Għada Aħjar

Page 1

GĦADAAĦJAR INSAĦĦU LILL-FAMILJI U LIN-NEGOZJI PJAN TA’ RIĠENERAZZJONI EKONOMIKA

ĠUNJU 2020


Register Today on

arms.com.mt or download the

ARMS Mobile App


INSAĦĦU LILL-FAMILJI U LIN-NEGOZJI

Pjan ta’ riġenerazzjoni Wara li ftit tal-ġimgħat ilu il-Gvern Laburista introduċa għajnuniet bla preċedent biex isalva l-impjiegi u jkun ta’ sostenn għall-industrija u n-negozji, issa kien imiss it-tieni pass. Dak ta’ għajnuna biex l-ekonomija ta’ pajjiżna terġa’ tibda tirkupra wara li ġiet affettwata b’mod negattiv ħafna mill-miżuri li kienu ttieħdu biex tiġi kkontrollata l-Coronavirus. Dan hu l-pass li qed iseħħ wara li pajjiżna rebaħ fuq il-Coronavirus, u dan grazzi għal ħidma tal-gvern, talprofessjonisti u fuq kollox tal-ubbidjenza tal-poplu. Dak imħabbar mill-Prim Ministru Robert Abela, juri is-serjetà ta’ dan il-gvern. Dak imħabbar se jkun qed iwassal biex issa pajjiżna jerġa’ jaqbad it-triq ‘l quddiem. Triq li se jaqbadha qabel pajjiżi oħra ferm akbar minna fl-Unjoni Ewropea. Triq li se jaqbadha għax f’pajjiżna kellna pjan ċar, li b’pass pass ħa d-deċiżjonijiet kollha li kien hemm bżonn. M’għandna ebda dubju li dan il-pjan se jkun qed jagħti serħan il-moħħ lill-familji, lill-ħaddiema, lill-industrija u lis-sidien tan-negozju. Hu pjan li bih fuq tul ta’ żmien għandna nkunu f’pożizzjoni li permezz tiegħu, il-konsum domestiku f’pajjiżna jerġa’ jitla’ ‘l fuq biex b’hekk l-ekonomija tagħna terġa’ tibda tikber. Ovvjament, il-pjan qed hemm u issa wieħed jistenna li kulħadd jagħmel il-parti tiegħu. Wieħed jistenna li l-familji Maltin u Għawdxin, jerġgħu bil-mod il-mod idaħħlu l-fiduċja u jerġgħu jibdew igawdu l-ħajja li kellhom qabel. Wieħed jifhem li għad hemm xettiċiżmu fost xi wħud biex isiefru. Għal dan hemm diversi alternattivi fosthom it-turiżmu intern, li hu xi ħaġa importanti għall-ekonomija tagħna. Nistennew li issa pajjiżna jingħaqad b’mod sħiħ wara dan il-pakkett. Mhux il-mument li wieħed joqgħod ifettaq fuq dak iħabbar. Il-mument jitlob li bħala pajjiżna inkunu wara dan il-pjan, biex pajjiżna joħroġ fi żmien qasir misPublikazzjoni ta’: Union Print Co. Ltd Worker’s Memorial Building, South Street, Valletta Disinn: Robert Caruana design@unionprint.com.mt Avviżi: Tel: 2590 0200 adverts@unionprint.com.mt

sitwazzjoni li spiċċajna fiha kawża tal-Coronavirus. Dan hu pjan ta’ riġenerazzjoni li se jwassal għal għada aħjar. Din hija l-għajta talpjan ta’ riġenerazzjoni ekonomika. Din hi l-għajta li għandna nagħmluha tagħna. Dan il-pjan multi-miljunarju se jagħti spinta lill-familji u nifs lin-negozji, ibbażat fuq il-fiduċja li l-Gvern għandu fil-poplu tagħna. Konvinti li pajjiżna se jkompli bis-suċċess ekonomiku li minnu jgawdi kulħadd. Victor Vella L-Editur

ĠUNJU 2020

3


4

GĦADAAĦJAR

Pjan ta’ Rkupru EDWARD SCICLUNA Ministru għall-Finanzi u s-Servizzi Finanzjarji

Gvern li jaħseb għal kull eventwalità Pajjiżna kiseb suċċessi kbar f’dawn l-aħħar snin. Il-wegħda li għamilna fil-bidu tal-ewwel leġislazzjoni tagħna, dik li pajjiżna nwassluh lejn ilquċcata tal-klassifika tal-prestazzjoni ekonomika u dik fiskali fl-Unjoni Ewropeja, ilħaqniha. Is-suċċess ta’ dan kollu kien prodott ta’ Gvern li jippjana. Gvern li jaħseb għal kull eventwalità. Gvern li b’għaqal u prudenza ħareġ bi pjan ħolistiku ta’ kif pajjiżna jista’ jasal fil-quċċata. Gvern li biddel il-mod ta’ kif issiru l-baġits f’pajjiżna. Kull baġit ta’ dan il-Gvern

kien pjan maħsub li jwassal biex jilħaq it-targets tiegħu. Baġits li kienu speċjali għal dik is-sena li tkun ġejja iżda l-iskop ewlieni tal-Gvern dejjem kien il-ħolqien tal-ġid u li dan jitqassam b’mod li jilħaq lil kulħadd. Il-fatt li ppjanajna wassal lil pajjiżna f’pożizzjoni ekonomika u finanzjarja b’saħħitha, bil-familji jgawdu minn dħul dejjem ogħla. Dan kien kruċjali sabiex inkunu nistgħu nieħdu azzjoni millewwel għal din il-pandemija. Mill-ewwel nedejna pjan li l-ewwel fażi tiegħu kienet li nipprovdu pakketti finanzjarji ntiżi sabiex itaffu mill-piż tal-pandemija fuq il-likwidità tan-negozji u d-dħul tal-familji filwaqt li jissalvagwardjaw l-impjiegi.

PJAN TA’ RIĠENERAZZJONI EKONOMIKA


5

INSAĦĦU LILL-FAMILJI U LIN-NEGOZJI

Issa mxejna għat-tieni parti ta’ dan ilpjan fejn qed nindirizzaw b’mod speċjali dawk is-setturi li qed jibdew joperaw wara li kienu magħluqa, fosthom issettur tat-turiżmu u s-setturi relatati mal-ftuħ tal-ajruport. Barra minn hekk hemm ukoll is-settur tal-ħwienet, li għalkemm teknikament huma miftuħa, se jkollhom id-domanda kajmana. Dan billi l-Gvern qed jerfa’ parti mill-piż talispejjeż f’mument meta d-domanda u d-dħul tan-negozju huwa baxx u ma jkoprix dawn l-ispejjeż. Għalhekk, dan il-baġit ta’ rkupru li ġie mħabbar huwa mmirat għaċ-ċirkostanzi li qed ngħixu fihom illum u għall-fażi li pajjiżna se jkun qed jidħol fiha. Dan il-baġit speċjali filfatt qed jissejjaħ Pjan ta’ Riġenerazzjoni Ekonomika.

industrijali ta’ pajjiżna b’madwar €400 miljun, u €300 miljun f’sostenn lillfamilji u lin-negozji ta’ pajjiżna. Dan ifisser li dan l-intervent jisboq dak li sar fix-xhur li għaddew. Dawn iċ-ċifri ma jinkludux stima ta’ madwar €200 miljun oħra li qiegħda hemm biex tingħata wkoll għajnuna settorjali minħabba l-pandemija, jekk din tkun iġġustifikata. Lin-negozji qegħdin innaqsulhom l-ispejjeż billi qegħdin nestendu d-diferiment tal-ħlas tat-taxxi fuq il-kumpaniji u s-self employed u qed nesiġu biss li jsir l-ħlas tal-bolla u t-taxxa tal-ħaddiem, li l-ħaddiem stess qed jikkontribwixxi mill-paga tiegħu kull xahar.

Dan il-Pjan ta’ Riġenerazzjoni hu mfassal fuq tliet pilastri. Dawn huma t-tnaqqis tal-ispejjeż u aktar finanzjament għannegozji; li tingħata spinta lid-domanda domestika; u li jingħata sostenn dirett lillindustrija filwaqt li ninċentivaw ix-xogħol.

Qed nagħtu wkoll rifużjoni ta’ 50 fil-mija tal-kontijiet tal-elettriku matul it-tliet xhur ta’ Lulju, Awissu u Settembru filwaqt li se nraħħsu l-prezzijiet talpetrol u d-diesel b’7ċ. Permezz tal-Malta Enterprise, qed nipprovdu wkoll diversi skemi sabiex intejbu l-finanzjament tal-kumpaniji, kif ukoll allokazzjonijiet addizzjonali għall-Għaqdiet Volontarji f’pajjiżna u djar tal-anzjani bħala rikonoxximent għall-impenn tagħhom.

Biex nilħqu dawn l-għanijiet, dan il-pjan komprensiv se jitfa’ fl-ekonomija tagħna madwar €900 miljun. Dawn jinkludu likwidità ta’ aktar minn €200 miljun f’differimenti addizzjonali ta’ taxxi, sensiela ta’ proġetti kapitali li fuq medda ta’ seba’ snin se jtejbu l-infrastruttura

Sabiex nagħtu spinta lid-domanda domestika qed nagħtu tax refund lil kull min jaħdem filwaqt li naqqasna t-taxxa tal-boll fuq bejgħ u xiri tal-proprjetà. Ħsibna wkoll f’dawk il-koppji li kellhom jipposponu t-tiġijiet tagħhom u qed nagħtu għajnuna sa massimu ta’ €2,000.

Pjan mibni fuq tliet pilastri ewlenin

ĠUNJU 2020


MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U X-XOGĦOL

C

M

Y

CM

MY

CY

MY

K

tar-reviżjonijiet li saru fil-miżura tal-

ISSA ANKE L-ISTUDENTI JISTGĦU JIBBENEFIKAW @edukazzjonigovmt


7

INSAĦĦU LILL-FAMILJI U LIN-NEGOZJI

It-tim tal-baġit tal-Ministru għall-Finanzi u s-Servizzi Finanzjarji l-Prof. Edward Scicluna.

Dan il-Pjan ta’ Riġenerazzjoni qed jagħti wkoll sostenn dirett lill-industrija ta’ pajjizna favur ix-xogħol. Se jkompli jtejjeb l-in-work benefit b’aktar għotjiet lillkoppji li t-tnejn jaħdmu, single parents u koppji fejn jaħdem ġenitur wieħed biss. Qed nestendu l-ħlas ta’ €800 fix-xahar għal kull impjegat full-time, skont l-iskeda l-ġdida sal-aħħar ta’ Settembru u kif ukoll qed nallokaw €50 miljun biex jagħmlu tajjeb għall-ispejjeż tal-operat inkluż ilkera. Qed nagħtu lura wkoll l-ispejjeż fuq il-liċenzji tan-negozju li tħallsu għal din is-sena. Barra minn hekk l-iktar injezzjoni ekonomika li se tgħin lin-nies jonfqu l-flus mill-ewwel hija l-għotja ta’ voucher ta’ €100 li se jingħata lil kull persuna li għandha aktar minn 16-il sena sabiex tintefaq f’ristoranti, lukandi, jew ħwienet kummerċjali.

ĠUNJU 2020

Barra minn hekk, sabiex jiżgura l-istabbiltà fis-suq kapitali lokali, ilGvern, permezz tal-Bank Malti talIżvilupp qiegħed iħejji faċilità ġdida ta’ underwriting ta’ bonds ta’ intrapriżi privati li se jagħlqu din is-sena. Permezz ta’ din il-faċilità, il-Bank Malti tal-Iżvilupp ikun qiegħed jissottoskrivi dawn ilbonds u b’hekk ikun qiegħed jipprovdi assigurazzjoni li dawn il-bonds jittieħdu kollha. B’hekk il-pjan hu li permezz ta’ dan il-Baġit ta’ Rkupru, ir-rota ekonomika tibda ddur bħal ma għamlet fl-2013 u li sussegwentement gawda minnha kulħadd. Dan l-infiq addizzjonali għal din is-sena se jagħti l-ispinta li għandhom bżonn il-familji u n-negozji tagħna llum sabiex flimkien ikollna Għada Aħjar.


8

GĦADAAĦJAR

Pjan li jagħti spinta ‘l quddiem lill-ekonomija u jerġa’ jnissel fiduċja fil-konsumatur Malti Minn Claudio Coleiro

JOSEF BUGEJA Segretarju Ġenerali General Workers’ Union (GWU)

Is-Segretarju Ġenerali tal-General Workers’ Union (GWU) Josef Bugeja qal li l-għan wara l-miżuri mħabbrin mill-Gvern fil-pjan ta’ riġenerazzjoni ekonomika, huwa li jagħti mbuttatura ‘l quddiem lill-ekonomija billi jagħti l-mezzi u jnissel il-kunfidenza meħtieġa fil-konsumaturi biex jerġgħu jibdew jonfqu. B’dan il-mod,

il-flus ikomplu jiċċirkolaw lokalment b’dan li jkompli jgawdi kull qasam tal-ekonomija. “Il-problema li konna qed naraw fuq bażi short-term kienet li t-turiżmu ma kienx se jilħaq il-qofol tiegħu għalissa żgur. Għaldaqstant trid toħloq domanda interna. Is-sistema tal-vouchers se tgħin biex ikun hemm suq intern,” qal Bugeja.

PJAN TA’ RIĠENERAZZJONI EKONOMIKA


9

INSAĦĦU LILL-FAMILJI U LIN-NEGOZJI

“Apparti hekk, il-Gvern qiegħed jgħin bit-tapering u qed ikompli jagħti wage supplement sa baġit ieħor. B’hekk qed isostni l-impjiegi tal-ħaddiema, fosthom dawk li jmissu mas-settur turistiku.” Is-Segretarju Ġenerali tal-GWU għamel referenza wkoll għat-traħħis fil-prezz tal-petrol u d-diżil, li fi kliemu din il-miżura se tgħin biex ikun hawn aktar flus fil-but. “Il-Gvern f’dan il-mument diffiċli, bissaħħa ta’ ekonomija b’saħħitha li pajjiżna rreġistra, rnexxielu mhux iżid it-taxxi imma jnaqqas dawk ‘l hekk imsejħa Government Induced Costs fosthom bit-tnaqqis talkontijiet tal-prezzijiet fl-enerġija u liċenzji tan-negozji tagħna, traħħis tal-prezz talfuel. Dan se jagħti nifs ġdid lill-industrija tagħna b’aktar likwidità li tibqa’ għal favur tal-investituri tagħna.” Huwa nnota wkoll b’sodisfazzjon ilmiżuri diretti favur t-tisħiħ tal-impjiegi fil-pajjiż fosthom it-tkomplija tal-Covid Wage Supplement u ż-żieda fl-inwork benefits. Qal li l-miżuri diretti fl-industrija tat-turiżmu u miżuri favur l-industrija talpropjetà, anke inċentivi fis-suq tal-kirjiet, għandhom ukoll iwasslu għal tisħiħ sħiħ favur l-impjiegi f’dawn is-setturi. “Dan għandu jwassal għal nifs ġdid lillinvestituri u l-bejjiegħa f’dan is-settur b’tnaqqis fit-taxxi tal-boll u bejgħ. IlGvern kien ferm għaqli li f’dan il-mument partikolari jkompli jsaħħaħ is-servizzi finanzjarji tal-pajjiż b’enfasi ta’ industriji ġodda f’dan il-qasam.”

ĠUNJU 2020

Bugeja enfasizza wkoll li t-tkabbir ekonomiku għandu jkompli jiġi msaħħaħ bil-miżuri mħabbra fejn tniedi investiment ta’ €400 miljun fi proġetti infrastrutturali industrijali. Huwa qal li dan għandu jkompli jwassal għal ħolqien ta’ aktar impjiegi fl-innovazzjoni u riċerka fl-intelliġenza artifiċjali u software development. “Huwa ferm pożittiv il-miżuri mħabbra biex il-Gvern jassigura stabbiltà fil-bond market biex nevitaw kull kriżi finanzjarji li pajjiżna seta’ jaffaċċja bl-inċertezza li ħolqot il-Covid-19.” Huwa żied jgħid: “id-defiċit ipproġettat huwa relatat ma’ investiment ġdid filpajjiż. Dan se jwassal għal tkabbir f’dak li jissejjaħ multiplier effect biex ir-rota ekonomika verament terġa’ tibda ddur għas-setturi ekonomiċi kollha talpajjiż.” “It-tkabbir ekonomiku għandu eventwalment jinnewtralizza t-tkabbir fid-dejn nazzjonali biex il-miri fiskali tagħna jerġgħu jibdew jintlaħqu mill-aktar fis u pajjiżna jibqa’ fuq quddiem nett f’ħolqien tal-ġid. “Dan għandu jwassal għal aktar likwidità fil-pajjiż bir-riżultat ta’ aktar infiq domestiku li tant huwa meħtieġ biex SMEs tagħna fosthom negozji talCatering u Akkomodazzjoni jerġgħu jibdew jirpiljaw u joħolqu stabbiltà flimpjiegi mill-aktar fis possibbli,” temm is-Segretarju Ġenerali tal-GWU.


10

GĦADAAĦJAR

L-ikbar investiment infrastrutturali….

allokati €400 miljun Xi ħaġa mill-aktar importanti li għandu il-pjan ta’ riġenerazzjoni ekonomika, u li se tħalli effetti mill-aktar pożittivi fuq għadd ta’ oqsma fosthom l-impjiegi hu fejn jidħol l-investiment infrastrutturali. Il-pjan għarriġenerazzjoni iħabbar dak li qed jitqies bħala l-akbar investiment industrijali fl-istorja ta’ pajjiżna. Fuq perjodu ta’ tmien snin, il-Gvern se jkun qed jalloka €400 miljun biex jiżdied spazju industrijali ġdid. Il-problema ta’ nuqqas ta’ spazju għall-industriji hi problema li ilha tinħass.

PJAN TA’ RIĠENERAZZJONI EKONOMIKA


11

INSAĦĦU LILL-FAMILJI U LIN-NEGOZJI

Dik li kienet il-miżbla fil-Marsa se ssir park industrijali għan-negozji żgħar Iż-żona li snin ilu kienet isservi ta’ miżbla fil-Marsa eżattament fit-triq li tagħti lejn Ħal Luqa, issa se tkun rijabilitata. Għal din iż-żona hemm ippjanat investiment ta’

xejn inqas minn €51 miljun. Din iż-żona se titnaddaf u ssir park industrijali ġdid għan-negozji żgħar.

Rinovar fiċ-ċentru ta’ inkubazzjoni għan-negozji f’Kordin Iċ-ċentru ta’ inkubazzjoni għannegozji f’Kordin se jkun qed igawdi minn investimenti fl-innovazzjoni u l-ekonomija diġitali. Bi spiża ta’ €14-il miljun se jkun hemm żvilupp ta’ faċilità ġdida.

Filfatt il-Gvern se jagħmel ukoll ċentru ġdid li permezz tiegħu se jtejjeb l-industrija. B’investiment kapitali ta’ €110 miljun se jintlaqtu industriji ġodda.

Il-Life Sciences Park se jiġi estiż Proġettt li kien suċċess u li kien mar tajjeb ħafna bl-interess fih dejjem jiżdied hu dak tal-Life Sciences Park. Il-gvern ħass li jkompli jibni u jespandi dan il-proġett bi spiża ta’ €98 miljun.

ĠUNJU 2020

Il-Gvern ħaseb li apparti l-attività ekonomika kbira li ħa joħloq dan l-akbar investiment industrijali, se jkun qed jipprepara l-infrastruttura industrijali għal dik l-għada meta l-industriji jkunu qed joperaw fi sfond ta’ innovazzjonijiet ġodda.


12

GĦADAAĦJAR

Vawċer ta’ €100 lil kull persuna ta’ ‘l fuq minn 16-il sena Qasam li ġie affettwat ħafna mirrestrizzjonijiet li kienu ttieħdu kien dak tal-konsum domestiku. L-għeluq talħwienet kif ukoll il-fatt li l-familji kienu qed jibqgħu ġewwa wassal biex il-konsum domestiku jew aħjar l-infieq tan-nies jonqos drastikament. Jikkonferma dan, l-ammont ta’ depożiti li saru fil-banek, fejn minn Jannar sa l-aħħar jiem, iddepożiti laħqu għal xejn inqas minn €900 miljun, li jfisser għaxar darbiet aktar millistess perjodu is-sena ta’ qabel.. Bl-għan li jerġa’ jinċentiva il-konsum domestiku, il-Pjan għar-Riġenerazzjoni se jkun qed jagħti lil kull persuna li għandha iktar minn 16-il sena, vawċer ta’

€100. Dan se jkun biex jintefaq f’postijiet t’akkomodazzjoni turistika bħal-lukandi. Dan il-vawċer se jkun jista’ jintefaq ukoll f’ristoranti u negozi li kellhom jagħlqu l-bibien tagħhom matul il-pandemija talCOVID19. Il-vawċer se jkun maqsum f’ħames vouchers ta’ €20. €80 se jkunu jistgħu jintefqu f’akkomodazzjoni turistika jew ristoranti u bars liċenzjati mill-Awtorità tat-Turiżmu. L-€20 l-oħra jistgħu jintefqu f’negozji li għalqu tul il-pandemija, bħal ħwienet tal-ħwejjeġ, sbuħija, kotba u oħrajn. Din il-miżura se tiswa lill-Gvern €34 miljun f’perjodu ta’ inqas minn tliet xhur.

Rifużjoni oħra tat-taxxa Għat-tielet darba l-Gvern se jibgħat ukoll ċekk f’rifużjoni ta’ taxxa lill-ħaddiema kollha. Din il-miżura mħabbra fil-pjan ta’ riġenerazzjoni ekonomika, tfisser li familja medja fejn iż-żewġ ġenituri jaħdmu, se jirċievu €328. Dan se jkun qed isir biex

jgħinu n-negozji f’Malta u Għawdex u biex isostnu t-turiżmu intern. Din il-miżura se tkun qed tiswa lill-pajjiż xejn inqas minn €11.5 miljun. Hu kkalkulat li minnha se jibbenefikaw ’il fuq minn 210,000 ħaddiem.

PJAN TA’ RIĠENERAZZJONI EKONOMIKA


13

INSAĦĦU LILL-FAMILJI U LIN-NEGOZJI

Il-Gvern se jagħti lura l-ħlas tal-liċenzja lin-negozji Il-Gvern se jkun qed jagħti lura l-ħlas tal-liċenzja għal din is-sena lil negozji li fost l-oħrajn jaħdmu fil-qasam turistiku u kellhom jagħlqu għal xi żmien minħabba l-pandemija. Fost dawn hemm ilbejjiegħa tal-monti u dawk li jbiegħu fit-toroq.

Din il-miżura se tiswa €5 miljun lill-Gvern. B’din il-miżura mistennija jintlaqtu 3,065 persuna li għandhom liċenzja mad-Dipartiment tal-Kummerċ. Ma’ dawn hemm aktar minn 9,000 negozju li għandhom liċenzja mal-Awtorità Maltija tat-Turiżmu, fosthom lukandi, stabbilimenti tax-xorb, ristoranti u gwidi tat-turisti.

Jitjiebu r-rati tal-in-work benefit Minn dak imħabbar fil-pjan ta’ riġenerazzjoni jispikka l-fatt li se jitjiebu r-rati tal-in-work benefit.

Dan minbarra li l-massimu tad-dħul fl-ogħla kategorija li wieħed jibbenefika telgħet minn €24,812 għal €26,000.

Minn dak imħabbar jirriżulta li koppji li jaħdmu t-tnejn se jirċievu żieda ta’ €100 fuq id-dħul li ma jaqbiżx €18,111 fis-sena.

Dawk il-koppji fejn jaħdem ġenitur wieħed biss ir-rati tal-in-work benefit se jiżdiedu bi €80, bir-rata massima titla’ għal €630 għal kull wild.

Dawk li jaqilgħu bejn €18,112 u €23,711 fis-sena se jirċievu żieda ta’ €50 filwaqt li dawk f’kategoriji ta’ dħul ogħla se jirċievu €30.

Il-massimu tad-dħul biex tikkwalifika għal dan il-benefiċċju issa tela’ minn €17,312 għal €22,000.

Jekk wieħed jieħu l-ogħla rata, isib li familja partikolari se tkun qed tirċievi €1,400 għal kull wild.

Is-single parents ukoll se jaraw titjib firrati hekk kif se jiżdiedu b’€50 sa massimu ta’ €1,400 għal kull wild.

ĠUNJU 2020


14

GĦADAAĦJAR

Estiża sa Settembru l-għajnuna tal-gvern fi ħlas ta’ pagi Il-pjan ta’ riġenerazzjoni jitkellem dwar l-għajuna tal-gvern fi ħlas ta’ pagi magħrufa ukoll bħala ‘wage supplement’. Jirriżulta li l-Gvern se jkun qed jonfoq xejn inqas minn €72 miljun oħra biex din l-għajnuna fi ħlas ta’ pagi tibqa’ tingħata sa Settembru. Minn Lulju sa Settembru, ħaddiema fulltajm li xogħolhom jiddependi mit-turiżmu se jibqgħu jingħataw il-benefiċċju sħiħ ta’ €800 fix-xahar. Filwaqt li l-ħaddiema part-tajm li jaħdmu f’din l-industrija se jibqgħu jingħataw €500 fix-xahar.

Dawk il-ħaddiema li se jingħataw ilbenefiċċju sħiħ ta’ għajnuna fi ħlas ta’ pagi jridu jkunu jaħdmu f’oqsma involuti mal-akkomodazzjoni turistika, aġenziji tal-ivvjaġġar, skejjel tal-lingwi, organizzazzjoni ta’ attivitajiet u trasport bl-ajru. Minn Lulju sa Settembru, 20,000 azjenda jew dawk li jaħdmu għal rashom, li l-operat tagħhom ġie affettwat minħabba l-pandemija ukoll se jingħataw benefiċċju ta’ għajnuna fi ħlas ta’ pagi. -negozji li mhumiex relatati mal-industrija turistika, se jingħataw benefiċċju ta’ €400 fix-xahar għal kull ħaddiem full-tajm u €250 fix-xahar għal kull ħaddiem parttajm.

L-għaqdiet volontarji megħjunin ukoll L-għaqdiet volontarji f’pajjiżna ukoll ġew affettwati b’mod negattiv mill-COVID19 u dan prinċipalment għax naqsilhom sew id-dħul. Il-Gvern se jalloka €3 miljun sabiex jagħti nifs akbar lill-għaqdiet mhux governattivi.

PJAN TA’ RIĠENERAZZJONI EKONOMIKA


15

INSAĦĦU LILL-FAMILJI U LIN-NEGOZJI

Inċentivi għas-suq tal-proprjetà… tnaqqis fit-taxxa tal-boll Is-settur tal-proprjetà kien wieħed minn dawk fost l-aktar li intlaqat mill-miżuri li kienu intiżi biex jikkontrollaw l-imxija talCOVID19. Il-pjan ta’ riġenerazzjoni qed jaħseb għal miżuri intiżi għas-settur tal-proprjetà. Tħabbar li sa tmiem is-sena, dawk li se jixtru l-ewwel proprjetà tagħhom se jibbenefikaw mit-tnaqqis fuq it-taxxa talboll fuq xiri tal-proprjetà. Ir-rata tat-taxxa se tinżel minn 5% għal 1.5%. Dan it-tnaqqis se jidħol fis-seħħ fuq il-kuntratti li se jiġu ffirmati bejn id-9 ta’ Ġunju 2020 u l-31 ta’ Marzu 2021. It-tnaqqis fit-taxxa tal-boll se jinħareġ fuq l-ewwel €400,000 tal-valur tal-proprjetà li mhux se tintuża għal skop kummerċjali. Din il-miżura se tkun qed tiswa mat-€32 miljun u se tilħaq 10,000 koppja. Biex aktar persuni jitħajru jkunu sidien ta’ darhom, il-Gvern ħabbar li se tiġi modifikata l-iskema fejn tirrigwarda lil dawk li se jixtru darhom għall-ewwel darba.

ĠUNJU 2020

Min ma kkwalifikax qabel għal din l-iskema għax kellu proprjetà oħra, fejn kien hemm każi li min kellu garaxx ma kienx jista’ jitqies bħala li se jixtri dar għall-ewwel darba, issa se jkun jista’ jibbenefika milliskema għal dawk li se jixtru dar għallewwel darba. Dan se jidħol fi seħħ mill-10 ta’ Ġunju 2020, bil-Gvern se jagħti konċessjoni lil kull min qed jixtri residenza prinċipali. Il-konvenji li hemm bħalissa jikkwalifikaw għal din il-miżura.


Rifużjoni ta’ 30 fil-mija għal dawk li jġibu l-merkanzija Il-pjan, jgħid ukoll li l-Gvern se jagħti rifużjoni ta’ 30 fil-mija lil dawk li jġibu merkanzija fil-pajjiż. Dan biex ikun assigurat li tinżamm il-kompetittività tal-pajjiż. Din il-miżura ma’ tgħoddx għal merkanzija li tkun għat-transhipment.

€5 miljuni biex negozji jirreklamaw il-prodotti Se jkun hemm allokazzjoni ta’ €5 miljun biex in-negozji Maltin u Għawdxin jirreklamaw il-prodotti tagħhom. In-negozji għandhom bżonn jirreklamaw biex isibu domanda ġdida u se jingħataw din l-għajnuna.

Hemm aċċenn ukoll biex fl-isfond ta’ Green Recovery, il-gvern se jkun qed jiffinalizza l-pjan tiegħu biex fil-baġit li jmiss ikun żivluppat Low Carbon Development Strategy.

Miżuri biex jgħinu l-esportazzjoni Dwar l-esportazzjoni, il-pjan jgħid li biex nilħqu swieq ġodda se jkun allokat baġit ta’ €400,000 lil Trade Malta biex tgħin. Fejn kien hemm fieri u tħassru, se jkun hemm għotjiet sa 80 fil-mija.

Il-Malta Enterprise se tagħti €10 miljun mill-Bank tal-Iżvilupp biex tagħmel tajjeb fuq garanziji dwar l-esportazzjoni.


17

INSAĦĦU LILL-FAMILJI U LIN-NEGOZJI

Id-dijżil u l-petrol se jorħsu b’7ċ kull litru Settur li minnunfih jwassal għal spiża konsiderevoli hu dak tat-trasport. Ilprezzijiet tal-petrol u tad-dijżil, kemm għall-konsumaturi u anke għan-negozji, hi spiża mhix żgħira. Il-Gvern ħaseb dwar dan, u tħabbar li minn nhar it-Tnejn 15 ta’ Ġunju l-prezz tad-dijżil u l-petrol se jorħos b’7c għal kull litru.

Il-prezz tal-petrol minn €1.41 se jonqos għal €1.34 waqt li l-prezz tad-dijżil se jonqos għal minn €1.28 għal €1.21 kull litru. Din il-miżura hu maħsub li se tiswa lil Gvern €7 miljun. Irid jiġi rrimarkat li dan hu l-akbar roħs li qatt sar f’pajjiżna fejn jirrigwarda il-prezzijiet tal-fjuwils.

Il-Gvern se jħallas 50% fuq il-kontijiet tad-dawl għan-negozji Qasam li l-ispiża tiegħu tħalli impatt fuq in-negozji hi dik tal-kontijiet għad-dawl u l-ilma. Minkejja li dawn kienu raħsu snin ilu, il-mod ta’ kif ir-restrizzjonijiet laqtu lin-negozji, wasslu biex il-kontijiet eżistenti jitqiesu bħala piż.

Il-Pjan ta’ Riġenerazzjoni jgħid li l-Gvern se jħallas 50 fil-mija tal-kontijiet taddawl lin-negozji għal Lulju, Awwissu u Settembru ta’ din is-sena. Dan sa massimu ta’ €1,500 għal kull applikant. Din tfisser nefqa ta’ €30 miljun. Hu kkalkulat li xejn inqas minn 20,000 negozju se jgawdu minn din il-miżura.

ĠUNJU 2020


18

GĦADAAĦJAR

Għajnuniet lid-djar tal-anzjani għal kontribut waqt il-pandemija Id-deċiżjoni li d-djar tal-anzjani jingħalqu, liema deċiżjoni wasslet biex il-qraba ma setgħux iżuru id-djar tal-anzjani, wasslet għal żieda fl-ispiża tal-pagi tal-impjegati.

Dan minħabba li l-impjegati kellhom jagħmlu live in li dam għal għal diversi ġimgħat. Fil-fatt il-Gvern se jalloka €2 miljun f’għajnuna lid-djar tal-anzjani.

Il-gvern se jgħin fil-ħlas tal-kirjiet tan-negozji Quddiem il-mod ta’ kif in-negozji intlaqtu bil-miżuri restrittivi li kienu ttieħdu, ilGvern ħass li għandu jgħin lin-negozji fejn jirrigwarda l-kirjiet tagħhom.

Il-Pjan għar-Riġenerazzjoni ma jiqafx hemm u tħabbar li l-Gvern se jagħti €2.5 miljun f’sostenn għar-riġenerazzjoni tannegozji f’Malta.

Fil-fatt il-Gvern se jkun qed jiddedika €50 miljun għal spejjeż t’operat fil-kirjiet. Hemm mal-20,000 intrapriża se jkunu jistgħu japplikaw għal għotja ta’ €2,500.

Filfatt il-Malta Enterprise se talloka massimu ta’ €5,000 għal kull negozju li jqabbad kumpanija tagħmel ristrutturar ta’ negozju li kien kostrett ibiddel l-operat tiegħu minħabba l-isfida tal-COVID19.

Miżura oħra li tħabbret li se tgħin linnegozji biex jimxu pass ‘il quddiem huma l-għotjiet ta’ €2,000 għal kull negozju f’għotja ta’ kreditu ta’ taxxa lil dawk li jaħdmu għal rashom.

Il-Gvern ħabbar ukoll żieda ta’ €5 miljun f’għajnuniet ikbar favur it-taħriġ għal dawk li jimpjegaw inqas minn 50 ħaddiem.

L-għotja titla’ għal €2,500 jekk in-negozju jkun f’Għawdex, tal-familja jew immexxi minn mara.Din il-miżura se tkun qed tiswa €5 miljun.

PJAN TA’ RIĠENERAZZJONI EKONOMIKA


19

INSAĦĦU LILL-FAMILJI U LIN-NEGOZJI

Differiment ta’ taxxa Mill-pjan jirriżulta li se jerġa’ jkun hemm differiment tat-taxxa. Il-kontribuzzjoni soċjali mill-ħaddiema dawk se jibdew jitħallsu mill-1 ta’ Lulju. Dan ifisser li income tax u kontribuzzjonijiet soċjali mill-ħaddiema dawk iridu jitħallsu.

Il-pjan jaħseb biex taxxi marbutin man-negozji dawk se jiġu estiżi sal-aħħar ta’ Awwissu. Il-ħlas ta’ dawn id-differimenti irid isir sa Mejju tas-sena d-dieħla. Dawn mhux se jkun hemm imgħax jew penalitajiet. Dawn jinvolvu xejn inqas minn €200 miljun.

Għal dawk li ħassru it-tieġ…. għotja sa massimu ta’ €2,000 Wieħed mill-oqsma li ġie affettwat hekk kif il-COVID19 daħlet f’pajjiżna, kien dak tat-tiġijiet. Għadd ta’ koppji raw il-pjani tagħhom li jingħaqdu fi żwieġ fis-sajf jisfaxxaw. Ma’ dawn kien hemm l-inċertezza ta’ meta se jippruvaw jippjanaw it-tieġ tagħhom.

Dwar dan, il-Pjan ta’ Riġenerazzjoni ħabbar skema li permezz tagħha se jagħti massimu ta’ €2,000 lil koppji li kellhom jipposponu t-tieġ tagħhom minħabba l-pandemija tal-COVID19. Din l-iskema hu kkalkulat li tiswa €2 miljuni.

Għajnuna lill-industrija tal-kostruzzjoni Settur li ġie affettwat bil-kbir f’din il-pandemija kien dak tal-kostruzzojni. B’dan il-pjan, se jkun hemm allokazzjoni

ĠUNJU 2020

ta’ €4 miljuni biex il-kuntratturi jimmodernizzaw il-makkinarju tagħhom.


Skolasajf f’57 ċentru f’Malta u Għawdex Din is-sena Skolasajf se terġa tilqa’ t-tfal għall-perjodu tax-xhur ta’ matul is-Sajf b’tema li hija waħda marbuta malambjent ta’ madwarna. Filfatt it-tema magħżula din is-sena hija “Il-Pjaneta tiegħi, id-Dar tiegħi” (My Planet, My Home).

Dan isir biex iċ-ċentri jkunu konformi mal-linji gwida maħruġa mill-Fondazzjoni. Minbarra attivitajiet organizzati mill-Playworkers, kull ċentru jvarja l-attivitajiet b’interventi ta’ msieħba differenti li jżuru ċ-ċentri.

Inħasset il-ħtieġa ta’ din it-tema biex tirrifletti l-bżonn li nkunu ċittadini responsabbli li għandna nieħdu ħsieb idDinja, il-pjaneta li ngħixu fiha. Hija din ir-responsabbiltà li permezz tagħha jkollna l-privileġġ li nibqgħu ngħixu b’mod sigur għaliex Dinja sȃna tirrifletti l-futur tagħna bħala cittadini sani.

Waqt Skolasajf, il-Fondazzjoni għal Servizzi Edukattivi tippromwovi ħafna l-attività fiżika. Isiru sessjonijiet kuljum minn playworkers speċjalizzati fl-edukazzjoni fiżika, li jorganizzaw sessjonijiet varjati imma wkoll pjaċevoli għallparteċipanti.

Din is-sena Skolasajf tibda mill-1 ta’ Lulju sal-4 ta’ Settembru. Fl-1 ta’ Lulju jibdew dawk ta’ Year 4+, fit-2 ta’ Lulju jibdew dawk ta’ Years 1, 2 u 3 filwaqt li fit-3 ta’ Lulju jibdew talkindergarten. Tajjeb li jingħad li din is-sena, wara ħidma intensiva li saret, Skolasajf se tkun mifruxa fuq 10 ġimgħat u mhux fuq 8 ġimgħat kif tkun is-soltu. Il-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol Owen Bonnici rrimarka li, “Jinsab kuntent bil-ħidma eċċellenti tad-diriġenza ta’ Skolasajf li mxew b’mod tajjeb ħafna u kienu preparati mill-bidu sal-aħħar,” u kompla jgħid li, “Mill-1 ta’ Lulju li gej terġa tibda Skolasajf - in-normalità li tant konna ilna mixtieqha għaliha, waslet ukoll!” Servizz li għandu 10 ġimgħat mit-Tnejn sal-Ġimgħa bejn it-8:30 ta’ filgħodu san-nofs siegħa. Imma hemm ukoll servizz estiż għall-ġenituri li jaħdmu t-tnejn li huwa ofrut f’ċentri selettivi mis-7:00 ta’ filgħodu sat-8:30 ta’ filgħodu umgħad min-nofs siegħa sal-ħamsa u nofs ta’ wara nofsinhar. Se jkunu jiem eċitanti għal dawk kollha li se jipparteċipaw. L-attivitajiet se jikkonċentraw dwar apprezzament tas-sbuħija tad-dinja li ngħixu fiha, li fuq kollox hija d-dar tagħna. Skolasajf għalhekk tinkludi varjetà ta’ attivitajiet li jsiru fiċċentri, kif ukoll żjarat barra ċ-ċentri li huma kollha maħsubin apposta għall-etajiet varji tal-parteċipanti. Il-Playworkers isegwu attivitajiet varji li huma preżentati lilhom f’manwal li jinħareġ apposta mill-Fondazzjoni għal Servizzi Edukattivi.

Skolasajf se tkun mifruxa wkoll f ’57 ċentru f ’Malta u Għawdex b’madwar 1,100 persuna li se jagħtu ħidmiethom għal uliedna. Sa nhar l-Erbgħa meta għalaq it-tieni rawnd talapplikazzjonijiet għal Skolasajf, b’kollox kien hemm total ta’ 7,100 applikazzjoni, numru sabih hafna. Dawn ma jinkludix l-applikazzjonijiet tat-tfal li jkunu fuq Skema 9, madwar 200 applikazzjoni ohra. Skema 9 hija skema li tkopri tfal li jkunu ġejjin minn familji meqjusa vulnerabbli. Ix-xogħol marbut ma’ dan is-servizz u biex dan jimxi bla xkiel beda b’intensità minn xhur ilu, b’aktar reqqa mis-soltu minħabba s-sitwazzjoni dinjija tal-imxija tal-COVID-19. Għalhekk din is-sena Skolasajf se jkollha modifikazzjonijiet biex jakkomodaw dak li huwa meħtieġ u skont il-pariri talAwtoritajiet tas-Saħħa minħabba din is-sitwazzjoni. Dawn se jkunu dejjem aġġornati skont dawn il-pariri. B’hekk din is-sena mhux se jkun hemm taħlit bejn klassi u oħra jew inkella logħob li jinkludi kuntatt bejn il-parteċipanti. It-tfal għalhekk se jkunu bbażati fil-klassijiet li anki hawn se jittieħdu miżuri kif stipulat mill-awtoritajiet. Se tittieħed ukoll kull miżura ta’ saħħa u sigurtà biex tħares lit-tfal, klijenti u wkoll il-ħaddiema ta’ Skolasajf, li jinkludu t-teħid tat-temperatura, ħasil u sanitażjoni tal-idejn u wkoll mezzi oħra fosthom is-sanitażżjoni taċ-ċentri u għamara. Se jidħlu biss fiċ-ċentri dawk il-persuni li huma awtoriżżati li jagħmlu dan.


Pjan ta’ irkuprar ekonomiku li jrawwem fiduċja fis-settur tas-Servizzi Finanzjarji Il-pandemija tal-COVID-19 ħasdet id-dinja u wasslet għal xokk ekonomiku li l-impatt tiegħu se jibqa’ jinħass għal numru ta’ snin. Il-mod professjonali u kawt li mxew bih l-awtoritajiet tas-saħħa Maltin wassal biex saħansitra l-WHO faħħret il-pjan meqjus li permezz tiegħu pajjiżna għeleb din il-kriżi tas-saħħa. Iżda l-istess prekawzjonijiet, li inkludew ċerti restrizzjonijiet, għalqu partijiet kbar tal-ekonomija Maltija għal kważi tliet xhur. Il-pjan ta’ rkuprar ekonomiku għal Malta, mħabbar nhar it-Tnejn li għadda, issa għandu l-għan li jgħin in-negozju jerġa’ jiġi fuq saqajh, itaffi l-ispejjeż marbutin man-negozju, u jixpruna n-nefqa fis-suq domestiku. Il-pjan ta’ rkuprar ekonomiku kif għen lis-settur tas-servizzi finanzjarji rregolat mill-MFSA? L-ewwelnett, il-fiduċja hija l-pern tas-servizzi finanzjarji. It-tnedija ta’ pakkett ta’ miżuri li jinjetta EUR 900 miljun biex tingħata spinta lill-ekonomija, rawwem fiduċja u “feel-good factor” (sentiment pożittiv) li huma kruċjali għall-industrija tas-servizzi finanzjarji. Ir-rota tan-negozju reġgħet bdiet iddur u permezz t’hekk żdiedet iċ-ċirkulazzjoni ta’ flus fis-setturi tal-ekonomija Maltija, li jinkludi l-operaturi tas-servizzi finanzjarji tagħna. Din iż-żieda fid-dħul u l-infiq tfisser li ħlasijiet ta’ salarji, kera, ħlasijiet lill-kredituri kummerċjali, ħlasijiet lill-fornituri ta’ beni kapitali, depożiti , u l-bidu mill-ġdid tal-ħlas lura tal-obbligi fis-sistema bankarja bdew jiġu rreġistrati. Kien importanti wkoll, b’mod partikolari, li wieħed jara li għadd ta’ negozji f’setturi ekonomiċi differenti ħadu l-opportunità li, waqt il-perjodu ta’ attività mnaqqsa, investew f’proġetti ta’ rrinnovazzjoni biex b’hekk, fil-ġimgħat li ġejjin, huwa mistenni

li dan ikattar iżjed ġid f’dak li hu iżjed dħul minn faċilitajiet imtejbin, ħlasijiet lill-fornituri u kuntratturi, u negozju ġdid tal-assigurazzjoni li qed jiġi sottovalutat. Tajjeb li wieħed jinnota, b’mod partikolari, l-għajnuna li qed tingħata lill-SMEs f’dan il-pjan ta’ rkuprar ekonomiku: appoġġ imsejjes fuq skema ta’ garanzija ‘COVID-19’ u sussidju fuq ir-rata tal-imgħax. Dan l-appoġġ lillintrapriżi żgħar u medji huwa sinifikanti għal żewġ raġunijiet. L-ewwelnett, l-injezzjoni ta’ finanzjament fil-banek kummerċjali permezz tal-Malta Development Bank se jippermetti l-ħolqien ta’ kreditu ġdid. Garanziji bħal dawn qed jagħmluha possibbli għal SMEs, li qabel ma kinux eliġibbli għal kreditu kummerċjali, biex issa jkunu jistgħu jiksbu self ġdid, filwaqt li l-garanziji nfushom u s-sussidju tar-rata talimgħax jissarfu f’rata ta’ imgħax baxxa ħafna, u b’hekk ikunu ta’ inqas piż finanzjarju għalihom. Dan ifisser li l-industrija tas-servizzi finanzjarji tista’ toffri kreditu addizzjonali fis-suq lokali, b’garanziji bbażati fuq l-ikklassifikar tar-riskju u b’rati ta’ interess issussidjati li jġorru n-nefqa tal-kreditu. Bla dubju, l-investimenti li jirriżultaw minn dan kollu se jkunu ta’ benefiċċju għas-settur tal-assigurazzjoni, tas-swieq kapitali, u potenzjalment għall-iskemi ta’ investiment kollettiv u s-CSPs. Barra minn hekk, l-iskema ta’ sottoskrizzjoni għal bonds il-ġodda talMalta Development Bank se tintroduċi wkoll forma ġdida ta’ għajnuna, li se ttejjeb id-daqs tas-swieq kapitali tagħna u ssaħħaħ il-qawwa tal-għodod ta’ kreditu tal-kumpaniji.


22

GĦADAAĦJAR

Miżuri biex jiġi assigurat operat sigur tal-Qrati ta’ pajjiżna

1 2 3

Kulħadd irid jagħmel użu minn ‘hand-rub’ alkoħoliku mad-dħul tiegħu fil-Qorti Iridu jintlibsu maskra jew visor biex wieħed jidħol fil-Qorti Se tiġi meħuda u reġistrata t-temperatura ta’ kull min jidħol il-Qorti, permezz ta’ termometru ‘infra-red’ mad-dħul

4 5

6 7

PJAN TA’ RIĠENERAZZJONI EKONOMIKA


INSAĦĦU LILL-FAMILJI U LIN-NEGOZJI

4 5 6 7

Il-partijiet konċernati se jitħallew jidħlu fil-bini tal-Qorti 10 minuti biss qabel il-każ tagħhom huwa skedat li jinstema Se jintużaw mhux iktar minn nofs l-awli għas-smiegħ tal-kawżi. L-awli użati se jkunu mqassma b’mod strateġiku madwar il-bini tal-Qorti, b’numru ristrett ta’ kawżi mismugħa f’kull awla. Il-każijiet se jkunu qed jinstemgħu b’sistema rigoruża t’appuntamenti Il-partijiet huma mħeġġa jikkonsultaw mal-Avukat tagħhom biex jaraw jekk il-preżenza tagħhom fil-Qorti hijiex neċessarja Il-bini tal-Qorti se jiġi mnaddaf u diżinfettat kuljum

ĠUNJU 2020

23


24

GĦADAAĦJAR

L-Agrikoltura u l-Covid Donnu ninsabu fl-aħħar fażijiet ta’ din il-pandemija li bil-mod tagħha affettwat ħajjet kulħadd. Jalla dan ikun minnu u neħilsu minnha bi sliem, biex tkun parti mill-istorja mondjali. Meta bdiet il-pandemija l-biża’ kienet kbira. U birraġun. Bdejna nisimgħu b’imwiet f’pajjiżi oħra u bdejna naraw filmati tat-tkexkix. Deher li s-soluzzjoni li bdew jimbarkaw fuqha diversi gvernijiet ta’ pajjiżi differenti kienet lockdowns jew totali jew parzjali. Apparti dan il-lockdown obbligatorju ħafna nies speċjalment f’Malta bdew aktar joqogħdu ġewwa u bdew jibżgħu illi se jiġi żmien fejn litteralment ikollhom jissakkru ġewwa ta’ bilfors. U hemmhekk kulħadd taha għax-xiri. Meta ngħid xiri, ħadd ma mar jixtri karozzi lussużi, mobile phones sofistikati, ħwejjeġ tad-ditti jew proprjetajiet, iżda kulħadd mar għallbażiku, kulħadd beda jaħżen dqiq, ħobż, ħalib, ħaxix, frott u laħmijiet. Mingħajr ma nidħol fil-mertu ta’ jekk kienx ġustifikat jew le x-xiri żejjed, minn din l-esperjenza toħroġ l-importanza tal-bidwi u r-raħħal Malti.

Minn Dr. Kevin Mompalao

F’Malta f’Jannar li għadda kellna kabinett ġdid. Fost dawn l-Onor. Anton Refalo ġie maħtur Ministru għall-Agrikoltura, Sajd u Drittijiet tal-Annimali. Nistgħu ngħidu li f’inqas minn xahrejn mill-ħatra tiegħu l-Ministru l-ġdid sab jistennieh intopp li ħadd ma kien jistenna. Intopp li kellu jiġi trattat b’ċertu serjetà u skrutinju għaliex espona l-importanza tal-agrikoltura f’kull soċjetà. Qed ngħid għall-intopp talCovid-19. Mal-Covid-19, l-agrikoltura saret settur kardinali fil-pajjiż aktar missoltu u fejn setturi oħra bħat-turiżmu, li normalment hu tant importanti għall-ekonomija tal-pajjiż ġew relegati, l-agrikoltura ġiet promossa għax ukoll riedet tipproduċi aktar biex taqdi u tissodisfa l-bżonnijiet żejda tal-lokal. Dan kellu jsir f’ambjent fejn kienet taħkem ċerta biża’ minħabba l-mard u kellek anke l-ħaddiema kemm filpitkalija kif ukoll fil-biċċerija u setturi relatati nkwetati, u bir-raġun, għal saħħithom u għas-saħħa ta’ familthom.

PJAN TA’ RIĠENERAZZJONI EKONOMIKA


25

INSAĦĦU LILL-FAMILJI U LIN-NEGOZJI

Madanakollu taħt id-direzzjoni għaqlija talMinisteru għall-Agrikoltura, Sajd u Drittijiet tal-Annimali, is-settur baqa’ għaddej u jipproduċi. Ġie assigurat li jkun hemm provvista tajba biex ma jkunx hemm lok għal abbużi. Il-Ministeru ħadem tul il-linja tal-provvista sħiħa mill-bidwi jew ir-raħħal sal-produzzjoni finali. Għalhekk kien ta’ sostenn għal dawk il-bdiewa u raħħala li kellhom bżonn u assigura li l-prodott jitwassal san sal-pitkalija jew biċċerija. Il-Pitkalija u l-biċċerija kienu l-aktar żewġ postijiet li biex nuża l-espressjoni Maltija, jaħarqu, għax kieku daħal il-virus hemm, kienet se tinqala’ problema kbira għaliex seta’ kien il-każ li jitwaqqaf l-operat ta’ dawn il-linji, b’riżultat tal-biża’ ta’ skarsezza ta’ ikel għall-konsumatur lokali. Forsi dawn l-affarijiet ma jiġux f’moħħ l-individwu li jmur jixtri l-laħam jew il-frott, iżda dawn kienu fost l-aktar ħsibijiet inkwetanti għall-Ministeru. Iżda bl-għaqal u ħidma professjonali, li assigurat l-ogħla standards ta’ prevenzjoni u iġjene kollox mexa kif kellu jimxi mingħajr intoppi.

Fuq kollox min-naħa tal-konsumatur, il-Ministru ħadem fuq il-kampanja ‘Agħżel il-bnin… Agħżel il-Frisk’ li permezz tagħha nkoraġġixxa lill-konsumatur lokali sabiex jixtri l-prodott lokali li hu dejjem prodott frisk, fuq il-prodott ippreservat. B’din il-kampanja apparti li jkun hemm aktar sostenn lill-produttur lokali li minkejja kollox tul din il-pandemija baqa’ għaddej b’ħidmietu, ikun hemm rakkomandazzjoni aħjar għal saħħet il-konsumatur. Filwaqt li wieħed japprezza dan kollu, wieħed iħossu obbligat li jirringrazzja lillMinistru konċernat u lit-tim tiegħu ta’ din il-ħidma li forsi mhux dejjem tidher sabiex aħna komplejna ngawdu provvista friska u bnina ta’ ikel tul dan iż-żmien diffiċli.

MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, SAJD U DRITTIJIET TAL-ANNIMALI

ĠUNJU 2020


26

GĦADAAĦJAR

Inżommu l-bidla ambjentali għal kwalità ta’ ħajja aħjar

Nistgħu ngħidu li s-sitwazzjoni tal-COVID19 hija l-ikbar emerġenza li qed niffaċċjaw illum u li turina biċ-ċar kemm dawn l-affarijiet jistgħu jaffetwawlna ħajjitna b’mod dirett. Għalkemm dan il-virus ma jidhirx, uriena kemm aħna vulnerabbli f’dawn is-sitwazzjonijiet u kemm hu importanti li nippjanaw biex nassiguraw aktar reżiljenza u preparazzjoni għal emerġenzi simili. PJAN TA’ RIĠENERAZZJONI EKONOMIKA


27

INSAĦĦU LILL-FAMILJI U LIN-NEGOZJI

Illum nafu li bosta fatturi ambjentali jaffettwaw b’mod dirett is-saħħa tagħna u tas-soċjetà inġenerali. Għaldaqstant, huwa imperattiv illi nintegraw il-kwalità tal-ħajja mal-bżonn li nsibu bilanċ sostenibbli bejn il-proċess ta’ rkupru ekonomiku u l-protezzjoni tal-ambjent. Bħalissa qed naraw titjib fil-kwalità talambjent, fosthom nuqqas sinifikanti fit-tniġġis tal-arja u l-emissjonijiet u inqas ħsejjes madwarna. Qed naraw ukoll kif f’xi nħawi qed tirkupra n-natura ta’ madwarna, speċjalment fiż-żoni urbani. Skont l-informazzjoni li tiġbor l-ERA, it-tniġġiż fl-arja ġie mnaqqas minħabba t-tnaqqis ta’ traffiku fit-toroq tagħna. L-istazzjonijiet ta’ monitoraġġ tal-kwalità tal-arja wrew illi kien hemm tnaqqis ta’ madwar 40% fil-livelli tad-dijossidu tan-nitroġenu fl-Imsida u 50% tnaqqis f’Ħ’Attard. L-ikbar tnaqqis intwera li kien waqt il-quċċata tat-traffiku. It-tnaqqis flużu tal-karozzi wassal ukoll għal tnaqqis fl-istorbju ġġenerat mill-vetturi, li wassal biex l-għasafar jinstemgħu iktar f’xi lokalitajiet, speċjalment dawk urbani. Waqt illi dan it-tnaqqis irid jitkejjel fuq periodu itwal ta’ żmien, huwa ċar illi rridu nerġgħu naħsbu f’alternattivi oħra fejn jidħol it-trasport. Għal dan il għan, l-ERA qed taħdem fuq diversi pjanijiet u xogħlijiet, fosthom il-Pjan tal-Kwalità talArja u l-Pjan t’Azzjoni fuq l-Istorbju. Biex tkompli titjieb il-kwalità tal-ħajja ta’ kull min jgħix fil-gżejjer Maltin, l-ERA

ĠUNJU 2020

qed toħroġ bi strateġija ġdida għallBijodiversità Nazzjonali u l-Pjan ta’ Azzjoni għall-2022-2030, li se tindirizza wkoll l-immaniġġjar tal-bijodiversità u n-natura f’siti urbani. L-idea ġenerali talERA hija biex jiżdiedu nħawi rikreazzjonali u spazji miftuħa biex ikunu jistgħu jitgawdu aħjar mill-pubbliku, bl-għan li titjieb ukoll il-kwalità tal-ħajja tagħna f’aspetti soċjali u psikoloġiċi fost l-oħrajn. B’dan il-għan, hemm numru ta’ inizjattivi li se jiġu implementati fis-snin li ġejjin fejn jidħlu infrastrutturi ħodor fiż-żoni urbani ’l hekk imsejjaħ taħdir urban (urban greening). Dawn il-pjanijiet u miżuri kollha jiffurmaw parti mill-pjanijiet tal-ERA għall-ġejjieni, fejn permezz tal-implimentazzjoni talIstrateġija Nazzjonali għall-Ambjent, li qed tiġi żviluppata bħalissa u li se tagħti l-viżjoni ambjentali ta’ pajjiżna sal-2050. Il-progress ekonomiku mhux komplut mingħajr stabbiltà soċjali u ambjent b’saħħtu. Għalhekk issa huwa imperattiv biex f’dan iż-żmien ta’ rkupru ekonomiku, jiġu kkunsidrati miżuri li se jgħinu l-ambjent u l-benesseri (wellbeing) tagħna.


28

GĦADAAĦJAR

Naħsdu llum dak li b’għaqal żrajna lbieraħ

ALEX MUSCAT Segretarju Parlamentari għaċ-Ċittadinanza u l-Komunitajiet

Din il-ġimgħa l-Gvern ta l-ikbar injezzjoni ta’ fiduċja li qatt saret fl-istorja finanzjarja ta’ pajjiżna. Pjan ta’ investiment ta’ €900 miljun, bi ħsieb għal kollox differenti minn baġits ta’ qablu, għax huwa intiż sabiex ħadd f’pajjiżna ma jsib ruħu għarkupptejh fid-dawl tal-kriżi li ħolqot il-pandemija riċenti.

PJAN TA’ RIĠENERAZZJONI EKONOMIKA


29

INSAĦĦU LILL-FAMILJI U LIN-NEGOZJI

Biex nibqgħu sodi, jeħtieġ inżommu b’determinazzjoni mal-għaqal finanzjarju li dejjem ħaddanna, inkluż l-għaqal li bih ħloqna programmi, bħal dak tal-IIP, li huwa strumentali f’dan il-mument ta’ bżonn. Programm li ġab lejn pajjiżna ‘il fuq minn €1,400 miljun, li permezz tagħhom stajna nħabbru dan il-pjan ta’ riġenerazzjoni ekonomika. B’sens ta’ għaqal, il-Gvern Malti rrealizza li hemm bżonn pjan ta’ viżjoni. Dan huwa mument ta’ riflessjoni għalina lkoll, għaliex qed nirrealizzaw x’sibna meta l-baħar kien imqalleb. Fi kliem sempliċi, qed nindunaw aktar minn qatt qabel li, ma nistgħux niġu f’sitwazzjoni fejn nwaqqfu wieħed mill-aktar sorsi li ħoloq ġid bħall-IIP. Nistħajjel il-qarrejja bħalissa jgħidu li qed intenni l-ovvju, iżda hemm Maltin bħalna mill-kamp politiku oppost li jixtiequ li nneħħu dan il-programm, mingħajr alternattiva. Fejn ta’ qabilna kienu jiddependu biss mill-għajnuna li kienet ġejja mill-Ewropa, illum qegħdin f’sitwazzjoni fejn nistgħu

ĠUNJU 2020

nagħzlu x’jaqbel lilna, u dan frott il-bżulija ta’ dan il-Gvern. Konna kapaċi noħolqu l-ġid bl-abbilta’ tagħna u llum ninsabu f’pożiżżjoni li qed naraw li jitnaqqsu l-ispejjeż għan-negozji u jingħataw aktar finanzjament, sabiex ikomplu jħaddmu, ikomplu jipproduċu, u jkomplu jdawwru r-rota ekonomika. Huwa pjan li jħalli l-flus fil-but tan-nies sabiex jagħtu spinta liddomanda domestika. Huwa pjan li li jagħti kuraġġ lill-familji Maltin sabiex inkomplu nkabbru l-ekonomija tagħna. Gvern li sawwar pjan ta’ riġenerazzjoni ekonomika li ra li jwieżen lill-familji u lin-negozji tagħna. L-ikbar sfida se tkun li naċċertaw ruħna li ma jkollniex min, minkejja l-inċentivi tal-Gvern, isib ruħu f’sitwazzjoni prekarja. Għalhekk jeħtieġ li nibqgħu nsostnu dak kollu li ħoloq il-ġid f’dawn l-aħħar snin. Programmi bħallIIP, li qed jagħmel differenza pożittiva, u li wassal għal proġetti li jiswew miljuni kbar f’housing soċjali, titjib ta’ ċentri tas-saħħa u tal-bereġ, irridu nsaħħuhom. Dan li jiggarantixxi Għada Aħjar għal pajjiżna.


30

GĦADAAĦJAR

Miżuri li se jinċentivaw l-ekonomija

u jissalvagwardjaw l-impjiegi Is-Segretarju tat-Taqsima GWU Metall u Kostruzzjoni JESMOND MARSHALL laqa’ b’mod pożittiv il-miżuri mħabbra fil-pjan ta’ riġenerazzjoni li l-Gvern ippreżenta nhar it-Tnejn li għadda.

Minn Maria Azzopardi

Dawn l-għajnuniet huma intiżi biex jippreservaw l-ekonomija kif inhi u li huma mmirati u mfasslin għaċċirkostanzi li ninsabu fihom bħalissa. Is-Segretarju tat-Taqsima Jesmond Marshall innota li wieħed mis-setturi li ġie affettwat minħabba l-pandemija tal-Covid-19 kien dak tal-kostruzzjoni u għalhekk sostna li hija għajnuna f’waqtha li l-Gvern se jkun qed jalloka €4 miljuni bil-għan li l-kuntratturi jkunu jistgħu jimmodernizzaw il-makkinarju tagħhom. Marshall qal li din l-għajnuna tfisser ukoll li permezz ta’ makkinarju modern se tkun imħarsa iktar is-saħħa tal-ħaddiem fuq il-post tax-xogħol. Is-Segretarju tat-Taqsima Jesmond Marshall huwa sodisfatt ukoll li hemm miżuri immirati għall-qasam talproprjetà li kien ukoll settur li ntlaqat matul dawn iż-żminijiet straordinarji.

Marshall qal li huwa fatt pożittiv li millpjan ta’ riġenerazzjoni tħabbar li se tkun qed titnaqqas kemm ir-rata tal-boll, jiġifieri ta’ min ikun qed jixtri u anke ta’ min ikun qed ibigħ. Fil-fatt ir-rata se tkun qed tonqos minn 5% għal 1.5% għal min qed jixtri filwaqt għal min qed ibigħ din se tonqos minn 8% għal 5%. Dawn ir-rati se jkunu qed japplikaw fuq il-kuntratti li se jiġu ffirmati minn issa sal-aħħar ta’ Marzu. Is-Segretarju tat-Taqsima Jesmond Marshall faħħar ukoll l-inċentivi oħra li minnhom se jibbenefikaw il-ħaddiema u l-poplu fosthom li se jerġa’ jkun hemm differiment tat-taxxa fejn f’dak li għandu x’jaqsam mal-kontribuzzjonijiet tassigurtà soċjali u t-taxxi tal-ħaddiema, dawn se jibdew jitħallsu mill-1 ta’ Lulju.

PJAN TA’ RIĠENERAZZJONI EKONOMIKA


31

INSAĦĦU LILL-FAMILJI U LIN-NEGOZJI

Miżuri li se jgħinu biex in-negozji

jerġgħu jkunu sostenibbli

Minn Maria Azzopardi

Is-Segretarju tat-Taqsima GWU Ospitalità u Ikel, KENNY MUSCAT laqa’ b’mod pożittiv il-miżuri mħabbra mill-Gvern filpjan ta’ riġenerazzjoni li se jkun qed jgħin biex l-ekonomija tibqa’ miexja ‘l quddiem u fl-istess waqt jiġu salvagwardjati l-impjiegi. Muscat qal li din is-sitwazzjoni marbuta mal-pandemija tal-Covid-19 żgur u mhux forsi li xeħtet dawl ta’ kemm issettur turistiku huwa importanti fuq bażi nazzjonali. Is-Segretarju tat-Taqsima qal li jinsab pożittiv għax jemmen li hemm numri ta’ miżuri li se jservu bħala inerzja kummerċjali biex in-negozji jerġgħu mill-ġdid ikunu sostenibbli biex jiġġeneraw tal-inqas biżżejjed biex ikunu jistgħu jkopru l-ispejjeż. Huwa rrefera għall-miżura tal-vawċers li se jingħataw lil kull persuna li għandha ‘l fuq minn 16-il sena bħala inċentiv biex jiżdied il-konsum domestiku, liema konsum naqas sostanzjalment. Huwa qal li dawn il-miżuri jaħdmu fuq binarju doppju fejn se jkun qed jiġi inċentivat kemm l-influss dirett kif ukoll dak indirett. Muscat qal li permezz ta’ dawn ilmiżuri mħabbra, mhux biss se jkun qed jibbenefika s-settur tal-ospitalità fih innifsu iżda se jibbenefikaw anke dawk is-suppliers li jipprovdu l-affarijiet li sfortunatament huma wkoll ġew affettwati b’mod sostanzjali minħabba

ĠUNJU 2020

l-pandemija tal-Covid-19 b’mod speċjali minħabba li pajjiżna għadda minn żmien fejn it-turiżmu kien wieqaf. Muscat tkellem ukoll li wieħed irid ikompli jaħdem biex jinbigħ il-prodott Malti u għalhekk għandu jkun hemm kampanja aggressiva dwar dan. Fl-istess waqt, huwa jemmen li għandu jkun hemm kampanja aggressiva wkoll f’dak li għandu x’jaqsam ma’ business tourism u konferenzi. Apparti minn hekk, is-Segretarju tatTaqsima Kenny Muscat laqa’ b’mod pożittiv l-aħbar li l-Covid Wage Supplement se tkun estiża sa Settembru għax dan ifisser li se jkunu qed jiġu salvagwardjati l-impjiegi speċjalment minħabba l-fatt li f’ħafna okkażjonijiet il-wage supplement ikopri madwar 60% tal-pagi tal-ħaddiema. Fl-aħħar nett, għal darb’oħra l-General Workers’ Union ittenni kemm il-pajjiż u dan is-settur speċifiku għandu jibda jinvesti fuq il-kwalità u mhux il-kwantità.


32

GĦADAAĦJAR

INKOMPLU NGĦIXU S-SUĊĊESS

Onor. CLAYTON BARTOLO Segretarju Parlamentari Għas-Servizzi Finanzjarji u Ekonomija Diġitali

Din il-ġimgħa assistejna għall-pjan ta’ riġenerazzjoni ekonomika bla preċedent. Pjan li jibni fuq l-istimolu fiskali u l-assistenza finanzjarja li bħala Gvern provdejna lill-familji, ħaddiema u linnegozji matul il-pandemija li ħakmitna flaħħar xhur. Pjan ta’ rkupru, li l-għan aħħari tiegħu hu li jikkonsolida u jiżra’ t-tama fost l-individwi u n-negozji li ġew milquta. Pjan ekonomiku li kompla jagħti minflok jieħu. Pjan li kompla jippremja l-bżulija li kienet il-katalist u lagħbet parti kruċjali fejn jidħol it-tkabbir ekonomiku li rreġistrajna bħala pajjiż matul is-snin. Dan il-pjan ta’ riġenerazzjoni ekonomika kien possibbli grazzi għall-għaqal ekonomiku li mexa’ bih Gvern Laburista matul is-snin. Għaqal ekonomiku li sarraf fi tnaqqis rekord fejn jidħol id-dejn tal-pajjiż, li ra l-introduzzjoni

ta’ miżuri u inċentivi li kienu maħsubin bi prudenza u kif ukoll pajjiżna beda jirreġistra surplus fiskali, sena’ wara l-oħra. Dan l-għaqal ekonomiku wassal sabiex pajjiżna ikabbar u jirriserva ammunizzjoni tant meħtieġa, ammunizzjoni li l-bieraħ bdejna ngawdu mill-frott tagħha. Pajjiżi oħra, fejn il-problema tad-dejn tagħhom kienet diġa evidenti u preokkupanti qabel il-pandemija, mhumiex f’pożizzjoni finanzjarjament tajba li jkunu jistgħu joffru stimolu finanzjarju kif offra l-Gvern Laburista, u x’aktarx minflok se jkollhom jirrikorru għall-miżuri ta’ awsterità sabiex jirkupraw l-infieq sostanzjali li ntefaq matul il-pandemija u kif ukoll in-nuqqas fid-dħul li l-Gvern kellu jċedi riżultat tar-restrizzjonijiet li ġew imposta sabiex iħarsu s-saħħa taċ-ċittadini.

PJAN TA’ RIĠENERAZZJONI EKONOMIKA


33

INSAĦĦU LILL-FAMILJI U LIN-NEGOZJI

L-għan aħħari ta’ dan il-pjan ekonomiku se jkun dak li jistabbilizza, jħeġġeġ u jistimola l-fiduċja li se ssarraf f’andament ekonomiku u rkupru aktar b’saħħtu. Sabiex ngħixu is-suċċess, irridu li bħala Gvern, nagħmlu dak kollu possibbli sabiex inkomplu ndawru r-rota ekonomika li sforz din il-pandemija majnat ftit mirritmu li kienet għaddejja bih qabel. Kif jgħid l-ekonomista John Maynard Keynes fit-teorija ekonomika tiegħu ‘The Keynesian Theory’ – li hija pilastru ewlieni tat-teorija ekonomika – f’każ ta’ riċessjoni, il-Gvern għandu rwol importanti ħafna x’jaqdi, billi jintroduċi u jżid in-nefqa tiegħu b’mod produttiv u effiċjenti sabiex ikompli jistimola l-ekonomija. Tajjeb li nżid, li Keynes jibbaża t-teorija tiegħu fuq l-esperjenza tiegħu waqt il-‘Great Depression’ tal-1930s li kienet waħda mill-akbar riċessjonijiet li assistejna għalihom. Kif wieħed jista jara, bħala Gvern konna kommessi li nagħmlu propju dan, u kien għalhekk li ħabbarna pjan ta’ stimolu finanzjarju ieħor li jaqbeż id-€900 miljun sabiex nassiguraw li ħadd ma jaqa’ lura u li r-rota ekonomika tibqa’ ddur. Kif diġa għedt, dan kien pjan ekonomiku bla ebda preċedent, iżda li kien hemm bżonn u li kien tant meħtieġ, għaliex bħalissa ninstabu f’perjodu ta’ qalba għal dinja totalment ġdida minn dik li kellna sa ftit xhur ilu. Nifhem li ħafna mill-mezzi teknoloġiċi, li komplew isaħħu l-‘ecommerce’ u t-‘teleworking’, se jkomplu jiġu utilizzati, u l-importanza tagħhom se

ĠUNJU 2020

tkompli tissaħħaħ anke wara li tgħaddi din il-pandemija. Apparti minn hekk, u spunt ewlieni li ħareġ mid-diskors ta’ nhar it-Tnejn li għadda huwa fuq l-importanza li bħala pajjiż, inkomplu niddiversifikaw il-portafol ekonomiku tagħna. Bħala s-Segretarju Parlamentari responsabbli mis-servizzi finanzjarji u l-ekonomija diġitali, bħalissa għaddej bi pjan ta’ ħidma sabiex flimkien mat-tim tiegħi, inkomplu nsaħħu s-setturi li diġa huma preżenti f’pajjiżna u kif ukoll nattiraw niċeċ ekonomiċi ġodda sabiex inkattru l-investiment barrani f’pajjiżna. Din l-istrateġija ekonomika hija maħsuba li se tkompli tassigura li l-ekonomija ta’ pajjiżna tibqa’ resiljenti u li t-tkabbir ikun wieħed sostenibbli. Nixtieq ngħalaq billi nirringrazzja lillPrim Ministru Robert Abela u lil sħabi tal-kabinett għad-deċiżjonijiet għaqlija li ħadna matul l-imxija ta’ din il-pandemija. Li kien għal ħaddieħor, morna għal full lockdown u riżultat ta’ dan kienu jfallu l-maġġoranza tan-negozji f’pajjiżna, iżda aħna ma għamilniex hekk. Minflok rajna li nindirizzaw u nipprijoritizzaw is-saħħa u fl-istess ħin nassiguraw li nkomplu nħarsu u nikkunsidraw ukoll l-aspett ekonomiku u kif ukoll dak soċjali fid-deċiżjonijiet li konna qegħdin nieħdu. L-għaqal fit-tmexxija ta’ Gvern Laburista se jkompli jissarraf fi frott li minnu se jgawdi l-poplu Malti u Għawdxi kollhu. Nħares ‘il quddiem sabiex inkompli bil-ħidma tiegħi biex ma ndumux ma nirkupraw minn din il-pandemija u pajjiżna jgħixu s-suċċess ekonomiku li rajna u xprunajna matul l-aħħar snin.


34

GĦADAAĦJAR

MINN RICCARDA DARMANIN, Segretarju tat-Taqsima GWU Professjonisti, Finanzi u Servizzi

“Miżuri li se jservu ta’ ġid għall-membri tat-taqsima tagħna” Il-miżuri fil-pjan ta’ riġenerazzjoni ekonomika mħabbra mill-Gvern, laqtu b’mod pożittiv f’diversi aspetti, ħaddiema li jaqgħu taħt it-Taqsima tagħna li tkopri nies professjonisti, oħrajn fil-qasam talfinanzi kif ukoll fil-qasam tas-servizzi. Hemm miżuri ġenerali li laqtu b’mod tajjeb il-ħaddiema kollha bħala konsumaturi, kif ukoll lill-familjari tagħhom, bħall-għoti tal-voucher ta’ €100 lil kulħadd, roħs fiddiżil u l-petrol fost oħrajn. Dan filwaqt li ċerti miżuri laqtu wkoll il-kumpaniji u hekk indirettament se jibbenefikaw minnhom il-ħaddiema. Fil-qasam finanzjarju u talinvestiment, miżura tajba hi dik talUnderwriting mill-Bank tal-Iżvilupp għal dawk il-bonds li huma listed fil-Borża ta’ Malta u li jistgħu jsibu diffikultà meta jimmaturaw. Għalkemm ninsabu ċerti li l-kumpaniji Maltin huma sodi u għandhom ċertu likwidità, dan se jkun ta’ serħan kbir tal-moħħ għall-investituri Maltin għax se joffri stabillità fis-settur finanzjaru u jgħin

ukoll biex dawn l-istituzzjonijiet ikomplu jżidu s-servizzi lill-klijenti tagħhom. Il-miżura l-oħra ta’ tnaqqis fil-bolla għal proprjetà ġdida ġiet milqugħa tajjeb ħafna mill-banek Maltin li b’hekk se jkollhom żieda fuq self għal djar li ssarraf ukoll fi prodotti bankarji oħra. Hekk persuni li jridu jibdew jieħdu l-istat tagħhom u jixtru xi proprjetà se jkollhom iktar għajnuna biex ikunu sidien ta’ djarhom. Il-fatt li l-Wage Supplement lill-ħaddiema fil-qasam tat-turizmu se jkun estiż sa Settembru, se jkompli jgħin biex iżid l-għajnuna lil dawn l-impjegati filwaqt li jiggarantixxi x-xogħol lill-ħaddiema tal-Awtorità tat-Turiżmu li taqa’ taħt itTaqsima tagħna. Ilqajna bi pjaċir miżura oħra interessanti u utli ħafna li hija l-għajnuna li se tinghata lill-għaqdiet volontarji. Din l-ghajnuna hija mistħoqqa għax waqt iż-żmien talCOVID dawn l-għaqdiet volontarji bħal djar li jilqgħu nies bi bżonnijiet speċjali bħalma hi id-Dar tal-Providenza, li l-ħaddiema tagħha huma membri tattaqsima, naqsulhom id-donazzjonijiet waqt li l-ispejjeż tagħhom baqgħu għaddejjin u hemm każijiet fejn dawn l-ispejjeż komplew żdidulhom. Dawn il-miżuri flimkien mal-pakkett kollu żgur li se jħalli impatt tajjeb ħafna u jkunu ta’ stimulu sabiex jerġgħu jagħtu dik l-imbuttatura meħtieġa lill-ekonomija wara l-effett li ħalla il-virus Covid-19 u se jservu ta’ ġid għall-membri tat-taqsima tagħna.

PJAN TA’ RIĠENERAZZJONI EKONOMIKA


35

INSAĦĦU LILL-FAMILJI U LIN-NEGOZJI

Tnaqqis fl-attività ekonomika fis-settur tat-trasport MINN SANDRO VELLA, Segretarju Taqsima GWU Marittima u Avjazzjoni It-Taqsima Marittima u Avjazzjoni, qed tinnota li l-attività ekonomika fit-trasport se jkun hemm nuqqas minn dak li konna naraw qabel speċjalment f’dak tal-ajru. Għalkemm fetħu xi destinazzjonijiet jidher ċar li m’hemmx ċarezza meta d-destinazzjonijiet prinċipali għal Malta, dawk tal-Ingilterra, l-Italja ta’ Fuq, Franza, Spanja u s-swieq il-kbar meta se jiftħu. Dan se jaffettwa kemm fuq il-ħaddiema direttament involuti fl-avjazzjoni u anke dawk indirettament affettwati. Bħala linji tal-ajru, kemm il-Malta Air u l-Air Malta u linji tal-ajru oħra, mhux se jibdew bi skeda sħiħa żgur mhux forsi sal-aħħar tassena d-dieħla. Għaldaqstant dak kollu li rkuprajna u żviluppajna fl-aħħar snin mhux se jkun hemm biex isostni l-ekonomija ta’ Malta.

ĠUNJU 2020

L-għajnuniet qed jaslu. Wasalna sa Settembru issa. It-telf ta’ pagi ħafna drabi huma ta’ 50% li jammontaw madwar €1,800 fix-xahar. Għalkemm it-€800 qed tasal u qed tgħaddi lill-ħaddiem, mhux kull industrija qed tirċeviha. L-Air Malta mhux qed tirċievi l-ebda għajnuna. Malta Public Transport lanqas. Nitkellmu fuq taxis, vannijiet, double deckers, dawn se jibqgħu affettwati u biex dawn jibqgħu jgħixu bi €800 fix-xahar, għalkemm hi għajnuna, hi ħafna inqas minn dak li qed jagħmlu fil-passat. Din jekk se tibqa’ tkarkar se jkollha effett negattiv ħafna. Napprezzaw kull għajnuna però ‘in the long run’ mhux se tkun biżżejjed.


36

GĦADAAĦJAR

GĦADA

AĦJAR JULIA FARRUGIA PORTELLI Ministru għat-Turiżmu u l-Protezzjoni tal-Konsumatur

Kull familja se tkun turist f’pajjiżna b’investiment ta’

€34 MILJUN f’vouchers b’xejn

PJAN TA’ RIĠENERAZZJONI EKONOMIKA


37

INSAĦĦU LILL-FAMILJI U LIN-NEGOZJI

B’investiment ta’ €900 miljun b’miżuri sabiex tingħata spinta lill-industrija ta’ pajjiżna nkluż dak tat-turiżmu. Fosthom: Se jkun hemm l-estensjoni tal-wage suppliment, fejn jidħol il-Covid Wage Supplement se jibqa’ kif inhu sal-aħħar ta’ Ġunju, u wara sa Settembru se tinżamm ir-rata ta’ benefiċċju ta’ €800 għall-full-time u €500 għall-part-timers f’oqsma involuti mal-akkomodazzjoni turistika, aġenziji tal-ivvjaġġar, skejjel tal-lingwi, organizzazzjoni ta’ events u trasport bl-ajru.

Rifużjoni ta’ €5 miljun f’liċenzji lin-negozji.

Rifużjoni sa 80% tal-ispejjeż li għamlu negozji li kienu se jieħdu sehem fieri internazzjonali u li tħassru.

Voucher ta’ €100 għal kull persuna minn 16-il sena ’l fuq li jista’ jintuża f’post ta’ akkomodazzjoni liċenzjati, restoranti jew negozji li kienu għalqu. €5 miljun biex ngħinu lin-negozji Maltin u Għawdxin jippromwovu lilhom infushom u għajnuna għallproduzzjoni tal-prodott lokali. Rifużjoni ta’ 10% fuq container discharge fees għallimportazzjoni u esportazzjoni iżda mhux transhipment. Hemm ukoll miżuri li se jibbenefikaw minnhom il-familji Maltin u Għawdxin kollha. Fosthom it-titjib fl-inwork benefit filwaqt li se jingħata suppliment speċjali ta’ €250 għal kull familja li tibbenefika mill–istess benefiċċju. Dan kollu b’investiment ta’ €4 miljun. Miżuri oħra bħalma huma t-tnaqqis ta’ 7 ċenteżmi fil-prezz tal-petrol u d-diesel u r-rifużjoni sa massimu ta’ €2,000 lil koppji li kellhom jipposponu t-tieġ b’investiment ta’ €2 miljun ikomplu juru li dan il-pakkett ta’ miżuri huwa l-ikbar ĠUNJU 2020

Rifużjoni ta’ 33% fil-port charges għal dawk il-vapuri li jġibu merkanzija lejn pajjiżna sabiex tkun sostnuta l-ekonomija tagħna.

injezzjoni li qatt għamel dan il-Gvern flistorja ta’ pajjiżna. Malta hija reżiljenti. Malta hija kuraġġuza. Kburija b’kull wieħed u waħda minna li għamel l-isforz tiegħu, l-isforz ta’ Nazzjon biex noħorġu iktar b’saħħitna milli diġa’ konna. Kburija b’pajjiżi li spikka fih l-għaqda u l-element ta’ kuraġġ li rrenja fost il-Maltin u l-Għawdxin kollha. Issa qegħdin nafdaw fikom mill-ġdid biex tkunu intom l-ixprun u l-mutur u l-ekonomija tqum mill-ġdid fuq saqajha li twassal għall-ogħla kwalita’ ta’ ħajja possibbli.


38

GĦADAAĦJAR

Kummenti ta’ FinanceMalta fuq il-Pjan ta’ Riġenerazzjoni Ekonomika

FinanceMalta hija tal-fehma li l-istrateġija li addotta l-Gvern Malti sabiex jagħti inċentivi lil ċerti setturi tas-suq filwaqt li jkompli jgħin lil dawk is-setturi li l-aktar intlaqtu mill-effetti tal-COVID-19 hija waħda għaqlija. Ma nistgħux ma nsemmux ukoll ilmiżuri ta’ diferiment ta’ taxxi favur likwidita’ tal-kumpaniji, kif ukoll ilgaranziji li ta l-Gvern lill-banek Maltin sabiex dawn jistgħu jimmobilizzaw mal-€1 biljun fi kreditu. Meta nitkellmu dwar il-banek Maltin, wieħed irid jinnota li dawk l-istess fatturi li għenuna sabiex noħorġu mill-kriżi finanzjarja tal-2008, huma l-istess fatturi li llum il-ġurnata ser jgħinuna f’din il-kriżi li

ġabet magħha il-pandemija. Is-settur bankarju Malti kien u għadu reżiljenti, b’adekwatezza kapitali b’saħħitha, likwidità f’livelli għoljin u ffokata fuq assi ta’ kwalita. Sa’ mill-bidunett meta l-COVID-19 laqtet lil Malta, rajna l-introduzzjoni ta’ inċentivi sabiex l-impatt ta’ din ilpandemija tiġi mitigata. ll-miżuri li ġew introdotti dak iz-żmien kienu siewja sabiex il-kumpaniji Maltin ma jagħlqux il-bibien tagħhom. Rajna l-iżvilupp ta’ metodi ġodda ta’ pagamenti u mixja lejn soċjetà “cashless” u din ser tgħin b’mod mhux żgħir l-iżvilupp tas-settur tal-FinTech hawn Malta. PJAN TA’ RIĠENERAZZJONI EKONOMIKA


39

INSAĦĦU LILL-FAMILJI U LIN-NEGOZJI

Wieħed irid jara dawn il-miżuri wkoll flambitu ta’ dak li qed jiġri fis-swieq oħra anke dawk Ewropej, fejn gvernijiet oħra qed iħarsu sabiex jimmitigaw l-effetti negattivi fis-swieq tagħhom billi jintroduċu jew iżidu t-taxxi fuq id-dħul, il-proprjetà jew il-ġid. Jidher li l-gvern Malti għażel li ma jimxix fuq dawn l-istess linji. FinanceMalta temmen li b’dan il-mod, Malta tista’ tkun f’pożizzjoni vantaġġjuza li tattira ukoll kumpaniji lejn Malta minħabba l-fatt li t-taxxi ma żdiedux. Jekk inħarsu lejn dawn il-miżuri u l-istrategija – u anke il-fatt li Malta laqgħet bl-iżjed mod effettiv l-imxija tal-COVID-19 – naraw li fl-aħħar mill-aħħar Malta tista’ tkun f’pożizzjoni ta’ vantaġġ “to hit the ground running” u tkun minn ta’ l-ewwel li tħajjar investituri li qed iħarsu fejn l-aħjar li jinvestu l-kapital u l-assi tagħhom. ĠUNJU 2020

FinanceMalta temmen li s-settur tasservizzi finanzjarji huwa kruċjali fil-fażi ta’ rkupru (recovery) u għalhekk qed taħdem mal-imsieħba kollha fil-qasam sabiex dan is-settur ikun mutur importanti ta’ tkabbir ekonomiku.


40

GĦADAAĦJAR

In-negozji żgħar u medji fiċ-ċentru tal-pjan għar-riġenerazzjoni ekonomika

Onor. SILVIO SCHEMBRI Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar

Aktar minn €200 miljun bħala parti mill-pjan ta’ riġenerazzjoni ekonomika se jmorru f’assistenza finanzjarja diretta sabiex in-negozji u s-selfemployed jerġgħu iqumu fuq saqajhom. Biex wasalna hawnhekk, rajna li fil-qalba tal-pjan minnu nnifsu npoġġu lill-intrapriżi żgħar u medji li ħadmu bla qatigħ kemm fi snin ta’ suċċess, kemm fi snin ta’ tbatija billi raw li jkun issalvagwardjat l-impjieg tal-ħaddiema tagħhom u issa li flimkien ħa nimxu dan il-vjaġġ flimkien.

PJAN TA’ RIĠENERAZZJONI EKONOMIKA


41

INSAĦĦU LILL-FAMILJI U LIN-NEGOZJI

Filfatt, in-negozji u s-self-employed se jkunu qed igawdu minn somma rekord medja ta’ €18,000 f’assistenza finanzjarja diretta. Biex nerġgħu naqbdu ritmu, l-ħsieb tagħna bħala Gvern wara l-pjan ta’ riġenerazzjoni kien li ninċentivaw u nnisslu dak is-sens ta’ fiduċja sabiex in-nies terġa’ tibda toħroġ u tkompli tuża s-servizzi t’għadd ta’ negozji Maltin u Għawdxin. L-inċentivi li nhedejna se jgħinu sabiex jiġġeneraw l-ekonomija permezz ta’ żieda fid-domanda għal prodotti u servizzi sabiex il-komunità tan-negozji terġà tkun fuq saqajha. Għaldaqstant qed ninkoraġixxu lin-negozji sabiex jerġgħu jibdew jiftħu, ikunu ta’ servizz fl-istess waqt li l-poplu Malti u Għawdxi ikun qed ikompli bir-rutina tiegħu. Tajjeb li nirrimarka hawnhekk li permezz talmiżuri mħabbra, dawk in-negozji li jiftħu se jgawdu 4 darbiet iktar min-negozju li jiddeċiedi li jibqa’ magħluq.

Inċentivi li jvarjaw minn riorganizzazzjoni tal-operat tagħhom, iħarrġu lill-ħaddiema u jimbuttaw lillhom infushom f’inizjattivi ġodda. Għalhekk, permezz tal-pjan ta’ riġenerazzjoni ekonomika, negozji se jibbenefikaw minn stimolu, biex jerġgħu jesperjenzaw attività ekonomika u jerġgħu jaqbdu triqithom. Qed ninvestu €200,400,000 fin-negozji tagħna b’ miżuri varji li jagħtuhom nifs sabiex jittaffielhom mill-piż u li fuq kollox jingħata dik l-imbuttatura ta’ kuraġġ sabiex dak in-negozju li se jiftaħ igawdi minn :-

• B’investiment ta’ €30,000,000, dawk

X’se nkunu qed nagħtu bħala Gvern? Rajna li tul it-3 xhur tas-sajf, negozji u self-employed jistgħu jibbenefikaw minn somma rekord ta’ €18,000 f’assistenza finanzjarja diretta meta japplikaw għallmiżuri ewlenin mal-Malta Enterprise. Din hija l-ewwel darba li n-negozji u s-selfemployed jistgħu jibbenedikaw minn ammont sostanzjali permezz ta’ inċentivi diretti.

ĠUNJU 2020

in-negozji li gawdew mill-Covid Wage Supplement tul ix-xhur tal-pandemija u issa se jkunu qed jiftħu se jgawdu minn rifużjoni ta’ 50% tal-kont b’rata kummerċjali għax-xhur ta’ Lulju, Awwissu u Settembru Investiment ta’ €5,000,000 li minnhom il-Gvern se jkun qed jagħti lura il-ħlasijiet bħala parti millwaivers tal-liċenzji Ġie estiż sa Settembru il-Covid Wage Supplement b’investiment €91,000,000 li jfisser sosten lil madwar 20,000 azjenda Se nagħtu għajnuna biex negozji jkunu jistgħu jerfgħu il-piż tal-kera u hawn se nallokaw is-somma ta’ €50,000,000 li se jilħaq mal-20,000 negozju


42

GĦADAAĦJAR

Fl-istess waqt qed inħarsu ‘l quddiem għal xenarju ġdid li ġabet magħha l-pandemija li saħansitra allokajna fondi li se jgħinu lin-negozji igawdu minn promozzjoni diġitali kif ukoll li jesploraw swieq ġodda ta’ esportazzjoni. Ħarisna wkoll lejn proġett ambizzjuż li se jixpruna l-industrija ta’ pajjiżna permezz ta’ investiment ta’ €400 miljun li jinkludi l-estensjoni ta’ Life Sciences Park, l-upgrading tal-Kordin Business Incubation Centre u fl-aħħar nett dik li kienet landfill fil-Marsa se tinbidel f’park industrijali ġdid għan-negozji żgħar kif ukoll investiment f’hub loġistiku ġdid. Dan kollu għaliex irridu naraw lin-negozji ħabbrieka tagħna jaħdmu f’ambjent adekwat, li jirrifletti l-ħsieb innovattiv li dejjem mexa bih pajjiżna, il-progress u fuq kollox l-abbilità li jaddatta għal kull ċirkustanza ta’ sfida u li minnha joħrog opportunità.

Irrid nerġa’ nara sens ta’ ottimiżmu filħaddiema tagħna li dejjem kienu bieżla u għamlu sagrifiċċji għal kwalità ta’ ħajja aħjar. Għalhekk ninkoraġixxi negozji u self-employed biex japplikaw ma’ Malta Enterprise għall-iskemi t’għajnuna finanzjarja meta dawn jiftħu u jieħdu vantaġġ mill-għajnuna finanzjarja li qed imbuttata fl-isfond tal-ħsieb tagħna li nibqgħu nissalvagwardjaw lin-negozji, self-employed u ħaddiema tagħna.

PJAN TA’ RIĠENERAZZJONI EKONOMIKA




Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.