Mascot

Page 1

IL-MAGAŻIN UFFIĊJALI TA' MARSASKALA FC

HARĠA NRU. 1 DIĊEMBRU 2014 NEWSPAPER POST

It-Twaqqif ta' Marsaskala FC 8

Il-Futbol u l-Edukazzjoni

Il-futbol jista’ jkun parti integrali fl-iżvilupp tat-tfal 21

Il-Memorji tal-ewwel President ta' Marsaskala FC 5

www.marsaskalafc.com


V.K. Ltd

Plasterer, Decorating and Aluminium Works

ukconstructionltd@gmail.com

Mob: 7742 9462

Sir Paul Boffa Avenue, Paola Tel: 2766 3726 info@toshibamalta.com www.toshibamalta.com


IL-MAGAŻIN UFFIJALI TA' MARSASKALA FC

HARĠA NRU. 1 DIĊEMBRU 2014

WERREJ 5 Il-Memorji tal-ewwel President ta' Marsaskala FC 8 It-Twaqqif ta' Marsaskala FC 10 Ritratti ta' Marsaskala Futbol Tim 17 Kif wasal f'Marsaskala FC 21 Il-Futbol u l-Edukazzjoni 23 Opportunità biex tieħu ħsieb ġidek għal uliedek 25 It-Turiżmu

Pubblikazzjoni maħruġa minn Marsaskala FC u titqassam b'xejn. I-Editur jirringrazzja lil dawk kollha li għenu b'kull mod sabiex din ilpubblikazzjoni setgħet tkun possibli. Ringrazzjament speċjali jmur għal dawk kollha li għoġobhom jirreklamaw f'din il-pubblikazzjoni. Il-Kitba jew opinjoni li tidher fuq il-pubblikazzjoni Maskot mhux neċessarjament tirrifletti l-opinjoni tal-Editur. Il-publikazzjoni Maskot kif ukoll l-Editur mhux responsabbli għal kontenut ta' riklamar. Mascot jirringrazzja lill Borg Steve, Spiteri Daniel u Vella Tracy għall użu tal-fotografija tagħhom. © Maskot 2014 Din il-pubblikazzjoni ma tistax terġa’ tiġi ippubblikat jew imxandra, jew riprodotta fi kwalunkwe forma oħra mingħajr il-permess tal-Editur. Editur Reuben Butigieg Produzzjoni Arthouse Stampar Velprint Ltd. Indirizz Editorjali 113 Paola Road, Tarxien Tel: 2166 1273 Email: rmb@erremme.com.mt Distribuzzjoni Maltapost Plc Biex tirriklama fuq din il-pubblikazzjoni ċempel fuq 2166 1273 jew ibgħat email fuq rmb@erremme.com.mt


ng session

L-ewwel traini

aturi tal-klabb

L-ewwel fund

i - De La Salle

ewwel prov Fil-bidu nett, l-

orters bil-gear

L-ewwel supp

It-Tim, l-ewwel

4

uffiċjali

staÄĄun - 2010

College


Il-Memorji tal-ewwel President Minn Roderick Meilaq u Reuben Buttigieg

Waqt il-logħba Santa Lucija FC kontra Marsaskala FC, l-President fundatur, Daniel Spiteri, kellimna fid-dettall fuq l-esperjenzi tiegħu f’dan il-klabb, rakkont li juri kemm saret ħidma għal Wied il-Għajn. Daniel Spiteri spjega li qabel ġie elett fil-Kunsill ta’ M’skala, ġie avviċinat mill-Partit Laburista biex jara kienx interessat joħroġ għallelezzjoni u liema suġġetti kienu jinterressawh l-aktar. Peress li Daniel hu għalliem ħasbu li kien se jagħżel l-edukazzjoni. “Iżda għidtilhom li jogħgobni l-edukazzjoni però nippreferi xi ħaġa marbuta maż-żgħażagħ. Jien għalliem u nara ħafna żgħażagħ li kont ngħallem jitlajjaw barra u m’ humiex okkupati f’attivitajiet. Fl-istess ħin jien dilettant tal-futbol u naf x’problema għandhom iż-żgħażagħ ta’ M’skala fejn tidħol din id-dixxiplina sportiva. Għalhekk ippreferejt nieħu l-isports u bdejt naħdem inkwantu ta’ attivitajiet għażżgħażagħ specjalment sportivi”. Kompla jirrakkonta b’sodisfazzjon kbir u b’emozzjoni li dehret ċara f’għajnejh: “Għall-bidu ma kellix ħsieb għal klabb tal-futbol, sempliċiment xtaqt li nżomm dawn iz-żgħażagħ okkupati b’attivitajiet sportivi. Imbagħad bdejt ngħid tmenin fil-mija tal-isports hu prattikament futbol u għidt mela jekk se nagħmel xi ħaġa nibda bil-futbol, nibda b’ xi ħaġa li faċilment tattira nies lejha. Sadanittant tlajt fil-kunsill u l-ewwel ħaġa li għamilt qabel ma ħadna l-ġurament kien li ċempilt lil Pierre Brincat, il-kowċ nazzjonali tan-nisa, li inzerta ħabib tiegħi ukoll, u għidtlu: ‘Nixtieq norganiżża tim ta’ tfal’, iddiskors hekk kien. Għidtlu: ‘X’tahseb li għandna bzonn’. Qalli: ‘Għandek bzonn klabb, grawnd imqar, coaches u t-tfal. Imbagħad għall-gears aħseb wara’. U tellajtu fil-grawnd tal-iskola u għidtlu: ‘X’tahseb jekk nibdew hawnhekk?’ u qalli: ‘Hawnhekk Marsaskala FC Pubblikazzjoni Uffiċjali - Nru. 1 - Diċembru 2014

ta' Marsaskala FC

għandek tibda tajjeb’. U bdejna naħdmu f’dik id-direzzjoni. Għamilt laqgħa mal-KMS dik il-ġimgħa stess; kienet propju l-ewwel ġimgħa tiegħi bħala kunsillier. Tkellimt ma’ Joe Cassar li kien anke uffiċjal tal-Youth FA u tlabtu biex jagħtina l-grawnd tal-iskola. Dak iż-żmien kont għamilt it-talba f’isem il-kunsill għax lanqas kien għadu beda l-ħsieb tal-klabb. U bdejt naħseb, kelli nies jgħinuni, kelli lil missieri fl-isfond, peress li kien fl-MFA ma setgħax jinvolvi ruħu fit-tim ta’ Marsaskala. Kelli lil Pierre, li beda jagħtini ħafna pariri u bdejna naħdmu. Għamilna talba formali għall-grawnd tal-iskola u bdejt nara x’jirrekjedi bħala liċenzji, permessi u affarijiet oħra relatati, għax jien qatt ma kont involut f’amministrazzjoni ta’ dan it-tip. Wara li x-xogħol relatat mal-grawnd kien qabad ritmu ġmielu, Pierre sab l-opportunità li jlaqqagħni ma’ Joe Micallef li dak iż-żmien kien jokkupa l-kariga ta’ Viċi-President tal-Youth FA. Matul din il-lagħqa Joe spjegalna li stajna nirreġistraw l-għaqda tagħna taħt żewġ kategoriji, jew noħolqu Associate Membership u b’ hekk in-nursery tkun qisa sussidjarja tal-Kunsill Lokali jew inkella stajtna nirreġistraw Klabb tal-Futbol u n-nursery tkun tifforma parti mill-klabb. Il-problema kienet li jekk tirregistra bħala Associate Membership ma tkunx tista’ tikkompeti fil-leagues tal-Youths FA. U kien hawnhekk li bdejt nintebah li l-aħjar għazla kienet li nifforma klabb kif suppost. Malli bdejt nahseb għall-klabb within senior team, tfaccaw zewg żgħażagħ minn Marsaskala stess. Sirt nafhom kumbinazzjoni fuq Facebook, certu Stephen Bell u James Borg. Dawn riedu jagħmlu tim, ma kellhomx ħsibijiet ta’ xi klabb. Dawn riedu jagħqdu tim għal Marsaskala biss. Avviċinajthom, u bdejna naħdmu flimkien, aħna t-tlieta. U bdejna naħdmu u konna avanzajna mhux ħażin. Konna wasalna biex ħriġna xi avviżi fuq l-gażżetti u fuq Facebook, kellna at one point in time erbgħin

plejer jittrejnjaw magħna u kellna coach Ingliż. Konna nikru d-De La Salle biex nittrenjaw hemm. Dak iż-żmien lanqas flokkijiet uffiċjali ma kellna. Ix-xogħol kompla jikber u aħna t-tlieta biss, ma bdejniex inlaħħqu. Għamilna kumitat proviżorju, magħna daħlu John Gauci, Joe Micallef l-eks president tal-banda, Joe Farrugia, reġa’ daħal missieri, li kien l-iktar wieħed li kellu esperjenza fuq klabbs tal-futbol, it-tabib Teebi, Tony Zahra li kien Surmast talbanda ta’ Marsaskala u eks plejer ta’ Valletta, konna madwar disgħa b’ kollox. Għamilna x-xogħol relatat mal-grawnd kollu, u wasalna biex nirreġistraw ruħna mal-MFA. Għamilna laqgħa, konna niltaqgħu d-Driftwood Bar quddiem it-Torri ta’ San Tumas, imbagħad bdejna niltaqgħu l-klinika Del Benessere. Konna wasalna fi stadju li qed infittxu supplier u nirreġistraw ruħna malMFA. Irregistrajna. Kellna laqgħa ma’ Joe Micallef, ġew dawn għamlulna laqgħa, raw li konna organiżżati għal dak kollu li tirrikjedi l-MFA, l-paperwork kien lest, u l-MFA aċċettatna li nirreġistraw bħala klabb. Malli aċċettawna bħala klabb bdejna niltaqgħu ma’ ostakli ġodda. Kien hemm negozjant, mill-Ħamrun u dan malli sema’ li konna qed iffurmajna dan il-klabb ried jieħu over tal-kumitat u jmexxi bin-nies tiegħu. Konna morna niltaqgħu miegħu jien u Joe Farrugia, u qallilna l-kundizzjonijiet tiegħu x’kienu. Aħna ovvjament ma qbilniex ma’ dak li qiegħed jipproponi. L-ewwel kowċ uffiċjali ta’ Marsakala FC, kien is-Sur Austin Grimand. Bdejna nittrenjaw, dak iż-żmien kien itini daqqa t’id ukoll Freddie Camilleri, li kien jieħu ħsieb il-grawnd talPietà, kien jgħin ħafna. Konna qed nittrenjaw Ħal Kirkop, il-grawnd taliskola u bdejna l-istaġun. L-istaġun meta beda ma bdejniex ħażin. Bil-mod il-mod it-tim beda jinbena,

5


JANUARY SALE DISCOUNT

ON ALL ITEMS

ORDERED DURING THIS MONTH

Arcade Street, Paola Tel: 2011 7900 www.banjuboutique.com facebook.com/BanjuBoutiqueLtd

JOB OPPORTUNITY PAINT WORKS LIMITED is a specialised

Company involved in ship repair (including refurbishment and redecoration) ship building, maintenance and conversions. We currently require services of experienced staff as:

CRANE OPERATOR SANDBLASTER SPRAY PAINTER DUTIES: Operating a stationary crane to lift, move, position and reposition loads. Prepping of metal surfaces of marine vessels, abrading surfaces of metal to remove scale, grease, rust and dirt in order to prepare surfaces for painting. Being responsible to spray wrought iron works and steel structures. REQUIREMENTS: Previous experience in crane operations, sandblasting or air-pressuring. Ability to communicate in English and preferably Italian.

Apply by sending your CV to: administrator@painworksmalta.com or by post to: Pain Works Ltd, 113 Triq Paola, Tarxien TXN1807


Ikompli: Il-Memorji tal-ewwel President ta' Marsaskala FC imma dejjem kellna l-problema peress li kellna nfittxu t-tim fis-sajf, dejjem konna batuti fejn jidħol it-tim u l-plejers. F’daqqa waħda Austin Grimand beda qisu jiddejjaq, kellna ħafna plejers ġejjin u sejrin u qisu qatt ma kellna plejers ta’ veru u ried jieqaf. U aħna ġejna bi problema għax għidna jekk jitlaq hu, konna se nispiċċaw mingħajr kowċ. Bħala direttur tekniku ma setgħax jissejjaħ Kowċ minħabba li dak iż-żmien ma kellux il-liċenzja. Ħtarna wieħed mill-plejers tagħna stess, lil Robert Plumpton u sibna kowċ li kien għadu kif laħaq dak iżżmien, Renzo Chercumbo. U mxejna mhux ħażin. Spiċċa l-ewwel staġun, irbaħna il-fairplay tat-3 Diviżjoni, overall fil-klassifika tal-MFA gejna ittielet, jiġifieri premier, 1st, 2nd u 3rd, u dak l-istaġun spiċċa b’wiċċ il-ġid. It-tieni sena matul is-sajf, sadattant bdejt naħdem bis-sħiħ għall-Youth Nursery u malli spiċċa l-istaġun, għamilna skola tal-futbol għat-tfal. Alfred Camilleri ta’ min jinżagħlu l-kappell, għaliex għamel biċċa xogħol kbira, irnexxielu jorganiżża l-iskola tal-futbol mill-qiegħ tista’ tgħid u daħħalna xi tmenin tifel u tifla fiha din. Kellna Head Coach lil Freddie Saliba, eżatti qabel ma’ mar l-Ingilterra li illum jinsab kowċ fl-Ingilterra. Miegħu kellna lil Omar Farrugia, li kien jokkupa l-pożizzjoni ta’ Assistant Head Coach. Imbagħad prattikament, ħa n-nursery over hu wkoll. Kellna lil Andrew u Patrick Massa, ħadulna ħsieb iż-żgħar. It-tieni sena bdejna x-xogħol fuq żewġ binarji, dik is-sena ma tantx stajt insegwi it-tim tal-kbar, is-senior team għax imbagħad meta spiċċa issajf, f’Settembru ridt nibda mill-ewwel bin-Nursery. Kellna momentum tajjeb mill-iskola tal-futbol, tmenin tifel u tifla hekk f’xahar, meta tqabbel ma’ nurseries oħra. Konna qed niksbu fama tajba ħafna. Bdejna norganiżżaw anke attivitajiet soċjali, allura jien kont iffukajt aktar fuq innursery. It-tim tal-kbar waqa’ aktar f’idejn is-segretarju tal-klabb dak iż-żmien kien Jesmond Mugliett, f’idejn il-PRO Joe Farrugia, Johnny, li il-finanzi kienu f’idejh, il-kits kienu f’idejh, prattikament ma kienx jitlef training session waħda. Meta bdiet Marsaskala FC Pubblikazzjoni Uffiċjali - Nru. 1 - Diċembru 2014

in-nursery kif għidtlek waqajt ftit lura mit-tim tal-kbar, u waqa’ kollox fuq spallejh. It-tieni kowċ tagħna kien, Brian Testaferrata. Però bdejna ħażin ħafna. L-ewwel logħba rbaħniha technical win kienet, logħba kontra ix-Xgħajra jidhirli, rebhulna 5-1 imma lagħbu plejer li suppost kien eskluż, jigifieri irbaħna bi protest. Però imbagħad it-tieni logħba tlifniha, ma deherlix li konna se nirbħu, żgur, allura ridna naraw x’se nagħmlu. L-ewwel mossa li għamilna kienet li kont avviċinajt lil Joe Cutajar, il-Kowċ tal-goalers u ħajjartu biex jiġi jgħin fit-taħriġ tal-goalers kemm malkbar u kif ukoll man-Nursery. Dan aċċetta mill-ewwel. Kien jagħmel tlett sessions, waħda man-Nursery, tnejn mas-Senior Team u kien jiġi l-logħba tal-League. Ftit wara ġibna lil Alan jikkowċja ukoll, jiġifieri f’dik is-sena kellna prattikament tlett coaches. L-andament mar aħjar, fil-fatt dik is-sena spiċċajna it-tmien post filklassifika tal-kbar, in-Nursery peress li kienet l-ewwel sena tagħha ma setgħetx tikkompeti. Però in-Nursery marret tajjeb, irbaħna t-tournament tal-Kottonera. Konna ġejna runnersup fit-tournament ta’ Ħal Għaxaq. It-tournament tax-Xgħajra morna xi tnejn u rbaħnihom. L-Under 15s biss biss lagħbu kontra l-Melita u tajnihom erbgħa u tidwira kif jgħidu, jigifieri konna sejrin tajjeb. Bħala tfal kellna mal-mija u għoxrin. Kellna l-age groups kollha sal-15. Coaches kellna, anzi tant konna sejrin tajjeb bil-coaches talli at one point in time biddilna l-coaches xi darbtejn għax ma għogbitniex is-sistema. Konna norganiżżaw ħafna attivitajiet, tombli, pizza nigħts, pasta nigħts, Halloween parties, kollox lanqas naf x’ma organniżżajniex. Konna organiżżajna tournament fil-Milied b’risq l-Istrina u konna ġbarna madwar EUR300. Konna għamilna tournament ieħor għal żmien l-Easter, bħala fundraising għall-klabb. Imbagħad gejt fi stat li ma stajtx noqgħod aktat il-President ta’ Marsaskala FC, l-ewwel ħaġa jien kont kunsillier responsabbli millisports u ridt niddedika ruhi għal kollox mhux għal futbol biss. It-tieni nett biex tkun president tal-klabb tal-futbol, trid ħafna flus għalih, u trid tiddedika ħafna hin li jien ma kellix u għalhekk kont ipproponejt lil Dr.

Reuben Debono biex jidħol għallbiċċa xogħol u kien aċċetta. Konna ltqajna miegħu jien u Johnny Gauci u spjegajnielu l-qagħda finanzjarja, x’inhuma l-ispejjeż insomma. U kien ġie by elected fil-kumitat, imma kien membru biss, allura ridt li hu jkun jaf anke fejn tidħol in-nursery, u aċċetta. U l-laqgħa ġenerali ta’ wara jien ħabbart illi jien ma ridtx nerġa’ nikkontesta bħala president, u li minflok kellu jinħatar president ġdid. Dik is-sena inqala’ ftit inkwiet, ftit diżgwid intern ukoll għax mhux il-kumitat kollu kien intiż fuq innursery, allura ovvjament qamu xi ftit batti bekki, baqgħu ġejjin fit-tul u jien iddeċidejt li nwarrab millkumitat kompletament għax kien qed jeħduli wisq enerġija. Però xorta bqajt nsegwi l-klabb, għaliex il-klabb wara kollox kien qisu t-tarbija tiegħi. Missier jibqa’ jsegwi lil uliedu jikbru kemm jikbru. U kont niġi nara l-logħob, u spiċċajt kont nieħu r-ritratti tal-logħob. Għandi fil-fatt fuq il-Facebook tiegħi mimli ritratti tal-logħob, naħseb ta’ kull logħba li lagħab il-klabb ta’ Marsaskala. Reuben ġieli kien iċempilli iktar għall-opinjoni oġġettiva minbarra milli ħaġ’oħra għax Reuben għandu l-esperjenza tiegħu tal-futbol u ma kellux bżonn lili biex ngħidlu x’jagħmel. Imma kultant kien ikun hemm xi sitwazzjonijiet, inti taf x' jiġifieri, dejjem ġejjin u imbagħad qisek tkun trid xi opinjoni ta’ xi ħadd. U prattikament l-istorja kienet dik. Issa fil-fatt din is-sena nbidel ilkumitat għal kollox u bil-mod il-mod qisni erġajt għal kemm at a distance għax illum ‘l ġurnata għandi affarijiet oħra u ma nistax ninvolvi ruħu b’dak il-mod, xorta bqajt nagħti id-daqqa t’id tiegħi. X’messaġġ tagħti lill-kunsill preżenti u kunsilli futuri? Jien il-klabb dejjem l-istess parir tajtu, ma tantx ġie segwit il-parir tiegħi, u nista’ nifhem għaliex, però jien il-parir tiegħi huwa li kull tarbija l-ewwel trid titgħallem timxi mbeqq u imbagħad tqum timxi u fl-aħħar tkun kapaċi titlaq tiġri. U li tmur tajjeb wisq jaf jagħmel ħsara iktar milli ddum ħafna biex tmur tajjeb, għax imbagħad once li inti għandek ċertu ritmu ma tistax taffordja li tnaqqsu dak ir-ritmu għax kif nafu Il-futbol huwa ambjent kattiv”.

7


It-Twaqqif ta' Marsaskala FC Minn Joseph Farrugia – Wieħed mill-fundaturi tal-klabb josephfarruagia19@yahoo.com

Nirringrazzja lill-istaff editorjali ta’ dan il-magażine li bħala wieħed mill-fundaturi ta’ Marsaskala FC talabni nikteb dan l-artiklu dwar ittwaqqif tal-klabb. Filwaqt li nawgura lill-istaff editorjali suċċess f’din l-inizjattiva li għandha żżomm kuntatt mar-residenti Skalin, nirringrazzja u nawgura wkoll lill-kumitat il-ġdid ta’ Marsaskala FC li jkompli jkattar l-imħabba u l-iżvilupp lejn il-klabb u l-isport tal-football f’Wied il-Għajn. Kien fl-2009 meta kont qed inqalleb ftit Facebook u sibt sit b’arma, b’ajkla tiddomina, li tixbah ħafna lil dik ta’ Lazio bi kliem taħtha biex jitwaqqaf klabb tal-football f’Marsaskala. Irnexxieli nagħmel kuntatt ma’ min għamel din il-post. Kont iltqajt ma’ Steve Bell u James Borg għand Grabiel Restaurant. Dak iż-żmien kont naħdem bħala ġurnalist sportiv, għax illum qed nirrapporta ġrajjiet kurrenti, u wara li spjegawli x-xewqa tagħhom, wegħedthom l-għajnuna tiegħi anke minħabba l-kuntatti li kelli. Qaluli wkoll li kienu ltaqgħu wkoll mal-kunsillier Daniel Spiteri, responsabbli mill-isport, dwar din ixxewqa. Ftehmt magħhom li l-laqgħa li jmiss mal-kunsillier nattendi. U hekk kien. Kienet il-ġurnata tal-Erbgħa u ltqajna fl-uffiċċju tal-Kunsill Lokali. Dik il-laqgħa konna erbgħa minn nies, Spiteri, Bell, Borg u jien. Niftakar li l-ewwel diskors li għidtilhom kien: “Għandna bżonn iktar riżorsi, kemm nies kif ukoll finanzi. Klabb huwa impenjattiv issena kollha u staġun twil 12-il xahar ukoll speċjalment aħna bħala klabb li ma kellniex plejers tagħna.” Imma dakinhar nista’ ngħid li kien il-bidu biex titwettaq din il-ħolma għax ħriġna minn hemm determinati u kull wieħed minnha impenjat b’xi ħaġa biex fil-laqgħa li jmiss nirrapportaw il-progress li kien qed isir. Jiżdied ir-ritmu In-numru ta’ nies beda jiżdied u l-kuntatti mal-MFA biex jitwaqqaf

8

il-klabb qabdu ritmu sew ukoll. L-ewwel laqgħat bdew isiru fl-uffiċċju tal-Kunsill Lokali u wara ġie deċiż li nibdew niltaqgħu fis-sala ta’ fuq talbar and restaurant, Wood Drift. Minn dakinhar b’mod gradwali bdejna nżidu fin-numru wkoll u ngħaqdu f’din l-inizjattiva, Joe Micallef, John Andrew Gauci, Albert Spiteri, it-tabib Zaid Teebi u Anthony Zahra filwaqt li kien hemm min offra l-għajnuna tiegħu billi joffri xi pariri jew linji gwida fejn meħtieġ bħal Wallace Casingena li dak iż-żmien kien involut fit-tmexxija tal-każin tal-banda tal-lokal. Maż-żmien fuq inizjattiva tat-Tabib Teebi, li huwa l-viċi president anzjan tal-klabb u anke t-tabib tat-tim tagħna, kien organiżża biex nibdew niltaqgħu wkoll fil-Clinica del Benessere fejn f’dan il-post kienet saret ukoll il-laqgħa mal-uffiċjali tal-MFA li kienu ġew jispezzjonaw it-tmexxija qabel ingħatat l-approvazzjoni tat-twaqqif tal-klabb. Irrid insemmi wkoll li kien hemm każi fejn iltqajna wkoll fl-uffiċċju tal-Kunsill Lokali bl-appoġġ kontinwu tas-Sindku Mario Calleja. Il-laqgħat kienu jkunu pożittivi b’diversi suggerimenti kif se nimxu ’l quddiem. Kienu laqgħat impenjattivi u regolari minħabba l-impenn qawwi biex mix-xejn inkunu nistgħu nikkompetu.

Wieħed irid iżomm f’moħħu li l-klabb inbena mix-xejn. U rrid ngħid ukoll li l-għan ewlieni kien li nwaqqfu n-nursery imma ried bilfors ikollna t-tim talkbar. Ċertu deċiżjonijiet ma kinux facli speċjalment meta r-riżorsi finanzjarji kienu skarsi ħafna. Iżda qatt ma qtajna qalbna u minbarra l-ħolqien

tat-timijiet, bdejna ħidma u kuntatti mal-KMS biex nibdew nagħmlu użu mill-grawnd tal-iskola. Matul il-process tat-twaqqif talklabb minhabba certu cirkostanzi kif evolvew ġie deċiż li jkun aħjar jekk jitwaqqaf kumitat tal-fundaturi u dan biex jissalvgwardja l-aħjar interess tal-klabb. Inkiteb ukoll l-istatut tal-klabb u anke l-emblema. Hawnhekk ma nistax ma nsemmix u ma nirringrazzjax lill-Onoroveli Owen Bonnici li grazzi għall-professjoni tiegħu ta’ avukat dejjem assista lill-klabb fejn jidhlu materji legali u ta pariri siewja biex inkunu konformi fir-regolamentazzjoni tagħna. Matul is-sajf tal-2010 meta l-membri tal-kumitat tal-fundaturi avvanza fix-xogħol u anke kien applika mal-MFA biex jiddebutta fit-Tielet Divizjoni ta’ dak l-istaġun, uffiċjali mill-MFA, immexxija mill-viċi president anzjan ta’ dak iż-żmien Carmelo Bartolo, gew jiddiskutu malmembri tal-kumitat biex jassessjaw u jikkonfermaw li verament aħna ppreparati biex inwaqqfu klabb ġdid fi hdanhom u nistgħu nikkompetu. U l-approvazzjoni ġiet għax f’Gunju tal-2010 bħal kull klabb iehor affiljat mal-MFA ridna norganiżżaw l-ewwel Laqgħa Generali. Il-membri tal-ewwel kumitat kienu l-istess tal-fundaturi li gejna accettati anke mill-MFA bħala l-ewwel kumitat imma dejjem irid ikun hemm l-approvazzjoni tal-Laqgħa Generali. Il-membri fundaturi ftehmna bejnietna l-karigi tal-kumitat għax għal ħafna minna ma kenitx tgħodd il-kariga imma l-aħjar interess tal-klabb. Iktar tard beda jifforma parti mill-kumitat ukoll Jesmond Mugliett. L-ewwel kumitat kien kompost minn dawn il-persuni: Daniel Spiteri, Joseph Farrugia, John Andrew Gauci, Dr Zaid Teebi, Jesmond Mugliett, Anthony Zahra, Albert Spiteri, Joe Micallef.


Id-debutt Minkejja li f’moħħna dejjem kellna t-twaqqif tan-nursery, ma stajniex nikkonċentraw fuq ħafna affarijiet f’daqqa. Għalhekk xħetna l-isforzi tagħna li jitwaqqaf il-klabb billi jkollna t-tim tal-kbar u kumitat approvat. Għalhekk għamilna sejha għal dawk il-plejers li jixtiequ jilagħbu magħna. Tifhmu li l-mod kif żviluppa l-futbol u anke minħabba li konna klabb ġdid mingħajr faċilitajiet, ma kenitx sitwazzjoni faċli. Iżda s-sejħa intlaqgħet tajjeb ħafna u numru mhux ħazin ta’ plejers kitbu biex jiġu jipprovaw mal-klabb imlietna iktar bil-kuraġġ. L-ewwel provi saru fil-grawnds tal-iskola De La Salle taħt is-supervizjoni tal-kowċ Ingliz, Dawson. Sakemm ġejna biex niddebuttaw kellna bidla fil-kowċ meta t-tim ġie fdat f’idejn Ingliz ieħor, Grimaund. Ittaħrig beda jsir imbagħad fil-grawnd tal-iskola kif ukoll fil-Kumpless ta’ San Benedittu f’Ħal Kirkop grazzi għal skema ta’ għajnuniet mill-KMS permezz tal-faċilitajiet fl-iskejjel u postijiet oħra. It-tim iddebutta mal-MFA taħt it-tmexxija tal-kowċ Grimaund fil-kompetizzjoni tan-Knock-Out. Lgħabna fi Grupp 5 u għalkemm tlifna t-tliet logħbiet tagħna kienu nkoraġġanti u tawna iktar idea biex inħejju għall-kampjonat, li kien maqsum f’żewġ sezzjonijiet A u B. Aħna tlajna biex nilagħbu f’Sezzjoni A tat-Tielet Divizjoni. L-ewwel logħba tal-kampjonat fitTielet Divizjoni kienet nhar id-29 ta’ Settembru kontra Mdina Knigħts fejn tlifna bl-iskor ta’ 4-0. Wara l-logħba kontra Swieqi fid-19 ta’ Ottubru 2010, il-kowċ Grimaund ma kompliex filkariga u minflok inħatar bħala playercoach, Robert Plumpton. L-ewwel rebħa waslet kontra Xgħajra Tornadoes fit-28 ta’ Jannar bl-iskor ta’ 4-0. Fl-ewwel staġun irnexxielna nevitaw l-aħħar post u għalhekk ma kellniex għalfejn nerġgħu napplikaw biex nikkompetu fl-istaġun ta’ wara. Minn 20 logħba, irbaħna tlieta, spiċċajna tlieta oħra fi draw u tlifna 14. Ksibna total ta’ 12-il punt u spiċċajna quddiem Qrendi FC li rebħu tmien punti. Ta’ min wieħed jirrimarka li minkejja Marsaskala FC Pubblikazzjoni Uffiċjali - Nru. 1 - Diċembru 2014

li konna ġodda fi ħdan l-MFA, irnexxielna nirbħu r-rispett. Ibbażajna l-ħidma tagħna fuq serjetà u professjonalità u dan kien ġie nnotat mill-ewwel. Fl-ewwel staġun tagħna irbaħna wkoll il-Fair Play Award. In-nursery Sena wara d-debutt tagħna ġie deċiż li nwaqqfu n-nursery. Għalhekk fissajf tal-2011 ġiet organiżżata skola sajf immexxija minn Alfred Camilleri u kienet il-bażi biex nibdew nattiraw lit-tfal li ħafna minnhom u oħrajn ġodda mbagħad bdew jipparteċipaw fin-nursery tal-klabb li twaqqfet dik is-sena stess. Bħal meta waqqafna l-klabb, it-twaqqif tan-nursery ukoll kellu bżonn ħafna ħidma, laqgħat u fuq kollox impenn. L-isforz kien kbir ukoll għall-fatt li l-istess membri tal-kumitat kellna mmexxu wkoll innursery. Hawnhekk irrid insemmi żewġ persuni ġodda fi ħdan il-kumitat. InNutar Reuben Debono li fis-sentejn ta’ wara ha l-presidenza tal-klabb u taħtu l-klabb ħa dimensjoni oħra u anke rbaħna l-promozzjoni għat-Tieni Diviżjoni, u Edward Debono li flaħħar sentejn refa’ ħafna mill-piż tattmexxija tan-nursery. Insemmi wkoll lil Sandro Vella li wkoll beda jagħti daqqa t’id lil Edward fin-nursery u lil John Andrew Gauci bħala assistant kit manager u llum huwa wkoll issegretarju tal-klabb. Minkejja li għadna fl-infanzja tagħna bħala klabb, in-numru ta’ tfal finnursery huwa wieħed inkoraġġanti għalkemm l-appell lejn ir-residenti Skalin huwa biex din in-nursery tkun dik naturali għal uliedhom la darba qed joqogħdu fil-lokal tagħna. Grawnd b’haxix artificjali Il-kumitati ta’ Marsaskala FC dejjem kellhom relazzjoni tajba u gawdew

ir-rispett, mill-MFA u istituzzjonijiet oħrajn. Fl-2010 meta twaqqaf ilklabb kien hemm l-elezzjonijiet għall-uffiċjali tal-MFA. Kemm l-amministrazzjoni mmexxija millPresident Dr Joe Mifsud, li tawna linji gwida u għajnuna kbira biex jitwaqqaf il-klabb, kif ukoll dik ġdida li nħatret immexxija minn Norman Darmanin Demajo bħala President u Bjorn Vassallo bħala Kap Eżekuttiv, u t-tnejn wiegħdu l-għajnuna tagħhom fil-faċilitajiet tal-klabb la darba jkollu l-grawnd tiegħu. Wara li nħatret l-amministrazzjoni l-ġdida, żaret il-grawnd tal-iskola u minn art talkonkos saret art b’ħaxix artifiċjali. Nirringrazzja wkoll lill-KMS għallapprovazzjoni f’qasir żmien biex wara l-ħin tal-iskola, il-grawnd jintuża millklabb u n-nursery tagħna. Għall-iffirmar tal-kuntratt mal-KMS kienu attendew f’isem il-kumitat Daniel Spiteri, John Andrew Gauci u Joseph Farrugia. L-għan dejjem jibqa’ li l-klabb ikollu grawnd full size u faċilitajiet aħjar. Il-ħidma biex Marsaskala FC jkollna l-grawnd tagħna bħal ħaddieħor ma naqset qatt u nawgura lill-kumitat il-ġdid li kompla b’din il-ħidma li jirnexxielu f’dan l-għan wara li l-Gvern ħabbar li se jiddiskuti dwar ilpossibbiltà li l-faċilitajiet isiru fl-inħawi tal-Park tal-Familja. Appell Finalment nagħlaq bl-appell li dejjem sħaqt fuqu. Nappella lir-residenti biex jappoġġjaw lill-klabb kull meta jkun hemm bżonn f’kull aspett. Il-lokal tagħna huwa kbir u jgħixu madwar 10,000 persuna. Iżda minn kemm ilu mwaqqaf il-klabb n-numru ta’ persuni li resqu ’l quddiem ma kienx dak mixtieq u ċertament għall-isforzi li jitwettqu, l-apprezzament għandu jkun ikbar.

9


C F A L A K S MARSA


jazzjoni

Serata ta' prem

s President

-kumitat lil ek

tata mill Tifkira ippreżen

arji

bħa m jiċċelebra re

Brijju mill-partit

It-Ti

a 28-01-2011 L-ewwel rebħ jra 4 - 0 vs Xgħa

Poster

i tat-Tim 2012

Preżentazzjon

aurice Debono Rebbieħa tal-M 3 urnament 201 Pre Season To


12


Marsaskala FC Pubblikazzjoni Uffiċjali - Nru. 1 - Diċembru 2014

13


Keith Dimech

Bruce Debattis

Adrian Farrugia

Alex Gauchi

Claudio Pace

Joseph Onouju

mmut

John Lewis Sa

Juan Galdes

Jonah Vella

MARSASKALA FC

ta

Vesco Petrovic

Dennis Synik

14

Reserve Goaler

Goaler

Kowċ


Kenneth Mifsud

PLAYERS

EA

Justin Zammit

Luca Nagiah

i

Matthew Scerr

Marsaskala FC Pubblikazzjoni Uffiċjali - Nru. 1 - Diċembru 2014

allus

Luca Lorenzo C

Marjos Muscat

Mark Spiteri

Melchior Grech

Nicky Bezzina

Renard Cassar

Steve Buhagiar 15


MEN - WOMEN - CHILDREN Triq il-Bwar, Ħal-Għaxaq Tel: 2167 8050 / 2767 8050 Mob: 7946 5327 (Go Mobile) 99995327 (Vodafone) 7746 5327 (Melita)

Triq it-Tumbarellu, Għaxaq Tel: 27034296 Mob: 77995325

E-Mail: jbrownrigg12474@hotmail.com Facebook: Jbrownrigg Appliances & more


T L A S A W F I K

C F A L A K S F’MARSA Minn Reuben

Fil-fatt kemm fiż-żmien l-iskola u kif ukoll meta kont abbati kont dejjem attiv f’din il-logħba. Jiena kont immur skola il-Kulleġġ De La Salle u l-Brothers dejjem emmnu fl-isport partikolarment fil-futbol. Naqbel magħhom li l-isport jista’ jkun meżż ta’ edukazzjoni apparti ta’ eżercizzju fiżiku li jkollu ħafna effetti fuq ilpersonalita` tal-persuna anke mill-lat soċjali. Dan ovvjament jekk wieħed jippjanah sew u jekk jikkontrolla l-entużjażmu li jista’ wieħed jidħol fih

Ta’ Wara l–knisja. Nibdet pika sabiħa ġo Ħal Tarxien fuq il-futbol u għal xi snin kien hemm attività mhux ħażin. Minn dawn it-timijiet ħarġu diversi talenti li ‘l quddiem lagħbu fil-premier u anke fit-tim nazzjonali.

b’din il-logħba. Illum naprezza ħafna aktar dak li kienu jippruvaw jagħmlu l-brothers magħna f’dan is-sens.

il-mod f’ dan il-perjodu kruċjali filħajja ta’ bniedem minħabba l-istudju bdejna nisparixxu wieħed wieħed. Kien wasal iż-żmien fejn ħajjitna sejħitilna għall-affarijiet oħra. Għidna saħħa għall-ħolm ta’ tfulija li nwasslu dan it-tim fl-Ewropa.

Il-futbol huwa sport li tani ħafna. Min tfuliti kont norganiżża affarijiet fosthom organiżżajt tournaments tal-futbol sa minn meta kelli għaxar snin. Uħud minnhom kienu propju fit-toroq jew ġo xi sqaq jew għalqa għax ma kellnix fejn isiru. Meta kelli xi 11-il sena kont għaqqadt tim li semmejnieh Tarxien Rovers. L-objettiv tagħna kien li xi darba nirreġistraw mal-MFA. Wara t-Tarxien Rovers bdew jitwieldu diversi timijiet oħra ġo Ħal Tarxien fosthom Tigers, Azzurri, Goals Busters, Tal-Bandli u Marsaskala FC Pubblikazzjoni Uffiċjali - Nru. 1 - Diċembru 2014

ident

Buttigieg – Pres

Meta għalaqt ħmistax-il sena beda jidher ċar li l-ħolma tagħna li nkomplu biex nirreġistraw mal-MFA ma kinitx ser isseħħ minħabba li diversi minna kellhom ħafna impenji kemm ta’ studju u kif ukoll ta’ xogħol. Bil-mod

Xtaqt nibqa’ attiv fil-futbol u għaldaqstant kont iddeċidejt li nikkontribwixxi billi nsir referee. Hekk għamilt u wara l-kors u l-eżami bdejna l-attività ta’ referee. Għalkemm irnexxieli nlaħħaq maliskola bdejt xorta nsibha diffiċili f’terminu ta’ ħin meta bdejt naħdem u nistudja. Ma kellix ħin biżżejjed u għaldaqstant wara sentejn kelli nħalli

“Il-logħba talfutbol hija waħda li f’div ersi mumenti ta’ ħajti akku mpanjajtni.”

din il-professjoni kontra qalbi. Anke din il-professjoni għallmitni ħafna għax ġejt iffaċċjat b’affarijiet tal-età żgħira ta’ sittax-il sena. Dak iż-żmien kont l-iżgħar referee li kien hawn u li kien qatt sar ta’ dik l-età. Ovvjament kienet esperjenza bid-diffikultajiet ukoll anke minħabba l-isfidi li kien għaddej minnhom il-futbol Malti dak iż-żmien. Illum jidher li l-futbol u l-isports huma aktar rikonoxxuti parti mill-

edukazzjoni u għaldaqstant nħeġġeġ lil kulħadd isib bilanċ bejn l-isports u l-istudju. Sfortunatament Malta tilfet ħafna talenti minħabba dan innuqqas ta’ bilanċ. Għal snin twal il-futbol ma baqax parti minn ħajti apparti li nsegwi xi logħba fuq it-television darba kultant. Ħabta u sabta kien kellimni Matthew Carbone li kien qed jagħmel xi xogħol għall-Furjana FC u kien laqqagħni ma’ Dione Borg li ukoll kien qed jaħdem fl-istess klabb. Attendejt xi ftit laqgħat fil-proċess ta’ bidla li kien qed jiġi pjanat. Iżda kien jidher ċar li jien ma kontx fil-pjan tal-President ta’ dak iż-żmien u għaldaqstant warrabt

17


Turnkey Services

Alca Services Limited - 113 Paola Road, Tarxien - Email: accounts@alcamalta.com

GR Grabiel A BIEL E S T. 1 9 5 3

Grabiel Restaurant

1, Mifsud Bonnici Square, Marsascala Telephone: 21 634 194 / 21 636 368 Website: www.grabiel.eu

For all your hardware needs House Holds, Building & Plastering Material, Paints, Key Cutting, Ladders, Power Tools, Hand Tools, Health and Safety Marine & construction equipment . Find us in: Triq il-Qaliet MarsaScala

Danish Bakery Limited - B22, Bulebel Industrial Estate, Zejtun ZTN 3000

Contact us on 2248 3600 or jespers@danishbakery.net

View our complete range at

danishbakery.com.mt


Ikompli: Kif wasalt f'Marsaskala FC bil-kwiet. Għadda ż-żmien u erġajt ġejt avviċinat biex ngħin fil-proċess ta’ privatizzazzjoni ta’ Floriana FC. Ħabta u sabta sibt ruħi involut ħafna u kont ukoll teżorier tal-klabb u kif ukoll membru tal-kumitat tan-nursery. Kienet esperjenza li tatni sodisfazzjon u weġgħat li waslitni wkoll għal riżenja minn dan il-klabb li kont ħdimt ħafna għalih. Kienet opportunità li twassalni għal xi affarijiet li bdejt naħdem fuqhom fid-dinja tal-professjoni tiegħi u allura b’xi mod bqajt involut f’dan l-ambjent. Fl-istess waqt il-Gvern Malti vara skema li tatni aktar opportunità ngħaqqad il-futbol max-xogħol. Fil-frattemp l-uffiċċju tiegħi bdejna nagħmlu xogħol finanzjarju għal diversi klabbs in vista tal-esperjenza li kellna. Naħseb illum f’Malta ma tantx hawn uffiċċji ta’ konsulenza u accountants b’esperjenza fis-settur bħalma għandna aħna. Ftit ta’ żmien wara ġie jkellimni Cory Greenland u infurmani li jekk mhux se nagħmlu xi ħaġa aħna Marsaskala ser tispiċċa bla klabb tal-futbol. Min jafni, jaf kemm għandi għal qalbi din il-lokalità u kemm ħdimt fil-passat partikolarment fi ħdan l-Assoċjazzjoni tal-Ħwienet ta’ Wied il-Għajn li tagħha jiena kont fundatur. Għalkemm ma xtaqtx li nerġa nidħol fi klabb ħassejt li kelli nagħmel dan għal Marsaskala u l-komunità skalina partikularment għat-tfal ta’ Wied il-Għajn. Fid-9 ta’ Gunju 2014 ġejt nominat President bi stampa tal-klabb li għalkemm ma kinitx pożittiva ma dehritx daqshekk imwiegħra. Iżda iż-żmien tana parir u bdew ħerġin problemi li ma konniex nafu bihom. Fl-aħħar ta’ Lulju il-klabb ma kellux plejer wieħed. Sitt ġimgħat wara kien hemm l-ewwel logħba! Tlaqna b’ħidma kbira biex jinstab kowċ addattat li jiffaċċja din issitwazzjoni. Wara ħafna ħidma, diverġenzi, inċertezzi u biża’ li ma naslux finanzjarjament wasalna biex ingaġġajna kowċ li xtaqna. Dan huwa Vesko Petrovic li jħaddan prinċipji fil-futbol li jaqblu ħafna ma’ tiegħi partikolarment fejn tidhol dixxiplina. Parti mill-problema tal-futbol Malti huwa n-nuqqas ta’ dixxiplina ġejja mill-mentalità ta’ flessibiltà żejda f’li nagħmlu. Fil-futbol ma taħdimx u ħadt pjaċir meta jiena u l-kowċ qbilna fuq ċertu affarijiet anke fuq il-meritokrazija ta’ min jilgħab. Qbilna Marsaskala FC Pubblikazzjoni Uffiċjali - Nru. 1 - Diċembru 2014

wkoll fuq id-dixxiplina li wieħed għandu jżomm fit-training. Mill-lat finanzjarju waslu l-ewwel sponsors fosthom Lea Properties Limited u kif ukoll Osteria VE u l-isponsor prinċipali li huwa Valvoline. Għalkemm ħriġna diversi flus personali aħna ridna nsibu meżż kif nagħmlu ċertu spejjeż mingħajr ma jkolli noħroġ aktar flus. Ħdimna ħafna u ftaħna ukoll ħanut tal-isport bl-isem Maskot li kien possibbli bis-saħħa talħidma kontinwa ta’ Tracy Vella f’dan l-aspett. Tagħna ħafna għajnuna ukoll Eliggio Vella tat-Tutto Sport. Minn naħa dejjem xtaqt li niftaħ ħanut tal-isport u min-naħa oħra l-klabb kellu bżonn min jiffinanzjah. Għaddejt din il-ħajra lill-klabb li llum din il-mossa qed twassal għall-ħanut

mal-kompetizzjoni. Ovvjament kull ħaġa li tagħmel issib spejjeż. Loans ta’ plejers minn timijiet oħra, transfer, kits, grawnd fost l-oħrajn. Minkejja dan bqajna naħdmu u diversi nies oħra għinuna. Illum jidher li għandna tim magħqud u li beda triq pożittiva ħafna għax fil-fatt fil-mument li qed nikteb dan l-artiklu t-tim tagħna kien għadu ma tilifx logħba. Dan minkejja dak li qalu fuqna qabel ma’ beda isseason u minkejja ċertu intoppi li saru apparti l-kritika esaġerata minn ċertu individwi li llum nistaqsi x’kienet l-intenzjoni vera tagħhom. Dawn il-plejers u l-kowċ tagħhom taw risposta lil kulħadd, dawk li emmnu fihom u dawk li le. Issa l-importanti

Iżda l-isfidi ma jifqux. Issa wasal il-mument li nibdew niffukaw aktar fuq in-nursery li wara kollox dħalna nsalvaw il-klabb propju għalihom. jieħu ċertu spejjeż fuqu. Wieħed kien jistenna aktar għajnuna f’dan l-aspett. Bħal kollox fil-ħajja kien hemm min prova jikkrea xi diffikultajiet iżda grazzi għad-determinazzjoni ta’ dawk involuti mxejna ‘l quddiem. Minn hawn nappella lil kulħadd biex jinkoraġġixxi li wieħed imur jixtri minn hemm għax dan huwa l-unika meżż Ii qed jiffinanzja lill-klabb minbarra l-isponsors. Fil-frattemp ridna wkoll insibu meżżi oħra ta’ introjtu u kif ukoll meżż ta’ komunikazzjoni mal-komunità Skalina. Għaldaqstant bdejt naħdem ukoll f’dan il-magazine. Bis-saħħa ta’ hekk ġbarna ftit riklami, u sibna meżż kif jitwassal messaġġ u kif ninvolvu dejjem aktar lill-komunità partikolarment dik tat-tfal. Waqt li għaddej dan kollu kellna bżonn il-plejers u bdejna nikkuntattjaw lil kull min nafu biex jgħina. Wara t-trials li ma kinux biżżejjed ħdima ukoll ma’ klabbs oħra biex irnexxielna naqdu tim biex jittrenja. Il-kowċ u jiena konna inkwetati ħafna għax barra li konna għadna bi ftit plejers iż-żmien kien qasir wisq. Bqajna naħdmu u flimkien ħdimna biex ġibna plejers barranin li kellna bżonnhom biex inlaħħqu

li nibqgħu nibnu fuq dak li ħdimna għalih flimkien mal-plejers tagħna. Irridu naħdmu aktar fuq l-istrutturi bħalma għamilna mal-kbar. Iżda diffiċli ħafna tagħmel dan meta m’għandekx strutturi. Cory Greenland qed jaħdem ħafna biex il-klabb jasal li jkollu strutturi bħal grawnd kbir ħalli nippjanaw sew u ninvestu fl-Iskalin iż-żgħar. It-triq mhux faċli imma iddeterminazzjoni u l-ħidma hija bla waqfien. It-triq mhux faċli imma konvint li naslu li nibnu struttura b’tali mod li l-klabb jgħaddi t-test taż-żmien.. Jeħtieġ li l-komunità tkompli tgħinna kemm tista’. Jekk hemm nies li jistgħu jiddedikaw ftit ħin lil klabb napprezzaw. Hemm ħafna xogħol xi jsir u għaldaqstant nistgħu nqassmu ħafna xogħol anke li jsir mid-djar.

Jekk tistgħu tiddedikaw ftit hin nitlobkom tikkuntattjawna fuq marsaskalafc@mfa.com.mt

19


Marsaskala Nursery thanks

St Anne Pharmacy for supplying First Aid Kits.

We pride ourselves in offering all maintenance and related services, thereby providing a truly turnkey approach to our clients who require a variety of works. On the other hand we are also very pleased to provide any individual service to customers with only one specific requirement. No job is too large or too small for us. We treat all our customers in exactly the same way – with great attention, efficiency and respect.

Very reasonable rates charged Painting & Plastering Electrical Works Stonework Plumbing Gardening Wood Work Tile Laying & Roofing Gypsum Mobile: 77788248

20

E-Mail: info@hardhat.com.mt Web: http://www.hardhat.com.mt


Il-Futbol u l-Edukazzjoni Sfortunatament ikun hemm xi għalliema u ġenituri li jħarsu lejn l-isport partikolarment il-futbol bħala interferenza fl-istudju. Jekk ikun pjanat sew dan mhux talli ma jkunx il-każ talli jista’ jgħin ħafna fl-istudju u fl-izvilupp tat-tfal.

L-ewwel u qabel xejn hemm kwistjoni li bħalma jgħallmuna it-tobba l-attività fiżika hija importanti dejjem partikolarment meta nkunu tfal biex nikbru b’saħħitna għax l-organi ta’ ġisimna jitħaddmu u jiżviluppaw aħjar. L-istess għall-muskoli u l-għadam tagħna. Mill-lat ta’ moħħ, il-futbol jgħinna nserħu l-menti tagħna. Wara forsi sigħat nistudjaw ġisimna u moħħna jistgħu jsibu l-iżvogg li jkun jixraqlu u l-menti jistriehu. Dawn huma l-affarijiet ovvji izda hemm aktar minn hekk. Il-futbol huwa logħba li tinvolvi tim u allura li nies jinteraġixxu u jifthemu biex jilħqu objettiv komuni. Bilparteċipazzjoni fit-tim inkunu qed nitgħallmu kemm hu importanti li naħdmu flimkien u għall-ġid komuni. Fl-istess ħin inkunu qed nitgħallmu nagħmlu dejjem l-almu tagħna f’dak li nagħmlu. Fil-logħba wieħed jista’ jibda jiddentifika ċertu karatteristiċi fit-tfal u allura jinkoraġġihom jiżviluppaw. Per eżempju jkun hemm min jibda joħroġ ċertu leadership skills u jibda jmexxi lil sħabu.

Il-persistenza, il-kompetizzjoni u l-bżulija wkoll jiġu nkoraġġuti f’din il-logħba kif ukoll il-korrettezza versu l-avversarji. Għaldaqstant din il-logħba tagħmel ħafna mill-lat edukattiv għat-tfal. Hija meżż ukoll kif it-tfal jieħdu pjaċir u jagħmlu ħbieb. L-importanti huwa li bħal kollox din ma ssirx fissazzjoni għaliex imbagħad tibda ssir il-ħsara. Jeħtieġ li ngħallmu li hemm il-pjaċir tal-logħba imma fil-moderazzjoni. Għaldaqstant irid ikun hemm pjan li jiġi stabbilit mat-tfal stess fejn ikun hemm bilanċ bejn il-futbol, l-istudju ta’ suġġetti oħra u attivitajiet oħra f’ħajjithom bħalma hu ħin imqatta’ mal-familja.

Jekk tixtieq titkellem ma’ xi ħadd fuq dan is-suġġett ċempel fuq in-numru 2166 1273 biex tagħmel appuntament ma’ Reuben Buttigieg.

Il-futbol jista’ jkun parti integrali fl-iżvilupp tat-tfal Marsaskala FC Pubblikazzjoni Uffiċjali - Nru. 1 - Diċembru 2014

21


Edinburgh Business School is home to some of the most challenging, most rewarding business education programmes in the world. Our courses are designed around you.

Special prices for new students

Free MIM Membership for the 1st year

Recognised Flexible Online Want to know more? Malta Institute of Management Fully referenced as a Level 7 Qualification by MQRIC

T. 2145 6819 E. education@maltamanagement.com

THE LARGEST PROVIDER OF ONLINE MBA’S IN THE WORLD

THE MIM VAT CERTIFICATE The MIM Introductory VAT Certificate Course provides participants with all the necessary basic information related to VAT to ensure the correct processes are followed.

Malta Institute of Management Suite 6, 22 Airways House, Triq it Torri, Msida Malta. Tel: 21 456819 - Fax: 21 451167 www.maltamanagement.com

Additional information regarding educational programmes and prices can be obtained by contacting MIM on: education@maltamanagement.com


Opportunità ...

... biex tieħu ħsieb ġidek għal uliedek Ħafna minna nagħmlu ħajjitna naħdmu u nġemmgħu biex inħallu xi ħaġa lil ta’ warajna. Fil-ħidma tagħna forsi ninsew nieqfu naħsbu ftit f’liema forma l-aħjar li nħallu l-assi tagħna bħalma hija xi propjetà u anke xi flus. Ħafna probabbli jaħsbu li l-unika mod huwa wirt iżda dan mhux il-każ. Hemm strument li jissejjaħTrust li permezz tiegħu tista’ tipproteġi l-assi tiegħek minn ħafna affarijiet, f’ċerti ċirkustanzi minn uliedek stess. Ejja nieħdu eżempju li xi ħadd ikollu xi tifel daqsxejn imqareb u jħobb iberbaq iżżejjed. F’ċirkustanzi bħal dawn wieħed jirriskja li malli dan tiġi xi propjetà f’idejh, ibigħha u jberbaq kollox. It-trust x’jagħmel? Pratikament inti tpoġġi il-propjeta tiegħek ġo trust u tħalli l-benefiċċju lit-tifel. Dan ifisser li it-tifel jista’ joqgħod fil-propjetà jew jista' jiehu l-qliegħ ta’ kera mill-propjetà imma ma jistax ibigħha jekk inti ma tkunx ktibt dan fil-kuntratt tat-trust. Aktar ma jgħaddi żmien u aktar ma nikkumplikaw is-socjetà aktar ikollna bżonn dan it-tip ta’ protezzjoni. Filfatt bl-introduzzjoni tad-divorzju u anke bl-unjoni ċivili dan l-istrument jagħmel ħafna sens anke biex Marsaskala FC Pubblikazzjoni Uffiċjali - Nru. 1 - Diċembru 2014

wieħed jipproteġi lilu nnifsu minn attakki legali naxxenti minn dawn iċċirkustanzi. Iżda dan ma għandux isir meta tinqala’ l-problema iżda wieħed għandu jkun prudenti u jaħseb fuq iċ-ċirkustanzi li jistgħu jiżviluppaw f’ħajtu. Ċirkustanza oħra li jintuża ħafna it-trust huwa meta jkun hemm tfal diżabbli. Fil-fatt anke fil-baġit kien hemm miżuri biex jgħin f’dawn iċċirkustanzi. Id-diskors tal-baġit jgħid li ser jinċentiva l-użu ġenwin tat-trusts li permess tagħhom riżorsi finanzjarji, assi u wirt li jitħalla minn ġenituri u persuni oħra lil ulied b’diżabilita` biex jiġu wżati bl-aħjar mod u flaktar interess tal-ulied. Għalhekk ser ikun hemm eżenzjonijiet biex dawn jiġu nċentivati ħalli l-ulied ikunu f’pożizzjoni aħjar ta’ ħajja indipendenti. Hi x’inhi ċ-ċirkustanza tagħna fejn jidħlu assi u wirt, dan huwa żgur strument li wieħed għandu jikkunsidra għall-ġid ta’ uliedu. Għall-aktar informazzjoni cempel fuq 21661273 u saqsi għal appuntament ma’ Reuben Buttiġieg jew ma’ Luke Schembri Warr.

23


Call for General Practitioners Interested GPs to serve in our clinic, please contact us on 2169 3723 GREEN CROSS PHARMACY 31, Gregorio Bonnici Square, Zejtun

47 SUMMER NIGhTS

Monday to Friday 08:30 -13:00, 16:00 -19:00 and Saturday 08:30 -13:00

Triq il-Gardiel, Marsaskala Tel/Fax: 2163 2776 ~ Mobile: 9944 6560

The Venue for Good and Hospitality

www.47summernights.com

47 Summer Nights Pizza & Pasta 47, Marina Street, Marsascala Tel: 2163 9904 - Mob: 7997 9999


u m ż i r u It-T Minn Reuben

It-Turiżmu kien u jibqa’ pilastru prinċipali tal-ekonomija ta’ Malta. Naqblu lkoll iżda li anke dan is-settur jinbidel maż-żmien u dak li jfittex itturist jinbidel skont iż-żminijiet. Illum għalkemm iddiviserfikajna għadna dipendenti mit-turiżmu tradizzjonli u partikolarment fuq turisti minn pajjiżi partikolari jiġifieri r-Renju Unit, l-Italja u l-Ġermanja. Nistgħu ngħidu wkoll li tjiebu s-swieq Franċiż u dak Spanjol. Ta’ min janaliżża x’kienu r-raġunijiet li wasslu għal dan it-titjib ħalli nkomplu nibnu fuqu. L-indikaturi kollha juru li din is-sena reġa’ kellna miljorament f’dan issettur fejn kellna żieda ta’ 8.4 filmija fl-ewwel tmin xhur tas-sena. It-titjib ġie rifless f’diversi statistika oħra inkluż fil-cruise liners u f’kemm jagħmlu żmien it-turisti Malta. Jibqa’ l-fatt li hemm ħafna fejn intejbu partikolarment fix-xhur tax-xitwa. Ma nħossx li nistgħu nirreġistraw titjib b’mod sinifikanti jekk nibqgħu niffukaw fuq is-swieq tradizzjonali għalina. Dawn qatt ma wassluna għal titjib sinifikanti f’dawn ix-xhur L-istess japplika jekk ser nibqgħu nitkellmu fuq turiżmu tradizzjonali. Meta jħares lejn l-istatistika wieħed jara wkoll li minkejja t-titjib l-occupancy rate fil-5 star hotels ma ttejbitx. Jista’ jkun ukoll li l-livell ta’ servizz qed jinxtara minn turisti ta’ four star minħabba li qed inbaxxu l-prezz u f’ċertu ċirkustanzi s-servizz peress li mhux ingibu 5 star tourists biżżejjed. Wieħed irid janaliżża kemm verament dawn it-turisti huma 5 star. Ċirkustanza simili tista’ tkun perikoluża għas-settur għax ifisser li jew jonqos il-livell tas-servizz tagħna Marsaskala FC Pubblikazzjoni Uffiċjali - Nru. 1 - Diċembru 2014

jew inkella ma nibqgħux ninvestu biex ikollna servizz li jiġbed turisti ġodda ta’ livell. Apparti l-investiment fi stabilimenti ta’ kwalità jeħtieg li naħdmu fuq il-kontorn tagħhom. Turist ma jiġix biex joqgħod fillukanda biss u allura inutli jkollna lukandi 5 star u infrastruttura u atteġġjament 1 star. Nibda millatteġġjament. L-atteġġjament tal-imprendituri ġo Paceville u anke ta’ min jiffrekkwentah żgur li mhux idoneju mal-investiment li sar u qed isir milllukandi 5 star. Jista’ jkun li fil-għotja ta’ liċenzji għandha nikkunsidraw ukoll dawn l-affarijiet partikolarment għall-atmosfera li nkunu qed nikkreaw fil-kuntest tal-istabbilimenti li diġà hemm. Ma nħossx li bar li bħala klijentela għandu studenti blatmosfera li jġibu magħhom għandu jingħata liċenzja ħdejn lukanda 5 star. Naf li huwa diffiċli tbiddel dak li diġà hemm però ta’ min jibda jikkunsidra pjanar għall-futur. Jidher li fl-aħħar ser ikollna żoni ġodda turistiċi u allura għandna lok fejn nikkunsidraw dawn l-affarijiet.

Hemm bżonn kampanja edukattiva ġdida li teduka lin-nies fl-imġiba tagħhom lejn it-turisti. Dan ma hemmx għalfejn nonfqu xi xeba’ flejjes bħalma sar fil-passat. Nistgħu nibdew billi nintroduċu kampanja fl-iskejjel fejn inġibu t-tfal japprezzaw lit-turist u ngħallmuhom kif għandhom iġibu ruħhom meta jiltaqgħu ma’ turist. Nafu li meta

ident

Buttigieg – Pres

ngħallmu t-tfal partikolarment żgħar inkunu qed ngħallmu lill-ġenituri tagħhom. Għamilna diversi kampanji simili f’setturi oħra jiġifieri nistgħu nerġgħu nużaw strateġija simili. Konvint li nsibu l-kollaborazzjoni tal-NGOs fis-settur. B’hekk jista’ jkollna popolazzjoni li hi mħarrġa biex tagħti servizz nazzjonali. B’hekk inkunu f’pożizzjoni aħjar li jkollna u nżidu n-numru ta’ repeat tourism. B’hekk ukoll nistgħu ngħinu lil setturi oħra jikbru, setturi bħalma huwa dak finanzjarju għaliex ikollna popolazzjoni li tikkumplimenta il-livell ta’ professjonalità li huma joffru. Jeħtieġ aktar kollaborazzjoni bejn diversi setturi għax hekk biss nistgħu ntejbu s-servizzi biex ngħinu lil xulxin u nagħmlu dak li jissejjaħ cross selling. Apparti l-atteggjament żgur li f’ċerti żoni għandna bzonn ta’ infrastruttura li tikkumplimenta l-investiment li sar mill-privat. Inutli jkollna Smart City u t-toroq li jwassluk għaliha diżastru apparti t-traffik li ssib fihom. Il-vjaġġ li jieħdok mill-ajruport sa hemm għandha tkun esperjenza sabiħa. U issa ser intuha r-ruh imma rridu wkoll nassiguraw bi pjan xieraq malawtorijiet konċernata li jkollha dak li ħaqqha. L-istess fiż-żoni iddentifikati għall-investiment turistiku ġdid. Prosit tassew li ħsibna fil-parti ta’ isfel ta’ Malta għal dan l-investiment imma biex dawn ikunu suċċess irridu nassiguraw irwieħna li ser nikkumplimentaw dan l-investiment b’upgrades ta’ żoni viċin hemmhekk. Dan mhux biss billi ninvestu fit-toroq imma billi ndaħħlu lill-kunsilli lokali u kif ukoll l-għaqdiet fil-lokalità ħalli magħhom isir pjan kif titjib iż-żona.

25


Ikompli: It-Turiżmu Hemm ħafna x’isir fil-partijiet talkosta ix-Xgħajra f’Ħaż-Żabbar, Wied il-Għajn, Marsaxlokk u kif ukoll Birżebbuġa. Issa li ser intaffu l-ħsara li saret għandna nergħu noħorġu l-ġojjelli f’din iż-żona. Viċin tagħhom ma nistgħux ninsew id-diversi Villaġġi storiċi u uniċi li għandna. Kull raħal f’Malta għandu x’joffri lit-turist u llum mhux nuruh dan lit-turist. Jekk wieħed irid jidħol f’affarijiet bażiċi fittenders li jmiss li joħorġu għal buses tat-turisti wieħed għandu jistudja aħjar it-toroq u l-positijet li jmorru. Jekk nagħmlu dan u nippromwovu l-villaġġi tagħna nistgħu nibdew inħarsu lejn tip ta’ turiżmu ieħor. Wieħed jista’ jibda wkoll jinkoraġġixxi lil dawk li jixtiequ joffru bed sit lil turisti ġewwa darhom billi jeżentahom fiskalment fuq dan id-dħul. Fl-iżviluppi ġodda jeħtieġ ukoll li nikkunsidraw jekk ċertu infrastrutturi jifilħux għal żieda fin-nies fiż-żona bħalma huma strutturi ta’ drenaġġ u tal-ilma. It-turiżmu fix-xitwa jista’ jiżdied sostanzjalment partikolarment dak li huwa corporate tourism li jġib lejn Malta konferenzi. Nifhem li għandna l-limitazzjonijiet tagħna meta jiġu konferenzi kbar però jista’ jkun hemm koordinazzjoni li jinġiebu lejn Malta ċertu konferenzi. Is-settur privat diffiċli li jaħdem dirett hu fuq ċertu tip ta’ konferenzi u għaldaqstant jeħtieġ li l-MTA tikkordina dan ix-xogħol. Ovvjament dan l-MTA tagħmlu skont id-direzzjoni li qed tiġi mogħtija. NIFHEM LI DAN SER IKUN XOGĦOL CONVENTIONS MALTA Forsi wasal iż-żmien li wieħed janalizza ċertu prijoritajiet u ċertu spejjeż u jagħmel cost benefit analysis tagħhom speċjalment fuq attivitajiet li ilhom isiru numru ta’ snin bħal per eżempju l-Isle of MTV. Hemm swieq ġodda oħra li nistgħu nimmiraw għalihom bħalma huma dawk fid-dinja Għarbija speċjalment il-Golf kif ukoll id-dinja Ażjatika. Iżda irridu nibdew inħarrġu lin-nies fis-settur biex jaħsbu fis-servizz differenti li jkun hemm bżonn għal dawn is-swieq. Affarijiet bażiċi bħal per ezempju ikel Halal u kif ukoll kif tindrizza lin-nies ġejjin minn ċertu pajjiżi. Affarijiet bażiċi li llum ma tantx issibhom u li mingħajrhom ma

26

nistgħux inġibu ċertu tip ta’ turisti. Jeħtieġ li anke dan jidħol fil-kurrikulu tal-ITS u korsijiet relatati mat-turiżmu ta’ skejjel u istituti oħrajn. Il-baġit tkellem ukoll fuq Islamic Finance li huwa pass importanti imma apparti l-leġislazzjoni u s-settur finanzjarju s-settur turistiku lest għal dan il-pass importanti? Is-settur tar-ristoranti li huwa parti kritika f’dan il-qasam għaddej minn kriżi ta’ riżorsi. Jidher li mhux isibu wejters, kokijiet u staff ieħor tal-livell li jixraq. Dan huwa dovut għal diversi raġunijiet. L-ewwel waħda ġejja millkultura li nbniet fis-snin li wejter jista’ jkun kulħadd. Mhux il-każ. Wejter mat-turist ikun l-ambaxxatur ta’ Malta u ta’ dak ir-ristorant. Għaldaqstant għandna naħdmu biex il-wejters ikunu irċevew taħriġ almenu bażiku. Ninvestu aktar fl-ambaxxaturi tagħna. Raġuni oħra hija l-fatt li hawn diversi ħaddiema mill-Ewropa tal-Lvant li forsi lesti li jaħdmu sigħat itwal mill-Maltin. Apparti nfurzar mill-ETC jeħtieġ li ninkoraġixxu ż-żgħażagħ tagħna biex imorru anke lejn dan ix-xogħol hekk importanti. Jidher li l-ETC bħalissa għaddejja fuq proġett li jagħti taħriġ lil madwar 7 t’elef żagħżugħ ta’ taħt it-23 sena u tipprova jsibilhom xogħol. Tista’ din tkun opportunità li nindirizzaw parti minn din il-problema li għandna? Għamilna passi kbar imma jeħtieġ aktar koordinazzjoni bex nippreparaw irwieħna għal aktar żviluppi u nemmen li l-edukazzjoni huwa pass importanti. Barra minn hekk nemmen li kull Malti li jsiefer jista’ jġib lejn pajjiżna turisti billi juri x’pajjiżna kapaċi joffri. Għaldaqstant kampanji fuq dan fl-iskejjel għandhom isiru wkoll ta’ per eżempju kif jistgħu joffru s-servizzi Maltin grazzi għall-istudji tagħhom dwar l-istorja ta’ pajjizna u l-kultura tagħna. Fis-sustanza ejja nedukaw kemm nifilhu biex Malta tagħna nwassluha ma’ kull tarf taddinja. Diversi inizjattivi li dan il-Gvern ħa jistgħu jpoġġu lil Malta fuq ta’ quddiem. Per eżempju żgur li d-drittiiet ċivili li qed nagħtu jistgħu jkunu ta’ riklam għalina biex persuni fl-istess kundizzjoni f’pajjiżi oħra jħarsu lejn Malta biex jaraw hux il-każ li jħarsu lejn Malta b’lenti differenti. Iżda wieħed jistaqsi jekk dawn il-messaġġi hux qed jaslu

fejn għandhom jaslu bis-saħħa li għandhom jaslu. Kien pass pożittiv li fil-Ministeru tas-Saħħa qed nitkellmu fuq Medical Tourism li huwa kunċett li ilna nitkellmu fuqu iżda fis-sustanza ftit li xejn ibbenefikajna minnu. Jekk naħsbu bi ħsieb dan jista’ jwassal ukoll għal education tourism fis-settur tas-saħħa. Ninkoraġġixxi lill-Ministri konċernati jevalwaw din l-opportunità.

Naqas iżda li nippromwovu aktar t-turiżmu sportiv li hemm potenzjal kbir li mhux kulħadd qed jarah. Dan mhux biss biex jiġu jitħarrġu timijiet hawn Malta iżda li jsiru alleanzi strateġiċi bejn Klabbs Maltin u dawk barranin. Dan ifisser li jiġu aktar nies lejn pajjiżna, jitjieb il-futbol Malti u kif ukoll nifthu niċċa oħra ta’ investiment ġewwa pajjiżna. L-edukazzjoni wkoll tista’ tkun ta’ benefiċċju għas-settur u diġà qed ikollna ftit minn dawn il-benefiċċji. Filpassat l-amministrazzjoni preċedenti kienet tkellmet f’ċentru ta’ eċċellenza tal-edukazzjoni. Iżda naħseb li l-Ministeri konċernati jiġifieri dak talEdukazzjoni u tat-Turiżmu għandhom jikkunsidraw strateġija konġunta kif dan jista’ jsir anke in vista tal-fatt li għandna sitwazzjonijiet fl-Afrika ta’ Fuq li f’dan il-kuntest favur tagħna. Għandna ħafna fuq xiex naħdmu iżda pass pass nistgħu naslu u l-crux ta’ ħafna hija l-edukazzjoni . F’Marsaskala hemm ħafna fuq xiex wieħed jista’ jaħdem f’diversi oqsma msemmija f’dan l-artiklu u nittammaw li l-organizzazzjonijiet diversi jaħdmu id f’id b’inkoraġġiment mill-Gvern ħalli ntejbu l-lokalità.


W��� ���� US We are currently looking for: Car / Cranes Mechanics Tow Truck Drivers (C1+E) Labourers Electrical Technicians

Repair Construction Ltd If you want to apply for one of these vacancies, please send a letter of application and your CV quoting the preferred position to: ::::::::::::::::::::::::::::::::::::::::::: Alternatively you may apply by post to: ::::::::::::::::::::::::::::::::::::::::::::: :::::::::::::::::::::::::::::::::::

158 De Paule Square, Paola. Malta Telephone: 9906 2863



Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.