ROTI

Page 1

ROTI

Suppliment għad-dilettanti tal-Karozzi u Muturi

Ġunju 2020

Daniel Falzon #25

…sewwieq tas-Superbikes Awstraljan b’dixxendenza Maltija

STEJJER OHRA

jinsab Alex Zanardi ta’ saħħa f’kundizzjoni bbli serja iżda sta d Prix Arrows Gran (1978-2002)

t qwa presiden l-a la a ħ b ija lt Ma bs tal-Ferrari mara tal-klab t Mill-kampjona Virtwali… tal-Formula 1

ve: Gilles Villeneu a jmut qatt Leġġenda li m li Rossi se Stoner jgħid għeleb jkun faċli li jin


2|

ROTI

ARM YOUR METAL

AGAINST RUST!

No primer, no undercoat, no rust!


R R Għall-ewwel darba minn meta bdejt nieħu ħsieb dan il-magazine, illum qegħdin nippubblikaw storja marbuta mat-tlielaq tal-muturi. Filfatt, inħossni sodisfatt li rnexxielna niksbu intervista esklussiva mas-sewwieq Daniel Falzon, li għandu dixxendenza Maltija u hu wieħed mis-sewwieqa ewlenin fis-superbikes tal-Awstralja. Bħal Daniel se naraw li jkollna diversi oħrajn u fejn tkunu tafu b’xi wħud intom tiddejqux tgħidulna bihom. Tajjeb tkunu tafu li fl-istess waqt li nkunu qegħdin naħdmu fuq il-ħarġa tal-magazine li jkun imiss, inkunu qegħdin ukoll nippreparaw ħafna xogħol ieħor minn wara l-kwinti. Filfatt, nista’ ngħidilkom li kien hemm diversi nies li kkuntattjawni dwar proġetti li għandhom u qegħdin induruhom bil-mod il-mod biex inkunu nistgħu nwassluhomkom fix-xhur li ġejjin.

Barra mill-intervista mas-sewwieq tas-superbikes, minn dan ix-xahar qegħdin naraw li nwasslulkom anke materjal u kontenut relatat mas-sigurtà fit-toroq. Inħossu li hu d-dmir tagħna bħala pubblikaturi li permezz ta’ dan il-magazine mhux biss ninformawkom u nagħtukom affarijiet sbieħ x’taraw, iżda anke nwasslulkom informazzjoni dwar kif tistgħu tkunu aktar siguri waqt li tkunu ssuqu fit-triq. Dwar dan irridu naħdmu ħafna aktar biex nikkollaboraw ma’ entitajiet u

|

3

Il-ġimgħa d-dieħla se tkun kruċjali għall-futur tas-saħħa ta’ Alex Zanardi … jinsab f’kundizzjoni ta’ saħħa serja iżda stabbli

kumpaniji li jkunu lesti jaħdmu magħna, ħalli nwasslu messaġġ b’saħħtu għal aktar sigurtà fittoroq. Bħal kull xahar, il-kontributuri tagħna jerġgħu jwasslulkom artikli dwar id-dinja tal-Formula 1. Fil-fatt, minn dan ix-xahar se naraw timijiet tal-Formula 1 mill-imgħoddi u li isimhom illum għadu biss imnaqqax fl-istorja. Se niltaqgħu wkoll mas-sewwieq leġġendarju Gilles Villeneuve u mbagħad se mmorru pass ‘il quddiem lejn id-dinja tal-motorsport talfutur fejn nippubblikaw l-aħħar aġġornamenti mid-dinja talFormula 1 virtwali. Fuq kollox, ma nistax ma nsemmix li matul dan ix-xahar kellna ċ-ċans għall-ewwel darba li nitkellmu ma’ klabb lokali tad-dilettanti talFormula 1. Flimkien ma’ Mary Law tkellimna dwar l-iScuderia Ferrari Club Birżebbuġa - Malta u l-unur li ngħatat riċentament bħala l-aqwa president mara tal-klabbs madwar id-dinja. Bħal dejjem nittama li jogħġobkom il-kontenut li qegħdin inwasslulkom u fejn ikollkom xi storja jew proġett interessanti li tixtiquna nippubblikawh, tiddejqux tkellmuni. Saħħiet, Melvin Farrugia

I

l-kundizzjoni ta’ saħħet Alex Zanardi għadha waħda stabbli, għalkemm xorta waħda serja.

kif irnexxielu jerġa’ jieħu l-ħajja meta kellu saqajh it-tnejn maqtugħin wara inċident fl-2001, jinsab f’koma.

Dan kien l-aġġornament li taw it-tobba tal-isptar ta’ Siena, wara li nhar ilĠimgħa li għaddiet ir-raba’ darbiet ċampjin paraolimpiku u eks-sewwieq talFormula 1 sofra ġrieħi gravi f’rasu waqt inċident stradali bir-rota li tinstaq bl-idejn.

Jidher li l-ġimgħa d-dieħla se tkun waħda kruċjali, fejn it-tobba se jiddeċiedu dwar jekk hux possibbli li jissospendu t-terapija b’mod gradwali u li qiegħda żżommu mitluf minn sensieh.

Is-sewwieq ta’ 53 sena, li hu ferm popolari u rispettat minħabba l-mod

L-istqarrija mill-Isptar Santa Maria alle Scotte kienet tgħid li l-kundizzjoni

ta’ saħħet Alex Zanardi tibqa’ stabbli u ma kienx hemm varjazzjoni wara tlett ijiem fit-taqsima tal-kura intensiva. Barra hekk, kienet tgħid li l-kundizzjonijiet kardjorespiratorji u metaboliċi baqgħu ma nbidlux, filwaqt li l-istampa newroloġika tibqa’ waħda serja. Filwaqt li tispjega li l-pazjent għadu mitluf minn sensieh, intubat u qed jingħata ventilazzjoni mekkanika, tispjega wkoll li tim multidixxiplinarju se jevalwa x’azzjonijiet iridu jittieħdu fil-jiem li ġejjin.

Editur Melvin Farrugia mfarrugia@unionprint.com.mt Disinn Robert Caruana design@unionprint.com.mt Advertising department Tel: 2590 0200 adverts@unionprint.com.mt

Dan is-suppliment jingħata B’XEJN mal-gazzetta IT-TORĊA u l-ebda parti minnu ma tista’ tiġi kkopjata mingħajr il-permessi bil-kitba tal-pubblikaturi.


4|

ROTI

Daniel Falzon #25

…sewwieq tal-mutur

b’dixxendenza Maltija

li qed jikseb bosta suċċessi fis-superbikes tal-Awstralja


|

Daniel Falzon hu sewwieq tas-superbikes tal-Awstralja li għad għandu biss 26 sena. Hu diġà kiseb diversi unuri f’din l-ogħla kategorija tat-tlielaq tal-muturi fl-Awstralja u jidher li se jkompli jistinka biex jikseb ħafna oħrajn.

G

ħalkemm Daniel twieled fl-Awstralja, in-nanniet tiegħu min-naħa ta’ missieru huma Maltin. Huma emigraw lejn l-Awstralja fl-1949 u fl-1951 rispettivament. F’intervista esklussiva mal-magazine ROTI, Daniel jispjegalna li hu kien ġie f’pajjiżna fl-2006 meta kien għadu pjuttost żgħir. Jirrakkonta li kienet esperjenza millisbaħ, fejn interessatu ħafna l-istorja u fuq kollox kellu ċ-ċans li jara fejn kibru n-nanna u n-nannu tiegħu fi żmien il-gwerra.

Min-naħa l-oħra, hu jispjega li minħabba dan l-istil ta’ ħajja fejn jaħdem u jtellaq, flimkien mas-sessjonijiet ta’ taħriġ biex jiżgura li jkun b’saħħtu u fl-aħjar kundizzjoni biex itellaq, ma jħallulux tant ħin liberu.

Filwaqt li jirrakkonta li minn dejjem kellu l-intenzjoni li jirritorna lejn pajjiżna, is-sewwieq jammetti li ma tantx kellu ħin minħabba t-tlielaq tal-mutur u minħabba l-istudju fl-università. Madankollu, hu jgħid li kellu t-titjira bbukkjata biex jiġi Malta f’Ġunju ta’ din is-sena iżda minħabba l-COVID-19 kellu jippostponi għal darba oħra.

Mistoqsi dwar l-akbar kisbiet li għamel s’issa fil-karriera tiegħu bħala sewwieq tassuperbikes, Falzon qal li fl-2013 u fl-2014 it-tim żgħir tiegħu mmaniġġjat mill-familja tiegħu stess rebaħ il-kampjonat Awstraljan tas-Supersport 600cc. Jistqar li dak iż-żmien hu kien wieħed mill-aktar sewwieqa żgħar li qatt rebħu l-kampjonat u wieħed mill-iżgħar li qatt rebħu aktar minn darba. Fl-2017, hu kien anke fuq quddiem għal nofs l-istaġun fl-ogħla kategorija, jiġifieri dik tas-Superbike Awstraljan. Dan minkejja li kienu tim immexxi minn familja u rnexxielhom jirbħu diversi tlielaq u spiss. Jgħid li din kienet kisba importanti għall-familja kollha.

Dwar il-karriera tiegħu fit-tlielaq talmuturi, Falzon qal li missieru minn dejjem kellu l-muturi u hu dejjem kien ikun warajh fuqhom sa minn meta jiftakar. Imbagħad jgħid li meta kellu 13-il sena (li hi l-iżgħar età legali meta tista’ ssuq il-muturi tat-triq fl-Awstralja), missieru xtralu mutur 150cc biex jipprattika fuqu. Jistqarr li minnufih ħassu marbut ma’ dan l-isport.

Intant, fl-istaġun kurrenti Daniel Falzon jinsab fis-sitt pożizzjoni wara biss l-ewwel round tal-istaġun, peress li kellu jiġi mwaqqaf minħabba l-COVID-19. Filwaqt li bħalissa qiegħed isuq mat-tim tal-familja - JD Racing, Falzon semma kif matul l-istaġun 2018 2019, hu kien itellaq mat-tim tal-Factory Yamaha. Saħaq li kienet esperjenza tal-ġenn peress li dan hu team professjonali ħafna.

Daniel jispjegalna li minn dejjem kien iħobb il-muturi. L-ewwel beda jsuq il-muturi ta’ barra t-triq u tal-motocross, meta kellu biss tmien snin. Madankollu, jistqarr li l-passjoni kbira tiegħu hi għallmuturi tat-triq u mill-2007 dejjem kien isegwi l-MotoGP u lis-sewwieq Awstraljan Casey Stoner li dik is-sena kien rebaħ dan il-kampjonat.

Madankollu, Daniel jgħid li hu aktar ta’ sodisfazzjon għalih li jtellaq mat-team tal-familja għax jirnexxielhom imorru tajjeb anke meta jikkompetu ma’ timijiet akbar minnhom. Ma naqasx ukoll milli jsemmi li fl-2017 ħa sehem fil-kampjonat tal-Pan Delta Chinese Superbike u hemm rebaħ ittitlu fid-debutt.

Hu kurjuż li filwaqt li Daniel Falzon hu sewwieq tajjeb tas-superbikes, hu wkoll paramediku mas-servizz tal-ambulanzi. Dwar dan, hu qalilna li fl-ewwel snin li beda jtellaq hu xorta kien imur l-iskola u jattendi għal kors l-università. Kien jagħmel dan għax kien jemmen li tajjeb ikollok pjan ta’ riserva għat-tlielaq. Għalhekk, hu jaħdem fultajm bħala parademiku mal-ambulanzi tal-emerġenza. Jistqarr li dan ix-xogħol hu wieħed li jagħtih ħafna sodisfazzjon u jagħmlu b’passjoni.

Għall-futur, Falzon qed jagħmel kollox pass pass. Jixtieq li jmur tajjeb matul l-istaġun li ġej, billi jippova jirbaħ kemm jista’ tiġrijiet u jitla’ fuq kemm jista’ podji. L-għan tiegħu hu li jkun iċ-ċampjin tas-Superbike Awstraljan, fejn hemm kompetizzjoni qawwija ħafna peress li hemm ħafna sewwieqa b’talent kbir. Finalment, jgħid li bħala team irnexxielhom jirbħu kampjonati fi kważi kull kategorija li kkompetew fiha u għalhekk jixtieq li jżommu ma’ din it-tradizzjoni u jkun innumru wieħed fl-Awstralja.

5


6|

ROTI

lu it -t it b a t a r o n o a ij lt Il-Ma a r a m t n e id s e r p tal-aqwa ja in -d id f i r a r r e F la tal-klabbs t


|

7

ara tal-klabbs tal-Ferrari m nt ide es pr a qw l-a ta r nu l-u t ta ri in is-sena, il-Ferra ingħatalha b’rikonoxximent r nu l-u n Da w. La y ar M ja alti -M lill madwar id-dinja t b’mod sostanzjali l-membri de żie lli ta ke an u et ttq we li en qfi għall-ħidma bla wa s oħra madwar id-dinja. bb kla lil t die en pr or ss li nt ta b, ab fil-kl

D

Il-magazine ROTI rnexxielu jagħmel kuntatt ma’ Mary Law li għandha 54 sena u toqgħod Birżebbuġa. Hi stqarret li l-passjoni għall-karozzi bdiet minn tfulitha meta kienet tara lil missierha jsegwi l-Formula 1. Tgħid li matul dawn is-snin dejjem baqgħet issegwi mill-qrib it-tlielaq, fejn dejjem kellha għal qalbha lit-tim tal-Ferrari. Mary tispjega li issa li wliedha kibru, rat li għandha aktar ċans li ssegwi millqrib dan il-motorsport u tista’ anke tattendi spiss biex tara t-tlielaq talFormula 1, fosthom fi Spanja u Monza, fejn il-Ferrari jkunu f’darhom stess. Barra hekk, tgħid li sitt snin ilu ssieħbet bħala membru tal-klabb tal-Ferrari fl-Italja u minn hemm bdiet tieħu l-affarijiet b’aktar serjetà. Kien imbagħad tliet snin ilu li ġiet avviċinata u anke rakkomandata biex twaqqaf klabb tal-Ferrari f’Malta bl-isem ta’ Scuderia Ferrari Club Birżebbuġa Malta. F’Marzu tal-2018 iffirmat kuntratt f’Maranello u nħatret bħala President ta’ dan il-klabb f’pajjiżna. L-għan ta’ dan il-klabb kien li jgħaqqad taħt il-kappa uffiċjali tal-Ferrari liddilettanti kollha f’Malta. Barra minn hekk, il-klabb jorganizza diversi attivitajiet, fejn ilaqqa’ lill-membri flimkien biex jaqsmu l-passjoni għall-Ferrari u jsegwu anke t-tlielaq fil-kumpanija ta’ xulxin. Mary Law semmiet kif il-klabb jorganizza diversi attivitajiet interessanti, fejn il-membri jkollhom ċans iżuru l-mużewijiet f’Maranello, kif ukoll ittlielaq fosthom dik ta’ Monza. Barra hekk, ikollhom ċans li jżuru l-fabbrika f’Maranello, xi ħaġa li l-pubbliku in ġenerali m’għandux permess li jagħmel. Il-President tal-klabb f’Malta qalet li għat-tieni darba konsekuttiva, il-

klabb attenda għall-“Finali Mondiali” f’Mugello - avveniment li kien jinkludi tliet tipi ta karozzi: il-Ferrari Challenge, l-XX Programmes u l-F1 clienti. Dan l-avveniment kien ideali għad-dilettanti tal-motorsport u tal-Formula 1 fejn setgħu jaraw karozzi li mhux soltu jarawhom fit-triq. Fost l-oħrajn, raw karozzi tal-Formula 1 mill-imgħoddi u anke karozzi moderni. Barra minn dan, Mary Law semmiet kif kull sena f’Maranello ssir ilpreżentazzjoni tal-karozza l-ġdida talFormula 1, fejn wara ssegwi intervista max-xufiera u dawn anke jiltaqgħu ma’ dawk preżenti. Qalet li din is-sena Malta kienet preżenti għat-tielet darba f’Reggio Emilia. Kien hawn li hi ngħatat l-unur talaqwas President mar tal-Ferrari Clubs madwar id-dinja. Wara din l-attività, imbagħad saru l-provi uffiċjali, fejn għall-ewwel darba l-pubbliku seta’ jara l-karozzi kollha waqt is-sessjonijiet tal-provi f’Catalunya fi Spanja. Il-klabb Malti attenda għat-tieni sena konsekuttiva fejn il-membri setgħu jidħlu fil-paddock, filwaqt li ltaqgħu wkoll mas-sewwieqa. Dwar is-sħubija fil-klabb, Mary Law qalet li din toffri diversi vantaġġi, fosthom li kull membru jingħata Welcome Kit uffiċjali mill-Ferrari kull sena. Dan ikun jikkonsisti f’diversi affarijiet relatati mal-Ferrari, informazzjoni, skontijiet fuq dħul ta’ postijiet ta’ interess relatati mal-Ferrari, skontijiet fuq ċerta tnedijiet u anke anke postijiet speċjali waqt ċerta attivitajiet. Min hu interessat li jissieħeb malfamilja Ferrarista jista’ jissieħeb fuq ilpaġna ta’ Facebook bl-isem ta’ “Scuderia Ferrari Club Birżebbuġa Malta”. Min jixtieq jista’ anke jibgħat email fuq birzebbuga@scuderiaferrari.club.


8|

ROTI

Arrows Grand Prix tal-Formula 1 mill-imgħoddi u li llum (1978-2002) Timijiet huma parti mill-istorja ta’ dan l-isports…

M

Matul dawn l-14-il sena, l-Arrows Grand Prix ipparteċipaw fi 394 tellieqa. Kien iċ-ċirkwit ta’ Interlagos fil-Brażil li ra lil dan it-team jiddebuta fl-1978, iżda mbagħad kellu jkun il-Grand Prix ta’ Hockenheim filĠermanja fl-2002 li ra l-aħħar dehra ta’ dan it-team magħruf għall-kulur oranġjo. Kien immexxi mill-mibki Tom Walkinshaw u l-oriġini u l-fundaturi ta’ dan itteam kienu n-negozjanti Franco Ambrosio, Alan Rees, Jackie Oliver, David Wass u Tony Southgate. Tajjeb li wieħed jinnota, li l-isem ARROWS ġie fformat mill-ewwel ittra tal-kunjomijiet ta’ dawn il-ħames fundaturi.

inn dan ix-xahar, se nwasslilkom sensiela ta’ artikli li fihom nagħti ħarsa lejn timijiet li fl-imgħoddi kienu jieħdu sehem fil-kampjonat mondjali tal-Formula 1. Dan l-ewwel artiklu se jkun dwar team li beda jopera minn Milton Keynes u wara mexa lejn ilfabbrika f’Leafield fl-Ingillterra. Itteam Brittaniku tal-Arrows Grand Prix ipparteċipa fil-kampjonat dinji talFormula 1 bejn l-istaġun tal-1978 u dak tal-2002. Hu kurjuż kif bejn l-1991 u l-1996 dan it-team kien magħruf bħala l-Footwork F1 Team.

Għall-ewwel staġun, Gunnar Nilsson u Riccardo Patrese ġew iffirmati bħala s-sewwieqa rispettivi ta’ dan it-team. Għat-tieni tellieqa, Nilsson ħassu ma jiflaħx u kellu jiġi mibdul mis-sewwieq Rolf Stommelen. Sfortunatament, iżjed tard matul issena, Nilsson miet bil-marda tal-kanċer. Riccardo Patrese kien li ġab l-ewwel punti għal dan it-team fit-tellieqa tal-Amerika. Iżda l-istess Patrese iżjed tard, kien involut f’aċċident ikrah li kien ħasad il-ħajja ta’ Ronnie Peterson. Patrese ġie akkużat li kien bil-kaġun u t-traskuraġni tiegħu stess li seħħ dan l-aċċident u li għalhekk l-FIA u t-team tal-Arrows ħadu d-deċiżjoni li dan jiġi miżmum milli jsuq fit-tellieqa li jmiss. Fl-1979, fiċ-ċirkwit ta’ Monte Carlo f’Monaco, Jochen Mass kien qiegħed fittielet post u kien viċin ħafna li jikseb l-ewwel podium lill-Arrows. Iżda ġara dak li ħadd ma stenna, problemi fis-sistemà tal-brakes rawh jaqà lura u jispiċċa fis-sitt post. Fl-1981, Riccardo Patrese kien hu li kiseb l-uniku poleposition lill-Arrows. Hu kien baqà jżomm l-ewwel post tattellieqa sakemm fit-33 dawra kellu jirtira minħabba problemi mekkaniċi. F’dak l-istaġun, l-Arrows spiċċaw il-kampjonat tagħhom fit-tmien post. Matul l-1984, l-Arrows kellhom magna turbo BMW M12 u kif ukoll ġabu sponsor kbir tad-ditta tas-sigaretti Barclay. B’dawn it-tnejn, l-affarijiet għal dan it-team bdew mexjin ‘il quddiem. Matul dik is-sena kisbu d-disa’ post, filwaqt li fl-1985 ġew fit-tmien post. F’dan l-istess staġun, waqt it-tellieqa ta’ Imola f’San Marino, ix-xufier tal-Arrows Thierry Boutsen spiċċa fit-tielet post wara x-xufier Alan Prost. Wara t-tellieqa, instab li Prost, kellu xi irregolarità fil-vettura tiegħu u għalhekk kien ġie skwalifikat mill-Grand Prix. Kien għalhekk li Boutsen spiċċa fit-tieni post.

Fl-1987, ilBMW iddeċidew li joħorgu milFormula 1 u għalhekk il-magni ta’ dan it-team ġew immarkati bħala Megatron. Bis-saħħa ta’ dan il-ftehim, l-Arrows ġabu main sponsor kbir ieħor - dak ta’ USF&G. Matul dan il-kampjonat huma spiċċaw fisseba’ post, u l-ħames post fis-sena 1988 rispettivament. Dan is-suċċess hu mertu tax-xufiera Eddie Cheever u Derek Warwick, li b’mod regolari kienu jispiċċaw fiż-żona tal-punti.

Minn Jordy Brincat

Għalkemm bejn l-1987 u l-1988, kienu l-aħjar snin tal-Arrows, però kien żmien ta’ frustrazzjoni kemm għal dan it-team, kif ukoll għax-xufiera tiegħu Warwick u Cheever. Fil-bidu tal-1987, l-FIA ħarġet mandat li l-magni kollha bitturbo, irid ikollhom pop-off valve biex inaqqsu drastikament is-saħħa tat-turbo. Dan intalab iseħħ biex mhux biss inaqqas mis-saħħa tal-magna, iżda wkoll biex jinqatgħu ftit mill-ispejjeż enormi li dan l-isport għanu. Dan kien ifisser li l-magni Megatron ma’ kinux qegħdin jipproduċu s-saħħa kollha li kellhom disponibbli. L-inġinier tal-magni Heini Mader dam sa ma wasal it-12-il rawnd tal-kampjonat biex isib soluzzjoni għal din il-problema teknika. L-inġiniera, kemm tal-Ferrari u anke talHonda kienu ilhom minn ħafna qabel li sabu tarf ta’ din il-problema. L-era tat-turbo spiċċat hekk kif intemm il-kampjonat tal-1988. Warwick u Cheever baqgħu xufiera flimkien fl-istess team għall-kampjonat tal-1989, fejn dawn saqu l-Arrows A11 li kienet ġiet iddisinjata minn Ross Brawn. Il-karozza A11, kellha magna Ford DFR V8. Matul dak il-kampjonat, Cheever kiseb l-aħħar podium tal-karriera tiegħu fuq iċċirkwit ta’ Phoenix. Madankollu, Cheever kien qed isibha difficli jsuq f’din il-karozza minħabba t-tul tiegħu. Ġara li ma kkwalifikax fit-tlielaq talIngillterra u l-Italja rispettivament. Min-naħa l-oħra, kompliet l-isfortuna fuq Warwick, hekk kif fil-Grand Prix tal-Brażil dam tul ta’ ħin fil-pitstop u kaġun ta’ dan tilef iċ-ċans li jirbaħ l-ewwel tellieqa tiegħu. Waqt it-tellieqa tal-Kanada, l-istess xufier kien qed imexxi t-tellieqa taħt xita bil-qliel, meta l-magna Ford splodiet. F’din it-tellieqa, hu kien regolarment ferm iżjed veloċi mir-rebbieħ Thierry Boutsen li kien isuq il-Williams Renault. Fi tmiem ilkampjonat tal-1988, l-Arrows spiċċaw fil-ħames post, bl-istaġun ta’ wara huma jinżlu fis-seba’ post talkampjonat tal-kostrutturi.


|

I

s w o r r A k r o w t o Fo

n-negozjant Ġappuniż Wataru Ohashi investa fl-Arrows tal-1990, u bis-saħħa ta’ dan il-ftehim, il-logo talkumpanija tiegħu Footwork bdiet tidher fuq il-karozzi Arrows. Fl-1991, it-team biddel ismu għal Footwork u ssiġilla ftehim mal-magni Porsche. Madankollu, ilkarozza xejn ma kienet kompettitiva u għalhekk Ohashi ħaseb biex jagħmel ftehim mal-Ford V8 ħalli jkunu huma li jkomplu l-istaġun. Fl-1992, dawn reġgħu biddlu l-magna, u din id-darba marru għal magni Mugen.

Fl-1998, Damon Hill mar malJordan Mugen Honda u l-Arrows iffirmaw lix-xufier Finlandiż Mika Salo biex jissieħeb ma’ Diniz. Dan il-kampjonat ra lill-Arrows jibnu l-magni tagħhom stess, bl-isem ta’ V10 Arrows T2-F1 u minn hemm bdew ifornu lil dan it-team. Dan kien staġun diffiċli ħafna, għalkemm fit-tellieqa ta’ Monaco spiċċaw fir-raba’ u fis-sitt post. Matul dan il-kampjonat, l-Arrows spiċċaw fissebà post b’total ta’ sitt punti.

Fl-1996, Tom Walkinshaw xtara Team Footwork biex l-isem Arrows reġa’ tfaċċa mill-ġdid fuq il-grid. Walkinshaw ħaseb biex jiffirma liċ-ċampjin talFormula 1 Damon Hill u miegħu fit-team iffirma Fil-bidu tal-1999, Malik Ado lix-xufier miljunarju Pedro Paulo Diniz li miegħu Ibrahim, xtara 25% mit-team, u d-ditta ġab l-isponsors ta’ Zepter u Parmalat. Bis-saħħa tiegħu T-Minus kienet tidher b’mod tal-Brażilian Diniz, dan għen biex jitħallas isprominenti fuq il-karozza. Impjegat talsalarju tal-Brittaniku Damon Hill. Fl-1997, Arrows qal li T-Minus qatt ma ħallset litwaqt it-tellieqa tal-Ungerija, Hill kien viċin team tal-Arrows għal dan ir-reklamar. ħafna li jikseb l-ewwel rebħa lil dan it-team Għal dan l-istaġun, l-Arrows kellhom wara li qabeż lix-xufier Ġermaniż Michael ix-xufier Spanjol Pedro De La Rosa li Schumacher, iżda lejn l-aħħar tat-tellieqa miegħu ġab sponsor tad-ditta taż-żejt inqalgħet problema teknika u rat lil Damon Repsol u lix-xufier tat-Tyrrell, il-Ġappuniż Hill jispiċċa fit-tieni post. Toranosuke (Tiger) Takagi. Fl-istaġun 2000, ix-xufier Olandiż Jos Verstappen, irritorna mal-Arrows flimkien ma’ Pedro De La Rosa, u li din is-sena kellha magna Supertec. F’dak l-istaġun, l-Arrows kellha title sponsor ġdid, id-ditta ġganteska tattelekomunikazzjoni Orange flimkien ma’ diversi sponsors Spanjoli oħrajn. Kemm Verstappen, kif ukoll De La Rosa kellhom staġun kompettitiv u ta’ spiss kienu jikkompetu ma’ timijiet f’nofs il-klassifika. L-Arrows kellha pakkett tal-aerodinamika b’saħħtu, kif ukoll stabilità tajba, speċjalment fl-istraight lines.

9

Fl-2001, minn Supertec (Renault) l-Arrows xtraw magni Asiatech (Peugeot) V10s. Ġara li l-Arrows bdew jitilfu ħafna mill-impjegati tagħhom minħabba nuqqas kbir ta’ finanzi. Walkinshaw biddel lil Pedro De La Rosa max-xufier Enrique Bernoldi li miegħu ġab fondi mill-kumpanija Awstrijakka Red Bull. Kien staġun tassew diżastruż għal dan it-team, fejn Verstappen ġab l-uniku punt lil Arrows fuq iċ-ċirkwit tal-Awstrija. Matul l-2002, Walkinshaw għamel ftehim mal-magni Cosworth V10. Bħala xufiera żamm lil Enrique Bernoldi u ġab lix-xufier Ġermaniż Heinz-Harald Frentzen. Dan tal-aħħar kien spiċċa mingħajr team minħabba li l-Prost għalqet ilbibien tagħha fl-aħħar tal-2001. Dan il-kampjonat kien mimli bl-inkwiet għal Walkinshaw, peress li l-eks-xufiera Diniz, Verstappen u lejn l-aħħar anke Frentzen bdew ifittxu lit-team legalment minħabba li dan naqas mill-obbligi tiegħu lejn ix-xufiera. Frentzen kellu l-kuntratt tiegħu mġedded minn tellieqa għal oħra u baqa’ qatt ma kien tħallas. Ġara li l-Arrows spiċċaw bla flus f’nofs il-kampjonat u għalhekk ma kinux ħadu sehem fit-tlielaq kollha. Matul l-istaġun saru diversi tentattivi biex it-team jiġi salvat, fosthom minn Craig Pollock u Dietrich Mateschitz. It-team waqa’ f’likwidità sal-aħħar tal-istaġun u spiċċa biex kellu jagħlaq. Grupp ta’ kumpaniji, immexxija minn Phoenix (li sidhom hu Charles Nickerson) xtraw parti mill-assi tat-team biex flimkien max-xiri tal-assi tal-Prost Grand Prix, ipprovaw jidħlu biex jieħdu sehem fil-kampjonat tal-2003. Madankollu, din l-applikazzjoni ġiet irrifjutata mill-FIA stess. L-Arrows F1Team ipparteċipaw fi 382 tellieqa, fejn tul is-snin telgħu disa’ darbiet fuq it-taraġ tal-podium - fosthom ħames darbiet fit-tieni post. L-aħħar kapitlu ta’ dan it-team żgħir kien meta l-Arrows A23 u d-drittijiet talproprjetà tagħhom inxtraw minn team żgħir ieħor, dak tal-Minardi. Dan it-team minn Faenza fl-Italja kien xtara l-bidu tac-chassis flimkien mad-disinn talArrows A24. Ġara li l-Arrows A23, waqt it-testijiet li kienu saru, sabu li kienet ferm iżjed superjuri mill-Minardi PS03. Fl-2005, id-demm tal-Arrows baqa’ fil-Formula 1. Dan għax l-iscuderia Toro Rosso xtraw it-team tal-Minardi biex b’hekk inxtraw l-assi u l-proprjetà kollha tal-Arrows u l-Minardi f’daqqa. Fl-istess sena, it-team il-ġdid tasSuperi Aguri bil-magni Honda, akkwistaw il-fabbrika tal-Arrows li hemm f’Leafield u xtraw ukoll tliet karrozzi Arrows A23 mingħand ilMinardi. Mal-bidu tal-kampjonat tal-2006, Super Aguri saqu blArrows tal-2002, biex wara li sar diversi titjib fuq l-SA06, din rat iddebutt tagħha fil-Grand Prix talĠermanja.


10 |

ROTI

Minn Jason Sultana

Gilles Villeneuve: Leġġenda li ma jmut qatt

G

ħal ħafna segwaċi tal-Formula 1, Gilles Villeneuve hu litteralment leġġenda u wieħed mill-aktar sewwieqa veloċi ta’ kull żmien f’dan l-isport. Qatta’ kważi l-karriera kollha tiegħu fil-F1 mat-tim tal-Ferrari, imma kien it-tim Ingliż tal-McLaren li tah iċ-ċans li jiddebutta fl-ogħla kategorija fix-xena tattlielaq tal-karozzi. Kif żvolġiet il-karriera talKanadiż fil-Formula 1? Kien iċ-ċampjin tal-Formula 1 fl-1976, James Hunt li rnexxielu jikkonvinċi lill-kap tat-tim McLaren ta’ dak iż-żmien, Teddy Mayer biex jagħti ċans lil dan iż-żagħżugħ promettenti, wara li Hunt innifsu kien ħa sehem f’tellieqa Formula Atlantic filKanada fl-1976 li Gilles kien ħa sehem fiha u impressjona bil-bosta, tant li kien ġab fixxejn lill-kumplament tal-grid. Mayer aċċetta l-proposta ta’ Hunt u offra lill-Kanadiż prova fuq il-karozza McLaren M23 fuq iċ-ċirkwit ta’ Silverstone fl-1977. Il-mentalità ta’ Gilles mill-bidu nett kienet li jieħu kull kantuniera aktar veloċi middarba ta’ qabel u hekk għamel dakinhar hu u jitgħallem iċ-ċirkwit ta’ Silverstone sakemm spinja - żball komuni għal sewwieq novizz. Madankollu, hu rnexxielu jimpressjona għax ma laqat xejn u ma għamel ebda ħsarat filkarozza. Hemm ta indikazzjoni li hu talent li mhux ta’ min jinjorah.

Hekk ġara, meta fil-Grand Prix talIngilterra tal-1977, Gilles iddebutta fuq it-tielet McLaren M23 (verżjoni l-antika) u kkwalifika fid-disa’ post, disa’ postijiet wara Hunt imma żewġ postijiet quddiem J. Mass, li kien qed jsuq il-verżjoni l-ġdida tal-karozza McLaren: M26. Fit-tellieqa Gilles kien sejjer tajjeb ħafna, sakemm żviluppat problema teknika filkarozza u kellu jagħmel waqfa twila li tellfitu ħafna ħin. Hu spiċċa fil-11-il post. Il-McLaren iddeċidew li ma jagħtuhx ċans ieħor, iżda l-Ferrari kienu pronti u ħatfuh taħt idejhom aktar tard fl-istess staġun. Għamel iddebutt tiegħu mat-tim Taljan eżattament sitt itlielaq wara fil-Grand Prix tal-Kanada, meta ċ-ċampjin renjanti Niki Lauda għażel (wara diżgwit intern) li jieqaf ħesrem isuq għal Ferrari, żewġt itlielaq mit-tmien tal-istaġun. Ma kienx bidu feliċi mal-Ferarri, meta f’Fuji, Gilles kien involut f’inċident naqra kbir iżda mingħajr konsegwenzi koroh, meta ħabat mat-tyre ta’ R.Peterson. Il-Ferrari żammewh għall-istaġun tal1978 u minn hemm ‘il quddiem qatt ma ħarsu band’oħra. Ta’ min jirrimarka li r-relazzjoni li kellu Enzo Ferrari nnifsu ma’ Gilles kienet waħda tal-istess livell ta’ bejn missier u iben, u din baqgħet tissaħħaħ


|

aktar ma għadda ż-żmien. Mhux ta’ b’xejn li Villeneuve kien u jibqa’ wiehed mill-aktar sewwieqa maħbubin f’Maranello! Lura għas-sena 1978, Gilles ma damx wisq ma wera xi jsarraf meta rebaħ il-Grand Prix tal-Kanada bil-Ferrari T3 fi tmiem l-istaġun l-ewwel Kanadiż li qatt għamel dan. Fl-1979 wera wħud mil-aqwa prestazzjonijiet tiegħu, fi staġun fejn il-karozzi Ligier u Williams kellhom il-vantaġġ fuq il-Ferrari T4. Gilles ma waqafx milli jirbaħ il-GP f’Kyalami u dak ta’ Long Beach. Iżda waħda mill-aktar prestazzjonijiet li tibqa’ tissemma kienet ilbattalja f’Dijon, Franza ma’ Rene Arnoux fuq Renault, fejn għal dawra sħiħa rajna bdil talpożizzjonijiet, ħafna drabi b’manuvri sbieħ u aggressivi, li finalment warajhom Gilles kellu jikkuntenta bit-tieni post. In-nuqqas ta’ affidabilità fuq il-karozza tiegħu, il-Ferrari T4 tat vantaġġ lil sieħbu fittim Jody Scheckter biex jirbaħ il-kampjonat, eżattament fil-GP tal-Italja, meta kellu ordni biex isegwi lil sieħbu alavolja kien jidher aktar veloċi minnu. Karatteristika li spikkat fih kienet l-irġulija, fejn kien jaħdem għat-tim mingħajr ħafna paroli żejjed - ħaġa li swietu qares aktar ‘il quddiem fil-karriera sfortunatament! L-istaġun tal-1980 kien wieħed diżastruż, bil-karozza T5 tkun waħda mill-

11

agħar li qatt bnew it-tim minn Maranello. Iżda Gilles kellu ambizzjonijiet aktar għolja fl-istaġun sussigwenti, meta l-Ferrari bdew jużaw għall-ewwel darba l-magna 1.5ltr Turbo. Madankollu, ma tantx mar kif kien mistenni, peress li l-karozza 126CK ma kinitx bilanċjata tajjeb. Xorta waħda rnexxielu jirbaħ żewġt itlielaq dik is-sena, waħda f’Monaco u oħra f’Jarama, fi Spanja. Esperti jgħidu li ħadd għajr Gilles ma seta’ jirbaħ b’dik il-karozza! B’karozza ferm aħjar fl-1982, Gilles kellu ċ-ċans li jikkompeti sew għall-punti bilFerrari 126 C2 imma falla milli jagħmel dan fl-ewwel tliet Grand Prix. Hu rritorna fuq il-podju bit-tieni post f’Imola iżda dan ġara wara nuqqas ta’ qbil fuq ftehim li kien sar qabel it-tellieqa ma’ siehbu Didier Pironi li għoġbu jinjora ordnijiet tat-tim biex spiċċa qabeż lil Villeneuve u rebah it-tellieqa li kienet destinata għall-Kanadiż. Dan il-fatt irrabja mhux ftit lil Gilles! Eżattament fit-tellieqa ta’ wara f’Zolder, il-Belġju, bla mistenni kellha tkun l-aħħar tellieqa tal-Formula 1 għal Gilles. Waqt ilprovi ta’ kwalifikazzjoni, hu u jaqbeż karozza inqas veloċi minnu kellu impatt vjolenti fuq in-naħa ta’ wara tagħha meta kien għaddej b’veloċità medja ta’ 200km fis-siegħa. Ilkarozza spiċċat għoliet madwar 100 metru

‘l fuq, qabel ma niżlet u nstabtet mal-art b’mod vjolenti, b’Gilles maqbud fis-seat u spiċċa litteralment mormi mill-fadalijiet talkarozza madwar 50 metru ieħor fil-barrikati. F’qagħda kritika ħafna hu ttieħed l-isptar, iżda ftit sigħat wara, fil-preżenza ta’ martu Joann, hu miet fl-età ta’ 32 sena. Id-data kienet it-8 ta’ Mejju, 1982. Għalkemm f’karriera pjuttost qasira filFormula 1, Gilles Villeneuve ħalla legat għani ta’ ħafna memorji sbieħ! Waħda minnhom tat-tifel tiegħu stess, Jacques li rnexxielu jagħmel dak li m’għamilx missieru, u jsir ċampjin tal-Formula Wieħed fl-1997 malWilliams. L-stil tas-sewqan tiegħu kien uniku u kkombinat ma’ karattru vera umli, seraq il-qlub ta’ ħafna segwaċi! Li kien ikisser ħafna karozzi, gearboxes, xaftijiet, clutches u brejkijiet hu fatt li anke Enzo Ferrari kien

jammettieh, iżda dan għen lit-tim jikber u jaddatta għal ċirkostanzi diffiċli mhux mistennija u dan ukoll għen biex Gilles iżid mhux ftit il-fama tat-tim leġġendarju talFerrari. Hu ta’ qsim il-qalb li d-dinja tal-Formula Wieħed tilfet ikona daqshekk kmieni, li bla ebda dubju kien destinat għal ħafna aktar suċċessi. Fl-1982, iċ-ċirkwit li jospita l-Formula 1 fil-Kanada ġie msemmi għalih u għadu hekk sal-gurnata tal-lum, fost aktar monumenti li jinsabu mxerdin mad-dinja kollha. Hu kkompeta fil-Formula 1 bejn issena 1977 u 1982, li matulhom ħa sehem fi 68 Grand Prix u li minnhom rebaħ sitta, ikkwalifika fil-pole position darbtejn u spicca 13-il darba fuq il-podju. Insomma, filqasir nistgħu ngħidu li Gilles Villeneuve hu leġġenda li ma jmut qatt!


12 |

ROTI Mill-kampjonat tal-Formula 1 V irtwali…

ida f s i l tħustrutturi f i j 1 F s onat tal-ko Haa j -kamp għall

I

t-tlett tiġrijiet li għaddew raw lill-Haas F1 Team bħala l-protagonisti prinċipali tal-BWT Racing Point fil-Kampjonat talKostrutturi. Is-sewwieqa tat-tim Amerikan, Jake Sammut (ritratt, xellug) u Wayne Micallef (ritratt, lemin) qegħdin ikunu konsistenti ħafna filpunteġġi tagħhom u qed jirnexxilhom iżommu l-isfida għal dan ilkampjonat organizzat minn Velocity Esports Racing ħajja minkejja l-fatt li Ryan Carabott rebaħ tnejn millaħħar tlett itlielaq li kellna.

Minn Antonello Abela

F’Montecarlo, Daniel J. Vella rebaħ it-tiġrija għat-tim tal-AlphaTauri, biss Jake Sammut spiċċa fit-tieni post b’Adrian Manduca jiġi fit-tielet post għall-Mercedes. It-tieni sewwieq tal-Haas, Wayne Micallef spiċċa fil-ħames post, filwaqt li r-Racing Point kellhom jikkuntentaw bid-disa’ post ta’ Ryan Carabott wara nuqqas ta’ ftehim bejnu u s-sewwieq l-ieħor tat-tim, Ivan Birmingham fil-fażi tal-pitstops.

Amerikan ġabu l-punti, b’Jake Sammut jispiċċa l-ħames u Wayne Micallef fis-seba’ post.

Ryan Carabott iddomina t-tiġrijiet li kellna fl-Ażerbajġan u fil-Belġju, biss hu kien l-unika sewwieq li ġab il-punti għarRacing Point f’dawn iż-żewġ tiġrijiet. Minnaħa l-oħra, f’Baku l-Haas ma spiċċawx fuq il-podju, b’Manuel Schembri jġib it-tieni post għall-McLaren Renault u Kurt Friggieri jġib it-tielet post għall-Alfa Romeo. Minkejja dan, iż-żewġ sewwieqa tat-tim

Il-klassifika tas-sewwieqa meta’ għad fadal żewġ tiġrijiet, tara lil Ryan Carabott l-ewwel b’105 punti, Jake Sammut jinsab fit-tieni post bi 82 punt u Manuel Schembri jinsab it-tielet post bi 72 punt. Jekk Carabott jirbaħ it-tiġrija ta’ Monza li se ssir dalgħodu, hu prattikament jista’ jsir Champion talewwel Kampjonat tal-Formula Wieħed Virtwali lokali.

Fi Spa Francorchamps, kienu problemi tekniċi li żammew lil Wayne Micallef milli jtemm it-tiġrija, imma Jake Sammut spiċċa fit-tieni post. Il-podju kkompletah iddebuttant Mikhail Mercieca għar-Red Bull Racing.

Fil-Klassifika tal-Kostrutturi, ir-Racing Point jinsabu fuq quddiem b’105 punti bilHaas jinsabu t-tieni b’99 punt. B’sitt punti jifirdu liż-żewġ timijiet, nistgħu ngħidu li l-Kampjonat tal-Kostrutturi se jibqa’ ħaj salaħħar tiġrija li se jkollna l-ġimgħa d-dieħla fil-Ġappun. Wara dawn għandna battalja għat-tielet post, bil-McLaren Renault jinsabu jokkupaw l-aħħar tarġa tal-podju b’74 punt, ħames punti iżjed mill-Alfa Romeo u disa’ punti aktar mill-Williams. Dan ifisser li jekk ilKampjonat tas-Sewwieqa hu kważi magħluq, il-kampjonat tal-Kostrutturi għadu wieħed miftuħ u nemmen li se jibqa’ hekk sal-aħħar. Antonello Abela hu l-editur tal-Paġna Antonello’s Sports Blog li xxandar fost l-oħrajn aħbarijiet dwar il-Formula 1.


|

13

Stone aktar r jgħid li ma Ro jdum f s il-Moto si GP aktar se jku faċli li jingħe n leb L-eks-Ċampjin tad-Dinja tal-MotoGP għal darbtejn, Casey Stoner jemmen li hu diżappuntanti li Valentino Rossi se jispiċċa jsuq ma’ tim sekondarju fl-2021. Saħansitra jemmen li aktar mhu se jdum jikkompeti fil-MotoGP, aktar se tkun faċli li jingħeleb.

Rossi tilef postu mal-ewwel tim talYamaha u dan se jkun qed jieħdu s-sewwieq Fabio Quartaro. Min-naħa l-oħra, Rossi mistenni jieħu l-post ta’ Quartaro mat-tim ta’ Petronas SRT li huma sostnuti mill-Yamaha. Filwaqt li oriġinarjament Rossi kien ippjana li jevalwa kif se jmur fl-ewwel sitta jew seba’ tlielaq tal-2020, it-Taljan issa mistenni jiffirma ma’ dan it-tim sal-aħħar taxxahar. Jidher li Stoner ma jaqbilx mal-idea li sewwieq tal-istatura ta’ Rossi jifforma parti minn tim sekondarju, għalkemm jemmen li xorta jista’ jikkompeti biex jirbaħ. Stoner jemmen li kieku Rossi ħalla dan l-isport ftit qabel, kien iħalli legat akbar għax issa qed juri li jista’ jiġi mirbuħ. Qal li dan hu diżappuntanti meta tara lil xi ħadd ta’ dik l-istatura li issa spiċċa ma’ tim sekondarju.


14 |

ROTI

Flimkien nistgħu nagħmlu d-differenza fejn tidħol is-sigurtà fit-toroq tagħna

Miktub minn

PIERRE P. VELLA Chairperson Eżekuttiv tal-Kunsill Malti għas-Sigurtà fit-Toroq

E

rġajna wasalna għallappuntament ta’ kull xahar fejn niltaqgħu f’din irrokna tagħna fejn id-dilettanti talmuturi u l-karozzi jkunu jistgħu jżommu aġġornati dwar dak kollu li qed isir lokalment u anke barra minn Malta fil-qasam tal-motorsport. Nixtieq nieħu wkoll l-opportunità biex insellem lill-ħafna qarrejja li wrew l-apprezzament tagħhom firrigward talkontenut ta’ dan il-magazine.

Biss dan ix-xahar se nħalli ftit liddinja tal-Formula 1 u se nitkellem ftit dwar is-sigurtà fit-toroq, li hu suġġett għal qalbi ħafna, speċjalment li jien nokkupa pożizzjoni ta’ chairperson eżekuttiv fi ħdan il-Kunsill Malti għasSigurtà fit-Toroq. Għalhekk tajjeb li nitkellmu ftit dwar attività li kellna ftit tal-ġranet ilu. Tajjeb li ngħid li aħna fi ħdan tal-kunsill kontinwament inħarsu kif nistgħu ntejbu s-sigurtà. Kienet xi ħaġa veru interessanti meta kumpanija barranija ġiet f’kuntatt magħna, wara li kienu qraw xi artiklu li konna għamilna u semmejna l-problema ta’ viżibilità li jkollhom vetturi ta’ ċertu daqs, speċjalment meta nitkellmu dwar vetturi kummerċjali u anke dawk li huma left hand drive.

Fil-fatt bdejna nikkorrispondu flimkien biex naraw kif nistgħu nħarsu għal iktar għarfien fir-rigward tas-sigurtà. Wieħed irid jammetti li din ma kinitx triq faċli, għax qabel ma nkunu nistgħu nibdew inħarsu biex dan l-apparat jiġi użat, riedna li tiġi użata lokalment minn xi ditta li għandha diversi snin ta’ esperjenza f’dan ir-rigward. Bla dubju, l-għażla tagħna marret għand id-ditta Express Trailers. Dan apparti li diġà konna għamilna xi xogħol ta’ promozzjoni flimkien fejn tidħol is-sigurtà fit-toroq u konna ċerti li din il-kumpanija setgħet tagħtina rispons tajjeb f’dan irrigward. Dan kien perjodu ta’ ftit xhur ta’ stennija ħalli naraw x’kellu jkun ir-riżultat ta’ dan kollu.

Biss fuqxiex qegħdin nitkellmu u x’inhu l-użu tiegħu? Dawn huma HI-Vue Fresnel Lens. Din hi lenti li tiġi mwaħħla fuq in-naħa ta’ ġewwa tal-ħġieġa tannaħa tal-passiġġier. Teħel b’double sided tape u hi b’saħħitha biżżejjed li tista’ wkoll tniżżel it-tieqa mingħajr ma tinqala’ jew tagħmel il-ħsara. L-użu tagħha hu f’każ ta’ diffikultà li sewwieqa jew xufiera jista’ jkollhom bil-viżibilità. Filwaqt li l-mirja tal-ġenb qegħdin hemm biex juru dak kollu li hemm viċin il-vettura, il-Fresnel lens toħroġ bejn wieħed u ieħor bi 30% iktar il-viżibilità, jiġifieri lil xi ħadd li se jaqsam, jew xi ħadd bir-rota, inkella xi mutur li joħroġ minn triq sekondarja, xi mutur li jgħaddi viċin tiegħek biss il-mera ma taqbdux, it-tarf tal-kantuniera fejn jidħlu


|

15

inġenji twal u li tkun trid tara li tikkwartja b’mod sigur. Dawn huma biss ftit millbenefiċċji li l-Fresnel Lens tista’ tipprovdi lis-sewwieq. Bħal kwalunkwe ħaġa oħra, xejn ma jiġi b’xejn. Biss meta l-Express Trailers reġgħu bagħtu għalina stajna mal-ewwel nintebħu li konna ħadna pass tajjeb. Ir-riżultat kien wieħed pożittiv ħafna u ħadna gost li x-xufiera kienu addattaw tajjeb ħafna u kellhom kliem ta’ tifħir għall-użu ta’ dawn il-Fresnel Lenses. Issa kien imiss li jinxtraw u tibda kampanja edukattiva bihom. Żgur li l-appoġġ li sibt mingħand iċ-chairman ta’ Transport Malta, il-Ministru Ian Borg u dawk li kelli miegħi fil-kunsill żgur kienet okkażjoni biex immexxu hekk kif Transport Malta offriet li tagħti l-appoġġ tagħha. IlFresnel Lenses ġew ordnati u issa riedna nistennew biex dawn jaslu Malta. Sfortunatament faqqgħet ilpandemija tal-COVID-19 fejn tista’ tgħid li x-xogħol li konna qegħdin nagħmlu mat-tfal u man-nies waqaf ħesrem u ma’ dan kollu anke l-pjan li kellna bil-Fresnel Lens. Biss waqt il-pandemija u ġimgħa wara dawn waslu Malta. Kien hawn li jien iltqajt mat-team eżekuttiv tal-kunsill biex naraw x’nistgħu nagħmlu. Malajr ħriġna b’deċiżjoni li kif l-affarijiet jikkalmaw nibdew bil-kampanja, u nista’ ngħidilkom li ftit ġimgħat ilu veru bdejna bil-kbir għax l-ewwel klijenti bil-Fresnel Lens kienu l-ambulanzi kollha tal-Isptar Mater Dei u l-biċċa l-kbira tal-vetturi li għandhom ilProtezzjoni Ċivili. Żgur li matul dawn il-ħames snin li l-kunsill ilu mwaqqaf, qatt ma kellna okkażjoni fejn rajna tliet ministeri b’għan wieħed li kienet iktar sigurtà fit-toroq tagħna. Spunt żgħir li xtaqt naqsam magħkom kien il-kliem li uża l-istess Ministru Ian Borg, fejn qal li l-kunsill qed hemm biex jagħmel rakkomandazzjonijiet u suġġerimenti, iżda f’din l-okkażjoni rajna li mar lil hinn minn hekk u kien hu li implimenta biex inħarsu aktar is-sigurtà fit-toroq tagħna.

Personalment, jien ma nafx x’intqal wara għax naħseb meta wieħed jisma’ dan it-tip ta’ rikonoxximent, bilfors għandu jkun kuntent bil-ftit li aħna kollha qegħdin nagħmlu flimkien. Wieħed tajjeb li jirrimarka li s-sezzjoni tal-Emerġenza u anke l-Protezzjoni Ċivili huma membri fi ħdan il-kunsill, u għalhekk kliem il-Ministru kien qed jiġi indirizzat lejn il-membri kollha, li f’dan il-każ mhux biss ipproponew imma

qegħdin ambaxxaturi tas-sigurtà fit-toroq tagħna. Issa jmiss il-parti l-oħra, fejn intom il-qarrejja ta’ dan il-magazine, jew li smajtu dwarna fuq il-mezzi tax-xandir, jekk tafu b’xi ħadd li għandu vetturi kbar u jixtieq isir jaf kif jista’ jagħti l-parti tiegħu u jwaħħal waħda minn dawn il-Fresnel Lenses, nitolbuh li jagħmel kuntatt magħna fuq il-paġna ta’ Facebook tal-Malta Road Safety

Council jew inkella dik ta’ Transport Malta jew inkella dak ta’ ROTI. Xi ħadd żgur se jagħtikom risposta u jiltaqa’ magħkom biex jinfurmakom iktar dwar il-Fresnel Lens. Inħeġġukom biex tagħmlu l-parti tagħkom. Ħajja waħda għandna u allura rridu nibżgħu għaliha, speċjalment meta nkunu fit-triq. Tinsewx ukoll tingħaqdu mal-paġna fuq Facebook tal-Malta Road Safety Council.


DESTINATIONS


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.