Awwissu 2013 Numru 105
Editorjal 3 • Il-kelma tal-Arçisqof 5 • Martri u kontroversji 5 • Nemmen fil-ma˙fra tad-dnubiet 6 • X’qal il-Konçilju dwar il-Knisja fid-dinja ta’ llum 7 • Stejjer ta’ fidi 9 • Quality time 10 • Alla, l-o˙rajn, l-ambjent u jien 13 • Meta jwa˙˙lulek tikketta 14 • Ta˙ri© g˙all-˙ajja 14 • Il-filosfu li kkonverta 18 • Masters fil-Business Ethics 21 • Parroçça San ÌuΩepp, Kalkara 23 • X’demm g˙andek? 24 • Ómie© tal-klieb 25 • Log˙ob 27 • Tfal 29 • I have a dream 30
BSL
Britannia Tours … il-vjaææ tiegœek jibda hawn! L-AŒŒAR GRUPPI
Æiti/Pellegrinaææi gœal
Lourdes
30 ta’ Awwissu 21-27 ta’ Awwissu 26-31 ta’ Awwissu - 5 ta’ Settembru 5 T’IJIEM MINN
¢529
4 T’IJIEM MINN
¢489
5 T’IJIEM MINN
¢529
Minn Awwissu sa’ Settembru Full Board u Direttur Spiritwali
Normandija Inÿuru Caen, Mont Saint Michel, Deauville, Honfleur, Lisieux, Baÿilika ta’ Sta. Tereÿa u Pariæi 26-29 ta’ Settembru
MINN
¢369
Disneyland, Pariæi 4/5 t’ijiem Grupp 1 4-8 ta’ Settembru Grupp 2 5-8 ta’ Settembru
MINN
¢399
Lourdes, Costa Brava u Barçellona 4 T’IJIEM ÆEWWA LOURDES, 4 T’IJIEM ÆEWWA COSTA BRAVA Inÿuru Lourdes, Bartres, Lac de Lourdes, Pont d’Espagne, St Jean de Luz, Col d’Ibardin, Andorra, Lloret de Mar, Barçellona, Tordera, Montserrat, Montjuic Magic Fountain f’Barçellona, Port Aventura u Æirona 9-17 ta’ Settembru
IKEL INKLUŸ
MINN
¢683
Il-prezzijiet kollha huma bbaÿati fuq tqassim Tripla u jinkludu Titjiriet, Lukanda bil-Kolazzjon, Trasferimenti, Servizzi ta’ Tour Leader u t-Taxxi (Kundizzjonijiet japplikaw). Valletta - Head Office - Tel: 2123 8039, 2124 5418, 2124 1904 Paola Branch - Tel: 2180 9930 Mosta Branch - Tel: 2141 3030 Gozo Branch - Rabat Tel: 2156 5620
editorjal dun anton portelli
Magaƒin ta’ kull xahar ma˙ru© mill-Kulle©© tal-Kappillani u titqassam b’xejn lill-familji Maltin. Biex tirriklama fuq Flimkien çempel fuq 2590 6400 jew 2137 4942 Email: flimkien@maltadiocese.org jew bil-posta
F’nofs ta’ ba˙ar
K
onna bejn it-Torri ta’ San Pawl il-Baħar u l-Gżejjer. Tfal f’dgħajsa, naqdfu għax ma kellniex flus għall-petrol. F’nofs ta’ baħar rajna mewġ żgħir, l-ilma jiċċaqlaq. B’kurżità, ersaqna ħalli naraw. Forsi xi fekruna tal-baħar? Sibna kelb, Fox Terrier żgħir, b’ġebla marbuta ma’ għonqu. Ma kienx hemm dgħajjes oħra fil-qrib. Mela kien ilu jitħabat biex ma jegħriqx! Tellajnieh fid-dgħajsa. Wasalna l-art u neħħejnilu l-ġebla … u telaq.
Indirizz Editorjali Flimkien, Kulle©© tal-Kappillani, Kurja, il-Furjana Email: flimkien@maltadiocese.org Il-kitba li tidher fuq Flimkien apparti l-Editorjal mhux neçessarjament tirrifletti l-opinjoni tal-Bord Editorjali Editur Carmel Conti
Grafika Outlook Coop
Stampar Velprint Ltd
Ritratt fil-faççata: L-ewwel g˙uma ta’ Max Ritratt me˙ud minn Matthew Bartolo.
GÓaddih lil ÓaddieÓor!
Meta tkun qrajt il-Flimkien, ħallih warajk f’xi waiting room biex jarah ħaddieħor li ma jkunx irċevieh.
Catherine Spiteri Kors tal-Purtieri
Salvajnieh u tajnieh il-ħajja. Fraħna li konna salvajna kelb mill-għarqa. Allura kif tista’ tħalli tfal, nisa u rġiel jegħrqu f’nofs ta’ baħar meta tista’ ssalvahom? ■ I shall not pass this way again
“I expect to pass through life but once. If therefore, there be any kindness I can show, or any good thing I can do to any fellow being, let me do it now, and not defer or neglect it, as I shall not pass this way again.” William Penn (1644-1718) Ibgħat ħsibijiet qosra għal din ir-rokna: Flimkien, Aħseb Fuqha, Kurja, Floriana jew flimkien@maltadiocese.org
Trid t˙it purtieri sbie˙ mhux tas-soltu, b’sistema moderna ta’ kif g˙andek t˙affef ix-xog˙ol? Nitg˙allmu bedspreads, soft furnishings, u ’l fuq minn 100 pavaljun differenti. Mela ejja g˙al dan il-kors li hu tajjeb g˙al min jaf i˙it kif ukoll g˙al min ma jafx i˙it. Il-lezzjonijiet jing˙ataw minn g˙alliema b’il fuq minn 20 sena esperjenza u kkwalifikata barra. Il-kors isir il-Blata l-Bajda Tel: 2157 8951 / 7957 8951
Flimkien Awwissu 2013 | 3
Il-kelma tal-arÇISQOF Mons. P. Cremona O.P.
Se tibqa’ indifferenti?
I
x-xahar li għadda, il-Papa Franġisku żar Lampedusa biex jiġbed l-attenzjoni taddinja fuq it-traġedja ta’ miljuni ta’ rifuġjati li jkollhom iħallu pajjiżhom. Għamel tliet sejħiet. L-ewwel sejħa: dik li Alla għamel lil Adam u Eva wara li kielu mis-siġra pprojbita. Hu pprova jfittixhom imma ma sabhomx, għax stħaw minnu u staħbew. Imma meta nagħmlu dnub m’għandniex nistaħbew minn Alla, anzi għandna mmorru bid-dnub tagħna quddiemu biex jgħinna ninbidlu. Irridu naċċettaw lil kulħadd bħala xbieha ta’ Alla, ikun ta’ liema pajjiż, reliġjon jew kulur ikun. It-tieni sejħa: Alla staqsa lil Kajjin wara li qatel lil ħuh, ‘Fejn hu ħuk Abel?’ Kajjin wieġbu, ‘Ma nafx. Jaqaw jien għassies ta’ ħija?’ Iva, aħna lkoll responsabbli ta’ ħutna. Quddiem Alla, dawk kollha li tilfu ħajjithom fil-baħar jew fid-deżert huma bħal Abel meta nqatel minn Kajjin - ħutna. It-tielet sejħa: Il-Papa fakkar fil-ġrajja ta’ meta Erodi, fi sforz biex joqtol lil Ġesù, qatel it-trabi innoċenti. Att insensittiv għall-aħħar. Il-Papa jistaqsi: Jista’ jkun li l-globalizzazzjoni tal-indifferenza wasslitna biex lanqas aħna ma nħossu aktar għal min qed ibati? Ejjew nerġgħu nsiru sensittivi lejn l-oħrajn, anki għal dawk li jiġu f’pajjiżna biddgħajjes. Nitolbu biex tinstab soluzzjoni dejjiema għal dan il-fenomenu. ■
storja tal-knisja fil-qosor (4)
Martri u kontroversji c.156 Tfaqqa’ l-ereżija tal-Montanisti. Montanus kien jgħallem li t-tmiem tad-dinja kien fil-qrib, li l-Knisja ma twaqqfitx minn Kristu u li ma kellhiex setgħa taħfer dnubiet. c.161-180 Persekuzzjoni tal-Insara taħt l-Imperatur Marcus Aurelius. Meqjusa bħala l-eħrex waħda sa dakinhar. Martirju f’Ruma ta’ San Ġustinu. c.180 San Irinew, isqof ta’ Lyons, jikteb trattat kontra l-Gnostiċiżmu Adversus Haereses. Fost affarijiet oħra jgħid li l-Insara għandhom jimxu fuq it-tagħlim li joħroġ minn Ruma. c.196 Kontroversja dwar meta jiġi ċċelebrat l-Għid. Skont il-Knisja fil-Punent kellu jkun il-Ħadd; skont il-Knisja fil-Lvant kellu jkun l-14-il jum tax-xahar ta’ Nisan (skont il-kalendarju Lhudi) - tkun xi tkun il-ġurnata, anki mhux il-Ħadd. • Tinkiteb id-Didachè, fejn insibu fiex kienu jemmnu l-Insara talewwel seklu, kif kienu jagħmlu l-liturġija, kif kienet titmexxa l-Knisja. • Il-Latin isir il-lingwa liturġika fil-Knisja fil-Punent. c.200 Jibdew joħorġu l-kitbiet ta’ Tertulljanu. Kien l-ewwel li uża kliem bħal Trinità, Tliet Persuni u Sagrament. c.202 Persekuzzjoni taħt Septimius Severus, li ried li jkun hemm reliġjon waħda madwar l-Imperu Ruman kollu. Flimkien Awwissu 2013 | 5
IS-SENA TAL-FIDI
Fr Hector Scerri
Erfa’ dawn l-artikli dwar l-aktar veritajiet çentrali tal-fidi Nisranija (il-Kredu) biex fi tmiem is-Sena tal-Fidi jkollok f’idejk ©abra fil-qosor tal-fidi tag˙na.
Nemmen fil-ma˙fra tad-dnubiet Kristu Rxoxt, meta ta l-Ispirtu s-Santu lill-Appostli, tahom issetg˙a li ja˙fru d-dnubiet: ‘Óudu l-Ispirtu s-Santu. Dawk li ta˙frulhom dnubiethom ikunu ma˙fura, u dawk li ƒƒommuhomlhom ikunu miƒmuma’ (Ìw 20:22-23).
Il-Magħmudija tnaddafna minn kull tinġis ta’ dnub. Il-Magħmudija hija l-ewwel sagrament u s-sagrament prinċipali għallmaħfra tad-dnubiet. Imma għax jaf li aħna l-bnedmin spiss inċedu għat-tentazzjoni u naqgħu fid-dnub, il-Mulej ried jagħti s-setgħa lill-Knisja li taħfer id-dnubiet ta’ dawk li jindmu. Permezz tas-sagrament tal-Penitenza u r-Rikonċiljazzjoni (il-Qrar), aħna nerġgħu nitħabbu ma’ Alla u mal-Knisja. Is-sagrament tal-Qrar ‘għal dawk li waqgħu fid-dnub wara l-Magħmudija huwa meħtieġ daqskemm hi meħtieġa l-Magħmudija għal dawk li għadhom ma twildux mill-ġdid’ (San Girgor Nazjanzenu). 6 | Flimkien Awwissu 2013
‘Fil-Knisja jinħafru d-dnubiet bis-saħħa tad-demm ta’ Kristu u bil-ħidma tal-Ispirtu s-Santu. Huwa fil-Knisja li r-ruħ li kienet mejta minħabba d-dnub tgħix mill-ġdid ma’ Kristu li bil-grazzja tiegħu tana s-salvazzjoni’ (Santu Wistin). Ma hemmx bniedem daqstant ħażin u ħati li m’għandux jittama u jkollu ċ-ċertezza li jista’ jiġi maħfur, sakemm is-sogħba tiegħu tkun tassew ħierġa mill-qalb. Kristu miet għalina l-bnedmin kollha, mingħajr eċċezzjoni. Huwa jrid – u dan lilna jagħmlilna ħafna kuraġġ – li fil-Knisja tiegħu l-bieb tal-maħfra jkun dejjem miftuħ għal kull min jikkonverti tassew mid-dnub li jkun waqa’ fih. Apprezza l-kliem li s-saċerdot jistqarr waqt il-Qrar: ‘Alla, Missier il-ħniena, bil-mewt u l-qawmien ta’ Ibnu għall-ħajja, ħabbeb mill-ġdid id-dinja miegħu u sawwab fuqna l-Ispirtu Qaddis tiegħu għall-maħfra taddnubiet. Hu, bil-ministeru tal-Knisja, jaħfirlek u jagħtik is-sliem. U jien naħfirlek dnubietek fl-isem tal-Missier, u tal-Iben u tal-Ispirtu s-Santu.’
DWAL MILL-KONçILJU
X’qal il-Konçilju dwar:
il-Knisja fid-dinja ta’ llum Siltiet mill-Kostituzzjoni Gaudium et Spes (Hena u Tama) tal-Konçilju Vatikan it-Tieni: • ‘L-hena u t-tama, in-niket u t-tħassib għandu tassew liġi miktuba minn Alla tal-bnedmin tal-lum, fuq kollox tal-foqra f’qalbu. Il-kuxjenza hija ċ-ċentru l-aktar u ta’ dawk kollha li jbatu, huma wkoll moħbi tal-bniedem u s-santwarju fejn l-hena u t-tama, in-niket u t-tħassib tadhu jinsab waħdu ma’ Alla, u fejn il-leħen dixxipli ta’ Kristu, u ma hemm ebda ħaġa ta’ Alla jinstema’ ġo fina’ (16). li hi tassew tal-bniedem li huma wkoll ma • ‘Alla biss jiġġudika u jifli l-qlub; u jħossuhiex f’qalbhom’ (paragrafu 1). għalhekk ipprojbilna li niġġudikaw fuq • ‘Qed jikber l-għadd ta’ dawk li qed il-ħtijiet interni tal-bniedem hu min hu’ jagħmlu l-mistoqsijiet ewlenin: X’inhu (28). l-bniedem? Xi jfissru t-tbatija, il-ħażen • ‘Fil-jeddijiet fundamentali tal-persuna u l-mewt? X’se jiġi wara din il-ħajja? għandha tintrebaħ u titneħħa kull xorta Il-Knisja temmen li fi Kristu, Mulej u ta’ diskriminazzjoni soċjali u kulturali Mgħallem tagħha, issib il-muftieħ, iċminħabba s-sess, ir-razza, il-kulur, ilċentru u l-iskop tal-bniedem u tal-istorja kundizzjoni soċjali, l-ilsien u r-reliġjon, tiegħu’ (10). għax hija ħaġa kuntrarja għall-ħsibijiet • ‘Fil-fond tal-kuxjenza tiegħu l-bniedem ta’ Alla’ (29). jagħraf liġi li ma jagħtihiex hu lilu nnifsu • ‘L-għemil li bih il-miżżewġin jingħaqdu imma li huwa għandu jobdi, u l-leħen f’intimità safja huwa onest u xieraq u, tagħha, li dejjem jgħidlu biex iħobb u jekk isir b’mod tassew uman, ifisser u jagħmel it-tajjeb u jaħrab il-ħażin. Meta jkabbar dak id-don ta’ xulxin li bih huma jeħtieġ, dan il-leħen jgħidlu ċar ġo qalbu: jagħtu lil xulxin bil-ferħ u b’radd il-ħajr’ Agħmel dan, aħrab dak. Il-bniedem (49). ■ KOMPETIZZJONI
IrbaÓ E100 ewro gÓall-aÓjar ritratt gÓall-faÇÇata tal-Flimkien
Tema: Mhux bilfors reli©juƒa, imma nissu©©erixxu tema poƒittiva b˙all-fer˙, il-˙ajja, l-g˙aqda, il-familja, is-solidarjetà, il-paçi, eçç. Resolution: Mhux inqas minn 300dpi. Size: 165mm (width) x 235mm (height); portrait. Data tal-g˙eluq: 15 ta’ Settembru 2013.
Ibg˙at ir-ritratt b˙ala attachment ma’ email: flimkien@maltadiocese.org. Ir-ritratt irid ikun di©itali (mhux print) u ori©inali (mhux ikkupjat mill-internet).
Fl-email uri ismek u kunjomok u fejn nikkuntattjawk.
G˙al skopijiet ta’ protezzjoni taddata, kull fejn jidhru persuni g˙andu Jing˙ata premju wie˙ed ta’ E100 g˙ar-ritratt li fil-©udizzju talBord ikun l-a˙jar. Il-Bord iƒomm id-dritt li juƒa anki r-ritratti li ma jintbag˙at ukoll il-permess bil-miktub jirb˙ux, u li juƒahom ukoll fil-pa©ni ta’ ©ewwa tal-magaƒin, skont tal-persuni li jkunu qed jidhru. kif ikun jidhirlu. Id-deçiƒjoni tal-Bord tkun finali. Flimkien Awwissu 2013 | 7
STEJJER TA’ FIDI
Il-voucher ta’ €20 (jissarraf f’ikla g˙and Pollino’s, Malta International Airport) jittella’ bix-xorti fost l-istejjer li jidhru f’dak ix-xahar u mhux g˙ax l-istorja jew l-esperjenza rebbie˙a tkun tqieset a˙jar mill-o˙rajn. Ibg˙at l-istorja ta’ fidi tieg˙ek hekk: Flimkien, Stejjer ta’ Fidi, Kurja, Floriana jew flimkien@maltadiocese.org STORJA REBBIEÓA
Biex ma ssirx drawwa
M
eta kont żgħira kont imdorrija mmur Quddiesa kuljum. Naħseb li dan għen biex bqajt nagħmel hekk anki meta kbirt. Imma ġie żmien meta din id-“drawwa” tlaqtha u kont immur biss ilĦadd, bl-iskuża li kelli tlett itfal żgħar u ridt nieħu ħsiebhom. Imma ġie mument f’ħajti li ġegħelni nieħu aktar bis-serjetà l-fidi u r-relazzjoni tiegħi ma’ Alla. Għajnuna kbira sibtha meta għamilt l-Eżerċizzi Spiritwali ta’ Sant’Injazju. Naturalment ma stajtx nagħmilhom f’xi rtir ta’ 30 ġurnata, imma permezz ta’ siegħa talb kuljum f’dari stess fuq numru ta’ xhur, b’laqgħa ta’ siegħa filġimgħa ma’ Ġiżwita. Fl-‘Eżerċizzi’ skoprejt il-kobor talQuddiesa, speċjalment li hija l-aktar talba perfetta għax hija t-talba li Kristu stess jagħmel lill-Missier. Skoprejt li l-Quddiesa mhijiex biss mument wieħed fil-ġurnata imma għandha ħafna x’taqsam mal-ħajja tiegħi, partikolarment il-ħajja tiegħi ta’ miżżewġa. Fil-Quddiesa Alla jikkomunika l-kelma tiegħu - bħalma jien u r-raġel nagħmlu ma’ xulxin. Fiha hemm l-indiema u l-maħfra - li wkoll tifforma parti essenzjali mill-ħajja tal-koppja. Fil-Quddiesa hemm l-għotja sħiħa ta’ Kristu għalina - l-istess bħalma jien u żewġi nagħtu lilna nfusna lil xulxin f’kull aspett tal-ħajja miżżewġa. B’din il-lenti, il-Quddiesa ssir ħajja, u l-ħajja ssir
Quddiesa! Inħoss li għandi bżonn il-Quddiesa u t-Tqarbina għax għandi bżonn l-għajnuna u l-preżenza ta’ Kristu f’ħajti. Għandi bżonnha mhux għax jien xi qaddisa, imma propju għax miniex! Hu biss bil-għajnuna ta’ Ġesù li nista’ ngħix il-kumplament talġurnata b’mod Nisrani, jiġifieri mil-lenti ta’ Kristu. Naturalment waqt il-Quddiesa mhux dejjem ikolli dan kollu f’moħħi – spiss inkun distratta jew għax inkun bin-ngħas, jew għax naħseb fix-xogħol li għad irrid nagħmel. Ġieli jiġini l-ħsieb li aħjar ma mmurx kuljum biex il-familjarità u r-rutina ma jneħħulix il-ħeġġa. Imma mbagħad niftakar li Kristu huwa akbar middgħufija tiegħi, u li hu jħares lejn ixxewqat u l-isforzi tagħna mhux lejn dak li jirnexxielna nagħmlu. Għalhekk noffrilu d-dgħufija tiegħi mal-ħobż u l-inbid, u nagħmel sforz mill-ġdid. ■ RBC, Mosta L-Art Imqaddsa mal-FranÌiskani PellegrinaÌÌi 2013
L-Art Imqaddsa: 4-12 ta’ Settembru L-Art Imqaddsa u s-Sinaj: 3-13 ta’ Novembru Tagħrif jew booking: Kummissarjat tal-Art Imqaddsa, 8, Triq S. Luċija, Valletta. 21242254; comalt@ofm.org.mt Flimkien Awwissu 2013 | 9
RELAZZJONIJIET
Words of Affirmation
Quality Time
Receiving Gifts
Acts of Service
Physical Touch
There are five emotional love languages: Words of Affirmation, Quality Time, Receiving Gifts, Acts of Service and Physical Touch. This month we focus on:
Quality time W
hen I sit on the couch with my wife and give her twenty minutes of my undivided attention, and she does the same for me, we are giving each other twenty minutes of life. We will never have those twenty minutes again. We are giving our lives to each other. It is a powerful emotional language of love. Togetherness Togetherness is not the same as ‘proximity’. Two people sitting in the same room are in close proximity, but they are not necessarily ‘together’. Togetherness has to do with focused attention. A husband and wife walking or playing tennis together, if it is genuine quality time, will focus not on 10 | Flimkien Awwissu 2013
the walk itself or the game but on the fact that they are spending time together. What happens on the emotional level is what matters. Quality conversation The language of quality time has many dialects, one of which is that of quality conversation, that is, sympathetic dialogue where two individuals share their experiences, thoughts, feelings, and desires in a friendly, uninterrupted context. Whereas words of affirmation focus on what we are saying, quality conversation focuses on what we are hearing. A relationship calls for sympathetic listening
with a view to understanding the other person’s thoughts, feelings, and desires. Here are some tips on how to listen: • Maintain eye contact when your spouse is talking. • Do not listen to your spouse and do something else at the same time. • Listen for feelings, not just words. • Observe body language. • Do not interrupt. Learning to talk Quality conversation requires not only sympathetic listening but also selfrevelation. When a wife says, ‘I wish my husband would talk. I never know what he’s thinking or feeling,’ she is pleading for intimacy. In order for her to feel loved, he must learn to reveal himself. If her primary love language is quality conversation, her emotional love tank will never be filled until he tells her his thoughts and feelings. When it comes to talking, all of us are affected by our personality. There are two basic personality types: the ‘Dead Sea’ and the ‘Babbling Brook’. In Israel, the Sea of Galilee flows south by way of the Jordan River into the Dead Sea. The Dead Sea goes nowhere. It receives but it does not give. This personality type receives many experiences, emotions, and thoughts throughout the day. They have a large reservoir where they store that information, and they are perfectly happy not to talk. On the other extreme is the ‘Babbling
Brook’. Whatever enters into the eye gate or the ear gate comes out of the mouth gate. Whatever they see, whatever they hear, they tell. Many times a Dead Sea marries a Babbling Brook. But five years after marriage, the Babbling Brook wakes up one morning and says, ‘We’ve been married five years, and I don’t know him.’ The Dead Sea is saying, ‘I wish she would stop the flow and give me a break.’ The good news is that Dead Sea can learn to talk and Babbling Brook can learn to listen. We are influenced by our personality but not controlled by it. Quality activities Quality activities may include anything in which one or both have an interest. The emphasis is not on what you are doing but on why you are doing it. The purpose is to experience something together, to walk away from it feeling ‘He cares about me. He was willing to do something with me that I enjoy, and he did it with a positive attitude.’ That, for some people, is love’s loudest voice. One of the by-products of quality activities is that they provide a memory bank from which to draw in the years ahead. Fortunate is the couple that remembers an early morning stroll along the beach, a walk in the rain. Those are memories of love, especially for the person whose primary love language is quality time. ■
F’Settembru: Receiving Gifts Addattat minn The Heart of the Five Love Languages, Gary Chapman, Northfield Publishing, Chicago Flimkien Awwissu 2013 | 11
IBQA’ GHIX KUNTENT GEWWA DAREK BIL-LIFT TAT-TARAG Ghall-Aqwa Kwalita’, Kumdita’, Sigurta’, Konvenjenza u Liberta’.
Electric Scooter
Platform Lift
Curved Stairlift
CEMPEL LIL COMFORT STAIRS GHAL KWOTAZZJONI B’XEJN
Straight Stairlift
Showroom, 15, Triq Tumas Dingli, Mosta | Tel: 2157 4846, 2141 2687 Mob: 9987 5336 / 9949 9540 | Email: info@comfortstairs.com | www.comfortstairs.com
TWEMBJENT 2013 Fr Edgar Busuttil sj
Wembjent
X’g˙andu x’jaqsam it-twemmin mal-ambjent?
I
l-bnedmin huma ħlejjaq relazzjonali. Kull bniedem imsejjaħ biex jgħix erba’ relazzjonijiet differenti: ir-relazzjoni ma’ Alla, ir-relazzjoni mal-oħrajn, ir-relazzjoni tiegħu miegħu nnifsu u r-relazzjoni malħolqien kollu, b’mod tajjeb. Dawn ir-relazzjonijiet jaffettwaw lil xulxin. Ir-relazzjoni tagħna ma’ Alla għandha tnissel fina sens ta’ gratitudni għar-rigal kbir tal-ħolqien u tħeġġiġna biex inkunu minn tal-ewwel biex nipproteġu l-ambjent. Għaldaqstant għandna nitħeġġu biex inkunu protagonisti u nagħmlu l-parti tagħna biex inwaqqfu l-ħsara li ssir fl-ambjent ta’ madwarna u biex nibdew ngħixu u nipproponu stili ta’ ħajja li jġibu l-ambjent ’il quddiem. Jekk infittxu li ngħixu tajjeb maloħrajn u nippromwovu s-solidarjetà ma’ xulxin, inkunu bilfors irridu nagħmlu l-parti tagħna biex inwaqqfu l-użu ħażin tal-ambjent. Dan tal-aħħar, kemm preżentament kif ukoll fil-futur, jaffettwa b’mod ħażin lil kulħadd, b’mod speċjali lil min hu vulnerabbli bħall-fqar. Relazzjoni tajba magħna nfusna tiġi minn stima tajba tagħna nfusna. Din irrelazzjoni, meta tkun waħda tajba, tgħinna ngħixu tip ta’ spiritwalità li twassalna biex neżaminaw l-attitudni tagħna lejn l-ambjent, u tnissel sens ta’ dixxiplina
fuqna nfusna. Permezz ta’ din id-dixxiplina nkunu nistgħu ngħixu stili ta’ ħajja iktar sostenibbli. Nhar is-Sibt 14 ta’ Settembru 2013, fissena ddedikata lill-Fidi, il-Ġiżwiti flimkien ma’ entitajiet oħrajn sa jorganizzaw il-festival TWEMBJENT. TWEMBJENT sa jsir fil-belt storika ta’ Bormla, post simboliku minħabba r-rabta tiegħu mar-revlouzzjoni industrijali f’Malta. Is-sit prinċipali li ntgħażel huwa l-waterfront ta’ quddiem Dock No. 1 (fejn dan l-aħħar twettaq restawr estensiv). TWEMBJENT sa jkun avveniment għall-pubbliku inġenerali, fejn se jkun hemm ħafna attivitajiet kreattivi li jgħinu lil kulħadd jipparteċipa u jirrifletti dwar it-twemmin tiegħu/tagħha u r-rabta ta’ dan mal-attitudni tiegħu/tagħha lejn l-ambjent. Fost l-attivitajiet ippjanati sa jkun hemm: riflessjonijiet dwar aspetti differenti tal-iżvilupp sostenibbli f’postijiet storiċi f’Bormla, riflessjoni fuq dan l-iżvilupp fiddawl tal-fidi, quddiesa bit-tema tal-ħarsien tal-ambjent fil-parroċċa ta’ Bormla, wirjiet ta’ arti u artiġjanat li huma bbażati fuq din it-tema, kif ukoll wirjiet u proġetti tattfal. Filgħaxija diversi artisti, kori u baned jiddevertuna permezz tal-mużika tagħhom. Għal aktar informazzjoni ara www.jesuit.org.mt jew ċempel fuq 79412217
Korsijiet fl-Istitut Agostinjan
• Il-Ġimgħa, 4 ta’ Ottubru jibda Kors Għal Kulħadd (11-il lezzjoni) kull nhar ta’ Ġimgħa, 6pm-7pm. • Il-Ħamis, 31 ta’ Ottubru: 17th Annual Saint Augustine Lecture fl-Università ta’ Malta. • Mill-aħħar ta’ Jannar 2014 sa nofs Marzu jsiru 8 lezzjonijiet tal-Lectio Augustini - nhar ta’ Ġimgħa, 6pm-8pm. • Il-Ħamis, 3 ta’ Ottubru jibda l-kors Filosofija Għal Kulħadd nhar ta’ Ħamis fis-6pm, dwar il-filosofija ta’ S. Wistin. Għal iktar tagħrif u biex tirċievi b’xejn il-programm sħiħ ikteb lil Profs. S. Caruana OSA, Imsida, MSD 1000 jew ċempel 27249407, 99402102, 77281249 jew email: caruana.salvino@gmail.com, salvino.caruana@um.edu.mt. Flimkien Awwissu 2013 | 13
FORMAZZJONI PERMANENTI Fr Mark Sultana
Ta˙ri© g˙all-˙ajja
L
-Istitut ta’ Formazzjoni Pastorali joffri formazzjoni lil min jixtieq jidħol fil-fond fil-ħsieb tal-Vanġelu u r-riflessjoni tal-Knisja. L-Istitut twaqqaf wara li s-Sinodu ħass il-bżonn li jkun hawn taħriġ mhux biss għal min jixtieq jgħix il-ħajja Nisranija b’mod sħiħ fir-realtajiet tal-lum, imma wkoll għal dawk li b’xi mod huma involuti fil-ħidma pastorali. F’dawn l-aħħar snin dawn il-korsijiet kellhom rispons pożittiv u entużjast ħafna. Lista tal-korsijiet li se jibdew: • General Education Award in Evangelisation • The Human Experience of God in Prayer • Higher Education Award in Theology • Higher Education Award in Family Ministry • Higher Education Award in Adolescent and Youth Ministry • Higher Education Award in the Liturgy • Higher Education Award in Parish Nursing • Higher Education Award in Catholic Social Teaching • Higher Education Award in Missiology. Isiru wkoll korsijiet: • mill-Fakultà tat-Teoloġija • mill-Istitut Agostinjan • mill-Istitut Karmelitan • mill-Għaqda Bibblika • mill-Moviment ta’ Kana • mis-Segretarjat għall-Katekeżi. Applikazzjonijiet għal dawn il-korsijiet għandhom isiru direttament lillorganizzazzjoni rispettiva. Għal aktar tagħrif: www.maltapfi.org; 21233304 (Tnejn sal-Ġimgħa, 9am1pm); info@maltapfi.org. ■ 14 | Flimkien Awwissu 2013
MUSIC VIDEO
Sina Bugeja
Meta jwa˙˙lulek tikketta
F
’Mejju li għadda l-band ‘Footprints’ ħarġet music video bl-isem STICK NO BILLS. Il-kliem u l-mużika kitbuhom huma stess. Hu dwar Jimmy u Timothy li wieħed minnhom imut b’overdose. Din l-inizjattiva ħaduha l-band stess, ħames żgħażagħ li jdoqqu Christian Rock. L-inizjattiva bdiet wara li għamlu gig f’San Blas, residenza mmexxija millCaritas għar-rijabilitazzjoni mid-droga. Qabel marru, il-band kienu bl-ideat fissi li ħafna minna għandna dwar persuni maqbudin bid-droga, jiġifieri li mhux ta’ min jafdahom, eċċ. Il-ħames żgħażagħ marru jferrħuhom u tant ħadu gost magħhom li xtaqu jagħmlu xi ħaġa permezz tal-mużika ħalli jwasslu messaġġ dwar il-kruha tad-droga. Biex għamlu l-video, Footprints sabu għajnuna mill-Aġenzija Sedqa u l-Aġenzija Żgħażagħ. Biex tara l-video kulma trid tagħmel hu li tidħol f’Youtube u tikteb Footprints. Il-video juri wkoll kemm hu ħażin li nwaħħlu label fuq xi ħadd. Għalhekk semmewh STICK NO BILLS. Aktar ma nwaħħlu labels jew tikketti ma’ ħaddieħor, aktar dak li jkun isibha diffiċli jibdel imġibtu. Tassew ħasra għax nies bħal dawn, meta jirrijabilitaw ruħhom, ħaqqhom ċans ieħor. Jekk isibu l-appoġġ meħtieġ, ħafna jerġgħu għattriq it-tajba. ■
KAPITAL PLUS DEPOSIT ACCOUNT KAPITAL PLUS DEPOSIT ACCOUNT
Limited Limited Offer Offer
CAPITAL & FIXED INTEREST GUARANTEED* CAPITAL & FIXED INTEREST GUARANTEED*
HIGH IN TECH - LOW IN RISK HIGH IN TECH - LOW IN RISK
The APS Kapital Plus is a capital guaranteed, limited offer five year term deposit account denominated in Euro. This account pays a fixed interest per year with the opportunity to The APS Kapital Plus is a capital guaranteed, limited offer five year term deposit account earn an additional bonus linked to the performance of major companies forming part of denominated in Euro. This account pays a fixed interest per year with the opportunity to the Eurozone telecommunication sector, the US information technology sector and of earn an additional bonus linked to the performance of major companies forming part of the Japanese markets. The full capital and fixed interest are guaranteed by APS Bank Ltd. the Eurozone telecommunication sector, the US information technology sector and of Minimum deposit â‚Ź2,000 - Fixed Interest 2% p.a. - Additional potential bonus from 4% to 20%. the Japanese markets. The full capital and fixed interest are guaranteed by APS Bank Ltd. Minimum deposit â‚Ź2,000 - Fixed Interest 2% p.a. - Additional potential bonus from 4% to 20%. psbank
facebook.com/a
psbank
facebook.com/a
2122 6644
apsbank.com.mt
values you can bank on
2122 6644
apsbank.com.mt
values you can bank on
*Terms and conditions apply. The Kapital Plus Deposit Account can be closed before the 5 year term depending on the performance of the underlying investments. All interests are gross of tax. Issued by APS Bank Limited, a credit institution licensed by the Malta Financial Servicesand Authority. Nothing in this document constitutes tax or the any 5other professional advice. You should *Terms conditions apply.provided The Kapital Plus Deposit Account caninvestment, be closed before year form term of depending on the performance of consult your independent legal, financial are or other to ensure thatBank any decision make is suitable for youbywith to your the underlying investments. All interests gross advisors of tax. Issued by APS Limited, ayou credit institution licensed the regards Malta Financial specific and financial situation. The performance of the underlyingtax instruments is not guaranteed, values advice. may riseYou or fall and Servicescircumstances Authority. Nothing provided in this document constitutes investment, or any other form of professional should past performance is not a legal, guarantee to future performance. Bank is subject to theyou Depositor Scheme established in consult your independent financial or other advisors toThe ensure that any decision make isCompensation suitable for you with regards to your terms ofcircumstances Legal Notice 369 2003 as subsequently amended. of the underlying instruments is not guaranteed, values may rise or fall and specific andof financial situation. The performance past performance is not a guarantee to future performance. The Bank is subject to the Depositor Compensation Scheme established in terms of Legal Notice 369 of 2003 as subsequently amended.
NIES LI EMMNU Robert Aloisio
Il-filosfu li kkonverta M
inkejja l-età żagħżugħa tiegħu (twieled fl-1971) Fabrice Hadjadj diġà għamel isem fil-qasam filosofiku. L-ewwel xogħol kbir tiegħu kien Réussir sa mort (2005), saġġ fuq il-mewt li fih janalizza s-sens li s-‘siegħa estrema’ kisbet fis-soċjetà teknoloġika: ‘Irridu nagħżlu bejn li teknikament niġu likwidati jew li noffru ħajjitna; jew tiddispra jew tagħti ħajtek għal kawża ġusta’. Hekk jaraha l-ħajja dan il-ħassieb żagħżugħ li jgħix f’Toulon fi Franza, miżżewweġ, missier ta’ ħamest itfal. Hu ta’ nisel Lhudi, b’isem Għarbi, imwieled f’familja b’għeruq Tuneżini. Għex żgħożija “niħilista”, atea, bla ebda aspirazzjoni reliġjuża u mehdi biss fil-letteratura. Iżda ta’ 27 sena, kellu esperjenza spiritwali qawwija quddiem Kurċifiss fil-knisja ta’ Saint-Séverin f’Pariġi. Wara ftit, tgħammed fl-Abbazija ta’ Solesmes, magħrufa għallkant Gregorjan. Dawn huma siltiet minn intervisti li sarulu ftit ilu.
Kif ikkonvertejt g˙all-Kristjaneƒmu? Jekk il-Kristjaneżmu (jew aħjar Kristu) 18 | Flimkien Awwissu 2013
huwa l-Verità - kif jien nemmen li hu – allura mhux hekk trid tistaqsi. Staqsini kif jista’ jkun li ma sirtx Nisrani qabel! Staqsieni x’kien qed iżommni milli nersaq qrib misteru li huwa dak tar-realtà nnifisha! Ma tantx inħobb nitkellem fuq il-konverżjoni tiegħi - għal żewġ raġunijiet. L-ewwelnett għax huwa Alla li jikkonvertina bil-ħolqien tiegħu kollu. Tikkonverti qabelxejn għax Alla jagħtik innifs, u għax titla’ x-xemx, għax il-fjuri sbieħ, għax tara omm titbissem lil binha… Iżda mhux il-ġmiel biss. Hemm ukoll dik iddisperazzjoni profonda li taċċertana li ma nistgħux inkunu aħna li nagħtu l-ferħ lilna nfusna, u allura rridu ngħajtu lejn Salvatur. Kollox jingħaqad, it-tajjeb u l-ħażin, biex aħna nduru lejn Alla. It-tieni: Li nippreżenta ruħi bħala ‘konvertit’ tista’ tidher ħaġa trijonfalistika – speċi ta’ ‘Arawni, wasalt!’ Imma l-konverżjoni mhijiex konklużjoni iżda bidu. Timpenjana biex inkomplu nikkonvertu, iktar fil-fond, sal-aħħar konverżjoni, fis-siegħa ta’ mewtna, meta tista’ tgħid, ‘Fl-aħħar, issa, jiena Kattoliku!’ Iżda jekk il-mixja ta’ konverżjoni ma
twasslekx biex tgħix fl-imħabba, allura ssir agħar milli kont qabel; tkun qed tapprofitta ruħek mir-rikkezzi ta’ Kristu għas-suppervja tiegħek innifsek. Ħa nirrakkonta waħda mill-ġrajjiet li filmixja intellettwali tiegħi wasslitni niltaqa’ mal-Kurċifiss. Kont qed nirrifletti fuq it-teknika – li tridna nipproduċu bniedem maħluq min-newrokimika, mill-virtwalità, mill-bijoġenetika. Ġietni l-intwizzjoni li l-ansjetà tagħna hija t-teżor tagħna: tista’ tippreżenta ruħha bħala għajta lejn issema. Huwa s-sema li jġegħelna nittamaw f’ferħ li hu ħafna ikbar minn din id-dinja, u jurina d-dinja fil-prekarjetà estrema tagħha. Il-ġisem, fid-dgħufija tiegħu, ilġisem sofferenti, il-bniedem fil-kundizzjoni traġika tiegħu, dan kollu deherli akbar minn dawn is-supermen minfuħin u drogati. F’dak il-punt kont lest biex nisma’ l-Ecce homo. Qabel ikkonvertejt, kif kont ta˙sibha fuq Alla? Lanqas kont nissaporti nisma’ titlissen il-kelma ‘Alla’. Kont inqisha bħal jolly mixħuta fuq il-mejda, bi tradiment, waqt logħba karti; qisha mod kif tevita l-problemi u tbenġel it-traġedja tal-ħajja. Imma Alla ma jneħħix id-dramma tależistenza iżda jtemmha. Jeqred kull idolu tagħna u jeħodna mill-ġdid għad-dramm tal-ikbar imħabba. Jeħtieġ li min jemmen jagħraf dan id-dramm u jgħix it-tieni kmandament, li jgħidilna biex ma nsemmux l-isem ta’ Alla għalxejn, u hekk min ma jemminx ikun jista’ jifhmu iktar. U wara li kkonvertejt? Il-konverżjoni tiegħi ma kenitx atteġġament
poetiku jew xi kunċett filosofiku, iżda realtà ta’ Persuna li ġiet qabli fil-fond tal-oskurità. ‘Alla’ ma baqax ifisser iktar soluzzjoni iżda avventura; mhux tweġiba iżda appell. Meta nsibu l-aqwa mod kif nitkellmu fuq Alla, mhux bilfors li l-oħrajn meta jisimgħuna se jikkonvertu. Jekk nitkellmu fuq Alla bl-istess qawwa ta’ Ġesù, xi wħud se jikkonvertu, oħrajn jispiċċaw jissallbu. U dak sinjal li nkunu tkellimna tajjeb! Kif ta˙sibha llum dwar l-atei? L-atei jistgħu jiġu kkritikati li mhumiex dak li jippretendu li huma. Ateu huwa xi ħadd ‘bla Alla’, xi ħadd li jrid jeħles millidoli kollha, u ma jħallix l-ateiżmu tiegħu jsir idolu fih innifsu. Tkun xi ħaġa tal-biki teħles mir-reliġjon ta’ Kristu biex toħloq reliġjon tal-ateiżmu. Dan hu li jiġri fil-biċċa l-kbira tal-każijiet. Li tkun ateu tassew hija xi ħaġa diffiċli ħafna. Meta tabbanduna lil Alla traxxendenti, tispiċċa toħloq idoli oħra: ir-raġuni, ir-razza, ir-rivoluzzjoni, is-suq… U int kif ma bqajtx ateu? Ilkoll kemm aħna għandna bżonn prinċipju li jorjentalna ħajjitna. Fittxejt kemm hu possibbli li nkun ateu. Fl-aħħar, meta ħlist minn kull idolu, baqgħetli d-disponibbiltà li nilqa’ dak li ma kienx ġej minni, dak li għal xi wħud hija t-traxxendenza, u li l-Katekiżmu jsejħilha ‘Rivelazzjoni’. Disponibbiltà tfisser ftuħ għal inkontru. Ilfilosfu Eraklitu ddefiniha bħala ‘l-istennija ta’ dak li mhuwiex mistenni’; ftuħ li jsib ruħu fi ġrajja li tasal għandna permezz ta’ ħafna u ħafna xhieda: it-‘tradizzjoni appostolika’, li hi serje ta’ inkontri li bdew minn Ġesù sa ma waslu għandi. ■ Flimkien Awwissu 2013 | 19
ETIKA FIN-NEGOZJU
Epoka ©dida u ©usta Is-sena 2008 tibqa’ mfakkra għat-tiġrif ta’ diversi sistemi finanzjarji u ekonomiċi fid-dinja. L-effetti għadhom jinħassu s’issa. Ma stajtx nifhem x’kien qed iseħħ barra, minkejja li kont ili aktar minn 34 sena naħdem fis-settur bankarju lokali. Ir-regħba ta’ xi bankiera u n-nuqqas ta’ etika f’dawn is-setturi wrew x’jista’ jiġri meta l-bniedem jitlef il-valuri. Kelli 54 sena, gradwat frisk fit-Teologija, u kont għadni ngħid: ‘Issa daqshekk studju!’ Imma kif sirt naf li l-Università fetħet dan il-kors ta’ Masters fil-Business Ethics, tħajjart napplika. Kienu tliet snin li tawni perspettiva differenti ta’ kif jista’ jkollna sistemi ekonomiċi, finanzjarji u politiċi li jagħtu ħafna aktar importanza lill-integrità u s-solidarjetà. Wara t-terremot finanzjarju-ekonomiku tal-2008, id-dinja finanzjarja nbidlet. Nemmen li l-etika tista’ tkun pedina ferm importanti biex nibnu epoka aktar ġusta. Tony Micallef
ġodda ta’ kif tmexxi kumpannija, ibbażati fuq rispett lejn is-soċjetà, l-ambjent u d-dinjità tal-bniedem, mingħajr ma tipperikola s-saħħa tal-kumpannija, l-interessi tal-partijiet kollha u l-ġid komuni tas-soċjetà. Stephen Zerafa Dħalt għall-kors bl-idea li n-negozju u l-kummerċ huma fihom infushom ħżiena. Malajr indunajt li n-negozju jista’ jkun ukoll parti mis-soluzzjoni għall-problemi umani u ambjentali tal-lum. Tgħallimt li jekk jitmexxa b’dinjità u ġustizzja, in-negozju jista’ jgħin fl-iżvilupp tal-persuna sħiħa. Il-kors talMasters fil-Business Ethics tani opportunità niskopri ħassieba varji li qed jinfluwenzaw il-ħsieb politiku u ekonomiku ta’ llum. Stajt niżviluppa moħħ kritiku u analitiku, u niltaqa’ b’mod iktar sħiħ mas-suġġett talFilosofija li fl-opinjoni tiegħi tgħin fl-iżvilupp tal-ħsieb. Mark Psaila
Fil-ħajja tista’ ma tagħmilx xi ħaġa ħażina għaliex tibża’ li tinqabad, imma tista’ wkoll ma tagħmilhiex għax temmen li tkun etikament ħażina. Importanti nifhmu d-differenza fundamentali bejn it-tnejn. Għal wisq żmien in-negozji u l-kumpanniji tmexxew bħallikieku l-unika ħaġa importanti kienet kemm se jaqilgħu flus id-diretturi u kemm se tagħmel profitt il-kumpannija. Ktieb ta’ talb għat-tfal, ippubblikat minn Kors fil-Business Ethics jesponik għal metodi Pubblikazzjoni Preca, tas-Soċjetà tad-Duttrina
Nisranija, MUSEUM. Kollu bil-kulur, b’45 storja żgħira b’talba marbuta mal-istorja li t-tfal jistgħu jaqraw u jitolbu mal-ġenituri jew il-katekisti tagħhom. Ma’ kull storja u talba hemm stampa faċċata sħiħa dwar l-istorja. Jinbiegħ minn Librerija Preca €12.50. Ċempel 79595312. Flimkien Awwissu 2013 | 21
www.solarsolutions.com.mt
l C o m m e r c ia & l ia t n e R e s id v a il a b le A s e m e h c S
Call us on
* Subject to EU formal grant approval
21 424 750
Experience - Quality - Affordability 2/3 Tal-Balal Road, Xwieki, L/O Għargħur, Malta
Flimkien_Mag-July-2013.indd 1
7/16/2013 10:29:58 PM
ISLAND INSURANCE BROKERS
For all your insurance requirements 7.5% discount on any new motor or home insurance policy on presentation of this advert W T A
www.islandins.com 2385 5555 ‘Insurance House’, 239 Psaila Street, Birkirkara BKR 9078
Island Insurance Brokers Limited is an enrolled company regulated by the Malta Financial Services Authority
Fr Anton Galea Scannura Kappillan ParroÇÇa San ÌuÛepp, Kalkara
Qadi flimkien f’isem Kristu
F
’affari ta’ mitt sena mindu bdiet, il-parroċċa ġarrbet telfiet kbar imma rċeviet ukoll grazzji kbar. L‑ikbar telfa kienet meta fl‑10 ta’ April 1942 twaqqgħet il-knisja bil-gwerra. Ħafna Kalkariżi ġarrbu l‑imwiet ta’ qrabathom ukoll. Forsi kienet dik l‑istess esperjenza li fetħet il‑qalb ta’ din il‑komunità għal mod ġdid ta’ Knisja, magħmula minn ġebel ħaj, bnedmin li joffru qalbhom għas‑servizz tal‑oħrajn. Il‑parroċċa tal-Kalkara hi l‑iżjed żagħżugħa fost il‑parroċċi tal‑madwar. Hawn diversi familji ġodda, bil‑ferħat u l‑provi li jiltaqgħu magħhom. Bħalma l-knisja tal‑ġebel tista’ ġġarrab ħsarat u taqa’, anki l-Knisja magħmula millbnedmin għandha d‑dgħufijiet u t‑tiġrib tagħha. Il‑bnedmin ibatu, jagħmlu l-mistoqsijiet, isofru minħabba l-faqar jew id-diffikultajiet fir-relazzjonijiet, imma dak kollu li jgħaddu minnu l‑bnedmin jinbidel minn Kristu, u jibni komunità ħajja li tagħti xhieda għal Kristu. Din ix‑xhieda hija l‑ikbar ġid li toffri l‑parroċċa tagħna. Permezz ta’ diversi ministeri aħna, bħal San Pawl, inxandru
lil Kristu msallab imma rebbieħ u ħaj. Bis‑servizz tal‑katekeżi, iż-żgħar u l-kbar jiskopru l‑ġrajja ta’ mħabba ta’ Alla u kif din intweriet lilna. Hemm min jaħdem fid-djakonija, billi jaqdi lil dawk fil‑bżonn. Oħrajn jgħinu bl-attivitajiet soċjali. Hemm ukoll min jgħin fit‑tisħiħ tal‑familja u l‑liturġija. Il‑ħajja tal‑parroċċa qisha x‑xibka ta’ Pietru li taqbad ħut meta l‑inqas tistenna, u żgur li mhux bil‑ħila tagħha biss. Trid tkun xibka b’saħħitha u wiesgħa, li tilqa’ ’l kulħadd, kapaċi tinfirex biex il‑komunità tkompli tinbena f’ġebel ħaj, biex ir‑rabtiet ta’ bejnietna jsiru iżjed ta’ familja. Il-patrun tagħna hu San Ġużepp, qaddis li għex fil‑faqar, jaqdi lil Ġesù u lil Marija; għex ħajja sempliċi bħalna, ħajja mibnija fuq ix‑xogħol, il‑familja u l-fiduċja f’Alla. Dan kien l‑istil ta’ ħajja li għexu l‑Kalkariżi ta’ qabilna. B’modi ġodda rridu naraw kif il‑ħajja tagħna illum tkun tixbah il‑ħajja ta’ dal‑qaddis, sempliċi u awtentiku. Anki l‑preżenza tal‑Kapuċċini fostna ssaħħaħ dawn il‑valuri u toffri xhieda ta’ komunità ispirata mill‑valuri ta’ San Franġisk. ■ Flimkien Awwissu 2013 | 23
Ritratt: Joe Caruana
PARROÇÇI MALTIN
SAÓÓITNA Dr Peter Ferry MD, M.Sc, FRCP SpeÇjalista fil-MediÇina u l-Anzjani
X’demm g˙andek?
I
d-demm hu magħmul minn likwidu magħruf bħala plasma, ċelloli ħomor, oħrajn bojod, u l-platelets (li jgħaqqdu d-demm). Iċ-ċelloli ħomor iġorru proteini fuq il-wiċċ tagħhom li huma ‘antiġeni’, filwaqt li fil-plasma hemm antibodies kontra antiġeni oħra li hemm f’tipi oħra ta’ demm. Jekk iċ-ċelloli l-ħomor iġorru l-antiġen kwalità ‘A’, id-demm tiegħek ikollu antibody kwalità ‘anti-B’. Jekk iċ-ċelloli l-ħomor iġorru l-antiġen kwalità ‘B’, id-demm tiegħek ikollu antibody kwalità ‘anti-A’. Jekk iċ-ċelloli l-ħomor iġorru l-antiġen kwalità ‘A’ u ‘B’, id-demm tiegħek ma jkollux anti-body ‘anti-A’ jew ‘anti-B’. Jekk iċ-ċelloli l-ħomor ma jġorru la l-antiġen kwalità ‘A’ u lanqas ‘B’, id-demm tiegħek ikollu kemm anti-body kwalità ‘anti-A’, kif ukoll ‘anti-B’. 85% tan-nies iġorru l-antiġen Rhesus fuq iċ-ċelloli l-ħomor ta’ demmhom, li jissejħu Rhesus positive; il-bqija jissejħu Rhesus L-AVUKAT
Ómie© tal-klieb barra
negative. It-tip ta’ demm li għandek jintiret millġenituri. Jekk it-tnejn ikunu grupp A, allura int tkun grupp A. Jekk it-tnejn ikunu B, inti tkun B. Jekk ġenitur ikollu grupp A u l-ieħor B, int tkun grupp AB. Jekk ġenitur ikun A u l-ieħor O, int tkun grupp A. Jekk ġenitur ikun B u l-ieħor O, inti jkollok grupp B. Jekk iż-żewġ ġenituri jkunu O, int tkun grupp O wkoll. Meta pazjent ikollu bżonn id-demm, jitteħidlu kampjun minn demmu, jiġi mqabbel ma’ kampjun mill-bank taddemm, u jiġi eżaminat fil-laboratorju għallkompatibbiltà. Agħmel kuraġġ u agħti d-demm biex ikollna ħażna ta’ demm għal min ikollu xi emerġenza, min ibati minn mard bħallewkemja, u min jagħmel operazzjoni. ■ Dr Raymond Zammit
Mistoqsija: Il-ġirien joħorġu l-kelb u ma jiġbrux il-ħmieġ warajh. Kellimthom bil-kelma t-tajba kemm-il darba. Ma jafux li l-ħmieġ abbandunat tal-klieb fih il-mard u jintrifes minn klieb oħra u t-tfal? Tweġiba: Bħala l-ewwel pass, erġa’ pprova kellimhom. Tista’ twaħħal avviżi li l-ġirien jistgħu jaqraw dwar ir-riskji sanitarji. Wara dan, tista’ tieħu passi legali. Min joħroġ kelb barra, obbligat iġorr borża għall-ħmieġ u jnaddaf warajh. F’ċerti postijiet, bħall-bajjiet, il-klieb mhumiex permessi għax ikunu theddida għall-iġjene. Tista’ tirrapporta tali nuqqas lill-Pulizija u l-Kunsill Lokali biex jintbagħat warden. Dan in-nuqqas juri sens ċiviku fqir u arroganza lejn il-liġi u s-soċjetà in ġenerali. ■ 24 | Flimkien Awwissu 2013
BEAUTY THERAPY courses leading to a CIBTAC Diploma
CIBTAC is Recognised & Accredited by Ofqual
Courses are delivered by fully qualified tutors with excellent standards. Premises are fully equipped in accordance with internationally recognised standards. Morning and evening courses commence this September.
The International School of Beauty Therapy is offering the following courses: • Aesthetics • Electrolysis • Body Therapy / Body Massage / Thai massage • Sports Massage • Reflexology • Stone Therapy • Fashion & Photographic Make-Up • Nail Technician Diploma
For further information please contact: Sharon Warrington CIDESCO Dip. on 2144 0424, 2744 0424 or 7945 9032 or email sharon@beautysuppliesmalta.com
CONFEDERATION SCHOOL RECOGNISED BY
international school of beauty
www.isbtmalta.com
OBTAIN THE CITY AND GUILDS DIPLOMA
IN HAIRDRESSING
With the current and up-coming trends in hairdressing, it is important for hairdressers and hairdressing students to go through the theory and practice of this profession.
The International School of Hairdressing, of Sta. Venera, prepares students for the World-wide recognised City and Guilds Diploma and Advanced Diploma in Women’s Hairdressing.
More details can be provided by the School Principal, Ms. Vanessa Aquilina on 2144-0424 or 7945-9021 or email vanessa@beautysuppliesmalta.com
LICENSE NUMBER: 2004-TC008
www.iihmalta.com
Available from: St Martha Str, Victoria Gozo – Tel: 2385 9360 Psaila Str, Birkirkara (next to Dhalia) – Tel: 2385 9272
www.europharma.com.mt
FREE UNDERGROUND PARKING FOR EUROPHARMA CLIENTS
Email: info@europharma.com.mt
LOGÓOB Claudia Cini
Mimdudin 1. Bil-kelma t-tajba toħroġ il-far minnha (5) 3. Intelliġenza (5) 7. Il-ħames kmandament: ‘La -------’ (7) 9. Denbu taħt il-----, jiġifieri qed iħossu imbarazzat (4) 10. Għanja ta’ tifħir (4) 11. Punent-Nofsinhar (4) 12. Kalkolu; dimensjoni (4) 16. Ħu l-missier jew ħu l-omm(4) 18. Kollu kemm hu (4) 19. Skoprieha Kristofru Kolombu (7) 20. Dritt loġiku (5) 21. Mater Dei, pereżempju (5) Weqfin 1. Supplika (5) 2. Pilota tal-ajruplan (4) 4. Jonfoq bla għaqal (4) 5. Midrub; korrut (5) 6. Wieħed mill-50 li jiffurmaw l-Istati Uniti (4) 7. Kulħadd ikun hekk meta jitwieled (7) 8. Għajdut (7) 13. Ħadid iebes li ma jinkisirx (5) 14. Reliġjuża tgħix f’kunvent (4) 15. L-ewwel lewn tal-qawsalla (5) 17. Niedi; imdellek (4) 18. Għan; intenzjoni (4)
Tisliba 1
2
3
4
5
6 7
8
9
10
11
12
13
14
16
15
17
18
19
20
21
Soluzzjoni Tisliba Lulju: Mimdudin: 1. TERÓA, 3. IFJEN, 7. ABRAHAM, 9. ÌITA, 10. LAVA, 11. RIMA, 12. EROJ, 16. ELMU, 18. ONÇA, 19. UDJENZA, 20. LENTI, 21. BUQAR. Weqfin: 1. TARÌA, 2. ÓEBA, 4. FDAL, 5. NAÓAL, 6. MARA, 7. ATEIÛMU, 8. MADONNA, 13. ÇELEL, 14. ABEL, 15. BAÇIR, 17. UDIT, 18. OZJU. Rebbie˙: D. Borg, Birkirkara
Irba˙ voucher ta’ €25 ming˙and V&F Portelli and Sons Ltd, l-Imrie˙el. Ibg˙at it-twe©iba sal-15 taxxahar. Ikteb ismek, in-numru tat-telefown u l-indirizz. Ibg˙atha hekk: Flimkien, Tisliba, Kurja, il-Furjana. A B C D E F G H I J K L M
F-M T-A HxO L+S Q÷S OxD Z+R C÷O G-U BxE D+I N-H K÷O
5 11 20
N MxS O J-Y P A+W Q IxQ R X÷S S Y÷W T V+H U P-Z V C-L W X÷B X U+R Y T-E Z A-L
2
3
Alfakodo
Irba˙ ƒew© kotba offruti minn Merlin Publishers Ltd billi tuƒa l-g˙ajnuna fil-kolonni tan-nofs biex issib il-valuri neqsin. Ibg˙atha sal-15 tax-xahar: Flimkien, Alfakodo, Kurja, il-Furjana Soluzzjoni ta’ Lulju A 4 N 11
B 7 O 3
C 15 P 6
D 2 Q 22
E 19 R 9
F 14 S 16
G 26 T 25
H 12 U 5
I 8 V 13
J 23 W 18
K 20 X 21
L 17 Y 10
Rebbie˙: A. Zammit, Birkirkara
ÇAJTA: Il-gideb
Kappillan waqt l-omelija: ‘Il-Ħadd li ġej se nitkellmu dwar il-gideb. Biex tifhmuni aħjar, sal-Ħadd li ġej nixtieqkom taqraw kapitlu 17 tal-vanġelu ta’ San Mark.’ Meta l-Ħadd ta’ wara qalilhom biex jgħolli idu kull min qara kapitlu 17, kulħadd għolla idu. Il-kappillan bi tbissima: ‘Il-vanġelu ta’ San Mark fih biss 16-il kapitlu. Naħseb nistgħu nibdew l-omelija issa!’
Ibg˙at çajt jew fatti kurjuƒi g˙al din ir-rokna: Flimkien, çajt/ Kont taf? Kurja, Floriana jew flimkien@maltadiocese.org
Flimkien Awwissu 2013 | 27
M 1 Z 24
Advanced protection you can live with TENA products for men are designed to be strong, comfortable and protect where men need it most, so when you’re busy living life, life has your undivided attention. For more information kindly e-mail tena@pharma-cos.com or call 2144 1870 Monday to Friday between 8am and 5pm www.tena.com.mt
Dry fast core™
TENA MEN Dry fast coreTM TENA products are designed for rapid absorption to avoid the risk of leakage onto clothing. Odour ControlTM TENA products are pH-balanced to fight odour and keep you fresh and comfortable. Anatomical shaped designed to fit comfortably in standard briefs and give protection when men need it most. New highly adhesive strips make sure TENA protection is where you need it when men need it.
disA Il-Qad har tax-xa
PAÌNA GÓAT-TFAL Claudia Cini
San Piju X
Ta’ 11-il sena kien jimxi 6 kilometri kuljum għall-iskola
Kien hu li ddeċieda li t-tfal jibdew jirċievu l-ewwel tqarbina fl-età ta’ seba’ snin; kien devot kbir tal-Madonna
Ftit wara li daħal is-Seminarju, miet missieru u hu ried jerġa’ lura d-dar biex jgħin lill-familja, imma ommu ma ħallitux
Kien qalbu maqsuma meta bdiet l-Ewwel Gwerra Dinjija. Xtaq jagħti ħajtu basta jieqaf il-ġlied
Fil-parroċċa tiegħu ħadem ħafna malfoqra, u kien jgħinhom minn butu stess
Miet fl-20 ta’ Awwissu 1914
Giuseppe Sarto twieled l-Italja, fit-2 ta’ Ġunju 1835
Fit-testment ħalla miktub: “Twelidt fqir, għext fqir, u se mmut fqir”
Fl-1903 sar Papa u dam 11-il sena Log˙ob bi premju
Jigsaw Puzzle
Irba˙ voucher ta’ €10 ming˙and Alfsons Enterprises Ltd, il-Óamrun billi dda˙˙al il-biççiet tal-jigsaw puzzle fil-kaxxa ta’ hawn ta˙t biex tifforma sitt xhur tas-sena. Ibg˙atha hekk: Flimkien, Jigsaw Puzzle, Kurja, il-Furjana.
A
R
R
I
U
N
J
Z
U
U
L
J
J
U
A
R
L U
A
P
L
F
R
M M
Ì
E
J
Soluzzjoni tal-Jigsaw Puzzle ta’ Lulju
OÇEAN F’BEBBUXUnej? k,
Jekk tag˙mel bebbuxu ma’ wid Imma tisma’ qisu l-˙oss tal-ba˙ar. u tall-ek timma©inax li qed tisma’ oss il-˙ biss hu oçean! Dak li tisma’ i li -vin ©ol n min j dde tad-demm g˙a k! nej wid jn ˙de k nde g˙a
U
Ì
Z
A
B
E
L
A
B
O
F
F
A
E
L
L
U
L
T
A
N
T
I
X
E
R
R
I
Û
A
H
R
A
Rebbie˙: C. Alexanders, il-Mellie˙a Flimkien Awwissu 2013 | 29
5O SENA ILU
I have a dream Dan id-diskors sar minn Martin Luther King fit-28 ta’ Awwissu, 1963 quddiem 250,000 ruħ waqt il-March on Washington for Jobs and Freedom. F’għeluq il-50 sena minn meta sar dan id-diskors, dehrilna li aħna wkoll kellna nfakkruh. Lejn l-aħħar tad-diskors, King ma kompliex jimxi mat-test ippreparat. F’ħin minnhom, King improvviża dan id-diskors. Il-March on Washington, u speċjalment dan id-diskors, kienu strumentali biex id-drittijiet ċivili jitpoġġew fuqnett tal-aġenda politika fl-Istati Uniti. Martin Luther King inqatel fl-4 ta’ April 1968 f’Memphis, Tennessee. Din hija l-aktar silta famuża taddiskors:
I say to you today, my friends, so even though we face the difficulties of today and tomorrow, I still have a dream. It is a dream deeply rooted in the American dream. I have a dream that one day this nation will rise up and live out the true meaning of its creed: We hold these truths to be self-evident: that all men are created equal. I have a dream that one day on the red hills of Georgia the sons of former slaves and the sons of former slave owners will be able to sit down together at the table of brotherhood. I have a dream that one day even the state of Mississippi, a state sweltering with the heat of injustice, sweltering with the heat of oppression, will be transformed into an oasis of freedom and justice. I have a dream that my four little children will one day live in a nation where they will not be judged by the color of their skin but by the content of their character. I have a dream today. I have a dream that one day, down in Alabama, with its vicious racists, with its governor having his lips dripping with the words of interposition and nullification; one day right there in Alabama, little black boys and black girls will be able to join hands with little white boys and white girls as sisters and brothers. I have a dream today. ■