Flimkien Mejju 2015

Page 1

Newspaper Post

Mejju 2015 | Numru 126

Mhux Ĺźball. Mhux problema. Mhux toqol. Mhux inkonvenjent. Mhux dwejjaq. Mhux kumbinazzjoni. Mhux kastig.

Imma miraklu!


BSL

Britannia Tours … il-vjaææ tiegœek jibda hawn! Vjaææi gœal Lourdes 3 ijiem

7-11 Sett (8 Sett Festa Pubblika)

Fatima, Portugall

minn

¢469

4 ijiem

13-18 Lul, 27 Lul 1 Aww, 10-15 Aww, 24-29 Aww

5 ijiem

3-9 Lul, 8-14 Lul, 17-23 Lul, 22-28 Lul, 5-11 Aww, 14-20 Aww, 19-25 Aww, 28 Aww - 3 Sett

minn

¢599

Inÿuru: Fatima, Tomar, Mira d’Aire Caves, Lisbon, Oporto, Leira, Coimbra, Batalha, Alcobaca and Nazare 9-16 July

minn

¢729

Lourdes, Pariæi, ¢minn 769 Disneyland

Madrid, Lourdes

Inÿuru: Lourdes, Gavarnie, Pont d’Espagne, Betherram, Pariæi, Disneyland, Versailles, Torri Eiffel u Montmarte 14-21 Awwissu (15 Awwissu - Festa Pubblika)

Inÿuru: Madrid, Avila, Valle de Los Caidos, El Escorial, Salamanca, Lourdes, Pont d’Espagne, Betherram u Gavarnie 12-20 Awwissu (15 Awwissu - Festa Pubblika)

Il-prezzijiet huma kollha bbaÿati fuq akkomodazzjoni trippla u jinkludu t-titjiriet, lukanda, trasferimenti, servizzi ta’ tour leader u t-taxxi kollha (Kundizzjonijiet japplikaw). Valletta - Head Office - Tel: 2123 8039, 2124 5418, 2124 1904 Paola Branch - Tel: 2180 9930 Mosta Branch - Tel: 2141 3030 Gozo Branch - Rabat Tel: 2156 5620 bsl.com.mt


Editorjal • Dun Anton Por telli

Sens ta’ omm

M

huwiex biss jum li jfakkar lin-nisa li saru ommijiet, imma huwa wkoll ċelebrazzjoni ta’ dak is-sens ta’ omm li jinstab fin-nisa kollha, anke f’dawk li ma jkollhomx ulied. Dan is-sens ta’ omm ġie ċċelebrat b’ħafna modi: permezz ta’ allat, xbihat, poeżiji, għana u kitba f’forom kultant mhux tas-soltu. Huwa għalhekk li aħna nħossu rabta mill-qrib ma’ Ommna Marija. Marija li saret omm b’mod mhux tas-soltu ġiet mogħtija lilna biex tkun l-Omm tagħna lkoll, bħala Omm li taf x’inhu l-ferħ u n-niket, li taf tagħder, tħenn u timxi magħna f’dan il-wied li kien mimli dmugħ għaliha wkoll. Bħalma baqgħet sal-aħħar ma’ Binha Ġesù, hekk tibqa’ dejjem magħna, uliedha, titlob għalina issa u fis-siegħa tal-mewt tagħna. U bħalma ferħet bil-qawmien ta’ Binha Ġesù, hekk tifraħ meta aħna wliedha nqumu mill-mewt għall-ħajja sħiħa, magħha u ma’ Binha.

Jien hu, la tibżgħux Ktieb ġdid ta’ Patri Thomas More ofm conv. Ilktieb fih ġabra ta’ tagħlim dwar l-Ewkaristija: xi tfisser, id-differenza bejn l-Għid Lhudi u dak ta’ Kristu, id-dimensjoni ta’ għaqda u ta’ djakonija fl-Ewkaristija, ix-xhieda tal-qaddisin, il-miraklu ta’ Lanciano, u ħafna aktar. Bi preżentazzjoni talArċisqof Charles J. Scicluna.

Il-parroċċa llum: Sfidi u opportunitajiet Jitkellem Mons. Karm Refalo, Arċipriet tax-Xagħra, Għawdex Il-Ġimgħa 15 ta’ Mejju 2015 fis-7:15pm Fil-Parroċċa Familja Mqaddsa, l-Iklin Kulħadd mistieden.

Mejju 2015

Magażin ta’ kull xahar maħruġ mill-Kulleġġ tal-Kappillani u titqassam b’xejn lill-familji Maltin. Biex tirriklama fuq Flimkien ċempel fuq 2590 6400 jew 2137 4942 Email: flimkien@maltadiocese.org jew bil-posta Indirizz Editorjali Flimkien, Kulleġġ tal-Kappillani, Kurja, il-Furjana Email: flimkien@maltadiocese.org Il-kitba li tidher fuq Flimkien apparti l-Editorjal mhux neċessarjament tirrifletti l-opinjoni tal-Bord Editorjali Editur Carmel Conti

Grafika Outlook Coop

Stampar Velprint Ltd

Ritratt tal-faċċata: The joy of a newborn, Clinton Cutajar

Aħseb fuqha I do not seek to understand in order that I may believe, but I believe in order that I may understand. For of this I feel sure: that, if I did not believe, I would not understand. St Anselm of Canterbury

GRAZZI Is-Segretarjat tal-Karità jixtieq jirringrazzja lil kull min bagħat l-offerta tiegħu għal Jum il-Karità fl-envelopp li tqassam mal-FLIMKIEN ta’ April. Il-Kummissjoni Ekumenika Djoċesana qed torganizza taħdita interessanti:

A love that makes us one: Ecumenism of the heart Il-koppja Ingliża Paul u Mary Gateshill jitkellmu dwar kif koppja miżżewġa jistgħu jħobbu lil xulxin u jibqgħu flimkien - minkejja li wieħed Kattoliku u l-oħra Anglikana. Il-Ħamis, 7 ta’ Mejju, fis-7:00pm Istitut Kattoliku, Sala San Ġorġ Preca Kulħadd mistieden. Servizz Ekumeniku Djoċesan ta’ Pentekoste Il-Ħamis 21 ta’ Mejju fis-6:30pm Fil-knisja ta’ Sarria, il-Furjana Kulħadd mistieden


14-18 ta’ Mejju 2015

DOn Bosco Fostna

Żjara tal-urna ta’ dOn bosco f’malta u f’gĦawdex

ProGramm Uffiċjali Il-Ħamis 14 ta’ Mejju

10:00am Parroċċa Marija Bambina Senglea. Laqgħa għattfal kollha tal-Kottonera. 4:45pm Velja ta’ talb mis-Salesjani ta’ Dun Bosco u s-Sorijiet Salesjani fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin. 7:00pm Waqfa fil-Bażilika tal-Bambina, Senglea u mument ta’ talb. Wara waqfa għal qima tal-poplu fil-Knisja ta’ San Filippu l-Isla.

Il-ĠimGħa 15 ta’ Mejju 8:30am

Waqfa fl-MCAST (Raħal il-Ġdid) u inawgurazzjoni tal-ħidma Salesjana fl-MCAST. 11:00am Ċelebrazzjoni fil-beraħ għat-tfal fil-grawnds ta’ St. Patrick’s, Tas-Sliema. 2:00pm L-Urna tkun għall-qima tal-poplu fil-foyer ta’ St. Patrick’s, Tas-Sliema. 4:00pm L-Urna tasal fil-Parroċċa ta’ Sant’Andrija Ħal Luqa. Jiġi amministrat is-Sagramenttal-Griżma tal-Morda u katekeżi qasira fuq Dun Bosco. 5:00pm Tluq lejn il-Parroċċa ta’ San Sebastjan, Ħal Qormi. 5:30pm Merħba mill-baned tal-lokal u akkumpanjament sal-Knisja Parrokkjali. 6:30pm Quddiesa Solenni għall-Familja Salesjana f’Malta mmexxija mill-Arċisqof Mons. Charles J. Scicluna, taħt il-patroċinju tal-ET l-President ta’ Malta Marie Louise Coleiro Preca.

Is-Sibt 16 ta’ Mejju 8:00am

Fis-Seminarju, ir-Rabat, talb ta’ Sbieħ il-Jum għall-persuni kkonsagrati, saċerdoti u membri tal-MUSEUM. 12:00pm Tluq tal-Urna lejn Savio College. Youthfest organizzat mis-Salesian Youth Movement f’Malta.

www.donboscofostna.com

4:30pm

L-Urna tasal Dar Dun Bosco, Ħad Dingli. Mument qasir ta’ talb. 5:30pm L-Urna titwassal proċessjonalment lejn il-Parroċċa ta’ Marija Mtellgħa s-Sema, Ħad-Dingli. Fis-6:00pm quddiesa fil-Parroċċa. 7:30pm Dar Mamma Margherita, Tas-Sliema. 8.30pm Wasla tal-Urna fil-Parroċċa ta’ San Ġiljan, għall-qima tal-poplu. 9:30pm Mixja aux flambeaux minn Dingli Circus sal-Oratorju Salesjan għal mument maż-żgħażagħ u operaturi pastorali minn għaqdiet oħra.

Il-Ħadd 17 ta’ Mejju 8:00am

Ħin ta’ qima għat-tfal u l-poplu fil-Parroċċa ta’ Marija Bambina, il-Mellieħa. 9:00am Tluq lejn Għawdex. 9:45am Wasla u merħba mill-Isqof Djoċesan u għaqdiet quddiem is-Sorijiet Ulied Marija Għajnuna tal-Insara 10:30am L-Urna tibda miexja lejn l-Oratorju. Tgħaddi minn Triq Palm u l-Vajringa. Tasal l-Oratorju għall-11:00am, Festa għaż-Żgħażagħ. Tibqa’ għall-qima l-Oratorju sa nofsinhar. 12:00pm F’nofsinhar tibda miexja b’carcade lejn Ta’ Pinu. Tidħol b’mod solenni Ta’ Pinu u ssir talba qasira. L-Urna tkun esposta għall-qima tal-pubbliku. 3:00pm Talb għall-morda u persuni bi bżonijiet speċjali. 4:00pm Laqgħa ta’ talb għall-persuni ikkonsagrati u għas-Saċerdoti. 5:00pm Quddiesa Solenni mmexxija mill-Eċċ. Tiegħu Mons. Mario Grech, Isqof ta’ Għawdex. Trażmessa fuq PBS. 8:00pm Tluq lejn iċ-Ċirkewwa.

It-Tnejn 18 ta’ Mejju Tluq lejn il-Port.

facebook.com/donboscofostna

donboscofostna

@salesiansmalta


Il-Kelma tal-Arċisqof

Mejju 2015 | 5

Il-ħaġa waħda meħtieġa Qegħdin fix-xahar ta’ Mejju, xahar li ġie ddedikat mill-Knisja għall-qima speċjali lejn Marija, Omm Alla

K

ull wieħed u waħda minnha għandu jħoss id-dmir li jirringrazzja l-Mulej tar-rigal sabiħ meta ħallielna lil Ommu bħala l-Omm tagħna. Hija x-xewqa tiegħi li dan ix-xahar niffukaw proprju fuq din l-omm. Għalhekk nistedinkom biex terfgħu għajnejkom lejn Marija biex tiġu mdawlin bid-dawl tas-safa u l-qdusija tagħha. Ħadd ma fehem daqsha t-tifsira profonda tal-kliem ta’ Ġesù “Imma ħaġa waħda hi meħtieġa” (Lq 10:41), u ħadd ma għex dan il-kliem aħjar minnha. Sa mill-ewwel ħin tal-ħajja tagħha, Marija kienet kollha kemm hi ta’ Alla u għexet biss għalih. Jiġuni f’moħħi bħalissa s-snin ta’ tħejjija mgħoddijin fis-skiet u t-talb, ix-xhur mgħoddija f’Nazaret fil-ġabra u l-adorazzjoni tal-Kelma inkarnata ġo fiha, it-tletin sena li għexet f’intimità ħelwa ma’ Ġesù, Binha u Alla tagħha, it-tisħib miegħu fil-ħajja appostolika, l-għaqda miegħu fil-passjoni, u fl-aħħar, l-aħħar snin tagħha ma’ San Ġwann, li matulhom bit-talb tagħha kienet ta’ għajnuna għall-Knisja tal-bidu.

Għalkemm ix-xeni ta’ ħajjitha kienu jidhru jinbidlu, għalkemm iċ-ċirkustanzi esterni kienu jvarjaw, ħajjitha baqgħet bla ma nbidlet fis-sustanza tagħha, u fit-tiftix ġewwieni għall-“ħaġa waħda meħtieġa,” u r-rabta ma’ Alla waħdu. Is-suċċessjoni tal-ġrajjiet u l-attività esterna tagħha ma fixklux il-perseveranza f’dik l-attitudni ta’ talb bla waqfien li jippreżentahielna fiha San Luqa: “Marija baqgħet tgħożż f’qalbha dawn il-ħwejjeġ kollha u taħseb fuqhom bejnha u bejn ruħha” (Lq 2:19). Jekk, bħal Marija, qalbna hi ankrata fis-sod ma’ Alla, xejn ma jista’ jfixkilna mill-ħsieb ġewwieni li nfittxu, inħobbu lill-Mulej, u ngħixu fl-intimità miegħu. F’dan ix-xahar niċċelebraw ukoll Jum l-Omm. Minn hawn insellem lill-ommijiet kollha li qegħdin jaqraw dan il-messaġġ. Jalla, bħal Marija, tfittxu li trawmu f’uliedkom “dik il-ħaġa waħda li hi meħtieġa”. Nagħtikom il-barka pastorali tiegħi. ✠ Charles J. Scicluna Arċisqof ta’ Malta


6 | Flimkien

Il-Kmandamenti (9) • Fr Hector Scerri

Tixtieqx nisa tal-oħrajn San Pawl jitkellem dwar il-ġlieda li “il-ġisem” jagħmel kontra “l-ispirtu” (ara Gal 5:16.17.24; Ef 2:3). Din il-ġlieda li nħossu ġewwa fina hija frott tad-diżubbidjenza tal-bniedem lejn Alla, kif naqraw fil-ktieb talĠenesi (3:11). Dan l-atteġġjament tal-bniedem li jgħid “le” lil Alla fixkel il-fakultajiet morali tagħna. Din id-diżubbidjenza tħajjarna għaddnub. Id-disa’ kmandament, għalkemm jixbah is-sitt kmandament, jiggwidana kif għandna nġibu ruħna meta nħossu dik li tissejjaħ konkupixxenza, jew ġibda għad-dnub, jiġifieri l-ġibda tal-ġisem u l-ġibda tal-għajnejn, kif isemmihom San Ġwann fl-Ewwel Ittra tiegħu (2:16). Konkupixxenza tirreferi għal kull xewqa bla rażan li jkollu l-bniedem. It-tifsira partikulari li t-teoloġija Nisranija tat lill-konkupixxenza hi l-ġibda tal-ġisem li tmur kontra l-ħidma tar-raġuni tal-bniedem. Dan il-kmandament qiegħed jagħtina dawl fir-rigward tal-kontroll ta’ ċerti ġibdiet istintivi li nħossu. Id-disa’ kmandament huwa dwar is-safà tal-qalb. Ġesù stess darba qal li “mill-qalb joħorġu ħsibijiet ħżiena, qtil, adulterji u żina” (Mt 15:19). Il-ġlieda kontra l-ġibdiet tal-ġisem tista’ tintrebaħ permezz tas-safà tal-qalb u permezz tar-rażan. Fil-Beatitudni, Ġesù jħabbar li “henjin dawk li huma safja f’qalbhom, għax huma jaraw ’l Alla” (Mt 5:8).

Is-safÀ tal-qalb tagħtik li tara lil ħaddieħor kif jarah/jaraha Alla: ifisser li tħares lejn persuna b’qalb safja u b’għajnejn safjin u tapprezzaha; ifisser ukoll li tirrispetta l-ġisem tiegħek u ġisem ħaddieħor bħala tempju talIspirtu s-Santu. Wieħed jgħix dan is-safà permezz talvirtù tal-kastità, permezz tal-kontroll tassentimenti u tal-immaġinazzjoni, u billi jgħid “le” għal ċerti ħsibijiet li minħabba fihom wieħed jitbiegħed minn Alla. It-taqbida għassafa tintrebaħ ukoll permezz tat-talb. Id-disa’ kmandament ifisser ukoll ilmodestja kif wieħed jittratta ġismu: fi kliem ieħor, li tilbes b’mod onest, li ma tapprovax ċerti reklami li biex ibigħu prodott ibaxxu l-ġisem u jagħmluh oġġett ta’ esibizzjoniżmu. Ifisser ukoll li taħrab kull permissività u kurżità żienja. “Il-musbieħ tal-ġisem hija l-għajn. Jekk mela għajnek hija safja, ġismek kollu jkun imdawwal. Iżda jekk għajnek hi marida, ġismek kollu jkun mudlam” (Mt 6:22-23).


Il-Katekiżmu fil-qosor

Mejju 2015 | 7

Katekiżmu żgħir M

inn din il-ħarġa se nibdew inġibu biċċa biċċa l-Katekiżmu Ġdid tatTagħlim Nisrani, miktub minn Herbert McCabe O.P., maqlub għall-Malti minn Arthur G. Vella S.J. Kien ġie ppubblikat mill-Istitut Kattoliku fis-sensiela Fidi u Kultura. Tkun ħaġa tajba kieku dan il-Katekiżmu jinqara bl-għajnuna ta’ katekist imħarreġ fittagħlim Nisrani li miegħu wieħed ikun jista’ jiddiskuti xi mistoqsijiet li jkollu. Il-Katekiżmu fih tliet taqsimiet: (1) il-Fidwa (2) il-Knisja (3) il-Ħajja fl-Ispirtu. Skont McCabe innifsu, id-differenzi ewlenin f’dan il-Katekiżmu żgħir huma li: (a) il-misteru tat-Trinità jimraħ fit-tagħlim kollu; (b) is-sagramenti mhumiex biss għejun talgrazzja imma jsawru l-komunità tal-Knisja; (ċ) il-ħajja morali ngħixuha aktar billi ngħixu l-virtujiet milli biss fl-isforzi biex nosservaw il-kmandamenti.

1

Għaliex ħalaqna Alla? Alla ħalaqna għax iħobbna.

2

Għaliex ngħidu li Alla hu l-ħallieq ta’ kollox? Ngħidu li Alla hu l-ħallieq ta’ kollox għax Alla għamel dak kollu li jeżisti u qed iżommu jeżisti l-ħin kollu.

3

X’irid Alla minn dak kollu li ħalaq? Alla jrid li kulma ħalaq jilħaq l-għan li għalih ħalqu u b’hekk jasal għall-milja tiegħu.

4

X’irid Alla minna l-bnedmin? Alla jrid li l-bnedmin kollha jsalvaw u jkollhom sehem mill-ħajja tiegħu stess u mill-hena tiegħu ta’ dejjem.

5

Tista’ temmen li Alla ħalaq kollox u flistess waqt iżżomm l-evoluzzjoni bħala tifsira ta’ kif ġew il-ħwejjeġ li jeżistu? Iva, għax il-ħolqien u l-evoluzzjoni ma jgħidux l-istess ħaġa dwar il-ħwejjeġ li jeżistu. Il-ħolqien minn Alla juri li l-ħwejjeġ ma jiġux mix-xejn, għax mix-xejn ma jiġi xejn, waqt li l-evoluzzjoni turi kif il-ħwejjeġ joħorġu minn xulxin u huma marbutin ma’ xulxin.

6

Kif għandna naħsbu fuq Alla? L-ewwel nett m’għandniex naħsbu li Alla hu ‘xi forza kbira fl-univers’ iżda għandna naħsbu fih bħala dak li jħobbna b’imħabba bla qies u għalhekk ħalaq l-univers b’dak kollu li fih. Għandna nirringrazzjawh talli tana ħajjitna u għall-imħabba kollha li wriena. Għandna nobdu dak li jgħidilna nagħmlu, għax dan biss iwassalna għallhena ta’ dejjem miegħu.

7

Kif uriena Alla li jħobbna? Alla wriena li jħobbna għax tana ħajjitna u, aktar minn hekk, għax ħafrilna meta ma smajniex minnu u refagħna ’l fuq biex ikollna sehem mill-ħajja tiegħu stess: dan għamlu permezz ta’ Ġesù Kristu. Dan nifhmu meta ngħidu: ‘il-Fidwa tagħna’.


• • • • • • • • • • • • • • •

Fiż-­‐Żebbiegħ 17-­‐05-­‐2015 8.30am – 7pm

Wirja u bejgħ ta’ frott u ħaxix lokali Wirja ta’ karrettuni armati Wirja ta’ annimali tar-­‐razzett Rikba għat-­‐tfal fuq il-­‐ħmar Wirja ta’ karozzi, muturi u trakkijiet antiki Wirja ta’ ritratti u pittura Wirja ta’ muturi u għodda tar-­‐raba’ Bejgħ ta’ pjanti Bejgħ ta’ għasel, żejt taż-­‐żebbuġa, inbid, ġbejniet u prodotti agrikoli oħra Għana mid-­‐9am sa 12am Ikel tipiku Malti Atti vita’ għall-­‐fam ilja Quddies fl-­‐11am u fil-­‐5pm Logħob għat-­‐tfal kollha! Musika folkloristika Dħul fit-­‐tempji ta’ Sqolba

Parkeġġ b’x ejn 100m ‘il bo għod.


Jum l-Omm

Mejju 2015 | 9

Mhux perfetta, M

imma...

eta kont żgħir kont naħseb li ommi perfetta. Kellha tweġiba għal kollox. Iddewwi kull girfa. Tixxotta kull demgħa. Tifhimni anki qabel ma nkellimha. Tagħtini li ridt anki qabel ma nitlobha. Kellha kelma taz-zokkor. L-isbaħ mara tad-dinja. Kburi li nidher magħha. Kont ngħidilha, “Jien ma nitilqek qatt!” Meta kbirt indunajt li ommi mhux perfetta. Ma kellhiex tweġiba għal kollox. Bdejt naraha antikwata u ddum biex tifhem. Stretta, riġida wisq, u ġġegħilna nobdi bilfors. Xtaqtha żżomm ruħha aħjar, ma tkaxkarx, ma tmeċlaqx. Kont nistħi jarawni magħha. Xi drabi xtaqt, kieku stajt, nitlaq mid-dar. Anki ħuti kienu jirrabjawni; xtaqt ngħix f’xi familja oħra. Hekk ukoll kont naħseb li l-Knisja hi perfetta. Ma tagħmel żball qatt. Kellha tweġiba għal kollox. Kapaċi ddewwi kull girfa. Tixxotta kull demgħa. Tifhmek u tagħdrek f’kulma tagħmel. Kont kburi li kont membru tagħha. Meta kbirt indunajt li l-Knisja mhix perfetta. M’għandhiex tweġiba għal kollox. Xi drabi antikwata u ddum biex tifhem u biex tibdel. Riġida wisq. Donnha l-għaxqa

tagħha tgħidli, ‘Le, ma tistax!’ Nixtieqha tidher aħjar, kultant nistħi li jien membru tagħha. Xi drabi, kieku nista’, nitlaq. Xi drabi, speċjalment meta nara l-imġiba ta’ ħuti l-Insara, inħossni nirrabja, u nixtieqni qiegħed f’xi Knisja oħra, jew f’xejn. Imma lil ommi bqajt inħobbha. Avolja mhix perfetta. M’iniex lest li nitlaqha. U anki hi baqgħet tħobbni, avolja ma kontx iben perfett. Għaliha nibqa’ dejjem binha. Forsi n-nuqqas ta’ qbil li kien ikollna, dak li kien idejjaqna f’xulxin, għamilna bnedmin aħjar, kapaċi nċedu aktar, niġġebbdu ftit, ngħaġġbuha inqas, naħfru, nagħdru. Hi kienet omm tajba biżżejjed. U jien, nittama, kont iben tajjeb biżżejjed ukoll. Hekk ukoll lill-Knisja bqajt inħobbha. Avolja mhix perfetta. Hi tibqa’ ommi. U anki hi baqgħet tħobbni, avolja m’iniex xi Nisrani perfett. Għaliha nibqa’ dejjem binha. Forsi n-nuqqas ta’ qbil ta’ bejnietna, dak li jdejjaqna f’xulxin, jista’ jgħinna nifhmu lil xulxin aħjar, nagħżlu aħjar il-kliem li nużaw, nuru aktar rispett, nisimgħu aktar, niġġudikaw inqas. Għalhekk m’iniex lest li nitlaqha. Għax niftakar li Dak li ta ħajtu għaliha darba qalilha li mhu se jitlaqha qatt.


Esperjenza • Louisa u Philip Vella

10 | Flimkien

Għada terġa’

titla’ x-xemx!

Esperjenza vera ta’ koppja li tilfu lil binthom ta’ 21 xahar f’inċident tattraffiku, twildilhom tifel b’diżabbiltà ... u jgħidu: “Aħna nħossuna xxurtjati”

“A

għmlu l-qalb, jiena hu, tibzgħu xejn!” Hekk qal Ġesù lid-dixxipli hu u miexi lejhom fuq il-baħar fissatra tal-lejl. “Id-dgħajsa kienet f’nofs il-baħar titħabat mal-mewġ, għax kellhom ir-riħ kontra tagħhom” (Mt 14, 24). Din kienet ukoll l-esperjenza tal-ħajja tagħna, dgħajsa f’nofs baħar imqalleb, daqqa ’l hawn u daqqa ’l hemm. Kemm-il darba ħassejna r-riħ kontra tagħna, ħassejna l-piż tal-ħajja u toqol liema bħalu. Għamilna bħal Pietru wkoll. Ridna nimxu fuq il-baħar ħalli nmorru ħdejn Ġesù, imma l-għawġ u l-biża’, in-niket u l-hemm fixkluna u bdejna negħrqu, nitilfu l-fiduċja, it-tama, u anki d-direzzjoni.

F’nofs dan it-tiġrib mhux dejjem ħassejnieha l-id ta’ Alla, imma bqajna nittamaw u nfittxuh, għax minkejja dak kollu li konna għaddejjin minnu, xorta emminna li Alla kien miexi magħna, u fl-aktar mumenti ibsin kien verament qed jerfagħna u jħaddanna miegħu. Għaddejna minn diversi esperjenzi ibsin fil-ħajja taż-żwieġ tagħna. Inħarsu lura lejn 32 sena ta’ żwieġ, u 5 snin ta’ għerusija, u naraw li l-ħajja tagħna flimkien kienet imżewqa minn kollox: ferħ u niket, dawl u dlam, tama u dmugħ. Ferħ fit-twelid tal-erba’ wlied tagħna, niket meta l-unika tifla li kellna mietet ta’ 21 xahar f’diżgrazzja tat-traffiku quddiem

“Aħna nħossuna xxurtjati. Meta konna żgħażagħ konna bdejna ftit ftit niskopru iżjed xi tfisser il-fidi tagħna għalina. Qisu meta kien hemm bżonn, dak li tgħallimna kellna fiex insarrfuh”


Mejju 2015 | 11

il-bieb tad-dar tagħna. Niket ukoll meta sena u xahrejn wara tweldilna tifel b’diżabbiltà intellettwali. Dawn kienu żminijiet diffiċli ħafna għalina. Trid tinsa lilek innifsek u d-dwejjaq tiegħek, u taħdem u tistinka biex tegħleb l-isfidi ġodda, tagħti l-aħjar lil ibnek b’diżabbilità, u fl-istess ħin tħares u tipproteġi l-familja tiegħek. Dħalna b’ruħna u b’ġisimna għall-impenn fil-qasam tad-diżabbiltà, u permezz ta’ hekk missejna ma’ ħafna oqsma oħrajn ta’ persuni emarġinati, fosthom dawk bi problemi ta’ saħħa mentali, dawk li huma gay, l-immigranti, dawk li jgħaddu minn vjolenza domestika, u ħafna oħrajn. Ngħidu l-verità qatt ma konna nistennew li wara l-ewwel traġedja konna se ngħaddu minn prova oħra. Imma dik hi l-ħajja, u tgħallimna, jekk xejn, li aħna fid-dinja bħal kull bniedem ieħor u ma għandna xejn speċjali iktar minn ħaddieħor. Nistgħu wkoll ngħidu b’sinċerità li dawn l-esperjenzi għallmuna ħafna. Għallmuna li għandna naċċettaw u nħobbu bla kundizzjoni lil kull persuna, hi min hi, tkun min tkun. Tgħallimna li għandna napprezzaw iddiversità, li nagħrfu li Kristu ma jħarisx lejn il-wiċċ imma lejn il-qalb ta’ kull bniedem, u li l-imħabba ta’ Alla hija għal kull bniedem. Permezz tal-esperjenzi tagħna, iltqajna ma’ ħafna u ħafna nies li kieku lanqas qatt ma konna noħolmu li niltaqgħu magħhom. Nies li tilfu lil uliedhom. Nies li kellhom fi ħdan il-familja tagħhom persuni b’diżabbiltà jew li saħansitra addottaw persuni b’diżabbiltà. Nies li aċċettaw lil uliedhom gay. Nies ta’ fidi enormi li għaddew minn trawmi ferm ikbar minn tagħna, li kapaċi jagħtu esperjenzi ferm isbaħ. Rajna kemm dawn in-nies kollha għandhom imħabba sinċiera għall-oħrajn u kemm huma lesti biex ikunu hemm għal ħaddieħor, sforz ukoll il-weġgħat li huma stess għaddew minnhom. Min-naħa l-oħra ltqajna ma’ nies li jisħtu

lil Alla fuq li ġralhom u ħassewhom b’xi mod “misruqa’. Nies li abbandunaw lil żwieġhom minħabba wlied b’diżabbiltà jew problemi oħra fil-familja. Aħna nippruvaw nitolbu għal dawn. Iltqajna wkoll ma’ ħafna nies li bkew magħna, nies minn kull qasam li tawna ħafna sapport u għajnuna, nies li talbu magħna u għalina. Għalkemm ħassejna t-toqol talħajja, kien hemm ħafna mumenti sbieħ u ta’ kuraġġ. Ħassejna u rajna li Alla ma ħalliniex waħedna, li kien magħna permezz tal-ħafna anġli li bagħtilna tul il-mixja tagħna u li nafu fiċ-ċert li se jibqa’ jibgħat. It-talb qatt ma kien ’il bogħod minn qalbna u minn darna. Aħna nħossuna xxurtjati. Meta konna żgħażagħ konna bdejna ftit ftit niskopru iżjed xi tfisser il-fidi tagħna għalina. Qisu meta kien hemm bżonn, dak li tgħallimna kellna fiex insarrfuh. Kellna x-xorti li sirna ħbieb ma’ nies li jimpurtahom mill-proxxmu, li jixtiequ jagħmlu differenza, b’xi mod, fis-soċjetà, u fuq kollox jemmnu li Ġesù jħobbhom u jridna nħobbu lil xulxin kif ħabbna hu. Ħaddieħor li ma jkunx għadda minn proċess bħal dan, forsi jsib iktar vojt quddiem il-misteri tal-ħajja. Il-biċċa hi li għada terġa’ titla’ x-xemx, u kull jum iġib sitwazzjonijiet ġodda. It-tfal tagħna għaddew mill-esperjenzi magħna, u issa kibru, iffurmaw l-identità tagħħom, u qegħdin ifittxu x’għandha l-ħajja għalihom. L-influwenza tagħna fuqhom ormaj ħaduha, bit-tajjeb u l-ħażin, u hija esperjenza sabiħa fiha nnifisha li tapprezzahom jikbru u jsibu l-qagħda tagħhom. Mhix kollox fil-ħajja, imma sabiħa. Nibqgħu nitolbu biex la aħna u lanqas uliedna ma nitbiegħdu minn Alla, u li nibqgħu nemmnu li hu magħna salaħħar taż-żmien. Grazzi Mulej li tajtna dawn l-esperjenzi li bihom stajna nikbru fl-imħabba tiegħek u fl-imħabba lejn ilproxxmu.


• 4-section electric bed • German Brand • Ultra-low entry height of just 32 cm • 24v drive system • 185kg user weight


Spiritwalità • D. Pace

Mejju 2015 | 13

Ittra lill-Madonna ta’ Fatima Marija, Jgħidu li inti tajt tliet sigrieti lit-tfal ta’ Fatima. Tajjeb, imma jien għandi sigriet wieħed, u dan irrid ngħidulek. Sigriet li nużah biss f’ċerti mumenti. Mumenti li qabel kienu jkunu rari, imma li dan l-aħħar qed ikunu naqra spissi. Għaliex Alla jibqa’ sieket quddiem ċerti ħruxijiet li l-bnedmin jagħmlu fuq bnedmin bħalhom. Jekk qiegħed hemm, għaliex ma jżommilhomx idejhom? Meta jidħolli l-ħsieb li l-fidi tagħna vvintajnieha aħna stess biex inħossuna aħjar. Forsi konna aħna li ħlaqna lil Alla, u mhux hu li ħalaq lilna. Mumenti meta l-Bibbja naraha biss kitba ta’ bnedmin bħali, bnedmin li wara kollox ma kinux hemm meta seħħew il-ġrajjiet li jirrakkontaw, ġabra ta’ ħrejjef. Meta jiġuni dubji dwar l-Ewkaristija, u f’qalbi ngħid: ‘Imma kif jista’ jkun li dik ilbiċċa ħobż ċatta hi Ġesù?’ Meta nitlob, u xi drabi qisu għalxejn. Meta naraha kbira wisq li Alla jagħżel, minn dan l-univers infinit kollu, li jiġi fiddinja żgħira tagħna. Li jgħix f’pajjiż mimli trab u ġlied u mibegħda. Li jsir bniedem, li jegħja, li jaqbdu n-nagħas, li ma jemmnuhx,

li jkeċċuh, li jippruvaw jitfgħuh għal isfel millgħolja, li fl-aħħar isallbuh. U la qed insemmi mewt, kif nista’ nemmen li Alla tiegħi miet għalija? U kif nista’ nemmen li qam mill-mewt? U li anki jien għad inqum? Xi drabi tiġini f’moħħi diffikultà waħda minn dawn. Drabi oħra jiġuni ħafna f’daqqa. U meta jiġuni mumenti bħal dawn, nipprova ma nfittixx ħafna argumenti, u lanqas raġunamenti. F’dawn il-mumenti nippreferi niftakar f’Lucia, Francisco u Ġjaċinta ta’ Fatima. Niftakar ukoll f’Bernadette ta’ Lourdes. U hemm noħroġ l-arma sigrieta tiegħi, li nagħfasha sew bejn isswaba’, u għal ħamsin darba ngħid bħal Lucia, Francisco, Ġjaċinta u Bernadette: Sliem għalik, Marija. Anki jekk mhux il-ħin kollu nifhem x’qed ngħid. Anki jekk xi drabi moħħi jitlaq jiġri fuq affarijiet oħra. B’din l-arma sigrieta f’idi, u fil-kumpanija tal-erbat itfal, inħoss lilek ħdejja, titlob miegħi u, b’idek ta’ omm fuqi, nerġa’ nħossni tifla mill-ġdid, bil-paċi f’qalbi, imsaħħa bl-argumenti u r-raġunamenti li tagħtini l-arma sigrieta tal-fidi tiegħi. U meta nkun bdejt naħseb li l-fidi tiegħi, bħal bint Ġajru, tkun mietet, nisma’ lil Ibnek jgħidli, ‘Tibżax, biss inti emmen’ (Mk 5:36).


14 | Flimkien

Appostolat tat-Talb

Għal Mejju, il-Papa jistedinna nitolbu biex niċħdu l-kultura tal-indifferenza u nieħdu ħsieb ta’ min ibati, speċjalment il-morda u l-fqar

L-envelopp ta’ Teresa

H

Naħseb ftit • Naf b’xi persuna li tinsab marida u għandha bżonn sapport? • Naf b’xi ħadd li qed jesperjenza xi tip ta’ faqar (finanzjarju jew soċjali)? • Kif nista’ nwieġeb għal sitwazzjonijijiet bħal dawn?

ekk kif fetħet għajnejha, Teresa sabet ruħha fuq sodda fl-isptar. Malli lemħet l-ewwel infermiera, kienet Nitlob pronta saqsiet x’kien ġralha. L-infermiera Nitolbok Mulej għal kull min hu għaddej spjegatilha kif kienet tatha puplesija waqt minn xi mard jew esperjenza ta’ faqar biex li kienet miexja lejn id-dar. Teresa kienet toffrilu r-riżorsi meħtieġa. għadha kif tilfet lil żewġha ftit żmien qabel, u binha kien bla xogħol. Il-finanzi kienu Kliem ta’ Dawl f’qagħda kritika għax il-ftit flus imġemmgħin Ġest ta’ mħabba jista’ jilħaq ferita li kienet użathom biex issewwi xi ħsara fidl-kompassjoni biss tista’ tfejjaq (Steve dar. Issa lanqas setgħet tkompli b’xogħolha Maraboli). minħabba li l-puplesija ħallietha b’nofs ġisimha pparalizzat. X’nista’ nagħmel Teresa ħadmet kemm felħet mat-terapisti • F’dawn il-jiem nitlob għal xi persuna li naf biex terġa’ tieħu l-indipendenza tagħha, li hi marida. imma xorta ma rnexxilhiex minħabba xi • Inżur lil xi ħadd li naf li qed jesperjenza kumplikazzjonijiet. It-terapisti ssuġġerewlha faqar soċjali, forsi għax jgħix waħdu u ma xi apparat li jkollha bżonn għal meta għandux ħbieb. tirritorna d-dar – apparat li kien jiswa l-flus. • Nara jekk nistax ngħin lil xi ħadd li Fost il-ġirien li kienu jżuruha kien hemm għandu bżonn xi riżorsi materjali. Martha li ġieli ħaditilha xi ftit minestra u frott frisk. Darba minnhom, Martha tat Barra mill-fehma (l-intenzjoni) tal-Papa, kull envelopp lil Teresa u talbitha tiftħu. Fih xahar ikun hemm ukoll l-intenzjoni tal-Isqfijiet kien hemm ċekk bl-ammont ta’ flus li kellha tagħna, li għal Mejju hija: Biex iż-żgħażagħ bżonn biex tixtri l-apparat! Ma setgħetx japprezzaw il-ġid kbir li jista’ jsir filtemmen! Martha kienet daret mal-ġirien kuntatti personali ma’ sħabhom. ta’ Teresa u spjegathilhom is-sitwazzjoni ta’ Teresa. Din il-paġna hi mħejjija mill-Grupp Appostolat tat-Talb www.attmalta.org Like us on Facebook


SPRING SUMMER 2015


Arya

Arya

black

white

sizes:

36-42

sizes:

36-42

Beric black, white or emerald sizes:

36-42

Ikela

Loy

Nay

black and white

gold

red, brown

sizes:

36-42

sizes:

36-42

Phebe

Phebe

gold

dark blue

sizes:

36-42

sizes:

36-42

Fanetta

Carosita

beige

black

sizes:

36-42

sizes:

36-42

sizes:

36-42

Bolet beige sizes:

36-42

Carosita white sizes:

36-42


Oniz black sizes:

36-42

Lumen silver sizes:

36-42

Nahir blue sizes:

36-42

Ermin black sizes:

36-42


Kensit

Faro

taupe

python or black

sizes:

36-42

sizes:

Hilani

36-42

white sizes:

36-42

Lisala

Yadar

Norina

royal blue or white

white or black

black or beige

sizes:

36-42

sizes:

36-42

sizes:

36-42

Available from Scholl Foothealth Centres at: The Point-Tigne, Plaza Centre, Sliema, Mosta, Fgura and Valletta. Suffolk Valletta, Abela’s Health and Beauty Centre Gozo, and all leading pharmacies. Tel: 20601148

F O O T H E A LT H C E N T R E

www.schollfoothealthcentre.com While every effort has been made to ensure the accuracy of the information contained within this advert prices may be subject to change and not all sizes and colours may be available.


Beatifikat Óscar Romero

K

Mejju 2015 | 19

‘Qatlu lill-Arċisqof!’

ien għadu kif temm l-omelija. L-aħħar kliem tiegħu kien dak tat-talba Ewkaristika: “biex dan il-ġisem u dan id-demm imxerred għas-salvazzjoni tagħna”. Kienu s-6:25pm tal-24 ta’ Marzu 1980, meta tir wieħed mill-bieb tal-kappella qatel lil Óscar Romero, Arċisqof ta’ San Salvador. Hemm f’riġlejn l-altar, li fuqu kien qed jiċċelebra l-quddiesa. Sal-għada filgħodu d-dinja kollha saret taf bl-aħbar. Kien inqatel ragħaj li ta ħajtu għallpoplu tiegħu, maqbud fl-ispirall tal-vjolenza u l-gwerra ċivili li kellha teqred il-ħajja ta’ 80,000 ruħ. Romero kien ilu biss 3 snin arċisqof ta’ pajjiż fejn il-gwerilli tax-xellug, appoġġjati mir-Russja u Kuba, kienu qed jiġġieldu kontra reġim militari, appoġġjat mill-Amerika. Romero ma baqax iħares quddiem ilmassakru li kien qed isir tal-campesinos u s-saċerdoti. Iddeċieda li jsir il-vuċi talfoqra. B’kuraġġ ‘iġġieled’ kif seta’, akkuża lill-poter militari iżda anki lill-gwerilli, fittex il-medjazzjoni. Sar preżenza skomda fi gwerra ideoloġika. Fi klima ta’ mibegħda,

fittex soluzzjoni paċifika li kienet tidher impossibbli. Kien jaf li qed jirriskja ħajtu. “Se joqtluni, ma nafx jekk hux tal-Lemin jew taxXellug,” kien qal f’Jannar 1980. U hekk ġara, f’inqas minn 3 xhur. Il-gwerra ċivili f’El Salvador, li damet 12-il sena, bdiet eżatt mal-mewt ta’ Romero, li b’xi mod kien irnexxielu jevitaha bl-awtorevolezza morali tiegħu. Il-midja u l-politiċi użaw jew abbużaw il-figura tiegħu kif qablilhom. TaxXellug għamluh ikona tar-rivoluzzjoni. TalLemin għajruh sovversiv u Komunist. Iżda fil-verità Romero ma kienx politiku, la tal-Lemin u lanqas tax-Xellug, avolja spiċċa fiċ-ċentru tal-politika ta’ pajjiżu. Qabel xejn kien Nisrani ta’ veru. Kien isqof, u isqof millaqwa. Kien fidil għall-aħħar mat-tagħlim tal-Knisja. Kien predikatur tajjeb ħafna iżda ma kienx intellettwali, teologu, organizzatur, jew amministratur. Kellu karattru aktarx timidu, idum biex jiddeċiedi, imma kien iġib il-forza tiegħu mit-talb li kien idawwallu kull deċiżjoni tiegħu. Kien it-talb li tah il-forza jiffaċċja l-mewt li kien jaf li kienet qrib u li tant kien jibża’ minnha. Kieku jista’ jkellimna llum Romero jgħidilna biex nagħtu servizz effettiv u effiċjenti lill-foqra, li fl-Amerika Latina għadhom fil-maġġoranza, u li fl-Ewropa huma minoranza li qiegħda tikber. Ifakkarna li d-drittijiet umani ma jinkisrux biss mid-dittaturi u fil-gwerra iżda anke fiddemokraziji meta jipprevalu l-korruzzjoni, il-favoritiżmi, l-inġustizzji u n-nuqqas ta’ kuxjenza soċjali. Óscar Romero se jiġi ddikjarat Beatu minn Papa Franġisku fit-23 ta’ Mejju. QATLU LILL-ARĊISQOF ta’ Robert Aloisio jinxtara minn Say It Publications, 32, Tarxien Road, Paola jew online: sayitmalta.com


20 | Flimkien

Antoine Azzopardi

Mezz virtwali, ħabib reali

Is-social media jistgħu jkunu sors anki ta’ talb Fuq Facebook u Twitter!

S

piss nisimgħu jew ngħidu kliem negattiv dwar l-internet, facebook (dik l-ittra f fuq kaxxa blu) u twitter (dak l-għasfur abjad fuq kaxxa ċelesti). Nissuspettaw fihom, forsi għax ma nkunux nafu x’inhuma eżatt, ma nkunux nafu nużawhom, u x’inhuma l-effetti ta’ dawn ilmeravilji ta’ żmienna. Veru wkoll li, bħal ħafna affarijiet oħra, dawn il-mezzi xi drabi jintużaw ħażin minn xi wħud, iżda żgur li huma ħafna dawk li jagħmlu użu tajjeb minnhom. Kien għal raġuni pożittiva u b’ġest ta’ rieda tajba li fl-aħħar ta’ Jannar ingħata bidu għall-paġna ta’ Facebook: TALBA talba li tgħaqqad it-talb u l-ħajja spiritwali mar-realtà teknoloġika tal-lum. L-iskop hu li permezz tan-netwerks soċjali l-iktar popolari, il-Maltin ikollhom aċċess għal ħsieb qasir spiritwali jew reliġjuż, talbiet

qosra ħafna, u anke mużika li permezz tagħhom “jiltaqgħu mal-Akbar Ħabib”. Ir-rispons għal din il-paġna fuq Facebook kien tant kbir, u fi żmien tant qasir, li ma stajniex ma nesplorawx mezzi oħra paralleli. Il-pass li jmiss kien TALBA talba fuq twitter li bdejna nutilizzaw fi Frar. Dawn il-paġni qed jitmexxew fuq bażi volontarja. Mill-inqas darbtejn kuljum qed jiġu aġġornati bi ħsieb f’nofsinhar, u b’talba fis-7 ta’ filgħaxija. F’xi ġranet qed nipproponu wkoll mużika li tgħin lil min isegwi dawn il-paġni biex jieqaf, jiskot u jitlob. Dan l-isforz qed isir biex issoċjetà Maltija jkollha nifs spiritwali fi spazju virtwali. Inħeġġeġ lilek li qed taqra biex tagħmel użu minn dan il-mezz u xxerrdu mal-ħbieb u l-qraba biex permezz ta’ mezzi virtwali ... nagħmlu kuntatt reali ma’ Ħabib ta’ veru!


Ittri mill-qarrejja

Mejju 2015 | 21

ITTRA REBBIEĦA

Li tagħmlu mal-iżgħar

“Li tagħmlu mal-iżgħar fost ħuti tkunu qegħdin tagħmluh miegħi.” Ħafna jistaqsu x’ried jifhem Ġesù b’dal-kliem. Persuna li tiġini f’moħħi, u li żgur fehmet dal-kliem ta’ Ġesù hija Madre Tereża li għenet ħafna morda, tfal orfni, u persuni bla saqaf fuq rashom. F’kull persuna li kienet tgħin hi dejjem rat lil Ġesù u għalhekk ħasset li kellha tagħmel dik l-opra kbira tagħha fid-dinja kollha. Darba qalet: “Mhux kulħadd jista’ jagħmel affarijiet kbar. Imma nistgħu nagħmlu affarijiet żgħar b’imħabba kbira.” Nistgħu nagħmlu impatt żgħir jew kbir fuq ħajjet ħaddieħor bl-affarijiet żgħar li nagħmlu magħhom. Kull darba li nkun qed ngħin lill-proxxmu rrid niftakar li qed nagħmlu ma’ Ġesù. J. Izzo, Birżebbuġa

Nitgħallmu kif inrabbu

Biex ikollna soċjetà aħjar aħna l-kbar irridu nitgħallmu kif inrabbu lil uliedna aħjar. Biex nieħdu ħsieb is-saħħa, l-indafa u l-ikel ta’ wliedna kulħadd jaf, imma kif nistmaw u nirrispettaw lil uliedna mhux kulħadd jaf. Il-korrezzjoni rridu nagħmluha birrispett u b’kelma soda; m’hemmx għalfejn

twerżiq u għajjat jew kliem li jweġġa’ u jibqa’ jweġġagħhom ħajjithom kollha. Inħeġġeġ lillġenituri biex jattendu korsijjiet fil-parental skills biex jifhmu aħjar lil uliedhom. Jekk irridu, nistgħu nsibu l-ħin u mmorru u ma nċaħħdux lil uliedna minn ħajja trankwilla u ta’ koperazzjoni. Catherine Micallef, Imtarfa

AVUKAT - Dr Ray Zammit LL.D

Ċumnija fuq il-bejt

Xi żewġ bibien ’il bogħod xi ħadd għandu ċ-ċumnija tagħti għal fuq il-bejt. Meta jixegħlu l-fireplace tgħidx x’riħa ta’ ħruq jagħmel. Meta jixegħluh matul il-ġurnata jkolli l-ħwejjeġ minxurin fuq il-bejt u dawn jiġu riħa ta’ ħruq tant li jkolli nerġa’ naħsilhom. Dawn jistgħu jtellgħu ċumnija fuq il-bejt? AG, B’Kara Persuna tista’ tibni ċumnija fuq il-bejt imma ma tistax tqiegħed din iċ-ċumnija mal-ħajt komuni, jiġifieri mal-ħajt li jaqsam żewġ fondi minn xulxin. Min ikollu ċ-ċumnija hu obbligat iżommha nadifa u f’kundizzjoni tajba. Min irid jibni ċumnija għandu jara wkoll jekk ikunx meħtieġ permess tal-Awtorità talIppjanar. Jekk il-bini taċ-ċumnija jkun permess, u ċ-ċumnija tkun inbniet skont il-liġi, xorta waħda s-sid taċ-ċumnija jrid jara li bl-istess ċumnija ma jkunx qed

idejjaq il-ġirien. Issa dan l-istat ta’ fatt hu wieħed soġġettiv ħafna għaliex il-paċenzja u l-livell ta’ tolleranza tal-bnedmin ivarjaw minn persuna għal oħra. Il-fatt li ċumnija ġġemmed u titfa’ rmied jista’ jkun raġuni għal proċeduri kriminali. Anki l-għoli taċċumnija jista’ jkun raġuni ta’ danni għal ħaddieħor. Għalhekk min jistalla ċumnija għandu jkun ċert li bl-istallar taċ-ċumnija ma jagħtix lok għal problemi mal-girien – inkella jista’ jkun li jkun qed jagħmel ħafna spejjeż għalxejn.

ITTRI MILL-QARREJJA L-ittri għandhom juru l-isem sħiħ u l-lokalità. Kull ittra tista’ tiġi mqassra u editjata. L-ittra li titla’ bil-polza bejn dawk li jidhru f’dak ix-xahar tirbaħ żewġ kotba mingħand Merlin Publishers Ltd. Email: flimkien@maltadiocese.org; Posta: Flimkien, Ittri mill-Qarrejja, Kurja, Floriana.



Fidi u Drawwiet • Sergio Grech

Mejju 2015 | 23

Telegramma dwar Mejju Mejju tista’ tirrakkuntah f’tużżana kliem: San Ġużepp Ħaddiem. Poeżiji. Madonna. Rużarju. Fjuri (u allerġiji!). Riħ. Jum l-Omm. Lapsi. Żwiġijiet.

M

inħabba li f’dan ix-xahar innatura tisplodi f’festa ta’ lwien, speċjalment tal-fjuri, inkitbu versi mill-isbaħ konnessi ma’ Mejju. M’iniex nirreferi biss għal ‘Fil-Ħlewwa ta’ Mejju’ ta’ Dun Karm, imma wkoll għal poeżija oħra, għalkemm ftit li xejn magħrufa, poeżija antika ta’ Ġan Franġisk Bonamico (1639-1680) li kien tabib Malti u membru tal-Ordni ta’ San Ġwann. Kitibha biex jiċċelebra lill-Gran Mastru Nikola Cotoner. Għal min qatt ma qraha:

Mejju ġie bil-ward u ż-żahar Mejju ġie bil-ward u ż-żahar. Għadda l-bard, ix-xita u l-beraq. Tgħattiet l-art bin-nwar u l-weraq, Heda r-riħ, siket il-baħar. Tar is-sħab minn wiċċ is-Sema, Sa fl-iġbiel nibtet il-ħdura, Reġgħet tgħanni kull għasfura u fil-ferħ kull qalb tirtema. Qajla ferħ kien f’hed il-Gżira Li ma kienx min iwennisha, Li ma kienx min iħarisha, Kieku tibki l-ġuħ bħal lsira. Inti l-ferħ u l-hena tagħna, Cotoner dawl ta’ għajnejna, Tant li s-Sema jħallik ħdejna, Fl-akbar bard ikollna s-sħana.

Fl-ewwel jum niċċelebraw lil San Ġużepp li bis-skiet tiegħu jurina li x-xogħol jagħti għixien u dinjità lill-ħaddiema u jġib ilprogress fid-dinja. Infakkru lil San Ġwann Nepomuk (jew Nepomiċenu), il-martri tas-sigriet tal-Qrar. Miet mgħarraq meta tefgħuh għal isfel minn fuq Charles Bridge għal ġox-xmara Vlatva fi Praga b’ordni tar-re Vinċeslaw fl-1393 għax ma riedx jikxef id-dnubiet li kienet qerret ir-reġina. Iċ-Ċeki jiftakru fih kull darba li x-xmara tagħmel ta’ rasha u tfur, u jitolbuh iħarishom mill-għargħar. Qaddis popolari ieħor, speċjalment meta l-iżveljarin kien għadu xi ħaġa rari, hu San Baskal Baylon. Fl-antik ommijietna kienu jgħidulna nitolbu lil dan il-qaddis Spanjol biex iqajjimhom ‘għal tas-sitta u nofs’. L-ebda quddiesa ma baqgħet mingħajr abbati! U, bħallikieku dan kollu ma kienx biżżejjed, f’Mejju niċċelebraw ukoll Lapsi (kważi dejjem f’Mejju) u Santa Rita ‘tal-impossibbli’. Għalkemm, verament, l-impossibbli Alla biss kapaċi jagħmlu: ibda mill-kappar (li f’Mejju ssibu bl-abbundanza) u spiċċa f’kull tarbija li titwieled. Mhux dan ifakkarna Jum l-Omm, li niċċelebraw f’Mejju wkoll?



It-Tabiba • Anna Maria Vella

Mejju 2015 | 25

Kważi wasalna! Q

egħdin noqorbu lejn it-tmiem, u l-eċċitament dejjem jiżdied! Veru li baqa’ tmien ġimgħat oħra, imma diġà għaddew tnejn u tletin! Madankollu tmien ġimgħat jistgħu jidhru ħafna speċjalment jekk fit-tqala wieħed ikun għadda minn ħafna problemi jew riskji, u donnu t-tmiem m’hemmx li jitfaċċa! Imma kienet kif kienet it-tqala, żgur li din hi esperjenza ta’ ħolqien. Sehem il-ġenituri kien importanti, m’hemmx dubju, imma dak tagħhom ma kienx l-uniku sehem. Il-ġenituri kienu biss strumenti biex isseħħ din l-istorja meraviljuża. Bħalissa t-tarbija tkun saret tiżen żewġ jew tliet kilo. L-omm tibda tikber u tiżdied fil-piż b’ritmu ħafna iżjed mgħaġġel minn qabel. Fejn qabel it-tarbija kienet tiżdied biss bi ftit grammi, issa f’xahar iżżid bejn wieħed u ieħor kilo u nofs! It-tabib ikun irid jara lill-omm aktar spiss minn qabel ukoll. Il-viżti jistgħu jibdew ikunu kull ħmistax u mbagħad fl-aħħar anki kull ġimgħa. Madankollu mhux kull każ ikun l-istess. Imma l-aħħar ġimgħat huma ta’ importanza kbira fit-tqala. Għalkemm l-organi kollha tat-tarbija jkunu ħadu l-forma tagħhom, bħalissa jkunu qegħdin jiżviluppaw, u għalhekk it-tabib ikun irid jara li kollox miexi sew. F’dawn il-viżti t-tabib jara li l-pressjoni tal-mara tkun ikkontrollata tajjeb u li din ma tibdiex togħla. Nisa li qatt ma kellhom il-pressjoni għolja xorta għandhom mnejn

jibdew ikollhom din il-problema. It-tabib se jinkoraġġixxi lill-omm biex tistrieħ matul ilġurnata, speċjalment wara nofsinhar. Tajjeb li ta’ kuljum l-omm ittella’ riġlejha, imqar għal siegħa, biex dik in-nefħa li ħafna min-nisa jkollhom fl-aħħar tat-tqala tnaqqas xi ftit. Għalkemm ir-riġlejn minfuħin huma xi ħaġa komuni ħafna, u ma jindikawx xi periklu għat-tarbija, din in-nefħa flimkien ma pressjoni għolja u l-preżenza ta’ proteini fil-pipì jfissru li l-mara jista’ jkollha bżonn tittieħed l-isptar biex tiġi monitorjata u kkontrollata aħjar. Fl-aħħar tat-tmien xahar isir ultrasound ieħor tal-aħħar, fejn it-tarbija issa tkun tista’ tidher sewwa mill-ġenituri. It-tabib jagħmel dan l-aħħar kontroll biex jara li l-organi kollha jkunu qegħdin jiżviluppaw bl-istess ritmu u f’armonjia bejniethom. Ftit ġimgħat oħra u l-ħolma ssir realtà, u se narawha f’dirgħajna!

Jum Dinji tal-Familja 2015 Il-Moviment ta’ Kana qed jorganizza: • Quddiesa, is-Sibt 2 ta’ Mejju fis-6.30pm f’San Ġwann, il-Belt, ippreseduta mill-Arċisqof Emeritu Mons. Pawlu Cremona O.P. • Konferenza (bil-Malti) bit-tema ‘Communicating the Family’ is-Sibt 16 ta’ Mejju mid-9.30am san-12.30pm, fis-Sala San Ġorg Preca, fl-Istitut Kattoliku, il-Furjana. Jitkellmu: Rev Dr Joe Borg, Dr Nadia Delicata u Dr Robert Tufigno. Chairman: Dr Arthur Galea Salamone. Kulħadd mistieden. Għal aktar dettalji: 2203 9301 jew info@canamovement.org


L-g˙ajnuna li g˙andek bΩonn biex tibqa’ tg˙ix indipendenti ©ewwa darek

Çempel issa 23456500 biex tag˙mel appuntament mag˙na b’xejn

Ibqa’ ©awdi ˙ajtek kemm tista’ bl-g˙ajnuna tal-’care workers’ ta’ Caremark

Çempel fuq 23456500 | email malta@caremark.com.mt

Caremark hija Francise IngliΩa

Sibna fuq caremark-malta


Paġna tal-Logħob • Claudia Cini

Mejju 2015 | 27

Tisliba

Mimdudin 5. Xorta ta’ bomblu jew ġarra (3) 1 2 6. Kapaċi; kompetenti (5) 7. Għandu għamla ta’ bajda (5) 8. Għasfur bihom imlibbes (3) 5 9. Injam aħmar fin jinħadem f’għamara ta’ preġju (5) 6 12. Reċipjent biex tgħalli l-ilma fiha (5) 15. Mhix żgħira (5) 18. Aktar b’saħħtu/sod (5) 8 20. Gelgul; ilma għaddej wara x-xita (3) 21. Bħal Mater Dei, pereżempju (5) 9 10 11 22. Bniedem avżat nofsu --- (5) 23. Azzjoni; għemil (3) Weqfin 1. Kull ħaġa li tbeżża’ (5) 15 16 17 2. Art imdawra kollha kemm hi bil-baħar (5) 3. Xkupilja tal-lanżit (5) 20 4. Flejguta; kazzola kwadra (5) 10. u 13. Dagħbien; post fond 21 ħafna u mudlam (6) 11. Ħanut li jbigħ ix-xorb (3) 23 13. Ara 10. Weqfin. 14. Tavla; fallakka (3) 16. L-alfabett Malti fih 30 waħda (5) 17. Ħut, kultant imsejjaħ dentiċi (5) 18. Tajjeb għal fejn hu (5) 19. Bajja bejn il-Mellieħa u ċ-Ċirkewwa (5) Soluzzjoni tax-xahar l-ieħor

H+D I+H G÷U A÷A W+D LxU X-D P+O E÷K M+D M÷N OxK P+L

20

2

12

13

19 Nota: GĦ u IE jieħdu kaxxa waħda

18

14

22

Mimdudin: 5. AJK, 6. ĦALIB, 7. APRIL, 8. BIR, 9. MALTA, 12. SKRUN, 15. NSARA, 18. ARTAB, 20. ĦAJ, 21. MADUM, 22. KENUR, 23. AJL. Weqfin: 1. BOLOL, 2. ĦABBA, 3. SKARS, 4. PARIR, 10. ASS, 11. TIR, 13. KUR, 14. UNA, 16. AĦDAR, 17. AĦMAR, 18. AJKLA, 19. TENUR. Rebbieħ: M. Farrugia, San Ġiljan

Alfakodo A B C D E F G H I J K L M

4

7

N UxU O X-M P B÷K Q S+O R M+Z S P+U T I+J U F÷L V O+E W Y-A X W+W Y SxK Z S-L

4

13 3

Irbaħ voucher mingħand BfitMalta Fitness Studio, 123, Triq il-Kbira, Żabbar (7979 0411) billi tuża l-għajnuna filkolonni tan-nofs biex issib il-valuri neqsin. Ibgħatha sal-15 tax-xahar: Flimkien, Alfakodo, Kurja, PO Box 90, il-Marsa.

Soluzzjoni tax-xahar l-ieħor A B C D E F G H I J K L M

2 22 16 3 18 13 26 4 20 19 25 5 1

N O P Q R S T U V W X Y Z

10 17 9 14 21 7 11 24 6 15 8 12 23

Rebbieħ: J. Formosa, il-Ħamrun

Tridu jew ma tridux, tidħol fih u ma tħossux! Tweġiba: Tebut

Irbaħ voucher mingħand Alfsons Supermarket, il-Ħamrun Ibgħat it-tweġiba sal-15 tax-xahar: Flimkien, Tisliba, Kurja, PO Box 90, il-Marsa.

3


Livelife nieda programmi ta’ riabilitazzjoni speċifiċi sabiex joffri servizz aktar personalizzat u professjonali lil persuni li għandhom bżonn li jirkupraw wara problema medika. Il-pubbliku jista’ jipparteċipa wara li l-perijodu akut tal-kundizzjoni medika jkun għadda u meta t-tabib jew l-ispeċjalista tal-pazjent iħoss il-ħtieġa li hu żmien tajjeb għall-eżerċizzju fiżiku. Il-programmi, mifruxa fuq 12-il ġimgħa, jindirizzaw problemi mediċi relatati ma’: • Każijiet ortopediċi bħal ksur, hip jew knee replacement jew uġiegħ fid-dahar. • Każijiet newroloġiċi, bħal puplesija, Parkinson’s Disease u Multiple Sclerosis. • Każijiet kardjo respiratorji, bħal wara operazzjonijiet tal-qalb jew mard talpulmun. • Każijiet metaboliċi bħal piż żejjed. • Prevenzjoni tal-waqgħat fost l-anzjani jew problemi ta’ bilanċ. Dawk il-persuni li jipparteċipaw f’dan il-programm jiġu eżaminati waqt l-ewwel

appuntament u wara, tul 4 ġimgħat biex jiġi evalwat il-progress miksub. Il-programm huwa bbażat fuq xhieda xjentifika skont il-bżonn u l-kundizzjoni medika tal-pazjent. Il-programm hu mmexxi minn esperti fil-qasam tarriabilitazzjoni, b’mod speċjali dik li tinvolvi eżerċizzju fiżiku. Il-Gym tal-Livelife għandu l-aqwa tagħmir biex il-membri tal-programm iserrħu rashom li dak li qed jagħmlu huwa l-aħjar possibbli. Il-programm jagħti kaz tas-saħħa tal-persuna u jimxi pass pass mal-kapaċitajiet individwali tiegħu. It-tabib tal-pazjent ikun infurmat fuq il-progress talindividwu. Kull programm, apparti minn taħriġ, fih ukoll element edukattiv sabiex il-persuna tifhem, tapprezza u teduka ruhha ħalli tieħu saħħitha lura u tevita milli tirkadi. L-għan aħħari tal-programm hu li jtejjeb il-kwalità tal-ħajja tal-individwu. Kull min hu nteressat għandu jċempel 2133 9000.

Għal aktar informazzjoni, ċempel fuq 2133 9000 jew ibgħat email fuq info@livelife.com.mt www.livelifemalta.com • www.facebook.com/livelifemalta 46, Manwel Dimech Street, Sliema

Avviż bi ħlas

Programmi ta’ Riabilitazzjoni Speċifiċi


Tfal fil-Bibbja • Storja: Claudia Cini; Illustrazzjoni: Graziella Grech Cachia

Mejju 2015 | 29

L-iżbandola ta’ David

M

inkejja li Alla wiegħed lill-Iżraelin li kien se jkun hu r-re tagħhom, huma xorta riedu li jkollhom re jmexxihom. Għalhekk Alla bagħat lil Samwel jidlek biż-żejt lil Sawl biex ikun l-ewwel re. Maż-żmien Sawl ma baqax jobdi lil Alla. Dik il-ħabta jien, David, kont għadni daqsxejn ta’ tfajjel. L-hena tiegħi niġri fix-xagħri nilgħab, indoqq l-arpa, u nirgħa l-merħliet ta’ missieri. Ftit kien jimpurtani mir-Re Sawl jew fiex ma baqax jobdi lil Alla. Jum fost l-oħrajn, Samwel wasal f’dar missieri, f’Betlehem. Kien bagħtu Alla biex jidlek biż-żejt lil wieħed minn ħuti minflok Sawl. Missieri ppreżentalu s-seba’ ħuti, imma Alla lil ħadd minnhom ma kien għażel. Samwel sar jaf li kien għad fadal jien, u bagħat għalija minnufih. Tgħidx kemm ġrejt lejn id-dar dakinhar. Bżajt li kien ġara xi ħaġa lil missieri la riedni daqshekk urġenti. Inħsadt mhux ftit kif sibt lil Samwel f’darna. U iktar u iktar meta dan resaq lejja u ferra’ ż-żejt li kellu fil-qarn fuq rasi. Ma stajt nifhem xejn. Bdew jgħidu li Alla kien għażel lili bħala r-re l-ġdid ta’ Iżrael! Dak iż-żmien l-Iżraelin kienu fi gwerra kontra l-Filistin. L-aqwa ġellied ta’ dawn kien ċertu Gulija, raġel m’ogħla hawn. Kien

ilu jisfida lis-suldati Iżraelin għall-ġlied, imma ħadd ma ażżarda jiġġilidlu. Ħassejt li kelli nkun jien li neħodha kontra l-ġgant Gulija. Għalkemm ħadd ma emmen li stajt nirbaħ lil Gulija, ir-Re Sawl aċċetta li naffrontah, basta nilbes il-korazza. Imma meta lbistha ħassejtha tqila wisq u ma stajtx nimxi biha, għalhekk mort naffronta lil Gulija bla korazza u bla armi. Kelli biss żbandola u ħames ċagħkiet lixxi mill-wied. Kont fiduċjuż li bl-għajnuna ta’ Alla stajt nirbaħlu. Gulija tgħidx kemm iżżuffjetta bija xħin rani quddiemu. Rani żgħir wisq u ma kontx armat daqsu. Imma jien weġibtu li kont mort niġġilidlu f’isem Alla. B’tixjira tal-iżbandola waddabtlu ċagħka u lqattu fuq ġbinu, u hu waqa’ għal wiċċu fl-art. Bla ma ħsibtha darbtejn, qbadt ix-xabla tiegħu stess u qtajtlu rasu barra. Dakinhar, bl-għajnuna ta’ Alla kont ħlist lil Iżrael mill-għadu. Int ġejt bixxabla, il-lanza u l-vleġġa, iżda jien ġejt għalik b’isem il-Mulej!

KOMPETIZZJONI

X’kien jismu missier David?

Biex twieġeb tajjeb, fittex fl-Ewwel Ktieb ta’ Samwel (fit-Testment il-Qadim) kapitlu 17, vers 12. Ibgħat it-tweġiba hekk: Flimkien, Tfal fil-Bibbja, Kurja, P.O. Box 90, Marsa. L-ewwel tweġiba tajba li tinfetaħ tirbaħ Kangaroo Ball mingħand BfitMalta Fitness Studio, 123, Triq il-Kbira, Żabbar (79790411). Rebbieħ tax-xahar l-ieħor: E. Lungaro-Mifsud, tas-Sliema Soluzzjoni għal ta’ April: Eliżew kien jgħix fis-Samarija.


30 | Flimkien

One Solitary Life He was born in an obscure village The child of a peasant woman He grew up in another village He worked in a carpenter shop Until He was thirty Then for three years He was an itinerant preacher. He never wrote a book He never held an office He never owned a home He never had a family He never went to college He never put His foot inside a big city He never travelled two hundred miles From the place He was born He never did one of the things Usually associated with greatness He had no credentials but Himself. While still a young man The tide of popular opinion turned against Him

His friends ran away One of them denied Him He was turned over to His enemies And went through the mockery of a trial He was nailed upon a cross between two thieves While He was dying His executioners gambled for his clothing The only property He had on earth. When He was dead He was laid in a borrowed grave Through the pity of a friend. Nineteen long centuries have come and gone And today He is the central figure of the human race And the leader of mankind’s progress All the armies that ever marched All the navies that have ever sailed All the parliaments that ever sat All the kings that ever reigned put together Have not affected the life of mankind on earth As powerfully as that ONE SOLITARY LIFE.

Adattament ta’ kitba oriġinali ta’ Dr James Allan Francis, 1926 Mibgħuta minn Jennifer Borg, ir-Rabat




Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.