ propjetajiet jistgħu jingħataw għotja sa €54,000.

L-AKBAR SFIDA Il-Budget 2022 huwa maħsub biex jiffaċċja l-akbar sfida ta’ issa u ż-żmien li ġej: “L-għoli tal-ħajja hija realtà li dan ilGvern mhux talli mhux ser jibża’ jitkellem fuqha iżda li ser naraw kif ser nindirizzaw biex fuq kollox nipproteġu lil dawk ilfamilji li l-aktar huma vulnerabbli għallinflazzjoni.” Mad-dinja kollha qed jogħlew il-kontijiet tad-dawl għax qed jogħlew ħafna l-prezzijiet taż-żejt u l-gass li għadhom jintużaw biex jipproduċu ħafna middawl f’pajjiżi bħal Malta, Ċipru, l-Olanda u l-Polonja. Fil-każ tagħna il-ftehim fit-tul għallprovvista tal-gass għenna u qed itaffi d-daqqa. Imma l-prezz tal-enerġija interconnector għola ħafna.

mill-

Allaħares ħadna l-parir ta’ dawk li riduna jkollna l-enerġija tagħna millinterconnector biss. Qatt m’għandek tkun tiddependi minn sors wieħed. Sadattant il-prezz tal-gass naturali spara ‘l fuq. Minn 16 euro kull megawatt kull siegħa f’Jannar tela’ għal 75 euro sa xahar ilu, żieda ta’ iżjed minn erba’ darbiet f’inqas minn sena. Il-prezz tal-gass żdied għal diversi raġunijiet: inqas produzzjoni waqt ilpandemija, l-ewwel xitwa kiesha iżjed twila fl-Ewropa li naqqset il-ħażna u mbagħad sajf iħjed sħun u l-familji kellhom jużaw l-arja kkundizzjonata iżjed tul is-sena.

Issa l-pajjiżi bdew jifthu l-ekonomiji tagħhom, żdiedet it-talba għall-enerġija mill-kumpanniji u sadattant il-pajjiżi li jipproduċu l-gass u jesportawh lejn l-Ewropa bħar-Russja, l-Alġerija u n-Norveġja mhux qed iżidu l-produzzjoni u jesportaw iżjed gass u allura l-iskarsezza ġġib prezzijiet iżjed ogħla. Dan kollu juri kemm hu għaqli li naħdmu biex inżidu l-enerġija nadifa bħal dik ġejja mix-xemx biex inaqqsu l-użu tal-gass u ż-żejt. Meta jogħlew il-prezzijiet tal-enerġija jogħlew ukoll il-prezzijiet ta’ ħafna prodotti u servizzi oħra. Jogħlew l-ispejjeż tal-produzzjoni u talġarr. Fl-aħħar mill-aħħar il-piż jaqa’ fuqna l-konsumaturi. Il-gvern se jieħu ħsieb li ma jweġġgħax ilpoplu Malti kif ħa ħsieb li jħares il-ħajja u l-għajxien tal-poplu Malti tul il-Covid.

Bħalma l-Gvern ħa ħsieb li jħares lillpoplu waqt il-Covid, għalli ġej ikompli jħares il-ħajja u l-għajxien tal-poplu tagħna.


17 ta’ Ottubru 2021 | EKONOMIJA

Dr Katya De Giovanni Psikologa u Kandidata fuq ir-Raba’ Distrett

11

Biex żgur ħadd ma jibqa' lura… miċ-ċokon I

l-Budget 2022, kien wieħed ippreżentat minn Gvern li hu qrib ilpoplu bil-fatti u mhux biss bil-wegħdi. Budget li jirrifletti l-viżjoni ta’ vera Gvern li hu Soċjalista mill-għeruq. Ovvjament dan kollu li qed nikteb huwa suġġett għall-kritika però min jemmen b’mod ġenwin fir-ruħ soċjali, il-Budget li ppreżenta l-Gvern għas-sena li ġejja huwa ta’ serħan il-moħħ għall-ħaddiem, għall-familji, għall-anzjani u għal dawk kollha li jaraw lill-Gżejjer Maltin bħala d-dar tagħhom. Marina kienet studenta li jien kont ngħallem fil-bidu tal-karriera tiegħi meta kont għalliema fis-sekondarja. Kienet tifla ħelwa bi tbissima li ddewwiblek qalbek, irqiqa se tinqata' u kwieta. Marina kellha ħafna potenzjal. Kienet taf tikteb u taqra tajjeb bil-Malti u bl-Ingliż. Biss però, ma kinitx tintbagħat nadifa l-iskola u kien ikollna naħslulha xagħarha u anke ntuha tiekol. Kien għalhekk li miżura partikolari li laqtitni u li llum nixtieq nitkellem ftit fid-dettall fuqha hija l-dik ta' 10,000 ewro f’fondi lill-Kapijiet tal-Iskejjel, sabiex ikun assigurat li tfal bi ħtiġijiet soċjali, anke bażiċi, fosthom l-ikel li t-tfal jieħdu magħhom matul iljum tal-iskola, ikunu indirizzati. F’każijiet ġenwini fejn il-Kap tal-Iskola jara li hemm nuqqasijiet bażiċi f’affarijiet li suppost ikollu student, għal raġunijiet varji, il-Gvern ħaseb ukoll sabiex kull student ikun nutrit u liebes b’mod xieraq u li jixraqlu sabiex ħadd ma’ jibqa lura. IlGvern huwa għalhekk konxju li jeżistu ċertu problemi soċjali li huma f’minorità, u li jistgħu jħallu effetti kbar fuq il-potenzjal li jista' jilħaq persuna. Tfal li għal xi raġuni ma jkollhomx dawn l-affarijiet essenzjali normalment iħossuhom inferjuri ħdejn studenti oħrajn. Mill-aspett psikoloġiku dan nista' nikkonfermah għaliex bħal Marina ltqajt ma’ każijiet simili fil-professjoni tiegħi. Onestament dejjem sħaqt li din ilmiżura kellha tidħol fis-seħħ. Fl-għajn u fil-verità tkun tidher li mhix problema kbira, il-għaliex kollha ltqajna magħha xi darba jew oħra meta konna tfal, u qsamna dak li kellna ma min ma kellux. Illum dan it-tip ta’ faqar trażżan ħafna però għadu jeżisti u jorbot ħafna ma' kif wieħed ikun kapaċi jmexxi dak il-kapital li jkollu fix-xahar. Ta’ spiss kien ikollna tfal li jibqgħu bil-ġuħ għax il-flus imorru fil-lottu inkella għassigaretti. L-edukazzjoni fuq l-immaniġġjar tal-flus għandha tibqa' wkoll essenzjali. Madankollu, il-Gvern ħass li kellu jindirizza din ilproblema b’tali mod li tkun indirizzata direttament b’mod finanzjarju b’mod għaqli u professjonali mill-Kapijiet tal-iskejjel tagħna. Nammetti magħkom li kif smajt din il-miżura ħassejtni tassew kburija li jien naħdem fi ħdan il-Partit li qiegħed fil-Gvern. Ħassejtni kburija u kuntenta aktar minn qatt qabel li jiena parti minn dan ilmoviment li għandu għal qalbu iż-żgħir. Moviment li ġenwinament jemmen fir-ruħ soċjali, jemmen fil-prinċipju fundamentali li ħadd m’għandu jibqa' lura. Ħadd mit-tfal tagħna m’għandu jbati l-ġuħ jew jesperjenza xi forma oħra ta’ sofferenza. Għallinqas dan se jkun garantit ġewwa l-iskejjel tagħna permezz ta’ din il-miżura għaqlija li ttieħdet f’dan il-baġit. Dan kollu il-Gvern m’għamlux b’kapriċċ, dan sar b’għaqal u ħsieb, għaliex din il-miżura ġġorr magħha responsabbiltà kbira li tgħin fittfassil san tal-istudenti tagħna. Dan jgħin ukoll sabiex ikollna soċjetà aktar b’saħħitha fil-futur. Huma dawn il-miżuri li jimlewna bil-kuraġġ u jkomplu jqawwulna qalbna sabiex naħdmu aktar fi ħdan dan ilmoviment. Moviment li jġib l-ewwel u qabel kollox lil min jiflaħ l-inqas, biex jiggarantixxi ħajja aħjar lil kull wieħed u waħda minna.


12

EKONOMIJA | 17 ta’ Ottubru 2021

Malta

A member of Reanda International

WE FOCUS ON BUILDING MUTUALLY BENEFICIAL CLIENT RELATIONSHIPS

Who we assist? What we do?

Audit & Assurance Accounting and book-keeping Taxation Payroll & Outsourcing Business Plans & Consultancy

Limited Liability Companies Partnerships Sole-Traders Business Start-Ups

A3 Towers, Block A3, Level 12 Triq il-Kanonku M Bologna, Paola PLA 1211, Malta. T: (+356) 2123 5064 - E: robert@reandamalta.com www.reandamalta.com


17 ta’ Ottubru 2021 | EKONOMIJA

13

Titjib tal-ħajja

bl-Intelliġenza Artifiċjali

L

-Intelliġenza Artifiċjali hija teknoloġija li grazzi għal ħafna benefiċċji li toffri, qed tintuża f’diversi sitwazzjonijiet, u li xi kultant, aħna stess qas inkunu nafu dan. Din it-teknoloġija hija diffiċli ferm biex ittiha definizzjoni minħabba li hija pjuttost wiesgħa. Minkejja li l-Intelliġenza Artifiċjali ilha teżisti, grazzi għall-avvanz li sar fejn jidħlu saħħa komputazzjonali, il-kwantità enormi ta’ data li hawn disponibbli u algorithms ġodda, fl-aħħar snin saru ħafna skoperti importanti f’din it-teknoloġija. L-Intelliġenza Artifiċjali hija kkunsidrata bħala element ċentrali fit-trasformazzjoni diġitali tas-soċjetà, u saħansitra saret prijorità tal-Unjoni Ewropea. Hekk kif applikazzjonijiet futuri huma mistennija li jġibu bidliet kbar, din it-teknoloġija diġà hija preżenti fil-ħajja tagħna ta’ kuljum. Eżempji bażiċi ta’ fejn l-Intelliġenza Artifiċjali tintuża huma meta l-inbox tal-email tissepara l-emails li huma importanti u dawk li huma spams, it-tibdil tad-diskors f’kitba fuq l-ismartphones u l-iċċekkjar tal-grammatika f’sistemi tal-kitba. Netflix, Siri u Alexa huma tliet għodod li jintużaw minn ħafna u li huma mibnija fuq l-Intelliġenza Artifiċjali. Filwaqt li Siri u Alexa jagħtu r-rispons tagħhom abbażi ta’ dak li jkollu bżonn l-utent, Netflix jissuġġerixxi sensiliet u films skont xi jkun ra l-utent, u b’hekk jifhem il-gosti tiegħu/ tagħha. Sabiex il-benefiċċji ta’ din it-teknoloġija jkunu iktar mifruxa, il-Gvern Malti ħejja pjan sabiex is-settur pubbliku wkoll jagħmel il-pass li jmiss u jtejjeb ħajjet innies bl-Intelliġenza Artifiċjali. Lura fl-2019 tnediet l-Istrateġija Nazzjonali għall-Intelliġenza Artifiċjali, u li tinkludi numru ta’ proġetti pilota li huma mistennija li jħallu impatt pożittiv fuq sezzjoni kbira tas-soċjetà. Dan huwa possibbli grazzi għall-investiment li qed isir fl-infrastruttura flimkien mat-teknoloġija preżenti, u b’hekk jistgħu jsiru avvanzi sostanzjali. Hekk kif l-Awtorità Maltija għall-Innovazzjoni Diġitali ġiet inkarigata li tosserva l-implimentazzjoni tal-istess strateġija, bdiet il-ħidma ma’ diversi entitajiet fuq dawn il-proġetti pilota. Wieħed minnhom jindirizza l-immaniġjar tat-traffiku. L-għan huwa li jitnaqqsu l-konġestjoni u l-emissjonijiet u jkun hemm iktar għarfien għal pjanar aħjar tar-rotot u anke l-iskedar tat-trasport pubbliku. L-Istrateġija tispjega kif dan il-proġett pilota jikkonsisti mill-użu tal-Intelliġenza Artifiċjali li tmexxi t-traffiku f’junction waħda. Dan isir billi l-informazzjoni tinkiseb minn filmati eżistenti tat-traffiku u abbażi ta’

dan, is-sistema tikkontrolla t-traffic lights sabiex it-traffiku jimxi bl-aħjar mod possibbli. Malta dejjem argumentat li l-kontroll aħħari xorta jibqa' f’idejn il-bniedem, u għaldaqstant, f’dal-każ, ikun hemm numru ta’ persuni li jaraw li kollox miexi sew. Jekk le, jieħdu kontroll huma. Proġett pilota ieħor huwa maħsub fl-edukazzjoni. Il-ħsieb warajh huwa li tkun żviluppata sistema li tgħin lill-istudenti jiksbu riżultati aħjar permezz ta’ programmi ta’ tagħlim ippersonalizzat skont l-ambizzjoni u l-bżonnijiet tal-istudent. Hawnhekk se jkunu megħjuna wkoll l-għalliema fil-bini ta’ assessments iktar profondi fuq il-ħiliet tal-istudenti. L-għanijiet tal-Istrateġija għas-settur tal-edukazzjoni huma li jonqos in-numru ta’ studenti li ma jkomplux l-iskola filwaqt li jiżdiedu l-ħiliet fil-litteriżmu, il-matematika, ix-xjenza u l-kompetenza teknoloġika. Dan filwaqt li jkunu megħjuna wkoll dawk l-istudenti li huma f’riskju ta’ faqar jew li ġejjin minn familji b’status soċjo-ekonomiku baxx. L-Istrateġija Nazzjonali titkellem ukoll fuq proġett pilota fis-servizz tal-konsumatur. Għaddejja ħidma sabiex l-Intelliġenza Artifiċjali tintuża sabiex il-pjattaforma ta’ servizz.gov, li hija ċ-ċentru tal-informazzjoni fuq is-servizzi kollha tal-Gvern, tkun tista' tagħti tweġiba preċiża u mill-iktar fis possibli għall-mistoqsijiet li jkun hemm. Barra minn hekk, il-ħsieb huwa li anke tinħoloq sistema ta’ chatbot, fejn dak li jkun ma jkollux għalfejn iċempel jew jibgħat email imma jitkellem dirett mas-sistema u jirċievi risposta malajr. Dawn is-servizzi huma maħsuba li jkunu offruti kemm bil-Malti u kemm bl-Ingliż, sabiex b’hekk jintlaħaq kulħadd. Dawn il-proġetti pilota jifformaw parti minn sensiela ta’ proġetti li huma maħsuba sabiex Malta tħaddan l-Intelliġenza Artifiċjali u b’hekk tkun tista' tgawdi mill-benefiċċji li ġġib magħha. Dan hekk kif fl-aħħar mill-aħħar, l-iskop tal-Istrateġija huwa li Malta ssir l-aqwa launchpad tal-istess teknoloġija sal-2030.


14 EKONOMIJA | 17 ta’ Ottubru 2021


17 ta’ Ottubru 2021 | EKONOMIJA

15


16

EKONOMIJA | 17 ta’ Ottubru 2021

Il-Bank Malti għall-Iżvilupp b’għajnuna għal studenti li jridu jkomplu jistudjaw It-tkomplija tal-istudju u l-kisba ta’ aktar ħiliet huma elementi fundamentali biex aktar żgħażagħ f’pajjiżna jkunu jistgħu jaħtfu l-opportunitajiet ġodda li toffri l-ekonomija Maltija, b’impjiegi li joffrulhom kundizzjonijiet u kwalità tal-ħajja aħjar.

I

t-tkomplija tal-istudju u l-kisba ta’ aktar ħiliet huma elementi fundamentali biex aktar żgħażagħ f’pajjiżna jkunu jistgħu jaħtfu l-opportunitajiet ġodda li toffri l-ekonomija Maltija, b’impjiegi li joffrulhom kundizzjonijiet u kwalità tal-ħajja aħjar. L-importanza tal-investiment filqasam edukattiv kienet enfasizzata anke mill-Unjoni Ewropea li fil-pjanijiet ta’ riġenerazzjoni u rkupru ekonomiku poġġiet importanza kbira fuq dan ilqasam. Parti importanti tal-missjoni tal-MDB hija li l-inizjattivi tiegħu jkunu jirriflettu d-direzzjoni ekonomika tal-pajjiż u l-politika dwar l-impjiegi. Għalhekk, fid-dawl tal-prijorità nazzjonali ffokata fuq titjib fil-livell tal-edukazzjoni, ilMDB fi ħsiebu jkompli jipprovdi self għall-finanzjament lil dawk l-individwi li jixtiequ jkomplu jistudjaw u jinvestu fihom infushom. Għal dan l-għan, wara li l-Awtorità Maniġerjali kisbet il-fondi Ewropej meħtieġa għal skema ġdida, filġimghat li ġejjin, l-MDB se jkun qed

iniedi l-Istrument Finanzjarju Further Studies Made Affordable Plus (FSMA+), li jgħin lil persuni li jixtiequ javvanzaw il-livell ta’ edukazzjoni tagħhom. Din l-inzjattiva mistennija tibni fuq issuċċess tal-iskema precedenti Further Studies Made Affordable (FSMA), li permezz tagħha sal-lum 265 student setgħu jkomplu bi studji speċjalizzati f’dixxiplini differenti, f’oqsma varji bħall-ekonomija, inġinerija, informatika u teknoloġiji ġodda u korsijiet għall-bdoti u veterinarji. L-Istrument Finanzjarju l-ġdid, li għandu allokazzjoni li tlaħħaq il-€5 miljuni, huwa ffinanzjat mill-Fond Soċjali Ewropew (ESF) u l-Fond Soċjali Ewropew Plus (ESF+) u se jipprovdi finanzjament lill-istudenti li jixtiequ jkomplu jistudjaw fuq bażi full-time jew part-time. Kważi nofs dan l-ammont se jmorru biex jissussidja l-imgħax waqt ilperjodu tal-moratorju. L-MDB se jkun qed jerġa jipprovdi garanzija li tkopri 80% tas-self lill-istudenti. Dan ifisser li b’kollox il-banek se jkunu jistgħu jsellfu sa €15-il miljun lill-istudenti

taħt din l-iskema ġdida. Bħall-iskema ta’ qabilha, l-FSMA+ se tippermetti l-għoti ta’ self affordabbli għall-istudenti, li jista’ jlaħħaq sa €100,000 għal massimu ta’ 15-il sena, inkluż moratorju massimu ta’ ħames snin. L-istudenti se jerġgħu jgawdu minn sussidju fuq il-pagamenti kollha tal-imgħax matul il-moratorju li se jkun qed jiġi finanzjat permezz ta’ għotja kif ukoll rata tal-imgħax attraenti minn hemm ’il quddiem. Minħabba l-garanzija ta’ 80% ipprovduta mill-MDB, il-benefiċjarji mhux se jintalbu ebda kontribuzzjoni bil-quddiem jew li jagħmlu tajjeb għas-self b’assi oħra. Permezz ta’ din l-iskema, qed tingħata l-istess opportunita’ lil kulħadd biex ikollhom aċċess għall-finanzjament meħtieġ biex ikompli jistudja sa livell ta’ dottorat. Bit-tisħiħ tal-aċċess għas-self għallistudenti, l-MDB se jkunu qed jgħin biex il-ħaddiema u l-professjonisti ta’ pajjiżna jtejbu l-ħiliet tagħhom u b’hekk inkunu qed insaħħu l-kapital uman ta’ pajjiżna.

Iktar informazzjoni u d-dokumentazzjoni rilevanti tista’ titniżżel mill-websajt tal-MDB: www.mdb.org.mt


17 ta’ Ottubru 2021 | EKONOMIJA

Budget ieħor

li ppremja lill-poplu Malti u Għawdxi kollu għall-bżulija tiegħu

Dario Vella Sindku tal-Mellieħa Kandidat għat-12-il Distrett

T

a’ kull sena ġewwa pajjiżna jiġi ppreżentat il-Budget millgvern tal-ġurnata. Għal numru twil ta' snin, taħt amministrazzjoni nazzjonalista, il-budget kien ikun ifisser biża’ kbir għan-negozji kif ukoll għal familji Maltin u Għawdxin. Dan għaliex kienu jitħabbru numru ta’ żidiet fittaxxi diretti u indiretti li kienu jnaqqru d-dhul u l-profitti sal-estrem li kienet tkun diffiċli biex wieħed jippjana bilquddiem. Min-naħa l-oħra, Gvern Laburista f’dawn l-aħħar tmien snin ta’ budgets sena b’sena dejjem wennes linnies speċjalment liż-żgħir u l-batut. Filbidu n-nazzjonalisti kienu jikkritikawna li ridna nidhru sbieħ mal-poplu għax għadna nieħdu l-Gvern imbagħad dawru n-narrattiva għax se toqrob l-elezzjoni. Imma dan mhux minnu għax sena wara ohra, dan il-Gvern żamm l-appuntament tiegħu li jinvesti fin-nies f’kull faxxa tas-soċjetà. Illum innegozji u l-familji marritilhom il-biża' u minflok ikunu qed iħarsu lejn il-budget b’entuzjażmu biex jisimgħu l-iskemi mħabbra u jaraw kif se jibbenefikaw minnhom.

It-Tnejn, 11 t'Ottubru 2021 ġie ppreżentat Budget ieħor ta’ Gvern Laburista, li kif kien imwiegħed tajjeb ma daħlet l-ebda taxxa ġdida. Budget li minnu verament ħa tgawdi l-familji kollha. Iċ-childcares centres li għalkemm ilhom b’xejn dawn l-aħħar snin, issa ħa jiżdiedu anke għal matul il-lejl u għal weekend biex jkomplu jlaħħqu mal-bżonnijiet ta’ kulħadd. Se jkun hemm hemm żieda fl-istipendji għall-istudenti kollha b'10%. Iktar minn hekk, se nagħtu stipendji għallistudenti anke jekk jaħdmu sa massimu ta' 25 siegħa fil-gimgħa. Proġettajna tnaqqis fit-taxxa fuq l-overtime u anke tnaqqis fit-taxxa għall-part timers. Budget li għal sena oħra reġa' ra żieda fil-pensjonijiet lill-pensjonanti kollha. Sabiex noff ru ambjent aktar nadif u sostenibbli, waħda mill-iktar miżuri li ħa tkompli tgħin biex jitnaqqas it-tniġġis u anke l-konġestjoni tattraff iku hija li mill-1 t'Ottubru 2022 ittrasport pubbliku se jkun b'xejn għal kulħadd. Jiena kburi b’dan il-gvern immexxi millPrim Ministru Robert Abela u għalhekk iddeċidejt li nagħmel parti mit-tim tiegħu u ngħinu jwettaq il-viżjoni tiegħu. Ejja ma naħsbux li kulħadd bħalna jew ninsabu tajjeb b’kumbinazzjoni.

Minħabba l-pandemija hemm Gvernijiet ta’ pajjiżi akbar minnha li qed japplikaw politika t’awsterità billi jgħollu l-VAT u t-taxxi fuq in-negozji, fjuwil u dawl, Hija sistema li ġaladarba l-ekonomija ħadet daqqa, irid jerfagħha kulħadd u l-piż għandu jintrefa' mill-poplu kollu. Aħna għamilna bil-maqlub. Gvern Laburista tana budget ieħor bla taxxi, u kompla verament jgħin lill-poplu Malti u Għawdxi kollu. Budget ieħor pożittiv. Budget ieħor li verament ħass il-polz tal-poplu kollu. Budget ieħor li ħa jkompli jgħin lil pajjiżna mmorru lura għan-normalità. Budget ieħor li ppremja lill-poplu Malti u Għawdxi kollu għall-bżulija tiegħu. Aħna nafu fejn irridu mmorru. Għandna viżjoni ċara li bilgħaqal kapaċi nwettquha biex niggarantixxu kwalità ta’ ħajja aħjar għalina u għal uliedna.

17


18

EKONOMIJA | 17 ta’ Ottubru 2021

INVESTIMENT QAWWI

FL-INFRASTRUTTURA INDUSTRIJALI Sabiex tkompli tikber u toħloq l-impjiegi u l-ġid għal kulħadd, l-ekonomija teħtieġ li jkollha infrastruttura industrijali li tilqa’ fiha l-investiment ġdid li l-pajjiż ikun qed jattira lejh, kif ukoll l-espansjonijiet ta’ dawk il-kumpaniji li diġà qed joperaw minn hawn. Huwa għalhekk li fis-snin li ġejjin INDIS Malta, l-entità tal-gvern li tamministra ż-żoni industrijali madwar il-gżejjer Maltin, se tkun qed tinvesti madwar €470 miljun ewro sabiex tkompli ttejjeb u timmodernizza l-infrastruttura industrijali b’mod li tilqa’ mhux biss għall-ħtiġiet tal-lum, iżda anki għal dawk tal-futur. Dan se tkun qed tagħmlu fil-qafas ta’ programm għall-iżvilupp tal-infrastruttura industrijali mifrux fuq medda ta’ snin, u li fih jinkludi għadd ta’ proġetti li se jkunu qed joħolqu faċilitajiet ġodda, jew jimmodernizzaw jew ikabbru oħrajn eżistenti. L-iżvilupp se jsir b’mod iktar effiċjenti b’mod li jsir l-aħjar użu tal-art, fost oħrajn billi fejn huwa possibbli dawn il-faċilitajiet jinbnew fuq għadd ta’ livelli li jistgħu jakkomodaw iktar inkwilini mingħajr ma jiżdied l-impatt fuq l-art tal-madwar. Id-Diskors tal-Baġit 2022 jisħaq fuq l-importanza ta’ dan l-investiment fl-infrastruttura sabiex il-pajjiż ikun jista’ jilqa’ investiment ġdid lokali kif ukoll dak li ġej minn barra, sabiex fl-aħħar mill-aħħar ikollna impjiegi aħjar għall-ħaddiema. Fost il-proġetti li d-Diskors tal-Baġit 2022 jagħmel referenza għalihom hemm l-espansjoni tal-Malta Life Sciences Park ġewwa San Ġwann, biswit l-isptar Mater Dei. Dan il-proġett, li se jkun l-ikbar investiment fil-qafas tal-programm għall-iżvilupp

tal-infrastruttura industrijali, għandu l-mira li jkompli joħloq aktar spazju għall-kumpaniji li joperaw fil-qasam tax-xjenzi tal-ħajja jew oqsma oħra ta’ riċerka u innovazzjoni. Proġett ieħor li jissemma fid-Diskors tal-Baġit 2022 huwa dak tal-Kordin Business Incubation Centre (KBIC), fejn se jinbena ċentru ġdid u modern li jservi ta’ inkubatur għal startups, b’ambjent li jgħin lill-kreattività u joffri għadd ta’ servizzi lil dawn in-negozji ġodda sabiex tkun eħfef għalihom li jiżviluppaw l-ideat tagħhom u jirnexxu. Settur ieħor li se jkun qed jingħata għajnuna speċifika permezz ta’ titjib fl-infrastruttura industrijali huwa dak tal-avjazzjoni. Dan jinkludi t-twessiegħ ta’ Taxiway Lima b’mod li jkunu jistgħu jinżlu ajruplani ikbar għall-manutenzjoni fil-faċilitajiet li jinsabu f’din in-naħa tal-ajruport, kif ukoll parkeġġ li jkun jista’ jilqa’ għall-bżonnijiet talklijenti u l-ħaddiema ta’ dawn l-istess kumpaniji. Dan minbarra investiment sostanzjali u kontinwu fiż-żoni industrijali kollha mifruxa madwar ilgżejjer Maltin sabiex jiġi ndirizzat in-nuqqas attwali ta' proprjetà industrijali li tista’ faċilment u fi żmien qasir tiġi allokata lill-investituri. Fil-fatt, filwaqt li INDIS Malta tamministra aktar minn tliet miljun metru kwadru ta' spazju industrijali, inqas minn 5% ta’ dan l-ispazju jista'


17 ta’ Ottubru 2021 | EKONOMIJA

jiġi allokat. Dan diġà mhux biżżejjed għall-proġetti li qed jiġu kkunsidrati bħalissa, wisq inqas għal dawk l-opportunitajiet li pajjiżna se jkun qed jattira lejh fil-futur. Għaldaqstant, dan l-investiment huwa meħtieġ sabiex l-ekonomija tkompli tikber mingħajr xkiel. Se jsir ukoll investiment qawwi fit-toroq madwar dawn iż-żoni industrijali, b’mod partikolari dawk ta’ Bulebel, Ħal Far, Luqa, Kordin, il-Marsa, u San Ġwann. Se jkunu qed jinbnew għadd ta’ toroq ġodda jew jitranġaw dawk eżistenti sabiex jittejjeb l-aċċess għall-faċilitajiet, u b’hekk il-kumpaniji li joperaw minnhom jibbenefikaw minn titjib filloġistika tagħhom. Fl-istess waqt, dawn it-toroq se jippermettu li tintlaħaq b’mod aħjar art allokata għal skopijiet industrijali u li b’hekk tkun tista’ tingħata lillinvestituri, mingħajr ma tintmiss art li ma tinstabx fiż-żoni għall-iżvilupp. L-ambjent f’dawn iż-żoni industrijali huwa wkoll priorità, sabiex dawn ikunu post dejjem iktar attraenti u li jilqa’ mhux biss lil dawk il-ħaddiema li jqattgħu ħin twil ġewwa fihom, iżda anki lil dawk li jżuruhom bħall-investituri jew klijenti tal-kumpaniji li jaħdmu minn hemm.

F’dan il-kuntest, wara li fix-xhur li għaddew diġà ġew installati l-ewwel green walls fiż-żoni industrijali – partikolarment fiż-żoni ta’ Kordin, il-Marsa, u l-Mosta Technopark – fix-xhur li ġejjin għandhom jittieħdu iktar inizjattivi li jtejjbu l-ambjent, fosthom permezz tal-installazzjoni ta’ iktar infrastruttura simili. Dan jikkomplimenta wkoll miżuri ambjentali oħra li qed jittieħdu, fosthom inizjattivi li jħaddnu l-prinċipji tal-ekonomija ċirkolari, fejn l-iskart jitqies bħala riżorsa li tista’ terġa’ tintuża minflok jintrema; jew inizjattivi li jnaqqsu l-konsum tal-enerġija jew jiġġenerawha minn sorsi nodfa, b’mod li tittejjeb is-sostenibbiltà tal-infrastruttura u l-proprjetajiet industrijali.

19


20 EKONOMIJA | 17 ta’ Ottubru 2021

Malta

budget.gov.mt

NINVESTU FIS-SIGURTÀ TIEGĦEK

Jiġi estiż is-servizz tal-community policing f’lokalitajiet ġodda, inkluż f’Għawdex kollu

Jibda’ jinbena l-ewwel ċentru rijabilitattiv fil-konfini tal-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin għal 140 persuna

GVERN TA’ MALTA MINISTERU GĦALL-INTERN, IS-SIGURTÀ NAZZJONALI U L-INFURZAR TAL-LIĠI

Investiment ta’ €50 miljun fuq lanċa ġdida biex tissaħħaħ l-iskwadra Marittima tal-Forzi Armati

Il-Victim Support Agency tkompli tissaħħaħ u ttejjeb is-servizzi tagħha favur il-vittmi

sigurtà

Il-Protezzjoni Ċivili b’aktar vetturi ġodda, apparat speċjalizzat u taħriġ għar-riżorsi umani

Jingħalaq iċ-ċentru tal-immigranti tal-Marsa, u din tiġi riġenerata f’żona u spazju li jkun jista’ jintuża mill-komunità

Ninvestu €3 miljun minn fondi tal-LESA favur il-Kunsilli Lokali biex isiru proġetti fil-lokalitajiet Maltin u Għawdxin

f re e phone 80 0 7 220 7


17 ta’ Ottubru 2021 | EKONOMIJA

21

D

rajna li f’baġit wara ieħor, ikollna pakkett ta’ miżuri soċjali biex itejbu d-dħul u l-kwalità tal-ħajja tal-anzjani, tal-familji, ta’ dawk fil-faxxa t’isfel tas-soċjetà u ta’ persuni b’diżabilità. Rajna l-introduzzjoni ta’ diversi riformi, fosthom fil-qasam tax-xogħol li, b’miżuri xprunati minn tkabbir ekonomiku u tkattir ta’opportunitajiet ta’ impjieg, taw daqqa l-isfel sew lid-dipendenza fuq l-assistenza soċjali, lill-qgħad u liċ-ċaħda materjali severa. Dan seħħ mingħajr ma l-poplu tgħabba b’piżijiet ta’ taxxi ġodda, anzi għal kuntraju, kellna tnaqqis fir-rati tat-taxxi u ħlas lura lil dawk li jaħdmu permezz ta’ rifużjoni tat-taxxa. Bla dubju iżda, bil-pakkett ta’ miżuri soċjali li ħabbar fl-ewwel baġit tiegħu, il-Ministru għal Finanzi, Clyde Caruana, irnexxielu jiżboq il-baġits ppreżentati f’dawn l-aħħar snin. Huwa pakkett sinifikanti li denjament jixraq Gvern soċjalista demokratiku li jemmen u jipprattika konkretament il-ġustizzja soċjali. Fuq kollox ikompli jsaħħaħ ilkredibilità tal-impenn tal-Gvern li jwettaq dak li jwiegħed. Il-miżuri, li ssawwru flimkien malMinisteru għas-Solidarjetà u l-Ġustizzja Soċjali, il-Familja u Drittijiet tat-Tfal, huma ta’ sostenn qawwi għal eluf kbar ta’ pensjonanti, għall-familji bi tfal u persuni bi dħul baxx. Dan hekk kif jinvolvu tkabbir straordinarju fin-nefqa soċjali fi żmien meta l-ekonomija Maltija għadha qed tistejqer mill-effetti tal-pandemija. Mhux possibbli għalija li nanalizza l-pakkett kollu, iżda ser nillimita ruħi għal dawk il-miżuri li jolqtu l-anzjani, u partikolarment il-pensjonanti, li sal-2013 kienu prattikament minsija u li kull sena kienu jmisshom biss żidiet biex jagħmlu tajjeb għall-għoli tal-ħajja.

Miġbura flimkien il-miżuri li ser nikteb dwarhom jinvolvu nefqa totali qawwija ta’ aktar minn €40 miljun u jolqtu madwar 130,000 persuna. L-akbar nefqa L-akbar nefqa hija ta’ €24 miljun li ser tmur biex tiffinanzja ż-żidiet li ser jingħataw ilpensjonanti tal-irtirar, tal-invalidità, romol u l-pensjoni ta’ l-età mhux kontributorja. Kull wieħed u waħda minhom ser igawdu minn żieda ta’ €5 fil-ġimgħa, li tinkludi l-kumpens għall-għoli tal-ħajja. Nikkalkula li magħduda maż-żidiet mogħtija mill-2013 ’l hawn b’din iż-żieda l-pensjonanti se jkunu żdiedu millanqas €37 fil-ġimgħa waqt li dawk fuq il-pensjoni minima se jkunu ħadu żidiet ta’ bejn €45 u €55 fil-ġimgħa. Ta’ minn wieħed jinnota wkoll li ż-żieda li qed tingħata ser tkun waħda sħiħa għax għal darb’oħra ma tkunx intaxxata. U dan mhux kollox għax ħafna millpensjonanti ser igawdu wkoll mit-twettiq ta’ żewġ riformi importanti mwiegħda filmanifest elettorali tal-2017. Dawn jolqtu l-aktar il-pensjonanti romol u dawk kollha li rtiraw mill-2009 ‘l hawn. Pensjonanti romol S’issa pensjonati romol li ma ħallsux kontribuzzjonijiet biżżejjed f’ħajjithom kif ukoll dawk li mhumiex fuq il-pensjoni minima ma jikkwalifikawx għar-rata sħiħa tal-pensjoni li kienu jirċievu qabel mewthom il-konjugi tagħhom. Jieħdu biss 5/6 tal-pensjoni tal-konjugi. Din id-diskrepanza ser titneħħa bi proċess li jibda mis-sena d-dieħla li b’mod gradwali jwassal biex ir-rata tal-pensjoni titla’ għall-istess livell ta’ pensjoni li jkollhom il-konjugi tagħhom meta jiġu nieqsa. Dan l-aġġustament li jolqot madwar 12,000 pensjonanti romol ser jitwettaq fuq medda ta’ snin. Fl-ewwel sena dawk ir-romol li jikkwalifikaw ser ikollhom titjib fir-rati tal-pensjoni tagħhom sa madwar €5 fil-ġimgħa, li jfisser li b’kollox jista’ jkollhom żieda sa €10 fil-ġimgħa filpensjoni tagħhom. Lejn rata sħiħa tal-bonus għall-għoli talħajja għal pensjonanti It-tieni riforma li tħabbret tikkonċerna l-mekkaniżmu li jistabbilixxi l-bonus talgħoli tal-ħajja. Fis-sistema preżenti ż-żieda li tingħata kull sena għall-għoli tal-ħajja tinqasam f’żewg partijiet – żewġ terżi jiżdiedu marrata tal-pensjoni u t-terż l-ieħor jitħallas separatament bħala bonus għall-għoli tal-

ħajja. Għalhekk persuni li jirtiraw f’sena partikulari jieħdu terż tal-aġġustament ta’ dik is-sena fil-bonus tagħhom u fissnin ta’ wara jawmenta b’terz ta’ kull żieda li tingħata bħala kumpens għallgħoli tal-ħajja. Dan il-mekkaniżmu, li beda jitħaddem fl-2008, maż-żmien ħoloq anomalija u żbilanċ bejn il-pensjonanti li rtiraw wara l-2008 u dawk li kienu jieħdu l-pensjoni fl2008 jew qabel. Din l-anomalija issa ser tiġi ndirizzata billi gradwalment fuq medda ta’ snin isir aġġustament fir-rati tal-bonus sabiex finalment il-pensjonanti jibdew jitħallsu l-istess rata ta’ bonus irrispettativament minn meta rtiraw. Iċ-ċaqliq ser jibda mill-qiegħ u jkompli tiela ‘l fuq. Iż-żidiet fl-2022 ser ivarjaw sa massimu ta’ €2.50 fil-gimgħa, b’dawk l-aktar baxxi jieħdu l-ogħla żidiet. Hawnhekk huwa stmat li madwar 43,000 pensjonant ser jibbenefikaw minn dan ittibdil. Pensjonanti tas-servizz Klassi oħra ta’ pensjonanti li ser ikollhom titjib fil-pensjoni tagħhom huma dawk li ħadmu fis-servizz pubbliku u kkwalifikaw għal pensjoni tas-servizz u li llum għandhom 72 sena u aktar jew li matul issena d-dieħla jilħqu din l-età. Dan ser isir billi l-parti li kienu kkomutaw biex jieħdu s-somma ser tkun injorata kompletament għal fini tal-pensjoni tas-sigurtà soċjali. Sa din is-sena dan kien japplika biss għal 75% tas-somma. Pensjonanti ġodda bis-saħħa ta’ miżuri li jwettqu ġustizzja Il-Gvern ma ħasibx biss f’dawk li diġà għandhom pensjoni. Fittex ukoll li jkompli jagħmel ġustizzja ma’ dawk il-persuni, l-aktar nisa, li minħabba ċ-ċirkostanzi fil-ħajja tagħhom ma ħadmux fittul u għalhekk ma ġabrux biżżejjed kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali biex ikollhom pensjoni kontributorja. B’miżura li twettqet din is-sena u oħra li tkompli magħha s-sena d-dieħla madwar 2,000 persuna qed jingħaqdu ma’ pensjonanti oħra għax jikkwalifikaw għal pensjoni minima, ekwivalenti ma l-inqas rata tal-pensjoni taż-żewġ terzi. Dan qed ikun possibbli billi ġew rikonoxxuti mill-anqas 10 snin bolol imħallsa. Skont tagħrif li rnexxieli niġbor bejn pensjoni u bonus, id-dħul tagħhom ser jitla’ għal madwar €3,000 fis-sena, żieda notevoli meta wieħed iqis li s’issa kienu ntitolati

L-Avukat Andy Ellul Kandidat fuq l-1 u t-3 Distrett www.andyellul.com

għal bonus li jingħata lill-anzjani li m’għandhomx pensjoni kontributorja. Żidiet oħra Għal dawk li minkejja dawn il-miżuri xorta waħda ma jikkwalifikawx għal pensjoni, ilbonus li huma ntitolati għalih ser jiżdied għar-raba’ darba. Din id-darba b’€150 u b’hekk jitla’ għal €400 għal dawk li ħallsu anqas minn 5 snin bolol u €500 għal persuni li ħallsu aktar minn 5 snin bolol. Żieda oħra hija dik ta’ €50 fl-Għotja għal Ċittadini Anzjani li jirċievu dawk il-persuni ta’ 80 sena u akbar. L-għotja ser tkun ta’ €400 fis-sena. Għal dawk il-benefiċċjarji fl-età ta’ bejn 75 u 79 sena l-għotja hija ta’ €300. Dawk li għandhom 80 sena u aktar u li jirċievu l-Għajnuna Supplimentari ser jingħataw l-opportunità li jibbenefikaw mill-għajnuna medika b’xejn mingħajr ma joqgħodu għat-test tal-mezzi. Ma’ dan it-titjib, flimkien ma’ benefiċċjarji oħra tal-Għajnuna Supplimentari huma ser igawdu minn żidiet qawwija fir-rati ta’ dan il-benefiċċju. Dawn japplikaw kemm għal koppji kif ukoll għall-persuni waħedhom. Ċertament dawn huma miżuri li bittwettiq tagħhom ser ikomplu jbiegħdu l-anzjani mir-riskju tal-faqar, anke f’sitwazzjoni fejn il-pajjiż għadu qed jirkupra mill-pandemija u fi żmien meta qed naffaċċjaw sfidi ġodda minħabba l-effetti ta’ inflazzjoni li feġġet mad-dinja kollha u li qed tolqot il-prezzijiet tasservizzi, materja prima u prodotti. Il-Gvern ma baqax insensittiv u ċass quddiem din ir-realtà ġdida u ħaseb biex iwieżen sew fejn meħtieġ. Inħarsu ’l quddiem b’ottimiżmu.


22 EKONOMIJA | 17 ta’ Ottubru 2021

Malta

budget.gov.mt

GĦAWDEX Il-Baġit 2022 bit-tema “Malta li rridu għal uliedna” huwa sinjal ċar tal-ħidma u tal-viżjoni li għandu dan il-Gvern taħt it-tmexxija tal-Prim Ministru Robert Abela.

Għawdex ġie allokat l-akbar baġit fl-istorja b’€27 miljun għall-proġetti kapitali li tfisser żieda ta’ €5 miljun fuq is-sena l-oħra. Inħarsu ’l quddiem għal aktar ħidma b’risq l-Għawdxin kollha.

• €11-il miljun għall-kostruzzjoni u t-titjib tat-toroq madwar Għawdex. Din is-sena biss sa Settembru 2021 tlestew madwar 34,000 metru kwadru ta’ toroq ġodda. B’kollaborazzjoni sħiħa mal-Kunsilli Lokali, ser issir ukoll ir-riġenerazzjoni tal-pjazza ewlenija tal-Munxar u Ta’ Sannat. • Ser tibda topera l-ewwel reverse osmosis iddisinjata mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma, f’Ħondoq ir-Rummien f’Għawdex, b’investiment ta’ madwar €11-il miljun. • €6 miljun sabiex jitkomplew ix-xogħlijiet fuq iċ-Ċentru Akkwatiku u Sportiv. L-ikbar investiment għall-qasam sportiv li qatt sar għal Għawdex. • €2.5 miljun sabiex jitkompla x-xogħol fuq il-Mużew ta’ Għawdex. L-ewwel wieħed tax-xorta tiegħu f’Għawdex.

freephone 8 0 0 7 220 7


17 ta’ Ottubru 2021 | EKONOMIJA 23

• Għotja ta’ €30,000 għall-First Time Buyers f'Għawdex. • Se jiġu estiżi l-Employment Refund Scheme, it-Teleworking Scheme, l-iskemi fil-qasam tal-MICE, u se jkunu qed jitjiebu l-Back Office Employment Refund Scheme u skemi ta’ sapport promozzjonali lill-intraprizi Għawdxin li joperaw b’mod speċjali fis-settur tal-innovazzjoni digitali, tat-teknoloġija tal-internet u fis-settur turistiku. • Biex inkomplu ntejbu l-konnettività bejn il-gżejjer Maltin u Għawdxin, ser jiġu mmodernizzati l-faċilitajiet tal-heliport fix-Xewkija. • €2.3 miljun għal servizzi fil-komunità li jsaħħu l-inklużjoni.

• Aktar minn €1 miljun sabiex inkompli nippromwovu u niżviluppaw il-prodott turistiku sabiex nattiraw iżjed turisti. • Iżjed minn €1 miljun sabiex inkomplu ntejbu l-attivitajiet u l-inizjattivi kulturali. • Upkeep u maintenance taċ-Ċittadella u l-Visitors’ Centre. • Qed naħsbu wkoll għall-akkomodazzjoni għal studenti Għawdxin u qraba ta’ pazjenti rikoverati f'Malta. Ix-xogħol strutturali f’Villa Lauri tlesta. • Insostnu l-Awtorità għall-Iżvilupp Reġjonali ta’ Għawdex.

• Tkompli l-implimentazzjoni ta’ proġett ta’ restawr jew bini mill-ġdid ta’ ħitan tas-sejjieħ madwar Għawdex kollu b’fondi Ewropej li jlaħħqu ’l fuq minn €10 miljun, sabiex f’numru ta’ lokalitajiet Għawdxin jiġu rranġati ’l fuq minn 30 kilometru ta’ ħitan tas-sejjieħ.

GVERN TA’ MALTA MINISTERU GĦAL GĦAWDEX

għawdex


24 EKONOMIJA | 17 ta’ Ottubru 2021

Malta

LEJN MALTA B'IKTAR UGWALJANZA U IKTAR INNOVATTIVA Ebda lok għall-vjolenza abbażi tal-ġeneru u vjolenza domestika. Il-Kummissjoni nkarigata mis-settur se tniedi Kampanja Nazzjonali biex tiġi indirizzata il-vjolenza abbażi tal-ġeneru u l-vjolenza domestika. Se ssir ukoll riċerka dwar l-aggressuri tal-vjolenza domestika, sabiex jinkiseb għarfien dwar il-psikoloġija tal-aggressuri infushom sabiex inkunu nistgħu nfasslu politiki u servizzi aħjar.

Għal dan il-għan fil-budget ta’ din is-sena qed naraw investiment sostanzjali fil-Fondazzjoni għal Aċċessibilita ta’ l-Informatika (FITA) sabiex din tkun tista’ tinvesti iktar f’teknoloġija li tista’ tgħin persuni b’diżabilita’ jkollhom kwalita’ ta’ ħajja aħjar permezz ta’ apps u websites iktar aċċessibbli, tagħmel iktar outreach f’każi ta’ problema ta’ mobbilita’ u toffri iktar korsijiet online, fost ħafna servizzi oħra.

Ugwaljanza: inkompli nirbħu iktar imħuħ u qlub Is-settur ta’ l-ugwaljanza huwa għal qalbna bil-fatti u rridu nkomplu mmexxu ‘l quddiem ħidma sabiex iktar persuni jifhmu li d-diversita’ hija xi ħaġa pożittiva fis-soċjetajiet tagħna.

Iktar aċċessibilita’ tal-Informatika għal persuni vulnerabbli u b’diżabbilita’.

budget.gov.mt

Matul is-sena li ġejja se nimplimentaw pjan ta’ ħidma konkret fejn se jiġu konklużi l-proċessi leġiżlattivi ta’ żewġ abbozzi ta’ liġi u jibdew jiffunzjonaw. Il-Kummissjoni Nazzjonali għall-Promozzjoni tal-Ugwaljanza (NCPE) se tkompli tinvestiga każijiet ta’ diskriminazzjoni, tipprovdi taħrig dwar l-ugwaljanza, tagħti l-kontribut tagħha għall-policies u konsultazzjonijiet pubbliċi, tipparteċipa attivament f’laqgħat nazzjonali u internazzjonali, tqajjem kuxjenza dwar temi marbutin mal-ugwaljanza, tiċċertifika kumpaniji bil-Marka tal-Ugwaljanza u twettaq il-proġett Empowerment for Diversity (E4D) li hu ko-finanzjat mill-Unjoni Ewropea.

Malta: nappartjenu Se naraw li l-programm “Jiena Nappartjeni” (I Belong), li huwa miżura ta’ inklużjoni interkulturali għall-barranin li jgħixu f’pajjiżna, jespandi. Dan il-programm jipprovdi tagħlim tal-Malti, l-Ingliż u orjentazzjoni bażika kulturali. Se nkunu qed nimplimentaw ukoll l-istrateġija kontra r-Razziżmu, li tinkludi t-twaqqif ta’ strutturi għall-governanza tal-anti-razziżmu; il-mainstreaming tal-anti-razziżmu fil-policies u servizzi pubbliċi; u

It-Teknoloġija tal-Informatika għandha tkun aċċessibbli għal kulħadd, iktar u iktar il-persuni vulnerabbli jew b’diżabbilita’.

freephone 80 0 7 220 7


17 ta’ Ottubru 2021 | EKONOMIJA 25

l-indirizzar ta’ diskriminazzjoni lejn minoritajiet – dan kollu bl-involviment mil-qrib tal-imsieħba soċjali, tal-media u stakeholders oħra.

Iktar ħidma favur il-qasam LGBTIQ Se nkunu qed inniedu numru ta’ servizzi provduti mill-Gvern immirati lejn il-Komunità LGBTIQ u iktar faċilitajiet li jistgħu jakkomodaw u jitgawdew mis-Soċjetà Ċivili fil-qadi tal-missjoni tagħhom, waqt li jkomplu l-proċessi li hemm bżonn fejn jidħol il-proġett tal-LGBTIQ hub. Fl-istess waqt se nissoktaw il-preparamenti biex nospitaw Europride 2023.

Se nimplimentaw ir-riforma għall-użu responsabbli tal-Kannabis bħala miżura ta’ harm-reduction u biex dawk li jagħmlu użu responsabbli tal-Kannabis ma jibqgħux jiġu kriminalizzati. Għalhekk se titwaqqaf Awtorita' biex tirregola u tanalizza dan is-settur. Fl-istess waqt se jkomplu kampanji edukativi u skemi oħrajn kontra l-użu tas-sustanzi, anke’ id f’id mal-FSWS.

bit-temi prinċipali jinkludu żvilupp fis-sistemi tas-saħħa u tal-kura, tranżizzjonijiet lejn enerġija iktar nadifa u ekonomija tal-baħar sostenibbli. Fl-istess waqt se nkomplu nistimulaw riċerkaturi f’livell ta’ post-doc biex jaħdmu iktar direttament mal-industrija

Insaħħu l-ħidma kontra t-traffikar uman Fl-2022 ser inkomplu l-ġlieda tagħna kontra t-traffikar uman, fejn ser inkunu qegħdin nespandu fuq riċerka intensiva li saret fl-2021 għat-tfassil ta’ Istrateġija u Pjan ta’ Azzjoni Nazzjonali f’dan il-qasam. Se nkomplu wkoll b’kampanji ta’ għarfien sabiex inqajjmu iktar kuxjenza pubblika fuq din l-isfida globali.

Pjan ta’ Azzjoni Nazzjonali għall-Ugwaljanza u l-Integrazzjoni tal-Ġeneru Se nkunu qegħdin nimplimentaw l-Istrateġija u Pjan ta’ Azzjoni Nazzjonali għall-Ugwaljanza u l-Integrazzjoni tal-Ġeneru biex nimplimentaw policies u miżuri li jirrispondu għall-ġeneru fl-oqsma kollha, neliminaw id-diskriminazzjoni, u niżguraw li l-bżonnijiet ta’ kulħadd ikunu ndirizzati b’mod ugwali.

Nemmnu fir-riċerka u l-innovazzjon

Inkomplu nivvalorizzaw id-dinja tal- iSTEM

Ir-riċerka u l-innovazzjoni huma ċ-ċavetta għal ekonomija b’saħħitha għalhekk se nżidu l-fondi f’diversi programmi tal-Kunsill Malti għax-Xjenza u t-Teknoloġija.

Permezz tal-Esplora, ser inkunu qiegħdin invaraw inizjattivi u proġetti ġodda, fosthom investiment ta’ madwar €100,000 f’esibiti interattivi ġodda u spazji ġodda b’workshops għall-familji fl-2022, wara 5 snin mill-ftuħ taċ-ċentru, li jilqa’ madwar 100,000 viżitatur fis-sena. L-Esplora Escape Rooms huwa proġett ġdid abbinat mal-Esplora Foreshore, li nfetaħ aktar kmieni din is-sena.

Se nniedu programm ġdid imsejjaħ Go to Market bl-għan li jilħaq livell ta’ teknoloġija avvanzata sabiex din tiġi kkumerċjalizzata fis-suq lokali u internazzjonali. L-MCST ser jipparteċipa wkoll fis-Sħubiji Ewropej taħt Horizon Europe — il-Programm għar-Riċerka u l-Innovazzjoni ta’ l-Unjoni Ewropea

GOVERNMENT OF MALTA MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA, IR-RIĊERKA U L- INNOVAZZJONI

ugwaljanza


26 EKONOMIJA | 17 ta’ Ottubru 2021

Malta

budget.gov.mt

DAN IL-BUDGET TASSEW JAGĦTI GĦAŻLA TA’ AKKOMODAZZJONI LIL KULĦADD Naqset il-waiting list għal akkomodazzjoni alternattiva bin-nofs Wara li saru ’l fuq minn 700 allokazzjoni mill-istokk eżistenti u permezz tal-iskema Nikru biex Nassistu (proprjetà residenzjali privata vojta tinkera lill-Awtorità tad-Djar) liema skema se tfisser li matul is-sena li ġejja madwar 680 familja se jingħataw appartamenti tal-Akkomodazzjoni Soċjali.

Riġenerazzjoni • Ir-riġenerazzjoni ta’ djar battala u antiki kemm tal-Gvern kif ukoll pubbliċi wasslet biex ħolqot għexieren ta’ soluzzjonijiet ta’ akkomodazzjoni adegwata. • Mill-2022 se jibda jopera l-ewwel programm ta’ housing interġenerazzjonali f’pajjiżna li se jakkomoda madwar 80 resident – anzjani u żgħażagħ. • Intant kompla l-programm ta’ riġenerazzjoni, titjib u tisbieħ tal-blokok eżistenti kollha tal-akkomodazzjoni soċjali.

Bini ta’ Housing Soċjali • Wasal fil-fażi finali l-programm ta’ bini ta’ 500 appartament minn fondi tal-Bank Ewropew tal-Investiment u l-Bank tal-Iżvilupp tal-Kunsill tal-Ewropa. • Miexi b’ritmu mgħaġġel il-bini ta’ kważi 700 appartament ieħor, fejn parti mill-investiment ġej mill-Fond Soċjali u tal-Iżvilupp Nazzjonali (NDSF). • Din is-sena tnieda mudell ta’ Care Plan mill-Housing Development Fund bl-intenzjoni li jiġu indirizzati l-kawżi soċjali li jwasslu għall-bżonn ta’ akkomodazzjoni u mhux biss l-effett. Ftit ftit mhux se jibqa’ jingħata biss saqaf Iżda permezz ta’ Care Plan speċifiku għall-bżonnijiet tal-applikanti individwali, se jingħataw servizzi ta’ sapport biex ikun hemm titjib fil-kwalità ta’ ħajja u livell ta’ għixien aħjar. Se jkun hemm diversi Care Plans differenti. Il-Care Plan ħa jiġi estiż fuq il-housing kollu u jkun introdott b’mod gradwali fuq numru ta’ snin.

f re e p ho ne 8 0 0 7 220 7


17 ta’ Ottubru 2021 | EKONOMIJA 27

Equity sharing (Affordabilità fix-xiri) • Żdied l-aċċess għas-suq tal-proprjetà fost kategoriji ta’ dħul baxx u medju. • Se tissaħħaħ l-iskema Equity Sharing billi se tiġi estiża għal persuni li għandhom minn 30 sena ’l fuq biex jiżdied iċ-ċans li iżjed persuni jsiru sidien ta’ darhom. Meta tiġi mħabbra, l-applikanti interessati jkunu jistgħu japplikaw bħalma jagħmlu fl-iskemi l-oħra offruti mill-Awtorità tad-Djar. • L-iskema Equity Sharing bħalissa hija miftuħa għal persuni li għandhom minn 40 sena ’l fuq. Il-Gvern jidħol għal massimu ta’ 50% tal-proprjetà flimkien max-xerrej u jagħti l-fakultà li l-benefiċjarju jaċċessa self akbar. • L-applikant irid ikollu dħul annwu aggregat bażi tas-sena preċedenti tad-data tal-applikazzjoni li ma jaqbizx €40,000; • Se jibqgħu miftuħin skemi bħal tal-10% depożitu fuq konvenju għax-xiri ta’ proprjetà u tal-Home Assist (persuni u koppji bi dħul baxx jirnexxielhom jieħdu self mill-bank).

Affordabbiltà fil-kera • Fis-suq tal-kera l-Gvern qed isostni l-affordabbiltà permezz tal-Benefiċċju tal-Kera li permezz tiegħu benefiċjarju jħallas sa massimu ta’ 25% tad-dħul gross. • Il-Gvern daħal fi ftehim mal-Arċidjoċesi ta’ Malta u flimkien huma l-fundaturi tal-Fondazzjoni tal-Akkomodazzjoni Affordabbli. Din il-fondazzjoni se tkun qed tiddisinja programmi ta’ housing affordabbli u tassigura provvista permanenti ta’ akkomodazzjoni adegwata li tilħaq kategoriji differenti ta’ dħul bl-aktar kategorija fil-mira ta’ din il-fondazzjoni tkun dik ta’ persuni li d-dħul tagħhom jaqbeż il-kriterji ta’ eliġibbiltà għall-akkomodazzjoni soċjali imma li fl-istess ħin mhuwiex b’saħħtu biżżejjed biex dawn il-persuni jkunu jistgħu jaċċessaw is-suq tal-proprjetà mingħajr għajnuna. Bi qbil mal-Arċidjoċesi ta’ Malta, il-Gvern se jkun qed ipoġġi is-somma ta’ €300,000 fis-sena biex ikopri l-amministrazzjoni u l-operat ta’ din il-fondazzjoni.

• Il-Gvern ser inaqqas ir-rata ta’ taxxa bin-nofs fuq il-bejgħ jew ix-xiri tal-proprjetà sal-ewwel €200,000 li tkun ġiet mikrija għal mhux inqas minn 10 snin b’rati affordabbli għall-użu ta’ residenza primarja lill-inkwilini li jkunu eliġibbli għall-Benefiċċju tal-Kera maħruġ mill-Awtorità tad-Djar. Jekk din tinbiegħ lill-inkwilin stess, ma titħallasx taxxa fuq il-bejgħ u x-xiri. • Għal dawk il-proprjetajiet li ilhom mikrija anqas minn 10 snin iżda iktar minn 3 snin, b’rati affordabbli għall-użu ta’ residenza primarja lill-inkwilini, it-taxxa fuq il-bejgħ u x-xiri ser titnaqqas bin-nofs.

Regolazzjoni • L-Awtorità tad-Djar bħala Regolatur: Panel għar-Riżoluzzjoni ta’ Tilwim dwar il-Kera u l-Bord li Jirregola l-Kera. • B’rabta mal-kirjiet kontrollati, se jissaħħaħ is-sussidju fuq xogħlijiet ta’ adattament strutturali biex jiġi evitat periklu fi djar suġġetti għall-kera ta’ qabel l-1 ta’ Ġunju 1995. Min €10,000 s-sussidju ħa jitla għal €25,000. Billi l-investiment fuq dan is-sussidju jitla’ għal €250,000 jista’ jingħata sussidju li jlaħħaq €25,000 u fl-istess waqt jintlaħqu aktar benefiċjarji.

Garanzija New Hope L-Awtorità tad-Djar, permezz ta’ back-to-back guarantee ta’ €3 miljun mill-Fond Soċjali u tal-Iżvilupp Nazzjonali (NDSF), qed toffri alternattiva għall-polza tal-assigurazzjoni fuq il-ħajja lil persuni li minħabba kundizzjonijiet mediċi li sofrew fil-passat inkella diżabilità li jgħixu biha, ma kinux qed jingħataw u għaldaqstant ma setgħux isiru sidien ta’ darhom.

GVERN TA’ MALTA MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI SOĊJALI

akkomodazzjoni


28 EKONOMIJA | 17 ta’ Ottubru 2021

Malta

budget.gov.mt

ŻIEDA SOSTANZJALI FL-ALLOKAZZJONI TAL-BUDGET 2022 GĦALL-QASAM TAL-ĠUSTIZZJA U L-GOVERNANZA

Il-Ġustizzja, l-Buon Governanza, u s-saltna tad-dritt, kienu pilastri importanti li ngħataw aktar saħħa fil-budget tas-sena 2021, liema pilastri ġabu magħhom rekord ta’ riformi u emendi fil-liġi bla preċedent. Total ta’ 6.1miljun ewro ġew allokati fil-Qasam tal-Ġustizzja għas-sena 2022, żieda ta’ -45% fuq is-sena li għaddiet sabiex jiġu investiti fi proġetti ġodda. Permezz tal-Budget għas-sena 2022, ser inkomplu nagħtu prijorità lill-buon governanza u s-saltna tad-dritt. Ser nagħmlu dan sabiex inkomplu nassiguraw stabbiltà nazzjonali, fiduċja fl-istituzzjonijiet u tkabbir ekonomiku. Din hija turija ċara li dan il-Gvern verament jemmen fil-Ġustizzja, il-Buon Governanza u s-Saltna tad-dritt.

Is-sena 2022 – x’ser inkomplu nwettqu? Uffiċċju tal-Avukat tal-Istat 2 miljun ewro ġew allokati lill-uffiċċju tal-Avukat tal-Istat sabiex ikompli jisaħħaħ u jinvesti f’proġetti ġodda. Ġew allokati ukoll 2.25 miljun, żieda ta’ 32% mis-sena 2021 sabiex dan l-uffiċċju jkompli jinvesti fl-operat tiegħu. Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali Żieda notevoli ta’ 78% fl-allokazzjoni tal-operat fl-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali, dan sabiex jiġi assigurat li dan l-uffiċċju huwa mgħammar b’riżorsi adattati sabiex jindirizza l-ammont ta’ xogħol li għandu l-uffiċċju. Ser inkomplu naħdmu sabiex l-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali jkompli jieħu aktar funzjonijiet ta’ prosekuzzjoni addizzjonali f’koordinament mal-Pulizija bil-għan li jiġi żviluppat servizz ta’ prosekuzzjoni speċjalizzat fl-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali, filwaqt li l-Pulizija tkun iktar iffukata fuq investigazzjoniiet tal-offiżi u dan bil-għan li jiġi offrut servizz ta’ prosekuzzjoni ta’ kwalità aħjar u nnaqqsu d-dewmien fis-sistemà ġudizzjarja kriminali.

Kummissjoni Permanenti kontra l-Korruzzjoni Fil-lok tal-Kummissjoni Permanenti kontra l-Korruzzjoni tajjeb li wieħed jinnota li l-Gvern kompla jinvesti f’ din il-Kummissjoni ma waqafx mar-riforma tal-Kummissjoni Venezia fejn inbidel il-proċess li bih jiġu appuntati l-membri fuq l-istess board. Għas-sena 2022 kien hemm żieda ta’ 50% bex jissaħħaħ l-operat f’dan is-settur mis-sena preċedenti, dan juri s-serjetà ta’ dan il-Gvern u kemm huwa jibqa kommess li jiġġieled il-korruzzjoni f’pajjiżna. Aġenzija għas-Servizzi tal-Qorti Din l-Aġenzija ġiet allokata 20% aktar mis-sena l-oħra preċiżament 21.5 miljun biex issaħaħ l-operat tagħha. Biex inkomplu nagħtu prijorità lill-effiċjenza fil-proċedura ġudizzjarji, l-Aġenzija għas-Servizzi tal-Qorti se tkompli toffri l-aħjar appoġġ lill-membri tal-ġudikatura u wkoll servizz effiċjenti u effettiv liċ-ċittadini li jirrikorru għas-servizzi tal-Qrati tagħna. Biex tiżdied l-effiċjenza

f re e p ho ne 8 007 2207


17 ta’ Ottubru 2021 | EKONOMIJA 29

fix-xogħol tal-Qrati, se jiġi installat apparat tal-audio sabiex il-Membri tal-Ġudikatura u l-pubbliku jkollom aċċess għal sistema tal-audio tal-aqwa kwalità. Wara li nvestejna fl-akkwist ta’ propjetà biswit il-Qorti sabiex tiġi konvertita f’binja li tospita tlett awli ġodda u 25 uffiċċju addizzjonali biex jospitaw membri ġodda tal-Ġudikatura u l-istaff tagħhom. Ser naħdmu wkoll sabiex tinbena awla ġdida fil-bini preżenti tal-Qorti ta’ Malta li permezz tagħha huwa stmat li kull sena jkun hemm żieda ta’ 5,180 seduta li tfisser żieda ta’ kważi 4% fl-ammont ta’ seduti fis-sena. L-Aġenzija ser tkompli wkoll bil-proċess ta’ diġitizzazzjoni biex tiskannja l-proċeduri kriminali kollha, inizjattiva maħsuba biex ittejjeb is-servizz ta’ kwalità li l-Aġenzija toffri biex tiffaċilita aċċess aħjar għall-atti tal-proċedimenti.

Ser jitfassal wkoll ftehim bejn id-Dipartiment tal-Ġustizzja u l-Kummissjoni Kontra l-Vjolenza Domestika u l-Vjolenza abbażżi tal-Ġeneru, bl-għan li tingħata aktar għajnuna u sapport lid-Dipartiment tal-Ġustizzja u il-ħidma tiegħu kontra din il-vjolenza.

Għajnuna Legali L-allokazzjoni f’dan l-operat żdiedet għal 630 elf ewro jiġiferi żieda ta’ 7% fuq is-sena li għaddiet.

Nutar tal-Gvern Ser inkomplu bil-proċess ta’ diġitalizazzjoni tal-atti notarili kollha sabiex il-kollezzjoni tad-dokumentazzjoni tkun aktar aċċessibbli. Qed naħdmu ukoll fuq sistema sabiex naċċertaw li l-atti pubbliċi u t-testmenti kollha jiġu reġistrati fir-reġistru pubbliku fil-ħin u li t-taxxi rilevanti kollha miġbura min-nutara jitħallsu b’mod effettiv lill-entitajiet rilevanti.

Ser inkomplu ninvestu fl-għajnuna legali sabiex noħolqu sistema diġitali fejn il-klijenti prospettivi eliġġibli għall-għajnuna legali jkunu jistaw japplikaw onlajn, kif ukoll, mill-entitajiet u servizzi Governattivi li jinsabu fir-reġjuni Maltin.

Ser inkomplu bil-programm t’ immodernizzar tal-binjiet tal-Uffiċċju tan-Nutar tal-Gvern u l-Arkivju Prinċipali. Ser nagħtu attenzjoni massima lill-ispazju fejn jinżammu l-volumi nutarili b’dokumenti li jmorru lura għas-seklu XV. B’hekk mhux biss inkunu qed nipprovdu ambjent ta’ xogħol aħjar u servizz imtejjeb lill-istaff kif ukoll lill-klijenti, riċerkaturi u nutara, iżda fuq kollox nieħdu ħsieb il-kollezzjoni nazzjonali miżmuma fl-Arkivju Nutarili Prinċipali biex jiġi mħares il-Patrimonju Malti.

Asset Recovery Bureau

Konklużjoni

Sabiex dan l-uffiċċju jinvesti fi proġetti ġodda ġew allokkati 5 mitt elf ewro, żieda ta 150% fuq is-sena 2021.

Jiena kburi li bħala Amministrazzjoni Robert Abela, irnexxielna nagħmlu riformi u investimenti bla preċedent. Kburi li qegħdin niġu rikonnoxxut fuq livell internazzjonali u Ewropew – inkluż mill-President tal-Kummissjoni tal-Unjoni Ewropea, Ursula Von der Leyen fl-Istate of the Union.

Komplejna ninvestu fl-Aġenzija għall-Għajnuna Legali li issa topera minn binja ġdida kif ukoll riżorsi biex tkun tista’ tagħti servizz ta’ kwalità.

Dipartiment tal-Ġustizzja Ser nkomplu naħdmu fuq il-pjan ta' ristrutturar u diġitali fid-Dipartiment tal-Ġustizzja biex ikollu funzjoni usa u aktar ċentrali fis-settur tal-ġustizzja. Issa id-Dipartiment jinkorpora fih l-Uffiċċju tal-Kondotta u r-Rekords Kriminali (Fedini Penali), ser inwettqu miżura biex il-maġġoranza tal-processi amministrattivi relatati maċ-ċertifikati tal-kondotta u fedina penali offruti mid-Dipartiment tal-Ġustizzja ikunu diġitali. Id-Dipartiment tal-Ġustizzja ser iniedi pjattaforma elettronika fuq is-sit eletroniku tad-Dipartiment, li permezz tagħha ser ikun jista jibda jipprovdi vidjows ta’ informazzjoni fuq temi differenti fil-qasam tal-ġustizzja.

GVERN TA’ MALTA MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA U L-GOVERNANZA

Wara li għaddejna l-Att dwar ir-Rikavat mill-Krimalità (Proceeds of Crime Act), ser inkomplu ninvestu fl-Uffiċċju tal-Irkupru tal-Assi billi nipprovdu teknoloġiji ġodda għall-iskambju, il-ġestjoni u l-irkupru t' informazzjoni. Ser inkomplu bix-xogħol fuq il-proġett ambizzjuż relatat mal-kostruzzjoni ta’ binja speċjalizzata li tkun mgħammra bl-aħħar teknoloġija biex tospita laboratorju ta' traċċar ta' assi u spazju adegwat għall-preservazzjoni t' assi konfiskati. L-ewwel offerti għal xogħlijiet infrastrutturali mistennija joħorġu dalwaqt.

ġustizzja

Għal dan il-għan u għall-interess taċ-ċittadini Maltin u Għawdxin, ħa nkompli naħdem bla waqfien biex ikollna sistema tal-ġustizzja effettiva u effiċjenti li ma tiddiskriminax u ma tħares lejn wiċċ ħadd. Dan huwa l-Gvern tar-riformi, l-Governanza t-tajba u d-Drittijiet – dan huwa l-Gvern tal-bidla. Dan huwa l-Gvern li permezz ta’ dan il-Budget qed jaħdem u jinvesti f’Malta li rridu nħallu lil uliedna.


30 EKONOMIJA | 17 ta’ Ottubru 2021

Malta

budget.gov.mt

IKTAR INVESTIMENT F’FAĊILITAJIET SPORTIVI VOLONTARJAT • Il-Kunsill Malti għas-Settur tal-Volontarjat ser jibda joffri għajnuna teknika b’servizz ġdid sabiex Għaqdiet Volontarji prospettivi jsibu dik l-għajnuna biex iwaqqfu l-għaqda Volontarja tagħhom • Investiment fil-Kumpless Sportiv tal-Marsa fejn se jinkorpora ċentru tal-Ġinnastika u ċentru tal-Weightlifting. • Investiment f’Rowing Tank fil-Kottonera għad-dilettanti tal-Qdif. • Jitkompla x-xogħol fuq il-pixxina ta’ ġewwa (indoor pool) ta’ daqs olimpiku f’Bormla u l-waterpolo pitch ta’ Valletta.

• Investiment għall-użu ta’ sistemi teknoloġiċi li jkunu mibinija f’qafas ta’ proċessi mħeffa u msaħħa għall-Uffiċċju tal-Kummissarju għall-Organizzazzjonijiet Volontarji. • Tiġġedded, għal darb’ oħra, l-iskema għall-għaqdiet volontarji sabiex jinvestu f’enerġija alternattiva sabiex inaqqsu l-konsum tal-enerġija.

• Jibda x-xogħol fuq il-pitch tal-waterpolo f’Marsascala u Marsaxlokk. • Investiment f’Outdoor Velodrome f’Ta’ Qali. • Jibda x-xogħol fuq iċ-Ċentru Nazzjonali tal-Motorsport. • Investiment f’grawnd tal-futbol ġdid għall-Imsida St. Joseph. • Jibda x-xogħol fuq il-Grawnd tal-Futbol fin-Naxxar.

GVERN TA’ MALTA SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-ISPORT, RIKREAZZJONI U L-GĦAQDIET VOLONTARJI

sport

f re e p h o n e 8 0 0 7 220 7


17 ta’ Ottubru 2021 | EKONOMIJA

Malta

budget.gov.mt

Kultura u Arti

Gvernijiet Lokali

• Ir-rata ta’ taxxa tad-dħul għall-artisti ser tkun mnaqqsa . għal 7.5% u ser tkun tapplika mis-sena bażi ta’ 2022.

• €1 miljun żieda fl-allokazzjoni lill-Gvernijiet Lokali.

• €1 miljun għal skema ta’ garanzija għall-attivitajiet artistiċi indipendenti sabiex jiġu rkuprati spejjeż minħabba r-restrizzjonijiet mhux mistennija. • €1 miljun għal skema ta’ għajnuna għal proġetti artistiċi indipendenti. • €2 miljuni għall-iskema ta’ għajnuna li tingħata għal seats li ma jkunux jistgħu jinbiegħu minħabba r-restrizzjonijiet ġodda fuq l-avvenimenti.

• €3 miljuni fi skemi għall-Gvernijiet Lokali. • Implimentazzjoni tal-Istrateġija tal-ICT għall-Gvern Lokali.

Wirt Nazzjonali • €3.7 miljuni għall-proġetti ta’ rinnovar u restawr fil-mużewijiet u siti storiċi fi ħdan Heritage Malta. • €2.7 miljuni fondi nazzjonali għar-restawr ta’ forti, siti storiċi u fortifikazzjonijiet. • €1 miljun għall-proġett ta’ restawr tal-Knisja tal-Ġiżwiti fil-Belt Valletta.

GVERN TA’ MALTA MINISTERU GĦALL-WIRT NAZZJONALI, L-ARTI U L-GVERN LOKALI

kultura

f reep h on e 80 0 7 2 2 0 7

31


32 EKONOMIJA | 17 ta’ Ottubru 2021


17 ta’ Ottubru 2021 | EKONOMIJA 33

Malta

Servizz tat-Trasport Pubbliku b’xejn

-

Mill-1 ta’ Jannar, 2022, il-persuni li se jkunu qegħdin jibbenifikaw minn din il-miżura ser ikun qed jiżdiedu. Fil-fatt, tfal bejn l-4 u 13-il sena kif ukoll persuni bejn is-60 u 69 sena ser ikunu qed jibbenifikaw ukoll minn servizz tat-Trasport Pubbliku b’xejn. Il-Gvern se jkun qed jalloka l-ammont ta’ €4,600,000 għal din il-miżura.

-

-

Tiżdied l-għotja finanzjarja biex ninċentivaw x-xiri ta’ vetturi li jniġġsu anqas.

-

Din se tiżdied bi €3,000 minn €9,000 għall €12,000 minn l-għada tal-Baġit, tnax ta’ Ottubru.

-

Tiżdied l-għotja finanzjarja b’€1,000 fuq skrappjar ta’ vetturi li jħammġu f’Għawdex.

• Estiża l-iskema fejn qed tingħata għotja ekwivalenti għal rifużjoni sħiħa tal-VAT fuq roti u roti elettroniċi. Estiża l-iskema li tinċentiva x-xiri ta’ muturi, scooters u roti assistiti b’mutur tal-elettriku u l-għotja għal min jaqleb il-vettura tiegħu biex taħdem bil-gas minflok bil-petrol. Estiża l-għotja finanzjarja li tlaħħaq is-€7,000 fuq skrappjar ta’ vetturi li • jħammġu. Estiża l-iskema għall-vetturi aċċessibbli b’wheelchair li jintużaw għall-ġarr ta’ passiġġieri bil-kiri jew b’kumpens ser tiġġedded ukoll. Vetturi diesel jigu konvertiti biex • jahdmu bl-elettriku Skema gdida biex inħajru operaturi ta’ coaches u trukkijiet li jahdmu bid-diesel u li jiġu nstallati b’magni li jaħdmu bl-elettriku. • Skema għall-vetturi li jiġu installati l-pannelli fotovoltajiċi jingħataw għotja sa massimu ta’ €900.

B’hekk l-ammont jitla’ sa massimu ta’ €3,000. • •

Estiżi l-iskemi l-oħra favur vetturi li jniġġsu anqas

-

Miżuri marbutin ma’ xiri ta’ vetturi elettriċi u vetturi elettriċi plug-in li jinkludu li ma jkunx hemm taxxa ta’ reġistrazzjoni u eżenzjoni mill-ħlas tal-liċenzja annwali tat-triq għal perjodu ta’ ħames snin mid-data tal-ewwel reġistrazzjoni.

GVERN TA’ MALTA MINISTERU GĦAT-TRASPORT, L-INFRASTRUTTURA U L-PROĠETTI KAPITALI

Għotja għal min inaqqas l-emissjonijiet

budget.gov.mt

Iktar mezzi ta’ trasport bil-baħar. Inżidu n-numru ta’ mollijiet, jinħolqu rotot alternattivi. Ser jitlesta l-bini tal-mollijiet f’Tas-Sliema u Bormla, bini mill-ġdid tal-mollijiet u promenade ġdid bejn il-Birgu u l-Kalkara u bini mill-ġdid tal-breakwater ta’ Buġibba. (shorten)

Investiment f’Infrastruttura Marittima tal-Port il-Kbir fl-isfond tal-pjan tar-Riġenerazzjoni li ġie varat matul din is-sena.

Konnettività f’Għawdex imtejba billi jkunu mmodernizzati l-faċilitajiet tal-heliport fix-Xewkija.

Tkompli l-ħidma estensiva fl-infrastruttura tat-toroq matul is-sena li ġejja. Jitkomplew ix-xogħlijiet fuq il-mini ta’ Ħal Kirkop, l-Airport Intersection Project (KTAIP) u l-Bypass tal-Imrieħel fost proġetti oħra infrastrutturali.

Operaturi ta’ minibuses /coaches/trakkijiet li jnaqqsu l-emissjonijiet tad-duħħan mill-vetturi tagħhom permezz ta’ installazzjoni ta’ filtri tal-partikuli tad-diżil (DPF) u ta’ sistemi ta’ tnaqqis katalitiku selettiv (SCR).

infrastruttura

fre e pho ne 8 0 0 7 2 2 0 7


34 EKONOMIJA | 17 ta’ Ottubru 2021

Malta

budget.gov.mt

VIŻJONI SOSTENIBBLI GĦAL MALTA Il-viżjoni ta’ dan il-pajjiż hija waħda sostenibbli minn kull aspett: nitkellmu fuq Malta ta’ għada għax mil-lum qed inwittu t-triq għall-pajjiż isbaħ, bi kwalità ta’ ħajja aħjar u arja aktar nadifa. Qed naħdmu fuq aktar spazji miftuħa, fuq intrapriżi moderni, fuq opportunitajiet għal karrieri ġodda u fuq sistemi aktar effiċjenti biex verament inħallu pajjiż aħjar għal uliedna, b’opportunitajiet ġodda

Intrapriżi ambizzjużi, lesti għal għada Permezz ta’ aktar għajnuna għal intrapriżi innovattivi, ekoloġiċi, diġitali u soċjali rridu nattiraw aktar investimenti li joħolqu karrieri ta’ kwalità f’setturi eknomiċi ġodda bħalma hija l-ekonomija l-ħadra u l-ekonomija l-blu. Miżuri sabiex nilħqu dan l-għan jinkludu:

• • • • • • • • • •

free p h on e 8 0 0 7 2 2 0 7

Naddottaw kriterji Ambjentali, Soċjali u ta’ Governanza Korporattiva (ESG) f’kumpaniji Maltin Jinħoloq Fond għall-Krediti tal-Karbonju Noffru benefiċċji tat-taxxa għall-profitti li jerġgħu jiġu investiti mill-ġdid Tnedija ta’ Seed Fund għal eko-startups Titwaqqaf il-Blue-Med Hub Introduzzjoni ta’ Start-Up Visa Appoġġ lill-kumpaniji li jinvestu f’karozzi li ma jniġġsux Appoġġ sabiex negozji tal-familja jippjanaw is-suċċessjoni tan-negozju Espansjoni tal-eleġibilità tal-inċentiva tas-sussidju fuq il-kera Għajnuna finanzjarja u krediti ta’ taxxa għal investimenti sostenibbli u diġitali


17 ta’ Ottubru 2021 | EKONOMIJA 35

Enerġija Nadifa

Malta Sostenibbli

Sabiex ikollna pajjiż aktar modern, qed ninvestu fid-diversifikazzjoni tas-sorsi tal-enerġija u ntejbu l-effiċjenza fis-sistema tal-ilma. Dan filwaqt li nkomplu ninċentivaw lill-konsumatur sabiex juża aktar enerġija nadifa. Fost l-azzjonijiet li se nkunu qed nieħdu matul l-2022 se:

Biex nilħqu l-viżjoni tad-dekarbonizzazzjoni sal-2050, jeħtieġ bidla fil-mentalità lejn prattiċi u użu ta’ prodotti sostenibbli, kemm fil-ħajja ta’ kuljum kif ukoll fi ħdan il-komunitajiet tagħna. Biex nagħmlu dan se nkunu qed:

• • • • • • • • •

Jsiru studji marittimi, ġeofiżiċi, ġeotekniċi u ambjentali għat-tieni cable tal-interconnector bejn Malta u Sqallija

• •

Jitwettqu studji tekniċi dwar il-fattibilità teknika u finanzjarja tat-trasmissjoni tal-idroġenu bl-użu tal-pipeline

• •

Nesploraw l-opportunità għal sistemi ta’ enerġija rinnovabbli offshore

Iniedu sistemi ta’ batteriji għall-ħażna tal-enerġija f’binjiet pubbliċi

Nintroduċu l-ewwel baby box bi prodotti sostenibbli Invaraw l-ewwel inizzjattiva bit-tema: Designing Sustainable Localities Inniedu s-Sustainable Development Awards Nintroduċu proġett pilota ta’ ġonna komunitarji bil-għan li r-residenti jkabbru ħxejjex, frott u fjuri Nestendu l-iskemi għall-installazzjoni ta’ sistemi fotovoltajiċi, solar water heaters, heat pumps, sistemi ta’ batteriji għall-ħażna tal-enerġija, double glazing, solar insulation u restawr ta’ bjar.

Ninstallaw f’binjiet pubbliċi aktar sistemi li jiġġeneraw elettriku minn sorsi nodfa Naċċelleraw pjan qawwi ta’ investiment fin-network tad-distribuzzjoni tal-Enemalta Nintroduċu l-kunċett ta’ banking system għall-units tal-eletrikku Jibda jopera l-ewwel Reverse Osmosis f’Ħondoq ir-Rummien, f’Għawdex Ninstallaw 1,200 charging point għall-karozzi fuq medda ta’ 3 snin

Pajjiż isbaħ għal uliedna Spazji miftuħa huma essenzjali għas-saħħa mentali u għas-saħħa fiżika. Il-parks, il-ġonna u l-ispazji miftuħa huma kruċjali biex joffru liċ-ċittadini Maltin u Għawdxin l-opportunità fejn jistgħu jagħmlu eżerċizzju fiżiku jew fejn iqattgħu l-ħin ta’ mistrieħ tagħhom. Għalhekk, se nkunu qed nagħmlu:

• • • • •

Investiment ta’ €20 miljun fuq medda ta’ ħames snin għall-proġett ta’ afforestazzjoni fil-Park Nazzjonali tal-Inwadar Aktar investiment fil-parks tal-familja Nirriġeneraw ġonna, parks u spazji miftuħa Inħeġġu għaqdiet volontarji u kulturali biex jużaw il-parks għall-attivitajiet tagħhom Rijabilitazzjoni ta’ widien sabiex nissalvagwardjaw il-bijodiversità

GVERN TA’ MALTA MINISTERU GĦALL-ENERĠIJA, L-INTRAPRIŻA U L-IŻVILUPP SOSTENIBBLI

sostenibiltà


36 EKONOMIJA | 17 ta’ Ottubru 2021

Malta

budget.gov.mt

Kważi

biljun ewro għas-saħħa • Cardiac Catheterization Suite ġdid fl-Isptar Mater Dei

• Booster doses biex inżommu lill-poplu b'saħħtu • Inkomplu nżidu aktar mediċini ġodda fuq il-Formularju tal-Gvern, fosthom għall-IVF, għall-osteoporosis, għall-fibromyalgia, għad-dermatoloġija, għaċ-ċirkolazzjoni u trattamenti psikjatriċi

• Xogħlijiet strutturali u ta' tisbieħ fl-Isptar Monte Karmeli • Iżjed Ċentri tas-Saħħa u Bereġ moderni fil-komunità fosthom f’Birkirkara, ir-Rabat, Ħal Qormi, Santa Luċija, Ta’ Ġiorni, Marsaskala, Ħal Tarxien, Birżebbuġa u l-Marsa

• Dipartiment tal-Medical Imaging ġdid f’Mater Dei • Tisbieħ u rinovar fid-Dipartiment tal-Emerġenza

GVERN TA’ MALTA UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA

saħħa

f re e phone 80 0 7 220 7


17 ta’ Ottubru 2021 | EKONOMIJA 37

Malta

X’PAJJIŻ IRRID INĦALLI LIL BINTI?

soċjali, u ntuhom opportunità li jtejbu s-sitwazzjoni li jinsabu fiha. Meta nitkellmu fuq akkomodazzjoni soċjali, ma rridux naħsbu f’termini ta’ ġebel u s-saqaf, imma rridu naħsbu fil-vjaġġ li se jagħmlu l-individwi li għandhom bżonn din l-akkomodazzjoni, lejn prospetti ġodda.

Bħala rappreżentanti tal-poplu, dmirna hu li nistinkaw biex nilħqu l-aspirazzjonijiet tal-Maltin u l-Għawdxin. Dan ifisser li rridu dejjem infittxu metodi ta’ kif naġġornaw u nirrevedu dak li nagħmlu. Għalkemm huwa importanti li nħabbru miżuri li jtejbu l-ħajjiet, huwa importanti wkoll li nisimgħu dak li għandhom xi jgħidu n-nies, biex id-deċiżjonijiet li nieħdu jibqgħu releventi. Wara kollox, is-suċċess li rridu niksbu, irridu niksbuh flimkien. Il-Baġit 2022 offrilna opportunità li nħarsu lejn ħidmietna minn perspettiva oħra. Staqsejna lilna nfusna: x’tip ta’ pajjiż irridu nħallu għal uliedna? Ngħid għalija, din it-tema relevanti kemm bħala politiku, imma wkoll bħala ġenitur. Għal binti, nixtieq pajjiż li jagħti l-importanza mistħoqqa lill-kwalità tal-ħajja, u li jwieżen lil dawk l-aktar vulnerabbli fis-soċjetà. Għalhekk huwa importanti li nkomplu nġeddu inizjattivi f’oqsma bħall-akkomdazzjoni soċjali. B’investiment mill-Fond Soċjali u għall-Iżvilupp Nazzjonali, jew aħjar l-NDSF, qed ninvestu f’appartamenti li se jintużaw għal dan l-iskop. Bil-preżenza ta’ care plan ħolistiku, qed naraw li mhux biss jinbnew appartamenti, imma li l-ħtiġijiet tal-persuni li għandhom bżonn din l-akkomodazzjoni jkunu indirizzati b’mod sħiħ. L-għan hu li dawn in-nies inaqqsu d-dipendenza tagħhom fuq l-għajnuna

GVERN TA’ MALTA SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAĊ-ĊITTADINANZA U L-KOMUNITAJIET

Miżura oħra li se twieżen lil dawk li l-aktar fil-bżonn tal-intervent tagħna hija in-New Hope Guarantee Scheme. L-Awtorità tad-Djar, permezz ta’ garanziji ta’ €3 miljun mill-NDSF, qed toffri tama ġdida billi tidħol għal persuni li jsibuha diffiċli jkollhom polza ta’ assigurazzjoni, minħabba xi kundizzjoni medika jew diżabilità. Din il-miżura ħadna għax smajna l-appell ta’ dawn il-persuni, u għax konna bilgħaqal biex kellna l-fondi neċessarji biex stajna naġixxu fuq it-talba tagħhom. Kulħadd ħaqqu kwalità ta’ ħajja aħjar; kemm jekk dik il-persuna teħtieġ għajnuna biex takkwista s-saqaf fuq rasha, kif ukoll jekk qed tappella għal stil ta’ ħajja aħjar. Fost l-iktar kummenti li nisimgħu ta’ spiss, hemm l-appell għal aktar spazji ħodor miftuħa, siguri u attraenti f’ċentri urbani. Permezz ta’ finanzjament mill-NDSF, qed ninvestu f’dawn it-tip ta’ proġetti f’Ħaż-Żabbar, Ħal Qormi, il-Ħamrun u l-Mosta, fejn mhux biss qed insebbħu l-inħawi, imma qed inwarrbu fondi biex niżguraw li dawn il-postijiet jinżammu tajjeb. L-esperjenza tgħallimna li kull faċilità teħtieġ manutenzjoni sostanzjali.

budget.gov.mt

li qed nagħmlu huma possibbli grazzi għal kontribuzzjonijiet li ġejjin minn investituri barranin, u grazzi għall-mod għaqli kif qed namministraw dawn il-fondi. Ninsabu f’sitwazzjoni fejn persuni li qed jagħżlu li jinvestu f’Malta qed itejbu l-ambjent u l-kwalità tal-ħajja għal kulħadd. Dan b’mod speċjali għax qed immissu suġġetti li huma għal qalb eluf ta’ persuni. Fost wieħed mill-aktar proġetti sodisfaċenti kienet it-tħabbira taċ-ċentru nazzjonali tal-motorsport, b’investiment ta’ €20 miljun. Mument ieħor simili kien meta ħabbarna li l-Gvern se jinnegozja ma’ sidien ta’ proprjetajiet li għandhom il-postijiet tagħhom mikrija lill-każini tal-baned. B’dan il-pass, se nipprovdu serħan il-moħħ kemm għall-każini, kif ukoll għas-sidien infushom, li ma setgħux igawdu mill-proprjetà tagħhom. Bil-miżuri kollha li qed inħabbru, qed immissu qalb in-nies. Fuq kollox, qed ninvestu f’affarijiet li l-valur tagħhom imur ferm oltre’ mill-valur finanzjarju. Il-possibilità li ttejjeb il-qagħda soċjali tiegħek, il-possibilità li timraħ f’dak li tħobb tagħmel, il-possibilità li tnaqqas l-iskariġġ u burokraziji f’ħajtek, u l-possibilità li ssebbaħ l-ambjent li tgħix fih, huma kollha affarijiet li m’hemmx prezzhom, u li qed inbiddlu minn possibilità għal realtà. Għax f’moħħna dejjem qed inżommu l-bżonn li niġġeddu sabiex inħallu ġejjieni aħjar għal uliedna.

Dawn l-affarijiet kollha li rridu nimplimentaw huma ambizzjużi ħafna u jeħtieġu amministrazzjoni tajba. L-investimenti

komunitajiet

f reepho ne 8 0 0 7 220 7


38 EKONOMIJA | 17 ta’ Ottubru 2021

Malta

budget.gov.mt

IPPJANAR U KOSTRUZZJONI

Din il-miżura tgħodd ukoll għal min bħalissa għandu l-konvenju u għadu ma għalaqx il-kuntratt. First time-buyers ta’ dawn il-proprjetajiet ser jirċievu grant ta’ €15,000. First-time buyers li jixtru dawn it-tip ta’ proprjetajiet ġewwa Għawdex ser jirċievu grant bil-valur doppju €30,000.

Għotja fuq il-valur tal-VAT imħallas Ħelsien tat-taxxa fuq il-bejgħ u x-xiri ta’ proprjetà vakanti jew f’UCA jew bi stil tradizzjonali Għal proprjetajiet li ilhom mibnija għal aktar minn għoxrin sena u huma vakanti għal aktar minn seba’ snin, għal proprjetajiet li huma f’UCA u għal dawk il-proprjetajiet ġodda li jinbnew bi stil u arkitettura tipika u tradizzjonali Maltija, ser inkunu qed inneħħu t-taxxa tal-Capital Gains u t-taxxa tal-boll b’mod komplut fuq l-ewwel €750,000 tal-prezz tal-proprjetà.

Għal dawk li ser jixtru jew li diġà għandhom dawn it-tip ta’ proprjetajiet ser tingħata wkoll għotja fuq il-valur tal-VAT imħallas sa massimu ta’ €54,000 għal fuq l-ewwel €300,000 fi spejjeż ta’ restawr u irfinar għax nifhmu li r-riġenerazzjoni ta’ dawn it-tip ta’ proprjetajiet tiswa iżjed mill-medja u l-Gvern kommess li jgħin. Din tgħodd ukoll għal min diġà xtara proprjetà u għaddej bir-restawr.

Irridu naraw proprjetajiet bil-galleriji u faċċati sbieħ u b’wirt Malti, il-bieb tipiku Malti u rridu naraw riġenerazzjoni ta’ dawk il-proprjetajiet antiki u mitluqa. f re e p h on e 8007 2 2 07


17 ta’ Ottubru 2021 | EKONOMIJA 39

Ser inkunu qed nestendu għal sena oħra l-iskemi ta’ tnaqqis fit-taxxa tal-boll għall-first-time buyers, second time buyers u x-xiri ta’ propjetà f’Għawdex filwaqt li miżuri li kienu eżistenti biex jittaffa l-impatt tal-pandemija fuq dan is-settur ser jintemmu hekk kif kien stipulat jiġifieri f’Ġunju ta’ 2022.

Ippjanar intelliġenti għal ambjent urban xieraq L-Awtorità tal-Ippjanar (PA) ser tintroduċi politika dwar l-estetika flimkien ma’ miżuri li jħeġġu żvilupp aktar komprensiv, uniformi u li jirrispetta aħjar l-ambjent urban ta’ pajjiżna. Il-PA applikat għal fondi Ewropej biex tniedi Built Heritage Restoration Scheme, li permezz tagħha ser inkunu nistgħu nagħtu ħajja ġdida lill-binjiet storiċi.

L-ambjent, l-iskart, u t-tibdil fil-klima Ser jitwaqqaf Bord ta’ Monitoraġġ biex jissorvelja l-implimentazzjoni tal-Low Carbon Development Strategy. Ikompli x-xogħol fuq il-proġetti ta’ urban greening f’Ħaż-Żabbar, f’Ħal Qormi, fil-Ħamrun u fil-Mosta. Il-Ġnien ta’ San Anton, fi żmien qasir, ser jiġi msebbaħ kif jixraqlu. Inkomplu għaddejjin bi proġetti tal-ġonna vertikali (green walls), ġonna fuq soqfa (green roofs) bħal dak li qed isir fuq il-Liċeo San Ġorġ Preca u tisbiħ ta’ ġonna bħal Ġnien Romeo Romano, Ġnien Spencer u Ġnien Belvedere. Tkompliet il-ħidma dwar l-proġett tat-tisqif tat-Triq Reġjonali f’Santa Venera li għaliha hemm bżonn investiment ta’ għexieren ta’ miljuni ta’ ewro.

Żieda fl-Investiment fl-Awtorità għall-Bini u Kostruzzjoni

Il-Gvern ser ikompli bl-istudji tiegħu biex jesplora l-pedonizzazzjoni permanenti f'forma ta’ ġnien matul it-Triq Sant’Anna fil-Furjana.

L-Awtorità għall-Bini u l-Kostruzzjoni li twaqqfet din is-sena ser ikollha taħt umbrella waħda l-entitajiet Governattivi relatati mal-industrija tal-Bini u l-Kostruzzjoni.

Bi sħubija bejn l-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi u Ambjent Malta, ser inkomplu bit-twettiq tal-Management Plans tas-Siti Natura 2000 fejn ser inkomplu nwettqu interventi ta’ konservazzjoni tal-abitat naturali.

Permezz ta’ din l-Awtorità rridu nassiguraw li f’pajjiżna, l-attività kollha relatata mal-kostruzzjoni ssir skont standards rigorużi u li l-binjiet tagħna jkunu ta’ livell tajjeb. Pubblikazzjoni tal-abbozz ‘Document F’, li Perit juża biex iħejji l-pjanta tal-Building Envelope u li abbażi tiegħu inġinier iħejji l-pjanti tal-Building Services għall-istess imkien. Dan ser iwassal biex ladarba jkun konkluż u approvat, il-bini tagħna jibda jaħli anqas enerġija. L-ewwel Kodiċi tal-Bini fir-rigward ta’ xogħlijiet ta’ twaqqigħ, skavar u bini ser jinħareġ.

Fil-qasam tal-immaniġġjar tal-iskart, ser inkomplu bil-ħidma tagħna fuq il-kullana ta’ proġetti multimiljunarji li flimkien jagħmlu l-EcoHive li huwa l-akbar investiment li qatt sar fl-immaniġġjar tal-iskart ġewwa pajjiżna. €200 miljun se jiġu investiti fl-impjant Waste-to-Energy. Ser jiġu stabbiliti Reuse Centres li ser jippermettu l-użu mill-ġdid ta’ oġġetti bħal ġugarelli, ċeramika, kotba u għamara. Issa ser nibdew naħsbu wkoll dwar il-possibbiltà li f’pajjiżna jitwaqqaf Repair Centre.

GVERN TA’ MALTA MINISTERU GĦALL-AMBJENT, IT-TIBDIL FIL-KLIMA U L-IPPJANAR

ambjent


40 EKONOMIJA | 17 ta’ Ottubru 2021

Malta

budget.gov.mt

BAĠIT LI SE JKOMPLI JAGĦTI KWALITÀ TA’ ĦAJJA AĦJAR LIL KULĦADD L-aktar baġit b’saħħtu fis-settur tad-diżabilità ta’

€50.5 miljun

• Żieda fl-allowance għal tfal b’diżabilità b’€5. Din

se tkun qiegħda ssir b’nefqa ta’ nofs miljun ewro u se jibbenefikaw minnha mal-1,700 familja. Dan hu kważi d-doppju ta’ dik li kienet titħallas fl-2013. • Żieda fl-għotja għal carer ta’ persuna b’diżabilità.

Se tiżdied bi €300 għal €500 u se jibbenefikaw 450 ġenitur. • Ħlas ta’ għajnuna medika lil persuni invalidi li

jgħixu mal-ġenituri. • Tneħħija tat-test tal-mezzi tad-dħul fl-assistenza

għal diżabilità severa. • Vouchers b’xejn għal Occupational Therapy għal

+ €8 miljun

tfal b’diżabilità mit-twelid sa 5 snin. 1,300 tifel u tifla jilħqu l-għan ta’ Early Intervention. • Titjib fl-iskema dwar eżenzjonijiet/traħħis relatat

ma’ vetturi għal persuni b’diżabilita.

f reep ho ne 8 007 2 2 07


17 ta’ Ottubru 2021 | EKONOMIJA

• Xiri ta’ vettura ‘drive from wheelchair’ u taħriġ

speċjalizzat lil numru ta’ għalliema tas-sewqan. • Investiment biex aktar skejjel ikollhom autism

unit u magni Braille. • Investiment biex tfal b’diżabilità jibqgħu jiġu

assistiti wara l-edukazzjoni post sekondarja. • Community Hub għall-persuni b’diżabilità

fit-Tramuntana ta’ Malta, li joffri anke taħriġ speċjalizzat b’rabta mal-għajxien indipendenti. • Estensjoni tas-servizzi ta’ psikoloġisti

għall-persuni b’diżabilità u l-familjari tagħhom. • Tkomplija tal-proġett INK, li permezz tiegħu

jingħata taħriġ u opportunitajiet ta’ esperjenza ta’ xogħol bi ħlas għall-persuni b’diżabilità. • New Hope – garanzija mill-Awtorità tad-Djar li

toffri alternattiva għall-polza tal-assigurazzjoni fuq il-ħajja lil persuni li minħabba kundizzjonijiet mediċi jew diżabilità, ma kinux jingħataw self u għalhekk ma setgħux isiru sidien ta’ darhom. • Persuni adulti li twieldu b’nuqqas ta’ smigħ se

jibqgħu jingħataw żewġ hearing aids, meta klinikament indikat.

Gvern li se jkompli jinvesti fiż-Żgħażagħ • L-istudenti se jaraw żieda ta’ 10% fl-istipendji

tagħhom filwaqt li dawk li jaħdmu sa massimu ta' 25 siegħa se jibqgħu jieħdu stipendju. • Trasport pubbliku b’xejn għal kulħadd minn

Ottubru 2022 • Eżamijiet tas-SEC fl-istess skejjel fejn kienu

jattendu l-istudenti • Aktar spażji miftuħa u ta’ rikreazzjoni • Jibqgħu miftuħin l-iskemi li jgħinu liż-żgħażagħ

biex isiru sidien ta’ darhom bħall-iskema tal-Equity Sharing Plus u l-first time buyers.

GVERN TA’ MALTA MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-KWALITÀ TAL-ĦAJJA

inklużjoni

41


42 EKONOMIJA | 17 ta’ Ottubru 2021

Malta

budget.gov.mt

AKTAR DRITTIJIET GĦALL-ĦADDIEMA, U DJALOGU SOĊJALI MSAĦĦAĦ Tul dawn l-aħħar xhur, il-ħidma fejn jidħol id-djalogu soċjali ma qatgħetx. Minn dħul ta’ liġijiet ġodda, nkluż liġijiet Ewropej, għal-laqgħat mal-imsieħba soċjali fejn ġie diskuss l-andament ekonomiku, għad-drittijiet tal-ħaddiema li aktar ma’ jgħaddi ż-żmien, aktar irridu jiġu protetti u miżjuda. Id-Dipartiment tar-Relazzjonijiet Industrijali u tal-Impjiegi (DIER) Fid-DIER, qed naraw li ssir riċerka u analiżi sabiex jiġu ddeterminati l-kundizzjonijiet tal-ħaddiema li jaħdmu f'setturi fejn hemm il-possibilta' ta’ xogħol prekarju, imma mhux biss. Se jiġu organizzati sessjonijiet ta' taħriġ immirati għall-istudenti tal-MCAST, Junior College u Higher Secondary li jinsabu fl-aħħar sena tal-korsijiet tagħhom. Dan se jseħħ biex tingħata informazzjoni dwar il-kundizzjonijiet tax-xogħol bil-għan li meta jiġu biex isibu xogħol, ikunu jafu d-drittijiet u d-dmitrijiet tagħhom bħala mpjegati.

Se tiġi żviluppata wkoll website ġdida li se tkun iddedikata għall-ħaddiema barranin stazzjonati f'Malta. F'din il-website se jkun hemm l-informazzjoni kollha li jkollhom bżonn dawn l-impjegati u l-kumpaniji li jixtiequ jistazzjonawhom ġewwa pajjiżna.

L-Aġenzija Servizzi Ewropej f’Malta (SEM) L-aġenzija SEM, qiegħda tikkonsolida s-servizzi tagħha biex tilħaq aktar nies li jkunu jeħtiġuhom.

fre e p h on e 8 0 0 7 220 7


17 ta’ Ottubru 2021 | EKONOMIJA 43

Se tkun qiegħda ssir ħidma, biex aktar organizazzjonijiet jisfruttaw l-opportunitajiet ta’ fondi tal-Unjoni Ewropea hekk kif għadna fil-bidu ta’ perjodu finanzjarju ġdid għall-2021–2027, li minnu pajjiżna se jkun qiegħed jibbenefika aktar minn 2 biljun ewro. Is-SEM se tkun qed tkompli wkoll tippromwovi l-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa – inizjattiva li għaddejja fl-Unjoni Ewropea biex iċ-ċittadini Ewropej jagħtu l-ideat u s-suġġerimenti tagħhom dwar x’direzzjoni għandha tieħu l-Unjoni Ewropea għaż-żmien li ġej. Fix-xhur li ġejjin, l-aġenzija se tkompli tkun ukoll fuq quddiem biex, kemm permezz tat-tixrid tal-informazzjoni u kemm permezz ta’ attivitajiet ta’ djalogu ma’ diversi setturi tas-soċjetà, tħeġġeġ aktar nies jissieħbu f’din l-inizjattiva.

Kunsill Malti għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali (MCESD) Riċentament twaqqfet taqsima ta’ riċerka (MCESD Research Steering Unit - MRSU) li tikkonsisti f’ħames gruppi ta’ ħidma. Dawn il-ħames temi speċifiċi huma: Sostenibbiltà Ambjentali, Ġustizzja, Produttività u Innovazzjoni, Stabbiltà Fiskali u Miżuri ta’ Rkupru. L-għan ta’ din it-taqsima huwa li jinġabru rapporti li huma relevanti għall-Gvern bħalma hu l-baġit nazzjonali. L-imsieħba soċjali għandhom sehem importanti fid-dokument ta’ qabel il-baġit. Ir-rapporti relatati ma’ dan id-dokument ġew ippreżentati lill-Ministru għall-Finanzi u l-Impjiegi waqt laqgħa riċenti tal-MCESD fejn l-imsieħba soċjali ppreżentaw 230 proposta lill-Gvern biex jiġu kkunsidrati fil-baġit.

Ix-Xandir Pubbliku Se jkun hemm iktar tiġdid u mmodernizzar fix-Xandir Pubbliku. L-investiment fil-Public Broadcasting Services Ltd, se jkun qed jara rivitalizazzjoni ta’ Television House f’kumpless state-of-the-art bi studios moderni u faċilitajiet meħtieġa għal produzzjonijiet u tramissjonijiet bl-ogħla livell. It-tieni fażi tkun il-bini ta’ stage televiżiv bil-faċilitajiet kollha għal produzzjonijiet fi skala akbar, waqt li t-tielet fażi tkun il-bini ta’ ċentru għall-aħbarijiet mgħammar bi studios u bil-faċilitajiet kollha f’Malex House. Dan huwa biss il-bidu ta’ vjaġġ li l-PBS se tkun qed tagħmel bħala xandâr pubbliku għal iżjed kontenut dejjem immirat għal udjenzi tagħha, kif ukoll li toffri karriera lill-ħaddiema eżistenti u oħrajn ġodda.

Privatisation Unit (PU) Is-sena 2022 għandha tkun sena ta’ sfida’ għal PU, fejn apparti l-proġetti li għaddejjin bħalissa, il-PU se tkun responsabbli għall-amministrazzjoni tal-Konċessjoni għad-Drittijiet tal-Lotterija Nazzjonali ta’ Malta. Din il-Konċessjoni għandha tiskadi matul is-sena 2022 u hija mistennija li tiġġenera minimu ta' 40 miljun ewro f'fondi pubbliċi. Permezz ta’ dan il-baġit, il-Gvern iħares ‘il quddiem biex ikompli jsaħħaħ id-drittijiet tal-ħaddiema u jsaħħaħ id-djalogu soċjali, għax din hija Malta li rridu għal uliedna.

Il-Gvern se jkompli bid-diskussjonijiet mas-sħab soċjali, sabiex is-sena d-dieħla, pajjiżna jkun f'pożizzjoni li jimplimenta d-direttiva tal-Unjoni Ewropea fuq il-parental leave u l-work-life balance b’mod ġenerali. Il-gvern ser ikun qed jiltaqa’ u jiddiskuti mal-istakeholders biex jibdew id-diskussjonijiet fuq il-mekkaniżmu l-ġdid li jaħdem indipendentament mill-COLA f’ċirkostanzi fejn l-inflazzjoni titla’ ’l fuq sew. Dan il-piż ser ikun qed iġorru l-Gvern għax jemmen li filwaqt li għandna tiġi mħeġġa l-mobilità soċjali, hemm faxxa ta’ nies li għandhom bżonn għajnuna mmedjata. Barra minn hekk, il-Gvern ser ikun qed ikompli jaħdem id f’id mal-MCESD u l-istakeholders f’oqsma biex togħla l-paga minima, u biex tinstab pożizzjoni biex din tiġi bbilanċjata bit-tnaqqis fit-taxxa tad-dħul tal-kumpaniji. GVERN TA’ MALTA MINIST RU F L-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU

djalogu soċjali


44 EKONOMIJA | 17 ta’ Ottubru 2021

Malta

budget.gov.mt

IL-KWALITÀ T-TRIQ ‘L QUDDIEM

Li nkun effettivi fuq il-kwalità bħala individwi u organizzazzjonijiet m’għadux sempliċiment rikjesta fid-dinja li ngħixu illum. Fil-fatt, huwa l-prezz tad-dħul f'suq turistiku li dejjem qiegħed jinbidel. Is-saħħa, l-innovazzjoni, l-eċċellenza u t-tmexxija f'din ir-realtà l-ġdida tirrikjedi li nibnu u nilħqu lil hinn mill-effettività. Il-kwalità mhijiex punt li żżid komponent ieħor mal-industrija u tinsa l-għeruq tradizzjonali imma hija dimensjoni oħra ta’ viżjoni diversifikata li permezz tagħha Malta ssir ċentru ta ’eċċellenza turistika f’din l-era ta’ aċċelerazzjoni. Dan għandu jwassalna biex ikollna prodotti ta' kwalità, servizzi, sostenibbiltà, għarfien soċjali u ambjentali, sodisfazzjon tal-viżitaturi, appoġġ lit-turisti u impjegatur aktar attraenti għal professjonisti motivati.

Dan kollu huwa maħsub biex jagħti ħajja ġdida lill-industrija tat-turiżmu sabiex tkun tista’ tiflaħ għall-futur b’mod li jiżgura li tkompli tikkontribwixxi għall-iżvilupp soċjoekonomiku ta’ Malta bħala ekonomija Ewropea avvanzata. Biex naslu għal din il-mira lura f’Jannar li għadda, tellaqna strateġija għas-settur turisitiku li għandha twassalna sal-2030 bit-tema’ ta’ Recover. Rethink.

f re ep h o n e 8 0 0 7 2 2 0 7


17 ta’ Ottubru 2021 | EKONOMIJA 45

Revitalise. Id f’id ma din l-istrategija fit-tul nedejna programm ta’ rkupru ta’ €20 miljun bil-għan li ninċentivaw numru ta’ niċċeċ fis-settur tal-ospitalità li jinkludu skemi għal Free Individual Travellers, il-lukandi, l-akkomodazzjonijiet, l-għadds u l-isports fost oħrajn. Komplejna nistabbilixxu mill-ġdid il-konnettività tal-linji tal-ajru filwaqt li nsaħħu l-preżenza tagħna fi swieq ta’ importanza għal pajjiżna. Fuq kollox, qed nagħmlu proċess ta’ ħsieb mill-ġdid ta’ fejn irridu nieħdu t-turiżmu sabiex il-kwalità tkun l-ordni tal-ġurnata. F’dan l-istadju ta’ rkupru qegħdin inżommu bilanċ bejn il-volumi ta’ turisti meħtieġa biex id-domanda u d-dħul jibqgħu sostenibbli. Barra minn hekk, il-pjan aħħari biex nimxu lejn viżitaturi ta’ kwalità ogħla hija trasformazzjoni li mhux ser issir minn illum għal għada, anzi dan il-punt ta’ prinċipju għandu jinbena fuq pedamenti li jkunu sostenibbli għaż-żmien li ġej. Irridu naraw li jkollna pjan ħolistiku li jqis il-prodott kurrenti kif ukoll il-ħtiġijiet u l-aspettattivi tal-klijentela li rridu nattiraw biex gradwalment naslu għal livell mixtieqa fl-aspetti kollha.

Il-kwalità għandha tkun għan ġenerali riflessa f’akkomodazzjonijiet ta’ kull livell, fl-appartamenti, tours u l-attrazzjonijiet kollha li joffru l-Gżejjer Maltin. Il-pandemija kienet opportunita biex nieħdu rendikont ta’ dak li għamilna fis-snin li għaddew u nibnu mill-ġdid suq turistiku li jkun sostenibbli għall-ġenerazzjonijiet li ġejjin. L-industrija turistika trid tkun waħda kuraġġuża, innovattiva u li tara l-bidla bħala aspirazzjoni ta’ futur mill-isbaħ. B’sodisfazzjon ngħid li dan kollu diġa bdejna niksbuh. Malta ser tkun l-ewwel pajjiż fid-dinja li ser tkun parteċipi fil-Forbes International Star Award. Isem dinji li ċertament m’għandu bżonn l-ebda introduzzjoni, magħruf għar-reputazzjoni li jġorr b’mod globali. Dan huwa programm intiż li jiċċertifika restoranti u lukandi bil-għan li s-settur tal-ospitalità jiġi mħarreġ u ppremjat għal prodott turistiku li huwa joffru lill-pubbliku. B’ħidma konġunta bejn il-Ministeru għat-Turiżmu u l-Protezzjoni tal-Konsumatur, l-Awtorita Maltija għat-Turiżmu u l-Assoċjazzjoni Maltija għal Lukandi u Restoranti ser ikun qiegħed jitellaq programm kompost minn erba’ proċessi li jinkludu awards u anke taħriġ. Dawn jinkludu sigurta fil-lukandi tagħna minn Sharecare u l-Forbes Travel Guide, f’dak li għandu x’jaqsam ma’ akkomodazzjoni permezz tal-Hotels Forbes Travel Guide Star Rating, ir-restoranti permezz tal-Forbes Travel Guide Quality Assurance u taħriġ għal industrija nġenerali sabiex ikunu jistgħu jilħqu l-livell mistenni minnhom biex jiksbu l-awards mistennija. L-istorja ta’ suċċess li għandu pajjiżna fl-ospitalità ma tistax tieqaf hawn. Anżi, irridu nkunu ottimisti u naċċertaw li meta l-pandemija tkun kaptlu tal-passat, Malta tkun iżjed b’saħħitha milli kienet ftit tax-xhur ilu.

GVERN TA’ MALTA MINISTERU GĦAT-TURIŻMU U L- PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR

turiżmu


46 EKONOMIJA | 17 ta’ Ottubru 2021

Malta

budget.gov.mt

KBURI LI PARTI MINN DAN IL-GVERN Kemm jien kburi u onorat li nifforma parti minn dan il-gvern. Kemm jien kburi u onorat li jien parti minn Gvern Laburista. Wara li tħabbar dan il-budget, dan wera aktar minn qatt qabel kemm dan il-gvern socjal demokratiku, qatt ma nesa` mnejn telaq, x’inhuma l-għeruq tiegħu. Budget li jħares l-interessi ta’ kull parti tas-soċjetà, iżda fuq quddiem nett li żammejna lil dawk li jifilħu l-anqas u dawk li għandhom bżonn l-akbar għajnuna. Għadna kif smajna budget mimli miżuri soċjali li biex issemmihom kollha f’artklu trid tieħu gazzetta sħiħa. Iżda fuq quddiem nett hemm, għal darb’oħra kellna budget bla taxxi u mimli għajnuniet lill-pensjonanti tagħna, lill-familji tagħhna, lill-vulnerabbli. Ftit mill-miżuri......Għal darba oħra qed naraw żieda fil-pensjonijiet, kif ukoll aġġustament iehor fil-massimu taxxabli fil-pensjonijiet.

Qed naraw ukoll tnaqqis fil-ħlas tat-taxxa fuq l-overtime, li żgur ser tolqot b’mod pożittiv kemm lill-ħaddiema kif ukoll lil min iħaddem. Ser ikun hemm żieda ta’ 10% fl-istipendji tal-istudenti kollha. U trasport b’xejn għal kulħadd minn Ottubru li ġej. Iżda xtaqt nikkonċentra fuq is-settur tal-propjetà, settur li matul dawn l-aħħar seba` snin dejjem tajnieh l-importanza bi skemi u miżuri differenti sabiex rajnieh ikompli jikber. Fl-ewwel budget li konna għamilna, konna ħriġna bi skema sabiex ngħinu lill-first time buyers fejn dakinhar konna għidna li din kienet skema temporanja u kull min jixtri l-ewwel dar tiegħu ma` jħallasx taxxa tal-boll fuq l-ewwel €150 elf. Din l-iskema kienet popolari ħafna u għenet sabiex il-bejgħ tal-propjetà kiber sew. Tant kienet popolari din l-iskema suppost temporanja, li bqajna nġedduha u nsaħħuha. Illum kull min jixtri l-ewwel propjetà tiegħu ma’ jħallasx taxxa tal-boll fuq l-ewwel €200 elf. Din l-iskema reġgħet ġiet imġedda f’dan il-budget, kif ġiet imġedda tas-second time buyers kif ukoll ta’ min jixtri propjetà f‘Għawdex.

freephone 8007 2207


17 ta’ Ottubru 2021 | EKONOMIJA 47

Illum qed naraw ukoll kif inkomplu nieħdu hsieb iċ-ċentri tal-irħula tagħna sabiex iżommu l-karatteristici urbani tagħhom. Għalhekk hija nteressanti ħafna l-iskema fejn ma` titħallas ebda taxxa fuq l-ewwel €750 elf. Din il-miżura żgur ser tgħin sabiex ikollna qawmien ġdid f’ħafna lokalitajiet fejn insibu postijiet mitluqa u abbandunati.

Illum qed naraw li lil din l-Awtorità nagħtuha l-għodda neċessarja sabiex tkun tista’ topera bl-aħjar mod u bl-akbar effiċjenza. Għalhekk żidna l-budget għal din l-Awtorità sabiex tkun tista’ żżid mhux biss ir-riżors uman, iżda wkoll strutturi oħra. Bdejna biex ħdimna fuq regolamenti ġodda sabiex l-industrija tkun titsa’ ttejjeb l-operat tagħha.

Din l-iskema jistgħu jibbenefikaw minnha anke dawk li għadhom fuq konvenju jistennew biex jersqu għall-kuntratt.

Fiż-żmien li ġej ser noħorġu għall-konsultazzjoni pubblika regolamenti dwar il-ħiliet minimi tal-ħaddiema, il-liċenzjar tal-Kuntratturi u dħul fis-seħħ tal-Construction Project Manager. Minbarra dan ser inkunu qed indaħħlu bidliet fil-ħinijiet li fihom jista’ jsir xogħol ta’ skavar u twaqqiegħ , kif ukoll skema fejn ngħinu lill-ġirien li ma ġenbhom ikun qed isir xogħol ta’ kostruzzjoni.

Mhux hekk biss, iżda min jidħol għal xiri ta’ propjetà li taqa’ f’din il-kategorija li semmejt, u huwa first time buyer, dan jirċievi grant ta’ €15 elf jekk il-propjetà tinsab f’Malta u jirċievu d-doppju jekk tinsab f’Għawdex. U hemm aktar għajnuniet għal dawn, fejn qed ngħidu wkoll li jinghataw lura l-VAT imħallsa fuq xogħlijiet ta’ restawr u titjib fl-istess residenza għall-massimu ta’ €54 elf fuq l-ewwel €300 elf minfuq fuq spejjeż. Ċert li dawn l-għajnuniet ser iħajru ħafna nies jidħlu biex ikollhom bħala residenza tagħhom xi dar antika li qed tistenna lil xi ħadd biex jiġborha. Dawn il-ħafna miżuri kienu strumentali matul dawn l-aħħar snin, sabiex rajna tkabbir bla preċedent f’dan is-settur. U allura bħala gvern ridna li jkollna strutturi aktar b’saħħithom fejn jidħol il-qasam tal-kostruzzjoni. Wara li fil-manifest elettorali wegħedna li jkollna regolatur wieħed għas-settur tal-bini u l-kostruzzjoni, waqqafna l-Awtorità għall-Bini u l-Kostruzzjoni.

GVERN TA’ MALTA SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-KOSTRUZZJONI

kostruzzjoni

Sar ħafna xogħol ukoll sabiex għall-ewwel darba f’pajjiżna jkollna l-Kodiċi Nazzjonali tal-Bini u jinsab fil-fażi finali dak li għandu x’jaqsam ma’ twaqqigħ, skavar u bini. Dan ser ikun pass importanti sabiex iseħħu l-bidliet tant neċessarji f’dan is-settur.


48 EKONOMIJA | 17 ta’ Ottubru 2021

Malta

budget.gov.mt

SAPPORT U SOSTENN GĦAL KWALITA’ TA’ ĦAJJA AĦJAR GĦALL-ANZJANI TAGĦNA

F’konferenza tal-aħbarijiet il-Ministru għall-Anzjani u l-Anzjanità Attiva Michael Farrugia sostna li l-Budget 2022 qed ikompli jibni fuq id-diversi inizjattivi li ddaħħlu fl-aħħar 8 snin. Dan hu possibbli għax qiegħdin viċin in-nies u l-Budget 2022 hu mibni għall-bzonnijiet tan-nies. “L-anzjani se jkunu jistgħu jgawdu kwalità ta’ ħajja aħjar kemm bix-xita ta’ benefiċċji u zidiet li se jgawdu minnhom, kif ukoll b’aktar mediċini diversi fil-formularju. Jaraw titjib sostanzjali fid-diversi servizzi li jingħatawlhom, hekk ukoll fil-Faċilità fit-Tul San Vinċenz de Paul u fid-djar tal-anzjani tal-Gvern,” qal il-Ministru Michael Farrugia.

f ree ph o n e 80 0 7 2 2 0 7

Il-Ministru Michael Farrugia qal li d-diversi proġetti li ġew implimentati u se jkomplu f’San Vinċenz de Paul se jgħinu lill-anzjani f’din il-faċilità jgħixu ħajja aktar komda u b’inqas skariġġ, fosthom: • • • •

CT Scanner Occupational Therapy Hydrotherapy Day Hospital u Outpatients Clinic.

Ħabbar ukoll li se jinbeda x-xogħol ta’ rinnovar fi 3 swali, se tinbeda ħidma għal Integrated Pathways mal-Ministeru tas-Saħħa biex inqas residenti jkollhom bżonn imorru l-Isptar Mater Dei, se jkun hemm wifi madwar San Vinċenz de Paul kollu, spizerija, faċilitajiet ġodda għall-ħaddiema, garaxx mgħammar biċ-charging pillars, kif ukoll taqsima kontra t-tifi tan-nar.


17 ta’ Ottubru 2021 | EKONOMIJA 49

Fil-qasam ta’ għajnuna lill-anzjani fil-komunità u dawk fid-djar tal-anzjani, il-Ministru Michael Farrugia elenka lista ta’ mizuri li se jiġu implimentati mid-Dipartiment tal-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità.

Kif ukoll:

Fil-ġimgħat li ġejjin se jsir il-ftuħ ta’ day/night shelter fin-naħa tan-nofsinhar ta’ Malta, Ħal Safi; se jibda l-iskavar għal Dar tal-Anzjani ġdida fl-Imsida; iddisinjar ġdid għal Dar tal-Anzjani fil-Mosta, ikompli s-servizz tas-Silver-T madwar Malta u Għawdex; kif ukoll allokazzjoni ta’ €2.5 miljun għal xiri ta’ aktar sodod fil-kommunità.

• Żieda fil-benefiċċju tal-Carer at Home minn €6,000 għal €7,000 fis-sena.

Permezz ta’ ħidma mill-Fondazzjoni għas-Servizzi għall-Anzjani se jitwaqqfu sheltered accomodations għall-anzjani fis-Siġġiewi u Birkirkara. Se jinbeda proġett ta’ Outreach, ħalli nilħqu aktar anzjani fil-kommunità b’mod speċjali dawk li jinħtieġu l-għajnuna. Il-Ministru kompla jelenka wħud mill-miżuri li tħabbru fil-Baġit 2022 għall-anzjani f’pajjizna, fosthom titjieb fil-kwalità tal-ħajja. Skont il-kejl uffiċjali tal-Unjoni Ewropea rifless fl-aħħar statistika maħruġa mill-uffiċċju nazzjonali tal-istatistika, l-NSO, ġie nnotat li r-rata ta’ anzjani f’riskju ta’ faqar u esklużjoni soċjali naqset bi 2.2% meta mqabbla mal-2019. Il-Ministru Michael Farrugia qal li għat-tmien darba konsekuttiva dan il-Baġit qed jagħti zieda fil-pensjonijiet. Numru sostanzjali ta’ anzjani se jkunu qed jaraw zieda ta’ bejn €10 u €15 fil-ġimgħa. Il-Ministru Michael Farrugia semma wkoll l-għajnuna supplimentari li se jibdew jirċievu l-anzjani ta’ ‘l fuq minn 80 sena, li awtomatikament se jibdew ikunu eleġibbli għall-għajnuna medika bla ħlas u mingħajr il-bzonn li jsir test tal-mezzi.

• Żieda ta’ €50 lill-anzjani ‘l fuq minn 80 sena li jgħixu fil-komunità jew f’dar tal-anzjani privata.

• Żieda fir-rata ta’ sussidju tal-iskema Home Helper of Your Choice biex minn sussidju ta’ €5.50 fis-siegħa titla’ għal €7 fis-siegħa. Il-Ministru Michael Farrugia qal li jemmen li, issa li l-Awtorità ta’ Standards ta’ Ħarsien Soċjali implimentat l-istandards Soċjali Regolatorji li permezz tagħhom tirregola l-faċilitajiet u l-proċeduri li permezz tagħhom jopearaw id-djar residenzjali għall-anzjani, se tkompli ssir ħidma biex jissaħħaħ u jizdied l-ispettorat għall-aħjar servizzi għall-anzjani. Filwaqt li rringrazzja lill-ħaddiema kollha li b’xi mod għenu u kkoperaw fiz-zminijiet diffiċli tul il-perjodu tal-pandemija u l-mod professjonali li ħadmu bih, sostna kif madankollu xorta waħda rridu nibqgħu viġilanti fil-kwistjoni tal-pandemija tal-COVID-19. Bħalma l-Awtorità ta’ Standards ta’ Ħarsien Soċjali bit-tim tagħha u bl-assistenza ta’ setturi oħrajn fi ħdan dan il-Ministeru għenna djar tal-anzjani biex illum il-ġurnata ma hemm l-ebda kaz ta’ COVID-19 fost l-anzjani fid-djar tal-anzjani u f’San Vinċenz de Paul, se nkomplu nkunu ta’ għajnuna għalihom. Il-Ministru Michael Farrugia temm jgħid li se nkomplu ngħinu lill-anzjani tagħna jkomplu jgħixu kwalità ta’ ħajja aħjar, b’pensjonijiet ogħla u servizzi aħjar. Pajjiż b’saħħtu u ġust.

GVERN TA’ MALTA MINISTERU GĦALL-ANZJANI U L-ANZJANITÀ ATTIVA

anzjanità attiva


50 EKONOMIJA | 17 ta’ Ottubru 2021

Malta

budget.gov.mt

GVERN TAN-NIES GĦAN-NIES Din il-ġimgħa kienet prova ċara ta’ kemm verament qalb dan il-Gvern tħabbat fil-post it-tajjeb. Għal darboħra rajna Gvern li ma jiddejjaq xejn ikompli jinvesti fil-poplu Malti u Għawdxi kollu. Gvern Laburista li sena wara oħra għażel it-triq tal-kontinwità u li repetutament jinċentiva n-nies sabiex igawdu minn ħajja ta’ kwalità, kemm minn aspett finanzjarju u anke dak soċjali. Bla dubju, l-Ministeru għas-Solidarjetà u l-Ġustizzja Soċjali, il-Familja u d-Drittijiet tat-Tfal, se jkun fdat sabiex iwettaq il-maġġoranza tal-proġett soċjali tal-Gvern, fis-sena li ġejja. Matul din il-leġislatura, l-Ministeru Soċjali diġa wettaq 95% tal-Manifest Elettorali. Għal dan il-Ministeru waħdu, s-sena 2022 se tfisser id-dispożizzjoni ta’ ‘l fuq minn €1.2 biljuni fuq benefiċċji soċjali biss. Il-baġit għas-sena 2022 huwa msejjes fuq miżuri soċjali bla preċedent, illi l-maġġoranza tagħhom jibnu fuq dawk eżisteni kif ukoll daħħalna oħrajn ġodda li se jkomplu jagħtu stimolu lil dawk l-iktar fil-bżonn. Fl-aħħar snin, il-familji kienu fost l-aktar li gawdew mill-politika soċjali ta’ dan il-Gvern, u l-baġit għas-sena d-dieħla mhux se jkun eċċezzjoni.

Baġit 2022: il-familji fiċ-ċentru •

Propost mekkaniżmu ġdid għall-għoli tal-ħajja għall- familji vulnerabbli, filwaqt li se tingħata għajnuna lit-tfal vulnerabbli, b’għotja ta’ medja ta’ €10,000 fis-sena lil kull kap ta’ skola tal-istat biex jaraw li t-tfal taħt is-superviżjoni tagħhom ma jkunux neqsin minn affarijiet bħall-ikel, jew riżorsi bażiċi.

Żieda fl-Għajnuna tas-Supplimentari għal dawk kollha li jirċievu dan il-benefiċċju.

f ree ph o n e 80 0 7 2 2 0 7

Kumpens sħiħ għall-għoli tal-ħajja għal persuni kollha fuq l-Assistenza Soċjali

Żieda fil-Bonus għal Twelid ta' Tarbija jew Adozzjoni. Dan se jiżdied b’€100, se jitla’ għal €400.

Twessiegħ fit-‘thresholds’ tal-‘inwork benefit’ biex aktar familji jkunu jistgħu jibbenefikaw.

Kif se tkun qed tibbenefika din il-familja?

John u Claudia, huma koppja mpjegati bil-paga minima li kmieni s-sena d-dieħla se jkollhom l-ewwel wild tagħhom. Bis-saħħa taċ-child care b’xejn, din Claudia se tkun tista’ tibqa’ taħdem, wara l-perjodu tal-leave tal-maternità.


17 ta’ Ottubru 2021 | EKONOMIJA

Minbarra ż-żieda fil-paga rispettiva tagħhom, din il-koppja se jkunu qed jirċievu Allowance tat-Tfal ta’ €620, għotja ta’ darba ta’ €400 għat-twelid tat-tarbija, u In-Work Benefit ta’ €1,500. Se jkunu qed jirċievu ukoll tax refund ta’ madwar €140 bejniethom. B’kollox din il-koppja żgħażugħa, matul l-2022, se tkun qed tirċievi madwar €2,660 f’żidiet u benefiċċji, u dan minbarra li se tkun qed tiffranka l-ħlas taċ-child care.

Matul dawn l-aħħar snin ta’ Gvern Laburista, kull pensjonant jaf, li ta’ kull sena gawda minn żidiet finanzjarji, filwaqt li ma kellu l-ebda piżijiet jew taxxi addizzjonali mposti fuqu. Iċ-ċertifikat ta’ dan il-Gvern fil-qasam tal-anzjani ħadnih anke waqt sena ta’ pandemija, fejn minkejja kollox, kien hemm tnaqqis ta’ persuni 65+ f’riskju ta’ faqar u esklużjoni soċjali. Għalhekk dan ikompli jagħtina kuraġġ biex mhux biss nkunu kuntenti ta’ dak li ksibna, iżda mmoru oltre minn hekk.

95,000 pensjonant igawdu minn żidiet Flimkien mal-familji, l-pensjonanti kienu wkoll għal darboħra imwieżna, għax dan il-Gvern verament huwa grat għax-xogħol imprezzabli li wettqu fil-passat, u għax-xogħol siewi li għandhom. Dan hu Gvern illi dejjem żamm kelmtu mal-pensjonanti kollha u hu għalhekk li kulħadd jaf fejn qiegħed magħna. Mis-sena d-dieħla kull pensjonant se jkun qed igawdi minn żieda ta’ €5 fil-ġimgħa, €3.25 li hija ż-żieda addizzjonali u €1.75 li huma ż-żieda għall-għoli tal-ħajja.

Anna ma ħadmitx dejjem u ħallset madwar 12-il sena bolol imma ilha wieqfa minn qabel l-1979. Bis-saħħa tal-Baġit 2022 Leli se jgawdi minn żieda ta’ €5 fil-ġimgħa fil-pensjoni waqt li Anna għall-ewwel darba se tibda tieħu pensjoni żgħira ta’ madwar €3,000 fis-sena. B’hekk minn issa ‘l quddiem kull meta jiżdiedu l-pensjonijiet dawn iż-żewġ anzjani jibdew jieħdu żieda fil-pensjoni kull wieħed. Barra minn hekk Leli u Anna se jieħdu żieda oħra fl-Għajnuna Supplimentari ta’ €5.01 fil-ġimgħa biex b’hekk din il-koppja se jieħdu żieda ta’ €10.01 fil-ġimgħa jew €520 fis-sena, u dan minbarra l-pensjoni ġdida ta’ madwar €3,000 fis-sena li se tkun intitolata għaliha Anna.

Inkomplu Nimplmentaw

Dan hu Gvern tan-nies, għan-nies, Gvern li jħoss il-polz tal-poplu, Gvern li Dan il-każ tipiku ta’ Leli u Anna, huwa jifhem, li jwiezen u jaġixxi, sabiex eżempju ċar ta’ kif numru ta’ pensjojissalvagwardja l-interessi ta’ dawk nanti mhux biss se jgawdu minn żidiet il-persuni li għandhom piżijiet, ewlenija diretti, iżda anke minn għajnuniet oħra. fosthom, il-familji u l-anzjani. Din il-koppja sa issa jgħixu bil-pensjoni ta’ Leli. Huwa ħadem dejjem Bil-fatti l-poplu Malti u Għawdxi huwa għalkemm ma kienx ta’ skola u llum prijorità assoluta għal dan il-Gvern. għandu l-pensjoni minima. Dak li għamilna s’issa, huwa biss il-bidu ta’ triq li se tkompli tagħti stabbilita’ u serħan il-moħħ lill-poplu kollu. Se nkomplu nagħtu ħajja ta’ familja kwalità aħjar, filwaqt li ma ndaħħlu KULL PENSJONANT SE JKUN ŻDIED B €1,313 l-ebda piżijiet ġodda. Aħna favur politika ta’ tkabbir ekonomiku u mhux Kull pensjonant se jkun żdied minn tal-inqas €737.36 fis-sena f’żidiet dik t’awsterità. Ninsabu preparati biex diretti fil-pensjoni, meta jikkumpara s-sena 2022 minn Jannar li ġej indaħħlu dawn mas-sena 2018 il-miżuri fis-seħħ sabiex inkomplu nsaħħu s-soċjetà tagħna! €14.18 X 52 ĠIMGĦAT = €737.36 - ŻIDIET F’PENSJONIJIET BISS

Għalina l-ġustizzja soċjali tibqa’ l-ixprun ewlieni tagħna.

Meta wieħed iżid magħhom, iż-żidiet għall-għoli tal-ħajja (COLA), iż-żieda totali tammont - €25.25 x 52 ġimgħat = €1,313 Malta

budget.gov.mt

Gvern tan-nies, għan-nies, u li se jkompli jinvesti fin-nies.

GVERN TA’ MALTA MINISTERU GĦAS-SOLIDARJETÀ U L-ĠUSTIZZJA SOĊJALI, IL-FAMILJA U D-DRITTIJIET TAT-TFAL

familja

51


52 EKONOMIJA | 17 ta’ Ottubru 2021

PAST

PRESENT

FUTURE

W E B I N A R

2 0 2 1

CYBER

More information on

C Y B E R S E C U R I T Y. G O V. M T / C Y B E R R O O T


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.