Nikber u Nitgħallem

Page 1

! i r u g w A

u R E B IK

N

N -ALLEM H G IT

DIÄŠEMBRU 2019


merlinpublishers.com

Kotba ÄĄodda

merlin publishers

2


Editorjal

H

uwa ta’ pjacir li għal darba oħra qiegħed inwasslulkom ħarġa tas-suppliment ta’ kull tliet xhur Nikber u Nitgħallem li jitqassam b’xejn mal-gazzetta It-Torċa. Din il-ħarġa tkompli tibni fuq dak li wassalnilkom fix-xhur li għaddew, tinkludi artikli dwar inizjattivi meħuda fl-aħħar xhur mill-Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol. F’Nikber U Nitgħallem issibu wkoll informazzjoni dwar investiment li se jkun qiegħed jittieħed dwar sigurta’ fl-iskejjel tal-istat, u kummenti minn edukaturi u studenti wara l-bidu tal-implimentazzjoni ta’ inizjattiva oħra, My Journey. L-2019 kienet ukoll sena importanti għall-union tal-għalliema, l-MUT għax matulha ċċelebrat l-mitt sena anniversarju. Anki dan l-avveniment qiegħed jingħata prominenza f’din il-ħarġa. Niddiskutu wkoll, flimkien ma’ diversi esperti, l-użu tat-teknoloġija fit-tagħlim, ir-robotika, l-avvanzi li għamlet Malta fil-qasam tal-coding u l-ħsieb kompjutenzjonali. L-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu din iddarba tgħaddilna aktar tagħrif dwar il-kunċett ta’ bilingwiżmu sa mill-ewwel snin tal-edukazzjoni. Naqraw ukoll x’hemm imħejji minn ESPLORA fil-ġimgħat li ġejjin, speċjalment waqt il-jiem talMilied u l-Ewwel tas-sena. Barra dan, din l-edizzjoni tinkludi wkoll is-solitu rubrika ta’ Joyce Callus dwar it-trobbija ta’ uliedna, u l-paġni ddedikati lit-tfal imħejjija minn Rita Azzopardi. Dan ix-xahar inlaqqgħukom ma’ awtriċi oħra Maltija, Roberta Bajada li tiddiskuti l-ewwel xogħol letterarju tagħha.

Nikber u Nitgħallem żgur li għandu jkun suppliment interessanti għal kulħadd. Huwa l-uniku taxxorta tiegħu, bil-Malti u ddedikat kollu lis-settur edukattiv. Grazzi lil Robert Caruana li ħa ħsieb id-disinn u lill-qarrejja tagħna tal-kummenti pożittivi u s-suġġerimenti li bagħtulna fil-ġimgħat li għaddew. Jekk intom, qarrejja, tkunu tixtiequ li niddiskutu xi temi partikolari nitlobkom ukoll tibgħatuli email fuq kennethvella@hotmail.com. Finalment nieħu l-opportunita’ biex nawguralkom il-Milied it-Tajjeb u s-Sena t-Tajba.

Dr Kenneth Vella Editur

Disinn: Robert Caruana - design@unionprint.com.mt Avviżi: 2590 0200 - adverts@unionprint.com.mt

Ninni la tibkix iżjed Ninni Ġesù Bambin Ħallih għalina l-biki Għax aħna midinbin.

3


Insurance? You need someone Professional | You need someone Reliable | You need someone To Trust | You need LAFERLA

BUSINESS INSURANCE A flexible and customisable package to cover virtually all aspects of your business, including: Property, Stock & Trade Contents | Public and Products Liability | Employers Liability | Loss of Income | Money | Personal Accident (single or group) | Equipment Breakdown | Annual Travel Cover | 24/7 Emergency Assistance Services | Group Health Insurance | Group Life Insurance |

Contact us for a free consultation Call E-mail Visit

+356 2124 0828 | info@laferla.com.mt | www.laferla.com.mt |

Laferla Insurance Agency Ltd.

Agents for:

204A, Vincenti Buildings, Old Bakery Street, Valletta VLT1453. Laferla Insurance Agency Ltd. is enrolled under the Insurance Intermediares Act, 2006, to act as an Insurance Agent for Mapfre Middlesea plc (MMS). MMS is authorised by the Malta Financial Services Authority to carry on both Long Term and General Business under the Insurance Business Act, 1998. Both entities are regulated by the MFSA.

4


Investiment ta’ €5.7 miljun biex tissaħħaħ is-sigurta’ fl-iskejjel tal-istat Ftit tal-ġimgħat ilu, il-Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol ħabbar li kien se jkun qiegħed jieħu miżuri ġodda biex isaħħaħ is-sigurta’ fl-iskejjel Maltin. Dan ġie diskuss minni dan l-aħħar waqt intervista li kelli ma’ Maria Galea, li hija direttur ġenerali fi ħdan id-direttorat għall-istrateġija u s-sapport. Għaliex inħass il-bżonn li tittieħed din l-inizjattiva biex tiżdied is-sigurta’ fl-iskejjel tal-istat? Fil-Budget 2020 il-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol ingħata l-fondi sabiex fuq periodu ta’ tlett snin nintroduċu servizz ta’ akkoljenza u sigurta’ minn persuni professjonali fl-iskejjel kollha tal-istat. Fuq l-istess firxa ta’ snin, tikkumplimenta dan, ser tiġi ntrodotta wkoll sistema ċentralizzata permezz ta’ cameras fl-entraturi tal-iskejjel. Investiment finanzjarju ta’ €5.7 miljun fuq tlett snin. Il-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol ilu jaħdem u jippjana fuq din il-miżura għaliex inħass il-bżonn li jiġi introdott, b’mod standardizzat, servizz ta’ akkoljenza fl-iskejjel kollha, kemm bħala miżura ta’ sigurta’ u wellbeing għall-għalliema u studenti u kemm bħala servizz professjonali li għandu jingħata kull viżitatur li jiġi jżur l-iskola. Fil-preżent meta wieħed iżur l-iskejjel tal-istat isib arranġamenti varji sabiex viżitatur jidħol fi skola, f’xi skejjel saħansitra ma jeżisti l-ebda arranġament. Dan is-servizz ta’ akkoljenza li se jkun introdott se joffri ambjent iżjed professjonali u akkoljenti lil kull skola kif fil-fatt jixraq.

Kif se tiġi ntrodotta u implimentata din l-inizjattiva? Bħalissa għaddej ix-xogħol amministrattiv sabiex jiġi ffinalizzat il-pjan ta’ azzjoni għal din il-miżura. Il-pjan se jkun imqassam fuq tlett snin, bl-ewwel sena tkun issena 2020 fejn is-servizz ta’ akkoljenza se jkun introdott fl-ewwel 30 skola. Il-bqija tal-iskejjel se jkunu maqsuma fis-sentejn ta’ wara sabiex is-servizz f’kull skola ikun introdott sas-sena 2022.

X’inhu l-pass li jmiss? Dan is-servizz mhux se jkun introdott għaliex hemm issues ta’ sigurta’ f’xi skola partikolari imma bħala parti minn pjan ħolistiku ta’ wellbeing fl-iskejjel tagħna. Servizz li se jkun introdott bl-iskop li noffru servizz professjonali ta’ akkoljenza lil kull viżitatur kif ukoll li jservi ta’ deterrent għall-kwistjonijiet potenzjali. Għaldaqstant l-iskejjel se jkunu magħżula fil-ġranet li ġejjin flimkien mal-Prinċipali tal-Kulleġġi u l-Kapijiet tal-iskejjel fuq kriterji loġistiċi. L-iskejjel magħżula se jkun qed isirilhom xogħol infrastrutturali sabiex l-entratura taliskola tinbidel f’wahda iktar akkoljenti kif ukoll tiġi mgħammra b’għamara li tixraq għal tali servizz. Riċentament ukoll il-Ministeru ħareġ sejħa pubblika sabiex jinxtara dan is-servizz, fejn bħalissa din is-sejħa waslet fl-istadju ta’ aġġudikazzjoni. Wara li jintgħażel il-kuntrattur, se jkun intervistat sabiex naraw li jkunu idonei għal dan ix-xogħol. Il-persuna magħżula se tkun qed tiġi mħarrġa wkoll fuq customer care u l-ambjent u realtajiet tal-iskejjel sabiex is-servizz ta’ akkoljenza ikun jista’ jingħata 360o.

5


L-inizjattiva My Journey tintlaqa’ tajjeb mill-istudenti u għalliema Maltin Fashion and Textiles Ruby Bartolo Għalliema

Kif kienet l-esperjenza tiegħek sa issa waqt li qiegħed tgħallem wieħed mis-suġġetti vokazzjonali u/jew applikati? Jien ngħallem VET Fashion and Textiles. Ħadt ir-ruħ li fl-aħħar għandna sillabu li huwa iktar relevanti għall-ħajja tax-xogħol. Sa issa kelli esperjenza sabiħa ta’ dan is-suġġett li huwa tant għal qalbi u kont ħerqana biex nibda ngħallmu u niltaqa’ mal-istudenti l-ġodda li għażluh. Is-sillabu tas-SEC huwa wieħed interessanti fejn jipprepara l-istudenti biex wara s-sekondarja jkunu jistgħu jkomplu l-istudji tagħhom Post Sekondarja u l-Università filwaqt li s-suġġett tas-SEAC huwa vast ħafna u jinkludi iktar prattika, Dan iwassal l-istudenti biex ikomplu l-istudji tagħhom l-MCAST jew jippreparahom għad-dinja tax-xogħol aktar malajr u jgħin biex jiksbu xogħol f’setturi varji tal-industrija. Xi kwalità ta’ riżorsi għandek biex tilħaq l-għan tiegħek fit-tagħlim? Il-laboratorji tal-Fashion and Textiles huma attrezzati tajjeb b’ħafna riżorsi tal-aħħar teknoloġija sabiex l-għanijiet tas-sillabu jiġu milħuqin. Fil-laboratorji għandna tliet tipi ta’ magni tal-ħjata; industrijali, tar-rakkmu, u dawk normali. Għandna wkoll plotter (makkinarju biex tipprintja l-patterns talħwejjeġ), manekkini u affarijiet oħra relatati mal-ħjata.

Kif kienet ir-reazzjoni tal-istudenti sa issa għat-tagħlim ta’ dan is-suġġett? L-istudenti li ngħallem jien kemm tas-SEC u anke tas-SEAC, kienu ħerqana ħafna biex jibdew jitgħallmu dan is-suġġett u speċjalment biex jibdew jużaw il-magni tal-ħjata l-ġodda li għandna fil-laboratorju.

Ospitalità

Negozju Janice Scerri Għalliema f’St Thomas Moore St Lucia

Kif kienet l-esperjenza tiegħek sa issa waqt li qiegħed tgħallem wieħed mis-suġġetti vokazzjonali u/jew applikati? Dawn is-suġġetti għandhom kontenut sabiħ immens, u bilfors tieħu pjaċir tgħallimhom. Ngħid għalija fis-suġġett tan-negozju, dejjem ħadt pjaċir waqt il-lezzjonijiet. Hemm xi riżorsi li għad jridu jiġu li jiffaċilitaw it-tagħlim, iżda qed jintwera interess qawwi anki millistudenti. L-EO tas-suġġett qed toffri ħafna appoġġ lill-għalliema tagħha, u l-fatt li tkun taf li għandek min jissapportjak jgħinek ħafna, speċjalment meta suġġett għadu tant frisk. Ilkreattività hija element importanti immens f’dawn it-tip ta’ suġġetti. Xi kwalita’ ta’ riżorsi għandkom biex tilħaq l-għan tieghek fit-taghlim? Għandna laboratorji sbieħ ħafna li t-tfal eċċitati biex jużaw minn lezzjoni għal oħra. Niddedika ħafna ħin fil-laboratorju biex nipprova nġibu jidher propja bħal ħanut, bl-istore ecc, u sibt ukoll ħafna għajnuna mit-technician li għandna abbinata mal-iskola. Kif kienet ir-reazzjoni tal-istudenti s’issa għat-tagħlim ta’ dawn issuġġetti? Il-kontenut jolqot lil ħafna mit-tfal, u hawnhekk fejn tidħol id-dedikazzjoni tal-għalliema biex tagħmel lezzjonijiet teoretiċi b’mod prattiku billi tinkludi logħob eċċ. Biż-żmien it-tfal qed japprezzaw iktar is-suġġett, iżda importanti li min jgħin lill-istudenti fl-għażla tas-suġġetti fi-Year 8, qabel xejn jara l-kontenut tas-sillabu biex jkun jista’ jiggwida lit-tfal aħjar.

6

Kurt Aquilina Student (Year 9); SEAC Hospitality; Kulleġġ St. Teresa, Mrieħel

Għaliex għażilt li tistudja wieħed minn dawn is-suġġetti vokazzjonali/ applikati? Jien għażilt is-suġġett tal-ospitalità għaliex nixtieq insir kok, inħobb insajjar u nħobb li t-tagħlim ikun marbut malprattika. Ninsab għal qalbi nattendi lezzjonijiet f’dan is-suġġett u qiegħed insibu interessanti. Kont qiegħed tistenna li l-lezzjonijiet ta’ dawn is-suġġetti jsiru b’dan il-mod? Iva, hekk stennejt. Kont naf li se jkun fih xi kitba wkoll mhux prattika biss imma t-tagħlim waqt il-prattiku nkun ferm għal qalbi. X’tip ta’ għajnuna qed tingħata millgħalliema tiegħek biex tkompli blistudji tiegħek f’dawn is-suġġetti? Iva, l-għalliema tispjega b’mod intiż għax kultant il-kontenut ma jkunx daqstant faċli. Min-naħa tiegħi tagħlim bil-prattika nħossni nifhem aktar minn suġġett li fih ħafna kitba. Ħerqan ukoll għax b’rabta ma’ dan is-suġġett se tkun organizzata żjara f’lukanda fejn ħa nkunu nistgħu naraw aħjar x’tinvolvi d-dinja tax-xogħol u kif għandek tmur man-nies.


Ftit ġimgħat minn meta ġiet imnedija l-inizjattiva My Journey fil-bidu ta’ din is-sena skolastika ħadna kummenti ta’ xi studenti u edukaturi dwar din l-inizjattiva. Jidher ċar li My Journey intlaqa’ tajjeb mill-istudenti u edukaturi Maltin.

Sahha u Kura Socjali Elysia Micallef Għalliema St Clare College, Pembroke Secondary

Kif kienet l-esperjenza tiegħek s’issa waqt li qiegħed tgħallem wieħed mis-suġġetti vokazzjonali u/jew applikati? Sa issa l-esperjenza kienet waħda pjuttost pożittiva. Il-maggoranza tal-istudenti li jagħżlu s-suġġett jitkellmu magħna li jieħdu ġost waqt il-lezzjonijiet, juru interess fil-kontenut u jistaqsu numru ta’ domandi filwaqt li jagħmlu ħilithom fix-xogħol li jippreżentaw. Xi kwalita’ ta’ riżorsi għandek biex tilħaq l-għan tiegħek fit-tagħlim? Din l-aħħar sena ngħatajna numru ta’ riżorsi ġodda u li jqanqlu interess fl-istudenti. Permezz tal-fondi li ningħataw nistgħu nixtru l-materjal u l-għodda li jkollna bżonn biex jgħinuna fit-tagħlim li ngħaddu lillistudenti. B’dan il-mod il-lezzjonijiet nistgħu nagħmluhom iktar interessanti u l-istudenti jkunu jistgħu jifhmu aħjar. Il-kmamar stess ta’ fejn isir it-tagħlim ġew irranġati u dan jgħin biex l-istudenti jkunu jistgħu jitgħallmu f’ambjent sabiħ u modern. Kif kienet ir-reazzjoni tal-istudenti sa issa għat-tagħlim ta’ dawn is-suġġetti? Sa issa l-istudenti kemm dawk li qed jistudjaw is-suġġett b’mod vokazzjonali kif ukoll dawk li qed jistudjawh b’mod applikat jidhru li huma pjuttost sodisfatti b’dawn ittip ta’ suġġetti. Nitkellem fuq is-suġġett li ngħallem jien l-istudenti jogħġobhom u minħabba l-mod ta’ kif jiġu assessjati speċjalment il-fatt li għandhom ammont ta’ marki fuq prattika jmorru aħjar minn suġġetti oħra. L-istudenti tal-Year 9 huma kuntenti bil-fatt li kellhom għażla li jistudjaw suġġett li jinvolvi ammont ta’ prattika fejn jippruvaw jew jesperjenzaw l-affarijiet huma stess.

Agribusiness Martina Schembri Studenta SEC Agribusiness

Għaliex għażilt li tistudja wieħed minn dawn is-suġġetti vokazzjonali/applikati ? Huwa sabiħ li titgħallem fuq il-pjanti u l-annimali u jien nixtieq li nkompli l-istudju tiegħi u nibni l-karriera futura tiegħi f’dan il-qasam. Kont qiegħed tistenna li l-lezzjonijiet ta’ dawn is-suġġetti jsiru b’dan ilmod? Le, ma kontx qed nistenna li dawn il-lezzjoniijiet se jkunu interessanti u mqassma b’dan il-mod. Tant hu hekk qatt ma stennejt li se jkolli daqshekk apparat biex naħdem u fl-istess ħin prattiku u hands-on. Verament qed nieħu gost. X’tip ta’ għajnuna qiegħed tingħata mill-għalliema tiegħek biex tkompli bl-istudji tiegħek f’dawn issuġġetti? L-għalliem tal-Agribusiness hu ta’ għajnuna kbira biex nifhem dan is-suġġett għax apparti li jispjega b’mod li nifhmu u jfisser bl-affarijet li nistgħu naraw u nħossu, jaħdem magħna fuq xogħlijiet ta’ tagħlim prattiku. Dan il-mod ta’ tagħlim huwa ta’ għajnuna għalija għax huwa varjat u mhux minn fuq il-powerpoint u n-notes biss.

7

Teknologija tal-Informatika Ann Marie Zammit Għalliema (SEAC) Kulleġġ San Benedittu Sekondarja, Kirkop

Kif kienet l-esperjenza tiegħek sa issa waqt li qiegħed tgħallem wieħed missuġġetti vokazzjonali u/jew applikati? Għal bidu li bdejt ngħallem is-SEAC kont ftit inkwetata kif se nqassam il-lezzjonijiet biex nilħaq il-kontenut tas-sillabu. Ovvjament, is-suġġett tas-SEAC hu iktar immirat għal studenti b’abbilitajiet differenti. Dawn listudenti juruk kemm ikunu kapaċi jagħmlu affarijiet oħra, sempliċiment biss, mhux kif is-sistema ġenerali titlob, li jiktbu u jaqraw. Hemm preparazzjoni u ħsieb wara dawn illezzjonijiet biex kemm jista’ jkun tagħmilhom interattivi, anke fejn ikun hemm element ta’ teorija. L-istudenti jagħtuk sodisfazzjon kbir meta tara li qegħdin jieħdu ġost, jistinkaw u jaħdmu fis-suġġett, għaliex b’mod jew ieħor, bl-element ta’ prattika u b’attivitajiet differenti fil-klassi, se jieħdu aktar ġost waqt li t-tagħlim qed isir aktar ħolistiku għax mhux sempliċiment li l-istudent kiseb l-għarfien imma wkoll irid ikun kapaċi jasal biex jagħmilha fil-prattika. Inħoss li b’dawn is-suġġetti qegħdin nerġgħu nagħtu lħajja lis-suġġetti tekniċi u ser nilħqu aktar studenti li fis-sistema akkademika nkunu tlifnihom. Xi kwalita’ ta’ riżorsi għandkom biex tilħaq l-għan tiegħek fit-tagħlim? Bħala riżorsi, dawn il-lezzjonijiet jirrikjedu ħafna preparazzjoni mhux biss ta’ riżorsi/ tagħmir imma anke ta’ ħsieb fil-pedagoġija u tqassim tal-lezzjoni biex issir aktar f’element ta’ prattika u student-centered. Kif kienet ir-reazzjoni tal-istudenti s’issa għat-tagħlim ta’ dawn is-suġġetti? Il-feeling ta’ bosta studenti huwa pożittiv ħafna u kien hawn domanda kbira f’dawn is-suġġetti, tant li kważi l-gruppi kollha tassuġġetti huma mimlijin fl-iskola tagħna. L-istudenti huma entużjasti ħafna u jkunu looking forward biex nagħmlu l-lezzjoni b’mod partikolari, fejn tidħol ilprattika.


Suċċess internazzjonali għal Malta waqt il-

European Code Week Għal sena oħra dan l-aħħar pajjiżna kellu suċċess kbir matul il-Ġimgħa Ewropea tal-Koding, Malta spiċċat fl-ewwel post u ġiet rikonoxxuta anki f’livell internazzjonali. Dwar dan tkellimt mas-Sur Grazio Grixti, Direttur fi ħdan id-Direttorat għadDigital Literacy u Transversal Skills.

X’inhu l-għan tal-European Code Week u pajjiżna kemm ilu jieħu sehem f’din l-inizjattiva? Il-Ġimgħa Ewropea tal-Koding tnediet fl-2013 mill-Young Advisors for the Digital Agenda Europe. Malta ilha tieħu sehem sa mill-bidu ta’ din l-inizjattiva. Il-Kummissjoni Ewropea tappoġġja l-Ġimgħa Ewropea tal-Koding bħala parti mill-istrateġija tagħha għas-Suq Uniku Diġitali (Digital Single Market). Fil-pjan ta’ azzjoni għalledukazzjoni diġitali, magħruf bħala Digital Education Action Plan, ilKummissjoni tħeġġeġ b’mod speċjali lill-iskejjel biex jissieħbu f’din l-inizjattiva. L-għan huwa li jintlaħqu 50% tal-iskejjel kollha fl-Ewropa sal-2020. Il-Ġimgħa Ewropea tal-Koding tilħaq il-miri ta’ tagħlim bħal kreattività, is-soluzzjoni tal-problemi u l-kollaborazzjoni permezz ta’ attivitajiet ta’ programmar, robotika u l-użu tat-teknoloġija. L-għan ta’ din l-inizjattiva huwa biex jiżdied it-tagħrif dwar il-koding u jsir aktar popolari u viżibbli. B’hekk l-istudenti, inkluż tfal, żgħażagħ u adulti jsiru aktar kunfidenti fil-ħsieb komputattiv (computational thinking) fil-ħajja ta’ kuljum. B’hekk jibdew jaddattaw il-ħiliet li jakkwistaw permezz tal-koding għal sitwazzjonijiet li jiltaqgħu magħhom, bħal ngħidu aħna, jidentifikaw problema, jkunu kapaċi jifhmuha u jesprimuha, janalizzawha, jaqsmuha f’biċċiet iżgħar u jsolvuha. Dawn il-ħiliet huma wkoll parti mill-kompetenzi diġitali li l-Kummissjoni Ewropea qegħda timbotta l’quddiem permezz tal-qafas “The Digital Competence Framework for Citizens”. Dawn jinkludu l-ħolqien ta’ kontenut diġitali, sigurta`, immaniġjar ta’ informazzjoni u data, soluzzjoni għall-problemi, komunikazzjoni u kollaborazzjoni.

8


Għat-tielet sena nfila Malta spiċċat l-ewwel filklassifika fost sebgħin pajjiż li hadu sehem? Xi kriterji ntużaw biex pajjiżna ġie dikjarat fl-ewwel post tal-klassifika bejn il-pajjiżi? Fil-Ġimgħa Ewropea tal-Koding li din is-sena saret bejn il-5 u l-20 t’Ottubru 2019, Malta kellha l-ikbar numru ta’ attivitajiet ta’ koding organizzati meta mqabbla b’mod proporzjonali mal-popolazzjoni tal-pajjiż. In-numru ta’ avvenimenti li saru f’Malta baqa’ jiżdied kull sena, b’147 attività fl-2017, 190 attività fl-2018 u aktar minn 500 attività fl-2019. Din is-sena qbiżna n-numru t’avvenimenti organizzati b’aktar mid-doppju fuq issena ta’ qabel. Dan ifisser ħafna għal Malta meta tqis li din is-sena kien hemm rekord ta’ parteċipazzjoni madwar l-Ewropa kollha, fejn din is-sena ġew organizzati aktar minn 66,000 attività, jiġifieri 22,000 attività iktar mill-edizzjoni ta’ qabel tal-2018. IlKummissarju Ewropew għall-ekonomija diġitali Sa Mariya Gabriel ferħet lill-parteċipanti kollha għal dan issuċċess. Dan juri l-importanza li qed jingħata l-koding fuq skala internazzjonali kemm fil-qasam edukattiv u fil-ħajja ta’ kuljum.

Kemm kien in-numru ta’ skejjel jew istituzzjonijiet Maltin li ħadu sehem f’din il-ġimgħa ta’ attivitajiet? U dawn kienu ġejjin minn setturi differenti? Malta għal darb’oħra qabżet il-mira tal-Kummissjoni Ewropea, jiġifieri qbiżna l-50% parteċipazzjoni tal-iskejjel. Fil-fatt kien hemm aktar minn 80% tal-iskejjel Maltin li pparteċipaw f’din l-inizjattiva. Dawn jinkludu l-iskejjel primarji, medji u sekondarji tal-istat u mhux statali. Magħhom ingħaqdu wkoll l-MCAST u organizzazjonijiet indipendenti.

Entitajiet li taw l-appoġġ tagħhom biex jinkiseb dan is-suċċess u pjanijiet għall-futur. Is-suċċess miksub minn Malta fil-Ġimgħa Ewropea tal-Koding huwa grazzi għall-edukauri u l-istudenti kollha li pparteċipaw u rreġistraw l-attivitajiet tagħhom fuq is-sit https://codeweek.eu/. Grazzi kbira tmur ukoll għat-tim fid-Direttorat għal-Litteriżmu Diġitali u l-Ħiliet Transversali fil-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol. L-għalliema, kapijiet tad-dipartiment u l-uffiċjali edukattivi fi ħdan iddirettorat offrew gwida u sapport kontinwu lill-iskejjel u lill-entitajiet li pparteċipaw. Bħala direttorat ipparteċipajna fi Playcon bħala parti mid-Delta Summit fejn ‘il fuq minn 2000 student ħadu sehem f’attivitajiet ta’ koding. Dan grazzi għas-Sur Keith Aquilina, is-Sur Stephen Bezzina u l-Awtorità tal-Logħob (MGA). eSkills Malta Foundation ukoll kellha sehem sħiħ f’dan is-suċċess. Entitajiet oħra li nirringrazzjaw għallkontribut tagħhom huma MCAST, is-sezzjoni tal-litteriżmu diġitali tal-iskejjel tal-Knisja (SFCE), il-Fondazzjoni għall-Aċċessibbiltà talICT, iċ-Ċentru Interattiv tax-Xjenza Esplora, il-Libreriji pubbliċi Maltin u kif ukoll kunsilli lokali u entitajiet privati li ħadu sehem. Is-sena li ġejja l-Ġimgħa Ewropea tal-Koding se tinżamm bejn l-10 u l-25 t’Ottubru 2020. L-għan tad-Direttorat għal-Litteriżmu Diġitali u l-Ħiliet Transversali huwa li l-koding u kompetenzi diġitali oħra ma jkunux marbutin ma’ xi ġimgħa partikolari biss imma dawn jiġu integrati b’mod ħolistiku fil-lezzjonijiet u fil-mixja edukattiva ta’ kull student. Dan isir permezz ta’ taħriġ kontinwu lill-edukaturi flimkien ma’ inizjattivi li d-direttorat jieħu bħal One Tablet Per Child, eTwinning, SELFIE, Family Coding, Malta Robo League u oħrajn. L-edukaturi u l-istudenti huma mħeġġa jitgħallmu aktar dwar kif iżommu ruħhom attivi fid-dinja diġitali billi jżuru s-sit https:// digitalliteracy.skola.edu.mt/ jew jibagħtulna fuq digital-literacy@ ilearn.edu.mt

9


Ix-Xjenza, il-Milied u

l-Esplora

F’Esplora nemmnu li x-xjenza tinsab kullimkien u f’kollox, anke fil-Milied. B’hekk l-elfi u ċ-ċriev ta’ Santa Klaws kienu mħabbta mhux ħazin dan l-aħħar bil-preparamenti għal żmien il-Milied f’Esplora sabiex noffru esperjenzi mill-isbaħ lillviżitaturi tagħna mimlija esperimenti, kreattivita’ u tagħlim. Wasal dak iżżmien fejn irridu nispjegaw kif Santa jirnexxielu jqassam dawk ir-rigali kollha madwar id-dinja f’lejl wieħed, mingħajr ma jintlemaħ. F’Esplora għal żmien il-Milied ser ikollok iċċans tara u tipparteċipa f’science show marbuta mat-tema tax-xjenza u l-Milied. Iċ-ċriev ta’ Santa Klaws veru jeżistu? Kif jista’ jkun Santa qatt ma jixjieħ? U possibli Santa jżur daqstant djar mingħajr ma jintlemaħ?

Ma jonqsux ukoll l-esperimenti bittema tal-Milied. Persuni ta’ kull eta’ ser ikollhom iċ-ċans jieħdu sehem f’esperimenti interattivi mqassma madwar iċ-ċentru. Minn kif wieħed jagħmel affarijiet inviżibbli għall-użu tal-forensika sabiex jinstabu r-rigali rrapurtati nieqsa, kulħadd ser isib xi ħaġa li tinteressah. L-esperimenti u l-attivitajiet li noffru fiċ-ċentru Esplora normalment jinvolvu lill-familja kollha sabiex kemm iż-żghar, kemm l-adulti u anke l-anzjani jistgħu jkunu attivi fittagħlim u kull persuna tifhem aħjar kif ix-xjenza tinsab f’kollox u kullimkien.

10

Dr Jeffrey Pulliċino Orlando, Ċermen Eżekuttiv, MCST

Din is-sena, waqt il-weekends kollha matul x-xahar ta’ Diċembru ser ikollna attivitajiet marbuta mal-Milied. Il-qofol ta’ dawn l-attivitajiet ser jintlaħaq bejn it-Tlieta 24 ta’ Diċembru u l-Ħadd 5 ta’ Jannar fejn ser ikun hemm ġimgħatejn sħaħ iddedikati għall-attivitajiet talMilied għall-familja kollha. Waħda mill-attivitajiet offruti matul ilweekends kollha ta’ Diċembru ser tkun dik fejn il-viżitaturi jkunu jistgħu jagħmlu kartolina tal-Milied li taħdem bil-batterija. F’Esplora nħobbu nibżgħu għall-ambjent u kemm jista’ jkun nippruvaw nużaw affarijiet riċiklati għall-attivitajiet tagħna sabiex noħolqu għarfien dwar l-importanza tar-riċiklaġġ.


Ninsabu ċerti li ħafna minnkom għal żmien il-Milied jixtru l-poinsettias sabiex iżejnu djarhom. Dawn jistgħu wkoll ikunu sors għall-esperiment tax-xjenza. Tajjeb li wieħed ifittex ftit għalxiex jistgħu jintużaw l-kimiċi li jinsabu fil-weraq ħomor talpoinsettias. Infatti dawn jistgħu juruna jekk likwidi oħra humiex aċidużi jew le. Wieħed jista’ juża numru ta’ affarijiet li nsibu fil-kċina bħal-lumi, larinġ, ilma, ħall jew baking soda fost affarijiet oħra li meta jitħalltu mal-likwidu li wieħed joħroġ mill-weraq ta’ din il-pjanta, joħolqu kuluri differenti.

Rigward annimali u żmien l-Milied, nixtiequ naraw jekk qattx smajtu bilCaribou? Tafu fejn jgħix dan l-annimal? U x’għandu simili għaċ-ċriev li Santa jkollu miegħu? Il-Caribou ma jtirux bħaċ-ċriev ta’ Santa pero’ huma magħrufa li jimxu distanzi twal ħafna, propju sa 5000 kilometru fis-sena. Infatti din hi l-itwal distanza magħrufa mill-mammiferi tal-art kollha. Tafu liema mammiferu jagħmel l-itwal distanza fis-sena mill-mammiefri kollha? Dan r-rekord jieħduh il-balieni tat-tip Humpback li jgħumu mat8000 kilometru fis-sena sabiex jaslu fl-ilmijiet fejn isibu balieni oħra.

Jekk mill-banda l-oħra intom ftit xettiċi u ma tħobbux żmien il-festi, bħal famuż Grinch, xorta ser issibu affarijiet interattivi klassiċi fl-ispazji tagħna fost il-200 esibit b’diversi temi fosthom fuq il-ġisem tal-bniedem, l-elettriku, l-illużjonijiet, il-ħsejjes, l-inġinerija u ħafna aktar. Ma jonqosx ukoll il-Planetarium fejn tkunu tistgħu taraw diversi filmati dwar l-ispazju u temi oħra. Dan kollu u aktar fiċ-Ċentru Interattiv tax-Xjenza Esplora fi żmien il-festi tal-Milied fejn ix-xjenza, il-kultura u l-arti jsiru ħaġa waħda. Għal aktar informazzjoni nħeġġukom iżżuru s-sit tagħna esplora.org.mt jew il-paġna tal-facebook. Nawguraw il-Milied u s-Sena t-Tajba lil kulħadd!

11


12


IT-TFAL JIKKUPJAW

jew le

U le mhux qed ngħid għax-xoghol ta’ l-iskola, imma għal xi ħaġa aktar importanti. It- tfal jikkupjaw jew le l-imġieba li jaraw fladulti ta’ madwarhom biex jiffurmaw ilpersonalita’ tagħhom ?

?

Minn Joyce Callus Counsellor u Edukatriċi

Halli nkunu ftit prattiċi, dwar il-bażi talpersonalita’, xi ħadd li fit-tfulija jibda jaħseb li mhux kapaċi jitgħallem is-somom, jew għax xi ħadd ikun qallu hekk, jew għax kull darba li għamel żball ġie kkritikat ħafna, jibda jemmen li hu injorant fissomom u jieqaf jipprova. Din tkun biss konklużjoni tiegħu imma jista jibqa jġorrha tul ħajtu kollha. Issir aktar ħsara meta xi adult jgħid li dan it-tifel jixbaħ lilu għax hu hekk kien fl-iskola.

D

in il-biċċa xogħol tibda kmieni, u l-bażi ta’ kif jaraw lilhom infushom, l-oħrajn u d-dinja ta’ madwarhom tiġi ffurmata fl-ewwel ħames snin tal-ħajja. Din hija l-bażi tal-personalita’. Dan ma jfissirx li ma jsirx tibdil fil-karattru matul il-ħajja, anzi dan it-tibdil jibqa jseħħ sa l-aħħar ta’ ħajjitna imma l-bażi tibqa hemm.

Minn naħa l-oħra meta tfal ikollhom min jagħmlilhom ilkuraġġ, anke meta jagħmlu żball jibqgħu jippruvaw aktar u aktar meta l-adulti li jiltaqgħu magħhom ma jaqtgħux qalbhom mill-isfidi ta’ kuljum f’ħajjithom. Ittfal ikunu qed jixorbu kollox. It-tfal għandhom xewqa kbira li jitgħallmu u kważi jinteressahom kollox sakemm ittagħlim isir bil-paċenzja u b’imħabba. Ħafna drabi jixtiequ jikbru u jsiru bħallġenituri tagħhom sakemm ma tidħolx fin-nofs il-perfezzjoni. Ħadd ħlief Alla ma hu perfett iżda il-perfezzjoni mit-tfal din tnissel fihom pressjoni bla bżonn, biża’ u xi kultant anke ansjeta’ żejda.

Meta l-istil tat-trobbija li jkunu għaddejjin minnu t-tfal ikun pożittiv allura iva jikkupjawh iżda meta din l-esperjenza tkun negattiva jistgħu jmorru għat-tarf l-ieħor u jagħmlu bil-maqlub. Ngħidu ahna jekk fid-dar ikun hemm min hu strett ħafna u din tagħmel sens għat-tfal mela huma ser ikunu aktar stretti ma’ uliedhom , iżda jekk dan ma jogħġobhomx huma ser ikunu laxki ma’ uliedhom.

L-ewwel snin sbieħ tat-tfulija jistgħu jkunu mudell ta’ kif wiehed jibni l-istima tiegħu nnifsu, iduq kemm hi sabiħa relazzjoni ta’ mħabba fuq il-mudell ta’ l-imħabba bejnhom u bejn dawk li qed irabbuhom, u jħarsu lejn id-diffikultajiet tal-ħajja bhala sfidi u mhux problemi. Nafu li nġorru tfulitna tul ħajjitna kollha għalhekk jiswa li ninvestu fit-tagħlim ħalli veru nagħtuhom l-aħjar li nistgħu wara li nkunu żammejna ruħna aġġornati ma’ l-istudji tal-lum.

13


Inrawmu l-Bilingwizmu mill-Ewwel Jiem tat-Tfulija David Muscat, Kap Eżekuttiv tal-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu Tliet snin ilu, fl-2016, il-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol nieda ‘Il-Politika Lingwistika għas-Snin Bikrin’, wara li saret konsultazzjoni wiesgħa u pubblika dwarha. Din il-politika tippromwovi l-edukazzjoni bilingwi tat-tfal Maltin u Għawdxin sal-età ta’ seba’ snin. Hija tipprovdi wkoll linji gwida nazzjonali lill-ġenituri, l-edukaturi, l-amministraturi ta’ postijiet edukattivi u l-letturi tal-għalliema dwar l-iżvilupp tal-bilingwiżmu fit-tfal ċkejknin. Ilpolitika qiegħda tixxerred mill-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu permezz ta’ taħditiet u taħriġ lill-ġenituri ta’ tfal żgħar u l-edukaturi ta’ ċentri u skejjel tas-snin bikrin. Il-politika tirrakkomanda li t-tfal jingħataw opportunitajiet li permezz tagħhom irawmu attitudni pożittiva lejn il-Malti, l-Ingliż u lingwi oħra, u jiżviluppaw il-kompetenzi lingwistiċi tagħhom fil-Malti u fl-Ingliż b’tali mod li jkunu kapaċi jħaddmuhom sew f’kuntesti differenti. Il-politika tagħti direzzjoni lill-ġenituri u kustodji tat-tfal, l-edukaturi tagħhom tas-Snin Bikrin, l-amministraturi ta’ kuntesti edukattivi, u l-letturi tal-għalliema tas-Snin Bikrin kif għandha ssir edukazzjoni bilingwi.

14


Edukazzjoni Bilingwi mill-Ewwel Snin

L-Ambjenti Edukattivi

Konklużjoni

Ir-riċerka turi li edukazzjoni bilingwi tforni lit-tfal b’għarfien metalingwistiku usa’ minn edukazzjoni monolingwi. Tfal li jkollhom għarfien ta’ żewġ lingwi jew aktar ikunu f’qagħda aħjar biex jitgħallmu l-lingwi għax jiżviluppaw flessibiltà mentali u jsaħħu l-ħiliet kreattivi tagħhom. Tfal b’livell għoli ta’ profiċjenza fil-lingwi tal-istruzzjoni fl-iskola, fi kliem ieħor, fil-kuntest lokali, fil-Malti u l-Ingliż, jifhmu aħjar il-kontenut u l-kunċetti ta’ suġġetti differenti li jiġu mgħallma fliskejjel. It-tagħlim tal-lingwi joffri firxa ta’ opportunitajiet ta’ komunikazzjoni fuq livell lokali u internazzjonali, apprezzament ta’ kulturi differenti, kif ukoll trawwim ta’ kuxjenza multikulturali. Il-Malti u l-Ingliż għandhom jiġu introdotti lit-tfal u mħaddma fl-interazzjoni ta’ kuljum sa mill-ewwel snin. Il-kuntesti taledukazzjoni bikrija, fosthom iċ-ċentri għal tfal żgħar għandhom jipprovdu ambjent u sitwazzjonijiet li fihom it-tfal jiżviluppaw illingwi u kunċetti xierqa għall-età tagħhom. L-iżvilupp tal-ħiliet tal-lingwa jiddependi mill-kwalità tal-edukazzjoni pprovduta. Għalhekk, fost oħrajn, min imexxi ċ-ċentri tat-tfal u l-awtoritajiet ikkonċernati għandhom jassiguraw li l-istaff taċ-ċentri tat-tfal, il-kindergarten u l-iskejjel ikollhom il-ħiliet lingwistiċi meħtieġa fiż-żewġ lingwi u li ssir interazzjoni xierqa u fejjieda bejn l-edukaturi u t-tfal.

It-tfal għandhom iħossuhom sikuri, aċċettati u kuntenti fl-ambjenti li jkunu jgħammru fihom. L-edukaturi tas-Snin Bikrin għandhom jipprovdu kuntesti li jgħinu, iħeġġu, jirfdu u jestendu t-tagħlim tallingwi lill-istudenti. L-edukaturi għandhom ikollhom ħakma tajba tal-Malti u l-Ingliż u jipprovdu lill-istudenti b’opportunitajiet li fihom iħaddmu ż-żewġ lingwi. L-edukaturi tas-Snin Bikrin għandhom ukoll iħaddnu attitudnijiet pożittivi lejn iż-żewġ lingwi ħalli b’hekk isaħħu l-istima tat-tfal fihom infushom bħala persuni bilingwi.

Il-Politika Lingwistika għas-Snin Bikrin tagħraf l-importanza li tissokta r-riċerka fil-prattiki eżistenti li qegħdin jitħaddmu fittagħlim tal-lingwi fis-Snin Bikrin. Ir-riċerka, fosthom fil-forma ta’ riċerka ta’ azzjoni, għandha sservi biex ikun hemm titjib filpolitiki u l-prattiki bilingwi mħaddma fiddjar, fiċ-ċentri tat-tfal, fil-kindergartens u fl-iskejjel. Il-mod kif l-individwi jużaw il-lingwi, b’mod partikolari lil hinn mill-iskola, jikkaratterizza l-iżvilupp tal-ħiliet lingwistiċi tat-tfal. Għalhekk il-ġenituri u l-kustodji għandhom irawmu l-bilingwiżmu f’uliedhom mittwelid. Il-komunità wkoll għandha sehem importanti fil-promozzjoni ta’ attitudni pożittiva lejn il-bilingwiżmu. It-tfal jiġu f’kuntatt mal-lingwa u l-litteriżmu permezz tat-teknoloġija u l-midja. Il-mezzi ta’ komunikazzjoni jistgħu jgħinu bis-sħiħ biex tinħoloq kuxjenza akbar dwar l-importanza tal-Malti u l-Ingliż għall-iżvilupp ħolistiku tat-tfal Maltin u Għawdxin, u din il-kuxjenza trid titrawwem sa mis-Snin Bikrin.

L-Ambjent tad-Dar L-ambjenti tad-dar u tal-iskola huma marbutin għoqda. Ir-relazzjonijiet li t-tfal ikollhom f’kull wieħed minn dawn l-ambjenti jaffettwaw il-mod kif jikbru u jiżviluppaw il-ħiliet tagħhom. Il-ġenituri u l-kustodji huma l-ewwel għalliema tat-tfal. Il-lingwi, il-kultura u l-identità personali tattfal huma minsuġa flimkien b’mod li waħda ma tistax tinfired mill-oħra. Il-ġenituri u l-kustodji tat-tfal għandhom sehem kruċjali fit-tagħlim tal-lingwi lit-tfal. Huma jservu ta’ mudelli għat-tfal fit-tħaddim tal-lingwa/i u fl-attitudnijiet tagħhom lejn il-lingwi. Għalhekk m’għandux isir diskors mat-tfal fejn il-lingwi jitħalltu addoċċ bi frażijiet bħal ‘’Mur ġib ir-red ball’’ jew ‘’Xi pretty dress għandek pupa!’’. Il-politika tistieden lill-ġenituri u l-kustodji biex irawmu attitudni pożittiva lejn il-Malti, l-Ingliż u lingwi oħra, jitħaddtu bis-sens ma’ wliedhom fuq firxa ta’ suġġetti, iħarsu u jħaddmu l-lingwa/lingwi li tintuża/ jintużaw id-dar (li għall-parti l-kbira talMaltin u l-Għawdxin huwa l-Malti), jesponu lil uliedhom għall-Malti u l-Ingliż b’mod konsistenti, u jappoġġjaw il-politiki u l-prattiki tal-edukazzjoni tal-lingwi li jkunu qegħdin jitħaddmu fl-iskola. Ġenituri u kustodji li jkollhom ħakma soda tal-ewwel lingwa jew il-lingwa omm tagħhom, għandhom qabelxejn ikellmu lil uliedhom b’dik il-lingwa, ħalli mbagħad wara, fisSnin Bikrin stess, jintroduċu jew jesponu lil uliedhom għat-tieni lingwa.

Strateġiji differenti Jeżistu strateġiji differenti għalledukazzjoni bilingwi bħas-separazzjoni tal-lingwi u l-użu flessibbli tal-lingwi. Meta jkun hemm separazzjoni tal-lingwi, il-Malti u l-Ingliż jistgħu jinfirdu b’ħin għal kull lingwa, b’persuna għal lingwa u persuna għal oħra, jew skont is-suġġett, il-post, iċ-ċirkostanza jew l-attività. Tista’ tintuża l-medjazzjoni, jiġifieri l-għalliema jistgħu jaqilbu minn lingwa għal oħra, bil-galbu u bi pjan, biex jiffaċilitaw u jgħinu lit-tfal jiżviluppaw il-ħiliet lingwistiċi tagħhom. Dan il-qlib jista’ jsir, ngħidu aħna, bl-użu ta’ ġesti jew komunikazzjoni mhux verbali, stampi, testi eħfef, repetizzjoni ta’ kliem u rutini. Ngħidu aħna, fil-lezzjonijiet tal-matematika, l-għalliema filwaqt li tuża kotba u riżorsi oħra stampati u viżivi bl-Ingliż, meta tiġi biex tispjega u tiċċara kunċetti u somom, tista’ tinqeda bil-Malti. F’mudell ta’ bilingwiżmu flessibbli, ittagħlim isir permezz ta’ scaffolding biex it-tfal jirriflettu fuq kull pass li jagħmlu filmixja edukattiva tagħhom. Għaldaqstant huwa importanti li t-tfal ikunu esposti għażżewġ lingwi b’mod konsistenti. L-għalliema għandhom ikunu sensittivi għall-bżonnijiet tat-tfal tagħhom u jadottaw strateġiji li jindirizzaw dawn il-bżonnijiet. It-tfal li jsibuha bi tqila jitgħallmu jistgħu jiġu bżonn tipi differenti ta’ strateġiji ta’ medjazzjoni. L-għalliema għandhom ipoġġu lit-tfal fiċ-ċentru tat-tagħlim. Dan jista’ jsir billi t-tfal kollha tingħatalhom il-possibiltà li jilħqu l-kisbiet mit-tagħlim tal-Malti u l-Ingliż, kif spjegati fil-Qafas tal-Kisbiet mitTagħlim għas-Snin Bikrin - http://www. schoolslearningoutcomes.edu.mt/en/ subjects/early-years. Fis-seklu 21 l-użu tal-lingwi ma nistgħux inqisuh biss bħala mezz ta’ komunikazzjoni mingħajr ma ninkludu t-tħaddim tallingwi bil-firxa wiesgħa ta’ teknoloġiji diġitali disponibbli. It-teknoloġija moderna għandha l-potenzjal li ssaħħaħ il-kreattività tat-tfal meta jintużaw riżorsi multimodali li jgħaqqdu l-ħoss, it-test u x-xbieha. Ilmaterjal diġitali joffri l-possibiltà li t-tfal jipparteċipaw f’kuntesti ta’ tagħlim rikki u dinamiċi. Il-ġenituri u l-edukaturi jistgħu jinqdew bit-teknoloġija diġitali biex jikkomunikaw u jilagħbu mat-tfal b’mod li jgħinuhom jiżviluppaw il-ħiliet konjittivi u lingwistiċi tagħhom.

15

Min ikun jixtieq jaqra d-dokument sħiħ tal-Politika Lingwistika għas-Snin Bikrin isibha f’https://education.gov.mt/en/ nationalliteracyagency/Documents/ Policies%20and%20Strategies/IlPolitika%20Lingwistika%20g%C4%A7asSnin%20Bikrin%20f’Malta%20u%20 G%C4%A7awdex.pdf.


Minn Rita Azzopardi Għalliema

Kif intom tfal Kif qed igerbeb iż-żmien. Filli għadna kemm bdejna l-iskola u issa hawn qegħdin nippreparaw għall-festa tant mistennija, il-festa tal-Milied. F’Malta, bħall-pajjiżi l-oħra madwar id-dinja, għandna ħafna tradizzjonijiet assoċjati mal-Milied, uħud huma tagħna l-Maltin bħall-imbuljuta u l-ġulbiena. Imbagħad hemm oħrajn li aħna ħadna minn pajjiżi oħra bħal Father Christmas. Illum nixtieq naqsam magħkom żewġ kitbiet ħelwin – waħda dwar il-ġrajja tal-ewwel Milied u l-oħra dwar Father Christmas li f’dan iż-żmien sabiħ tas-sena, miskin, kellu problema kbira xi jsolvi! Ejjew naqrawhom flimkien.

Il-ġrajja tal-Ewwel Milied

Din il-ġrajja li se taqraw ilha eluf ta’ snin li ġrat. Imma kull sena kull min jismagħha jibqa’ ċċassat U lejn Alla kulħadd iħossu grat. Mela darba, ġo dar ċkejkna f’Nażaret, kienet toqgħod tfalja fqajra jisimha Marija. Jum minnhom ħasset bħal riħ qawwi. Fis ħarset lejn dawl jgħammex ġej minn siġra u lil Gabrijel, il-messaġġier ta’ Alla, hija rat. La tibżax Marija, qal l-anġlu. Alla se jagħmel miegħek ħwejjeġ kbar għax lilek għażlek biex tkun omm Ibnu. Marija tħawdet għal dan il-kliem, iżda qaltlu: Jien il-qaddejja tal-Mulej. Ħa jsir minni skont dak li jrid Hu. Meta ħarġet liġi li kull familja kellha tinkiteb f’ċensiment, Ġużeppi u Marija kellhom imorru Betlehem minħabba li Ġużeppi kien ġej mill-familja ta’ David.

16


It-twelid tat-tarbija

Il-vjaġġ kien twil u iebes. Ma kellhomx ajruplani u trejns fuq xiex jivvjaġġaw. Kulma kellhom kienet daqsxejn ta’ ħmara xiħa. Imma ġara li fi triqithom Marija kien sarilha ż-żmien li twelled lit-tarbija. Ġużeppi ma kienx jaf x’se jaqbad jagħmel. Beda jħabbat bieb bieb biex forsi xi ħadd ħniena tiġih U kamra għall-kenn joffru lil martu Marija.

Ix-xiħ tal-Milied kellu problema!

Jiddispjaċina imma full up. Dan kien il-kliem li qalulu. Ġużeppi miskin beda jitlef il-kuraġġ. Fl-aħħar sid ta’ lukanda Offra kenn ġo stalla tal-annimali. Ġużeppi ra kif għamel u prepara fisqija Għaċ-ċkejkna tarbija.

Il-Milied kien kważi wasal. Father Christmas, jew aħjar ix-Xiħ tal-Milied, kien jinsab fil-ħanut tax-xogħol tiegħu jaqra l-listi li jibgħatulu t-tfal minn madwar id-dinja kollha. Iva, anke minn Malta jkollu ħafna ittri mhux ħażin. Min irid pupa, min irid tren, min irid suldat, min ħaġa u min oħra.

U f’nofs ta’ lejl, Marija weldet lis-Salvatur tad-dinja, u poġġietu ġol-maxtura tal-annimali. L-anġli tal-Mulej dehru fuq l-għar iħabbru din l-aħbar: “Glorja lil Alla fil-għoli tas-smewwiet u paċi fl-art lill-bnedmin ta’ rieda tajba!”

Imma din is-sena x-xwejjaħ tal-libsa ħamra kellu problema kbira! Iż-żewġ lavranti tiegħu kienu d-dar morda bl-influwenza. Kif seta’ jlaħħaq ma’ dak ixxogħol kollu waħdu? Miskin kellu raġun iħokk rasu biex forsi jipprova jsib soluzzjoni.

Il-kewkba l-kbira ddiet fuqnett tal-għar. Minn mili ‘l bogħod il-bogħod, Anna u Ġwakkin raw dik id-dija u fehmu li binthom Marija kienet welldet lit-tarbija!

Darba minnhom, waqt li kien qed jaħdem billejl, marret għajnu bih u raqad. Fil-ventilaturi talħanut kienu jgħixu grupp ta’ rġiel nani. Dawn kienu ilhom jaraw lix-Xiħ tal-Milied inkwetat u għajjien. Għahekk iddeċidew li jgħinuh. Tnejn minnhom fetħu l-ventilatur qadim li kien hemm fuqnett mas-saqaf u dendlu ħabel twil. Wieħed wara l-ieħor in-nani niżlu mal-ħabel u bdew ix-xogħol minnufih. Min jaf x’sorpriża se jieħu la jqum ix-Xiħ tal-Milied!

X’ferħ ħassew Marija u Ġużeppi. Kemm ħassewhom ixxurtjati r-ragħajja li żaru lit-tarbija tat-twelid.

għmel li kieku ta t on ’k X . .. .. t? U in wel Milied? w e lk a d f’ m m e h kont i u lil Marija? p p e ż u Ġ l li n n e k it Kont toffrilhom ft

17

u m o k l i l b e j j a t itd e i l i M l ! m I o k ħ g a t i j l lill-fami


s a q n a : l k a f w T o a d ’ f Missi m e j a j n e n d i u m b i s t ħ a j a t N ixxur

minn Nancy Camilleri (Missio Malta)

Tfal,

Parti mix-xogħol tiegħi bħala missjunarja huwa li nżur l-iskejjel flimkien ma’ Rafiki u niltaqa’ magħkom. Flimkien naraw kif tfal oħra fid-dinja jgħixu u jitgħallmu. Fl-iskejjel aħna nagħmlu ħafna affarijiet differenti, fosthom sessjonijiet tal-kultura. Hawn jien nitkellem u nagħti informazzjoni fuq pajjiż tal-missjoni u ma’ dan il-pajjiż jiena ngħaqqad attivita’ ta’ craft. Dan nagħmlu biex l-istudenti jkunu jistgħu jirrelataw mat-tfal ta’ dan il-pajjiż. Aħna nħossu li huwa importanti li t-tfal Maltin jitgħallmu kulturi differenti. Dan sabiex inwessgħu l-għarfien tagħna. Aħna nemmnu li billi nagħmlu hekk inkunu qed nifhmu iżjed lill-barranin li jkunu magħna fl-iskejjel, u nitgħallmu ngħixu iżjed flimkien. Dan huwa tagħlim għall-ħajja, fejn jekk forsi la nikbru u nżuru pajjiżi differenti, u niltaqgħu ma’ nies differenti, aħna nkunu nafu nikkomunikaw magħhom sabiex ngħixu f’armonija. Dan l-għarfien jgħinna nikbru, niftħu għajnejna u ninfetħu għal affarijiet ġodda. Jgħinna wkoll nirrispettaw lil xulxin iżjed. Dan huwa aspett wieħed ta’ missjoni. Aspett ieħor huwa li niskopru x’inhi l-missjoni tagħna - kull wieħed u waħda minna. Kif qal Papa Franġisku, kulħadd għandu missjoni. Għalhekk għamilna kampanja flimkien ma’ Missio f’bosta pajjiżi oħra, fejn kulħadd kellu jara x’inhi l-missjoni tiegħu, jiktibha fuq bord u jieħu ritratt. Dan kien mod biex noħolqu għarfien fuq x’inhi missjoni. Hawnhekk missjoni tfisser azzjoni ta’ għaqda fejn kulħadd flimkien kien ser jgħin b’xi mod jew ieħor lillpajjiżi anqas ixxurtjati.

18


Tfal,

aħna nistg ħu nbid d d-din lu ja. Jekk ngħinu mqar tifel wieħed jew tifla waħda fid-dinja f’xi pajjiż ’il bogħod. Dan nistgħu nagħmluh billi nsiru nafu fuq dawn ilpajjiżi u l-bżonnijiet tagħhom. B’dan il-mod inkunu nistgħu ngħinuhom. B’donazzjoni żgħira li aħna nagħtu, forsi tifel jew tifla jkunu jistgħu jixtru mediċina, ktieb jew xi ħaġa x’jieklu. Aħna nkunu salvajna ħajja. L-ikbar faqar huwa meta xi hadd iħossu mhux maħbub. Meta nagħtu, ħaddieħor iħoss li xi ħadd ħaseb fih - allura jħoss li huwa maħbub.

Madre Tereża tgħid:

r L-akbawa u faqar hiedem n b a t e uu m d ħ a w iħossu b, u ħadd a mwarraħseb fih. ma j Ma rridx ninsa ħaġa li kulħadd jista’ jagħmel; jitlob. Permezz tat-talb, aħna wkoll inkunu qed nsostnu lil dawn in-nies bogħod minna biex Alla jieqaf magħhom, jipproteġihom u jagħtihom dak li għandhom bżonn. B’dan il-mod, aħna nkunu biddilna d-dinja ta’ persuna waħda jew iżjed. Allura aħna nkunu biddilna ftit mid-dinja.

19


d e i l i M l I f’ lta a M

speċjali, n ie m ż u d ħa il-Milied g in t l a M a iskejjel u spiritwali. lu f Għal ħafn i ż t a ju z iġ l iz an wieħed re liġjużi org e r t e ji a it ttiv huma l-a parroċċi. i a s n f er a iv ħ d , fid , n il-jiem MUSEUM la t bil-bambin à Matul daw t i je ċ jon o s S is ċ is m pur ovena, iln n u d u l resepju. p lu l e Dawn jink if tat-t il-priedka

In-Novena Kienu d-Dumnikani tal-Belt Valletta li fi żmien il-Kavallieri bdew jagħmlu n-Novena, disat ijiem ta’ tħejjija għall-Milied b’quddiesa kantata kuljum. Illum ħafna parroċċi jiċċelebraw in-novena fil-quddiesa ta’ filgħaxija bis-sehem tat-tfal tad-duttrina u għaqdiet oħra li jkunu jagħmlu parti mill-parroċċa.

Il-Purċissjoni Il-ħidma u l-imħabba ta’ San Ġorġ Preca lejn il-poplu Malti għadna narawha sal-lum. Sa mill-1920 hu ħa ħsieb li f’kull raħal u belt, lejlet il-Milied, tiġi organizzata “Dimostrazzjoni ad unur ta’ Ġesù Bambin”, użanza li daħlet sew fost id-drawwiet sbieħ tal-Milied Malti. Ix-xewqa tiegħu kienet li għall-Milied kull tifel u tifla li kienu jattendu l-M.U.S.E.U.M. jieħdu magħhom iddar, grotta b’Ġesù Tarbija. Fl-1920, kien iddeċieda li ssir purċissjoni bil-Bambin tal-Milied fejn it-tfal u s-soċji f’lejlet il-Milied joħorġu mat-toroq tal-Ħamrun jgħajtu l-aħbar li Ġesù Bambin twieled għalina.

Minn dakinhar, il-purċissjoni bil-Bambin kibret u xterdet ma’ Malta u Għawdex. Hu kkunsidrat li l-Purċissjoni tal-Bambin issir f’madwar 66 lokalità f’Malta, fil-parti l-kbira lejlet il-Milied.

20


Il-Presepju L-eqdem presepju f’pajjiżna nħadem fil-kunvent tal-patrijiet Dumnikani fir-Rabat fl-1617. Fil-monasteru tas-sorijiet Benedittini fl-Imdina għadna nistgħu naraw presepju li sar fl-1826. Madankollu l-istil tal-presepju Malti oriġina minn Sqallija iżda matul iż-żmien inbidel xi ftit. Fil-bidu l-pasturi kienu tat-tafal u mlibbsin id-drapp waqt li l-presepju nnifsu kien tal-gagazza jew tal-ġebel. Illum jintużaw pasturi magħmulin mill-plastik. Il-presepji magħmulin bilkarta pesta huma tant realistiċi u apprezzati. Fi żmien l-Ingliżi, il-presepji minbarra l-kartapesta bdiet tintuża il-gagazza, faħam maħruq u materjal ieħor. Il-pasturi, minbarra l-Bambin, Marija u San Ġużepp kien ikun hemm ħafna oħrajn li jirrappreżentaw il-ħajja Maltija speċjalment tal-irħula. Fost ilpersunaġġi li ġew introdotti matul is-snin fil-presepju Malti nsibu l-għannej, in-nissieġ, il-bidwi, taż-żaqq, tat-tanbur, taż-żavżava, issajjied, l-imgħaġġeb, tal-forn u r-rieqed.

Il-Priedka tat-Tifel Din id-drawwa bdiet fis-seklu 19. Fl-1883 it-tfajjel, Ġorġ Sapiano, kien għamel il-prietka tal-Milied fil-knisja parrokkjali ta’ Ħal Luqa. Sal-lum, kull tifel li jagħmel din il-preidka dejjem jibda bl-istess frażi: Annuntio Vobis Gaudium Magnun, li tfisser ‘Se nagħtikom aħbar ta’ ferħ kbir.’ Sal-lum għad hemm drawwa, f’ċertu parroċċi, li wara l-priedka u l-quddiesa ta’ nofs il-lejl it-tifel jissejjaħ mill-kappillan u jiġi mogħti rigal speċjali.

Ikel Tradizzjonali Malti tal-Milied Għall-Milied, il-familji Maltin jinġabru u jippreparaw ikel ftit jew wisq differenti mis-soltu. Qabel, kien ikun hemm l-imqarrun il-forn, il-pastizzi, il-qassatat ul-qagħaq tal-għasel. Popolari kienu ukoll il-qastan, l-imbuljata (xarba magħmula mill-qastan), u l-ixkumvat (qisu spaghetti moqli u miksi biz-zokkor). Illum l-iktar ikla popolari tal-Milied hija d-dundjan jew serduk il-forn u l-pudina tal-Milied.

21


C

M

Y K

CM Y

MY

Y

CY

Y

MY

M

K

Y M C

22


Arlekkin Isfar,

xogħol letterarju ta’ Roberta Bajada Roberta Bajada minn dejjem kienet taf li trid tgħallem, titgħallem u tikteb. L-ewwel kapulavur letterarju tagħha, f’forma ta’ pitazz mimli tbajja’ u staplers, inkiteb meta kellha biss tmien snin u għadu ppreservat qalb il-komiks li ħolqot matul iż-żmien għar-rivista Sagħtar, fost oħrajn. Tħobb tiġri ħafja mad-dar (u fil-proċess tispiċċa tkisser subgħajha mal-għamara), issiefer, titgeddes mal-kelba u tiekol is-sushi. Hija waħda mill-awturi żgħażagħ li jaħdmu ma’ Merlin Publishers, u tikteb għal tfal ta’ għaxar snin ’il fuq. Bir-rumanz tagħha Termini u Kundizzjonijiet Japplikaw rebħet il-Konkors ta’ Kitba Letteratura għaż-Żgħażagħ tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb u Aġenzija Żgħażagħ. B’Arloġġ u Tila, kienet spiċċat finalista tal-konkors Abbozz organizzat mill-Merlin Publishers. Arlekkin Isfar, li għadu kif ħareġ, huwa t-tieni ktieb mis-sensiela ta’ Arloġġ u Tila. Nikber u Nitgħallem tkellem ma’ Roberta dwar dan l-aħħar ktieb tagħha:

Min hu l-Arle kkin?

L-arlekkin h uwa persun aġġ storiku li jmu r lura għas-s ek sittax, u huw a magħruf l- lu aktar għall-karatt ru kapriċċuż tiegħu. Huwa tip ta’ buffu li tipik ament iħobb jilbes kostum koll um ikkuluriti, u s kont it-tradiz qaret zjoni huwa wkoll bniedem op portunist li jaħseb ħafn a fih innifsu.

lekkin r a l i l peċja k? s u d n X’għa anz tiegħe al sal għ ja t s e fir-rum l ħu ssir manz

g ru in tar- a l-ħolma tie , u fisk k e l r a jar L-a endoz ferrovija abiex s M r x a o l c l s q ko mu O beż fu jaħdem is q J . ja à t h l bu rea raw 921 na a fejn biħsie ranzini. 1 a n e n F s llu ’ Circo arċello għal B u bl-isem ta ba, meta jko r k ar ma’ ċir tama li xi da qwa u l-akt t a ji x Oscar tiegħu, isir l … u bie ol ja in u d k ċ-ċir uż fid jispiċċa jidħ m a f in arlekk din il-ħolma q iwetta basal! f’ħafna

iet ta’ j a t e a m r Għal liea tarah l-akta qarrejj at il-ktieb? għandu addatt ar huwa ktieb lai ’ kull

in Isf ej ja t Arlekk jeb ma’ qarr ’ qarrej ja a aj jinżel t od speċjali m min segwa ll età, b’m enti u ma’ ku wwel ktieb e x x adole tal-arloġġ fl l-istorja Tila. u Arloġġ

23

Il-ktieb tiegħek jitfa’ lenti wkoll fuq ilkultura ta’ madwarna … b’liema mod? Għal darb’oħra, l-għan ta’ dan it-tieni ktieb missensiela t’Arloġġ u Tila, hu li jieħu lill-qarrej fuq vjaġġ maġiku minsuġ minn għadd ta’ xogħlijiet artistiċi, fosthom pitturi ta’ Pablo Picasso, Marc Chagall u Edgar Degas. Permezz tal-avventuri tal-protagonist, Sven Mejer, u sħabu, wieħed jista’ japprezza aħjar l-istili differenti tal-arti f’ambjent kemxejn differenti minn dak tal-ewwel ktieb. Infatti, din l-istorja sseħħ ġo Rotterdam, belt fl-Olanda mgħammra bl-akbar port fl-Ewropa. Missier Sven huwa sajjied, imma Sven jitwerwer mill-baħar!


€119.99

€119.99

€119.99

€58.99

€169.99

€148.69

See More Robotics & Coding Products at www.digital.com.mt €127.83

€140.00

All prices are subject to change without prior nooce

24


L-użu tattablets waqt u wara l-ħin tal-iskola Għalkemm wieħed m’għandux jesaġera fl-użu tat-teknoloġija fit-tagħlim, illum huwa fatt aċċettat minn kulħadd li t-teknoloġija, speċjalment it-tablets, jistgħu jiffaċilitaw it-tagħlim tat-tfal speċjalment meta anki l-għalliema u l-edukaturi jingħataw l-assistenza li jkun hemm bżonn. Abby Camilleri Pearson li hija edukatriċi li tħarreġ għalliema flużu tat-teknoloġija fl-edukazzjoni fi ħdan il-kumpanija robocoach tgħidilna aktar.

X’ użu jista’ jsir mit-tablets u t-teknoloġija waqt il-ħin ta’ l-iskola u d-dar? Waqt il-ħin ta’ l-iskola, it-tablets u t-teknoloġija għandhom ħafna benefiċċji. Il-lezzjonijiet jistgħu jiġu nterpretati b’mod aktar viżwali u interattiv. Stampi, videos, applikazzjonijiet edukattivi, kif ukoll siti ta’ informazzjoni jgħinu lill-għalliema jittrasmettu l-kunċetti li jridu jgħallmu lill-istudenti. Din l-għodda timxi id f’id mal-informazzjoni li jkollhom fil-kotba u turi diversi aspetti tas-suġġett li wieħed ikun qed jitgħallem. It-tablets jiftħu l-opportunità biex nintegraw teknoloġiji diversi bħal robotika u gadgets oħra edukattivi fil-curriculum b’aktar kumdità. Peress li l-istudenti qegħdin jieħdu t-tablets magħhom id-dar qegħdin ikomplu jikkonsolidaw dak li tgħallmu l-iskola; ifittxu aktar dwar is-suġġett jew jipprattikaw xi kunċett li ħadmu fuqu.

X’tip ta’ support ikollhom bżonn l-edukaturi biex jagħmlu l-aħjar użu mit-tablets u t-teknoloġija fit-tagħlim tagħhom? L-użu ta’ teknoloġija fl-edukazzjoni ġabet magħha tibdil fit-tagħlim fl-iskejjel. L-għalliem irid ikollu sapport kontinwu biex din it-transizzjoni tkun effettiva. Fejn qabel l-għalliem kien juża biss kotba u kitba, issa jrid juża t-tablets u diversi teknoloġiji fittagħlim tagħhom. Dan il-proġett nazzjonali, magħruf bħala one tablet per child wassal biex edukaturi speċjalizzati f’dan il-qasam, flimkien mad-dipartiment ta’ l-edukazzjoni u l-kuntrattur tat-tablets, iħejju l-għalliema għal din il-bidla. Korsijiet għal kull għalliem jew għalliema qegħdin isiru biex jifhmu aħjar l-użu ta’ din it-teknoloġija u jgħinuhom biex japplikaw dal-kunċett fis-sistema edukattiva b’mod effetiv.

It-tablets u t-teknoloġija kif jistgħu jikkumplimentaw it-tagħlim tradizzjonali? It-tablets u t-teknoloġija qegħdin jinvadu l-qasam tal-edukazzjoni b’rata mgħaġġla. Ilproċess evolva b’mod effettiv minn tagħlim fuq blackboards għal tagħlim fuq whiteboards interattivi. Qisu l-użu tat-tablets u t-teknoloġija qed iwassal għal tagħlim effettiv u interattiv. Mhux qiegħed ineħħi l-kotba u ċertu materjal tradizzjonali li tgħallimna bih, imma huwa mezz edukattiv li qed iqanqal aktar interess fis-suġġett. Per eżempju, jekk qabel kont taqra u tara l-istampi ta’ ċertu pajjiż, bis-saħħa tat-tablets u t-teknoloġija qed tara l-post virtwalment. Tista’ wkoll tfittex aktar dettal fuq dan il-post u toħloq interess ferm akbar.

25

Spjegali ftit il-vantaġġi u żvantaġġi ta’ l-użu tat-tablets u t-teknoloġija fl-iskola u d-dar? Wieħed mill-vantaġġi ta’ l-użu tat-tablets u t-teknoloġija fl-iskola hi li qegħdin inħejju t-tfal għad-dinja tax-xogħol. Tista’ tgħid li kważi f’kull qasam ta’ xogħol, it-teknoloġija qegħda tintuża b’xi mod jew ieħor. Allura huwa dmir tagħna li nippreparawhom għaliha. Vantaġġ ieħor hu li qegħdin nolqtu l-abilità ta’ kull student blużu tat-tablets u t-teknoloġija; kemm dawk li jkollhom bżonn l-assistenza tat-teknoloġija biex jitgħallmu, kif ukoll dawk l-istudenti li bis-saħħa tat-tablets u t-teknoloġija ikomplu jistimulaw il-kapaċitajiet tagħhom. Żvantaġġ tat-tablets u t-teknoloġija hi li hemm min qed isir wisq dipendenti fuqhom. L-iscreen-time żdied u fejn forsi kien isir biss id-dar qisu qiegħed isir ukoll l-iskola. Għalhekk irridu noqgħodu attenti li noħolqu bilanċ u dixxiplina għall-użu ta’ din it-teknoloġija. Infatti l-istudenti m’humiex jużaw it-tablets u t-teknoloġija fl-iskola l-ħin kollu. Il-kotba u l-kitba xorta qegħdin jingħataw l-importanza meħtieġa. Dan il-bilanċ ikun qed jgħin u jħejji din il-ġenerazzjoni għar-realtà tal-ħajja. Meta joħorġu għad-dinja tax-xogħol ikollhom bżonn din id-dixxiplina. Għalhekk huwa dmir li nippreparawhom għaliha. Żvantaġġ ieħor hu li sfortunatament din itteknoloġija qegħda tintuża b’mod żbaljat. Qegħda tintuża biex inżommu t-tfal okkupati minflok iqattgħu ħin ta’ kwalità tajjeb magħhom. Allura għandna nifhmu li għandhom jintużaw b’mod raġonevoli u wisq aktar għall-benefiċċju ta’ l-iżvilupp tat-tfal u mhux forma ta’ babysitting service. Għal kull revoluzzjoni jkun hemm resistenza imma għandna nemmnu u nifhmu l-importanza tagħha.


FAMAE

D TRINA OC

VESTIBULU

M

1919

M A LTA U N I O N O F T E A C H E R S

Delegati waqt l-ewwel laqgħa tal-ħaddiema taċ-Ċivil fil-Belt Valletta fl-1959.

ĦIDMET IL-MALTA UNION OF TEACHERS F’DAWN IL-100 SENA Mill-bidu tagħha fl-1919 l-MUT kellha tibda tħabbat wiċċha ma’ sfidi kbar. Per eżempju għal bosta snin il-gvern kolonjali Ingliż m’għarafx lill-MUT b’mod uffiċjali. Kien biss f’Jannar tal-1943 li d-Direttur tal-Edukazzjoni John Brennan għaraf l-importanza li l-gvern kolonjali jkollu relazzjoni tajba mal-MUT. B’hekk, 24 sena wara li ġiet iffurmata, u f’nofs l-agħar kunflitt militari fl-istorja talumanità, l-MUT irċiviet rikonoxximent uffiċjali mill-gvern ta’ Malta. Problema immedjata fil-bidu tal-eżistenza tagħha kienet is-sħana fl-iskejjel. Dawn kienu jsegwu l-mudell Ingliż, li ma kienx addattat għall-klima Mediterranja, u għalhekk il-vaganzi tas-sajf kienu jibdew fl-1 t’Awwissu. Il-Union insistiet mal-gvern li l-istudenti u l-għalliema ma setgħux jaħdmu sew meta l-iskejjel ikunu forn fix-xhur tas-sajf. Għalhekk il-vaganzi kienu waħda mill-ewwel battalji – u rebħiet – tal-MUT.

ħamsin il-laqgħat kienu jsiru ġewwa l-iskola primarja tal-Furjana, u kien jintuża wkoll uffiċċju ġewwa Triq Sant’Ursula fil-Belt Valletta. Fl-1950 l-MUT akkwistat post fi Britannia Street, illum magħrufa bħala Triq Melita. Billi kellha bżonn spazju ikbar, imbagħad, imxiet għal post fi Triq il-Merkanti fl-1958. Fl-1977 il-Union marret fil-binja ta’ 213, Kingsway, illum Triq ir-Repubblika, fil-Belt Valletta. L-MUT damet topera minn hemm għal kważi erbgħin sena, sakemm fl-2016 iddeċidiet li tiċċaqlaq mill-ġdid, din id-darba għall-kwartieri preżenti fi Triq il-Kbira San Ġużepp, il-Ħamrun. Sadanittant, f’Jannar tal-1980 l-MUT bdiet toffri s-servizzi tagħha anki f’Għawdex, biex tkun tista’ tilħaq aħjar il-membri Għawdxin.

Fl-1924, grazzi għall-Compulsory Attendance Act, l-iskola saret obbligatorja għat-tfal kollha sakemm jagħlqu 12 -il sena. Fl-1928 l-età ttellgħet għal 14 -il sena, għalkemm fil-verità l-liġi ma kinitx wisq infurzata. Din issitwazzjoni baqgħet hekk sa żmien it-Tieni Gwerra Dinjija, meta l-Maltin iktar kienu moħħhom kif se jsalvaw ġildhom milli fledukazzjoni. Wara l-gwerra, imbagħad, bdiet tinħass iktar l-importanza li l-poplu Malti jeduka ruħu, u b’hekk fl1946 l-edukazzjoni obbligatorja bdiet tkun infurzata mill-awtoritajiet. F’temp ta’ ġurnata l-għalliema ta’ Malta sabu l-klassijiet tagħhom mimlija b’madwar 32,000 tifel u tifla.

Matul is-seklu ta’ storja tagħha l-MUT spiss kienet bieżla tissielet mal-gvern talġurnata fuq kwistjonijiet diversi. Minbarra n-negozjati spissi dwar żidiet fil-pagi talgħalliema, ta’ min isemmi t-transfers tal-għalliema, in-numru ta’ studenti filklassijiet, is-superviżjoni waqt il-brejk u x-xogħol ta’ paperwork li żdied matul issnin. F’xi perjodi partikolari t-tilwimiet bejn il-gvern u l-Union kienu sħan mhux ħażin, l-iktar fis-snin sebgħin u tmenin. Pereżempju fl-1974 is-Segretarju Ġenerali s-Sur Alphonse Farrugia kien ġie aggredit ġewwa l-Belt Valletta. Sfortunatament dan kien biss il-bidu ta’ serje ta’ inċidenti vjolenti fuq il-Union innifisha jew fuq l-uffiċjali tagħha. Dak iż-żmien f’Malta kienet tinħass ħafna t-tensjoni politika. L-MUT dejjem għażlet li ma tindaħalx fil-politika partiġġjana. Il-ġlieda tagħha dejjem kienet favur il-membri, jinzerta min jinzerta fil-gvern. Iżda dak kien żmien diffiċli biex organizzazzjoni bħall-MUT tibqa’ newtrali. Kumment favur jew kontra l-gvern kien jiġi interpretat bħala kumment partiġġjan, u jekk ma tgħid xejn, is-silenzju wkoll kien jiġi interpretat bħala kumment partiġġjan. Għalhekk tagħmel x’tagħmel il-Union kienet u għadha sal-lum taqlagħha dejjem.

Fl-1937 l-MUT sa fl-aħħar irnexxielha tipperswadi l-gvern sabiex jgħolli l-pagi talgħalliema...

Fl-1937 l-MUT sa fl-aħħar irnexxielha tipperswadi l-gvern sabiex jgħolli l-pagi tal-għalliema, li sa dak iż-żmien kienu jitħallsu inqas minn dawk li kienu jnaddfu u jmantnu l-iskejjel! Sfortunatament, iżda, din iż-żieda fis-salarji ngħatat biss lill-għalliema rġiel. Iktar ’il quddiem il-pagi reġgħu ġew riveduti u l-pagi tan-nisa għolew ukoll. Fl-1959 imbagħad l-MUT reġa’ rnexxielha tinnegozja żieda oħra fil-pagi u wiegħdet li fil-futur l-irġiel u n-nisa kellu jkollhom pagi ndaqs. Wara l-gwerra l-Union kompliet tikber u għalhekk kellha ċċaqlaq il-kwartieri ġenerali tagħha numru ta’ drabi. Sal-bidu tas-snin

26


L-Ex President tal-MUT Alfred J. Buhagiar jindirizza l-Konferenza Ġenerali tal-MUT fl-1993.

Konferenza stampa quddiem il-Malta College of Arts, Science & Technology waqt strajk fl-2018.

Bħala parti mill-missjoni tagħha biex tippromwovi l-edukazzjoni l-MUT kienet waqqfet il-fergħa MUT Publications Ltd, li matul is-snin ippubblikat diversi kotba għat-tfal biex ixxerred il-qari fost l-istudenti. L-aktar pubblikazzjoni magħrufa, iżda, żgur li hi l-magażin Sagħtar, li l-Union bdiet tieħu ħsieb fi Frar tal-1976. Il-Moviment Qawmien Letterarju kien ilu ħames snin jippubblikah, meta mbagħad l-MUT aċċettat li tieħu l-pubblikazzjoni f’idejha. Dan il-magażin tant maħbub minn ġenerazzjonijiet sħaħ ta’ studenti baqa’ jinħareġ mill-MUT għal kważi erbgħin sena sakemm twaqqaf temporanjament fl-2015. Lejn l-aħħar tas-seklu għoxrin l-MUT ħadmet bis-sħiħ f’diversi inizjattivi favur l-għalliema. Ewlenin fost dawn kienu ż-żieda mistennija fis-salarji u r-riforma fl-eżamijiet kif ukoll fl-istreaming. Meta fl-1988 għadda l-Att dwar l-Edukazzjoni, l-għalliema kollha bdew jingħataw il-warrant għall-ewwel darba, li kien jirrifletti l-pożizzjoni tagħhom bħala professjonisti. Permezz taċ-Child Protection Policy li saret fl-1999 l-għalliema ngħataw il-permess jiżvelaw informazzjoni kunfidenzjali li jgħaddulhom it-tfal lill-awtoritajiet kompetenti, jekk jinnutaw li t-tfal ikunu f’pożizzjoni ta’ periklu. Barra minn hekk l-MUT ħadmet u għadha taħdem qatigħ fuq kwistjonijiet importanti bħalma huma l-bullying fl-iskejjel, l-illitteriżmu, l-assenteiżmu u l-edukazzjoni inklussiva. Xogħol ieħor importanti li sar f’dawn l-aħħar għoxrin sena jinkludi l-iffirmar tal-ftehim settorali għall-edukaturi tal-iskejjel tal-Istat u tal-Knisja. F’dawn l-aħħar snin ukoll l-MUT ma baqgħetx parti mis-CMTU iżda ngħaqdet mal-Forum Unions Maltin (For.U.M.), konfederazzjoni ta’ trade unions.

Il-faċċata tal-bini l-ġdid tal-MUT fil-Ħamrun.

Fl-aħħar għaxar snin kien hemm it-tisħiħ tal-ftehim mal-MCAST u l-ITS kif ukoll diversi agreements ma’ skejjel indipendenti, ġie ffirmat il-ftehim kollettiv għall-ħaddiema taċ-Ċivil, u fl-2012 ġie stabbilit ilKodiċi ta’ Etika u Prattika tal-Għalliema, li jistabbilixxi kif l-għalliema għandhom iġibu ruħhom. Twaqqaf ukoll il-Kunsill għall-Professjoni tal-Għalliema. L-istorja tal-MUT hija waħda kbira u twila, u l-MUT tibqa’ l-ewwel union f’Malta u l-ikbar waħda settorali fin-numru ta’ membri. Iktar minn hekk, iżda, is-suċċess tagħha matul dan is-seklu li ilha teżisti jitkejjel bil-kundizzjonijiet aħjar u vantaġġi oħrajn li rnexxielha taħdem għalihom f’isem l-edukaturi Maltin u Għawdxin għall-ġid tal-edukazzjoni f’pajjiżna.

L-informazzjoni dwar l-istorja tal-Malta Union of Teachers hija meħuda mill-ktieb tal-Prof. George Cassar, Inside the Malta Union of Teachers 1919-2009 (Malta, 2009)

27


Il-Ħiliet essenzjali għat-tfal tagħna fis-seklu 21 Fil-qasam edukattiv fl-aħħar snin kien hemm diskussjoni f’diversi livelli dwar il-ħiliet li l-istudenti tagħna għandu jkollhom fis-seklu 21. Skont studju li sar ftit tax-xhur ilu mill-World Economic Forum magħruf bħala New Vision for Education: Fostering Social and Emotional Learning Through Technology inkiteb li biex jidħlu fiddinja tax-xogħol u bla restrizzjonijiet, l-istudenti tal-lum għandhom ikunu kapaċi jikkollaboraw, jikkomunikaw u jkollhom il-ħiliet isolvu l-problemi u d-diffikultajiet li jinqalgħu minn żmien għal żmien. Dawn huma ħiliet li skont l-istess Forum jiġu żviluppati u mgħoddija lit-tfal permezz ta’ tagħlim soċjali u emozzjonali. L-istess studju wera li b’kollox l-istudenti tallum għandu jkollhom sittax –il ħila essenzjali li huma maqsuma fi tliet kategoriji. Dawn huma Foundational Literacies; kompetenzi bażiċi u kwalitajiet relatati mal-karattru. Il-Foundational Literacies jinkludu dawk il-ħiliet li t-tfal jużaw filħajja ta’ kuljum. Fost dawn wieħed jista jsemmi il-ħiliet fil-litteriżmu, matematika u numeracy, xjenza, ICT jew kompjuters, finanzi u ħiliet u tagħrif fil-qasam ċiviku u kulturali. L-istudenti għandu jkollhom ukoll il-kompetenza, il-kapaċita’ li jiffaċjaw sfidi kemmxejn kumplessi. Dan permezz ta’ ħiliet fil-ħsieb kritiku u problem solving, kreattivita’, kommunikazzjoni u kollaborazzjoni. It-tfal tagħna għandu wkoll ikollhom kompetenzi li jassistuhom fil-kwalitajiet, valuri u l-karattru tagħhom. Fi kliem ieħor it-tfal għandhom ikunu kapaċi jirrispondu għat-tibdil fl-ambjent, kultura u s-soċjeta’ ta’ madwarhom. Dan billi jkunu inkoraġġuti jkunu kurjużi, jiehdu inizjattivi, ikunu persistenti, ikunu kapaċi jadattaw għaċċirkostanzi tal-ħajja, ikollhom sens ta’ tmexxija u jkunu anki konxji dwar it-tibdil soċjali u kulturali ta’ madwarhom.

L-istudju li sar mill-World Economic Forum sab ukoll li t-tfal li ngħataw xi forma ta’ taħriġ f’dawn ilħiliet kienu preparati aħjar għad-dinja tax-xoghol u apprezzaw aktar il-valur tas-snin tal-edukazzjoni obbligatorja tagħhom. Intqal ukoll li meta t-tfal jingħataw eżempju ta’ ħiliet effettivi fil-qasam tattmexxija u jiġu nkoraġġuti jkunu aktar kurjużi filħajja ta’ kuljum ikunu preparati aħjar għall-impjieg futur tagħhom. Iżda ħafna jistaqsu kif nistgħu nwasslu dawn il-ħiliet lit-tfal tagħna fil-ħajja ta’ kuljum? Studji tal-istess Forum u oħrajn wrew li dan jista jseħħ b’diversi modi anki fil-klassi u fis-sistema edukattiva nġenerali. Fosthom billi wieħed jinkoraġġixxi tagħlim ibbażat fuq il-logħob jew play-based learning; it-tagħlim ikkunsidrat kumpless għandu jiġi mgħallem f’sessjonijiet differenti; it-tfal għandhom jiġu mgħallma f’ambjent sikur; tiġi instigata mentalita’ fl-iskejjel li t-tfal qiegħed imorru l-iskola biex jikbru b’mod sħih; tiġi promossa relazzjoni ta’ rispett u solidarjeta’ bejn l-istudenti, it-tfal għandhom jingħataw il-ħin li jaħsbu, jikkonċentraw u janalizzaw u għandhom jiġu mfaħħra kontinwament għall-progress li jagħmlu anki jekk dan ikun żgħir. Barra dan it-tfal għandhom jiġu assistiti jifhmu u japprezzaw il-valur ta’ dak li jagħmlu l-iskola; l-istudenti għandhom jiġu assistiti jieħdu vantaġġ mit-talenti u l-kwalitajiet personali tagħhom; ittfal għandhom jingħataw sfidi li huma tal-livell tagħhom u jingħataw opportunitajiet jgħinu lilloħrajn u juru solidarjeta’. Dan mhux kollox għax illezzjonijiet għandu jkollhom għanijiet speċifiċi u fil-klassi l-għalliema għandhom jużaw kemm jistgħu metodi tat-taghlim ikkunsidrati “hands on” u relatati mal-ħajja ta’ kuljum.

28

Il-futur tal-Impjiegi Intant rapport iehor maħruġ mill-istess World Economic Forum, magħruf bħala The Future Of Jobs u li ġie mniedi fil-kungress ta’ Davos sentejn ilu kien analizza l-ħiliet u l-istrateġija li hemm bżonn għad-dinja tal-impjieg fis-snin li ġejjin. Riċerkaturi minn diversi pajjiżi u kontinenti fi ħdan l-aġenzija kienu staqsew numru ta’ diretturi minn kumpaniji ewlenin multinazzjonali u minn diversi pajjiżi x’jaħsbu dwar il-bżonn li wieħed jgħallem ċertu ħiliet illum b’kuntrast mat-tagħlim li kien isir tradizzjonalment. Dan anki bi preparazzjoni tal-istudenti għad-dinja tax-xogħol. Dawk li ħadu sehem f’din ir-riċerka kkonkludew li l-istudenti li se jidħlu fid-dinja tax-xogħol sentejn oħra, fi sfond ta’ taqlib u ta’ xogħolijiet u professjonijiet li qegħdin jevolvu u jinbidlu sikwit, għandhom ikunu kapaċi jahsbu b’mod kreattiv, ikollhom il-ħila jsolvu problemi kumplessi, ikunu kreattivi, kapaċi jaħdmu fi gruppi u jikkordinaw ix-xogħol tal-oħrajn, ikollhom intelliġenza emozzjonali, ikunu kapaċi janalizzaw kull sitwazzjoni u jieħdu deċizjonijiet essenzjali, ikunu lesti jkunu ta’ servizz għall-oħrajn u jkunu kapaċi jinnegozjaw u jkunu flessibli. Huma kkonkludew li dan kollu jista jintlaħaq jekk min jagħmel il-politika fl-edukazzjoni, l-edukaturi, il-ġenituri, l-industrijalisti u r-riċerkaturi, jaħdmu u jikkollaboraw flimkien. L-edukaturi għandu jkollhom status ta’ professjonisti, ikunu rispettati, jingħataw it-taħriġ u r-riżorsi li hemm bżonn. Fuq kollox hemm bzonn li kull policy u inizjattiva li jkunu se jiġu introdotti fis-sistema edukattiva jkun bbażati fuq riċerka li tkun saret fil-pajjiżi rispettivi u anki f’pajjiżi oħra. Huwa importanti wkoll li l-edukaturi jkollhom iċ-ċans jaqsmu l-esperjenzi u l-ideat tagħhom mhux biss ma’ edukaturi oħra minn pajjiżhom stess iżda anki ma’ oħrajn minn diversi pajjiżi.


Inkomplu nsaħħu l-lingwa Maltija fl-era diġitali Fl-2020 se titnieda l-ewwel fażi ta’ proġett ewlieni b’risq l-ilsien Malti. Kif tħabbar fil-budget 2020, il-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol se jibda jaħdem fuq l-ewwel Ċekkjatur tal-ilsien Malti. Dan il-proġett, filwaqt li se jkun iffokat fuq iċ-Ċekkjatur tal-Malti, imur oltre’ minn hekk. Fiż-żminijiet tal-lum, billi ninsabu ddominati mit-teknoloġija diġitali, l-isfida ewlenija li l-lingwa Maltija qiegħda tiffaċċja hija dik tal-estinzjoni u l-irrelevanza f’dinja maħkuma mit-teknoloġija diġitali. Kulma jmur qed tinħass aktar il-ħtieġa li l-użu tal-Malti jiżdied fil-ħajja ta’ kuljum u l-pjattaformi virtwali. Il-lingwa Maltija hija waħda minn erba’ lingwi li ġiet meqjusa fil-periklu li tista’ tinqered

Il-lingwi inqas użati mill-Ingliż ilkoll qegħdin f’din is-sitwazzjoni. Il-kumpaniji kbar tat-teknoloġija ftit li xejn jinvestu f’riżorsi diġitali għal dawn il-lingwi. Negozji kbar ta’ teknoloġija b’fama internazzjonali bħall-Google jinteressahom l-aktar il-profitt u jinvestu biss fi proġetti u prodotti li jkollhom qligħ minnhom. Allura, ilsien limitat fl-użu, bħalma hu l-ilsien Malti huwa relattivament insinifikanti għal dawn ilkumpaniji għax ma jrendix profitt, aktar u aktar meta fil-kuntest ta’ pajjiżna u l-poplu l-Malti, hemm servizzi u prodotti bl-Ingliż, li jaqduna tajjeb. Għaldaqstant fl-għaxar snin li ġejjin, meta huwa mbassar li t-teknoloġija diġitali se tkun qiegħda tassorbi iktar elementi minn ħajjitna, irridu nkunu aħna l-Maltin stess li naġġornaw

jekk mhux se jkun hemm applikazzjonijiet u għodda diġitali bil-Malti. Din l-isfida mhux qed tħabbat wiċċha magħha biss il-lingwa Maltija iżda wkoll ħafna lingwi oħra, fosthom lingwi ta’pajjiżi ħafna ikbar minn tagħna, ngħidu aħna, il-Greċja, l-Ungerija u l-pajjiżi Baltiċi.

il-Malti mal-avvanzi teknoloġiċi biex ma nitilfux l-identità tagħna u biex insaħħu l-ilsien Malti u l-firxa tal-użu tiegħu f’pajjiżna. Mhux il-kumpaniji kbar biss jinqdew blIngliż fir-rutina ta’ kuljum, imma saħansitra l-maġġoranza kbira tal-Maltin jippreferu jiktbu bl-Ingliż biss għax jaħsbu li jafu l-ortografija talIngliż aħjar minn tal-Malti. In-nuqqas ta’ kitba bil-Malti qiegħed iħalli effett ħażin fuq l-iżvilupp tal-lingwa Maltija. Il-Malti għandu jintuża għallkitba ħafna iżjed milli hu bħalissa u f’kull livell. Bis-saħħa ta’ ċekkjatur inkunu nistgħu nserrħu rasna li hemm għodda li qiegħda tiċċekkja li l-Malti qegħdin niktbuh tajjeb u b’dan il-mod l-użu tal-Malti fil-kitba u l-mezzi diġitali għandu

29

jiżdied. Huwa kruċjali li jkollna ċekkjatur talaqwa kwalità, u kien għal dan l-iskop li fil-budget tas-sena d-dieħla qed jiġu allokati l-ewwel €1.8 miljun biex jingħata bidu għall-ħidma fuq iċċekkjatur bil-lingwa Maltija. Fil-jiem li ġejjin il-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol se jkun qiegħed joħroġ dokument dwar dan iċ-ċekkjatur. Iċ-ċekkjatur irid ikun kemm għodda lingwistika ta’ klassi kif ukoll għodda diġitali mill-aqwa. Bi proċess miftuħ u kompetittiv se tkun qed tiġi evalwata u magħżula l-aħjar teknoloġija li għandha sservi biex jingħata bidu għal dan il-proġett tant bżonnjuż għall-ġejjieni tal-lingwa Maltija u t-tisħiħ tal-identità Maltija.


Skema ġdida ta’ librerija diġitali b’240 ktieb bil-Malti

Il-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol u s-Segretarjat Parlamentari għall-Fondi Ewropej u Djalogu Soċjali nedew skema ġdida bit-titlu ‘Qari għal Qalbi’. Din l-iskema hija librerija diġitali b’240 ktieb bil-Malti u tagħmel parti mill-proġett One Tablet per Child, ko-finanzjat mill-fondi Ewropej.

Il-kotba diġitali f’din il-librerija huma mqassma skont livelli differenti biex l-istudenti kollha jsibu l-kotba adattati għalihom. Permezz tal-iskema l-istudenti jagħmlu taħriġ il-fehem qabel ma jibdew jaqraw sabiex b’mod awtomatiku, l-applikazzjoni tagħżel l-aħjar livell għal kull student skont il-kapaċitajiet tiegħu/tagħha fil-qari. Din l-applikazzjoni interattiva tiffaċilita wkoll il-qari għall-istudenti b’dyslexia. Din għandha l-faċilità ta’ qari awdjo (audio reading) li tgħin lill-istudenti jtejbu l-pronunzja tagħhom fil-qari. ‘Qari għal Qalbi’ toffri esperjenza unika lill-istudenti biex jitħeġġu jaqraw iktar u jkunu aktar indipendenti fit-tagħlim tagħhom. B’hekk l-istudenti jżidu l-għarfien u l-vokabularju tagħhom kif ukoll il-ħiliet fil-kitba.

30


Il-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol Evarist Bartolo rringrazzja lid-Direttorat tal-Litteriżmu Diġitali u lill-Aġenzija tal-Litteriżmu li flimkien ma’ Octavo Team ħadmu biex din l-iskema setgħet tidħol fis-seħħ. Il-ministru saħaq li waħda mill-miri ewlenin tal-proġett One Tablet per Child hi li l-istudenti għandhom il-faċilità li jaċċessaw din il-librerija kull ħin u minn kullimkien minn fuq it-tablet tagħhom. Il-Ministru saħaq li d-dinja nbidlet u għandna skejjel avvanzati u mgħammra bit-teknoloġija diġitali iżda l-importanti hu kif nużawhom. B’dawn il-kotba diġitali qed inkomplu nżidu l-kontenut diġitali billingwa Maltija li tinsab fil-periklu li ma tibqax tintuża. Għalhekk hu importanti li nżidu u nallokaw fondi biex inżidu aktar materjal diġitali bil-Malti biex insaħħu l-ilsien tagħna, temm jgħid il-Ministru Bartolo.

“Qed naħdem biex fiż-żmien li ġej pajjiżna jikseb iktar fondi biex nimirħu anke fid-dinja diġitali ta’ smart specialisation hekk kif qed naħdmu fuq diversi proġetti mal-Ministeru għall-Edukazzjoni u hekk kif se jirduppjaw il-fondi Ewropej tal-programm Erasmus. Ilprogramm ta’ fondi għas-snin li ġejjin għandu tnejn minn ħames miri li jiffukaw direttament fuq dan is-settur u allura ħidma għal Ewropa diġitali u Ewropa iktar soċjali biex uliedna jkunu preparati għal dinja iktar globalizzata u iktar kompetittiva,” qal Aaron Farrugia.

Is-Segretarju Parlamentari għall-Fondi Ewropej u Djalogu Soċjali Aaron Farrugia qal li l-proġett tal-One Tablet per Child, flimkien ma’ inizjattivi u ma’ programmi oħra edukattivi, qed isiru bil-għan li nilħqu l-miri Ewropej għas-sena 2020, innaqqsu l-ammont ta’ early school leavers u noħolqu pjattaforma biex l-istudenti jitgħallmu flera diġitali u eventwalment jingħataw dawk il-ħiliet necessarji għaddinja tax-xogħol ta’ issa u l-industriji l-ġodda tal-futur.

Waqt din il-konferenza tal-aħbarijiet kien hemm preżenti wkoll is-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ, Sport u Għaqdiet talVolontarjat Clifton Grima, is-Segretarju Permanenti tal-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol Francis Fabri u l-Kap Eżekuttiv ta’ Octavo Team Tony Zahra.

31


Waste Christmas FREEPHONE

8007 2200


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.